ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
27 ta' April 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71  ( 3 )

1

 

*

Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart  ( 3 )

9

 

*

Direttiva 2006/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku ta' l-Ajru  ( 3 )

22

 

*

Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fitt-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

38

 

*

Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien  ( 3 )

60

 

*

Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE  ( 3 )

64

 

 

Korriġendum

 

*

Korriġendum għad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 149, tal-11 ta' Ġunju 2005, p. 22 )

86

 

*

Korriġendum għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 309, tal-25 ta' Novembru 2005, p. 15 )

102

 

*

Korriġendum għad-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 310, tal-25 ta' Novembru 2005, p. 10 )

122

 

*

Korriġendum għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati L 323, tad-9 ta' Diċembru 2005, p. 57(Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)

139

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 114.

 

(3)   Test b'relevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) Nru 629/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' April 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Waqt li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Waqt li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Waqt li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 dwar l-alinjament tad-drittijiet u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri (3), ġew simplifikati l-proċeduri għall-kisba ta' l-aċċess għall-benefiċċji ta' mard mhux fi flus waqt soġġorn temporanju fi Stat Membru ieħor. Huwa xieraq li l-proċeduri simplifikati jiġu estiżi għad-disposizzjonijiet dwar benefiċċji li jikkonċernaw inċidenti fuq xogħol u mard fuq xogħol li jinsabu fir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 (4) u Nru 574/72 (5).

(2)

Sabiex jittieħed kont tat-tibdil fil-leġiżlazzjoni ta' xi Stati Membri, b'mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda minn meta ntemmu n-negozjati dwar l-adeżjoni, l-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jeħtieġ li jiġu addattati.

(3)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u Nru 574/72 għandhom għalhekk jiġu emendati f'dan is-sens.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u sabiex jiġu mħarsa l-aspettazzjonijiet leġittimi tal-persuni affettwati, huwa meħtieġ illi jiġi previst li ċerti disposizzjonijiet li jimmodifikaw l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jkollhom effett retrospettiv mill-1 ta' Mejju 2004.

(5)

It-Trattat ma jipprovdix poteri minbarra dawk taħt l-Artikolu 308 biex jittieħdu miżuri xierqa fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal persuni minbarra persuni impjegati.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, IIa, III, IV u VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandhom jiġu emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 60, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu mħassra.

2)

L-Artikolu 62 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 62

Benefiċċji mhux fi flus f'każ ta' soġġorn fi Stat Membru minbarra mill-Istat kompetenti

1.   Sabiex tirċievi benefiċċji mhux fi flus taħt l-Artikolu 55(1) (a) (i) ta' dan ir-Regolament, persuna impjegata jew impjegata għal rasha għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti li jiċċertifika li hija intitolata għall-benefiċċji mhux fi flus lill-persuna li tagħti l-kura. Dak id-dokument għandu jiġi mfassal skond l-Artikolu 2. Jekk il-persuna konċernata ma tistax tippreżenta dan id-dokument, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn li għandha titlob mill-istituzzjoni kompetenti dikjarazzjoni ċertifikata li tiċċertifika li l-persuna konċernata hija intitolata għall-benefiċċji mhux fi flus.

Dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti għad-dritt għall-benefiċċji skond l-Artikolu 55(1) (a) (i) ta' dan ir-Regolament, f'kull każ individwali konċernat, għandu jkollu l-istess effett, fil-konfront ta' min qed jagħti l-kura, ta' evidenza nazzjonali tad-drittijiet tal-persuna assikurata ma' l-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn.

2.   L-Artikolu 60(9) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.”

3)

L-Artikolu 63(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 60(9) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis

4)

Fl-Artikolu 66(1), il-kliem “fl-Artikoli 20 u 21” għandhom jinbidlu bil-kliem “fl-Artikolu 21”.

5)

Fl-Artikolu 93(1), ”22b” għandha titħassar u ”34a jew 34b” għandha tinbidel b' ”jew 34a”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-punt 5(a) (ii) sa (ix) u l-punt 5(b) (ii) u (iv) ta' l-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, nhar il- 5 ta' April 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 24, 31.1.2006, p. 25.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2006.

(3)  ĠU L 100, 6.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 3).


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I taqsima II, il-punt “V. SLOVAKKJA” hu mibdul b’ dan li ġej:

“V. SLOVAKKJA

Għall-iskopijiet li jiġi determinat dritt għall-benefiċċji mhux fi flus skond id-id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-titolu III tar-Regolament, ‘membru tal-familja’ tfisser mara/raġel u/jew tfal dipendenti kif definit mill-Att dwar l-allowance għat-tfal”.

2.

Fl-Anness II, taqsima I, il-punt “H. FRANZA” hu mibdul b’dan li ġej:

“H. FRANZA

1.

L-iskemi ta’ benefiċċji supplimentari għall-persuni impjegati għal rashom fin-negozju tas-snajja’, okkupazzjonijiet industrijali jew kummerċjali, jew il-professjonijiet ħielsa, skemi ta’ assikurazzjoni supplimentari ta’ età anzjana għall-persuni impjegati għal rashom fil-professjonijiet ħielsa li jkopru invalidità jew mewt, u skemi ta’ benefiċċji supplimentari ta’ età anzjana għal tobba u tobba awżiljari kuntrattati, kif imsemmija rispettivament fl-Artikoli L.615-20, L.644-1, L.644-2, L.645-1 u L.723-14 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali.

2.

Skemi supplimentari ta’ l-assikurazzjoni tal-mard u tal-maternità għall-persuni impjegati għal rashom fl-agrikultura, kif imsemmija fl-Artikolu L.727-1 tal-Kodiċi Rurali.”

3.

L-Anness II taqsima II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt “E. ESTONJA” hu mibdul b’dan li ġej:

“E. ESTONJA

(a)

Allowance għat-twelid

(b)

Allowance għall-adozzjoni”

(b)

il-punt “L. LATVJA” hu mibdul b’dan li ġej:

“L. LATVJA

(a)

Għotja ta’ flus għat-twelid

(b)

Allowance għat-twelid tat-trabi”

(ċ)

il-punt “S. POLONJA” hu mibdul b’dan li ġej:

“S. POLONJA

Suppliment għat-twelid (Att tat-28 ta’ Novembru 2003 dwar benefiċċji għall-familja)”.

4.

L-Anness IIa huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt “D. ĠERMANJA”, il-kelma “xejn” hija mibdula b’:

“Benefiċċji biex ikopru spejjeż tas-sussistenza taħt il-provvediment bażiku għal min qed ifittex xogħol, kemm-il darba, rigward dawn il-benefiċċji, ir-rekwiżiti dwar l-eliġbilità għal suppliment temporanju wara rċevuta ta’ benefiċċju għall-qgħad (Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) huma sodisfatti”;

(b)

il-punt “L. LATVJA” hu mibdul b’dan li ġej:

“L. LATVJA

(a)

Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ l-Istat (Liġi dwar Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 2003)

(b)

Allowance għall-kumpens ta’ spejjeż ta’ trasport għal persuni b’diżabilità b’mobbiltà ristretta (Liġi dwar Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 2003)”;

(ċ)

il-punt “S. POLONJA” hu mibdul b’dan li ġej:

“S. POLONJA

Pensjoni soċjali (Att tas-27 ta’ Ġunju 2003 dwar pensjoni soċjali)”;

(d)

il-punt “V. SLOVAKKJA” hu mibdul b’dan li ġej:

“V. SLOVAKKJA

Aġġustament mogħti qabel l-1 ta’ Jannar 2004 ta’ pensjonijiet bħala l-uniku għajn ta’ dħul.”

5.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

il-punti li ġejjin huma mħassra:

Punti 1, 4, 10, 11, 12, 14, 15, 18, 20, 21, 25, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 34, 35, 37, 38, 39, 41, 42, 43, 45, 46, 47, 49, 55, 56, 57, 59, 60, 63, 65, 66, 70, 76, 77, 78, 81, 91, 92, 93, 94, 95, 96, 97, 98, 99, 100, 101, 102, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 115, 116, 117, 119, 120, 123, 125, 126, 133, 134, 135, 137, 138, 141, 143, 144, 150, 151, 152, 154, 155, 158, 160, 161, 166, 167, 168, 170, 171, 174, 176, 177, 181, 182, 183, 185, 186, 189, 192, 196, 197, 198, 199, 200, 201, 202, 203, 204, 205, 206, 207, 208, 209, 210, 211, 212, 213, 214, 215, 216, 217, 218, 219, 220, 221, 222, 223, 224, 225, 226, 227, 228, 229, 230, 231, 232, 233, 234, 235, 236, 239, 241, 246, 247, 249, 250, 252, 253, 254, 255, 256, 257, 258, 259, 260, 261, 262, 263, 264, 266, 268, 269, 280, 281, 282, 283, 284, 285, 286, 287, 291, 292, 293, 294, 295, 296, 297;

(ii)

l-enumerazzjonijiet li ġejjin huma mibdula kif ġej:

 

tal-punt BELĠJU-ĠERMANJA minn “3” sa “1”,

 

tal-punt IR-REPUBBLIKA ĊEKA -IL-ĠERMANJA minn “26” sa “2”,

 

tal-punt IR-REPUBBLIKA ĊEKA -ĊIPRU minn “33” sa “3”,

 

tal-punt IR-REPUBBLIKA ĊEKA -IL-LUSSEMBURGU minn “36” sa “4”,

 

tal-punt IR-REPUBBLIKA ĊEKA -L-AWSTRIJA minn “40” sa “5”,

 

tal-punt IR-REPUBBLIKA ĊEKA -IS-SLOVAKKJA minn “44” sa “6”,

 

tal-punt ID-DANIMARKA-IL-FINLANDJA minn “67” sa “7”,

 

tal-punt ID-DANIMARKA-L-ISVEZJA minn “68” sa “8”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-IL-GREĊJA minn “71” sa “9”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-SPANJA minn “72” sa “10”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-FRANZA minn “73” sa “11”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-IL-LUSSEMBURGU minn “79” sa “12”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-L-UNGERIJA minn “80” sa “13”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-L-OLANDA minn “82” sa “14”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-L-AWSTRIJA minn “83” sa “15”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-IL-POLONJA minn “84” sa “16”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-IS-SLOVENJA minn “86” sa “17”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-IS-SLOVAKKJA minn “87” sa “18”,

 

tal-punt IL-ĠERMANJA-IR-RENJU UNITminn “90” sa “19”,

 

tal-punt SPANJA-IL-PORTUGALL minn “142” sa “20”,

 

tal-punt L-IRLANDA IR-RENJU UNIT minn “180” sa “21”,

 

tal-punt L-ITALJA -IS-SLOVENJA minn “191” sa “22”,

 

tal-punt IL-LUSSEMBURGU -IS-SLOVAKKJA minn “242” sa “23”,

 

tal-punt L-UNGERIJA -L-AWSTRIJA minn “248” sa “24”,

 

tal-punt L-UNGERIJA -IS-SLOVENJA minn “251” sa “25”,

 

tal-punt L-OLANDA-IL-PORTUGALL minn “267” sa “26”,

 

tal-punt L-AWSTRIJA -IL-POLONJA minn “273” sa “27”,

 

tal-punt L-AWSTRIJA-IS-SLOVENJA minn “275” sa “28”,

 

tal-punt L-AWSTRIJA-IS-SLOVAKKJA minn “276” sa “29”,

 

tal-punt IR-RENJU UNIT-IL-PORTUGALL minn “290” sa “30” u

 

tal-punti IL-FINLANDJA-L-ISVEZJA minn “298” sa “31”;

(iii)

fil-punt “2. IR-REPUBBLIKA ĊEKA –ĠERMANJA”, il-kliem “ebda konvenzjoni” huma mibdula b’dawn li ġejjin:

“Artikolu 39 (1) (b) u (ċ) tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tas-27 ta’ Lulju 2001;

Punt 14 tal-Protokoll Finali tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tas-27 ta’ Lulju 2001”;

(iv)

fil-punt “3. IR-REPUBBLIKA ĊEKA – ĊIPRU”, il-kliem “ebda konvenzjoni” huma mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 32 (4) tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999”;

(v)

fil-punt “4. IR-REPUBBLIKA ĊEKA –LUSSEMBURGU”, il-kelma “xejn” hija mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 52 punt 8 tal-Ftehim tas-17 ta’ Novembru 2000”;

(vi)

il-punt “6. IR-REPUBBLIKA ĊEKA –SLOVAKKJA” hija hu mibdul b’dan li ġej:

“6. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–SLOVAKKJA

Artikoli 12, 20 u 33 tal-Ftehim dwar Sigurtà Soċjali tad-29 ta’ Ottubru 1992”;

(vii)

fil-punt “18. ĠERMANJA-SLOVAKKJA”, il-kliem “ebda konvenzjoni” huma mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 29 (1) punti 2 u 3 tal-Ftehim tat-12 ta’ Settembru 2002

Paragrafu 9 tal-Protokoll Finali tal-Ftehim tat-12 ta’ Settembru 2002”;

(viii)

fil-punt “23. LUSSEMBURGU-SLOVAKKJA” il-kliem “ebda konvenzjoni” huma mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 50 paragrafu 5 tat-Trattat dwar Sigurtà Soċjali tat-23 ta’ Mejju 2002”;

(ix)

fil-punt “29. AWSTRIJA-SLOVAKKJA”, il-kliem “ebda konvenzjoni” huma mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 34 (3) tal-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar sigurtà soċjali”;

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punti li ġejjin huma mħassra:

Punti 1, 4, 10, 11, 12, 14, 15, 18, 20, 21, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 49, 55, 56, 57, 59, 60, 63, 65, 66, 70, 76, 77, 78, 81, 84, 87, 91, 92, 93, 94, 95, 96, 97, 98, 99, 100, 101, 102, 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 115, 116, 117, 119, 120, 123, 125, 126, 133, 134, 135, 137, 138, 141, 143, 144, 150, 151, 152, 154, 155, 158, 160, 161, 166, 167, 168, 170, 171, 174, 176, 177, 181, 182, 183, 185, 186, 189, 192, 196, 197, 198, 199, 200, 201, 202, 203, 204, 205, 206, 207, 208, 209, 210, 211, 212, 213, 214, 215, 216, 217, 218, 219, 220, 221, 222, 223, 224, 225, 226, 227, 228, 229, 230, 231, 232, 233, 234, 235, 236, 239, 241, 242, 246, 247, 249, 250, 252, 253, 254, 255, 256, 257, 258, 259, 260, 261, 262, 263, 264, 266, 268, 269, 280, 281, 282, 283, 284, 285, 286, 287, 291, 292, 293, 294, 295, 296, 297;

(ii)

L-enumerazzjonijiet li ġejjin huma mibdula:

 

tal-punt IR-REPUBBLIKA ĊEKA – ĊIPRU minn “33” sa “1”,

 

tal-punt IR-REPUBBLIKA ĊEKA -L-AWSTRIJA minn “40” sa “2”,

 

tal-punt ĠERMANJA-L-UNGERIJA minn “80” sa “3”,

 

tal-punt ĠERMANJA- IS-SLOVENIJA minn “86” sa “4”,

 

tal-punt ITALJA-IS-SLOVENIJA minn “191” sa “5”,

 

tal-punt UNGERIJA-L-AWSTRIJA minn “248” sa “6”,

 

tal-punt UNGERIJA-IS-SLOVENIJA minn “251” sa “7”,

 

tal-punt AWSTRIJA-IL-POLONJA minn “273” sa “8”,

 

tal-punt AWSTRIJA-IS-SLOVENIA minn “275” sa “9” u

 

tal-punt AWSTRIJA-IS-SLOVAKKJA minn “276” sa “10”;

(iii)

fil-punt “1. IR-REPUBBLIKA ĊEKA – ĊIPRU ”, il-kelma “Xejn” hija mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 32 (4) tal-Ftehim dwar is-sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999”;

(iv)

fil-punt “10. AWSTRIJA – IS-SLOVAKKJA ”, il-kliem “ebda konvenzjoni” huma mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 34 (3) tal-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà Soċjali”.

6.

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Taqsima A hija emendata kif ġej,

(i)

fil-punt “B. IR-REPUBBLIKA ĊEKA”, il-kelma “Xejn” hija mibdula b’dan li ġej:

“Pensjoni għal diżabilità sħiħa għal persuni li d-diżabilità sħiħa tagħhom seħħet qabel ma laħqu t-tmintax-il sena u li ma kinux assikurati għaż-żmien meħtieġ (Taqsima 42 ta’ l-Att dwar l-Assikurazzjoni tal-Pensjoni Nru 155/1995 Coll.)”;

(ii)

fil-punt “X. L-ISVEZJA”, il-kelma “Xejn” hija mibdula b’dan li ġej:

“Il-leġiżlazzjoni dwar il-benefiċċji ta’invalidità fit-tul li għandhom x’jaqsmu mad-dħul (Kapitolu 8 ta’ Liġi 1962: 381 dwar assikurazzjoni ġenerali kif emendata)”;

(b)

It-Taqsima C hija emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima “B. IR-REPUBBLIKA ĊEKA” hija mibdula b’dan li ġej:

“B. IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Pensjonijiet ta’ l-invalidità (sħiħa u parzjali) u tas-superstiti (romol u orfni) fil-każijiet li mhumiex derivati mill-pensjoni ta’ l-età anzjana li għalihom id-deċedut ikun intitolat fil-ħin tal-mewt”;

(ii)

fil-punt “E. ESTONJA”, il-kelma “Xejn” hija mibdula b’dan li ġej:

“L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ta’ l-invalidità, ta’ l-età anzjana u tas-superstiti li għalihom

termini ta’ assikurazzjoni fl-Estonja ġew kompletati sal-31 ta’ Diċembru 1998

it-taxxa soċjali reġistrata individwalment ta’ l-applikant imħallsa skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Estonja hija għall-inqas daqs it-taxxa soċjali medja għas-sena rilevanti ta’ l-assikurazzjoni”;

(ċ)

Fit-Taqsima D, il-punt 2) (g) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(g)

Pensjoni Slovakka ta’ l-invalidità u tas-superstiti derivata minnhom”.

7.

L-Anness VI, punt “Q. L-OLANDA” huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 4, punt (b) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(b)

Jekk, skond is-subparagrafu (a), il-persuna konċernata hija intitolata għal benefiċċju ta’ invalidità Olandiż, il- -benefiċċji kif imsemmi fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament għandhom jiġu kalkolati:

(i)

skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-WAO jekk, qabel l-okkorrenza ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna konċernata kienet l-aħħar imqabbda f’xogħol bħala persuna impjegata fis-sens ta’ l-Artikolu 1(a) tar-Regolament;

(ii)

skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar Assikurazzjoni ta’ l-Invalidità (Persuni Jaħdmu għal Rashom) (WAZ) jekk, qabel l-okkorrenza ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna konċernata kienet l-aħħar imqabbda f’xogħol f’kapaċità minbarra dik ta’ persuna impjegata fis-sens ta’ l-Artikolu 1(a) tar-Regolament”;

(b)

il-punt 7 huwa mibdul b’dan li ġej:

“7.

Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament, persuna meqjusa bħala persuna impjegata fis-sens ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq il-paga ta’ l-1964 u li hija assikurata fuq dan il-bażi għall-assikurazzjoni nazzjonali, titqies li qiegħda tagħmel attivitajiet f’impieg imħallas”.


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


DIRETTIVA 2006/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' April 2006

dwar l-iskart

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (3) ġiet emendata b'mod sostanzjali f'diversi okkażjonijiet (4). Biex jiġu ċċarati l-affarijiet, għandha titfassal kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni.

(2)

L-objettiv essenzjali tad-dispożizzjonijiet kollha dwar l-immaniġġar ta' l-iskart għandu jkun il-protezzjoni tas-saħħa umana u ta' l-ambjent kontra l-effetti ħżiena kkawżati mill-ġbir, mit-trasport, mit-trattament, mill-ħażna u mit-tbattil ta' l-iskart.

(3)

Terminoloġija komuni u definizzjoni ta' l-iskart huma meħtieġa biex titjieb l-effiċjenza ta' l-immaniġġar ta' l-iskart fil-Komunità.

(4)

Għandhom jiġu applikati regoli effettivi u konsistenti dwar ir-rimi u l-irkupru ta' l-iskart, soġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet, għall-proprjetà mobbli li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew hu meħtieġ li jarmi.

(5)

L-irkupru ta' l-iskart u l-użu ta' materjali rkuprati bħala materja prima għandhom jiġu inkoraġġiti sabiex jiġu kkonservati r-riżorsi naturali. Jista' jkun meħtieġ li jiġu adottati regoli speċifiċi għall-iskart li jista' jerġa' jintuża.

(6)

Biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri għandhom, minbarra li jieħdu azzjoni responsabbli biex jiżguraw ir-rimi u l-irkupru ta' l-iskart, jieħdu miżuri biex irażżnu l-produzzjoni ta' l-iskart b'mod partikolari billi jippromwovu teknoloġiji ndaf u prodotti li jistgħu jiġu riċiklati u użati mill-ġdid, b'kont meħud ta' opportunitajiet tas-suq eżistenti jew potenzjali għall-iskart irkuprat.

(7)

Barra minn dan, diskrepanzi bejn il-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri fir-rigward tar-rimi u l-irkupru ta' l-iskart jistgħu jolqtu l-kwalità ta' l-ambjent u t-tħaddim tajjeb tas-suq intern.

(8)

Hu importanti għall-Komunità b'mod ġenerali li ssir awto-suffiċjenti fir-rimi ta' l-iskart u jkun tajjeb li l-Istati Membri individwali jimmiraw għal tali awto-suffiċjenza.

(9)

Biex jintlaħqu dawk l-objettivi, pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart għandhom jitfasslu fl-Istati Membri.

(10)

Iċ-ċaqliq ta' l-iskart għandu jitnaqqas u l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa għal dak il-għan fil-pjanijiet tagħhom għall-immaniġġar.

(11)

Biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni u kontroll effettiv, huwa meħtieġ li jkunu previsti l-awtorizzazzjoni u l-ispezzjoni ta' l-impriżi li jwettqu r-rimi u l-irkupru ta' l-iskart.

(12)

Soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, u bil-kondizzjoni li huma jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-protezzjoni ambjentali, xi stabbilimenti li jipproċessaw l-iskart huma stess jew iwettqu rkupru ta' l-iskart jistgħu jkunu eżentati mill-ħtiġiet ta' permess. Dawn l-istabbilimenti għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(13)

Biex l-iskart ikun jista' jiġi sorveljat mill-produzzjoni tiegħu sar-rimi aħħari, impriżi oħra involuti fl-iskart, bħall-kolletturi, it-trasportaturi u l-intermedjarji ta' l-iskart għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni u għal spezzjoni xierqa.

(14)

Dik il-parti ta' l-ispejjeż mhux koperta bid-dħul mit-trattament ta' l-iskart għandha titqassam skond il-prinċipju li “min iniġġes iħallas”.

(15)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5).

(16)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fil-Parti B ta' l-Anness III,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a)

“skart” għandha tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;

(b)

“produttur” għandha tfisser kull min bl-attivitajiet tiegħu jipproduċi skart (“produttur oriġinali”) u/jew kull min iwettaq proċessar minn qabel, taħlit jew operazzjonijiet oħra li jwasslu għal bidla fin-natura jew fil-kompożizzjoni ta' dan l-iskart;

(ċ)

“detentur” għandha tfisser il-produttur ta’ l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess tiegħu;

(d)

“maniġġar” għandha tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta' l-iskart, inklużi s-superviżjoni ta' dawn l-operazzjonijiet u l-kontroll tas-siti tar-rimi wara li jingħalqu;

(e)

“rimi” għandha tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet previsti fl-Anness II A;

(f)

“irkupru” għandha tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet previsti fl-Anness II B;

(g)

“ġbir” għandha tfisser il-ġbir, l-għażla u/jew it-taħlit ta' l-iskart għall-fini ta' trasport.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (a), il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3), għandha tfassal lista ta' skart li jappartjeni għall-kategoriji elenkati fl-Anness I. Din il-lista għandha tiġi eżaminata perjodikament u, jekk meħtieġ, riveduta skond l-istess proċedura.

Artikolu 2

1.   Dan li ġej għandu jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

(a)

skariki ta' gassijiet mitfugħa fl-atmosfera;

(b)

fejn huma diġà koperti b'leġiżlazzjoni oħra:

(i)

skart radjuattiv;

(ii)

skart li jirriżulta mit-tfittxija, l-estrazzjoni, it-trattament u l-ħażna ta' riżorsi minerali u t-tħaddim ta' barrieri;

(iii)

karkassi ta' annimali u l-iskart agrikolu li ġej: ħmieġ ta' l-annimali u sustanzi naturali mhux perikolużi oħra użati fil-biedja;

(iv)

ilmijiet użati, bl-eċċezzjoni ta' l-iskart f'forma likwida;

(v)

splussivi diżattivati.

2.   Regoli speċifiċi għal każijiet partikolari, jew li jissupplimentaw dawk ta' din id-Direttiva, dwar l-immaniġġar ta' kategoriji partikolari ta' skart, jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' Direttivi individwali.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu:

(a)

l-ewwel, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-produzzjoni ta' l-iskart u l-ħsara li jikkawża, b'mod partikolari permezz ta':

(i)

l-iżvilupp ta' teknoloġiji ndaf li jiffrankaw aktar fuq l-użu ta' riżorsi naturali;

(ii)

l-iżvilupp tekniku u l-promozzjoni ta' prodotti mfassla sabiex ma jagħtu ebda kontribut jew jagħtu l-inqas kontribut possibbli, minħabba n-natura tal-manifattura, l-użu jew ir-rimi tagħhom, lejn iż-żieda fl-ammont jew il-ħsara ta' l-iskart u l-perikli ta' tniġġis;

(iii)

l-iżvilupp ta' teknika xierqa għar-rimi aħħari ta' sustanzi perikolużi li jinsabu fl-iskart destinat għall-irkupru;

(b)

it-tieni:

(i)

l-irkupru ta' l-iskart permezz tar-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-reklamazzjoni jew kwalunkwe proċess ieħor maħsub għall-estrazzjoni ta' materja prima sekondarja; jew

(ii)

l-użu ta' l-iskart bħala sors ta' enerġija.

2.   Ħlief fejn tapplika d-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (6), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li bi ħsiebhom jieħdu biex jilħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18(1) dwar tali miżuri.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-iskart jiġi rkuprat jew mormi mingħajr ma jinħoloq periklu għas-saħħa umana u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ambjent, u b'mod partikolari:

(a)

mingħajr riskju għall-ilma, l-arja jew il-ħamrija, jew għall-pjanti jew l-annimali;

(b)

mingħajr ma joħolqu fastidju minħabba storbju jew irwejjaħ;

(ċ)

mingħajr ma jolqtu b'mod negattiv il-kampanja jew postijiet ta' interess speċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-abbandun, ir-rimi jew id-depożitu mhux kontrollat ta’ l-iskart.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħra fejn dan ikun meħtieġ jew jaqbel, biex jistabbilixxu rettikolat integrat u adegwat ta' stallazzjonijiet għar-rimi, b'kont meħud ta' l-aħjar teknoloġija disponibbli li ma tinvolvix spejjeż eċċessivi. Ir-rettikolat għandu jagħmilha possibbli li l-Komunità sħiħa ssir awto-suffiċjenti fir-rimi ta' l-iskart u l-Istati Membri jersqu lejn dak il-għan b'mod individwali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa għal stallazzjonijiet speċjalizzati għal ċerti tipi ta' skart.

2.   Ir-rettikolat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jgħin sabiex l-iskart jiġi mormi f'waħda mill-eqreb stallazzjonijiet xierqa, permezz ta' l-aktar metodi u teknoloġiji xierqa sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa pubblika.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jagħżlu l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jintalbu jfasslu mill-aktar fis possibbli pjan wieħed jew aktar għall-immaniġġar ta' l-iskart. Dawn il-pjanijiet għandhom jirrigwardaw, b'mod partikolari:

(a)

it-tip, il-kwantità u l-oriġini ta' l-iskart li jrid jiġi rkuprat jew mormi;

(b)

il-ħtiġiet tekniċi ġenerali;

(ċ)

kwalunkwe arranġament speċjali għal skart partikolari;

(d)

siti jew stallazzjonijiet adatti għar-rimi.

2.   Il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, per eżempju, ikopru:

(a)

il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi awtorizzati biex iwettqu l-immaniġġar ta' l-iskart;

(b)

l-istima ta' l-ispejjeż ta' l-operazzjonijiet ta' l-irkupru u r-rimi;

(ċ)

miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu r-razzjonalizzazzjoni tal-ġbir, l-għażla u t-trattament ta' l-iskart.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkoperaw kif xieraq ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni biex ifasslu tali pjanijiet. Huma għandhom jinnotifikaw b'dawn lill-Kummissjoni.

4.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jippermettux iċ-ċaqliq ta' l-iskart li ma jikkonformax mal-pjanijiet tagħhom għall-immaniġġar ta' l-iskart. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar tali miżuri.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull detentur ta' skart:

(a)

jgħaddih għall-immaniġġar minn kollettur privat jew pubbliku ta' l-iskart jew minn impriża li twettaq l-operazzjonijiet elenkati fl-Anness II A jew II B; jew

(b)

jirkuprah jew jarmih huwa stess skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9

1.   Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 4, 5 u 7, kull stabbiliment jew impriża li twettaq l-operazzjonijiet speċifikati fl-Anness II A għandha tikseb permess mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 6.

Dan il-permess għandu jkopri:

(a)

it-tipi u l-kwantitajiet ta' skart;

(b)

il-ħtiġiet tekniċi;

(ċ)

il-prekawzjonijiet ta' sikurezza li jridu jittieħdu;

(d)

is-sit tar-rimi;

(e)

il-metodu tat-trattament.

2.   Il-permessi jistgħu jingħataw għal perjodu speċifiku, jistgħu jiġġeddu, jistgħu jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet u obbligi, jew, b'mod partikolari, jekk il-metodu maħsub għar-rimi ma hux aċċettabbli mill-aspett tal-ħarsien ambjentali, jistgħu jiġu miċħuda.

Artikolu 10

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4, kull stabbiliment jew impriża li twettaq l-operazzjonijiet imsemmija fl-Anness II B għandha tikseb permess.

Artikolu 11

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż (7), dawn li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mill-ħtieġa għal permess stipulat fl-Artikolu 9 jew l-Artikolu 10:

(a)

stabbilimenti jew impriżi li jiddisponu mill-iskart tagħhom stess fil-post tal-produzzjoni; u

(b)

stabbilimenti jew impriżi li jwettqu rkupru ta' l-iskart.

2.   L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tapplika biss:

(a)

jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu adottaw regoli ġenerali għal kull tip ta' attività, waqt li jistipulaw it-tipi u l-kwantitajiet ta' skart u l-kondizzjonijiet li fihom l-attività in kwistjoni tista' tiġi eżentata mill-ħtieġa ta' permess; u

(b)

jekk it-tipi jew il-kwantitajiet ta' skart u l-metodi tar-rimi jew l-irkupru huma tali li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 jiġu sodisfatti.

3.   L-istabbilimenti jew l-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu reġistrati ma' l-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-regoli ġenerali adottati skond il-paragrafu 2, punt (a).

Artikolu 12

L-istabbilimenti jew l-impriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali jew li jirranġaw għar-rimi jew l-irkupru ta' l-iskart f'isem ħaddieħor (negozjanti jew intermedjarji) għandhom, meta mhumiex soġġetti għal awtorizzazzjoni, ikunu reġistrati ma' l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 13

L-istabbilimenti jew l-impriżi li jwettqu l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 9 sa 12 għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perjodiċi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 14

1.   L-istabbilimenti jew l-impriżi kollha msemmija fl-Artikoli 9 u 10 għandhom:

(a)

iżommu rekord tal-kwantità, in-natura, l-oriġini u, fejn huma rilevanti, id-destinazzjoni, il-frekwenza tal-ġbir, il-mod ta' trasport u l-metodu ta' trattament fir-rigward ta' l-iskart imsemmi fl-Anness I u l-operazzjonijiet imsemmija fl-Annes II A jew II B;

(b)

jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6.

2.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu lill-produtturi biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 15

Skond il-prinċipju li “min iniġġes iħallas”, l-ispiża tar-rimi ta' l-iskart għandha titħallas minn:

(a)

id-detentur li l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġat minn kollettur ta' l-iskart jew minn impriża kif imsemmija fl-Artikolu 9; u/jew

(b)

id-detenturi ta' qabel jew il-produttur tal-prodott li minnu ġie l-iskart.

Artikolu 16

F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, fil-forma ta' rapport settorjali li għandu jkopri wkoll Direttivi Komunitarji pertinenti oħra. Ir-rapport għandu jiġi mfassal abbażi ta' kwestjonarju jew skema abbozzata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2). Il-kwestjonarju jew l-iskema għandha tintbagħat lill-Istati Membri sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu kopert mir-rapport. Ir-rapport għandu jsir lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mill-għeluq tal-perjodu tat-tliet snin li jkopri.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport Komunitarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

Artikolu 17

L-emendi meħtieġa għall-adattament ta' l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 18

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar wieħed.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 20

Id-Direttiva 75/442/KEEhija b'dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali stabbiliti fl-Anness III, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 21

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar il-5 ta' April 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 112, 30.4.2004, p. 46.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2004 (ĠU C 102 E, 28.4.2004, p. 106), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2006.

(3)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  Ara l-Parti A ta' l-Anness III.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(7)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).


ANNESS I

KATEGORIJI TA' SKART

Q1

Fdalijiet ta' produzzjoni jew ta' konsum mhux speċifikati b'mod ieħor hawn taħt

Q2

Prodotti mhux skond l-ispeċifikazzjoni

Q3

Prodotti li d-data għall-użu tajjeb tagħhom skadiet

Q4

Materjali mxerrda, mitlufa jew li kienu parti minn inċident, inkluż kwalunkwe materjal, tagħmir, eċċ. kontaminat minħabba l-inċident

Q5

Materjali kontaminati jew li tħammġu minħabba azzjonijiet ippjanati (eż. fdalijiet minn operazzjonijiet ta' tindif, materjali ta' l-ippakkjar, kontenituri, eċċ.)

Q6

Partijiet li ma jistgħux jintużaw (eż. batteriji mormija, katalizzaturi eżawriti, eċċ.)

Q7

Sustanzi li m'għadhomx jaħdmu tajjeb (eż. aċidi kontaminati, solventi kontaminati, mluħa għall-ittemprar tal-metall eżawriti, eċċ.)

Q8

Fdalijiet ta' proċessi industrijali (eż. gagazza, qigħan tal-lampiki, eċċ.)

Q9

Fdalijiet minn proċessi ta' tneħħija ta' tniġġis (eż. tjun tat-tindif tal-gass, trabijiet tal-filtri ta' l-arja, filtri użati, eċċ.)

Q10

Fdalijiet ta' ħdim ta' l-uċuħ bil-magna (eż. serratura tat-torn, tal-maċinatura, eċċ.)

Q11

Fdalijiet mill-estrazzjoni u l-ipproċessar ta' materja prima (eż. fdalijiet tal-minjieri, tat-tħaffir taż-żejt, eċċ.)

Q12

Materjali adulterati (eż. żjut kontaminati bil-PCBs, eċċ.)

Q13

Kwalunkwe materjal, sustanza jew prodott li l-użu tiegħu ġie pprojbit bil-liġi

Q14

Prodotti li d-detentur m'għandux aktar użu għalihom (eż. oġġetti skartati agrikoli, tad-dar, ta' l-uffiċċji, kummerċjali u tal-ħwienet, eċċ.)

Q15

Materjali, sustanzi jew prodotti kontaminati li jirriżultaw minn azzjonijiet ta' tiswija ta' l-art

Q16

Kwalunkwe materjal, sustanza jew prodott li mhux inkluż fil-kategoriji msemmija hawn fuq.


ANNESS II A

OPERAZZJONIJIET TA' RIMI

NB: Dan l-Anness hu maħsub bħala lista ta' operazzjonijiet ta' rimi hekk kif iseħħu fil-prattika. Skond l-Artikolu 4, l-iskart irid jiġi mormi mingħajr periklu għas-saħħa umana u mingħajr l-użu ta' proċessi jew metodi li x'aktarx jagħmlu l-ħsara lill-ambjent.

D 1

Depożitu ġewwa jew fuq l-art (eż. radam, eċċ.)

D 2

Trattament fuq l-art (eż. bijodegradazzjoni ta' rifjut likwidu jew tajn fil-ħamrija, eċċ.)

D 3

Injezzjoni fil-fond (eż. injezzjoni ta' rifjut li jista' jiġi ppumpjat fi bjar, koppli tal-melħ jew repożitorji naturali, eċċ.)

D 4

Lagunaġġ (eż. tqegħid ta' rifjuti likwidi jew tajn f'fosos, għadajjar jew laguni, eċċ.)

D 5

Radam ippreparat b'mod maħsub (eż. tqegħid f'ċelluli separati miksija minn ġewwa li jkunu mgħottija u iżolati minn ma' xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D 6

Rilaxx f'ilmijiet li mhumiex ibħra jew oċeani

D 7

Rilaxx f'ibħra jew oċeani inkluża l-inserzjoni f'qiegħ il-baħar

D 8

Trattament bijoloġiku li ma hu speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet finali li jiġu mormija permezz ta' waħda mill-operazzjonijiet bin-numru D 1 sa D 7 u D 9 sa D 12

D 9

Trattament fiżiko-kimiku li ma hu speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet finali li jiġu mormija permezz ta' waħda mill-operazzjonijiet bin-numru D 1 sa D 8 u D 10 sa D 12 (eż. evaporazzjoni, tnixxif, kalċinazzjoni, eċċ.)

D 10

Inċinerazzjoni fuq l-art

D 11

Inċinerazzjoni fuq il-baħar

D 12

Ħażna permanenti (eż. tqegħid ta' kontenituri f'minjiera, eċċ.)

D 13

Ragruppament jew taħlit qabel waħda mill-operazzjonijiet bin-numru D 1 sa D 12

D 14

Ippakkjar mill-ġdid qabel waħda mill-operazzjonijiet bin-numru D 1 sa D 13

D 15

Ħażna preliminari qabel waħda mill-operazzjonijiet bin-numru D 1 sa D 14 (ħlief il-ħażna temporanja, qabel il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott)


ANNESS II B

OPERAZZJONIJIET TA' RKUPRU

NB: Dan l-Anness hu maħsub bħala lista ta' operazzjonijiet ta' rkupru kif iseħħu fil-prattika. Skond l-Artikolu 4, l-iskart irid jiġi rkuprat mingħajr periklu għas-saħħa umana u mingħajr l-użu ta' proċessi jew metodi li x'aktarx jagħmlu l-ħsara lill-ambjent.

R 1

Użu ewlieni bħala karburant jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija

R 2

Irkupru jew riġenerazzjoni ta' solventi

R 3

Riċiklaġġ jew irkupru ta' sustanzi organiċi li mhumiex użati bħala solventi (inkluż il-kompostaġġ u proċessi oħra ta' trasformazzjoni bijoloġika)

R 4

Riċiklaġġ jew irkupru ta' metalli u komposti tal-metalli

R 5

Riċiklaġġ jew irkupru ta' materjali inorganiċi oħra

R 6

Riġenerazzjoni ta' aċidi jew bażijiet

R 7

Irkupru ta' komponenti użati għat-tneħħija tat-tniġġis

R 8

Irkupru ta' komponenti minn katalizzaturi

R 9

Raffinar mill-ġdid taż-żejt jew użu mill-ġdid ieħor taż-żejt

R 10

Frix fuq l-art li jirriżulta f'benefiċċju għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġiku

R 11

Użu ta' skart miksub minn waħda mill-operazzjonijiet bin-numru R 1 sa R 10

R 12

Skambju ta' skart biex jintuża f'waħda mill-operazzjonijiet bin-numru R 1 sa R 11

R 13

Ħżin preliminari ta' skart qabel waħda mill-operazzjonijiet bin-numru R 1 sa R 12 (ħlief il-ħżin temporanju, qabel il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott)


ANNESS III

PARTI A

DIRETTIVA MĦASSRA BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmija fl-Artikolu 20)

Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE (ĠU L 78, 26.3.1991, p. 32)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48)

fir-rigward biss tar-referenza għad-Direttiva 75/442/KEE fl-Anness VI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, 6.6.1996, p. 32)

 

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Anness III, punt 1 biss

PARTI B

LISTA TA' LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 20)

Direttiva

Limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni

75/442/KEE

17 ta' Lulju 1977

91/156/KEE

1 ta' April 1993

91/692/KEE

1 ta' Jannar 1995


ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 75/442/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 1(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 1(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1)(a)

Artikolu 1(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(b) – (g)

Artikolu 1(1)(b) – (g)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 3(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 3(1)(a), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 3(1)(a), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 3(1)(a) l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1)(a)(i)

Artikolu 3(1)(a) it-tieni inċiż

Artikolu 3(1)(a)(ii)

Artikolu 3(1)(a) it-tielet inċiż

Artikolu 3(1)(a)(iii)

Artikolu 3(1)(b), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 3(1)(b) frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 3(1)(b) l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1)(b)(i)

Artikolu 3(1)(b) it-tieni inċiż

Artikolu 3(1)(b)(ii)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 4(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 4(1)(ċ)

Artikolu 4, it-tieni paragrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 7(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 7(1)(ċ)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, ir-raba' inċiż

Artikolu 7 (1)(d)

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 7(2), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 7(2)(ċ)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 8, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 8, l-ewwel inċiż

Artikolu 8(a)

Artikolu 8, it-tieni inċiż

Artikolu 8(b)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, (a)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, (b)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, (ċ)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, ir-raba' inċiż

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, (d)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, (e)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 11(2), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 11(2)(a)

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 11(2)(b)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14, l-ewwel paragrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 14(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 14, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 14(1)(a)

Artikolu 14, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 14(1)(b)

Artikolu 14, it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(2)

Artikolu 15, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 15, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 15, l-ewwel inċiż

Artikolu 15(a)

Artikolu 15, it-tieni inċiż

Artikolu 15(b)

Artikolu 16, l-ewwel paragrafu mhux innumerat

Artikolu 16, l-ewwel paragrafu mhux innumerat u Artikolu 18, paragrafu 2

Artikolu 16, it-tieni paragrafu mhux innumerat

Artikolu 16, it-tielet paragrafu mhux innumerat

Artikolu 16, it-tieni paragrafu mhux innumerat

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18, paragrafu 1

Artikolu 18, paragrafu 1

Artikolu 18, paragrafu 2

Artikolu 18, paragrafu 3

Artikolu 18, paragrafu 3

Artikolu 18, paragrafu 4

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Anness I

Anness I

Anness II A

Anness II A

Anness II B

Anness II B

Anness III

Anness IV


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

22


DIRETTIVA 2006/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' April 2006

dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku ta' l-Ajru

(Test b'relevanza għall-EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar Ajru Uniku Ewropew teħtieġ l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni aktar dettaljata, b’mod partikolari dwar il-liċenzjar ta' kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru, sabiex jiġu żgurati l-ogħla standards ta' responsabbiltà u kompetenza, sabiex tittejjeb id-disponibbiltà ta' kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru u jiġi promoss ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji, kif previst mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru f’Ajru Uniku Ewropew (3), filwaqt li jibqa' segwit l-għan ta' titjib ġenerali fis-sigurtà tat-traffiku ta' l-ajru u fil-kompetenza tal-persunal.

(2)

L-introduzzjoni ta’ liċenzja Komunitarja hija mezz ta’ rikonoxximent tar-rwol speċifiku li għandhom il-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru fil-forniment ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru mingħajr periklu. It-twaqqif ta’ standards Komunitarji ta’ kompetenza sejrin ukoll inaqqsu l-frammentazzjoni f’dan il-qasam, b'hekk jikkontribwixxu għal organizzazzjoni aktar effiċjenti tax-xogħol fil-qafas ta' kollaborazzjoni reġjonali aktar intensa bejn il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru. Din id-Direttiva hija għalhekk parti essenzjali mil-leġiżlazzjoni li tirregola l-Ajru Uniku Ewropew.

(3)

Direttiva hija l-aktar strument adegwat sabiex jiġu stabbiliti standards għall-kompetenza, b'hekk titħalla f’idejn l-Istati Membri id-deċiżjoni dwar il-mezzi kif għandhom jintlaħqu tali standards.

(4)

Din id-Direttiva għandha tibni fuq standards internazzjonali eżistenti. L-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) adottat dispożizzjonijiet dwar il-liċenzjar tal-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru, inklużi r-rekwiżiti lingwistiċi. L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru (Eurocontrol) mwaqqfa permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta’ Diċembru 1960 relatata mal-Koperazzjoni għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru adottat Rekwiżiti Regolatorji tas-Sigurtà ta’ l-Eurocontrol. Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 din id-Direttiva tittrasponi r-rekwiżiti stipulati fir-Rekwiżit Regolatorju tas-Sigurtà Nru 5 tal-Eurocontrol (ESARR 5) li huwa rilevanti għall-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru.

(5)

Il-karatteristiċi partikolari tat-traffiku ta’ l-ajru Komunitarju jeħtieġu l-introduzzjoni u l-applikazzjoni effettiva ta’ standards Komunitarji ta' kompetenza fir-rigward ta' kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru impjegati minn fornituri ta' servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru primarjament involuti fit-traffiku ta’ l-ajru ġenerali. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva lil studenti kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru u lill-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom taħt ir-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru li joffru s-servizzi tagħhom primarjament lill-moviment ta' inġenji ta' l-ajru divers mit-traffiku ta' l-ajru ġenerali.

(6)

Fejn l-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti Komunitarji, l-awtoritajiet li jissorveljaw u jivverifikaw il-konformità għandhom ikunu suffiċjentement indipendenti mill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta' l-ajru u mill-entitajiet li jipprovdu t-taħriġ. L-awtoritajiet għandhom ukoll ikomplu bil-kapaċità tagħhom li jwettqu xogħolhom b’mod effiċjenti. L-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza nominata jew stabbilita skond din id-Direttiva tista' tkun l-istess korp jew korpi nominati jew stabbiliti skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi qafas għall-ħolqien ta’ l-Ajru Uniku Ewropew (4).

(7)

Il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta' l-ajru jeħtieġ persunal ta’ sengħa kbira li l-kompetenzi tiegħu jistgħu jiġu attestati b'diversi mezzi. Għall-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru l-mezz adegwat huwa l-introduzzjoni ta' liċenzja Komunitarja, li għandha tiġi meqjusa bħala tip ta’ diploma, għal kull kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru. Il-kwalifika li tinsab fuq il-liċenzja tindika t-tip ta' servizz tat-traffiku ta’ l-ajru li kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru għandu l-kompetenza li jipprovdi. Fl-istess waqt, l-annotazzjonijiet inklużi fuq il-liċenzja jirriflettu kemm il-kompetenzi speċifiċi tal-kontrollur kif ukoll l-awtorizzazzjoni ta' l-awtoritajiet ta’ sorveljanza sabiex jipprovdi servizzi għal settur jew gruppi ta’ setturi partikolari. Għalhekk l-awtoritajiet għandhom ikunu f’pożizzjoni li jivvalutaw il-kompetenza tal-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru meta joħorġu liċenzji jew meta jestendu l-validità ta' l-annotazzjonijiet. L-awtoritajiet għandhom ukoll ikunu f’pożizzjoni li jissospendu liċenzja, il-kwalifiki jew l-annotazzjonijiet meta jkun hemm xi dubju dwar kompetenza. Sabiex jiġi promoss ir-rappurtar ta' inċidenti (“kultura ta' ekwità”), din id-Direttiva ma għandhiex toħloq ness awtomatiku bejn inċident u s-sospensjoni ta' liċenzja, ta' kwalifika jew ta' annotazzjoni. Ir-revoka ta' liċenzja għandha tkun kunsidrata bħala l-aħħar mezz f’każijiet estremi.

(8)

Sabiex tiżdied il-kunfidenza reċiproka ta’ l-Istati Membri fis-sistema ta’ liċenzjar tagħhom, huma indispensabbli regoli Komunitarji dwar l-otteniment u ż-żamma ta' licenzji. Huwa għalhekk importanti, sabiex jiġi żgurat livell massimu ta' sigurtà, li jiġu armonizzati r-rekwiżiti fir-rigward ta' kwalifikazzjonijiet, kompetenzi u aċċess għall-professjoni ta’ kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru. Dan għandu jwassal għall-forniment ta' servizzi ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru bla periklu u ta' kwalita għolja u għar-rikonoxximent ta' liċenzji mal-Komunità kollha, u b’hekk jiżdied il-moviment liberu u tittejjeb id-disponibbiltà tal-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru.

(9)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva ma twassalx għall-elużjoni mid-dispożizzjonijiet nazzjonali attwali li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi konnessi mar-relazzjoni ta' impjieg bejn min iħaddem u l-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru applikanti.

(10)

Sabiex il-kompetenzi jsiru komparabbli fil-Komunità kollha, dawn jeħtieġu li jiġu strutturati b’mod ċar u ġeneralment aċċettat. Dan għandu jgħin sabiex tiġi garantita s-sigurtà mhux biss fi ħdan l-ispazju ta’ l-ajru taħt il-kontroll ta’ fornitur wieħed ta' servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, iżda speċjalment fil-kollegament operattiv bejn il-fornituri differenti ta’ servizzi.

(11)

F’bosta inċidenti u aċċidenti, il-komunikazzjoni għandha rwol sinifikattiv. L-ICAO għalhekk adottat rekwiżiti ta' kompetenzi lingwistiċi. Din id-Direttiva tiżviluppa dawn ir-rekwiżiti u tipprovdi mezz sabiex jiġu infurzati dawn l-istandards aċċettati internazzjonalment. Hemm il-ħtieġa li jiġu osservati l-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni, trasparenza u proporzjonalità fir-rekwiżiti lingwistiċi, sabiex jiġi inkorraġġut il-moviment liberu waqt li tiġi żgurata s-sigurtà.

(12)

L-għanijiet tat-taħriġ inizjali huma deskritti fil-materjal ta’ gwida żviluppat fuq it-talba tal-membri ta' l-Eurocontrol u huma kkunsidrati bħala l-istandards xierqa. Għall-fini ta’ taħriġ fi ħdan l-unità, in-nuqqas ta’ standards ġeneralment aċċettati għandu jiġi kompensat b'sensiela ta’ miżuri, inkluża l-approvazzjoni ta’ eżaminaturi, li għandhom jiggarantixxu standards għolja ta’ kompetenza. Dan għandu aktar importanza billi t-taħriġ fi ħdan l-unità jinvolvi ħafna spejjeż u huwa deċiżiv f'termini ta' sigurtà.

(13)

Fuq it-talba ta’ l-Istati Membri ta’ l-Eurocontrol ġew żviluppati rekwiżiti mediċi, li huma kkunsidrati bħala mezz aċċettabli ta' konformità ma' din id-Direttiva.

(14)

Iċ-ċertifikazzjoni tat-taħriġ mogħti għandha tkun ikkunsidrata bħala wieħed mill-fatturi deċiżivi, f'termini ta' sigurtà, għall-kwalità tat-taħriġ. It-taħriġ għandu jiġi meqjus bħala servizz simili għas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, suġġett ukoll għal proċess ta’ ċertifikazzjoni. Din id-Direttiva għandha toħloq il-possibbiltà li t-taħriġ ikun ċertifikat skond it-tip ta’ taħriġ, skond il-pakkett ta’ servizzi ta’ taħriġ jew skond il-pakkett ta’ servizzi ta’ taħriġ u ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, mingħajr ma jintnesew il-karatteristiċi partikolari tat-taħriġ.

(15)

Din id-Direttiva tikkonferma l-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-ġustifikazzjoni motivata għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens u d-dispożizzjoni ta' proċeduri adegwati ta’ appell jikkostitwixxu prinċipji bażiċi li jridu jsiru applikabbli għas-settur tal-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru b’mod aktar viżibbli. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jirrifjutaw li jirrikonoxxu liċenzji li ma jkunux maħruġa skond din id-Direttiva; l-Istati Membri għandu wkoll ikollhom id-dritt li jirrikonoxxu tali liċenzji wara li jagħmlu valutazzjoni xierqa ta' ekwivalenza. Billi din id-Direttiva hija mmirata lejn il-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji, ma tirregolax il-kundizzjonijiet konnessi ma' l-aċċess għall-impjieg.

(16)

Il-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru hija suġġetta għal innovazzjonijiet tekniċi li jirrikjedu aġġornamenti fuq bażi regolari tal-kompetenzi ta' tali kontrolluri. Din id-Direttiva għandha tippermetti tali adattamenti għall-iżviluppi tekniċi u għall-progress xjentifiku permezz ta’ l-użu tal-proċedura tal-kumitat.

(17)

Din id-Direttiva jista' jkollha impatt fuq ix-xogħol ta' kuljum tal-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru. Is-sħab soċjali għandhom ikunu infurmati u konsultati b’mod adegwat dwar il-miżuri kollha li jkollhom implikazzjonijiet soċjali sinifikattivi. Għalhekk ġie konsultat, u għandu jerġa' jiġi konsultat dwar miżuri implementattivi oħra meħuda mill-Kummissjoni, il-Kumitat ta’ Djalogu Settorjali mwaqqaf taħt id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/500/KE ta’ l-20 ta’ Mejju 1998 dwar it-twaqqif ta’ Kumitati ta’ Djalogu Settorjali sabiex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (5).

(18)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implementati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(19)

Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6).

(20)

Terminu ta' żmien ta' traspożizzjoni ta' sentejn huwa kunsidrat bħala suffiċjenti għat-twaqqif ta' qafas Komunitarju ta' liċenzjar u sabiex jiġu assimilati fi ħdan dak il-qafas il-liċenzji ta' detenturi attwali ta' liċenzji, skond id-dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet għaż-żamma tal-validità tal-kwalifiki u ta' l-annotazzjonijiet, billi r-rekwiżiti stabbiliti f'dawn id-dispożizzjonijiet huma konformi ma' l-obbligi internazzjonali eżistenti. Barra minn hekk, għandu jingħata terminu addizzjonali ta' żmien ta' traspożizzjoni ta' sentejn għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti lingwistiċi.

(21)

Il-kundizzjonijiet ġenerali, għall-otteniment ta' liċenzja, sa fejn jikkonċernaw l-età, ir-rekwiżiti ta' istruzzjoni u t-taħriġ inizjali, m' għandhomx jolqtu lid-detenturi attwali ta' liċenzji.

(22)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li, kemm jista' jkun, jillustraw il-korrispondenza bejn id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u jippubblikawhom,

ADOTTAW DIN ID–DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan u Kamp ta' Applikazzjoni

1.   L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jissaħħu l-istandards ta' sigurtà u sabiex titjieb l-operazzjoni tas-sistema Komunitarja tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru permezz tal-ħruġ ta' liċenzja Komunitarja ta' kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

studenti kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru, u

kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru

li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom taħt ir-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru li joffru s-servizzi tagħhom primarjament lil movimenti ta' inġenju ta’ l-ajru tat-traffiku ta’ l-ajru ġenerali.

3.   Suġġett għall-Artikoli 1(2) u 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, f'każijiet fejn ikunu provduti servizzi regolari u ppjanati ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lit-traffiku ta' l-ajru ġenerali taħt ir-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru li joffru s-servizzi tagħhom primarjament lil movimenti ta' inġenji ta’ l-ajru diversi mit-traffiku ta’ l-ajru ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta' sigurtà u ta' kwalità tas-servizzi lit-traffiku ta’ l-ajru ġenerali ikun għall-inqas ekwivalenti għal-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“servizz ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru” tfisser servizz mogħti bil-għan li jiġu evitati kolliżjonijiet bejn inġenji ta’ l-ajru, u, fiż-żona ta’ manuvrar, bejn inġenji ta’ l-ajru u ostruzzjonijiet, u sabiex jitħaffef it-traffiku ta’ l-ajru u jinżamm il-fluss ordnat tiegħu;

2.

“fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni ta' l-ajru” tfisser kull entità pubblika jew privata li tipprovdi servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għat-traffiku ta’ l-ajru ġenerali;

3.

“traffiku ta’ l-ajru ġenerali” tfisser il-movimenti kollha ta' inġenji ta' l-ajru ċivili, kif ukoll il-movimenti kollha ta' inġenji ta' l-ajru Statali (inklużi inġenji ta' l-ajru militari, doganali u tal-pulizija) meta dawn il-movimenti jitwettqu skond il-proċeduri ta' l-ICAO;

4.

“liċenzja” tfisser ċertifikat bi kwalunkwe denominazzjoni li biha jista’ jkun magħruf, maħruġ u approvat skond din id-Direttiva u li jagħti d-dritt lid-detentur leġittimu tiegħu li jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru skond il-kwalifiki u l-annotazzjonijiet li jinsabu fih;

5.

“kwalifika” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq il-liċenzja jew assoċjata mal-liċenzja u li tifforma parti minnha, li ssemmi kundizzjonijiet, privileġġi, jew limitazzjonijiet speċifiċi għal tali liċenzja; il-kwalifiki fuq liċenzja jkunu għall-inqas wieħed milli ġejjin:

(a)

kontroll viżiv ta' ajrudrom;

(b)

kontroll strumentali ta' ajrudrom;

(ċ)

kontroll proċedurali ta' avviċinament;

(d)

kontroll ta' avviċinament b'sorveljanza;

(e)

kontroll proċedurali ta’ żona;

(f)

kontroll ta’ żona b'sorveljanza;

6.

“annotazzjoni ta' kwalifika” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kundizzjonijiet, privileġġi jew limitazzjonijiet speċifiċi għall-kwalifika rilevanti;

7.

“annotazzjoni ta’ unità” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-indikatur ta' lokalità ta’ l-ICAO u s-setturi u/jew il-pożizzjonijiet operattivi fejn id-detentur tal-liċenzja ikollu l-kompetenza li jaħdem;

8.

“annotazzjoni lingwistika” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza lingwistika tad-detentur;

9.

“annotazzjoni ta' istruttur” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza tad-detentur li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol;

10.

“indikatur ta’ lokalità ta’ l-ICAO” tfisser il-kodiċi ta’ erba’ ittri formulat skond ir-regoli preskritti mill-ICAO fil-manwal DOC 7910 tagħha u assenjat lil-lokalità ta’ stazzjon fiss ajrunawtiku;

11.

“settur” tfisser parti ta’ żona ta’ kontroll u/jew parti ta’ reġjun/reġjun superjuri ta’ informazzjoni dwar titjir;

12.

“taħriġ” tfisser it-totalità ta’ korsijiet teoretiċi, eżerċizzji prattiċi, inkluż l-użu ta' simulaturi, u taħriġ fuq ix-xogħol meħtieġa sabiex jinkisbu u jinżammu l-kompetenzi meħtieġa fl-għoti ta' servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru li jkunu bla periklu u ta’ kwalità għolja; dan jikkonsisti minn:

(a)

taħriġ inizjali, li jipprovdi taħriġ bażiku u għal kwalifika, li jwassal għall-għoti ta’ liċenzja ta’ student;

(b)

taħriġ ta’ unità, inkluż taħriġ transitorju li jingħata qabel taħriġ fuq ix-xogħol, u taħriġ fuq ix-xogħol, li jwasslu għall-għoti ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru;

(ċ)

taħriġ ta' kontinwazzjoni, li jżomm il-validità ta' l-annotazzjonijiet tal-liċenzja;

(d)

taħriġ ta’ istrutturi li jagħtu taħriġ fuq ix-xogħol, li jwassal għall-għoti ta’ annotazzjoni ta’ istruttur;

(e)

taħriġ ta’ eżaminaturi u/jew valutaturi;

13.

“fornitur ta' taħriġ” tfisser organizzazzjoni li tkun ġiet ċertifikata mill-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza sabiex tipprovdi tip wieħed jew aktar ta’ taħriġ;

14.

“Skema ta’ Kompetenza ta’ Unità” tfisser skema approvata li tindika l-metodu li permezz tiegħu l-unità żżomm il-kompetenza tad-detenturi tal-liċenzja li jagħmlu parti minnha;

15.

“Pjan ta' Taħriġ ta’ Unità” tfisser pjan approvat li jispeċifika b'mod iddettaljat il-proċessi u l-perjodi neċessarji sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' l-unità liż-żona lokali taħt is-superviżjoni ta' istruttur li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol.

Artikolu 3

Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sorveljanza

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tagħhom sabiex jassumu l-kompiti assenjati lil tali awtorità taħt din id-Direttiva.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru u mill-fornituri ta' taħriġ. Din l-indipendenza għandha tinkiseb permezz ta’ separazzjoni adegwata, għall-inqas fil-livell funzjonali, bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u tali fornituri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jeżerċitaw il-poteri tagħhom b’mod imparzjali u trasparenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u bl-indirizzi ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, kif ukoll bi kwalunkwe tibdil ta’ dawn, u bil-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 4

Prinċipji għall-għoti ta' liċenzji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi tal-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru fl-ambitu ta' l-Artikolu 1(2) ikunu fornuti biss minn kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru liċenzjati skond din id-Direttiva.

2.   L-applikanti għal liċenzja għandhom iġibu l-prova tal-kompetenza tagħhom sabiex jaħdmu bħala kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru jew bħala studenti kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru. Il-prova li turi l-kompetenza tagħhom għandha tirrigwarda l-konoxxenza, l-esperjenza, l-abbiltajiet u l-kompetenza lingwistika.

3.   Il-liċenzja għandha tibqa' l-proprjetà tal-persuna li lilha tkun ingħatat u li għandha tiffirmaha.

4.   Skond l-Artikolu 14(1):

(a)

il-liċenzja, il-kwalifiki jew l-annotazzjonijiet jistgħu jiġu sospiżi meta jeżisti dubju dwar il-kompetenza tal-kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru jew f'każijiet ta' kondotta skorretta;

(b)

il-liċenzja tista' tiġi revokata f'każ ta' nuqqas gravi ta' diliġenza jew fil-każ ta’ abbuż.

5.   Il-liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku ta’ l-ajru għandha tawtorizza lid-detentur sabiex jipprovdi servizzi ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru taħt is-superviżjoni ta’ istruttur li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol.

6.   Il-liċenzja għandha tinkludi l-elementi esposti fl-Anness I.

7.   Fejn liċenzja tiġi maħruġa b'lingwa li mhijiex l-Ingliż, din għandha tinkludi traduzzjoni bl-Ingliż ta' l-elementi esposti fl-Anness I.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru jkunu suffiċjentement imħarrġa fil-manteniment tas-sigurtà u fl-immaniġġar ta' kriżijiet.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja

1.   Għandhom jingħataw liċenzji ta’ studenti kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru lil dawk l-applikanti li:

(a)

jkollhom għall-inqas 18-il sena u jkunu detenturi għall-inqas ta' diploma ta’ edukazzjoni sekondarja jew ta' diploma li tagħti aċċess għall-università jew ekwivalenti.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tivvaluta l-istandard edukattiv ta' l-applikanti li ma jissodisfawx dan ir-rekwiżit edukattiv. Jekk din il-valutazzjoni turi li applikant għandu esperjenza u l-edukazzjoni li jagħtuh possibbiltà raġonevoli li jtemm it-taħriġ fil-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala suffiċjenti;

(b)

ikunu temmew b’suċċess taħriġ inizjali approvat li jkun rilevanti għall-kwalifika, u għall-annotazzjoni tal-kwalifika jekk applikabbli, kif stabbilit fil-Parti A ta’ l-Anness II;

(ċ)

ikollhom ċertifikat mediku validu; u

(d)

urew livell adegwat ta’ kompetenza lingwistika skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

Il-liċenzja għandu jkollha għall-inqas kwalifika waħda u annotazzjoni waħda ta' kwalifika, jekk applikabbli.

2.   Għandhom jingħataw liċenzji ta’ kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru lil dawk l-applikanti li:

(a)

ikollhom għall-inqas 21 sena. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal età minima iżgħar f'każijiet debitament ġustifikati;

(b)

ikunu detenturi ta' liċenzja ta’ student u temmew kors approvat ta’ taħriġ ta’ unità u għaddew mill-eżamijiet rilevanti jew mill-valutazzjonijiet skond ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B ta’ l-Anness II;

(ċ)

ikollhom ċertifikat mediku validu; u

(d)

urew livell adegwat ta’ kompetenza lingwistika skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

Il-liċenzja għandha tkun validata bl-inklużjoni ta' kwalifika waħda jew iżjed u bl-annotazzjonijiet tal-kwalifika, ta' l-unità u lingwistiċi rilevanti li għalihom it-taħriġ kien mitmum b'suċċess.

3.   L-annotazzjoni ta' istruttur għandha tingħata lid-detenturi ta' liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru li:

(a)

jkunu pprovdew servizzi ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru għal perjodu, immedjatament preċedenti, ta' għall-inqas sena, jew għal perjodu ta' żmien itwal kif stabbilit mill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza b'kont meħud tal-kwalifiki u l-annotazzjonijiet li għalihom huwa mogħti t-taħriġ; u

(b)

jkunu temmew b’suċċess kors ta' istruttur li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol li matulu ġew valutati, permezz ta’ eżamijiet adegwati, il-konoxxenza u l-abbiltajiet pedagoġiċi meħtieġa.

Artikolu 6

Kwalifiki ta' kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru

Il-liċenzji għandhom jkollhom waħda jew iżjed mill-kwalifiki li ġejjin sabiex ikun indikat it-tip ta’ servizz li d-detentur tal-liċenzja jista’ jipprovdi:

(a)

il-kwalifika ta’ Kontroll Viżiv ta' Ajrudrom (ADV), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għat-traffiku ta’ ajrudrom f'ajrudrom li ma għandux proċeduri pubblikati ta’ avviċinament jew tluq strumentali;

(b)

il-kwalifika ta’ Kontroll Strumentali ta' Ajrudrom (ADI), li għandha tindika li d-detentur ta' liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għat-traffiku ta’ ajrudrom f'ajrudrom li għandu proċeduri pubblikati ta’ avviċinament jew tluq strumentali u li għandu jkun akkumpanjat minn għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet tal-kwalifika deskritti fl-Artikolu 7(1);

(ċ)

il-kwalifika ta’ Kontroll Proċedurali ta' Avviċinament (APP), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil inġenji ta’ l-ajru li jaslu, jitilqu jew jittransitaw mingħajr l-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

(d)

il-kwalifika ta’ Kontroll ta' Avviċinament b'Sorveljanza (APS), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil inġenji ta’ l-ajru li jaslu, jitilqu jew jittransitaw bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza u li għandha tkun akkumpanjata minn għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet tal-kwalifika deskritti fl-Artikolu 7(2);

(e)

il-kwalifika ta’ Kontroll Proċedurali ta’ Żona (ACP), li għandha tindika li d-detentur ta' liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil inġenji ta’ l-ajru mingħajr l-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

(f)

il-kwalifika ta’ Kontroll ta’ Żona b'Sorveljanza (ACS), li għandha tindika li d-detentur ta' liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil inġenji ta’ l-ajru bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza u li għandha tkun akkumpanjata minn għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet tal-kwalifika deskritti fl-Artikolu 7(3).

Artikolu 7

Annotazzjonijiet tal-kwalifika

1.   Il-kwalifika ta’ Kontroll Strumentali ta' Ajrudrom (ADI) għandha jkollha għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annotazzjoni “Torri ta' Kontroll” (TWR), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll fejn il-kontroll ta’ ajrudrom ikun provdut minn pożizzjoni operattiva waħda;

(b)

l-annotazzjoni “Kontroll tal-Moviment fl-Art” (GMC), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi kontroll ta' movimenti fl-art;

(ċ)

l-annotazzjoni “Sorveljanza tal-Moviment fl-Art” (GMS), li tingħata addizzjonalment ma' l-annotazzjoni “Kontroll tal-Moviment fl-Art” jew ma' l-annotazzjoni “Torri ta' Kontroll”, għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi kontroll ta' movimenti fuq l-art bl-għajnuna ta’ sistemi ta’ gwida fuq is-superfiċji ta’ ajrudrom;

(d)

l-annotazzjoni “Kontroll ta’ l-Ajru” (AIR), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi kontroll ta’ l-ajru;

(e)

l-annotazzjoni “Kontroll bir-Radar ta’ Ajrudrom” (RAD), li tingħata addizzjonalment ma' l-annotazzjoni “Kontroll ta’ l-Ajru” jew ma' l-annotazzjoni “Torri ta' Kontroll”, li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi kontroll ta’ ajrudrom bl-għajnuna ta’ tagħmir tar-radar ta’ sorveljanza.

2.   Il-kwalifika ta’ Kontroll ta' Avviċinament b'Sorveljanza (APS) għandha jkollha għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annotazzjoni “Radar” (RAD), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi servizz ta’ kontroll ta’ avviċinament bl-użu ta’ tagħmir radar primarju u/jew sekondarju;

(b)

l-annotazzjoni “Avviċinament b'Radar ta’ Preċiżjoni” (PAR), li tingħata addizzjonalment ma' l-annotazzjoni “Radar”, li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi lill-inġenji ta’ l-ajru li jkunu fil-fażi finali ta' avviċinament għar-runway kontroll mill-art ta' avviċinament ta' preċiżjoni bl-użu ta’ tagħmir tar-radar għall-avviċinament ta’ preċiżjoni;

(ċ)

l-annotazzjoni “Avviċinament b’Radar ta’ Sorveljanza” (SRA), li tingħata addizzjonalment ma' l-annotazzjoni “Radar”, li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi lil inġenji ta’ l-ajru li jkunu fil-fażi finali ta' avviċinament għar-runway kontroll mill-art ta' avviċinament mhux ta' preċiżjoni bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

(d)

l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika” (ADS), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti li jipprovdi servizz ta’ kontroll ta' avviċinament bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza dipendenti awtomatika;

(e)

l-annotazzjoni “Kontroll tat-Terminal” (TCL), li tingħata addizzjonalment ma' l-annotazzjoni “Radar” jew ma' l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika”, li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru bl-użu ta’ kwalunkwe tagħmir ta’ sorveljanza lil inġenji ta’ l-ajru li joperaw f'żona speċifika ta’ terminal u/jew f'setturi viċini.

3.   Il-kwalifika ta’ Kontroll ta’ Żona b'Sorveljanza (ACS) għandha jkollha għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annotazzjoni “Radar” (RAD), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi servizzi ta’ kontroll ta’ żona bl-użu ta’ tagħmir tar-radar ta’ sorveljanza;

(b)

l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika” (ADS), li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi servizz ta’ kontroll ta’ żona bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza dipendenti awtomatika;

(ċ)

l-annotazzjoni “Kontroll tat-Terminal” (TCL), li tingħata addizzjonalment ma' l-annotazzjoni “Radar” jew ma' l-annotazzjoni “Sorveljanza Dipendenti Awtomatika”, li għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru bl-użu ta’ kwalunkwe tagħmir ta’ sorveljanza lil inġenji ta’ l-ajru li joperaw f’żona speċifika ta’ terminal u/jew f'setturi viċini;

(d)

l-annotazzjoni “Kontroll Oċeaniku” (OCL), li għandha tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru lil inġenji ta’ l-ajru li joperaw f’Żona ta’ Kontroll Oċeaniku.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw annotazzjonijiet nazzjonali f'każijiet eċċezzjonali dovuti biss għall-karatteristiċi partikolari tat-traffiku ta’ l-ajru fl-ispazju ta’ l-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Dawn l-annotazzjonijiet ma għandhomx jolqtu l-libertà ta' moviment ġenerali tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru.

Artikolu 8

Annotazzjonijiet lingwistiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru jistgħu juru l-abbiltà tagħhom li jitkellmu u jifhmu bl-Ingliż f’livell sodisfaċenti. Il-kompetenza tagħhom għandha tiġi determinata skond l-iskala gradatorja tal-kompetenza lingwistika disposta fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti lingwistiċi lokali meta dawn ikunu meqjusa meħtieġa għal raġunijiet ta’ sigurtà.

3.   Il-livell meħtieġ fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandu jkun il-livell 4 ta' l-iskala gradatorja ta' kompetenza lingwistika li hija disposta fl-Anness III.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jesiġu l-livell 5 ta' l-iskala gradatorja ta' kompetenza lingwistika disposta fl-Anness III fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u/jew 2 fejn iċ-ċirkostanzi operattivi tal-kwalifika jew ta' l-annotazzjoni partikolari titlob livell ogħla għal raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà. Tali rekwiżit għandu jkun ġustifikat oġġettivament, mhux diskriminatorju, proporzjonat u trasparenti.

5.   Il-kompetenza għandha tiġi murija permezz ta' ċertifikat maħruġ wara proċedura ta' valutazzjoni oġġettiva u trasparenti approvata mill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza.

Artikolu 9

Annotazzjonijiet ta' istruttur

L-annotazzjoni ta' istruttur għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi taħriġ u superviżjoni fix-xogħol ta' funzjoni operattiva għall-oqsma koperti minn kwalifika valida.

Artikolu 10

Annotazzjonijiet ta' l-unità

L-annotazzjoni ta' unità għandha tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti li jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru għal settur partikolari, għal grupp ta' setturi jew għal funzjonijiet operattivi taħt ir-responsabbiltà ta' unità ta' servizz tat-traffiku ta’ l-ajru.

L-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurtà, jistipulaw li l-privileġġi ta' l-annotazzjoni ta' unità ikunu eżerċitati biss minn detenturi ta' liċenzja taħt età determinata.

Artikolu 11

Kundizzjonijiet sabiex jinżammu l-kwalifiki u jinżammu validi l-annotazzjonijiet

1.   L-annotazzjonijiet ta' l-unità għandhom ikollhom validità għal perjodu inizjali ta' 12-il xahar. Il-validità ta' tali annotazzjonijiet għandha tiġi estiża għat-12-il xahar li jmiss jekk il-fornitur tas-servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru juri li:

(a)

l-applikant ilu jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja għal numru minimu ta’ siegħat, kif indikat fl-iskema approvata tal-kompetenzi ta’ l-unità, matul l-aħħar 12-il xahar;

(b)

il-kompetenza ta’ l-applikant ġiet valutata skond il-Parti Ċ ta’ l-Anness II; u

(ċ)

l-applikant għandu ċertifikat mediku validu.

In-numru minimu ta’ siegħat ta' xogħol mingħajr ma jiġu kkunsidrati eżerċizzji ta' istruzzjoni, meħtieġa sabiex tinżamm il-validità ta' l-annotazzjoni ta' l-unità jistgħu jitnaqqsu għal istrutturi li jagħtu taħriġ fuq ix-xogħol proporzjonalment għall-ħin mogħti għall-istruzzjoni ta' min ikun qiegħed jitħarreġ fil-funzjonijiet operattivi li għalihom tkun ġiet applikata l-estensjoni.

2.   Fejn ma tibqax valida annotazzjoni ta' l-unità, għandu jiġi segwit u kompletat b'suċċess pjan ta' taħriġ ta' l-unità sabiex tiġi mġedda l-validità ta' l-annotazzjoni.

3.   Id-detentur ta' kwalifika jew ta' annotazzjoni ta' kwalifika li ma jkunx qiegħed jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku ta' l-ajru assoċjati ma' dik il-kwalifika jew annotazzjoni ta' kwalifika għal kwalunkwe perjodu konsekuttiv ta’ erba' snin jista' biss jibda taħriġ ta' l-unità għal dik il-kwalifika jew annotazzjoni ta' kwalifika wara valutazzjoni adegwata li tiddetermina jekk huwa għadux jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-kwalifika jew annotazzjoni ta' kwalifika, u wara li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ li joħroġ minn din il-valutazzjoni.

4.   Il-kompetenza lingwistika ta' l-applikant għandha tiġi valutata formalment wara intervalli regolari, ħlief għal dawk l-applikanti li jkunu urew kompetenza fil-livell 6.

Tali intervall ma għandux ikun itwal minn 3 snin għall-applikanti li juru kompetenza fil-livell 4 u mhux itwal minn 6 snin għall-applikanti li juru kompetenza fil-livell 5.

5.   L-annotazzjoni ta' istruttur għandha tkun valida għal perjodu rinnovabbli ta’ 36 xahar.

Artikolu 12

Ċertifikati mediċi

1.   Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jinħarġu minn organu mediku kompetenti ta' l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza jew minn eżaminaturi mediċi approvati mill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza.

2.   Il-ħruġ ta' ċertifikati mediċi għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I tal-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u skond ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Eurocontrol għal Ċertifikazzjoni Medika Ewropea ta' Klassi 3 tal-Kontrolluri tat-Traffiku ta’ l-Ajru.

3.   Iċ-ċertifikati mediċi għandhom ikunu validi mid-data ta' l-eżami mediku u għal 24 xahar wara għal kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru li għandhom sa l-età ta' 40 u għal 12-il xahar 'il fuq minn dik l-età. Iċ-ċertifikat mediku jista' jiġi revokat fi kwalunkwe waqt jekk dan ikun meħtieġ mill-kondizzjoni medika tad-detentur.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri effettivi ta' reviżjoni jew ta’ appell li jinvolvu parteċipazzjoni adegwata minn konsulenti mediċi indipendenti.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jittrattaw każijiet ta’ tnaqqis fis-saħħa fiżika u li jippermettu d-detenturi ta' liċenzja jinnotifikaw lil min iħaddimhom bi kwalunkwe tnaqqis f'saħħithom jew li jinsabu taħt l-influwenza ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva jew ta' mediċini li jistgħu jostakolawhom milli jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja f'kundizzjonijiet ta' siġurtà u korrettament.

Artikolu 13

Ċertifikazzjoni ta’ Fornituri ta' Taħriġ

1.   L-għoti ta' taħriġ lil kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru, inklużi proċeduri relatati ta' valutazzjoni, għandu jkun suġġett għaċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza.

2.   Ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jirrelataw għall-kompetenzi tekniċi u operattivi u għall-kapaċità ta' l-applikant li jorganizza korsijiet ta’ taħriġ kif imsemmi fil-punt 1 ta’ l-Anness IV.

3.   L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza ta’ l-Istat Membru fejn l-applikant ikollu s-sede prinċipali tiegħu u, jekk ikollu, ta' l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom joħorġu ċertifikati fejn il-fornitur ta' taħriġ applikanti jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt 1 ta’ l-Anness IV.

Jistgħu jinħarġu ċertifikati għal kull tip ta’ taħriġ, jew flimkien ma' servizzi oħra ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, sabiex it-tip ta’ taħriġ u t-tip ta’ servizz ta' navigazzjoni ta’ l-ajru jiġu ċertifikati flimkien bħala pakkett ta’ servizzi.

4.   Iċ-ċertifikati għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 ta’ l-Anness IV.

5.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jimmonitoraw il-konformità mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet mehmuża maċ-ċertifikati. Jekk awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza ssib li detentur ta' ċertifikat m’għadux jissodisfa tali rekwiżiti jew kundizzjonijiet, għandha tieħu l-miżuri xierqa, li jistgħu jinkludu l-irtirar taċ-ċertifikat.

6.   Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 14

Garanzija ta’ konformità ma’ l-istandards ta’ kompetenza

1.   Sabiex jiġu żgurati dawk il-livelli ta’ kompetenza indispensabbli għall-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru sabiex jaqdu dmirijithom skond standards għolja ta’ sigurtà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taħriġ iseħħ taħt is-sorveljanza u l-monitoraġġ ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza.

Il-kompiti tagħhom għandhom jinkludu:

(a)

il-ħruġ u r-revoka ta' liċenzji, kwalifiki u annotazzjonijiet li għalihom ikunu saru t-taħriġ u l-valutazzjoni fil-kamp ta' responsabbiltà ta' l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza;

(b)

iż-żamma u s-sospensjoni ta' kwalifiki u annotazzjonijiet, li l-privileġġi tagħhom jiġu eżerċitati taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorita' nazzjonali ta' sorveljanza;

(ċ)

iċ-ċertifikazzjoni ta’ fornituri ta' taħriġ;

(d)

l-approvazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ, ta' pjanijiet għat-taħriġ ta’ unitajiet u ta' skemi ta' kompetenza ta' unitajiet;

(e)

l-approvazzjoni ta’ eżaminaturi jew valutaturi tal-kompetenza;

(f)

il-monitoraġġ u l-verifika ta' sistemi ta’ taħriġ; u

(g)

it-twaqqif ta’ mekkaniżmi adegwati ta’ appell u ta' notifikazzjoni.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jipprovdu informazzjoni adegwata u assistenza reċiproka lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza ta' Stati Membri oħra sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, partikolarment f'każijiet li jinvolvu l-moviment liberu ta' kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru fil-Komunità.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jiżguraw iż-żamma ta' database b'kumpilazzjoni ta' lista bil-kompetenzi tad-detenturi kollha ta' liċenzja li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u bid-dati ta' validità ta' l-annotazzjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, l-unitajiet operattivi fi ħdan fornituri ta' servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru għandhom iżommu reġistru bin-numru effettiv ta’ siegħat ta’ ħidma fis-setturi, gruppi ta’ setturi jew fil-funzjonijiet operattivi għal kull detentur ta' liċenzja li jaqdi dmiru fl-unità u għandhom jipprovdu din id-data lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza fuq it-talba tagħha.

4.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom japprovaw id-detenturi tal-liċenzja li jkollhom id-dritt jeżerċitaw il-funzjoni ta' eżaminaturi tal-kompetenza jew ta' valutaturi tal-kompetenza għat-taħriġ ta’ l-unità u għal taħriġ ta' kontinwazzjoni. L-approvazzjoni għandha tkun valida għal perjodu rinnovabbli ta’ tliet snin.

5.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jivverifikaw ix-xogħol tal-fornituri ta' taħriġ fuq bażi regolari bil-għan li jiggarantixxu konformità effettiva ma’ l-istandards stipulati f’din id-Direttiva.

Minbarra l-verifika regolari, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jwettqu ispezzjonijiet fuq il-post sabiex jivverifikaw l-implementazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva u l-konformità ma’ l-istandards stipulati fiha.

6.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jiddeċiedu li jiddelegaw bis-sħiħ jew parzjalment il-funzjonijiet ta’ verifika u l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 lil organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

7.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva sa Mejju 2011 u minn hemm 'il quddiem f'intervalli ta' tliet snin.

Artikolu 15

Rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru

1.   Suġġett għall-Artikolu 8, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi liċenzji u l-kwalifiki, l-annotazzjonijiet ta' kwalifiki u l-annotazzjonijiet lingwistiċi assoċjati magħhom maħruġa mill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza ta’ Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kif ukoll iċ-ċertifikati mediċi li jakkumpanjawhom. Madankollu, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li jirrikonoxxi biss liċenzji ta' detenturi li jkunu laħqu l-età minima ta' 21 sena kif previst fl-Artikolu 5(2)(a).

2.   Fil-każijiet fejn detentur ta' liċenzja jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja fi Stat Membru ieħor minn dak li fih ġiet maħruġa l-liċenzja, id-detentur tal-liċenzja għandu jkollu d-dritt li jibdel il-liċenzja tiegħu ma' liċenzja maħruġa fl-Istat Membru fejn ikunu eżerċitati l-privileġġi, mingħajr ma jkunu imposti kundizzjonijiet addizzjonali.

3.   Sabiex tingħata l-annotazzjoni ta' l-unità, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jeħtieġu li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet partikolari assoċjati ma’ din l-annotazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni ta' l-unità, tas-settur jew tal-funzjoni operattiva. Meta jistabbilixxi l-pjan ta' taħriġ ta’ l-unità, il-fornitur ta' taħriġ għandu jikkunsidra l-kompetenzi miksuba u l-esperjenza ta’ l-applikant.

4.   L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom japprovaw u jagħtu deċiżjoni motivata dwar il-pjan ta' taħriġ ta’ l-unità li jkun fih it-taħriġ propost għall-applikant mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-preżentazzjoni tal-prova, mingħajr preġudizzju għad-dewmien li jirriżulta minn kwalunkwe appell li jista’ jsir. Fid-deċiżjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u tal-proporzjonalità.

Artikolu 16

Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku

Fid-dawl ta' progress tekniku jew xjentifiku, il-Kummissjoni tista' tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2), emendi għall-kwalifiki msemmija fl-Artikolu 6, għall-annotazzjonijiet ta' kwalifiki msemmija fl-Artikolu 7, għad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikati mediċi fl-Artikolu 12(3) u għall-Annessi.

Artikolu 17

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għal Ajru Uniku stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 18

Penali

L-Istati Membri għandhom jitabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implementati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa Mejju 2008 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li tolqothom.

Artikolu 19

Arranġamenti Transitorji

L-Artikolu 5(2)(a) u (b) ma għandux japplika għal detenturi ta' liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru maħruġa mill-Istati Membri qabel Mejju 2008.

Artikolu 20

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn Mejju 2008, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 8, li t-terminu perentorju tiegħu għandu jiskadi Mejju 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummisjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modalitajiet kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar il-5 ta' April 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 234, 22.9.2005, p. 17.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2005 (ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 50), Pożizzożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Novembru 2005 (ĠU C 316 E, 13.12.2005, p. 1) u Pożizzożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL-LIĊENZJI

Il-liċenzji maħruġa minn kull Stat Membru skond din id-Direttiva għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

1.   Dettalji

1.1.

Id-dettalji li ġejjin għandhom jidhru fuq il-liċenzja, b'asterisk li jindika dawk id-dettalji li t-traduzzjoni tagħhom bl-Ingliż tkun obbligatorja:

(a)

*L-isem ta' l-Istat jew Awtorità li toħroġ il-liċenzja (b'ittri skuri);

(b)

*Titlu tal-liċenzja (b'ittri skuri ħafna);

(ċ)

In-numru tas-serje tal-liċenzja, bl-użu tan-numerazzjoni Għarbija, mogħti mill-Awtorità li toħroġ il-liċenzja;

(d)

L-isem sħiħ tad-detentur (bl-użu ta' l-alfabet Ruman anke jekk l-iskrittura tal-lingwa nazzjonali tkun diversa minn dik Rumana);

(e)

Data tad-twelid;

(f)

Nazzjonalità tad-detentur;

(g)

Firma tad-detentur;

(h)

*Ċertifikazzjoni fir-rigward tal-validità u l-awtorizzazzjoni tad-detentur li jeżerċita l-privileġġi inerenti fil-liċenzja, li tindika:

(i)

il-kwalifiki, l-annotazzjonijiet tal-kwalifiki, l-annotazzjonijiet lingwistiċi, l-annotazzjonijiet ta' istruttur, u l-annotazzjonijiet ta' l-unità;

(ii)

id-data meta ġew maħruġa l-ewwel darba;

(iii)

id-data meta tiskadi l-validità tagħhom;

(i)

Firma ta' l-uffiċjal li ħareġ il-liċenzja u d-data ta' tali ħruġ;

(j)

Siġill jew timbru ta' l-Awtorità li ħarġet il-liċenzja.

1.2.

Il-liċenzja għandha tkun akkumpanjata minn ċertfikat mediku validu.

2.   Materjal

Il-materjal użat għandu jkun karta ta' kwalità prima jew materjal adegwat ieħor u għandhom jidhru fuqu b'mod ċar l-elementi msemmija fil-punt 1.

3.   Kulur

3.1.

Fejn jintuża materjal ta' l-istess kulur għal-liċenzji relatati ma' l-avjazzjoni maħruġa minn Stat Membru, dak il-kulur għandu jkun abjad.

3.2.

Fejn il-liċenzji relatati ma' l-avjazzjoni maħruġa minn Stat Membru jkunu distinti permezz ta' markatura kulurita, il-kulur tal-liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru għandu jkun isfar.


ANNESS II

REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ

PARTI A

Rekwiżiti ta' taħriġ inizjali tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru

It-taħriġ inizjali għandu jiżgura li studenti kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru jissodisfaw għall-inqas l-għanijiet, għal taħriġ bażiku u għall-kwalifika, kif deskritti fil-“Guidelines for air traffic controller Common Core Content Initial Training”, ta' l-Eurocontrol, edizzjoni tat-10 ta' Diċembru 2004, sabiex il-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru jkunu kapaċi jmexxu t-traffiku ta' l-ajru mingħajr periklu, b'mod rapidu u effiċjenti.

It-taħriġ inizjali għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin: Liġi ta' l-Avjazzjoni, Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru, inklużi Proċeduri għall-Koperazzjoni Ċivili-Militari, Meteoroloġija, Navigazzjoni, Inġenjita' l-Ajru u Prinċipji ta' Titjir, inkluża r-relazzjoni bejn il-kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru u l-pilota, Fatturi Umani, Tagħmir u Sistemi, Ambjent Professjonali, Sigurtà u Kultura ta' Sigurtà, Sistemi ta' Ġestjoni tas-Sigurtà, Sitwazzjonijiet Anomali/ ta' Emerġenza, Sistemi Degradati u Konoxxenza Lingwistika, inkluża l-Frażjoloġija użata fir-radjotelefonija.

Is-suġġetti għandhom ikunu mgħallma b'mod li jippreparaw lill-applikanti għat-tipi differenti tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru u li jenfasizzaw l-aspetti tas-sigurtà. It-taħriġ inizjali għandu jikkonsisti f'korsijiet teoretiċi u prattiċi, inkluż l-użu ta' simulaturi, u t-tul tiegħu għandu jkun determinat fil-pjanijiet ta' taħriġ inizjali approvati. Il-kompetenzi miksuba għandhom jiżguraw li l-kandidat ikun jista' jitqies bħala kompetenti sabiex jimmaniġġa sitwazzjonijiet ta' traffiku kumplessi u densi, b'hekk jiffaċilitaw it-transizzjoni għat-taħriġ fi ħdan l-unità. Il-kompetenza tal-kandidat wara t-taħriġ inizjali għandha tiġi valutata permezz ta' eżamijiet xierqa jew ta' sistema ta' valutazzjoni kontinwa.

PARTI B

Rekwiżiti ta' taħriġ ta' l-unità għal kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru

Il-pjanijiet ta' taħriġ ta' l-unità għandhom jispeċifikaw il-proċessi u l-perjodi neċessarji għall-applikazzjoni tal-proċeduri ta' l-unità liż-żona lokali taħt is-superviżjoni ta' l-istruttur li jagħti taħriġ fuq ix-xogħol. Il-pjan approvat għandu jinkludi indikazzjonijiet ta' l-elementi kollha tas-sistema ta' valutazzjoni tal-kompetenza, inklużi arranġamenti dwar ix-xogħol, valutazzjonijiet u eżamijiet tal-progress miksub, flimkien mal-proċeduri ta' notifika lill-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza. It-taħriġ ta' l-unità jista' jkollu ċerti elementi mit-taħriġ iniżjali li jkunu speċifiċi għall-kundizzjonijiet nazzjonali.

It-tul ta' żmien għat-taħriġ ta' l-unità għandu jiġi determinat fil-pjan tat-taħriġ ta' l-unità. Il-kompetenzi meħtieġa għandhom jiġu valutati permezz ta' eżamijiet xierqa jew ta' sistema ta' valutazzjoni kontinwa, minn eżaminaturi jew valutaturi tal-kompetenza approvati li għandhom ikunu newtrali u oġġettivi fil-ġudizzju tagħhom. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' appell sabiex jiżguraw trattament ġust għall-kandidati.

PARTI Ċ

Rekwiżiti ta' taħriġ ta' kontinwazzjoni tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru

Il-kwalifiki u l-annotazzjonijiet ta' l-unità fuq il-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru għandhom jinżammu validi permezz ta' taħriġ approvat ta' kontinwazzjoni, li jikkonsisti f'taħriġ għaż-żamma tal-kompetenzi tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru, korsijiet ta' aġġornament, taħriġ għall-emerġenzi u, fejn neċessarju, taħriġ lingwistiku.

It-taħriġ ta' kontinwazzjoni għandu jikkonsisti f'korsijiet teoretiċi u prattiċi, flimkien ma' l-użu ta' simulaturi. Għal dan il-għan, l-organizzazzjoni ta' taħriġ għandha tistabbilixxi skemi ta' kompetenza ta' l-unità li jispeċifikaw il-proċessi, il-persunal u ż-żmien neċessarju sabiex jipprovdu għal taħriġ adegwat ta' kontinwazzjoni u sabiex juru l-pussess tal-kompetenzi. Dawn l-iskemi għandhom jiġu riveduti u approvati għall-inqas kull tliet snin. It-tul taż-żmien tat-taħriġ ta' kontinwazzjoni għandu jiġi deċiż skond il-bżonnijiet funzjonali tal-kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru li jaħdmu fl-unità, b'mod partikolari fid-dawl tal-bidliet jew ta' bidliet pjanifikati fil-proċeduri jew fit-tagħmir, jew fid-dawl tar-rekwiżiti ġenerali tal-ġestjoni tas-sigurtà. Il-kompetenza ta' kull kontrollur tat-traffiku ta' l-ajru għandha tiġi valutata b'mod adegwat għall-inqas kull tliet snin. Il-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandu jiżgura li jiġu applikati l-mekkaniżmi li jiżguraw it-trattament ġust tad-detenturi ta' liċenzji, li l-validità ta' l-annotazzjonijiet tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu estiżi.


ANNESS III

REKWIŻITI TA' KOMPETENZA LINGWISTIKA

Ir-rekwiżiti ta' kompetenza lingwistika stipulati fl-Artikolu 8 huma applikabbli għall-użu kemm tal-frażjoloġija kif ukoll tal-lingwaġġ komuni. Sabiex applikant għal liċenzja jew detentur ta' liċenzja jissodisfa r-rekwiżiti għall-kompetenza lingwistika huwa għandu jiġi eżaminat u għandu juri konformità għall-inqas mal-Livell Operattiv (Livell 4) ta' l-Iskala Gradatorja tal-Kompetenza Lingwistika stabbilita f’dan l-Anness.

Il-persuni li jkunu lingwistikament kompetenti għandhom ikunu kapaċi:

(a)

jikkomunikaw b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet ta' kuntatt orali biss (bit-telefon/ bir-radjotelefonija) u wiċċ imbwiċċ;

(b)

jikkomunikaw bi preċiżjoni u b’ċarezza dwar argumenti komuni, konkreti u relatati max-xogħol;

(ċ)

jagħmlu użu minn strateġiji komunikattivi adatti sabiex jiskambjaw messaġġi u sabiex jagħrfu u jsolvu kull nuqqas ta’ ftehim (eż. sabiex jivverifikaw, jikkonfermaw jew jiċċaraw informazzjoni) f'kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;

(d)

jimmaniġġaw b’suċċess u b'faċilità relattiva d-diffikultajiet lingwistiċi li jinħolqu minn kumplikazzjonijiet jew minn żviluppi mhux mistennija ta' sitwazzjonijiet li jseħħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni ta’ xogħol ta’ rutina jew ta' funzjoni komunikattiva li magħha huma jkunu ordinarjament familjari; u

(e)

jużaw djalett jew aċċent li jinftiehem mill-komunità aeronawtika.

Skala gradatorja tal-kompetenza lingwistika: Livell ta' Espert, Livell Avvanzat u Livell Operattiv.

Livell

Pronunzja

Jintuża djalett u/jew aċċent li jinftiehem mill-komunità aeronawtika.

Struttura

L-istrutturi grammatikali u l-mudelli ta' sentenzi rilevanti huma determinati mill-funzjonijiet lingwistiċi adegwati għax-xogħol.

Vokabularju

Kapaċità fit-taħdit

Komprensjoni

Interazzjoni

Espert

6

Pronunzja, aċċentwazzjoni, ritmu, u intonazzjoni, li għalkemm possibbilment influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, kważi qatt ma jfixklu l-faċilità tal-komprensjoni.

Kemm l-istrutturi grammatikali bażiċi u kumplessi kif ukoll l-mudelli ta' sentenzi huma konsistentement kontrollati tajjeb.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabularju huma suffiċjenti għall-komunikazzjoni effettiva fuq medda wiesgħa ta’ suġġetti kemm familjari u le. Il-vokabularju huwa idjomatiku, varjat u tajjeb sabiex jiġi reġistrat.

Kapaċità ta' konversazzjoni fit-tul b’mod naturali u mingħajr tbatija. Kapaċità fil-varjazzjoni tad-diskors sabiex jinkiseb effett stilistiku, eż. sabiex jiġi enfasizzat punt. Isir użu spontanju ta' markaturi u konnetturi tad-diskors.

Il-komprensjoni hija konsistentement preċiża fi kważi l-kuntesti kollha u tinkludi l-komprensjoni ta’ dettalji żgħar lingwistiċi u kulturali.

Kapaċità ta' interazzjoni mingħajr tbatija kważi fis-sitwazzjonijiet kollha. Reazzjoni tajba għal spunti verbali u għal sinjali mhux verbali.

Avvanzat

5

Pronunzja, aċċentwazzjoni, ritmu, u intonazzjoni, li għalkemm influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, rarament ifixklu l-faċilità tal-komprensjoni.

L-istrutturi grammatikali bażiċi u l-mudelli ta' sentenzi huma konsistentement kontrollati tajjeb. Isiru tentattivi ta' formazzjoni ta' strutturi kumplessi, iżda bi żbalji li xi kultant ifixklu s-sens intiż.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabularju huma suffiċjenti għall-komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti, u relatati max-xogħol. Isir użu konsistenti u tajjeb ta’ parafrażi. Il-vokabularju huwa xi kultant idjomatiku.

Kapaċità ta' konversazzjoni fit-tul mingħajr tbatija dwar suġġetti familjari, iżda nuqqas ta' kapaċita' fil-varjazzjoni tad-diskors għall-effett stilistiku Kapaċità ta' użu korrett ta' markaturi u konnetturi tad-diskors.

Il-komprensjoni hija preċiża fuq argumenti komuni, konkreti, u relatati max-xogħol u kważi dejjem preċiża meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni komplikata jew tibdil mhux mistenni ta' sitwazzjoni. Kapaċità ta' komprensjoni ta' firxa ta’ varjetajiet diskorsivi (djalett u/jew aċċent) jew reġistri.

Ir-risposti huma immedjati, adegwati u informattivi. Kapaċità effettiva ta' ġestjoni tar-relazzjoni bejn il-kelliem u s-semmiegħ.

Operattiv

4

Pronunzja, aċċentwazzjoni, ritmu, u intonazzjoni, influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, iżda xi kultant biss ifixklu l-faċilità tal-komprensjoni.

L-istrutturi grammatikali bażiċi u l-mudelli ta' sentenzi huma użati b'mod kreattiv u huma ġeneralment kontrollati tajjeb. Jistgħu isiru żbalji, b’mod partikulari f’ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija, iżda rarament ifixklu s-sens intiż.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabularju huma normalment suffiċjenti għall-komunikazzjoni effettiva dwar suġġetti komuni, konkreti, u relatati max-xogħol. Kapaċità ta' użu spiss ta' parafrażi b’suċċess fin-nuqqas ta’ vokabularju f’ċirkostanzi mhux tas-soltu jew mhux mistennija.

Kapaċità ta' espressjoni b’ritmu tajjeb. Xi kultant ikun hemm defiċjenza tal-fluwidita' ta' taħdit mal-bidla minn diskors diġà użat jew formulari għal interazzjoni spontanja, iżda dan ma jfixkilx il-komunikazzjoni effettiva. Kapaċità ta' użu limitat ta' markaturi u konnetturi tad-diskors. L-espressjonijiet konnettivi fl-intervalli tad-diskors ma jtellfux l-attenzjoni.

Il-komprensjoni hija kważi dejjem preċiża fuq argumenti komuni, konkreti, u relatati max-xogħol meta l-aċċent jew varjazzjoni użati ikunu suffiċjentement intelliġibbli għal komunità internazzjonali ta' utenti. Meta l-kelliem jiffaċċja problema lingwistika jew sitwazzjoni komplikata jew xi żvilupp mhux mistenni ta' sitwazzjoni l-komprensjoni tista' tkun inqas rapida jew tkun teħtieġ strateġiji ta' kjarifikazzjoni.

Ir-risposti huma normalment immedjati, adegwati u informattivi. Il-kelliem jaf jibda u jkompli konversazzjoni anki fit-trattament ta' sitwazzjonijiet mhux mistennija. Kapaċità ta' ġestjoni adegwata ta' nuqqasijiet apparenti ta’ ftehim permezz ta’ verifika, konferma jew kjarifika.


Skala klassifikattiva tal-kompetenza lingwistika: Livell Pre-Operattiv, Livell Elementari u Livell Pre-Elementari.

Livell

Pronunzja

Jintuża djalett u/jew aċċent li jinftiehem mill-komunità aeronawtika.

Struttura

L-istrutturi grammatikali u l-mudelli ta' sentenzi rilevanti huma determinati mill-funzjonijiet lingwistiċi adegwati għax-xogħol.

Vokabularju

Kapaċità fit-taħdit

Komprensjoni

Interazzjoni

Pre-operattiv

3

Pronunzja, aċċentwazzjoni, ritmu, u intonazzjoni jiġu influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali u spiss ifixklu l-faċilità tal-komprensjoni.

L-istrutturi grammatikali bażiċi u l-mudelli ta' sentenzi assoċjati ma' sitwazzjonijiet prevedibbli mhumiex dejjem kontrollati tajjeb. Isiru żbalji li spiss ifixklu s-sens intiż.

Il-firxa u l-preċiżjoni tal-vokabularju huma spiss suffiċjenti għall-komunikazzjoni dwar suġġetti komuni, konkreti, u relatati max-xogħol, iżda l-firxa hija limitata u l-għażla tal-kliem spiss inadegwata. Inkapaċità spissa ta' l-użu tajjeb ta’ parafrażi meta jkun hemm nuqqas ta' vokabularju.

Kapaċità ta' produzzjoni ta' espressjonijiet fit-tul iżda bl-użu inadegwat ta' frażijiet u pawsi. L-eżitazzjoni jew in-nuqqas ta' ħeffa fil-formulazzjoni tal-lingwa jistgħu jimpedixxu l-komunikazzjoni effettiva. L-espressjonijiet konnettivi fl-intervalli tad-diskors okkażjonalment itellfu l-attenzjoni.

Il-komprensjoni hija spiss preċiża fuq argumenti komuni, konkreti, u relatati max-xogħol meta l-aċċent jew varjazzjoni użati ikunu suffiċjentement intelliġibbli għal komunità internazzjonali ta' utenti. Il-kelliem jista' ma jirnexxilux jifhem problema lingwistika jew sitwazzjoni komplikata jew xi żvilupp mhux mistenni ta' sitwazzjoni.

Ir-risposti okkażjonalment huma immedjati, adegwati u informattivi. Il-kelliem jaf jibda u jkompli konversazzjoni b'faċilità raġonevoli dwar suġġetti familjari u f’sitwazzjonijiet prevedibbli. Il-kelliem ġeneralment jirrispondi inadegwatament meta jiffaċċja żvilupp mhux mistenni ta' sitwazzjoni.

Elementari

2

Pronunzja, aċċentwazzjoni, ritmu, u intonazzjoni, huma ferm influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, u spiss ifixklu l-faċilità ta' komprensjoni.

Il-kelliem juri l-pussess ta' kontroll limitat ta’ ftit strutturi grammatikali u mudelli ta' sentenzi sempliċi u memorizzati.

Firxa limitata ta’ vokabularju li jikkonsisti biss minn kliem iżolati u frażijiet memorizzati.

Kapaċità ta' produzzjoni ta' espressjonijiet ferm qosra, iżolati, memorizzati, b'pawsi frekwenti u bl-użu ta' espressjonijiet konnettivi fl-intervalli tad-diskors, fit-tfittxija ta' espressjonijiet u fl-artikolazzjoni ta' kliem anqas familjari, li jtellfu l-attenzjoni.

Il-komprensjoni hija limitata għal frażijiet iżolati u memorizzati meta dawn ikunu artikulati b’attenzjoni u bil-mod.

Ir-risposti mhumiex immedjati, u spiss mhumiex adegwati. L-interazzjoni hija limitata għal djalogu sempliċi ta’ rutina.

Pre-elementari

1

Mhux milħuq il-livell Elementari.

Mhux milħuq il-livell Elementari.

Mhux milħuq il-livell Elementari.

Mhux milħuq il-livell Elementari.

Mhux milħuq il-livell Elementari.

Mhux milħuq il-livell Elementari.


ANNESS IV

REKWIŻITI LI JRIDU JIĠU MEHMUŻA MAĊ-ĊERTIFIKATI MOGĦTIJA LILL-FORNITURI TA' TAĦRIĠ

1.

il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 13 għandha tintwera bil-prova li l-fornituri ta' taħriġ għandhom persunal u tagħmir adegwati u joperaw f'ambjent adatt sabiex jiżguraw it-taħriġ meħtieġ għall-kisba u ż-żamma tal-validità ta' liċenzji ta' studenti kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru u ta' liċenzji ta' kontrolluri tat-traffiku ta' l-ajru. B'mod partikolari l-fornituri ta' taħriġ għandhom:

(a)

ikollhom struttura ta' ġestjoni effiċjenti u persunal suffiċjenti bi kwalifikazzjonijiet u esperjenza adegwati sabiex jagħtu taħriġ skond l-istandards stipulati f'din id-Direttiva;

(b)

ikollhom il-faċilitajiet, tagħmir u akkomodazzjoni adegwati meħtieġa għat-tip ta' taħriġ offrut;

(ċ)

jipprovdu rendikont tal-metodoloġija li ser jużaw sabiex jistabbilixxu d-dettalji tal-kontenut, ta' l-organizzazzjoni u tat-tul ta' żmien tal-korsijiet ta' taħriġ, tal-pjanijiet ta' taħriġ ta' l-unità u ta' l-iskemi tal-kompetenzi ta' l-unità; din il-metodoloġija għandha tinkludi l-modalità ta' l-organizzazzjoni ta' l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet. Għall-eżamijiet relatati mat-taħriġ inizjali, inkluż it-taħriġ fuq is-simulaturi, il-kwalifikazzjonijiet ta' l-eżaminaturi għandhom ikunu dettaljatament speċifikati;

(d)

jagħtu prova tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità użata għas-sorveljanza tal-konformità u l-adegwatezza tas-sistemi u proċeduri li jiżguraw li s-servizzi ta' taħriġ mogħtija jissodisfaw l-istandards stipulati f'din id-Direttiva;

(e)

juru li jiddisponu minn fondi suffiċjenti sabiex imexxu t-taħriġ skond l-istandards stipulati f'din id-Direttiva u li l-attivitajiet huma koperti b'assigurazzjoni suffiċjenti skond in-natura tat-taħriġ mogħti.

2.

Iċ-ċertifikati għandhom jispeċifikaw:

(a)

l-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza li toħroġ iċ-ċertifikat;

(b)

l-applikant (isem u indirizz);

(ċ)

it-tip ta' servizzi li huma ċertifikati;

(d)

dikjarazzjoni tal-konformità ta' l-applikant mar-rekwiżiti definiti fil-punt 1;

(e)

id-data tal-ħruġ u l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat.


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

38


DIRETTIVA 2006/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' April 2006

dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fitt-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1), preżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-31 ta' Jannar 2006.

Billi:

(1)

Taħt it-Trattat il-Kunsill jista', permezz ta' direttivi, jadotta l-ħtiġijiet minimi għall-promozzjoni tat-titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, li jiggarantixxi livell ogħla ta' protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema. Tali direttivi għandhom jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jostakolaw il-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

(2)

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-programm ta' azzjoni tagħha konness ma' l-implimentazzjoni tal-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema tipprevedi l-introduzzjoni ta' ħtiġijiet minimi ta' saħħa u ta' sigurtà fir-rigward ta' l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji kkawżati minn aġenti fiżiċi. F'Settembru 1990 il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar dan il-programm ta' azzjoni (4), li stiednet lill-Kummissjoni b'mod partikolari sabiex tfassal direttiva speċifika dwar ir-riskji kkawżati mill-ħsejjes, vibrazzjonijiet u kwalunkwe aġent fiżiku ieħor fil-post tax-xogħol.

(3)

Bħala l-ewwel pass, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2002/44/KE tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (vibrazzjoni) (is-16-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (5). Wara dan, fis-6 ta' Frar 2003, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2003/10/KE dwar il-ħtiġijiet minimi ta'saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (is-17 -il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (6). Imbagħad, fid-29 ta' April 2004, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2004/40/KE dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà fir-rigward ta' l-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (7).

(4)

Attwalment qiegħda titqies meħtieġa l-introduzzjoni ta' miżuri li jipproteġu l-ħaddiema mir-riskji assoċjati mar-radjazzjoni ottika, minħabba l-effetti tagħha fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, b'mod partikolari l-ħsara lill-għajnejn u lill-ġilda. Dawn il-miżuri huma maħsuba mhux biss sabiex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà ta' kull ħaddiem fuq bażi individwali, iżda wkoll sabiex joħolqu bażi minima ta' protezzjoni għall-ħaddiema kollha tal-Komunità, sabiex b'hekk jiġu evitati distorsjonijiet eventwali tal-kompetizzjoni.

(5)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva hija l-kxif fil-ħin ta' effetti ħżiena fuq is-saħħa li ġejjin mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika.

(6)

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi, u b'hekk tagħti lill-Istati Membri l-għażla li jibqgħu iżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari l-fissazzjoni ta' valuri ta' limiti aktar baxxi ta' espożizzjoni. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva m' għandhiex isservi sabiex tiġġustifika kwalunkwe deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru.

(7)

Sistema ta' protezzjoni kontra l-perikli tar-radjazzjoni ottika għandha tillimita ruħha għad-definizzjoni, mingħajr dettall eċċessiv, ta' l-għanijiet li għandhom jinkisbu, tal-prinċipji li għandhom jiġu osservati u tal-valuri bażiċi li għandhom jiġu applikati, sabiex tippermetti lill-Istati Membri li japplikaw il-ħtiġijiet minimi b'mod ekwivalenti.

(8)

Il-livell ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika jista' jitnaqqas b'mod aktar effettiv billi jiġu inkorporati miżuri preventivi fil-proġettazzjoni ta' stazzjonijiet tax-xogħol u bl-għażla ta' tagħmir, proċeduri u metodi tax-xogħol sabiex tingħata prijorità lit-tnaqqis tar-riskji f'ras il-għajn. Id-dispożizzjonijiet konnessi ma' tagħmir u metodi tax-xogħol b'hekk jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħaddiema involuti. Skond il-prinċipji ġenerali ta' prevenzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (8), il-miżuri ta' protezzjoni kollettivi għandhom prijorità fuq miżuri ta' protezzjoni individwali.

(9)

Min iħaddem għandu jagħmel adattamenti fid-dawl tal-progress tekniku u l-konoxxenza xjentifika fir-rigward ta' riskji konnessi ma' l-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika, bil-ħsieb li tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema.

(10)

Billi din id-Direttiva hija direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, dik id-Direttiva tapplika għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-radjazzjoni ottika, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi kontenuti f'din id-Direttiva.

(11)

Din id-Direttiva tikkostitwixxi pass prattiku lejn il-ħolqien tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern.

(12)

Approċċ komplementari, kemm li jippromwovi prinċipji regolatorji aħjar kif ukoll li jiżgura livell ogħla ta' protezzjoni jista' jinkiseb fejn il-prodotti magħmula mill-manifatturi ta' fonti ta' radjazzjoni ottika u tat-tagħmir assoċjat ikunu konformi ma' standards armonizzati mfassla sabiex tkun protetta s-saħħa u s-sigurtà ta' l-utenti mill-perikli inerenti f'tali prodotti; għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ li min iħaddem jirrepeti l-qisien jew il-kalkoli li diġà jkunu twettqu mill-manifattur sabiex tiġi determinata l-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali ta' sigurtà ta' tali tagħmir kif speċifikat fid-Direttivi Komunitarji applikabbli, kemm il-darba li t-tagħmir ikun mantenut tajjeb u regolarment.

(13)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (9).

(14)

Il-konformità mal-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni għandha tipprovdi livell għoli ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-effetti fuq is-saħħa li jistgħu jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika.

(15)

Il-Kummissjoni għandha tfassal gwida prattika sabiex tgħin lil min iħaddem, partikolarment lill-amministraturi ta' SMEs, sabiex jifhmu aħjar id-dispożizzjonijiet tekniċi ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-għalmu tagħha sabiex tlesti din il-gwida kemm jista' jkun malajr sabiex tiffaċilita l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri.

(16)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar ta' liġijiet (10), Stati Membri huma mħeġġa sabiex ifasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, sa fejn ikun possibbli, l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jgħarrfu bihom lill-pubbliku,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

SEZZJONI I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva, li hija d-19-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom li jirriżultaw jew li x'aktarx jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali matul xogħolhom.

2.   Din id-Direttiva tirreferi għar-riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema dovut għall-effetti dannużi kkawżati lill-għajnejn u lill-ġilda mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali.

3.   Id-Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika fl-intier tagħha għaż-żona kollha msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar stretti u/jew aktar speċifiċi kontenuti f'din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

radjazzjoni ottika: kwalunkwe radjazzjoni elettromanjetika fil-medda ta' wavelength bejn 100 nm u 1 mm. L-ispettru ta' radjazzjoni ottika huwa maqsum f'radjazzjoni ultravjola, radjazzjoni viżibbli u radjazzjoni infra-ħamra:

(i)

radjazzjoni ultravjola: radjazzjoni ottika fil-medda ta' wavelength bejn 100 nm u 400 nm. Ir-reġjun ultravjola huwa maqsum f'UVA (315-400 nm), UVB (280-315 nm) u UVC (100-280 nm);

(ii)

radjazzjoni viżibbli: radjazzjoni ottika fil-medda ta' wavelength bejn 380 nm u 780 nm;

(iii)

radjazzjoni infra-ħamra: radjazzjoni ottika fil-medda ta' wavelengthbejn 780 nm u 1 mm. Ir-reġjun infra-aħmar huwa maqsum f'IRA (780-1 400 nm), IRB ((1 400-3 000 nm) u IRC ((3 000 nm-1 mm);

(b)

laser (amplifikazzjoni tad-dawl bl-emissjoni stimulata ta' radjazzjoni): kwalunkwe apparat li jista' jintuża sabiex jipproduċi jew jamplifika radjazzjoni elettromanjetika fil-medda ta' wavelength tar-radjazzjoni ottika prinċipalment permezz tal-proċess ta' emissjoni stimulata kontrollata;

(ċ)

radjazzjoni laser: radjazzjoni ottika minn laser;

(d)

radjazzjoni non-koerenti: kwalunkwe radjazzjoni ottika li mhijiex radjazzjoni laser;

(e)

valuri ta' limiti ta' espożizzjoni: limiti fuq espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika li huma bbażati direttament fuq effetti stabbiliti fuq is-saħħa u konsiderazzjonijiet bioloġiċi. Il-konformità ma' dawn il-limiti tiżgura li ħaddiema esposti għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika jkunu protetti kontra l-effetti kollha dannużi magħrufa kollha fuq is-saħħa;

(f)

irradjanza (E) jew densità ta' potenza: il-qawwa ta' radjazzjoni inċidenti għal kull unità ta' area fuq superfiċje espressa f'watts kull metru kwadru (W m-2);

(g)

espożizzjoni radjanti (H): l-integral tal-ħin ta' l-irradjanza, espress f'joules għal kull metru kwadru (J m-2);

(h)

radjanza (L): il-fluss radjanti jew il-potenza għal kull unità ta' angolu solidu kull unità ta' area, espress f'watts kull metru kwadru kull steradjant (W m-2 sr-1);

(i)

livell: il-kombinazzjoni ta' irradjanza, espożizzjoni radjanti u radjanza li għaliha jkun espost ħaddiem.

Artikolu 3

Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni

1.   Il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni għal radjazzjoni non-koerenti, ħlief għal dik emessa minn fonti naturali ta' radjazzjoni ottika, huma kif stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni għal radjazzjoni laser huma kif stabbiliti fl-Anness II.

SEZZJONI II

OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

Artikolu 4

Identifikazzjoni ta' l-espożizzjoni u stima tar-riskji

1.   Fit-twettiq ta' l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem, fil-każ ta' ħaddiema esposti għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika, għandu jistma u, jekk ikun meħtieġ, ikejjel u/jew jikkalkula l-livelli ta' radjazzjoni ottika li għaliha x'aktarx jiġu esposti l-ħaddiema sabiex jistgħu jiġu identifikati u applikati l-miżuri meħtieġa għar-restrizzjoni ta' l-espożizzjoni għal-limiti applikabbli. Il-metodoliġija applikata fl-istima, fil-kejl u/jew fil-kalkoli għandha tirrispetta l-istandards tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (International Electrotechnical Commission) (IEC) fir-rigward tar-radjazzjoni laser u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali fuq id-Dwal (International Commission on Illumination) (CIE) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (European Committee for Standardization) (CEN) fir-rigward tar-radjazzjoni non-koerenti. F'sitwazzjonijiet ta' espożizzjoni li mhumiex koperti minn dawn l-istandards u rakkomandazzjonijiet, u sa meta jsiru disponibbli standards u rakkomandazzjonijiet adegwati ta' l-Unjoni Ewropea, l-istima, il-kejl u/jew il-kalkoli għandhom jitwettqu bl-użu tal-linji gwida xjentifikament fondati nazzjonali jew internazzjonali li huma disponibbli. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet ta' espożizzjoni, l-istima tista' tieħu kont ta' data provduta mill-manifatturi tat-tagħmir meta din taqa' taħt Direttivi Komunitarji pertinenti.

2.   L-istima, it-tkejjil u/jew l-kalkolar imsemmi f' paragrafu 1 għandu jiġi pjanat u mwettaq minn servizzi jew persuni kompetenti f' intervalli xierqa, b' kont meħud partikolarment tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar is-servizzi jew persuni kompetenti meħtieġa u l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Id-data miksuba mill-istima, inkluża dik miksuba mit-tkejjil jew kalkolar tal-livell ta' espożizzjoni imsemmi f' paragrafu 1 għandha tkun merfugħa f' forma adattata sabiex tippermetti l-konsultazzjoni fi stadju ulterjuri.

3.   Skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jagħti attenzjoni partikolari, meta jwettaq l-istima tar-riskju, lil dan li ġej:

(a)

il-livell, medda ta' wavelength u t-tul ta' espożizzjoni għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika;

(b)

il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva;

(ċ)

kwalunkwe effett li jikkonċerna s-saħħa u s-sigurtà ta' ħaddiema li jappartjenu għal gruppi partikolarment sensittivi għar-riskju;

(d)

interazzjonijiet bejn radjazzjoni ottika u sustanzi kimiċi fotosensibilizzanti fuq il-post tax-xogħol; kwalunkwe effett possibbli fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jirriżulta minn

(e)

kwalunkwe effett indirett bħal telf temporanju tal-vista, splużjoni jew nar;

(f)

l-eżistenza ta' tagħmir alternattiv proġettat sabiex jitnaqqsu l-livelli ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali;

(g)

sa fejn hu possibbli, informazzjoni adegwata miksuba matul sorveljanza tas-saħħa, inkluża informazzjoni pubblikata;

(h)

fonti multipli ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali;

(i)

klassifikazzjoni applikata għal laser kif definit skond l-istandard pertinenti ta' l-IEC u, fir-rigward ta' kwalunkwe fonti artifiċjali li jista' jikkawża ħsara simili għal dik ta' laser tal-klassi 3B jew 4, kwalunkwe klassifikazzjoni simili;

(j)

informazzjoni provduta mill-manifatturi ta' fonti ta' radjazzjoni ottika u ta' tagħmir ta' xogħol assoċjat skond id-Direttivi Komunitarji pertinenti.

4.   Min iħaddem għandu jippossjedi stima tar-riskju skond l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 89/391/KEE u għandu jidentifika liema miżuri għandhom jittieħdu skond l-Artikoli 5 u 6 ta' din id-Direttiva. L-istima tar-riskju għandha tiġi reġistrata fuq mezz adattat, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali; hija tista' tinkludi ġustifikazzjoni minn min iħaddem li n-natura u l-entità tar-riskji konnessi mar-radjazzjoni ottika ma jirrikjedux stima dettaljata ulterjuri tar-riskju. L-istima tar-riskju għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari, partikolarment jekk ikun hemm bidliet sinifikanti li jistgħu jrenduha skaduta, jew fejn ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa juru li dan ikun meħtieġ.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet intiżi sabiex jevitaw jew inaqqsu r-riskji

1.   B'kont meħud tal-progress tekniku u d-disponibbiltà ta' miżuri li jikkontrollaw ir-riskju f'ras il-għajn, ir-riskji li jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali għandhom jiġu eliminati jew imnaqqsa għal minimu.

It-tnaqqis tar-riskji li jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ġenerali ta' prevenzjoni stabbiliti fid-Direttiva 89/391/KEE.

2.   Fejn l-istima tar-riskju mwettqa skond l-Artikolu 4(1) għal ħaddiema esposti għal fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika tindika kwalunkwe possibilita li l-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jistgħu jinqabżu, min iħaddem għandu jfassal u jimplimenta pjan ta' azzjoni li jinkludi miżuri tekniċi u/jew organizzattivi maħsuba biex jipprevjenu l-espożizzjoni li teċċedi l-valuri ta' limitu, li jieħdu kont b'mod partikolari ta':

(a)

metodi oħra ta' xogħol li jnaqqsu r-riskju mir-radjazzjoni ottika;

(b)

l-għażla ta' tagħmir b'inqas emissjoni ta' radjazzjoni ottika, b'kont meħud tax-xogħol li jrid isir;

(ċ)

miżuri tekniċi sabiex titnaqqas l-emissjoni ta' radjazzjoni ottika li jinkludu, fejn jinħtieġ, l-użu ta' interlocks, ilqugħ protettiv jew mekkaniżmi simili ta' protezzjoni tas-saħħa;

(d)

programmi adegwati ta' manutenzjoni għat-tagħmir tax-xogħol, għal postijiet tax-xogħol u sistemi ta' stazzjonijiet tax-xogħol;

(e)

il-proġettazzjoni u l-arranġament tal-postijiet u stazzjonijiet tax-xogħol;

(f)

il-limitazzjoni tad-dewmien u l-livell ta' l-espożizzjoni;

(g)

id-disponibbiltà ta' tagħmir adegwat ta' protezzjoni personali;

(h)

l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-tagħmir fejn dan huwa kopert minn Direttivi Komunitarji pertinenti.

3.   Abbażi ta' l-istima tar-riskju mwettqa skond l-Artikolu 4, il-postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għal livelli ta' radjazzjoni ottika minn fonti artifiċjali li jaqbżu l-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni għandhom ikunu indikati b'sinjali xierqa skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-9 Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (11). Iż-żoni in kwistjoni għandhom jiġu identifikati, u l-aċċess għalihom limitat fejn dan ikun teknikament possibbli u fejn ikun hemm riskju li l-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jistgħu jinqabżu.

4.   Fi kwalunkwe każ, il-ħaddiema m'għandhomx ikunu esposti iktar 'il fuq mill-valuri ta' limitu ta' espożizzjoni. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda minn min iħaddem sabiex jikkonforma ma' din id-Direttiva fir-rigward ta' fonti artifiċjali ta' radjazzjoni ottika, il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jinqabżu, min iħaddem għandu jieħu azzjoni minnufih sabiex inaqqas l-espożizzjoni għal taħt il-valuri tal-limiti. Min iħaddem għandu jidentifika r-raġunijiet li għalihom il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni jkunu nqabżu u għandu jadatta skond kif meħtieġ il-miżuri ta' protezzjoni u prevenzjoni sabiex jevita li dawn jerġgħu jinqabżu.

5.   Bis-saħħa ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jadatta l-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu għall-ħtiġijiet ta' ħaddiema li jappartjenu għal gruppi partikolarment sensittivi għar-riskju.

Artikolu 6

Informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jiżgura li ħaddiema li huma esposti għal riskji minn radjazzjoni ottika artifiċjali fuq ix-xogħol u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jirċievu kwalunkwe informazzjoni u taħriġ meħtieġ konness mar-riżultat ta' l-istima tar-riskju previst fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, li jikkonċernaw b'mod partikolari:

(a)

il-miżuri meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva;

(b)

il-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni u r-riskji potenzjali assoċjati;

(c)

ir-riżultati ta' l-istima, tal-kejl u/jew tal-kalkoli tal-livelli ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali mwettqa skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva flimkien ma' spjegazzjoni tas-sinifikat tagħhom u r-riskji potenzjali;

(d)

kif jiġu individwati effetti dannużi għas-saħħa ta' espożizzjoni u kif jiġu rapportati;

(e)

iċ-ċirkostanzi li fihom ħaddiema ikollhom id-dritt ta' sorveljanza tas-saħħa;

(f)

prattiki tax-xogħol mingħajr periklu sabiex jiġu minimizzati r-riskji mill-espożizzjoni;

(g)

l-użu korrett ta' tagħmir adegwat ta' protezzjoni personali.

Artikolu 7

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-materji koperti minn din id-Direttiva.

SEZZJONI III

DISPOŻIZZJONIJIET VARJI

Artikolu 8

Sorveljanza tas-saħħa

1.   Bil-għan tal-prevenzjoni u l-individwazzjoni fil-ħin ta' kwalunkwe effett ħażin, kif ukoll il-prevenzjoni ta' riskji fuq is-saħħa fuq perijodu fit-tul u kwalunkwe riskju ta' mard kroniku, li jiġu mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jassiguraw is-sorveljanza adegwata tas-saħħa tal-ħaddiema skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li s-sorveljanza tas-saħħa titwettaq minn tabib, professjonist tas-saħħa okkupazzjonali jew awtorita medika responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa skond il-liġi u l-prattika nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti sabiex jiżguraw li, għal kull ħaddiem sottopost għal sorveljanza skond il-paragrafu 1, issir u tinżamm aġġornata dokumentazzjoni medika individwali. Id-dokumentazzjoni medika għandha tikkontjeni sommarju tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa mwettqa. Hija għandha tinżamm f'forma adatta sabiex tippermetti l-konsultazzjoni aktar tard, b'kont meħud ta' kull konfidenzjalità meħtieġa. Għandhom jiġu provduti kopji tad-dokumentazzjoni adegwata lill-awtorità kompetenti jekk jiġu mitluba, b'kont meħud ta' kull konfidenzjalità meħtieġa. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri adegwati sabiex jassigura li t-tabib, il-professjonist tas-saħħa okkupazzjonali jew l-awtorita medika responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa, kif determinata mill-Istati Membri kid xieraq, ikollhom aċċess għar-riżultati ta' l-istima tar-riskji kif imsemmija fl-Artikolu 4 fejn tali riżultati jistgħu jkunu relevanti għas-sorveljanza tas-saħħa. Il-ħaddiema individwali għandhom, fuq talba tagħhom, ikollhom aċċess għad-dokumentazzjoni medika personali tagħhom stess.

4.   Fi kwalunkwe każ, fejn tiġi individwata espożizzjoni 'il fuq mil-limiti ta' valur, eżami mediku għandu jsir disponibbli lill-ħaddiema konċernati skond il-liġi u l-prattika nazzjonali. Dan l-eżami mediku għandu jitwettaq ukoll fejn, bħala riżultat ta' sorveljanza tas-saħħa, ħaddiem jinstab li jkollu marda identifikabbli jew ibati minn effett dannuż għas-saħħa li tabib jew professjonist fil-mediċina okkupazzjonali jattribwixxi għall-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika artifiċjali fuq ix-xogħol. Fiż-żewġ każijiet, fejn jinqabżu l-valuri ta' limitu, jew jiġu individwati effetti ħżiena (inkluż mard) għas-saħħa:

(a)

il-ħaddiem għandu jiġi infurmat mit-tabib jew minn persuna adegwatament kwalifikata oħra bir-riżultat li jirrigwarda lilu personalment. Huwa għandu, b'mod partikolari, jirċievi informazzjoni u pariri rigward kull sorveljanza tas-saħħa li għaliha għandu jissottometti ruħu wara t-tmiem ta' l-espożizzjoni;

(b)

min iħaddem għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe fatt sinifikattiv li jinstab bis-sorveljanza tas-saħħa, b'kont meħud ta' kull konfidenzjalità medika meħtieġa;

(ċ)

min iħaddem għandu:

jirrivedi l-istima tar-riskju mwettqa skond l-Artikolu 4,

jirrivedi l-miżuri previsti sabiex jiġu eliminati jew jitnaqqsu r-riskji skond l-Artikolu 5,

jieħu kont tal-pariri tal-professjonist fil-mediċina okkupazzjonali jew ta' persuna adegwatament kwalifikata oħra jew ta' l-awtorità kompetenti fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju skond l-Artikolu 5, u

jirranġa li titkompla s-sorveljanza tas-saħħa u jipprovdi għal reviżjoni ta' l-istat ta' saħħa ta' kwalunkwe ħaddiem ieħor li jkun ġie espost bl-istess mod. F'każijiet bħal dawn, it-tabib kompetenti jew il-professjonist tas-saħħa okkupazzjonali jew l-awtorità kompetenti jistgħu jipproponu li l-persuni esposti jiġu sottoposti għal eżami mediku.

Artikolu 9

Penali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali adegwati li jkunu applikabbli fil-każ ta' ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 10

Emendi tekniċi

1.   Kwalunkwe modifika tal-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni stabbiliti fl-Annessi għandha tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat.

2.   L-emendi lill-Annessi ta' natura strettament teknika konformi ma':

(a)

l-adozzjoni ta' Direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tal-proġettazzjoni, tal-bini, tal-manifattura jew tal-kostruzzjoni ta' tagħmir tax-xogħol u/jew postijiet ta' xogħol;

(b)

progress tekniku, bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali jew l-istandards armonizzati Ewropej l-aktar pertinenti, u skoperti xjentifiċi ġodda li jikkonċernaw l-espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika fuq ix-xogħol,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 11

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2.   Fejn isir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

SEZZJONI IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Rapporti

Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, li jindika l-opinjonijiet ta' l-imsieħba soċjali.

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol dwar il-kontenut ta' dawn ir-rapporti, dwar il-valutazzjoni tagħha ta' dawn ir-rapporti, dwar żviluppi fil-qasam in kwistjoni u dwar kwalunkwe azzjoni li tista' tkun ġustifikata fid-dawl ta' tagħrif xjentifiku ġdid.

Artikolu 13

Gwida prattika

Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva il-Kummissjoni għandha tfassal gwida prattika tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 5 u ta' l-Annessi I u II.

Artikolu 14

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa Mejju tas-27 ta' April 2010. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jikkontjenu riferiment għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferiment fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isir tali riferiment għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw jew li jkunu diġà adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar il- 5 ta' April 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 77, 18.3.1993, p. 12ĠU C 230, 19.8.1994, p. 3.

(2)  ĠU C 249, 13.9.1993, p. 28.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 1994 (ĠU C 128, 9.5.1994, p. 146) konfermata fis-16 ta' Settembru 1999 (ĠU C 54, 25.2.2000, p. 75), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' April 2005 (ĠU C 172 E, 12.7.2005, p. 26) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2005(għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni leġiżlattiva ta' l-14 ta Frar 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2006.

(4)  ĠU C 260, 15.10.1990, p. 167.

(5)  ĠU L 177, 6.7.2002, p. 13.

(6)  ĠU L 42, 15.2.2003, p. 38.

(7)  ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif korretta fil-ĠU L 184, 24.5.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23.


ANNESS I

Radjazzjoni Ottika Non-Koerenti

Il-valuri tal-limiti bijo-fiżikament pertinenti ta’ espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika jistgħu jiġu determinati bil-formoli ta’ hawn taħt. Il-formoli li għandhom jintużaw jiddependu mill-medda ta’ radjazzjoni emessa mill-fonti u r-riżultati għandhom jitqabblu mal-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni korrispondenti indikati fit-Tabella 1.1. Aktar minn valur wieħed ta’ espożizzjoni u limitu ta’ espożizzjoni korrispondenti jistgħu jkunu pertinenti għal xi fonti partikolari ta’ radjazzjoni ottika.

Is-sekwenza (a) sa (o) tirreferu għas-sekwenza korrispondenti fit-Tabella 1.1.

(a)

Image

(Heff hija pertinenti biss fil-medda 180 sa 400 nm)

(b)

Image

(HUVA hija pertinenti biss fil-medda 315 sa 400 nm)

(ċ), (d)

Image

(LB hija pertinenti biss fil-medda 300 sa 700 nm)

(e), (f)

Image

(EB hija pertinenti biss fil-medda 300 sa 700 nm)

(g) sa (l)

Image

(Ara t-Tabella 1.1 għall-valuri adatti ta’ λ1 u λ2)

(m), (n)

Image

(EIR hija pertinenti biss fil-medda 780 sa 3 000 nm)

(o)

Image

(Hskin hija pertinenti biss fil-medda 380 sa 3 000 nm)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-formoli ta’ hawn fuq jistgħu jiġu sostitwiti bl-espressjonijiet li ġejjin u bl-użu ta’ valuri diskreti kif stabbilit fit-tabelli li ġejjin:

(a)

Image

u Formula

(b)

Image

u Formula

(ċ), (d)

Image

 

(e), (f)

Image

 

(g) sa (l)

Image

(Ara t-Tabella 1.1 għall-valuri adatti ta’ λ1 u λ2)

(m), (n)

Image

 

(o)

Image

u Formula

Noti:

Eλ (λ, t), Eλ

irradjanza spettrali jew densità ta potenza spettrali: il-potenza radjanti inċidenti kull unità ta’ area, espressa f’watts kull metru kwadru kull nanometru [W m-2 nm-1]; il-valuri ta’ Eλ (λ, t) u Eλ huma riżultat ta' kejl jew jistgħu jiġu provduti mill-manifattur tat-tagħmir;

Eeff

irradjanza effettiva (medda UV): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelength ta’ UV ta’ 180 sa 400 nm peżati spettralment b’S (λ), espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

H

espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin ta’ l-irradjanza, espressa f’joules kull metru kwadru [J m-2];

Heff

espożizzjoni radjanti effettiva: l-espożizzjoni radjanti peżata b’S (λ), espressa f’joules kull metru kwadru (J m-2);

EUVA

irradjanza totali (UVA): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelength ta’ UVA ta’ 315 sa 400 nm, espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

HUVA

espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin u tal-wavelength jew is-somma ta’ l-irradjanza fil-medda ta’ wavelengths bejn 315 u 400 nm ta’ l-UVA, espressa f’joules kull metru kwadru [J m-2];

S (λ)

attur tal-piż spettrali, jieħu kont tad-dipendenza fuq il-wavelength ta’ l-effetti fuq is-saħħa tar-radjazzjoni UV fuq l-għajnejn u l-ġilda, (Tabella 1.2) [mingħajr dimensjoni];

t, Δt

ħin, tul ta ħin ta l-espożizzjoni, espress f’sekondi [s];

λ

wavelength, espress f’nanometri [nm];

Δλ

medda ta frekwenzi, espressa f’nanometri [nm], ta’ l-intervalli tal-kalkolu jew tal-kejl

Lλ (λ),Lλ

radjanza spettrali tal-fonti esspressa f’watts kull metru kwadru kull steradjant kull nanometru [W m- 2 sr–1 nm-1];

R (λ)

fattur ta piż spettrali, jieħu kont tad-dipendenza fuq il-wavelength tal-leżjoni termika kawżata lill-għajn minn radjazzjoni viżibbli u IRA (Tabella 1.3) [mingħajr dimensjoni];

LR

radjanza effettiva (leżjoni termika): radjanza kalkulata b’fattur ta’ piż spettrali ta’ R (λ) espressa f’watts kull metru kwadru kull steradjant [W m- 2 sr–1];

B (λ)

fattur ta piż spettral jieħu kont tad-dipendenza fuq il-wavelength tal-leżjoni fotokimika kawżata lill-għajn minn radjazzjoni b’dawl blu (Tabella 1.3) [mingħajr dimensjoni];

LB

radjanza effettiva (dawl blu): radjanza kalkulata b’fattur ta’ piż spettrali ta’ B (λ), espressa f’watts kull metru kwadru kull steradjant [W m- 2 sr–1];

EB

irradjanza effettiva (dawl blu): irradjanza kalkulata b’fattur ta’ piż spettrali ta’ B (λ) espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

EIR

irradjanza totali (leżjoni termika): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelengths ta’ l-infra-aħmar bejn 780 nm u 3 000 nm espressa f’watts kull metru kwadru;

[W m-2];

Eskin

irradjanza totali (viżibbli, IRA u IRB): l-irradjanza kalkulata fil-medda ta’ wavelengths viżibbli u ta’ l-infra-aħmar bejn 380 nm u 3 000 nm, espressa f’watts kull metru kwadru [W m-2];

Hskin

espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin u tal-wavelength jew is-somma ta’ l-irradjanza fil-medda ta’ wavelengths viżibbli u ta’ l-infra-aħmar bejn 380 u 3 000 nm, espressa f’joules kull metru kwadru [J m-2];

α

angolu apparenti: l-angolu kopert minn fonti apparenti, kif jidher f’punt fl-ispazju, espress f milliradjani (mrad). Il-fonti apparenti huwa l-oġġett reali jew virtwali li jifforma l-iċken xbiha possibbli fuq ir-retina.

Tabella 1.1

Valuri ta' limiti ta’ espożizzjoni għal radjazzjoni ottika non-koerenti

Indiċi

Wavelength nm

Valur ta' limitu ta’ espożizzjoni:

Unitajiet

Kumment

Parti tal-ġisem

Riskju

a.

180-400

(UVA, UVB u UVC)

Heff = 30

Valur kull jum 8 sigħat

[J m-2]

 

għajn -

kornea

konġunktiva

lenti

ġilda

fotokeratite

konġunktivite

katarrettoġenesi

eritema elastosi

kanċer tal-ġilda

b.

315-400

(UVA)

HUVA = 104

Valur kull jum 8 sigħat

[J m-2]

 

għajn - lenti

katarrettoġenesi

c.

300-700

(Dawl blu) ara nota 1

Formula

għal t> ≤ 10 000 s

LB :[W m-2 sr-1]

t: [sekondi]

għal α ≥ 11 mrad

għajn - retina

fotoretinite

d.

300-700

(Dawl blu)

ara nota 1

LB = 100

għal t> 10 000 s

[W m-2 sr-1]

e.

300-700

(Blue light)

ara nota 1

Formula

għal t> ≤ 10 000 s

EB: [W m-2]

t: [sekondi]

għal α < 11 mrad

ara nota2

f.

300-700

(Blue light)

ara nota1

EB = 0,01

t >10 000 s

[W m-2]

g.

380-1 400

(Viżibbli u IRA)

Formula

għal t> 10 s

[W m-2 sr-1]

Cα = 1,7 għal

α ≤ 1,7 mrad

Cα = α għal

1,7 ≤ α ≤ 100 mrad

Cα = 100 għal

α > 100 mrad

λ1= 380; λ2= 1 400

għajn - retina

ħruq tar-retina

h.

380-1 400

(Viżibbli u IRA)

Formula

għal 10 μs ≤ t ≤ 10 s

LR:[W m-2 sr-1]

t: [seKondi]

i.

380-1 400

(Viżibbli u IRA)

Formula

għal t <10 μs

[W m-2 sr-1]

j.

780-1 400

(IRA)

Formula

għal t> 10 s

[W m-2 sr-1]

Cα = 11 għal

α ≤ 11 mrad

Cα = α għal

11≤ α ≤ 100 mrad

Cα = 100 għal

α > 100 mrad

(kamp ta’ vista tal-kejl: 11 mrad)

λ1= 780; λ2= 1 400

għajn - retina

ħruq tar-retina

k.

780-1 400

(IRA)

Formula

għal 10 μs ≤ t ≤ 10 s

LR: [W m-2 sr-1]

t: [sekondi]

l.

780-1 400

(IRA)

Formula

għal t < 10 μs

[W m-2 sr-1]

m.

780-3 000

(IRA and IRB)

EIR = 18 000  t-0 , 75

għal t ≤ 1 000 s

E: [W m-2]

t: [sekondi]

 

għajn -

kornea

lens

corneal burn

ħruq tal-korneakatarrettoġenesi

n.

780-3 000

(IRA u IRB)

EIR = 100

għal t> 1 000 s

[W m-2]

o.

380-3 000

(Viżibbli, IRA u IRB)

u IRB)

Hskin = 20 000  t0 , 25

għal t < 10 s

H: [J m-2]

t: [sekondi]

 

ġilda

ħruq

Nota 1:

Il-medda ta’ 300 sa 700 nm tkopri partijiet ta’ l-UVB, l-UVA kollha u l-biċċa kbira tar-radjazzjoni viżibbli; madankollu, il-periklu assoċjat huwa normalment imsejjaħ riskju minn “dawl blu”. Fis-sens strett, id-dawl blu jkopri biss il-medda ta’ madwar 400 sa 490 nm.

Nota 2:

Għall-fissazzjoni kostanti fuq fonti żgħar ħafna b’angolu apparenti < 11 mrad, LB jista’ jiġi kkonvertit għal EB. Dan normalment japplika biss għal strumenti oftalmiċi jew għal għajn stabilizzata waqt anestesija. Il-“ħin ta' fissazzjoni”massimu jinstab hekk: tmax = 100/EB fejn EB huwa espress bħala W m-2. Minħabba l-movimenti ta’ l-għajn waqt kompiti viżivi normali, dan ma jeċċedix il-100 s.


Tabella 1.2

S (λ) [mingħajr dimensjoni], 180 nm sa 400 nm

λ f’nm

S (λ)

λ f’nm

S (λ)

λ f’nm

S (λ)

λ f’nm

S (λ)

λ f’nm

S (λ)

180

0,0120

228

0,1737

276

0,9434

324

0,000520

372

0,000086

181

0,0126

229

0,1819

277

0,9272

325

0,000500

373

0,000083

182

0,0132

230

0,1900

278

0,9112

326

0,000479

374

0,000080

183

0,0138

231

0,1995

279

0,8954

327

0,000459

375

0,000077

184

0,0144

232

0,2089

280

0,8800

328

0,000440

376

0,000074

185

0,0151

233

0,2188

281

0,8568

329

0,000425

377

0,000072

186

0,0158

234

0,2292

282

0,8342

330

0,000410

378

0,000069

187

0,0166

235

0,2400

283

0,8122

331

0,000396

379

0,000066

188

0,0173

236

0,2510

284

0,7908

332

0,000383

380

0,000064

189

0,0181

237

0,2624

285

0,7700

333

0,000370

381

0,000062

190

0,0190

238

0,2744

286

0,7420

334

0,000355

382

0,000059

191

0,0199

239

0,2869

287

0,7151

335

0,000340

383

0,000057

192

0,0208

240

0,3000

288

0,6891

336

0,000327

384

0,000055

193

0,0218

241

0,3111

289

0,6641

337

0,000315

385

0,000053

194

0,0228

242

0,3227

290

0,6400

338

0,000303

386

0,000051

195

0,0239

243

0,3347

291

0,6186

339

0,000291

387

0,000049

196

0,0250

244

0,3471

292

0,5980

340

0,000280

388

0,000047

197

0,0262

245

0,3600

293

0,5780

341

0,000271

389

0,000046

198

0,0274

246

0,3730

294

0,5587

342

0,000263

390

0,000044

199

0,0287

247

0,3865

295

0,5400

343

0,000255

391

0,000042

200

0,0300

248

0,4005

296

0,4984

344

0,000248

392

0,000041

201

0,0334

249

0,4150

297

0,4600

345

0,000240

393

0,000039

202

0,0371

250

0,4300

298

0,3989

346

0,000231

394

0,000037

203

0,0412

251

0,4465

299

0,3459

347

0,000223

395

0,000036

204

0,0459

252

0,4637

300

0,3000

348

0,000215

396

0,000035

205

0,0510

253

0,4815

301

0,2210

349

0,000207

397

0,000033

206

0,0551

254

0,5000

302

0,1629

350

0,000200

398

0,000032

207

0,0595

255

0,5200

303

0,1200

351

0,000191

399

0,000031

208

0,0643

256

0,5437

304

0,0849

352

0,000183

400

0,000030

209

0,0694

257

0,5685

305

0,0600

353

0,000175

 

 

210

0,0750

258

0,5945

306

0,0454

354

0,000167

 

 

211

0,0786

259

0,6216

307

0,0344

355

0,000160

 

 

212

0,0824

260

0,6500

308

0,0260

356

0,000153

 

 

213

0,0864

261

0,6792

309

0,0197

357

0,000147

 

 

214

0,0906

262

0,7098

310

0,0150

358

0,000141

 

 

215

0,0950

263

0,7417

311

0,0111

359

0,000136

 

 

216

0,0995

264

0,7751

312

0,0081

360

0,000130

 

 

217

0,1043

265

0,8100

313

0,0060

361

0,000126

 

 

218

0,1093

266

0,8449

314

0,0042

362

0,000122

 

 

219

0,1145

267

0,8812

315

0,0030

363

0,000118

 

 

220

0,1200

268

0,9192

316

0,0024

364

0,000114

 

 

221

0,1257

269

0,9587

317

0,0020

365

0,000110

 

 

222

0,1316

270

1,0000

318

0,0016

366

0,000106

 

 

223

0,1378

271

0,9919

319

0,0012

367

0,000103

 

 

224

0,1444

272

0,9838

320

0,0010

368

0,000099

 

 

225

0,1500

273

0,9758

321

0,000819

369

0,000096

 

 

226

0,1583

274

0,9679

322

0,000670

370

0,000093

 

 

227

0,1658

275

0,9600

323

0,000540

371

0,000090

 

 


Tabella 1.3

B (λ), R (λ) [mingħajr dimensjoni], 380 nm sa 1 400 nm

λ f’nm

B (λ)

R (λ)

300 ≤ λ < 380

0,01

380

0,01

0,1

385

0,013

0,13

390

0,025

0,25

395

0,05

0,5

400

0,1

1

405

0,2

2

410

0,4

4

415

0,8

8

420

0,9

9

425

0,95

9,5

430

0,98

9,8

435

1

10

440

1

10

445

0,97

9,7

450

0,94

9,4

455

0,9

9

460

0,8

8

465

0,7

7

470

0,62

6,2

475

0,55

5,5

480

0,45

4,5

485

0,32

3,2

490

0,22

2,2

495

0,16

1,6

500

0,1

1

500 < λ ≤ 600

100,02 ·(450- λ )

1

600 < λ ≤ 700

0,001

1

700 < λ ≤ 1 050

100,002 ·(700- λ )

1 050 < λ ≤ 1 150

0,2

1 150 < λ ≤ 1 200

0,2 · 100,02 ·(1 150 - λ )

1 200 < λ ≤ 1 400

0,02


ANNESS II

Radjazzjoni Ottika Laser

Il-valuri bijo-fiżikament pertinenti ta' espożizzjoni għar-radjazzjoni ottika jistgħu jiġu determinati bil-formoli ta' hawn taħt. Il-formoli li għandhom jintużaw jiddependu mill-wavelength u d-dewmien ta' radjazzjoni emessa mill-fonti u r-riżultati għandhom jitqabblu mal-valuri ta' limiti ta' espożizzjoni korrispondenti indikati fit-Tabelli 2.2 – 2.4. Aktar minn valur ta' espożizzjoni wieħed u limitu ta' espożizzjoni korrispondenti jistgħu jkunu pertinenti għal xi fonti partikolari ta' radjazzjoni ottika laser.

Il-koeffiċjenti użati bħala għodda ta' kalkolu fit-Tabelli 2.2 – 2.4 huma elenkati fit-Tabella 2.5 u l-korrezzjonijiet għal espożizzjoni ripetittiva huma elenkati fit-Tabella 2.6.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Noti:

dP

potenza espressa f'watts [W];

dA

superfiċje espressa f'metri kwadri [m2];

E (t), E

irradjanza jew densità ta' potenza: il-potenza radjanti inċidenti kull unità ta' area, ġeneralment espressa f'watts kull metru kwadru [W m-2]. Il-valuri ta' E(t), E huma riżultat ta' kejl jew jistgħu jiġu provduti mill-manifattur tat-tagħmir;

H

espożizzjoni radjanti, l-integral tal-ħin ta' l-irradjanza, espressa f'joules kull metru kwadru [J m-2];

t)

ħin, tul ta' ħin ta' l-espożizzjoni, espress f'sekondi [s];

λ

wavelength, espress f'nanometri [nm];

γ

l-angolu massimu tal-kon tal-kamp ta' vista tal-kejl espress f'milliradjani [mrad];

γm

kamp ta' vista tal-kejl espress f'milliradjani [mrad];

α

angolu apparenti ta' fonti espress f'milliradjani [mrad];

limitu ta' apertura: iċ-ċirku li fuqu tiġi kalkolata l-medja ta' l-irradjanza u ta' l-espożizzjoni radjanti;

G

radjanza integrata: l-integral tar-radjanza fuq ammont ta' ħin ta' espożizzjoni espress bħala enerġija radjanti kull unità ta' area ta' superfiċje radjanti kull unità ta' angolu solidu ta' emissjoni, f'joules kull metru kwadru kull steradjan [J m-2 sr-1].

Tabella 2.1

Riskji ta' radjazzjoni

Wavelength [nm]

λ

Medda ta' radjazzjoni

Organu effettwat

Riskju

Tabella tal-valur ta' limitu ta' espożizzjoni

180 sa 400

UV

għajn

ħsara fotokimika u ħsara termika

2.2, 2.3

180 sa 400

UV

ġilda

eritema

2.4

400 sa 700

viżibbli

għajn

ħsara fir-retina

2.2

400 sa 600

viżibbli

għajn

ħsara fotokimika

2.3

400 sa 700

viżibbli

ġilda

ħsara termika

2.4

700 sa 1 400

IRA

għajn

ħsara termika

2.2,2.3

700 sa 1 400

IRA

ġilda

ħsara termika

2.4

1 400 sa 2 600

IRB

għajn

ħsara termika

2.2

2 600 sa 106

IRC

għajn

ħsara termika

2.2

1 400 sa 106

IRB, IRC

għajn

ħsara termika

2.3

1 400 sa 106

IRB, IRC

ġilda

ħsara termika

2.4

Tabella 2.2

Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni ta' l-għajn għal-laser – Espożizzjoni qasira ta' dewmien < 10 s

Image

Test ta 'immaġni

Tabella 2.3

Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni ta' l-għajn għal-laser – Espożizzjoni fit-tul ta' dewmien ≥ 10 s

Image

Test ta 'immaġni

Tabella 2.4

Valuri ta' limiti ta' espożizzjoni tal-ġilda għal-laser

Image

Test ta 'immaġni

Tabella 2.5

Fatturi ta' korrezzjoni applikati u parametri oħra ta' kalkolu

Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

Medda spettrali valida (nm)

Valur

CA

λ < 700

CA = 1,0

700 – 1 050

CA = 10 0,002 ( λ - 700)

1 050 – 1 400

CA = 5,0

CB

400 450

CB = 1,0

450 700

CB = 10 0,02 ( λ - 450)

CC

700 1 150

CC = 1,0

1 150 1 200

CC = 10 0,018 ( λ - 1 150 )

1 200 – 1 400

CC = 8,0

T1

λ < 450

T1 = 10 s

450 – 500

T1 = 10 · [10 0,02 ( λ - 450)] s

λ > 500

T1 = 100 s


Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

Validu għal effett bijoloġiku

Valur

αmin

l-effetti termiċi kollha

αmin = 1,5 mrad


Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

Medda angolari valida (mrad)

Valur

CE

α < αmin

CE = 1,0

αmin < α < 100

CE = α/αmin

α > 100

CE = α2/(αmin·αmax) mrad with αmax = 100 mrad

T2

α < 1,5

T2 = 10 s

1,5 < α < 100

T2 = 10 · [10 (α - 1,5 ) / 98,5 ] s

α > 100

T2 = 100 s


Parametru kif elenkat fl-ICNIRP

Medda ta' ħin ta' espożizzjoni valida (s)

Valur

γ

t ≤ 100

γ = 11 [mrad]

100 < t < 104

γ = 1,1 t 0 5 [mrad]

t > 104

γ = 110 [mrad]

Tabella 2.6

Korrezzjoni għal espożizzjoni ripetittiva

Kull waħda mit-tliet regoli ġenerali li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-espożizzjonijiet ripetittivi kollha li jseħħu minn sistemi ta' laser b'impulsi ripetittivi jew bl-iscanning:

1.

L-espożizzjoni minn kwalunkwe impuls singolu f'sensiela ta' impulsi ma għandhiex taqbeż il-valur ta' limitu ta' espożizzjoni għal impuls singolu ta' dak it-tul ta' ħin ta' impuls.

2.

L-espożizzjoni minn kwalunkwe grupp ta' impulsi (jew sotto-grupp ta' impulsi f'xi sensiela) waqt tul ta' ħin 't' ma għandhiex taqbeż il-valur ta' limitu ta' espożizzjoni għall-ħin 't'.

3.

L-espożizzjoni minn kwalunkwe impuls singolu fi ħdan grupp ta' impulsi ma għandux jaqbeż il-valur ta' limitu ta' espożizzjoni ta' impuls singolu multiplikat b'fattur korrettiv kumulattiv-termiku Cp=N-0,25, fejn N huwa n-numru ta' impulsi. Din ir-regola tapplika biss għal limiti ta' espożizzjoni għall-protezzjoni kontra leżjoni termika, fejn l-impulsi kollha li jseħħu f'ħin inqas minn Tmin jiġu trattati bħala impuls singolu.

Parametru

Medda spettrali valida (nm)

Valur

Tmin

315 <λ≤ 400

Tmin = 10 -9 s (= 1 ns)

400 <λ≤ 1 050

Tmin = 18· 10 -6 s (= 18 μs)

1 050 <λ≤ 1 400

Tmin = 50· 10 -6 s (= 50 μs)

1 400 <λ≤ 1 500

Tmin = 10 -3 s (= 1 ms)

1 500 <λ≤ 1 800

Tmin = 10 s

1 800 <λ≤ 2 600

Tmin = 10 -3 s (= 1 ms)

2 600 <λ≤ 10 6

Tmin = 10 -7 s (= 100 ns)


DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-użu tat-terminu “penalties” fil-verżjoni Ingliża ta' l-istrumenti legali tal-Komunità Ewropea.

Fil-fehma tal-Kunsill, meta t-terminu tintuża fit-test Ingliż ta' l-istrumenti legali tal-Komunità Ewropea, dan isir f'sens newtrali u m'huwiex immirat speċifikament għal sanzjonijiet kriminali u jista' jkopri wkoll sanzjonijiet amministrattivi u finanzjarji, kif ukoll tipi oħra ta' sanzjonijiet. Meta l-Istati Membri jkunu obbligati skond att komunitarju li jintroduċu “penalties”, dawn għandhom jagħżlu t-tip xieraq ta' sanzjoni b'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Fid-database lingwistika tal-Komunità, il-kelma “penalties” hija tradotta fil-lingwi l-oħra kif ġej:

biċ-Ċek “sankce”, bl-Ispanjol “sanciones”, bid-Daniż “sanktioner”, bil-Ġermaniż “Sanktionen”, bl-Estonjan “sanktsioonid”, bil-Franċiż “sanctions”, bil-Grieg “κuρώσεις”, bl-Ungeriż “jogkövetkezmények”, bit-Taljan “sanzioni”, bil-Latvjan “sankcijas”, bil-Litwan “sankcijos”, bil-Malti “penali”, bl-Olandiż “sancties”, bil-Pollakk “sankcje”, bil-Portugiż “sanções”, bis-Sloven “kazni”, bis-Slovakk “sankcie”, bil-Finlandiż “seuraamukset” u bl-Iżvediż “sanktioner”.

Jekk, fil-verżjonijiet Ingliżi riveduti ta' l-istrumenti legali fejn it-terminu “sanctions” kien ġie użat qabel, dan it-terminu kien sostitwit bit-terminu “penalties”, din m'hijiex emenda sostantiva.


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

60


DIRETTIVA 2006/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' April 2006

li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji1 (3) tintroduċi reġim regolatorju komprensiv li jiżgura kwalità għolja ta' l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' investituri.

(2)

Id-Direttiva 2004/39/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw magħha sat-30 ta' April 2006. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri, numru sinifikanti ta' dispożizzjonijiet kumplessi ta' dik id-Direttiva għandhom ikunu supplementati b'miżuri implimentattivi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni matul il-perjodu għat-traspożizzjoni stabbilit mill-Istati Membri. Minħabba li l-Istati Membri ma jistgħux jippreparaw u jiffinalizzaw kompletament il-liġijiet domestiċi tagħhom sakemm il-kontenut tal-miżuri implimentattivi ma jkunx ċar, huma jista' jkollhom diffikultà sabiex ilaħqu sal-limitu attwali ta' żmien stabbilit għat-traspożizzjoni.

(3)

Sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/39/KE u tal-leġiżlazzjoni implimentattiva domestika, jista' jkun li l-impriżi ta' l-investiment u entitajiet regolati oħrajn ikollhom jintroduċu sistemi ta' teknoloġija informatika ġodda, strutturi organizzattivi ġodda, u proċeduri ta' rappurtar u ta' żamma ta' reġistri, jew ikollhom jagħmlu bidliet sinifikattivi lil sistemi u prattiċi eżistenti. Dan jista' jsir biss meta jiġu stabbiliti l-kontenuti tal-miżuri implimentattivi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni u tal-leġiżlazzjoni domestika li tittrasponi d-Direttiva.

(4)

Huwa wkoll neċessarju li d-Direttiva 2004/39/KE u l-miżuri implimentattivi tagħha jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali jew japplikaw direttament fl-Istati Membri simultanjament sabiex id-Direttiva jkollha l-effett sħiħ tagħha.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi estiż il-limitu ta' żmien għall-Istati Membri sabiex jittrasponu d-Direttiva 2004/39/KE fil-liġi nazzjonali. B'mod simili, il-limitu ta' żmien għall-impriżi ta' investiment u għall-istituzzjonijiet ta' kreditu sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda għandhom ikunu prorogati b'perjodu wara li l-Istati Membri jlestu t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.

(6)

Fid-dawl ta' l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonjiet differenti tad-Direttiva 2004/39/KE, huwa xieraq li kwalunkwe estensjoni ta' dawk il-limiti ta' żmien tapplika għad-dispożizzjonijiet kollha ta' dik id-Direttiva. Kwalunkwe estensjoni tal-limiti ta' żmien tat-traspożizzjoni u ta' l-applikazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għal, u ma jeċċedux, il-ħtiġijiet ta' l-Istati Membri u ta' l-entitajiet regolati. Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni li tista' tfixkel il-funzjonament tas-suq intern tat-titoli, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/39/KE fl-istess waqt.

(7)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji (4), il-Parlament Ewropew talab li kemm huwa kif ukoll il-Kunsill ikollhom irwol indaqs fis-sorveljanza tal-mod ta' kif il-Kummissjoni teżerċita r-rwol eżekuttiv tagħha sabiex hekk ikunu riflessi s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew taħt l-Artikolu 251 tat-Trattat. Fid-dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem il-Parlament Ewropew fl-istess jum mill-President tagħha, il-Kummissjoni appoġġat dik it-talba. Fil-11 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni pproponiet emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tfassal il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5), u wara ppreżentat proposta emendata fit-22 ta' April 2004. Il-Parlament Ewropew ma jqisx li din il-proposta tippreżerva l-prerogattivi leġiżlattivi tiegħu. Fl-opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom l-opportunità li jivvalutaw il-konferiment tas-setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni f'perjodu stabbilit. Huwa għalhekk xieraq li jiġi limitat il-perjodu li matulu l-Kummissjoni tista' tadotta miżuri implimentattivi.

(8)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata tliet xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' abbozz ta' emendi u ta' miżuri implimentattivi sabiex ikun jista' jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f'każijiet urġenti u ġustifikati kif mistħoqq, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jitqassar. Jekk fil-limiti ta' dak il-perjodu tiġi adottata xi riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-abbozz ta' emendi jew ta' miżuri.

(9)

Iktar emendi konsegwenti huma bżonnjużi sabiex jiġu prorogati d-dati għat-tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli (6) u għad-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE, u sabiex tiġi estiża l-iskeda ta' l-obbligi ta' rappurtar tal-Kummissjoni.

(10)

Minħabba l-iskadenza prorogata bejn meta l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jittrasponu d-Direttiva 2004/39/KE f'liġi nazzjonali u l-iskadenza għall-impriżi ta' investiment u għall-istituzzjonijiet ta' kreditu sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/39/KE jibqgħu ineffettivi qabel l-1 ta' Novembru 2007; ikun għalhekk xieraq li d-Direttiva 93/22/KEE tiġi mħassra b'effett mill-1 ta' Novembru 2007.

(11)

Id-Direttiva 2004/39/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/39/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Il-Premessa (69) għandha tiġi sostitwita kif ġej:

“(69)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' abbozz ta' emendi u ta' miżuri ta' implimentazzjoni sabiex ikun jista' jeżaminhom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu f'każijiet urġenti u ġustifikati kif mistħoqq għandu jkun possibbli li dan il-perjodu jitqassar. Jekk f'dan il-perjodu il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozz ta' emendi jew ta' miżuri”.

(2)

L-Artikolu 64 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiġi inserit il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-ebda waħda mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati ma tista' tbiddel id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.”;

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni diġà adottati, sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2008, għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jkunu jeħtieġu l-adozzjoni ta' regoli tekniċi, ta' emendi u ta' deċiżjonijiet skond il-paragrafu 2. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jġeddu d-dispożizzjonijiet konċernati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, u għal dan il-għan huma għandhom jirreveduhom qabel id-data msemmija hawn fuq.”.

(3)

L-Artikolu 65 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 65

Ir-Rapporti u r-reviżjoni

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl ta' diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-estensjoni possibbli ta' l-ambitu tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel u wara l-kummerċ għal tranżazzjonijiet fil-klassijiet ta' strumenti finanzjarji għajr l-ishma.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 27.

3.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2008, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u fid-dawl ta' diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a)

kemm tkun għadha adatta l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(1)(k) għall-impriżi li n-negozju ewlieni tagħhom ikun in-negozju, f'isimhom stess, fil-commodity derivatives;

(b)

il-kontenut u l-għamla tal-ħtiġijiet proporzjonati għall-awtorizazzjoni u s-sorveljanza ta' tali impriżi bħala impriżi ta' investiment fis-sens ta' din id-Direttiva;

(ċ)

kemm ikunu adatti r-regoli dwar il-ħatra ta' aġenti marbuta li jwettqu s-servizzi u/jew attivitajiet ta' investiment, b'mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza fuqhom;

(d)

kemm tkun għadha adatta l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(1)(i).

4.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tat-tneħħija ta' l-ostakoli li jistgħu jimpedixxu l-konsolidazzjoni fil-livell Ewropew tat-tagħrif li l-postijiet tal-kummerċ huma meħtieġa li jippubblikaw.

5.   Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti għal emendi relatati għal din id-Direttiva.

6.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tad-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm ikunu għadhom adatti l-ħtiġijiet għall-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali imposti fuq l-intermedjarji taħt il-liġi Komunitarja.”.

(4)

L-Artikolu 69 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 69

It-Tħassir tad-Direttiva 93/22/KEE

Id-Direttiva 93/22/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Novembru 2007. Ir-referenzi għad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva. Ir-referenzi għat-termini definiti fid-Direttiva 93/22/KEE, jew għall-Artikoli tagħha, 93/22/KEE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għat-terminu ekwivalenti definit f'din id-Direttiva jew għall-Artikolu ekwivalenti tagħha.”.

(5)

Fl-Artikolu 70, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2007. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2007.”.

(6)

Fl-Artikolu 71, il-paragrafi 1 sa 5 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-impriżi ta' investiment diġà awtorizzati fl-Istat Membru tagħhom sabiex jipprovdu servizzi ta' investiment qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala awtorizzati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jipprovdu li sabiex jibdew jeżerċitaw tali attivitajiet huma għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fl-Artikoli 9 sa 14.

2.   Suq regolat jew operaturi tas-suq diġà awtorizzati fl-Istat Membru tagħhom qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala awtorizzati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jipprovdu li s-suq regolat jew l-operatur tas-suq, skond il-każ, għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fit-Titolu III.

3.   L-aġenti marbuta mdaħħla diġà f'reġistru pubbliku qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala reġistrati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, jekk il-liġijiet ta' dawk l-Istati Membri jipprovdu li l-aġenti marbuta għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fl-Artikolu 23.

4.   It-tagħrif komunikat qabel l-1 ta' Novembru 2007 għall-għanijiet ta' l-Artikoli 17, 18 jew 30 tad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jitqiesu li ġew komunikati għall-għanijiet ta' l-Artikoli 31 u 32 ta' din id-Direttiva.

5.   Kwalunkwe sistema eżistenti li taqa' fl-ambitu tad-definizzjoni ta' MTF operata minn operatur tas-suq f'suq regolat għandha, fuq it-talba ta' l-operatur tas-suq fis-suq regolat, tiġi awtorizzata bħala MTF, sakemm tikkonforma ma' regoli ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn din id-Direttiva għall-awtorizzazzjoni u l-operazzjoni ta' MTF, u sakemm it-talba konċernata ssir fi żmien tmintax-il xahar wara l-1 ta' Novembru 2007.”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2007.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar il-5 ta' April 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 323, 20.12.2005, p. 31.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2006.

(3)  1 ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 115.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

64


DIRETTIVA 2006/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' April 2006

dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2)

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Fil-Komunità hemm bżonn li jittejbu l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija, l-immaniġġar tad-domanda għall-enerġija u l-promozzjoni tal-produzzjoni ta' l-enerġija rinovabbli, peress li hemm skop relattivament limitat għal kwalunkwe influwenza oħra fuq il-kundizzjonijiet ta' provista u distribuzzjoni ta' enerġija f'terminu ta' żmien qasir jew medju, kemm permezz tal-bini ta' kapaċitajiet ġodda kif ukoll permezz ta' titjib fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni. Għalhekk din id-Direttiva tikkontribwixxi għal titjib fis-sigurtà tal-provista.

(2)

Titjib fl-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija primarja u għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 u ta' gassijiet serra oħra, u b'hekk għall-prevenzjoni ta' bidla klimatika perikoluża. Dawn l-emissjonijiet b'hekk ikomplu jiżdiedu, u jagħmluha iktar u iktar diffiċli li jitwettqu l-impenji ta' Kyoto. L-attivitajiet umani attribwiti lis-settur ta' l-enerġija jikkawżaw sa 78 % ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità. Is-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jipprevedi li hemm bżonn ta' iktar tnaqqis sabiex jintlaħaq l-objettiv fuq żmien twil tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla Klimatika sabiex jiġu stabbilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera fuq livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema klimatika. Għalhekk, huma meħtieġa politika u miżuri konkreti.

(3)

L-effiċjenza imtejba ta' l-użu finali ta' l-enerġija se tagħmilha possibbli li jiġi sfruttat l-iffrankar ta' l-enerġija potenzjalment effettiva meta mqabbel man-nefqa b'mod li jkun ekonomikament effiċjenti. Miżuri għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija jistgħu jwasslu għal dan l-iffrankar ta' l-enerġija u b'hekk jgħinu lill-Komunità biex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni ta' l-enerġija. Barra minn hekk, pass lejn teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija jista' jqawwi l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-Komunità kif enfasizzat fl-istrateġija ta' Liżbona.

(4)

Il-Komunikazzjoni mil-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-ewwel fażi tal-Program Ewropew dwar il-Bdil fil-Klima elenkat direttiva dwar l-immaniġġar tad-domanda għall-enerġija bħala waħda mill-miżuri prijoritarji tal-bidla klimatika li għandhom jittieħdu fuq livell Komunitarju.

(5)

Din id-Direttiva hija konsistenti mad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (5) u mad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (6), li jipprovdu l-possibiltà li l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-immaniġġar tad-domanda jintużaw bħala alternattivi għal provista ġdida u għall-protezzjoni ambjentali, filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, fost affarijiet oħra, li jagħmlu sejħa għall-offerti ta' kapaċità ġdida jew li jagħżlu miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri li jagħtu każ tad-domanda, inklużi sistemi għal ċertifikati bojod.

(6)

Din id-Direttiva hija bla preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/54/KE, li tesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi domestiċi kollha u, fejn l-Istati Membri jqisu xieraq, l-intrapriżi żgħar, igawdu minn servizz universali, jiġifieri d-dritt li jiġu provduti b'elettriku ta' kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezzijiet raġonevoli, faċilment komparabbli u ċari u trasparenti.

(7)

Għalhekk l-għan ta' din id-Direttiva mhux biss li titkompla l-promozzjoni tan-naħa ta' provista tas-servizzi ta' l-enerġija, iżda wkoll li jinħolqu inċentivi aktar b'saħħithom għan-naħa tad-domanda. Is-settur pubbliku f'kull Stat Membru għandu għalhekk jagħti eżempju tajjeb rigward investimenti, manutenzjoni u spejjeż oħra għal apparat li juża l-enerġija, servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħra ta' titjib fl-effiċjenza ta' enerġija. Għalhekk, is-settur pubbliku jrid ikun imħeġġeġ biex jintegra konsiderazzjonijiet ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija fl-investimenti tagħhom, fil-provvedimenti għad-deprezzament u fil-baġit tat-tħaddim. Apparti minn hekk, is-settur pubbliku għandu jfittex li juża kriterji ta' effiċjenza ta' enerġija fil-proċeduri li joffru akkwist pubbliku, prattika aċċettata taħt id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (7), u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi (8), ta' kuntratti għal provisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, li l-prinċipju tagħhom ġie kkonfermat mid-Deċiżjoni tas-17 ta' Settembru 2002 tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea f'Każ C-513/99 (9). Minħabba l-fatt li strutturi amministrattivi jvarjaw sew bejn l-Istati Membri, it-tipi differenti ta' miżuri li s-settur pubbliku jista' jieħu għandhom jittieħdu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u/jew lokali xierqa.

(8)

Hemm varjetà kbira ta' modi li bihom is-settur pubbliku jista' jwettaq ir-rwol eżemplari tiegħu: apparti l-miżuri applikabbli elenkati fl-Anness III u VI, is-settur pubbliku jista', per eżempju, jibda proġetti pilota ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u jistimula mġieba b'effiċjenza ta' l-enerġija tal-ħaddiema. Sabiex jintlaħaq l-effett mixtieq li jitkattar, numru ta' azzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu komunikati b'mod effettiv lil ċittadini individwali u/jew lil kumpanniji, filwaqt li jinħoloq enfasi fuq il-benefiċċji ta' l-ispejjeż.

(9)

Il-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-bejgħ għall-konsumaturi finali ta' l-elettriku, tal-gass naturali, tal-faħam u tal-lignite, tat-tisħin, u f'xi każi anke tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, wassal kważi esklussivament għal titjib fl-effiċjenza u għal inqas spejjeż fil-ġenerazzjoni, fit-trasformazzjoni u fid-distribuzzjoni ta' l-enerġija. Din il-liberalizzazzjoni ma waslitx għal kompetizzjoni sinifikanti ta' prodotti u servizzi li setgħet irriżultat f'effiċjenza mtejba min-naħa tad-domanda.

(10)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Diċembru 1998, dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-Komunità Ewropea (10), il-Kunsill approva mira għall-Komunità b'mod ġenerali biex tittejjeb l-intensità ta' l-enerġija tal-konsum finali b'żieda ta' wieħed fil-mija sas-sena 2010.

(11)

L-Istati Membri għalhekk għandhom jadottaw miri indikattivi nazzjonali biex jippromwovu l-effiċjenza ta' l-enerġija fl-użu finali u jiżguraw li s-suq tas-servizzi ta' l-enerġija jkompli jikber u jkun vijabbli u b'hekk jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Liżbona. L-adozzjoni ta' miri indikattivi nazzjonali għall-promozzjoni ta' l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija tipprovdi sinerġija effettiva ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li, meta tkun applikata, se tikkontribwixxi għall-kisba ta' dawk il-miri nazzjonali.

(12)

Din id-Direttiva teħtieġ li tittieħed azzjoni mill-Istati Membri, fejn it-twettiq ta' l-objettivi jiddependi mill-effetti li tali azzjonijiet ikollhom fuq il-konsumaturi finali ta' l-enerġija. Ir-riżultat finali ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri għalhekk jiddependu fuq ħafna fatturi esterni li jinfluwenzaw l-imġieba tal-konsumaturi fir-rigward ta' l-użu tagħhom ta' l-enerġija u d-disponibiltà tagħhom li jimplimentaw metodi għall-iffrankar ta' l-enerġija u li jużaw strumenti għall-iffrankar ta' l-enerġija. Għalhekk, għalkemm l-Istati Membri jintrabtu li jwettqu sforzi sabiex jiksbu l-mira ta' 9 %, il-mira ta' l-iffrankar ta' l-enerġija nazzjonali hija minnha nnifisha indikattiva u ma tinvolvi l-ebda obbligu legali esegwibbli sabiex l-Istati Membri jiksbuha.

(13)

Fl-għan biex jintlaħqu l-miri indikattivi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jgħollu l-miri tagħhom għal iżjed minn 9 %.

(14)

It-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija se jgawdi mill-iskambju ta' informazzjoni, ta' esperjenza u ta' l-aħjar prattika fil-livelli kollha, inklużi, b'mod partikolari, is-settur pubbliku. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jelenkaw il-miżuri meħuda fil-kuntest ta' din id-Direttiva, u jirrevedu l-effetti tagħhom fil-pjanijiet ta' azzjoni għall-effiċjenza ta' l-enerġija sa fejn ikun possibbli.

(15)

Waqt li jsir għalmu għall-kisba ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija permezz ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġieba u/jew ekonomiċi, għandu jkun evitat li jkun hemm impatt negattiv sostanzjali fuq l-ambjent, u l-prioritajiet soċjali jridu jkunu rispettati.

(16)

Il-finanzjament tal-provista u l-ispejjeż min-naħa tat-talba għandhom irwol importanti fis-servizzi ta' l-enerġija. Il-ħolqien ta' fondi biex tiġi ssussidjata l-implimentazzjoni tal-programmi għall-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri oħra għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija u biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' suq għal servizzi ta' enerġija jista' jkun għodda xierqa għall-għoti mhux diskriminatorju ta' fondi inizjali f'dan is-suq.

(17)

Effiċjenza mtejba ta' l-użu finali ta' l-enerġija tista' tinkiseb billi tiżdied id-disponibbiltà u d-domanda għal servizzi ta' l-enerġija jew permezz ta' miżuri oħra ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija.

(18)

Sabiex jintlaħaq il-potenzjal fl-iffrankar ta' l-enerġija f'ċerti partijiet tas-suq fejn il-verifiki ta' l-enerġija mhumiex ġeneralment mibjugħa kummerċjalment, bħal fid-ddjar, l-Istati Membri jridu jiżguraw id-disponibbiltà ta' verifiki ta' l-enerġija.

(19)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2000 jelenkaw il-promozzjoni ta' servizzi ta' enerġija permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġija Komunitarja bħala qasam ta' prijorità għal azzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija.

(20)

Id-distributuri ta' l-enerġija, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u l-kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut jistgħu jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-Komunità jekk is-servizzi ta' l-enerġija li huma jikkummerċjalizzaw jinkludu l-effiċjenza fl-użu finali bħall-kumdità tat-temperatura ta' ġewwa, l-ilma sħun domestiku, ir-refriġerazzjoni, il-fabbrikazzjoni ta' prodotti, id-dawl u l-motive power. It-tkabbir tal-profitti għad-distributuri ta' l-enerġija, għall-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u għall-kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut ikun b'hekk marbut aktar mill-qrib mal-bejgħ ta' servizzi ta' l-enerġija lil kemm jista' jkun konsumaturi minflok il-bejgħ ta' kemm jista' jkun enerġija lil kull konsumatur. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jevitaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni f'dan il-qasam, sabiex jiġi garantit livell wieħed li fih jaħdmu l-fornituri kollha tas-servizzi ta' enerġija; huma jistgħu, madankollu, jiddelegaw din il-ħidma lir-regolatur nazzjonali.

(21)

Sabiex tiġi kkunsidrata bi sħiħ l-organizzazzjoni nazzjonali ta' l-atturi tas-suq fis-settur ta' l-enerġija u sabiex tiffavorixxi l-implimentazzjoni tas-servizzi ta' enerġija u l-miżuri għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija previsti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jobbligaw lid-distributuri ta' l-enerġija, lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jew lill-kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut jew, fejn xieraq, lil tnejn jew lil kull wieħed minn dawn l-atturi tas-suq, li jipprovdu dawn is-servizzi u li jipparteċipaw f'dawn il-miżuri.

(22)

L-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament ma' partijiet terzi hija prattika innovattiva li għandha tiġi mħeġġa. F'dawn, il-benefiċjarju jevita l-ispejjeż ta' l-investiment billi juża parti mill-valur finanzjarju ta' l-iffrankar ta' l-enerġija li jirriżulta mill-investiment tal-parti terza biex iħallas lura l-investiment u l-ispejjeż ta' imgħax lill-parti terza.

(23)

Sabiex it-tariffi u r-regolamenti l-oħra għall-enerġija fir-rettikolat jwasslu iktar għall-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija, inċentivi li jwasslu għal żieda fil-volum ta' l-enerġija u li ma jistgħux jiġu ġustifikati għandhom jitneħħew.

(24)

Il-promozzjoni tas-suq għas-servizzi ta' l-enerġija tista' tintlaħaq b'numru ta' mezzi, inklużi dawk mhux finanzjarji.

(25)

Is-servizzi ta' l-enerġija, il-programmi ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri oħra ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jiddaħħlu fis-seħħ sabiex tintlaħaq il-mira ta' l-iffrankar ta' l-enerġija jistgħu jiġu sostnuti u/jew implimentati permezz ta' ftehim voluntarji bejn il-partijiet konċernati u l-korpi fis-settur pubbliku maħtura mill-Istati Membri.

(26)

Il-ftehimiet volontarji li huma koperti minn din id-Direttiva għandhom ikunu trasparenti u jkollhom, fejn hu applikabbli, informazzjoni dwar għall-inqas dawn il-kwistjonijiet li ġejjin: oġġettivi kwantifikati u fi stadji, monitoraġġ u rappurtar.

(27)

Is-setturi tal-fjuwil tal-magni u tat-trasport għandhom irwol importanti xi jwettqu rigward l-effiċjenza u l-iffrankar ta' l-enerġija.

(28)

Fid-definizzjoni ta' miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, għandu jittieħed kont ta' żidiet fl-effiċjenza miksuba permezz ta' l-użu ġenerali ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi li huma effettivi meta mqabbla man-nefqa, per eżempju l-kejl elettroniku. Fil-kuntest ta' din id-Direttiva, miters individwali bi prezz kompetittiv jinkludu miters ta' preċiżjoni li jkejlu s-sħana.

(29)

Sabiex il-konsumaturi finali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet abbażi ta' informazzjoni aħjar rigward il-konsum individwali tagħhom ta' l-enerġija, iridu jkunu provduti b'ammont raġonevoli ta' informazzjoni dwaru u ta' informazzjoni relevanti oħra, bħal informazzjoni dwar il-miżuri disponibli għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija, deskrizzjonijiet komparattivi dwar il-konsumatur finali jew speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija, li jista' jinkludi tagħmir bbażat fuq il-“Factor Four” jew tagħmir simili. Huwa mfakkar li informazzjoni importanti bħal din għandha diġà tkun disponibbli għall-konsumaturi finali skond l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE. Apparti minn hekk, il-konsumaturi għandhom jiġu mħeġġa b'mod attiv biex jiċċekkjaw regolarment il-qari tal-miter tagħhom.

(30)

Kull tip ta' informazzjoni rigward l-effiċjenza ta' l-enerġija għandha tinxtered sew, f'forma xierqa, inkluż permezz tal-kontijiet, lill-udjenza rilevanti li hija mmirata għaliha. Din tista' tinkludi informazzjoni dwar l-oqfsa finanzjarji u legali, dwar il-kampanji għall-komunikazzjoni u l-promozzjoni, u l-iskambju mifrux ta' l-aħjar prattika fil-livelli kollha.

(31)

Bl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, kull dispożizzjoni sostantiva tad-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 biex jiġu limitati l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju permezz tat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija (SAVE) (11), hija koperta minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra u għalhekk id-Direttiva 93/76/KEE għandha titħassar.

(32)

Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-promozzjoni ta' effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u l-iżvilupp ta' suq għas-servizzi ta' l-enerġija ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjaretà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(33)

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (12).

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva hu li tixpruna t-titjib effettiv meta mqabbel man-nefqa ta' l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija fl-Istati Membri billi:

(a)

tipprovdi l-miri indikattivi neċessarji kif ukoll il-mekkaniżmi, l-inċentivi u l-oqfsa istituzzjonali, finanzjarji u legali neċessarji biex jitneħħew ostakoli tas-suq u imperfezzjonijiet eżistenti li jimpedixxi l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija;

(b)

toħloq il-kundizzjonijiet għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta' suq għas-servizzi ta' l-enerġija u għat-twassil ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija lill-konsumaturi finali.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)

fornituri ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu distributuri żgħar, operaturi żgħar tas-sistemi ta' distribuzzjoni u kumpanniji żgħar tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut mill-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 13;

(b)

konsumaturi finali. Madankollu din id-Direttiva ma tapplikax għal dawk l-impriżi involuti fil-kategoriji ta' attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (13);

(ċ)

forzi armati, biss safejn l-applikazzjoni tagħha ma tikkawżax kunflitt man-natura u l-għan prinċipali ta' l-attivitajiet tal-forzi armati u bl-eċċezzjoni ta' materjal użat esklużivament għall-finijiet militari.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“enerġija”: il-forom kollha ta' l-enerġija disponibbli kummerċjalment, inklużi l-elettriku, il-gass naturali (inkluż gass naturali f'forma likwida u gass likwidu tal-petroleum), kwalunkwe karburant għat-tisħin u tkessiħ (inklużi it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali), faħam u lignite, peat, karburant għat-trasport (minbarra karburant għall-avjazzjoni u karburant marittimu tal-bunker) u l-biomassa kif definita fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta' l-elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinovabbli fis-suq intern ta' l-elettriku (14);

(b)

“effiċjenza ta' l-enerġija”: il-proporzjon bejn l-output tal-prestazzjoni, servizz, merkanzija jew enerġija u l-input ta' l-enerġija;

(ċ)

''titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija'': żieda ta' l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija, b'riżultat ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġieba u/jew ekonomiċi;

(d)

“frankar ta' l-enerġija”: ammont ta' enerġija frankati stabbilita billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum ta' l-enerġija qabel u wara l-implimentazzjoni ta' miżura waħda jew aktar li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum ta' l-enerġija;

(e)

“servizz ta' enerġija”: il-benefiċċju fiżiku, l-utilità jew il-vantaġġ li jirriżultaw minn taħlita ta' enerġija ma' teknoloġija effiċjenti fl-enerġija, u/jew ma' azzjoni li tista' tinkludi l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u l-kontroll neċessarju għat-twassil tas-servizz, li jkun imwassal abbażi ta' kuntratt u li f'ċirkustanzi normali wera li jwassal għal titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jista' jiġi verifikat u mkejjel jew stmat u/jew għal frankar ta' enerġija primarja;

(f)

“mekkaniżmi ta' effiċjenza ta' l-enerġija”: strumenti ġenerali użati minn gvernijiet jew minn korpi tal-gvern sabiex jinħoloq qafas ta' sostenn jew inċentivi sabiex l-atturi fis-suq jipprovdu u jixtru servizzi ta' enerġija u miżuri oħrajn għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija;

(g)

“programmi għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija”: attivitajiet li jiffokaw fuq gruppi ta' konsumaturi finali u li normalment iwasslu għal titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jista' jiġi verifikat u mkejjel jew stmat;

(h)

“miżuri għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija”: l-azzjonijiet kollha li normalment iwasslu għal titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jista' jiġi verifikat u mkejjel jew stmat;

(i)

“kumpannija ta' servizz ta' enerġija” (ESCO): persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta' enerġija u/jew miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-faċilità jew fis-sit ta' utent, u waqt li tagħmel hekk taċċetta xi grad ta' riskju finanzjarju. Il-ħlas għas-servizzi mwassla ikun ibbażat (jew għal kollox jew in parte) fuq il-kisba ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija u fuq it-twettiq ta' kriterji oħra miftiehma dwar il-prestazzjoni;

(j)

“ikkuntrattar għall-prestazzjoni ta' l-enerġija”: arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċċjarju u l-fornitur (normalment ikun ESCO) ta' miżura li ttejjjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, fejn il-ħlas għall-investimenti f'dawk il-miżuri isir b'relazzjoni għal livell ta' titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija miftiehem kuntrattwalment;

(k)

“finanzjar minn parti terza”: arranġament kuntrattwali li jinvolvi parti terza – minbarra l-fornitur ta' l-enerġija u l-benefiċċjarju tal-miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija – li jipprovdi l-kapital għal dik il-miżura u jitlob miżata mingħand il-benefiċċjarju ekwivalenti għal parti mill-iffrankar ta' l-enerġija miksuba bħala riżultat tal-miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija. Dik il-parti terza tista' tkun jew ma tkunx ESCO;

(l)

“verifika ta' l-enerġija”: proċedura sistematika biex jinkiseb għarfien adegwat tal-profil tal-konsum eżistenti ta' enerġija ta' bini jew ta' grupp ta' bini, ta' operazzjoni industrijali u/jew ta' stallazzjoni jew ta' servizz privat jew pubbliku, li tidentifika u jikkwantifika l-opportunitajiet effettivi meta mqabbla man-nefqa ta' frankar ta' enerġija, u li tirrapporta s-sejbiet;

(m)

“strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija”: l-istrumenti finanzjarji kollha bħal fondi, sussidji, tnaqqis ta' taxxa, self, iffinanzjar minn persuni terzi, ikkuntrattar għall-prestazzjoni ta' l-enerġija, garanzija ta' kuntratti ta' frankar ta' enerġija, outsourcing ta' l-enerġija u kuntratti oħra relatati li jintgħamlu disponibbli għas-suq minn korpi pubbliċi jew privati sabiex ikopru parzjalment jew għal kollox l-ispiża tal-bidu tal- proġett għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija;

(n)

“konsumatur finali”: persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu finali tagħha;

(o)

“distributur ta' l-enerġija”: persuna fiżika jew ġuridika li hija responsabbli għat-trasport ta' l-enerġija, bil-għan li titwassal lil konsumaturi finali jew lil stazzjonijiet ta' distribuzzjoni li jbiegħu l-enerġija lil konsumaturi finali. Din id-definizzjoni teskludi l-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku u tal-gass naturali, koperti minn punt (p);

(p)

“operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni”: persuna fiżika jew ġuridika responsabbli tal-manutenzjoni, u jekk ikun hemm bżonn, l-iżvilupp tas-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku jew tal-gass naturali f'qasam speċifiku, u fejn ikun applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħrajn, u responsabbli li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tissodisfa d-domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni ta' l-elettriku jew tal-gass naturali;

(q)

“kumpannija tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut”: persuna fiżika jew ġuridika li tbiegħ l-enerġija lil konsumaturi finali;

(r)

“distributur żgħir, operatur żgħir ta' sistema ta' distribuzzjoni u kumpannija żgħira li tbiegħ l-enerġija”: persuna fiżika jew ġuridika li tiddistribwixxi jew tbiegħ l-enerġija lil konsumaturi finali, u li tiddistribwixxi jew tbiegħ inqas mill-ekwivalenti ta' 75 GWh ta' enerġija fis-sena jew li timpjega inqas minn 10 persuni jew li l-valur tal-bejgħ annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jeċċedix EUR 2 000 000;

(s)

“ċertifikati bojod”: ċertifikati maħruġa minn korpi indipendenti ta' ċertifikazzjoni li jikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet dwar l-iffrankar ta' l-enerġija ta' l-atturi fis-suq, bħala konsegwenza ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija.

KAPITOLU II

MIRI GĦALL-IFFRANKAR TA' L-ENERĠIJA

Artikolu 4

Mira ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jipprovaw jiksbu mira indikattiva nazzjonali totali ta' frankar ta' l-enerġija ta' 9 % għad-disa' sena ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li għandha tinkiseb permezz ta' servizzi ta' enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekonomikament effettivi, pratikabbli u raġonevoli intiżi sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta' din il-mira.

Din il-mira indikattiva nazzjonali ta' frankar għandha tiġi stabbilita u kkalkulata skond id-dispożizzjonijiet u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness I. Għall-finijiet ta' tqabbil ta' l-iffrankar ta' l-enerġija u għal konversjoni għal unità komparabbli, il-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw għajr jekk l-użu ta' fatturi oħra ta' konverżjoni jistgħu jkunu ġustifikati. Eżempji ta' miżuri eliġibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jingħataw fl-Anness III. Qafas ġenerali għall-kejl u l-verifika ta' l-iffrankar ta' l-enerġija jingħata fl-Anness IV. Mill-1 ta' Jannar 2008, għandu jitqies l-iffrankar ta' l-enerġija nazzjonali b'relazzjoni għall-mira ta' l-iffrankar ta' l-enerġija indikattiva nazzjonali.

2.   Għall-finijiet ta' l-ewwel Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija (EEAP) li għandu jkun preżentat skond l-Artikolu 14, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira indikattiva nazzjonali intermedja ta' frankar għat-tielet sena ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jagħti ħarsa ġenerali ta' l-istrateġija tiegħu għal ksib tal-miri intermedji u tal-miri ġenerali. Din il-mira intermedja għandha tkun realistika u konsistenti mal-mira indikattiva ġenerali ta' frankar nazzjonali imsemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar jekk il-mira indikattiva nazzjonali intermedja tidhirx realistika u konsistenti mal-mira ġenerali.

3.   Kull Stat Membru għandu jaħdem fuq programmi u miżuri biex ittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija.

4.   L-Istati Membri għandhom jassenjaw lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet jew aġenziji eżistenti jew ġodda l-kontroll u r-responsabiltà ġenerali għall-monitoraġġ tal-qafas stabbilit fir-rigward tal-mira msemmija fil-paragrafu 1. Minn hemm 'il quddiem dawn il-korpi għandhom jivverifikaw l-iffrankar ta' l-enerġija bħala riżultat tas-servizzi ta' enerġija u miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, inklużi miżuri nazzjonali eżistenti ta' effiċjenza ta' l-enerġija, u jirrapportaw dwar ir-riżultati.

5.   Wara li tkun irrevediet u rrapportat dwar l-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex xieraq li tippreżenta proposta għal Direttiva sabiex tkompli tiżviluppa l-approċċ tas-suq fit-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija permezz ta' ċertifikati bojod.

Artikolu 5

Effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija fis-settur pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settur pubbliku jservi bħala eżempju fil-kuntest ta' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, għandhom iwasslu b'mod effettiv ir-rwol u l-azzjonijiet eżemplari tas-settur pubbliku liċ-ċittadini u/jew lill-kumpanniji, kif xieraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jittieħdu mis-settur pubbliku, b' enfasi fuq miżuri effettivi a paragun tan-nefqa li jiġġeneraw l-iktar frankar ta' l-enerġija fl-inqas żmien. Tali miżuri għandhom jittieħdu fil-livell nazzjonali, reġjonali u/jew lokali xieraq, u jistgħu jikkonsistu f'inizjattivi leġiżlattivi u/jew ftehim volontarji, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2)(b) jew skemi oħra b'effett ekwivalenti Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja dwar l-akkwist pubbliku:

mill-inqas żewġ miżuri għandhom jintużaw mil-lista li tinsab fl-Anness VI;

l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw dan il-proċess billi jippubblikaw linji gwida dwar l-effiċjenza u l-iffrankar ta' l-enerġija bħala kriterju ta' evalwazzjoni possibbli fis-sejħa ta' offerti kompetittivi għal kuntratti pubbliċi.

L-Istati Membri għandhom jifaċilitaw u jgħinu l-iskambju ta' l-aħjar prattiki bejn il-korpi tas-settur pubbliku, per eżempju għal prattiki ta' l-akkwist pubbliku ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali; għal dan il-għan, l-organizzazzjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha tikkopera mal-Kummissjoni rigward l-iskambju ta' l-aħjar prattika kif imsemmi fl-Artikolu 7(3).

2.   L-Istati Membri għandhom jassenjaw lil organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet eżistenti jew ġodda ir-responsabbiltà amministrattiva, maniġerjali u implimentattiva għall-integrazzjoni tal-ħtiġiet għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija li jinsabu fil-paragrafu 1. Dawn jistgħu jkunu l-istess awtoritajiet jew aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(4).

KAPITOLU III

PROMOZZJONI TA' L-EFFIĊJENZA FL-UŻU FINALI TA' L-ENERĠIJA U SERVIZZI TA' ENERĠIJA

Artikolu 6

Distributuri ta' l-enerġija, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni u kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri ta' l-enerġija, l-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni u/jew kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut:

(a)

jipprovdu meta mitluba, imma mhux iktar spiss minn darba kull sena, informazzjoni statistika aggregata dwar il-konsumaturi finali tagħhom lill-awtoritajiet jew l-aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(4) jew lil korp magħżul ieħor, bil-kundizzjoni li dan ta' l-aħħar jitrasmetti l-informazzjoni li jirċievi lil ta' l-ewwel. Din l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed biex jitwettqu u jkunu implimentati programmi li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, u biex servizzi ta' l-enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' enerġija jkunu promossi u mmonitorjati. Din tista' tinkludi informazzjoni storika u għandha tinkludi informazzjoni attwali dwar il-konsum mill-utent finali, inkluż, fejn ikun applikabbli, il-load profiles, is-segmentazzjoni tal-konsumatur u l-post ġeografiku tal-konsumaturi, filwaqt li tippreserva l-integrità u l-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni li tkun jew ta' natura privata jew kummerċjalment sensittiva, bi qbil mal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli;

(b)

ma jwettqux kwalunkwe attività li tista' tfixkel id-domanda u t-twassil għal servizzi ta' enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, jew li jostakolaw l-iżvilupp ta' swieq għas-servizzi ta' enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. L-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa biex itemmu tali attivitajiet meta jseħħu.

2.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jagħżlu wieħed jew iktar mir-rekwiżiti li ġejjin li għandhom ikunu mħarsa mid-distributuri ta' l-enerġija, mill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u/jew minn kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut, direttament u/jew indirettament permezz ta' fornituri oħra ta' servizzi ta' enerġija jew miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija:

(i)

jiżguraw l-offerta lill-konsumaturi finali tagħhom, u l-promozzjoni ta' servizzi ta' enerġija bi prezz kompettitiv; jew

(ii)

jiżguraw id-disponibiltà lill-konsumaturi finali tagħhom u l-promozzjoni ta' verifiki ta' l-enerġija bi prezz kompetittiv magħmula b'mod indipendenti u/jew miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, skond l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 12; jew

(iii)

jikkontribwixxu għall-fondi u l-mekkaniżmi għall-fondi msemmija fl-Artikolu 11. Il-livell ta' dawn il-kontributi għandhom mill-inqas jikkorrispondu għall-ispejjeż stmati għall-offerta ta' kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu u għandu jiġi miftiehem ma' l-awtoritajiet jew ma' l-aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(4); u/jew

(b)

jiżguraw li ftehim volontarji u/jew skemi oħra orjentati lejn is-suq, bħal ċertifikati bojod, b'effett ekwivalenti għal wieħed jew aktar mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) jeżistu jew jiġu stabbiliti. Il-ftehim volontarji għandhom ikunu valutati, sorveljati u segwiti mill-Istat Membru sabiex ikun żgurat li fil-prattika jkollhom effett ekwivalenti għal wieħed jew aktar mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a).

Għal dan il-għan, il-ftehimiet volontarji għandhom jkollhom oġġettivi ċari u mhux ambigwi, u għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rrappurtar marbutin ma' proċeduri li jistgħu jwasslu għal miżuri riveduti u/jew addizzjonali meta l-oġġettivi ma jintlaħqux jew hemm ċans tajjeb li ma jintlaħqux. Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza, il-ftehim voluntarji għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku u ppubblikati qabel l-applikazzjoni, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità applikabbli jippremettu, u għandhu jkun fihom stedina lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw.

3.   L-Istati Membri għandom jassiguraw li hemm biżżejjed inċentivi, kompetizzjoni ugwali u l-istess kundizzjonijiet ta' operazzjoni għal atturi tas-suq minbarra distributuri ta' l-enerġija, operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u/jew kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut, bħal ESCOs, stallaturi, konsulenti u esperti dwar l-enerġija, biex dawn joffru u jimplimentaw indipendentement is-servizzi ta' enerġija, il-verifiki ta' l-enerġija u l-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija deskritti f' paragrafu 2 (a)(i) u (ii).

4.   Taħt il-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jqegħdu responsabbiltajiet fuq operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni biss jekk dan ikun konsistenti mal-ħtiġiet rigward iż-żamma ta' kontijiet separati stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2003/55/KE.

5.   L-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal derogi jew eżenzjonijiet mogħtija taħt id-Direttivi 2003/54/KE u 2003/55/KE.

Artikolu 7

Disponibbilta' ta' informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar mekkaniżmi għall-effiċjenza ta' l-enerġija u l-kwadri finanzjarji u legali adottati bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira indikattiva nazzjonali ta' l-iffrankar ta' l-enerġija hija trasparenti u mxerrda b'mod wiesà lill-atturi tas-suq rilevanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi akbar biex jippromwovu l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet u inċentivi xierqa għall-operaturi tas-suq sabiex jipprovdu aktar informazzjoni u pariri lill-konsumaturi finali dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm skambju u tixrid wiesgħa ta' informazzjoni ta' l-aħjar prassi kif tiġi frankata l-enerġija.

Artikolu 8

Disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni

Bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' kompetenza teknika, oġġettività u affidabilità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn iqisu meħtieġ, id-disponibbiltà ta' kwalifiki, akkreditazzjoni u/jew skemi ta' ċertifikazzjoni xierqa għall-fornituri ta' servizzi ta' enerġija, verifiki ta' l-enerġija u miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija kif imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a) (i) u (ii).

Artikolu 9

Strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom iħassru jew jemendaw il-leġiżlazzjoni u/jew r-regolamenti nazzjonali, minbarra dawk li jkun ta' natura fiskali ċar, li jimpedixxu jew jillimitaw mingħajr bżonn jew b'mod sproporzjonat l-użu ta' strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija fis-suq tas-servizzi ta' enerġija jew miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli mudelli ta' kuntratti għal dawk l-istrumenti finanzjarji disponibbli għax-xerrejja eżistenti u potenzjali ta' servizzi ta' l-enerġija u ta' miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fis-settur pubbliku u privat. Dawn jistgħu jinħarġu mill-awtorità jew mill-aġenzija msemmija fl-Artikolu 4(4).

Artikolu 10

Tariffi ta' effiċjenza ta' l-enerġija u regolamenti oħra għall-enerġija destinata għar-rettikolat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitneħħew dawk l-inċentivi fit-tariffi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni li jżidu bla bżonn il-volum ta' enerġija distribwita jew trażmessa. F'dan ir-rigward, skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttivi 2003/54/KE u ma' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi tas-servizz pubbliku rigward l-effiċjenza ta' l-enerġija fuq impriżi li joperaw fis-setturi tal-gass u ta' l-elettriku rispettivament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu komponenti ta' skemi u strutturi ta' tariffi b' mira soċjali, bil-kundizzjoni li kwalunkwe effett ta' tfixkil fuq is-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni jinżamm għall-minimu neċessarju u ma jkunx sproporzjonat għall-għan soċjali.

Artikolu 11

Fondi u mekkaniżmi ta' fondi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fond jew fondi biex jiġi ssussidjat it-twettiq ta' programmi li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija u biex jippromwovu l-iżvilupp ta' suq ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-promozzjoni ta' verifiki ta' l-enerġija, strumenti finanzjarji biex tiġi frankata l-enerġija u, jekk ikun xieraq, kejl imtejjeb u kontijiet informattivi. Il-fondi għandhom jindirizzaw ukoll setturi ta' konsum finali bi spejjeż ta' tranżazzjoni ogħla jew b'riskji akbar.

2.   Jekk jiġu stabbiliti, il-fondi jistgħu jipprovdu għal għotjiet, self, garanziji finanzjarji u/jew tipi oħra ta' finanzjament li jiggarantixxu riżultati.

3.   Il-fondi għandhom ikunu aċċessibbli għall-fornituri kollha ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, bħal ESCOs, konsulenti indipendenti dwar l-enerġija, distributuri ta' l-enerġija, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni, kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut u stallaturi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu l-fondi aċċessibbli għall-konsumaturi finali kollha. Sejħiet għal offerti jew metodi ekwivalenti li jiżguraw trasparenza totali għandhom jitwettqu f' konformita' sħiħa mar-regolamenti applikabbli għall-akkwist pubbliku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fondi jikkumplimentaw, u mhux jikkompetu, ma' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija ffinanzjati kummerċjalment.

Artikolu 12

Verifiki ta' l-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' skemi ta' verifika ta' l-enerġija effiċjenti u ta' kwalità għolja li huma ddisinnjati biex jidentifikaw miżuri li għandhom il-potenzjal li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija u li jitwettqu b'mod indipendenti, lill-konsumaturi finali kollha, inklużi konsumaturi żgħar fis-settur domestiku, kummerċjali u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

2.   Partijiet tas-suq li għandhom spejjeż ta' tranżazzjoni ogħla u faċilitajiet mhux kumplessi jistgħu jintlaħqu permezz ta' miżuri oħra bħal kwistjonarji u programmi tal-kompjuter disponibbli fuq l-Internet u/jew mibgħuta lill-konsumaturi bil-posta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' l-verifiki ta' l-enerġija għall-partijiet tas-suq fejn mhumiex mibjugħa kummerċjalment tenut kont ta' l-Artikolu 11(1).

3.   Iċ-ċertifikazzjoni skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija fil-bini (15) għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal verifika ta' l-enerġija li tilħaq il-ħtiġiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u bħala ekwivalenti għal verifika ta' l-enerġija kif imsemmija fl-Anness VI(e) ta' din id-Direttiva. Minbarra dan, verifiki li jirriżultaw minn skemi bbażati fuq ftehim volontarji bejn organizzazzjonijiet ta' partijiet ikkonċernati u korp maħtur, sorveljat u segwit mill-Istat Membru konċernat skond l-Artikolu 6(2)(b) ta' din id-Direttiva għandhom ukoll ikunu kkunsidrati li jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Kejl u kontijiet informattivi dwar il-konsum ta' l-enerġija

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, safejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward ta' l-iffrankar potenzjali ta' l-enerġija, il-konsumatur finali ta' l-elettriku, tal-gass naturali, tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali u ta' l-ilma sħun fid-djar jingħataw meters individwali bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum reali ta' enerġija mill-konsumatur u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali ta' l-użu.

Meta miter jinbidel, għandhom dejjem jiġu pprovduti miters individwali bi prezz kompetittiv bħal dawn, sakemm dan ma jkunx teknikament impossibbli jew ma jkunx ekonomikament effettiv meta wieħed jikkunsidra l-iffrankar potenzjali stmat fuq tul ta' żmien. Meta ssir konnessjoni ġdida f'bini ġdid jew f'bini li fih isiru rinnovazzjonijiet kbar, kif stipulat fid-Direttiva 2002/91/KE, miters individwali bi prezz kompetittiv bħal dawn għandhom jiġu dejjem ipprovduti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, l-kontijiet mid-distributuri ta' l-enerġija, mill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u mill-kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut ikunu bbażati fuq il-konsum reali ta' l-enerġija, u jkunu preżentati f'termini ċari u li jistgħu jinftiehmu. Informazzjoni xierqa għandha tkun disponibbli mal-kont biex tipprovdi lill-konsumatur finali b'rendikont komprensiv ta' l-ispejjeż attwali ta' l-enerġija. Kontijiet ibbażati fuq konsum attwali għandhom jintbagħtu ta' spiss biżżejjed biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom ta' l-enerġija.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn xieraq, l-informazzjoni li gejja ssir disponibbli lill-konsumaturi finali f'termini ċari u li jistgħu jinftiehmu mid-distributuri ta' l-enerġija, mill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jew mill-kumpanniji tal-bejgħ ta' l-enerġija bl-imnut fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-tranżazzjonijiet, u/jew fl-irċevuti fl-istazzjonijiet tad-distribuzzjoni:

(a)

il-prezzijiet kurrenti reali u il-konsum reali ta' enerġija;

(b)

tqabbil tal-konsum ta' enerġija attwali mill-konsumatur mal-konsum tul l-istess perjodu fis-sena ta' qabel, preferibbilment f'forma grafika;

(ċ)

fejn ikun possibbli u utli, tqabbil ma' utent ta' l-enerġija medju normalizzat jew ta' referenza fl-istess kategorija ta' utent;

(d)

informazzjoni dwar kif jista' jsir kuntatt ma' organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, aġenziji ta' l-enerġija jew korpi oħra simili, inkluż indirizzi ta' siti web, minn fejn wieħed jistà isib informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, profili ta' konsumaturi finali għall-paragun, u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Rapporti

1.   L-Istati Membri li diġà jużaw, għal kwalunkwe għan, metodi ta' kalkolu għall-iffrankar ta' l-enerġija simili għal dawk deskritti fl-Anness IV fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jistgħu jippreżentaw informazzjoni fil-livell xieraq ta' dettalji lill-Kummissjoni. Dawn is-sottomissjonijiet għandhom isiru malajr kemm jista' jkun, preferibiliment mhux aktar tard min-17 Novembru 2006. Din l-informazzjoni għandha tgħin lill-Kummissjoni biex tieħu kont dovut tal-prassi eżistenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-EEAPs li ġejjin:

l-ewwel EEAP sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007;

it-tieni EEAP sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011;

it-tielet EEAP sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014.

L-EEAP kollha għandhom jiddeskrivu l-miżuri kollha għat-titjieb ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija li huma ppjanati li jittieħdu biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikoli 4(1) u 4(2), kif ukoll biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet dwar l-irwol eżemplari fis-settur pubbliku u l-għoti ta' informazzjoni u pariri lill-konsumaturi finali kif stipulat fl- Artikoli 5(1) u 7(2) rispettivament.

It-tieni u t-tielet EEAP għandhom:

jinkludu analiżi u evalwazzjoni dettaljati tal- EEAP preċedenti;

jinkludu l-aħħar riżultati dwar it-twettieq tal-miri biex tkun frankati l-enerġija kif stipulat fl-Artikoli 4(1) u 4(2);

jinkludu l-pjanijiet, u l-informazzjoni dwar l-effetti antiċipati ta', aktar miżuri li jindirizzaw xi nuqqas attwali jew mistenni fir-rigward tal-miri;

skond l-Artikolu 15(4), jużaw u gradwalment iżidu l-użu ta' indikaturi u punti ta' referenza armonizzati ta' l-effiċjenza, kemm biex jevalwaw il-miżuri ta' qabel kif ukoll għall-istima ta' l-effetti ta' miżuri oħra pjanati għall-futur;

ikunu ibbażati fuq data disponibbli u li tkun issupplimentata bi stimi.

3.   Mhux aktar tard minn 17 Mejju 2008, il-Kummissjoni għandha tippubblika evalwazzjoni ta' l-impatt tal-benefiċċji meta mqabbla ma' l-ispejjeż, li teżamina r-rabta bejn l-istandards, ir-regolamenti, il-politika u l-miżuri fuq l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija ta' l-UE.

4.   L-EEAPs ikunu valutati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2):

l-ewwel EEAPs għandu jkun rivedut qabel l-1 ta' Jannar 2008;

it-tieni EEAPs għandu jkun rivedut qabel l-1 ta' Jannar 2012;

it-tielet EEAPs għandu jkun rivedut qabel l-1 ta' Jannar 2015.

5.   Fuq il-bażi ta' l-EEAPs, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kemm l-Istati Membri jkunu għamlu progress biex jilħqu l-mira indikattiva nazzjonali tagħhom ta' l-iffrankar ta' l-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapporti bil-konklużjonijiet tagħha:

fuq l-ewwel EEAP qabel l-1 ta' Jannar 2008;

fuq it-tieni EEAP qabel l-1 ta' Jannar 2012;

fuq it-tielet EEAP qabel l-1 ta' Jannar 2015.

Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni fuq azzjoni relatata fuq livell Komunitarju, inkluża informazzjoni fuq legiżlazzjoni attwalment applikabbli kif ukoll fuq leġiżlazzjoni futura. Dawn ir-rapporti għandhom jikkunsidraw is-sistema ta' punti ta' referenza li għalihom jirreferi l-Artikolu 15(4), jidentifikaw l-aħjar prassi, jidentifikaw każi li fihom Stati Membri u/jew il-Kummissjoni m'humiex jagħmlu progress biżżejjed, u jistgħu jkun fihom rakkomandazzjonijiet.

Wara t-tieni rapport għandu jkun hemm, fejn xieraq u neċessarju, proposti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill għal miżuri addizzjonali li jinkludu l-possibiltà ta' estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miri. Jekk ir-rapport jikkonkludi li ma kienx hemm biżżejjed progress biex jintlaħqu l-miri nazzjonali indikattivi, dawn il-proposti għandhom jindirizzaw il-livell u n-natura tal-miri.

Artikolu 15

Reviżjoni u addattament tal-qafas

1.   Il-valuri u l-metodi ta' kalkolu msemmija fl-Annessi II, III, IV u V għandhom jiġu addottati għall-progress tekniku skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 16(2).

2.   Qabel l-1 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), għandha tkompli tirfina u tikkomplimenta kif meħtieġ il-punti 2 sa 6 ta' l-Anness IV, filwaqt li tirrispetta l-qafas ġenerali stabbiliti fl-Anness IV.

3.   Qabel l-1 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 (2), għandha tgħolli l-persentaġġ ta' kalkoli axxendenti armonizzati użati fil-mudell ta' kalkolu armonizzat imsemmi fil-punt 1 ta' l-Anness IV, mingħajr preġudizzju għall-iskemi ta' l-Istati Membri li diġà jagħmlu użu minn persentaġġ ogħla. Il-mudell ġdid ta' kalkolu armonizzat b'persentaġġ sinifikattivament ogħla ta' kalkoli axxendenti jibda jintuża l-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2012.

Fejn huwa prattiku u possibbli, il-kejl totali ta' kemm ikun ġie frankat matul il-perjodu totali ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jsir b'dan il-mudell ta' kalkolu armonizzat, mingħajr preġudizzju għal dawk l-iskemi ta' l-Istati Membri li jużaw persentaġġ ogħla ta' kalkoli axxendenti.

4.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni, skond lil-proċedura fl-Artikolu 16.2, għandha tiżviluppa sett ta' indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u ta' punti ta' referenza ibbażat fuqhom, billi tikkunsidra data disponibbli jew data li trid tinġabar b'mod li jkun ekonomikament effettiv għal kull Stat Membru. Biex ikunu żviluppati dawn l-indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija dawn il-punti ta' referenza, il-Kummissjoni tuża bħala gwida ta' referenza l-lista indikattiva mniżżla fl-Anness V. L-Istati Membri gradwalment jintegraw dawn l-indikaturi u l-punti ta' referenza fid-data ta' statistika inkluża fl-EEAPs tagħhom, kif imsemmija fl-Artikolu 14, u jużawhom bħala għodda għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiddeċiedu fuq l-oqsma ta' prijorità futuri fl-EEAPs.

Sa mhux aktar tard minn 17 Mejju 2011, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fuq il- progress li jkun sar biex jiġu stabbiliti indikaturi u punti ta' referenza.

Artikolu 16

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont tenut ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 17

Imħassar

Id-Direttiva 93/76/KEE hija b' dan imħassra.

Artikolu 18

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 17 Mejju 2008, b'eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1), (2) u (4), li għaliha d-data tat-transpożizzjoni tkun sa mhux aktar tard minn 17 Mejju 2006. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkompanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi ta' kif issir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar il-5 ta' April 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 120, 20.5.2005, p. 115.

(2)  ĠU C 318, 22.12.2004, p. 19.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2005 (ĠU C 275 E, 8.11.2005, p. 19) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2006.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/85/KE (ĠU L 236, 7.7.2004, p. 10).

(6)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.

(7)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).

(8)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2083/2005.

(9)  C-513/99: Concordia Bus Finland Oy Ab, li kienet Stagecoach Finland Oy Ab v Hlelsingin kaupunki u HKL-Bussiliikenne (2002) ECR I-7213).

(10)  ĠU C 394, 17.12.1998, p. 1.

(11)  ĠU L 237, 22.9.1993, p. 28.

(12)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(13)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).

(14)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni, 2003.

(15)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.


ANNESS I

Metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-mira indikattiva nazzjonali ta' frankar ta' l-enerġija

Il-metodoloġija użata biex tiġi kkalkulata l-mira indikattiva nazzjonali ta' frankar ta' l-enerġija msemmija fl-Artikoli 4 għandha tkun kif ġej:

1.

L-Istati Membri għandhom jużaw il-konsum finali annwali ta' l-enerġija għall-utenti kollha ta' l-enerġija koperti b'din id-Direttiva għall-perjodu ta' l-aħħar ħames snin qabel l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva li għalih data uffiċjali hija disponibbli, biex jikkalkulaw ammont medju annwali tal-konsum. Dan il-konsum finali ta' l-enerġija għandu jkun l-ammont ta' enerġija distribwita jew mibjugħa lill-konsumaturi finali matul il-perjodu ta' ħames snin, li ma jkunx aġġustat minħabba ġranet-gradi, bidliet strutturali jew bidliet ta' produzzjoni.

Abbażi ta' dan l-ammont medju ta' konsum annwali, il-mira indikattiva nazzjonali ta' frankar ta' l-enerġija għandha tkun ikkalkulata darba u l-ammont assolut ta' enerġija li trid tkun frankati li jirriżulta jkun applikat għad-dewmien sħiħ ta' din id-Direttiva.

Il-mira indikattiva nazzjonali ta' frankar ta' l-enerġija għandha:

(a)

tikkonsisti f'9 % ta' l-ammont medju annwali tal-konsum imsemmi hawn fuq;

(b)

titkejjel wara d-disa' sena ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(ċ)

tkun ir-riżultat ta' frankar annwali kumulattiv ta' l-enerġija miksub tul il-perjodu ta' id-disa' sena ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(d)

tintlaħaq permezz ta' servizzi ta' enerġija u miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija.

Din il-metodoloġija għall-kejl ta' l-iffrankar ta' l-enerġija tiżgura li l-iffrankar totali ta' l-enerġija preskritta minn din id-Direttiva jkun ammont fiss, u għalhekk ikun indipendenti mit-tkabbir futur fil-GDP u minn kwalunkwe żieda futura fil-konsum ta' l-enerġija.

2.

Il-mira indikattiva nazzjonali ta' frankar ta' l-enerġija għandha tkun espressa f'termini assoluti f'GWh, jew ekwivalenti, ikkalkulati skond l-Anness II.

3.

Frankar ta' l-enerġija f'sena partikolari wara li tkun daħlet fis-seħħ din id-Direttiva li jirriżulta minn miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija li nbdew f'sena qabel iżda mhux qabel l-1995 u li jkollhom effett li jkompli jista' jkunu kkunsidrati fil-kalkolu ta' l-iffrankar annwali ta' l-enerġija. Fejn iġġustifikat miċ-ċirkostanzi, f'ċerti każi il-miżuri li nbdew qabel l-1995 iżda mhux qabel l-1991 jistgħu jkunu kkunsidrati. Miżuri ta' natura teknoloġika jridu jew ikunu ġew aġġornati sabiex jkun ikkunsidrat l-iżvilupp teknoloġiku, jew valutati fir-rigward ta' punti ta' referenza għal miżuri bħal dawn. Il-Kummissjoni trid tipprovdi linji gwida għal kif l-effett ta' dawn il-miżuri biex jitjieb l-użu effiċjenti ta' l-enerġija għandhom, fejn huwa possibbli, ikunu kkalkulati jew stmati fuq il-bażi ta' leġiżlazzjoni Komunitarja bħalma hi d-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażat fuq talba ta' sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija (1) u d-Direttiva 2002/91/KE.

Fil-każijiet kollha, l-iffrankar riżultanti ta' l-enerġija xorta għandu jkun verifikabbli u li jistà jkun imkejjel jew stmat, skond il-qafas ġenerali fl-Anness IV.


(1)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.


ANNESS II

Kontenut ta' enerġija ta' karburanti magħżula għall-użu finali – tabella ta' konverżjoni (1)

Prodott ta' enerġija

kJ (NCV)

kgoe (NCV)

kWh (NCV)

1 kg kokk

28 500

0,676

7,917

1 kg faħam iebes

17 200 – 30 700

0,411 – 0,733

4,778 – 8,528

1 kg maltunelli tal-faħam kannella

20 000

0,478

5,556

1 kg linjite iswed

10 500 – 21 000

0,251 – 0,502

2,917 – 5,833

1 kg faħam kannella

5 600 – 10 500

0,134 – 0,251

1,556 – 2,917

1 kg shale taż-żejt

8 000 – 9 000

0,191 – 0,215

2,222 – 2,500

1 kg peat

7 800 – 13 800

0,186 – 0,330

2,167 – 3,833

1 kg maltunelli tal-peat

16 000 – 16 800

0,382 – 0,401

4,444 – 4,667

1 kg karburant residwu (żejt tqil)

40 000

0,955

11,111

1 kg karburant ħafif

42 300

1,010

11,750

1 kg spirtu tal-magni (petrol)

44 000

1,051

12,222

1 kg pitrolju

40 000

0,955

11,111

1 kg gass tal-pitrolju likwifikat

46 000

1,099

12,778

1 kg gass naturali (2)

47 200

1,126

13,10

1 kg gass naturali likwifikat

45 190

1,079

12,553

1 kg injam (25 % umdità) (3)

13 800

0,330

3,833

1 kg gerbub/briks ta' l-injam

16 800

0,401

4,667

1 kg skart

7 400 – 10 700

0,177 – 0,256

2,056 – 2,972

1 MJ sħana derivata

1 000

0,024

0,278

1 kWh enerġija elettrika

3 600

0,086

1 (4)

Sors: Eurostat.


(1)  L-Istati Membri jistgħu japplikaw fatturi ta' konverżjoni differenti jekk dawn jistgħu jiġu ġġustifikati.

(2)  93 % metanu.

(3)  L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri oħra skond it-tip ta' injam li l-iktar jintuża fl-Istat Membru rispettiv.

(4)  Għall-iffrankar fl-elettriku f'kWh l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent ta' 2,5 li jirriffletti l-medja mbassra ta' 40 % ta' l-effiċjenza tal-ġenerazzjoni ta' l-UE matul il-perjodu ta' mira. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh.


ANNESS III

Lista indikattiva ta' eżempji ta' miżuri eliġibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija

Dan l-Anness jipprovdi eżempji ta' oqsma fejn jistgħu jiġu żviluppati u implimentati programmi li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-kuntest ta' l-Artikolu 4.

Sabiex jitqiesu, dawn il-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jridu jirriżultaw fi frankar ta' l-enerġija li jista' jiġi mkejjel u verifikat jew stmat b'mod ċar skond il-linji gwida ta' l-Anness IV, u jeħtieġ li l-impatti tagħhom fuq l-iffrankar ta' l-enerġija ma jkunx diġà ingħadd f'miżuri speċifiċi oħrajn. Il-listi li ġejjin mhumiex eżawrjenti iżda huma intiżi li jservu ta' gwida.

Eżempji ta' miżuri eliġibbli li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija:

 

Setturi residenzjali u terzjarji

(a)

tisħin u tkessiħ (eż., pompi tat-tisħin, boilers ġodda effiċjenti, stallazzjoni/modernizzazzjoni effiċjenti ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali);

(b)

insulazzjoni u ventilazzjoni (eż. ħajt dobblu u insulazzjoni tas-saqaf, twieqi bi ħġieġ doppju/tripplu sistemi passivi ta' tisħin u tkessiħ, eċċ.);

(ċ)

ilma sħun (eż. stallazzjoni ta' strumenti ġodda, użu dirett u effiċjenti fit-tisħin ta' l-ispazju, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ);

(d)

dawl (eż. bozoz u ballasts ġodda, effiċjenti, sistemi ta' kontroll diġitali, użu ta' motion detectors għas-sistemi tad-dawl f'bini kummerċjali);

(e)

tisjir u tkessiħ (eż. strumenti ġodda, effiċjenti, sistemi li jirkupraw is-sħana);

(f)

tagħmir u appliances oħrajn (eż. appliances li jiġġeneraw l-enerġija u s-sħana flimkien, strumenti ġodda, effiċjenti, kontroll skond il-ħin għall-użu aħjar ta' l-enerġija, tnaqqis fit-telf ta' l-enerġija permezz tal-faċilità stand-by, stallazzjoni ta' kapaċitaturi li jnaqqsu l-enerġija reattiva, transformaturi b'telf baxx);

(g)

ġenerazzjoni domestika ta' sorsi rinovabbli ta' l-enerġija, fejn l-ammont ta' enerġija mixtrija hija mnaqqsa (eż. applikazzjonijiet termali solari, ilma sħun domestiku, tisħin u tkessiħ ta' spazju b'għajnuna solari);

 

Settur industrijali

(h)

proċessi ta' l-immanifatturar ta' prodotti (eż. użu iktar effiċjenti ta' arja kkompressata, l-ikkondensat u switches u valvs, użu ta' sistemi awtomatiċi u integrati, modi effiċjenti ta' stand-by);

(i)

muturi u sistemi ta' trażmissjoni (eż. żieda fl-użu ta' kontrolli elettroniċi, sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli, ipprogrammar ta' l-applikazzjoni integrata, konverżjoni tal-frekwenza, mutur elettriku b'effiċjenza għolja);

(j)

fannijiet, sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli u ventilazzjoni (eż. strumenti/sistemi ġodda, użu ta ventilazzjoni naturali);

(k)

ġestjoni tar-reazzjoni għad-domanda (eż. ġestjoni tat-tagħbija, sistemi ta' kontroll għat-tnaqqis ta' domanda għolja);

(l)

Ko-ġenerazzjoni b'effiċjenza għolja (eż. appliances li jiġġeneraw l-enerġija u s-sħana flimkien);

 

Settur tat-trasport

(m)

mezz ta' vvjaġġar użat (eż. promozzjoni ta' vetturi effiċjenti fl-enerġija, l-użu effiċjenti fl-enerġija ta' vetturi inkluż skemi għall-aġġustament tal-pressjoni tat-tajer, strumenti għall-effiċjenza ta' l-enerġija u mezzi li jistgħu jiġu miżjuda għal vetturi, addittivi tal-karburant li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, żjut b'lubriċità għolja u tajers b'reżistenza baxxa);

(n)

bidliet fil-mod tat-trasport (eż. sistemi ta' trasport mid-dar sa l-uffiċju mingħajr karozza, l-użu ta' vettura minn iktar minn persuna waħda, bidliet fil-mod tat-trasport minn modi ta' trasport li jikkonsumaw iktar enerġija għal dawk li jikkonsumaw inqas, għal kull passiġġier-kilometru jew tunnellaġġ-kilometru);

(o)

ġranet mingħajr użu ta' karozzi;

 

Miżuri li japplikaw għas-setturi kollha

(p)

standards u normi li l-għan primarju tagħhom hu li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija ta' prodotti u servizzi, inkluż bini;

(q)

skemi ta' tikkettar ta' l-enerġija;

(r)

kejl bil-miter, sistemi ta' kejl bil-miter bħall-istrumenti individwali għall-kejl bil-miter ikkontrollati minn fattura mill-bogħod u informattiva;

(s)

taħriġ u edukazzjoni li jwasslu għall-applikazzjoni ta' teknoloġija u/jew tekniki effiċjenti fl-enerġija;

 

Miżuri orizzontali

(t)

regolamenti, taxxi eċċ. li jkollhom l-effet li jnaqqsu l-konsum finali ta' l-enerġija;

(u)

kampanji ta' informazzjoni iffukati fuq il-promozzjoni tat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija u miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija.


ANNESS IV

Qafas ġenerali għall-kejl u għall-verifikazzjoni ta' l-iffrankar ta' l-enerġija

1.   Miżuri u kalkoli ta' frankar ta' enerġija u n-normalizzazzjoni tagħhom

1.1   Kejl ta' l-iffrankar ta' l-enerġija

Ġenerali

Fil-kejl ta' l-iffrankar miksub ta' l-enerġija kif stipulat fl-Artikolu 4 bil-ħsieb li jinqabad it-titjib kollu fl-effiċjenza ta' l-enerġija u biex jiġi aċċertat l-impatt ta' miżuri individwali, mudell ta' kalkolu armonizzat li juża taħlita ta' metodi ta' kalkolu dixxendenti u axxendenti għandu jintuża biex jitkejjel it-titjib annwali fl-effiċjenza ta' l-enerġija għall EEAP imsemmi fl-Artikolu 14.

Fl-iżvilupp tal-mudell ta' kalkolu armonizzat skond l-Artikolu 15(2), il-Kumitat għandu jimmira li juża, sa fejn hu possibbli, data li diġà tingħata b'mod regolari mill-Eurostat u/jew mill-aġenziji nazzjonali ta' l-istatistika.

Kalkoli dixxendenti

Metodu ta' kalkolu dixxendenti jfisser li l-ammont ta' frankar ta' enerġija jiġi kkalkulat billi bħala l-punt tat-tluq jintużaw livelli ta' frankar ta' l-enerġija nazzjonali jew settorjali aggregati fuq skala ikbar. Isiru mbgħad aġġustamenti tad-data annwali għal fatturi estraneji bħal ġranet-grad, bidliet strutturali, taħlita ta' prodotti, eċċ. biex tkun derivata miżura li tagħti indikazzjoni ġusta tat-titjib totali fl-effiċjenza ta' l-enerġija, kif deskritt fil-punt 1.2. Dan il-metodu ma jipprovdix kejl eżatt fuq livell dettaljat u lanqas ma juri r-relazzjonijiet kawża-effett bejn il-miżuri u l-iffrankar ta' l-enerġija li jirriżulta minnhom. Madankollu, normalment huwa iktar sempliċi u orħos u huwa spiss imsejjaħ “indikaturi ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija” minħabba li jagħti indikazzjoni ta' l-iżviluppi.

Fl-iżvilupp tal-metodu ta' kalkolu dixxendenti użat fil-mudell ta' kalkolu armonizzat, il-Kumitat għandu jibbaża xogħlu, safejn possibbli, fuq metodoloġiji eżistenti bħal-mudell ODEX (1).

Kalkoli axxendenti

Metodu ta' kalkolu axxendenti jfisser li l-iffrankar ta' l-enerġija miksuba permezz ta' l-implimentazzjoni ta' miżura speċifika li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija jkun imkejjel f'kilowatt-sigħat (kWh), f'Joules (J) jew f'kilogrammi ta' żejt ekwivalenti (kgoe) u miżjud mar-riżultati ta' l-iffrankar ta' l-enerġija minn miżuri speċifiċi oħrajn li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija. L-awtoritajiet jew l-aġenzija msemmija fl-Artikolu 4(4) jiżguraw li l-kalkolu doppju ta' l-iffrankar ta' l-enerġija, li jirriżulta minn taħlita ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija (inklużi mekkaniżmi), jkun evitat. Għall-metodu ta' kalkolu axxendenti, jistgħu jintużaw id-data u l-metodi msemmija fil-punti 2.1 u 2.2.

Qabel l-1 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mudell axxendenti armonizzat. Dan il-mudell għandu jkopri livell ta' bejn l-20 u t-30 % tal-konsum ta' enerġija intern annwali finali għal setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, suġġetti għall-konsiderazzjoni xierqa tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) hawn taħt.

Sal-1 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa dan il-mudell axxendenti armonizzat, li għandu jkopri livell sinifikattivament ogħla tal-konsum ta' enerġija intern annwali finali għal setturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, suġġetti għal konsiderazzjoni xierqa tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) hawn taħt.

Fl-iżvilupp tal-mudell axxendenti armonizzat, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi li ġejjien u konsegwentement tiġġustifika d-deċiżjoni li tieħu

(a)

l-esperjenza bil-mudell ta' kalkolu armonizzat matul l-ewwel snin ta' applikazzjoni;

(b)

iż-żieda potenzjali mistennija fil-preciżjoni li tirriżulta minn sehem akbar tal-kalkoli axxendenti;

(ċ)

stima taż-żieda potenzjali fl-ispejjeż u/jew tat-tagħbija amministrattiva.

Meta jiżviluppaw dan il-mudell axxendenti skond l-Artikolu 15(2) il-Kumitat għandu jipprova juża metodi standard li huma ta' l-inqas tagħbija jew spiża amministrattiva, prinċipalment bl-użu tal-metodi ta' kejl li jagħmlu referenza għalihom il-punti 2.1 u 2.2 u billi jagħfsu fuq dawk is-setturi fejn il-mudell axxendenti armonizzat tista' tiġi applikata bl-inqas spiża possibbli.

L-Istati Membri li jixtiequ jużaw iktar kejl axxendenti flimkien mal-parti preskritta mill-mudell axxendenti skond il-ftehim tal-Kummissjoni, skond il-proċedura li tagħmel referenza għaliha fl-Artikolu 16(2) fuq il-bażi ta' deskrizzjoni tal-metodoloġija ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat.

Jekk il-kalkoli axxendenti mhumiex disponibbli għal ċerti setturi, indikaturi dixxendenti jew taħlita ta' kalkoli dixxendenti u axxendenti għandhom jintużaw fir-rapporti lill-Kummissjoni, suġġett għall-qbil mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2). B'mod partikolari, meta tkun qed tivvaluta t-talbiet għal dan il-għan fil-kuntest tar-rapport interim deskritt fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha turi l-flessibilità xierqa. Xi kalkoli dixxendenti jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-miżuri implimentati wara l-1995 (u f'ċerti każi anke, aktar kmieni, mill-1991) li għad għandhom impatt.

1.2   Kif il-miżuri ta' l-iffrankar ta' l-enerġija jridu jiġu normalizzati

L-iffrankar ta’ l-enerġija għandu jiġi determinat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni tal-miżura, filwaqt li jiġi żgurat l-aġġustament u n-normalizzazzjoni għal kundizzjonijiet esterni li komunament jaffettwaw l-użu ta' l-enerġija. Il-kundizzjonijiet li komunament jaffettwaw il-konsum ta’ l-enerġija jistgħu wkoll jinbidlu matul iż-żmien. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu l-impatt possibbli ta' wieħed jew bosta mill-fatturi possibbli li ġejjin bħal:

(a)

kundizzjonijiet tat-temp, bħal ġranet-grad;

(b)

livelli ta' okkupazzjoni;

(ċ)

ħinijiet tal-ftuħ għal bini mhux għal użu domestiku;

(d)

intensità tat-tagħmir installat (ammont ta' materjal li jkun ipproċessat mill-impjant); taħlita ta' prodotti;

(e)

ammont ta' materjal li jkun ipproċessat mill-impjant, livell ta' produzzjoni, volum jew valur miżjud, inklużi bdil fil-livell ta' GDP;

(f)

skedi għall-istallazzjoni u għall-vetturi;

(g)

relazzjonijiet ma' unitajiet oħra.

2.   Data u Metodi li jistgħu jintużaw (possibiltà li jittieħed kejl)

Jeżistu bosta metodi biex tinġabar data bil-għan li jitkejjel u/jew jiġi stmat l-iffrankar ta' l-enerġija. Waqt il-valutazzjoni ta' servizz ta’ enerġija jew ta' miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, ta' spiss ikun impossibbli li wieħed joqgħod biss fuq il-kejl. Allura ssir distinzjoni bejn il-metodi li jkejlu l-iffrankar ta' l-enerġija u l-metodi li jistmaw l-iffrankar ta' l-enerġija, fejn dan ta' l-aħħar huwa prattika iktar komuni.

2.1   Data u metodi bbażati fuq il-kejl

Kontijiet mingħand kumpanniji ta' distribuzzjoni jew bejjiegħa bl-imnut

Kontijiet ta' l-enerġija li ttieħdu bil-miter jistgħu jifformaw il-bażi għall-kejl għal perjodu rappreżentattiv qabel l-introduzzjoni tal-miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija. Dawn jistgħu mbagħad jitqabblu ma' kontijiet li ttieħdu bil-miter għall-perjodu ta' wara l-introduzzjoni u l-użu tal-miżura, anke għal perjodu ta' żmien rappreżentattiv. Ir-riżultati jridu jitqabblu ma' grupp ta' kontroll (mhux grupp ta' parteċipazzjoni) jekk dan ikun possibbli, jew bħala alternattiva, innormalizzati kif deskritt fil-punt 1.2.

Data dwar il-Bejgħ ta' l-Enerġija

Il-konsum ta' tipi differenti ta' enerġija (eż. elettriku, gass, żejt għat-tisħin) jista' jitkejjel billi tiġi mqabbla d-data tal-bejgħ mingħand il-bejjiegħ jew id-distributur miksuba qabel l-introduzzjoni tal-miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija, mad-data dwar il-bejgħ tal-perjodu ta' wara l-miżura. Jista' jintuża grupp ta' kontroll jew d-data tista' tiġi normalizzata.

Data dwar il-Bejgħ ta' Tagħmir u Appliances

Il-prestazzjoni ta' tagħmir u appliances jista' jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' informazzjoni miksuba direttament mingħand il-fabbrikant. Id-data dwar il-bejgħ ta' tagħmir u appliances tista' tinkiseb ġeneralment mingħand il-bejjiegħa. Jista' wkoll isir stħarriġ u kejl speċjali. Id-data aċċessibbli tista' tiġi mqabbla mal-figuri tal-bejgħ biex ikun determinat l-ammont ta' frankar ta' l-enerġija. Meta jintuża dan il-metodu, iridu jsiru aġġustamenti għal bdil fl-użu tat-tagħmir jew ta' l-appliance.

Data dwar it-Tagħbija fl-Użu Finali

L-użu ta' l-enerġija ta' bini jew ta' faċilità jista' jiġi mmonitorjat bi sħiħ biex tiġi rreġistrata t-talba għall-enerġija qabel u wara l-introduzzjoni ta' miżura li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija. Fatturi rilevanti importanti (eż. il-proċess ta' produzzjoni, tagħmir speċjali, stallazzjonijiet tat-tisħin) jistgħu jitkejlu b' iktar reqqa.

2.2   Data u metodi bbażati fuq stimi

Data dwar stimi tekniċi sempliċi: Nuqqas ta' spezzjoni

Il-kalkolu ta' data dwar stimi tekniċi sempliċi mingħajr ma jkun hemm spezzjoni fuq il-post huwa l-metodu l-iktar użat għall-ksib ta' data għall-kejl ta' frankar preżunt ta' l-enerġija. Id-data tista' tiġi stmata bl-użu ta' prinċipji tekniċi, mingħajr ma tintuża data ta' fuq il-post, iżda b' suppożizzjonijiet ibbażati fuq speċifikazzjonijiet tat-tagħmir, karatteristiċi tal-prestazzjoni, profili ta' kif jaħdmu l-miżuri installati u statistiċi eċċ.

Data dwar stimi tekniċi mtejba: Spezzjoni

Id-data dwar l-enerġija tista' tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' informazzjoni miksuba minn espert estern waqt verifika, jew tip ieħor ta' żjara ta' post jew postijiet immirati. Fuq din il-bażi, mudelli ta' algoriżmi/simulazzjonijiet iktar sofistikati jistgħu jiġu żviluppati u applikati għal numru ikbar ta' postijiet (eż. bini, faċilitajiet, vetturi). Dan it-tip ta' kejl jista' jintuża ta' spiss biex jikkomplimenta u jikkalibra stimi ta' data teknika sempliċi.

3.   It-trattament ta' l-inċertezza

Il-metodi kollha elenkati fil-punt 2 ta' dan l-Anness jistgħu jinvolvu xi grad ta' inċertezza. L-inċertezza tista' tiġi minn (2):

(a)

żbalji ta' strumentazzjoni: dawn isiru tipikament minħabba żbalji fl-ispeċifikazzjonijiet li jingħataw mill-fabbrikant tal-prodott;

(b)

żbalji tal-mudell: dan tipikament jirreferi għal żbalji fil-mudell użat biex jiġu stmati parametri għad-data miġbura;

(ċ)

żbalji ta' kampjunar: dawn tipikament jirreferu għal żbalji li jirriżultaw mill-fatt li jiġi osservat kampjun ta' unitajiet u mhux is-sett kollu ta' l-unitajiet li qed jiġu studjati.

L-inċertezza tista' tinħoloq ukoll minn suppożizzjonijiet ippjanati jew mhux ippjanati; dawn huma tipikament assoċjati ma' stimi, stipulazzjonijiet u/jew l-użu ta' data teknika. Il-fatt li jkun hemm żbalji hu relatat ukoll mas-sistema magħżula għall-ġbir ta' data li hi deskritta fil-qosor fil-punti 2.1 u 2.2 ta' dan l-Anness. Jingħata l-parir li l-inċertezza tiġi speċifikata iktar.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw il-metodi ta' inċertezza kwantifikata meta jirrappurtaw dwar il-miri stipulati f'din id-Direttiva. L-inċertezza kwantifikata għandha mbagħad tkun espressa b'mod li jagħmel sens statistikament, filwaqt li jkun iddikjarat kemm il-livell ta' preċiżjoni kif ukoll il-livell ta' affidabilità. Per eżempju, “l-iżball kwantifikabbli hu 90 % b'affidabilità ta' ±20 %”.

Jekk jintuża l-metodu ta' l-inċertezza kwantifikata, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-fatt li l-livell aċċettabbli ta' inċertezza meħtieġ għall-kalkoli ta' l-iffrankar ta' l-enerġija hu funzjoni tal-livell ta' frankar u ta' l-effettività a paragun tan-nefqa tat-tnaqqis ta' l-inċertezza.

4.   Armonizzazzjoni tat-tul ta' żmien ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija f'kalkoli axxendenti

Xi miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija jdumu għexieren ta' snin filwaqt li miżuri oħra jdumu għal perjodu ta' żmien iqsar. Il-lista ta' hawn taħt tagħti xi eżempji tat-tul ta' żmien medju ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija:

Iżolament ta' loft f' abitazzjoni privata

30 sena

Iżolament ta' ħajt dobblu f' abitazzjoni privata

40 sena

Ħġieġ tal-kategorija E għall-kategorija C (f'm2)

20 sena

Boilers – tal-kategorija B sal-kategorija A

15-il sena

Kontrolli tat-tisħin – modernizzazzjoni bil-bdil tal-boiler

15-il sena

(Lampi florexxenti żgħar) CFLs – bl-imnut

16-il sena

Sorsi: Impenn għall-Effiċjenza ta' l-Enerġija 2005-2008, UK

Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha japplikaw l-istess tul ta' żmien għall-miżuri simili, dan it-tul ta' żmien ser ikun armonizzat fuq livell Ewropew. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat maħluq taħt l-Artikolu 16, għandha għalhekk tissostitwixxi l-lista ta' hawn fuq b'lista preliminarja miftiehma bit-tul ta' żmien medju għall-miżuri differenti li jtejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija mhux aktar tard min- 17 ta' Novembru 2006.

5.   Kif isir it-trattament ta' effetti multiplikaturi ta' frankar ta' l-enerġija u kif jista' jiġi evitat il-kalkolu doppju f'metodi ta' kalkolu dixxendenti u axxendenti mħallta

L-implimentazzjoni ta' miżura waħda li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija, e.ż., l-iżolament tat-tank ta' l-ilma sħun u tal-pajpijiet f'bini, jew miżura oħra b'effett ekwivalenti, jista' jkollha effetti multiplikaturi futuri fis-suq, li jfisser li s-suq jimplimenta miżura awtomatikament mingħajr aktar involviment mill-awtoritajiet jew mill-aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(4) jew fornitur minn kwalunkwe settur privat ta' servizzi ta' enerġija. Miżura b'potenzjal multiplikatur fil-maġġoranza tal-każijiet tkun iktar ekonomikament effettiva minn miżuri li jridu jiġu ripetuti fuq bażi regolari. L-Istati Membri jistgħu jistmaw il-potenzjal ta' frankar ta' l-enerġija ta' tali miżuri inklużi l-effetti multiplikaturi tagħhom u jivverifikaw l-effetti totali f'valutazzjoni ex-post bl-użu ta' indikaturi fejn dan ikun xieraq.

Fir-rigward ta' l-evalwazzjoni ta' miżuri orizzontali, indikaturi ta' l-użu effiċjenti ta' l-enerġija jistgħu jiġu użati, sakemm ikun jista' jiġi determinat kif kienu jiżviluppaw mingħajr l-użu ta' miżuri orizzontali. Madankollu jrid ikun possibbli li jiġi eskluż, kemm jista' jkun possibbli, li jsir għadd doppju ta' l-enerġija frankati permezz ta' programmi ppjanati ta' l-użu ta' l-enerġija, jew permezz ta' servizzi ta' l-enerġija u strumenti tal-politika oħrajn. Dan jgħodd partikolarment għall-enerġija jew taxxi ta' CO2 u għall-kampanji ta' informazzjoni.

Korrezzjonijiet għandhom isiru għall-kalkolu doppju ta' frankar ta' l-enerġija. L-użu ta' grilji li jippermettu l-kalkolu totali ta' impatti ta' miżuri huwa mħeġġeġ.

Frankar potenzjali ta' l-enerġija li jirriżulta wara l-perjodu ta' mira m'għandux jitqies meta l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-mira totali stipulata fl-Artikolu 4. Miżuri li jippromwovu l-effett għal żmien twil fuq is-suq jridu fi kwalunkwe każ jkunu mħeġġa u miżuri li diġà rriżultaw f'effetti multiplikaturi ta' frankar ta' l-enerġija jridu jitqiesu meta il-miri stipulati fl-Artikolu 4 jiġu rrappurtati, bil-kundizzjoni li dawn jistgħu jitkejlu u jiġu verifikati bl-użu tal-gwida mogħtija f'dan l-Anness.

6.   Kif għandu jiġi vverifikat l-iffrankar ta' l-Enerġija

Jekk jidher li jkun effettiv, meta mqabbel man-nefqa, u neċessarju, l-iffrankar ta' l-enerġija miksub permezz ta' servizz speċifiku ta’ enerġija jew minn miżura oħra li ttejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija għandu jiġi vverifikat minn terza parti. Dan jista' jsir minn konsulenti indipendenti, minn ESCOs jew minn atturi oħra tas-suq. L-awtoritajiet jew aġenziji adattati ta' l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 4(4) jistgħu jagħtu iktar istruzzjonijiet dwar din il-kwistjoni.

Sorsi: A European Ex-post Evaluation Guidebook for DSM and EE Service Programmes; IEA, INDEEP database; IPMVP, Volume 1 (Verżjoni Marzu 2002).


(1)  Proġett ODYSSEE-MURE, Programm SAVE. Il-Kummissjoni 2005.

(2)  Mudell kif tistabbilixxi livell ta' inċertezza li tista' tiġi kwantifikata, ibbażat fuq dawn it-tliet żbalji hu msemmi fl-Appendiċi B fil-Protokoll Internazzjonali dwar il-Kejl u l-Verifikazzjoni tar-Rendiment (IPMVP).


ANNESS V

Lista indikattiva ta' swieq tal-konverzjoni ta' l-enerġija u swieq sekondarji li għalihom jista' jiġi kkalkulat punt ta' referenza:

1.

Is-suq ta' tagħmir domestiku, teknoloġija ta' l-informatika u tad-dawl:

1.1

Tagħmir tal-kċina (white goods);

1.2

Teknoloġija għad-divertiment/informatika;

1.3

Id-dawl.

2.

Is-suq tat-teknoloġija għat-tisħin domestiku:

2.1

Tisħin;

2.2

Provista ta' misħun;

2.3

Arja kundizzjonata;

2.4

Ventilazzjoni;

2.5

Iżolament tas-sħana;

2.6

Twieqi.

3.

Is-suq tal-fran industrijali.

4.

Is-suq ta' l-enerġija motorizzata fl-industrija.

5.

Is-suq ta' l-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku:

5.1

Skejjel/amministrazzjoni pubblika;

5.2

Sptarijiet;

5.3

Pixxini;

5.4

Dawl fit-toroq.

6.

Is-suq tas-servizzi tat-trasport.


ANNESS VI

Lista ta' miżuri eliġibbli għall-akkwist pubbliku li jiffrankaw l-enerġija.

Mingħajr preġudizzju għal-legiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja fir-rigward tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settur pubbliku japplika mill-inqas żewġ ħtiġiet mil-lista li ġejja fil-kuntest ta' l-irwol eżemplari tas-settur pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 5:

(a)

ħtiġiet li jikkonċerna l-użu ta' strumenti finanzjarji għall-iffrankar ta' l-enerġija, inkluż l-ikkuntrattar għall-prestazzjoni ta' l-enerġija, li jistipulaw it-twassil ta' frankar ta' enerġija li tista' titkejjel u li hija predeterminata (inkluż fejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu esternaw ir-responsabbiltajiet tagħhom);

(b)

ħtiġiet li jinxtara tagħmir u vetturi bbażati fuq listi ta' speċifikazzjonijiet tal-prodott li huma effiċjenti fl-enerġija ta' kategoriji differenti ta' tagħmir u vetturi li se jitħejjew mill-awtoritajiet jew l-aġenziji msemmija fl-Artikolu 4(4), bl-użu, fejn applikabbli, ta' analiżi tal-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja minimizzat jew metodi komparabbli biex tkun żgurata l-effettività ekonomika;

(ċ)

ħtiġiet li jinxtara tagħmir li għandu konsum effiċjenti fl-enerġija f'kull mod, inkluż fil-mod stand-by, bl-użu, fejn applikabbli, ta' analiżi tal-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja minimizzat jew metodi komparabbli biex tkun żgurata l-effettività ekonomika;

(d)

ħtiġiet biex tagħmir u vetturi eżistenti jiġu sostitwiti jew mgħammra bit-tagħmir elenkat fil-punti (b) u (ċ);

(e)

ħtiġiet li tintuża verifika ta' l-enerġija u li r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw li jkunu effettivi a paragun tan-nefqa jiġu implimentati;

(f)

il-ħtieġa li jinxtara jew jinkera bini, jew parti minn bini, li jagħmel użu effiċjenti mill-enerġija jew il-ħtieġa li tibdel jew tirrranġa wara, bini, jew parti minn bini, mixtri jew mikri, biex dan jagħmel użu aktar effiċjenti mill-enerġija.


Korriġendum

27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

86


KORRIĠENDUM

Korriġendum għad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern

u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali)

(Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali L 149, tal-11 ta' Ġunju 2005, p. 22 )

DIRETTIVA 2005/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Mejju 2005

dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 153(1) u 3(a) tat-Trattat jipprovdu li l-Komunità għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur bil-miżuri li tadotta skond l-Artikolu 95 tiegħu.

(2)

Skond l-Artikolu 14(2) tat-Trattat, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi, u l-libertà ta' stabbiliment huma żgurati. L-iżvilupp ta' prattiċi kummerċjali leali fiż-żona mingħajr fruntieri interni huwa vitali għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' attivitajiet transkonfinali.

(3)

Il-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali juru differenzi ċari li jiġġeneraw distorzjonijiet sinifikattivi ta' kompetizzjoni u xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Fil-qasam tar-reklamar, id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, ta' l-10 ta' Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (3) tistabbilixxi l-kriterji minimi għall-armonizzazzjoni ta' leġislazzjoni dwar reklamar qarrieqi, iżda ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu fis-seħħ jew jadottaw miżuri li jipprovdu protezzjoni iktar wiesgħa għall-konsumaturi. Bħala riżultat ta' dan, id-disposizzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi huma sinifikattivament differenti.

(4)

Dawn id-disparitajiet jikkawżaw nuqqas ta' ċertezza dwar liema regoli nazzjonali japplikaw għal prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u joħolqu ħafna ostakoli li jolqtu lill-kummerċ u lill-konsumaturi. Dawn l-ostakoli jżidu l-prezz għan-negozji fl-eżerċizzju tal-libertajiet tas-suq intern, b'mod partikolari meta n-negozji jixtiequ jagħmlu kummerċjalizzazzjoni, kampanji ta' reklamar u promozzjonijiet ta' bejgħ b'mod transkonfinali. Dawn l-ostakoli joħolqu wkoll inċertezzi għall-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom u jnaqqsulhom il-fiduċja fis-suq intern.

(5)

Fin-nuqqas ta' regoli uniformi fil-livell Komunitarju, l-ostakoli għall-moviment liberu transkonfinali tas-servizzi u tal-merkanzija jew għal-libertà ta' stabbiliment jistgħu jiġu ġustifikati fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej sakemm dawn ifittxu li jipproteġu l-għanijiet ta' interess pubbliku rikonoxxuti u jkunu proporzjonati għal dawk l-għanijiet. Fid-dawl ta' l-għanijiet tal-Komunità, kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tat-Trattat u fil-liġi Komunitarja sekondarja dwar il-libertà tal-moviment, u skond il-politika tal-Kummissjoni dwar komunikazzjonijiet kummerċjali kif indikata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Is-segwitu għall-Green Paper dwar Komunikazzjonijiet Kummerċjali fis-Suq Intern”, dawn l-ostakoli għandhom jiġu eliminati. Dawn l-ostakoli jistgħu jiġu eliminati biss bl-istabbiliment ta' regoli uniformi fil-livell Komunitarju li jistabbilixxu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u billi jiġu ċċarati ċerti kunċetti legali fil-livell Komunitarju safejn ikun meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern u sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali.

(6)

Din id-Direttiva għalhekk tapprossima l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali, inkluż ir-reklamar żleali, li jagħmel ħsara b'mod dirett lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u b'hekk jagħmel ħsara b'mod indirett lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri leġittimi. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, din id-Direttiva tħares lil konsumaturi mill-konsegwenzi ta' prattiċi kummerċjali żleali bħal dawn fejn ikunu sostanzjali iżda tagħraf li f' ċerti każijiet l-impatt fuq il-konsumatur jista' jkun negliġibbli. Hija la tkopri u lanqas tolqot il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara biss lill-interessi ekonomiċi ta' kompetituri jew li huma konnessi ma' xi transazzjoni bejn kummerċjanti; b'kont sħiħ meħud tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jirregolaw prattiċi bħal dawn, b'konformità mal-liġi Komunitarja, jekk jagħżlu li jagħmlu dan. Din id-Direttiva lanqas ma tkopri jew tolqot id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 84/450/KEE dwar reklamar li jqarraq lis-settur tal-kummerċ iżdu mhux lill-konsumaturi, u dwar reklamar komparattiv. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tolqotx prattiċi aċċettati ta' reklamar u ta' kummerċjalizzazzjoni, bħall-pjazzament ta' prodotti, id-differenzjazzjoni bejn marki jew l-offerta ta' inċentivi li huma leġittimi u li jistgħu jolqtu leġittimament il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar prodotti u jinfluwenzaw l-imġieba tagħhom mingħajr ma jnaqqsu l-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni informata.

(7)

Din id-Direttiva tindirizza prattiċi kummerċjali konnessi direttament ma' l-influwenza fuq id-deċiżjonijiet transazzjonali tal-konsumaturi fir-rigward ta' prodotti. Ma tindirizzax prattiċi kummerċjali mwettqa primarjament għal finijiet oħrajn, inkluża per eżempju l-komunikazzjoni kummerċjali mmirata lejn investituri, bħal rapporti annwali u letteratura promozzjonali ta' korporazzjonijiet. Ma tindirizzax rekwiżiti legali konnessi ma' gosti u deċenza li jvarjaw ħafna bejn Stati Membri. Prattiċi kummerċjali bħal, per eżempju, solleċitazzjoni kummerċjali fit-toroq, jistgħu ma jkunux mixtieqa fi Stati Membri għal raġunijiet kulturali. L-Istati Membri jkunu jistgħu għalhekk ikomplu jipprojbixxu prattiċi kummerċjali fit-territorju tagħhom, b'konformità mal-liġi Komunitarja, għal raġunijiet ta' gosti u deċenza anke meta dawn il-prattiċi ma jillimitawx il-libertà ta' l-għażla tal-konsumatur. Għandu jittieħed kont sħiħ tal-kuntest tal-każ individwali konċernat fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari tal-klawsoli ġenerali tagħha.

(8)

Din id-Direttiva tipproteġi direttament l-interessi leġittimi tal-konsumatur minn prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur. B'hekk tħares ukoll b'mod indirett negozji leġittimi mill-kompetituri tagħhom li ma jimxux mar-regoli ta' din id-Direttiva u b'hekk tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta fl-oqsma kordinati minnha. Huwa mifhum li hemm prattiċi kummerċjali oħrajn li, għalkemm ma jagħmlux ħsara lil konsumatur, jistgħu jagħmlu ħsara lil kompetituri u klijenti kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa l-bżonn għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-kompetizzjoni żleali lil hinn mill-ambitu ta' din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel proposta leġiżlattiva li tkopri dawn l-aspetti oħra tal-kompetizzjoni żleali.

(9)

Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet individwali miġjuba minn dawk li sofrew ħsara minn prattika kummerċjali żleali. Hija ukoll mingħajr preġudizzju għal regoli Komunitarji u nazzjonali dwar il-liġi kontrattwali, dwar id-drittijiet ta' proprjeta intellettwali, dwar l-aspetti ta' saħħa u sigurtà ta' prodotti, dwar il-kondizzjonijiet ta' stabbiliment u reġimi ta' awtorizzazzjoni, inklużi dawk ir-regoli li, konformement mal-liġi Komunitarja, huma konnessi ma' attivitajiet tal-logħob ta' l-azzard, u għar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni u għad-disposizzjonijiet nazzjonali li jimplimentawhom. B'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew idaħħlu restrizzjonijiet u projbizzjonijiet ta' prattiċi kummerċjali għal raġunijiet tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta tal-konsumaturi fit-territorju ikun fejn ikun ibbażat il-kummerċjant, per eżempju, fir-rigward ta' l-alkoħol, tat-tabakk jew tal-farmaċewtiċi. Is-servizzi finanzjarji u l-proprjetà immobbli, minħabba l-komplessità tagħhom u r-riskji serji inerenti, jeħtieġu rekwiżiti dettaljati, inklużi l-obbligi posittivi tal-kummerċjanti. Għal din ir-raġuni, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membri li jmorru lil hinn mid-disposizzjonijiet tagħha sabiex jipproteġu l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Mhuwiex hawnhekk il-każ li jiġu regolati ċ-ċertifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' l-istandard ta' finezza ta' artikli ta' metall prezzjuż.

(10)

Hu meħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza tar-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-liġi Komunitarja eżistenti, b'mod partikolari fejn disposizzjonijiet dettaljati dwar prattiċi kummerċjali żleali japplikaw għal setturi speċifiċi. Din id-Direttiva għalhekk temenda d-Direttiva 84/450/KEE, id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (4), id-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-konsumaturi (5) u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar it-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (6). Din id-Direttiva b'hekk tapplika biss safejn m'hemmx dispożizzjonijiet ta' liġi Komunitarja speċifiċi li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' prattiċi kummerċjali żleali, bħal rekwiżiti dwar tagħrif u regoli dwar kif it-tagħrif ikun preżentat lill-konsumatur. Hija tipprovdi ħarsien għall-konsumaturi fejn m'hemmx leġiżlazzjoni speċifika settorali fil-livell Komunitarju u tipprojbixxi lill-kummerċjanti milli joħolqu impressjoni falza tan-natura ta' prodotti. Dan huwa importanti b'mod partikolari għal prodotti kumplessi b'livelli għolja ta' riskju għal konsumaturi, bħal ċerti prodotti ta' servizzi finanzjarji. Din id-Direttiva konsegwentement tikkomplementa l-acquis tal-Komunità, li huwa applikabbli għal prattiċi ta' kummerċ li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

(11)

Il-livell għoli ta' konverġenza milħuq mill-approssimazzjoni tad-disposizzjonijiet nazzjonali permezz ta' din id-Direttiva joħloq livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur. Din id-Direttiva tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali waħda għal dawk il-prattiċi kummerċjali żleali li joħolqu distorsjoni fl-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Tistabbilixxi wkoll regoli dwar prattiċi kummerċjali aggressivi, li mhumiex attwalment regolati fil-livell Komunitarju.

(12)

L-armonizzazzjoni għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċ. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċ sejrin ikunu jistgħu jserrħu fuq qafas regolatorju wieħed ibbażat fuq kunċetti legali definiti b'mod ċar li jirregolaw l-aspetti kollha ta' prattiċi kummerċjali żleali fl-UE. L-effett għandu jkun li jiġu eliminati l-ostakoli li joħorġu mit-tifrik tar-regoli dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lil interessi ekonomiċi tal-konsumatur, u għandu jkun tali li jippermetti l-kisba tas-suq intern f'dan il-qasam.

(13)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità permezz tat-tneħħija tal-ostakoli għas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu sostitwiti l-klawżoli ġenerali u l-prinċipji legali eżistenti u diverġenti ta' l-Istati Membri. Il-projbizzjoni ġenerali waħda u komuni, stabbilita b'din id-Direttiva għalhekk tkopri prattiċi kummerċjali żleali li jgħawwġu l-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Sabiex jingħata sostenn lill-fiduċja tal-konsumatur, il-projbizzjoni ġenerali għandha tapplika ugwalment għal prattiċi kummerċjali żleali li jirriżultaw barra minn xi relazzjoni kontrattwali bejn kummerċjant u konsumatur jew li jirriżultaw wara l-konklużjoni ta' kuntratt u waqt l-eżekuzzjoni tiegħu. Il-projbizzjoni ġenerali hija elaborata b'regoli dwar żewġ tipi ta' prattiċi kummerċjali li b'marġni kbira huma l-iżjed komuni, jiġifieri l-prattiċi kummerċjali qarrieqa u l-prattiċi kummerċjali aggressivi.

(14)

Il-prattiċi kummerċjali li jqarrqu għandhom ikopru dawk il-prattiċi, inkluż ir-reklamar qarrieqi, li billi jqarrqu bil-konsumatur, iżommuh milli jagħmel għażla informata u b'hekk effiċjenti. B'konformità mal-liġijiet u prattiċi ta' l-Istati Membri dwar ir-reklamar qarrieqi, din id-Direttiva tikklassifika prattiċi qarrieqa f'azzjonijiet qarrieqau ommissjonijiet qarrieqa. Fir-rigward ta' ommissjonijiet, din id-Direttiva tistabbilixxi numru limitat ta' elementi ewlenin ta' tagħrif li l-konsumatur għandu bżonn ikollu sabiex jagħmel deċiżjoni transazzjonali informata. Dan it-tagħrif m'għandux jiġi mogħti f'kull reklam, iżda biss fejn il-kummerċjant jagħmel stedina għax-xiri, li huwa kunċett definit b'mod ċar f'din id-Direttiva. L-approċċ ta' armonizzazzjoni sħiħa adottat f'din id-Direttiva ma jeskludix lil Stati Membri milli jispeċifikaw fil-liġi nazzjonali tagħhom il-karatteristiċi ewlenin ta' prodotti partikolari bħal, per eżempju, oġġetti ta' kollezzjoni jew prodotti elettriċi, li l-ommissjoni tagħhom tkun importanti meta tiġi magħmula stedina għax-xiri. Mhijiex l-intenzjoni ta' din id-Direttiva li tnaqqas l-għażla tal-konsumatur billi tipprojbixxi l-promozzjoni ta' prodotti li jixxieħbu ma' prodotti oħra sakemm din is-similarità ma tfixkilx lill-konsumaturi dwar l-oriġini kummerċjali tal-prodott u b'hekk tkun qarrieqa. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-liġi Komunitarja eżistenti li tagħti espressament lill-Istati Membri l-għażla bejn bosta mezzi regulatorji għall-ħarsien tal-konsumaturi fil-qasam ta' prattiċi kummerċjali. B'mod partikolari din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (7).

(15)

Fejn il-liġi Komunitarja tistabbilixxi rekwiżiti ta' informazzjoni fir-rigward ta' komunikazzjoni kummerċjali, reklamar u kummerċjalizzazzjoni, dak it-tagħrif huwa meqjus bħala importanti fis-sens ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew iżidu rekwiżiti dwar tagħrif konnessi ma' liġi kontrattwali u li għandhom konsegwenzi kontrattwali fejn dan ikun permess mill-klawżoli minimali fl-istrumenti eżistenti tal-liġi Komunitarja. Lista mhux eżawrjenti ta' dawn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-acquis tinsab fl-Anness II. Minħabba l-armonizzazzjoni sħiħa introdotta b'din id-Direttiva, it-tagħrif meħtieġ fil-liġi Komunitarja biss huwa kkunsidrat bħala importanti għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(5) tagħha.. Fejn l-Istati Membri jkunu introduċew iktar rekwiżiti dwar informazzjoni minn dak li huwa speċifikat fil-liġi Komunitarja, fuq il-bażi ta' klawżoli minimi, l-ommissjoni ta' dak it-tagħrif supplimentari ma tikkostitwix ommissjoni qarrieqa fis-sens ta' din id-Direttiva. B'kuntrast, l-Istati Membri jkunu jistgħu, meta jkun permess mill-klawżoli minimi fil-liġi Komunitarja, iżommu jew jintroduċu disposizzjonijiet iktar stretti b'konformità mal-liġi Komunitarja sabiex jiżguraw livell iktar għoli ta' ħarsien tad-drittijiet kontrattwali individwali tal-konsumaturi.

(16)

Id-disposizzjonijiet dwar prattiċi kummerċjali aggressivi għandhom ikopru dawk il-prattiċi li jfixxklu sinifikattivament il-libertà ta' l-għażla tal-konsumatur. Dawk huma prattiċi li jużaw il-fastidju, il-kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, u ta' l-influwenza mhux xierqa.

(17)

Hu kunsiljabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f'kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta' dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta' kull każ għalih fid-dawl tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista' tiġi modifikata biss b'reviżjoni tad-Direttiva.

(18)

Huwa xieraq li l-konsumaturi kollha jiġu protetti minn prattiċi kummerċjali żleali; il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja madankollu sabet li wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 84/450/KEE, meta tiddeċiedi każijiet dwar reklamar, ikun meħtieġ li teżamina l-effett fuq konsumatur ipotetiku tipiku. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, u sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni effettiva tal-protezzjonijiet kontenuti fiha, din id-Direttiva tieħu bħala punt ta' riferiment il-konsumatur medju, li huwa infurmat raġonevolment tajjeb u raġonevolment attent u kawt, billi tieħu kont ta' fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja iżda tinkludi disposizzjonijiet li l-għan tagħhom hija l-prevenzjoni ta' l-isfruttament tal-konsumaturi li l-karatteristiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għal prattiċi kummerċjali żleali. Fejn prattika kummerċjali hija mmirata speċifikament lejn grupp partikolari ta' konsumaturi, bħat-tfal, huwa mixtieq li l-impatt tal-prattika kummerċjali ikun eżaminat mill-perspettiva tal-membru medju ta' dak il-grupp. Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi inkluża, fil-lista ta' prattiċi li huma żleali fiċ-ċirkostanzi kollha, disposizzjoni li, mingħajr ma timponi projbizzjoni assoluta fuq ir-reklamar dirett lejn it-tfal, jipproteġihom minn tħeġġiġ dirett sabiex jixtru. L-eżami tal-konsumatur medju mhuwiex eżami statistiku. Il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw il-fakoltà ta' ġudizzju tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f'każ determinat.

(19)

Fejn ċerti karatteristiċi bħall-età, mard fiżiku jew mentali jew kredulità jagħmlu lill-konsumaturi partikolarment suxxettibbli għal xi prattika kummerċjali jew għall-prodott konness magħha u huwa probabbli li l-imġieba ekonomika biss ta' dawn il-konsumaturi tista' tiġi distorta mill-prattika b'mod li l-kummerċjant jista' raġonevolment jipprevedi, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-konsumaturi huma adegwatament protetti billi l-prattika tiġi eżaminata mill-perspettiva tal-membru medju ta' dak il-grupp.

(20)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit rwol għal kodiċijiet ta' kondotta, li jippermettu li l-kummerċjanti japplikaw il-prinċipji ta' din id-Direttiva effettivament f'oqsma ekonomiċi speċifiċi. F'setturi fejn hemm kondizzjonijiet obbligatorji speċifiċi li jirregolaw l-imġieba tal-kummerċjanti, huwa xieraq li dawn jipprovdu ukoll prova ta' l-osservanza tar-rekwiżiti ta' diliġenza professjonali f'dak is-settur. Il-kontroll eżerċitat minn dawk li huma responsabbli għal tali kodiċi fil-livell nazzjonali jew Komunitarju sabiex jiġu eliminati prattiċi kummerċjali żleali jista' jevita l-bżonn tar-rikors għal azzjoni amministrattiva jew ġudizzjali u għandu għalhekk ikun inkoraġġut. Bl-għan li jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jistgħu jiġu nfurmati u nvoluti fl-abbozzar tal-kodiċijiet ta' kondotta.

(21)

Persuni u organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu fil-materja għandhom ikollhom aċċess għal toroq legali sabiex jibdew proċeduri kontra l-prattiċi kummerċjali żleali, jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti tiddeċiedi dwar ilmenti jew jekk għandhomx jinbdew proċeduri legali adatti. Waqt li l-oneru tal-prova għandu jiġi stabbilit skond il-liġi nazzjonali, huwa xieraq li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi ikunu jistgħu jobbligaw lill-kummerċjanti jipproduċu prova dwar l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali li jkunu ressqu.

(22)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jiġu nfurzati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(23)

Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu eliminati l-ostakoli għall-funzjonament tas-suq intern preżentati mil-liġijiet nazzjonali dwar il-prattiċi kummerċjali żleali u li jiġi provdut livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, permezz ta' l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prattiċi kummerċjali żleali, ma jistgħux suffiċentement jintlaħqu mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għas-suq intern u sabiex jiġi milħuq livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur.

(24)

Huwa xieraq li tiġi riveduta din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat li l-ostakoli għas-suq intern ġew indirizzati u ġie milħuq livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur . Ir-reviżjoni tista' twassal għal proposta mill-Kummissjoni għall-emendament ta' din id-Direttiva, li tista' tinkludi estensjoni limitata tad-deroga fl-Artikolu 3(5), u/jew emendi għal leġiżlazzjoni oħra għall-ħarsien tal-konsumatur li jirriflettu l-impenn tal-Kummissjoni fl-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur sabiex tirrevedi l-acquis eżistenti sabiex jintlaħaq livell komuni għoli ta' ħarsien tal-konsumatur.

(25)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

a)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, fil-kuntest ta' prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet li huma barra mill-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha;

b)

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f'isem jew fl-interessi ta' kummerċjant;

ċ)

“prodott” tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluża proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;

d)

“prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur” (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'prattiċi kummerċjali') tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta' xi prodott lil konsumaturi;

e)

“il-ħolqien ta' distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika ta' konsumaturi” tfisser l-użu ta' prattika kummerċjali sabiex tiġi mfixkla b'mod apprezzabbli il-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel deċiżjoni nfurmata, li bih il-konsumatur jiġi mġiegħel jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkostanzi oħra;

f)

“kodiċi ta' kondotta” tfisser kwalunkwe ftehim jew sett ta' regoli li mhumiex imposti b'liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva ta' Stat Membru li jiddefinixxu l-imġieba ta' kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fejn għandhom x'jaqsmu waħda jew iktar prattiċi kummerċjali partikolari jew setturi ta' negozju;

g)

“sid ta' kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta' kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta' kodiċi ta' kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh;

h)

“diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta' sengħa u kura speċjali li kummerċjant huwa raġjonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta' konsumaturi, proporzjonat ma' prattika onesta fis-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fidi fil-qasam ta' attività tal-kummerċjant;

i)

“stedina għax-xiri” tfisser komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f'mod adegwat għall-mezzi ta' komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja;

j)

“influwenza mhux xierqa” tfisser l-isfruttament ta' pożizzjoni ta' poter fil-konfront tal-konsumatur sabiex tiġi applikata pressjoni fuqu, anke mingħajr l-użu jew it-theddid ta' l-użu tal-forza fiżika, b'mod li jillimita sostanzjalment il-kapaċità tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni informata;

k)

“deċiżjoni transazzjonali” tfisser kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta' prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jieħux xi azzjoni;

l)

“professjoni regolata”: tfisser attività professjonali jew grupp ta' attivitajiet professjonali, li l-aċċess għalihom jew il-prattika tagħhom, jew wieħed mill-modalitajiet tal-prattika tagħhom, huwa kondizzjonat, b'mod dirett jew indirett, mill-pussess ta' kwalifiki professjonali speċifiċi, skond liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi.

Artikolu 3

Ambitu ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara transazzjoni kummerċjali fir-rigward ta' xi prodott.

2.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi kontrattwali u, b'mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, it-tfassil u l-effetti ta' kuntratt.

3.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji jew nazzjonali konnessi ma' aspetti ta' saħħa u sigurtà ta' prodotti.

4.   Fil-każ ta' konflitt bejn id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta' prattiċi kummerċjali żleali, dawn ta' l-aħħar għandhom jipprevalixxu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.

5.   Għal perjodu ta' sitt snin minn 00.6.2007, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-disposizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva u li jimplimentaw direttivi li jikkontjenu klawżoli ta' armonizzazzjoni minima. Dawn il-miżuri għandhom ikunu essenzjali sabiex jiżguraw li konsumaturi huma mħarsa adegwatament minn prattiċi kummerċjali żleali u għandhom ikunu proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tista', jekk hekk jiġi kkunsidrat xieraq, tinkludi proposta sabiex tiġi mtawla din id-deroga għal perjodu ieħor limitat.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe disposizzjonijiet nazzjonali applikati abbażi tal-paragrafu 5.

7.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli li jiddeterminaw il-kompetenza tal-qrati.

8.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjonijiet ta' stabbiliment jew reġimi ta' awtorizzazzjoni, jew għall-kodiċijiet deontoloġiċi ta' kondotta jew regoli speċifiċi oħra li jiggvernaw professjonijiet regolati sabiex jinżammu livelli għolja ta' integrità min-naħa tal-professjonisti, li l-Istati Membri jistgħu, konformement mal-liġi Komunitarja, jimponu fuq il-professjonisti.

9.   Fir-rigward ta' “servizzi finanzjarji” kif definiti fid-Direttiva 2002/65/KE, u proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jimponu kondizzjonijiet li huma iktar restrittivi jew preskrittivi minn din id-Direttiva f'dak il-qasam li hija tapprossima.

10.   Din id-Direttiva ma għandiex tapplika għall-applikazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri konnessi maċ-ċertifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-livell ta' finezza ta' artikoli ta' metall prezzjuż.

Artikolu 4

Suq intern

L-Istati Membri la għandhom jirrestrinġu l-libertà tal-provvista ta' servizzi u lanqas għandhom jirrestrinġu l-moviment liberu ta' merkanzija għal raġunijiet li jaqgħu fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva.

KAPITOLU 2

PRATTIĊI KUMMERĊJALI ŻLEALI

Artikolu 5

Projbizzjoni ta' prattiċi kummerċjali żleali

1.   Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.

2.   Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:

a)

hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u

b)

toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista' toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta' konsumaturi.

3.   Prattiċi kummerċjali li x'aktarx joħolqu distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika biss ta' grupp identifikabbli b'mod ċar ta' konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirriferi minħabba l-mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b'mod li l-kummerċjant jista' raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta' membru medju ta' dak il-grupp. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta' reklamar ta' stqarrijiet eżaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jittieħdu litteralment.

4.   B'mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li

a)

jqarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7, jew

b)

jkunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9.

5.   Fl-Anness I tinsab lista ta' dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f'kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta' revizjoni tad-Direttiva.

SEZZJONI 1

Prattiċi kummerċjali qarrieqa

Artikolu 6

Azzjonijiet qarrieqa

1.   Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqajekk tikkontjeni tagħrif falz u li għalhekk ma tikkorrispondix għall-verità jew li b'xi mod, anki bil-preżentazzjoni totali tagħha, tqarraq jew x'aktarx tqarraq bil-konsumatur medju, anke jekk it-tagħrif ikun korrett fattwalment, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-elementi li ġejjin, u li f'kull każ iġġiegħlu jew x'aktarx iġġiegħlu jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkostanzi oħra:

a)

l-eżistenza jew in-natura tal-prodott;

b)

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbiltà, il-benefiċċji, ir-riskji, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, l-aċċessorji, l-assistenza ta' wara l-bejgħ għall-konsumatur u t-trattament ta' ilmenti, il-metodi u d-data ta' manifattura jew tal-provvista, il-kunsinna, l-idoneità għall-iskop, l-użu, il-kwantità, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li wieħed jistenna mill-użu tiegħu, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi importanti ta' eżamijiet jew kontrolli magħmula tal-prodott;

ċ)

il-firxa ta' l-impenji min-naħa tal-kummerċjant, il-motivi għall-prattika kummerċjali u n-natura tal-proċess tal-bejgħ, kwalunkwe stqarrija jew simbolu fir-rigward ta' sponsorizzazzjoni diretta jew indiretta jew approvazzjoni tal-kummerċjant jew tal-prodott;

d)

il-prezz jew il-mod kif il-prezz huwa kalkolat, jew l-eżistenza ta' vantaġġ speċifiku fil-prezz;

e)

il-bżonn ta' servizz, parti, sostituzzjoni jew tiswija;

f)

in-natura, l-attributi u d-drittijiet tal-kummerċjant jew ta' l-aġent tiegħu, bħall-identità u assi tiegħu, il-kwalifiki, l-istatus, l-approvazzjoni, l-affiljazzjoni jew il-konnessjonijiet tiegħu u d-drittijiet tiegħu fuq proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premji li ngħata u r-rikonoxximenti mogħtija lilu;

g)

id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż id-dritt ta' tibdil jew rimborż taħt id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (8), u r-riskji li jista' jiffaċċa.

2.   Prattika kummerċjali għandha wkoll titqies bħala qarrieqa jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b'kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, hija tikkawża jew x'aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkostanzi oħra, u tinvolvi:

a)

kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta' prodott, inkluż reklamar komparattiv, li joħloq konfużjoni bejn kwalunkwe prodotti, trade marks, ismijiet kummerċjali u marki oħrajn distintivi ta' kompetitur;

b)

nuqqas ta' konformità mill-kummerċjant ma' l-impenji kontenuti f'dawk il-kodiċijiet ta' kondotta li fuqhom il-kummerċjant impenja ruħu li jirregola lilu nnifsu, fejn:

i)

l-impenn mhux wieħed li jaspira iżda huwa sod u li jista' jiġi verifikat, u

ii)

il-kummerċjant jindika fi prattika kummerċjali li huwa marbut mill-kodiċi.

Artikolu 7

Ommissjonijiet qarrieqa

1.   Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqameta, fil-kuntest fattwali tagħha, b'kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta' komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skond il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni transazzjonali informata u għalhekk tikkawża jew x'aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkostanzi oħra.

2.   Prattika kummerċjali għandha titqies wkoll bħala ommissjoni qarrieqa meta kummerċjant jaħbi jew jipprovdi b'manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f'waqtha dak it-tagħrif importanti msemmi fil-paragrafu 1, b'kont meħud tal-kwistjonijiet deskritti f'dak il-paragrafu, jew ma jonqos milli jidentifika l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali jekk din ma tkunx diġà apparenti mill-kuntest u fejn, fi kwalunkwe każ, din tikkawża jew x'aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkostanzi oħra.

3.   Fejn il-mezz użat għall-komunikazzjoni tal-prattika kummerċjali jimponi limitazzjonijiet ta' spazju jew ta' żmien, għandu jittieħed kont ta' dawn il-limitazzjonijiet u ta' kwalunkwe miżuri meħuda mill-kummerċjant sabiex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta' mezzi oħra meta jiġi deċiż jekk xi tagħrif ġiex imħolli barra.

4.   F'każ ta' stedina għax-xiri, it-tagħrif li ġej għandu jitqies bħala importanti, jekk ma jkunx diġà apparenti mill-kuntest:

a)

il-karatteristiċi prinċipali tal-prodott, safejn xieraq għall-mezz u l-prodott;

b)

l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu qiegħed jaġixxi;

ċ)

il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta' ħlas addizzjonali għat-trasport ta' merkanzija, ħlas ta' kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta' ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment kalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta' ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;

d)

l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni u għat-trattament ta' l-ilmenti, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;

e)

għal prodotti u transazzjonijiet li jinvolvu d-dritt ta' rtirar jew ta' kanċellazzjoni, l-eżistenza ta' dan id-dritt.

5.   Ir-rekwiżiti ta' tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta' komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f'lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti.

SEZZJONI 2

Prattiċi kummerċjali aggressivi

Artikolu 8

Prattiċi kummerċjali aggressivi

Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b'kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta' fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew ta' influwenza mhux xierqa, tfixkel b'mod sinifikanti jew x'aktarx tfixkel konsiderevolment il-libertà ta' l-għażla jew l-imġieba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b'hekk tikkawża jew x'aktarx tikkawża li huwa jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f'ċirkostanzi oħra.

Artikolu 9

Użu ta' fastidju, kostrizzjoni u influwenza mhux xierqa

Fid-determinazzjoni jekk prattika kummerċjali tużax il-fastidju, il-kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fisika, jew l-influwenza mhux xierqa, għandu jittieħed kont ta' dawn li ġejjin:

a)

iż-żmien, lok, natura u persistenza tagħha;

b)

l-użu ta' lingwaġġ jew imġieba ta' theddid jew abbużiv;

ċ)

l-isfruttament mill-kummerċjant ta' kwalunkwe sfortuna jew ċirkostanza speċifika ta' tali gravità li tfixkel il-ġudizzju tal-konsumatur, li biha l-kummerċjant ikun jaf, sabiex jinfluwenza d-deċiżjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-prodott;

d)

kwalunkwe ostakoli mhux kontrattwali onerużi jew sproporzjonati imposti mill-kummerċjant fejn konsumatur ikun jixtieq jeżerċita xi drittijiet mogħtija fil-kuntratt, inklużi d-drittijiet tat-taħsir tal-kuntratt jew tal-bidla għal prodott ieħor jew għal kummerċjant ieħor;

e)

kwalunkwe theddida li tiġi meħuda kwalunkwe azzjoni li legalment ma tistax tittieħed.

KAPITOLU 3

KODIĊIJIET TA' KONDOTTA

Artikolu 10

Kodiċijiet ta' kondotta

Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' prattiċi kummerċjali żleali minn sidien ta' kodiċijiet u l-persuni jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 milli jirrikorru għal tali korpi jekk il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi huma addizzjonali għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.

Ir-rikors għal dawn il-korpi ta' kontroll ma għandu qatt jitqies bħala ekwivalenti għal rinunzja ta' xi mezz ta' rikors ġudizzjarju jew amministrattiv kif previst fl-Artikolu 11.

KAPITOLU 4

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi li jikkumbattu l-prattiċi kummerċjali żleali sabiex tiġi nfurzata l-osservanza tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva fl-interess tal-konsumaturi.

Dawn il-mezzi għandhom jinkludu disposizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu l-prattiċi kummerċjali żleali, inklużi kompetituri, jistgħu:

(a)

jistitwixxu azzjoni legali kontra tali prattiċi kummerċjali żleali u/jew

(b)

iġibu każijiet ta' tali prattiċi kummerċjali żleali quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza jew li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għall-proċedimenti legali adegwati.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema minn dawn il-mezzi għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministattivi jistgħux jesiġu li jkun preċedentement sar rikors għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta' ilmenti, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 10. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli indipendentement minn jekk il-konsumaturi milquta jinsabux fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jinsab il-kummerċjant jew fi Stat Membru ieħor.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:

(a)

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew konġuntement kontra numru ta' kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u

(b)

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta' kodiċi fejn il-kodiċi rilevanti jippromwovi n-nonkonformità mar-rekwiżiti legali.

2.   Taħt id-disposizzjonijiet legali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li, fil-każijiet fejn jikkunsidraw li tali miżuri huma meħtieġa wara li jittieħed kont ta' l-interessi kollha involuti u b'mod partikolari ta' l-interess pubbliku:

(a)

jordnaw il-waqfien, jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għall-għoti ta' ordni ta' waqfien, ta' prattiċi kummerċjali żleali, jew

(b)

jekk il-prattika kummerċjali żleali għadha ma seħħetx iżda hija imminenti, jordnaw il-projbizzjoni tal-prattika, jew jistitwixxu proċedimenti legali adegwati għall-għoti ta' ordni ta' projbizzjoni tal-prattika

anki mingħajr prova ta' telf jew ħsara attwali jew ta' intenzjoni jew negligenza min-naħa tal-kummerċjant.

L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu sabiex il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu meħuda taħt proċedura aċċelerata:

 

jew b'effett provviżorju, jew

 

b'effett definittiv,

iżda għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema miż-żewġ possibbiltajiet jagħżel.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati u lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat li, bil-ħsieb li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' prattiċi kummerċjali żleali li t-terminazzjoni tagħhom ġiet ordnata permezz ta' deċiżjoni definittiva:

(a)

jesiġu l-pubblikazzjoni sħiħa jew parzjali ta' dik id-deċiżjoni u fil-forma li huma jikkunsidraw adegwata,

b)

li jitolbu barra minn dan il-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni rettifikattiva.

3.   L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

a)

ikunu komposti b'mod li ma jqanqlu l-ebda dubbju dwar l-imparzjalità tagħhom;

b)

ikollhom setgħat adegwati, fejn huma jiddeċiedu dwar ilmenti, sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament;

ċ)

normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom.

Meta s-setgħat msemmija fil-paragrafu 2 jiġu eżerċitati esklussivament minn awtorità amministrattiva, għandhom dejjem jiġu mogħtija r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. Barra minn hekk, f'dan il-każ, għandhom jiġu previsti proċeduri li permezz tagħhom l-eżerċizzju skorrett jew inġustifikat mill-awtorità amministrattiva tas-setgħat tagħha jew in-nuqqas skorrett jew inġustifikat ta' l-eżerċizzju ta' l-imsemmija setgħat jistgħu ikunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

Artikolu 12

Qrati u awtoritajiet amministattivi: il-prova sostanzjali tal-pretensjonijiet

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi s-setgħat fil-proċedimenti ċivili jew amministrattivi msemmija fl-Artikolu 11 sabiex:

a)

jesiġu li l-kummerċjant iġib prova ta' l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-rigward ta' xi prattika kummerċjali jekk, b'kont meħud ta' l-interess leġittimu tal-kummerċjant u ta' kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, tali kondizzjoni tidher ġustifikata abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari u

b)

jikkunsidraw il-pretensjonijiet fattwali bħala mhux eżatti jekk il-prova rikjesta skond il-paragrafu (a) ma tinġiebx jew titqies insuffiċjenti mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva.

Artikolu 13

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu nfurzati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 14

Emendi lid-Direttiva 84/450/KEE

Id-Direttiva 84/450/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u l-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.”

2)

L-Artikolu 2

Il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

‘kummerċjant’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f'isem jew fl-interessi ta' kummerċjant.”

Il-punt li ġej għandu jiżdied:

“4.

‘sid ta' kodiċi’: tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta' kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta' kodiċi ta' kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh.”.

3)

L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Ir-reklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun huwa konċernat, jiġi permess fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

a)

ma jqarraqx fit-tifsira ta' l-Artikoli 2(2), 3 u 7(1) ta' din id-Direttiva jew l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (*);

b)

jagħmel paragun bejn merkanziji jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan;

ċ)

jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta' dawk il-merkaniziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz;

d)

la jiskredita u lanqas imaqdar it-trade marks, l-ismijiet kummerċjali, jew il-marki oħra distintivi, il-merkanziji, is-servizzi, l-attivitajiet, jew iċ-ċirkostanzi ta' xi kompetitur;

e)

jirriferixxi, għal prodotti b'titlu ta' oriġini, f'kull każ għal prodotti bl-istess titlu;

f)

ma jieħux vantaġġ inġustament mir-reputazzjoni ta' trade mark, ta' isem kummerċjali jew ta' marki oħra distintivi ta' xi kompetitur jew tat-titlu ta' oriġini ta' prodotti konkorrenti;

g)

ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta' merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem kummerċjali protett;

h)

ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirreklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet kummerċjali jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi tar-riklamant u dawk ta' xi kompetitur.

(*)  ĠU L 000, 00.6.2005, p.00.”."

4)

L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġi kumbattut ir-reklamar qarrieqi sabiex jinfurzaw konformità mad-disposizzjonijiet dwar reklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri. Tali mezzi għandhom jinkludu disposizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-reklamar qarrieqi jew li jirregolaw ir-reklamar komparattiv jistgħu:

a)

jistitwixxu azzjoni legali kontra tali reklamar jew

b)

iġibu każijiet ta' tali reklamar quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza jew li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għall-proċedimenti legali adegwati.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema minn dawn il-mezzi għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun preċedentement sar rikors għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta' ilmenti, inklużi dawk msemmija fl-Artikolu 5.

Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:

a)

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew konġuntement kontra numru ta' kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku; u

b)

jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta' kodiċi fejn il-kodiċi rilevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali.”

5)

L-Artikolu 7(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw disposizzjonijiet bil-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta' reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri”.

Artikolu 15

Emendi lid-Direttivi 97/7/KE u 2002/65/KE

1)   L-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/7/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Bejgħ mhux mitlub

Fid-dawl tal-projbizzjoni ta' prattiki ta' bejgħ mhux mitlub stabbilita fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (**), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu ta' kwalunkwe ħlas f'każijiet ta' kunsinna mhux mitluba, fejn in-nuqqas ta' tweġiba ma jikkostitwixxix kunsens.

2)   L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/65/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Fid-dawl tal-projbizzjoni ta' prattiki ta' bejgħ mhux mitlub stabbilita fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (***), u bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-tiġdid taċitu ta' kuntratti b'distanza, meta tali regoli jippermettu tiġdid taċitu, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu f'każijiet ta' kunsinna mhux mitluba, fejn in-nuqqas ta' tweġiba ma jikkostitwixxix kunsens.

Artikolu 16

Emendi lid-Direttiva 98/27/KE u lir-Regolament (KE) Nru 2006/2004

1)   Fl-Anness tad-Direttiva 98/27/KE, il-punt 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L 000, 00.6.2005, p. 00).”.

2)   Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (“ir-Regolament dwar il-koperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur”) (9) għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“16.

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L 000, 00.6.2005, p. 00).”.

Artikolu 17

Tagħrif

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jgħarrfu lill-konsumatur dwar il-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta' kodiċijiet sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta' kondotta tagħom.

Artikolu 18

Revi ¿joni

1.   Sa mhux aktar tard minn 00.6.2011 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari ta' l-Artikoli 3(9) u 4 u l-Anness I, dwar il-possibbiltà ta' iżjed armonizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-liġi Komunitarja konnessa mal-ħarsien tal-konsumatur, u, waqt li jittieħed kont ta' l-Artikolu 3(5) , dwar kwalunkwe miżuri li jkunu meħtieġa fil-livell Komunitarju sabiex jiżguraw li l-livelli adegwati ta' ħarsien tal-konsumatur jiġu miżmuma. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposta sabiex tiġi riveduta din id-Direttiva jew partijiet rilevanti oħra tal-liġi Komunitarja.

2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex jaġixxu, skond it-Trattat, fi żmien sentejn mill-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' kwalunkwe proposta magħmula skond il-paragrafu 1.

Artikolu 19

Trasposizzjoni

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa 00.6.2007. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lil-Kummissjoni bihom u jinfurmaw il-Kummissjoni dwar emendi sussegwenti mingħajr dewmien.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri sa 00.12.2007. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jikkontjenu riferiment għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferiment fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandu jsir tali riferiment.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Mejju 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. P. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT

ANNESS 1

Prattiċi kummerċjali li f'kull ċirkostanza huma kkunsidrati żleali

Prattiċi kummerċjali qarrieqa

1)

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa firmatarju ta' kodiċi ta' kondotta meta ma jkunx.

2)

Il-wiri mill-kummerċjant ta' marka ta' fiduċja, marka ta' kwalità jew ekwivalenti mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

3)

Fejn il-kummerċjant isostni li kodiċi ta' kondotta għandu l-appoġġ uffiċjali ta' xi korp pubbliku jew korp ieħor, meta ma jkollux.

4)

Fejn il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiċi kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini ta' l-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni.

5)

Fejn il-kummerċjant jagħmel stedina sabiex jinxtraw prodotti bi prezz speċifikat mingħajr ma juri l-eżistenza ta' raġunijiet ġustifikati li l-kummerċant jista' jkollu sabiex jemmen li mhuwiex sejjer ikun jista' jforni jew iqabbad kummerċjant ieħor sabiex iforni, dawk il-prodotti jew prodotti ekwivalenti għal dak il-prezz għal perjodu u fil-kwantitajiet li huma raġonevoli relattivament għall-prodott, għal-livell ta' reklamar tal-prodott u għall-prezz offrut (bait advertising).

6)

Fejn il-kummerċjant jagħmel stedina sabiex jinxtraw prodotti bi prezz speċifikat u mbagħad:

a)

jirrifjuta li juri l-oġġett reklamat lill-konsumaturi, jew

b)

jirrifjuta li jieħu ordnijiet għall-prodott jew li jikkunsinjah fi żmien raġonevoli, jew

ċ)

juri kampjun difettuż tiegħu

bl-intenzjoni li jippromwovi prodott differenti (’bait and switch’).

7)

Fejn il-kummerċjant jiddikjara b'mod falz li prodott sejjer ikun disponibbli biss għal żmien limitat ħafna, jew li sejjer ikun disponibbli biss taħt kondizzjonijiet partikolari għal żmien limitat ħafna sabiex iqanqal deċiżjoni immedjata u jċaħħad lill-konsumaturi mill-opportunità jew miż-żmien suffiċjenti sabiex jagħmlu għażla informata.

8)

Fejn il-kummerċjant jimpenja ruħu li jipprovdi servizz ta' wara l-bejgħ lill-konsumaturi li magħhom il-kummerċjant ikkomunika qabel it-transazzjoni b'lingwa li mhijiex il-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-kummerċjant jinsab u mbagħad jagħmel dan is-servizz disponibbli biss b'lingwa oħra mingħajr ma jindika dan b'mod ċar lill-konsumatur qabel il-konsumatur jimpenja ruħu fit-transazzjoni.

9)

Fejn il-kummerċjant jistqarr u b'mod ieħor joħloq l-impressjoni li xi prodott jista jinbiegħ legalment meta ma jistax.

10)

Fejn il-kummerċjant jippreżenta drittijiet mogħtija mil-liġi lill-konsumaturi bħala karatteristika distintiva ta' l-offerta tiegħu.

11)

Fejn il-kummerċjant juża kontenut editorjali fil-medja sabiex jippromwovi prodott fejn huwa jkun ħallas għall-promozzjoni tiegħu mingħajr ma jagħmel dan ċar fil-kontenut jew permezz ta' immaġini u ħsejjes identifikabbli b'mod ċar mill-konsumatur. (advertorial). Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (10).

12)

Fejn il-kummerċjant jagħmel affermazzjoni li hija essenzjalment mhux eżatta dwar in-natura u l-firxa tar-riskju għas-sigurtà personali tal-konsumatur jew tal-familja tiegħu jekk il-konsumatur ma jixtrix il-prodott.

13)

Fejn il-kummerċjant jippromwovi prodott simili għal xi prodott magħmul minn manifattur partikolari b'mod tali li deliberatament iqarraq bil-konsumatur li jemmen li l-prodott huwa magħmul minn dak l-istess manifattur meta ma jkunx.

14)

Fejn il-kummerċjant jistabbilixxi, jopera jew jippromwovi skema promozzjonali piramidali fejn konsumatur iħallas għall-opportunità li jirċievi kumpens derivat primarjament mill-introduzzjoni ta' konsumaturi oħrajn fl-iskema minflok mill-bejgħ jew konsum ta' prodotti.

15)

Fejn il-kummerċjant isostni li dalwaqt sejjer jieqaf mill-kummerċ jew ibiddel il-post tal-kummerċ meta ma jkunx sejjer jagħmel dan.

16)

Fejn il-kummerċjant isostni li prodotti jistgħu jiffaċilitaw ir-rebħ f'logħob ta' l-azzard.

17)

Fejn il-kummerċjant isostni, bil-qerq, li prodott jista' jfejjaq mard, xi disfunzjoni jew malformazzjonijiet.

18)

Fejn il-kummerċjant jgħaddi tagħrif li huwa essenzjalment mhux eżatt dwar kondizzjonijiet tas-suq jew dwar il-possibbiltà li jinstab il-prodott bl-intenzjoni li jipperswadi lill-konsumatur jakkwista l-prodott b'kondizzjonijiet inqas favorevoli mill-kondizzjonijiet normali tas-suq.

19)

Fejn il-kummerċjant isostni fi prattika kummerċjali li joffri parteċipazzjoni f'xi kompetizzjoni jew promozzjoni ta' premju mingħajr ma jagħti l-premji deskritti jew ekwivalenti raġonevoli.

20)

Fejn il-kummerċjant jiddeskrivi prodott bħala “gratis”, “b'xejn”, “mingħajr ħlas” jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa oħra barra l-prezz li inevitabbilment kellu jħallas sabiex wieġeb għall-prattika kummerċjali u sabiex ġabar jew ħallas għall-kunsinna ta' l-oġġett.

21)

Fejn il-kummerċjant jinkludi fil-materjal promozzjonali fattura jew rikjesta oħra ta' ħlas li tagħti l-impressjoni lill-konsumatur li huwa kien diġà ordna l-prodott kummerċjalizzat meta ma kienx għamel dan.

22)

Fejn il-kummerċjant bil-qerq isostni jew joħloq l-impressjoni li huwa ma jkunx qiegħed jaġixxi għall-finijiet konnessi mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu, jew bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur.

23)

Fejn il-kummerċjant bil-qerq jagħti l-impressjoni li jeżisti servizz ta' wara l-bejgħ fir-rigward ta' prodott fi Stat Membru ieħor barra minn dak li fih il-prodott huwa mibjugħ.

Prattiċi kummerċjali aggressivi

24)

Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li l-konsumatur ma jistax iħalli l-post qabel ma jsir kuntratt.

25)

Fejn il-kummerċjant jagħmel żjarat personali fid-dar tal-konsumatur u jinjora t-talba tal-konsumatur sabiex jitlaq jew sabiex ma jirritornax ħlief f'ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skond il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obbligazzjoni kontrattwali.

26)

Fejn il-kummerċjant jagħmel solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz tat-telefon, fax, e-mail jew mezz ieħor remot ħlief f'ċirkostanzi u sal-punt ġustifikat, skond il-liġi nazzjonali, sabiex jinforza obligazzjoni kontrattwali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/7/KE, d-Direttiva 95/46/KE (11) u d-Direttiva 2002/58/KE.

27)

Fejn il-kummerċjant jesiġi li konsumatur li jixtieq iressaq pretensjoni fuq polza ta' assigurazzjoni jipproduċi dokumenti li ma jistgħux raġonevolment jiġu kkunsidrati rilevanti għall-kwistjoni jekk il-pretensjoni kinetx valida, jew jonqos sistematikament milli jwieġeb għal korrispondenza pertinenti, sabiex jiddisswadi xi konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet kontrattwali tiegħu.

28)

Fejn il-kummerċjant jinkludi f'reklam tħeġġiġ dirett lit-tfal sabiex jixtru jew sabiex jipperswadu l-ġenituri tagħhom jew adulti oħrajn sabiex jixtrulhom il-prodotti reklamati. Din id-disposizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 89/552/KEE dwar xandir bit-televiżjoni.

29)

Fejn il-kummerċjant jitlob ħlas immedjat jew differit għar-ritorn jew għall-kustodja ta' prodotti forniti minnu, iżda mhux solleċitati mill-konsumatur ħlief fejn il-prodott huwa sostitut fornit konformement ma' l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 97/7/KE (“bejgħ mhux mitlub”).

30)

Fejn il-kummerċjant jgħarraf espliċitament lill-konsumatur li jekk ma jixtrix il-prodott jew servizz, ix- xogħol jew l-għajxien tal-kummerċjant ikunu fil-periklu.

31)

Fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni falza li konsumatur diġà rebaħ, se jirbaħ, jew li hekk kif jagħmel xi azzjoni partikolari jirbaħ, xi premju jew xi benefiċċju ekwivalenti ieħor, meta fil-fatt

ma jkun hemm ebda premju jew benefiċċju ekwivalenti ieħor, jew

t-teħid ta' xi azzjoni fir-rigward tal-ġbir tal-premju jew ta' l-benefiċċju ekwivalenti ieħor teħtieg lill-konsumatur li jħallas xi flus jew li jidħol f'xi spejjeż.

ANNESS II

Disposizzjonijiet tal-liġi Komunitarja li jistabbilixxu regoli għar-reklamar u għall-komunikazzjonijiet kummerċjali

L-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 97/7/KE

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (12)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta' timeshare  (13)

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (14)

L-Artikoli 86 sa 100 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (15)

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (16)

L-Artikolu 1(d) tad-Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (17)

L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2002/65/KE

L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (IIKTT) bl-iskop li jiġu rregolati kumpaniji ta' amministrazzjoni u prospectuses simplifikati (18)

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni ta' l-assigurazzjoni (19)

L-Artikolu 36 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (20)

L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq ta' l-istrumenti finanzjarji (21)

L-Artikolu 31 u 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (22)(it-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja)

L-Artikoli 5, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat għall-offerta lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ ta' titoli (23)


(1)  ĠU C 108, 30.4.2004, p. 81.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2004(ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 260), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2004 (ĠU C 38 E,15.2.2005, p. 1 ), Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Frar 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali),u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2005.

(3)  ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 23.10.1997, p. 18).

(4)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/65/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(5)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/65/KE.

(6)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

(7)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(8)  ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.

(9)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).

(11)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(12)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(13)  ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83.

(14)  ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27.

(15)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 34).

(16)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(17)  ĠU L 101, 1.4.1998, p. 17.

(18)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20.

(19)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(20)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(21)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(22)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/87/KE (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(23)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

102


KORRIĠENDUM

Korriġendum għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu

(Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali L 309, tal-25 ta' Novembru 2005, p. 15 )

DIRETTIVA 2005/60/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ottubru 2005

dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu, l-ewwel u t-tielet sentenzi, u l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2)

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Flussi massiċċi ta’ flus maħmuġa jistgħu jagħmlu ħsara lill-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-suq komuni, u t-terroriżmu jheżżeż proprju l-pedamenti tas-soċjetà tagħna. Barra l-applikazzjoni tal-liġi kriminali, sforz preventiv permezz tas-sistema finanzjarja jista’ jagħti riżultati.

(2)

Is-saħħa, l-integrità u l-istabbiltà ta’ l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u l-kunfidenza fis-sistema finanzjarja kollha jistgħu jkunu perikolati b’mod serju bl-isforzi tal-kriminali u sħabhom sabiex jaħbu l-oriġini tad-dħul kriminali jew sabiex jikkanalizzaw flus legali jew illegali għal skopijiet terroristiċi. Sabiex ikun evitat li l-Istati Membri jadottaw miżuri għall-protezzjoni tas-sistemi finanzjarji tagħhom li jistgħu jkunu inkonsistenti mal-funzjonament tas-suq intern u mal-preskrizzjonijiet ta' l-istat tad-dritt u l-ordni pubbliku Ewropew, hija meħtieġa azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam.

(3)

Sabiex jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, dawk li jipprattikaw il-money laundering u dawk li jiffinanzjaw lit-terroristi jistgħu jippruvaw jieħdu vantaġġ mil-libertà ta' moviment tal-kapital u mil-libertà tal-provvista ta' servizzi finanzjarji inerenti fis-suq finanzjarju integrat, jekk ma jkunux adottati ċerti miżuri ta’ koordinazzjoni fil-livell Komunitarju.

(4)

Bħala risposta għal dan it-tħassib fil-qasam tal-money laundering, kienet ġiet adottata d-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus (4). Din kienet tesiġi li l-Istati Membri jipprojbixxu l-money laundering u jobbligaw lill-partijiet konċernati fis-settur finanzjarju, li jikkonsisti minn istituzzjonijiet ta' kreditu u firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra, jidentifikaw il-klijenti tagħhom, iżommu reġistri adegwati, jistabbilixxu proċeduri interni għat-taħriġ tal-persunal u jħarsu kontra l-money laundering u jirrapportaw kwalunkwe indikazzjonijiet ta’ money laundering lill-awtoritajiet kompetenti.

(5)

Il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu ta’ spiss isiru f’kuntest internazzjonali. Miżuri adottati biss fil-livell nazzjonali jew ukoll fil-livell Komunitarju, mingħajr ma jittieħed kont tal-koordinazzjoni u l-koperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Il-miżuri adottati mill-Komunità f’dan il-qasam għandhom għaldaqstant ikunu konsistenti ma' azzjonijiet oħra meħuda f'fora internazzjonali. L-azzjoni Komunitarja għandha tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-“FATF”), li jikkostitwixxi l-korp internazzjonali prinċipali attiv fil-ġlieda kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu. Billi r-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF ġew riveduti u mwessa b'mod sostanzjali fl-2003, din id-Direttiva għandha tiġi allinjata ma’ dak l-istandard internazzjonali ġdid.

(6)

Il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) jippermetti li l-Membri jadottaw miżuri neċessarji sabiex jipproteġu l-morali pubbliċi, jipprevjenu l-frodi u jadottaw miżuri għal skopijiet prudenzjali, anke sabiex jiżguraw l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja.

(7)

Għalkemm inizjalment limitata għar-reati tad-drogi, fis-snin riċenti kien hemm it-tendenza lejn definizzjoni iktar wiesgħa ta’ money laundering bażata fuq firxa iktar wiesgħa ta’ reati relattivi għall-money laundering. Firxa iktar wiesgħa ta’ reati relattivi tiffaċilita r-rapportaġġ ta’ transazzjonijiet suspettużi u l-koperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ reati serji għandha tinġieb in linja mad-definizzjoni ta’ reati serji fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (5).

(8)

Minbarra dan, l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja sabiex flejjes kriminali kif ukoll flejjes nodfa jiġu kanalizzati għal skopijiet terroristiċi huwa ta’ riskju ċar għall-integrità, għall-funzjonament korrett, għar-reputazzjoni u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-miżuri preventivi ta' din id-Direttiva għandhom ikopru mhux biss il-manipulazzjoni ta' flus li jiġu mill-kriminalità iżda ukoll il-ġbir ta' flus jew proprjetà għal skopijiet terroristiċi.

(9)

Għalkemm id-Direttiva 91/308/KEE timponi l-obbligu ta’ l-identifikazzjoni tal-klijent, fiha relattivament ftit dettall dwar il-proċeduri rilevanti. Minħabba l-importanza kruċjali ta’ dan l-aspett tal-prevenzjoni tal-money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu, jixraq, skond l-istandards internazzjonali l-ġodda, li jiġu introdotti disposizzjonijiet aktar speċifiċi u dettaljati li jirrigwardaw l-identifikazzjoni tal-klijent u ta’ kwalunkwe sid benefiċjarju, u l-verifika ta' l-identità tagħhom. Għal dik ir-raġuni hija essenzjali definizzjoni preċiża ta’ “sid benefiċjarju”. Fejn il-benefiċjarji individwali ta' xi entità legali jew ta' xi arranġament bħal fondazzjoni jew trust għad iridu jiġu stabbiliti, u għaldaqstant ikun impossibbli li jiġi identifikat individwu bħala s-sid benefiċjarju, ikun biżżejjed li tiġi identifikata l-klassi ta' persuni intiżi li jkunu l-benefiċjarji tal-fondazzjoni jew tat-trust. Dan ir-rekwiżit ma għandux jinkludi l-identifikazzjoni ta’ l-individwi f’dik il-klassi ta’ persuni.

(10)

L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva għandhom, konformement ma' din id-Direttiva, jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tas-sid benefiċjarju. Sabiex jissodisfaw dan ir-rekwiżit għandu jitħalla f'idejn dawk l-istituzzjonijiet u persuni jekk jagħmlux użu mir-records pubbliċi tas-sidien benfiċjarji, jekk jistaqsux lill-klijenti tagħhom għad-data rilevanti jew jakkwistawx l-informazzjoni b'xi mod ieħor, b'kont meħud tal-fatt li l-firxa ta' dawn il-miżuri ta' “diliġenza dovuta mal-klijent” hija relatata mar-riskju ta' money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu, li jiddependi fuq it-tip ta' klijent, ir-relazzjoni ta' negozju, il-prodott jew it-transazzjoni.

(11)

Dawk il-ftehim ta' għoti ta' kreditu li bihom il-kont ta' kreditu iservi esklussivament sabiex jitħallas is-self, u l-ħlas lura tas-self isir minn kont li kien miftuħ f'isem il-klijent ma' istituzzjoni ta' kreditu koperta minn din id-Direttiva skond l-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ), għandhom ġeneralment jitqiesu bħala eżempji ta' tipi ta' transazzjonijiet inqas riskjużi.

(12)

Sa fejn dawk li jipprovdu l-proprjetà ta’ entità ġuridika jew arranġament ġuridiku ikollhom kontroll fuq l-użu tal-proprjetà, huma għandhom jiġu identifikati bħala sidien benefiċjarji.

(13)

Ir-relazzjonijiet ta’ fiduċja jintużaw ħafna fir-rigward ta' prodotti kummerċjali bħala aspett rikonoxxut internazzjonalment tas-swieq finanzjarji għall-ingrossa li huma sorveljati b’mod komprensiv. L-obbligu li jkun identifikat is-sid benefiċjarju ma jiġix mill-fatt biss li hemm relazzjoni ta’ fiduċja f’dan il-każ partikolari.

(14)

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal dawk l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minnha li jitwettqu fuq l-Internet.

(15)

Billi l-issikkar tal-kontrolli fis-settur finanzjarju wassal lil dawk li jipprattikaw il-money laundering u lil dawk li jiffinanzjaw it-terroristi li jfittxu metodi alternattivi sabiex jaħbu l-oriġini tad-dħul mill-kriminalità u billi dawn il-mezzi jistgħu jintużaw sabiex ikun iffinanzjat it-terroriżmu, l-obbligi ta’ kontra l-money laundering u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu għandhom ikopru l-intermedjarji fl-assikurazzjoni tal-ħajja u l-fornituri ta' servizzi fir-rigward ta' trusts u kumpanniji.

(16)

Dawk l-entitajiet li diġà jaqgħu taħt ir-responsabbiltà legali ta’ impriża ta’ l-assikurazzjoni, u li b'hekk jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, ma għandhomx ikunu inklużi fil-kategorija ta' intermedjarji ta’ l-assikurazzjoni.

(17)

Il-qadi ta' dmirijiet f'kariga ta’ direttur jew segretarju ta' kumpannija fih innifsu ma jagħmilx lil xi ħadd fornitur ta' servizzi ta’ trust u ta' servizzi ta' kumpanniji. Għaldaqstant, id-definizzjoni tkopri biss dawk il-persuni li jaġixxu bħala direttur jew segretarju ta' kumpannija għal terzi u bħala negozju.

(18)

L-użu tal-ħlas permezz ta' ammonti kbar ta' flus kontanti wera ripetutament kemm dan huwa suxxettibbli għall-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għaldaqstant f’dawk l-Istati Membri li jippermettu ħlas fi flus kontanti 'l fuq mil-limitu stabbilit, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li jikkummerċjalizzaw merċi bħala negozju meta jaċċettaw ħlasijiet bħal dawn fi flus kontanti għandhom ikunu koperti minn din id-Direttiva. Negozjanti ta’ oġġetti ta’ valur għoli, bħall-ħaġar jew metalli prezzjużi, jew xogħlijiet ta' l-arti, u irkantaturi huma fi kwalunkwe każ koperti mid-Direttiva sa fejn il-ħlasijiet lilhom isiru fi flus kontanti f’ammont ta' EUR 15 000 jew aktar. Sabiex tiġi żgurata sorveljanza effikaċi tal-konformità ma’ din id-Direttiva minn dak il-grupp potenzjalment kbir ta' istituzzjonijiet u persuni, l-Istati Membri jistgħu jiffukkaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħhom b’mod partikulari fuq dawk il-persuni fiżiċi u legali li jinnegozjaw f'merċi li huma esposti għal riskju relattivament għoli ta’ money laundering u finanzjament tat-terroriżmu, skond il-prinċipju tas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju. Minħabba s-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri diversi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jadottaw disposizzjonijiet aktar stretti sabiex jindirizzaw tajjeb ir-riskju nvolut fl-użu tal-ħlas permezz ta' ammonti kbar ta’ flus kontanti.

(19)

Id-Direttiva 91/308/KEE ġabet lin-nutara u professjonisti legali indipendenti oħra fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim Komunitarju kontra l-money laundering; din il-kopertura għandha tinżamm kif inhi f'din id-Direttiva; dawn il-professjonisti legali, kif definiti mill-Istati Membri, huma suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta jipparteċipaw fi transazzjonijiet finanzjarji u korporattivi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar it-taxxa, fejn hemm l-akbar riskju li s-servizzi ta’ dawk il-professjonisti legali jintużaw ħażin għall-iskop tal-laundering tar-rikavat ta' attività kriminali jew għall-iskop tal-finanzjament tat-terroriżmu.

(20)

Fejn il-membri indipendenti tal-professjonijiet li jagħtu pariri legali u li huma legalment rikonoxxuti u kontrollati, bħall-avukati, ikunu qegħdin jaċċertaw il-posizzjoni legali ta’ klijent jew jirrappreżentaw klijent fi proċedimenti legali ma jkunx jixraq taħt din id-Direttiva li dawk il-professjonisti legali jitpoġġew, fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet, taħt obbligu li jirrappurtaw suspetti ta’ money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu. Għandhom jeżistu eżenzjonijiet minn kull obbligu ta’ rapportaġġ ta’ informazzjoni miksuba qabel, matul jew wara proċedimenti ġudizzjarji, jew waqt li tkun qiegħda tiġi aċċertata l-posizzjoni legali ta’ klijent. Għaldaqstant, il-pariri legali għandhom jibqgħu suġġett għall-obbligu tas-sigriet professjonali għajr jekk il-konsulent legali jkun qiegħed jieħu sehem fil-money laundering jew fil-finanzjament tat-terroriżmu, jekk il-parir legali jingħata għall-iskopijiet ta’ money laundering jew tal-finanzjament tat-terroriżmu jew jekk l-avukat ikun jaf li l-klijent qiegħed ifittex parir legali għal skopijiet ta’ money laundering jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

(21)

Dawk is-servizzi li huma direttament komparabbli għandhom ikunu trattati bl-istess manjiera meta mogħtija minn kwalunkwe wieħed mill-professjonisti koperti b’din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett lejn id-drittijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u fit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ awdituri, accountants esterni u konsulenti tat-taxxa li, f’xi Stati Membri, jistgħu jiddefendu jew jirrappreżentaw klijent fil-kuntest ta’ proċedimenti ġuridiċi jew jaċċertaw il-posizzjoni legali tal-klijent, l-informazzjoni li huma jiksbu fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti ma għandhiex tkun suġġetta għall-obbligi ta’ rapportaġġ skond din id-Direttiva.

(22)

Għandu jkun rikonoxxut li r-riskju ta’ money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu m'humiex l-istess f'kull każ. Konformement ma’ metodu bbażat fuq ir-riskju, għandu jkun introdott il-prinċipju fil-liġi Komunitarja li f’każijiet xierqa tiġi aċċettata forma simplifikata tad-diliġenza dovuta mal-klijent.

(23)

Id-deroga dwar l-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji ta’ kontijiet akkomunati miżmuma minn nutara jew professjonisti legali indipendenti oħra għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li dawk in-nutara jew professjonisti legali indipendenti oħra għandhom skond din id-Direttiva. Dawk l-obbligi jinkludu l-ħtieġa li dawn in-nutara jew professjonisti legali indipendenti oħra jidentifikaw huma stess is-sidien benefiċjarji ta’ kontijiet akkomunati miżmuma minnhom.

(24)

Bl-istess mod, il-liġi Komunitarja għandha tirrikonoxxi li ċerti sitwazzjonijiet jippreżentaw riskju ikbar ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu. Għalkemm għandhom jiġu stabbiliti l-identità u l-profil tan-negozju tal-klijenti kollha, ikun hemm każijiet fejn ikunu meħtieġa proċeduri partikolarment rigorużi ta' l-identifikazzjoni tal-klijent u ta’ verifika.

(25)

Dan japplika b'mod partikolari għar-relazzjonijiet ta' negozju ma' individwi li għandhom, jew li kellhom, karigi pubbliċi importanti, b'mod partikulari dawk minn pajjiżi fejn il-korruzzjoni hija mifruxa. Dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jesponu lis-settur finanzjarju b'mod partikulari għal riskji reputazzjonali u/jew legali sinifikanti. Il-ġlieda, fuq skala internazzjonali, kontra l-korruzzjoni tiġġustifika wkoll skrutinju speċjali ta' każijiet bħal dawn u l-applikazzjoni tal-miżuri normali kollha ta' diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward ta' persuni esposti politikament fuq livell domestiku jew l-applikazzjoni ta' miżuri msaħħa ta' diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward ta' persuni esposti politikament li jkunu residenti fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.

(26)

L-otteniment ta' l-approvazzjoni mil-livelli superjuri tat-tmexxija sabiex jiġu stabbiliti relazzjonijiet ta' negozju ma jimplikax l-otteniment ta' l-approvazzjoni mill-bord tad-diretturi iżda jfisser approvazzjoni mill-livell ġerarkiku immedjatament fuq il-persuna li tfittex tali approvazzjoni.

(27)

Sabiex jiġu evitati proċeduri ripetuti ta’ identifikazzjoni tal-klijent, li jwasslu għal dewmien u ineffiċjenza fin-negozju, huwa xieraq, suġġett għas-salvagwardji adatti, li tiġi permessa l-introduzzjoni ta' klijenti li l-identifikazzjoni tagħhom tkun saret x’imkien ieħor. F’dawk il-każijiet fejn istituzzjoni jew persuna koperti minn din id-Direttiva jafdaw terzi, ir-responsabbiltà finali għall-proċedura ta’ diliġenza dovuta mal-klijent tibqa’ ta’ l-istituzzjoni jew persuna li lilha tkun saret l-introduzzjoni tal-klijent. Il-parti terza, jew dik li tintroduċi, tibqa' responsabbli fir-rigward tar-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva, inkluż ir-rekwiżit li tirrapporta transazzjonijiet suspettużi u żżomm ir-records, sa fejn iwasslu r-relazzjonijiet tagħha mal-klijent koperti minn din id-Direttiva.

(28)

Fil-każ ta’ relazzjonijiet ta' aġenzija jew ta' “outsourcing” fuq bażi kontrattwali bejn istituzzjonijiet jew persuni koperti minn din id-Direttiva u persuni fiżiċi jew ġuridiċi esterni mhux koperti minnha, kwalunkwe obbligu kontra l-money laundering u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu għal dawk l-aġenti jew fornituri ta' “outsourcing”, bħala parti mill-istituzzjonijiet jew bħala persuni koperti minn din id-Direttiva, jista' jiġi biss minn kuntratt u mhux minn din id-Direttiva. Ir-responsabbiltà għall-konformità ma’ din id-Direttiva għandha tibqa' ta’ l-istituzzjoni u l-persuna koperti minnha.

(29)

Transazzjonijiet suspettużi għandhom jiġu rapportati lill-unità ta' l-intelliġenza finanzjarja (FIU), li sservi bħala ċentru nazzjonali sabiex tirċievi, tanalizza, u tqassam lill-awtoritajiet kompetenti rapporti dwar transazzjonijiet suspettużi u informazzjoni oħra dwar money laundering jew finanzjament terroristiku potenzjali. Dan m'għandux iġiegħel lill-Istati Membri li jibdlu s-sistemi attwali tagħhom ta' rapportaġġ meta r-rapportaġġ iseħħ permezz ta' prosekutur pubbliku jew permezz ta' awtoritajiet oħra għall-infurzar tal-liġi, kemm-il darba l-informazzjoni tiġi komunikata minnufih u mingħajr ċensura lill-FIUs u dan jippermettilhom li jwettqu xogħolhom adegwatament, inkluża l-koperazzjoni internazzjonali ma' FIUs oħra.

(30)

Bħala deroga mill-projbizzjoni ġenerali kontra t-twettiq ta' transazzjonijiet suspettużi, l-istituzzjonijiet u persuni koperti minn din id-Direttiva jistgħu jwettqu transazzjonijiet suspettużi qabel ma javżaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jkun impossibbli li ma dawn jitwettqux jew fejn, jekk ma titwettaqx tali transazzjoni, jistgħu jixxekklu l-isforzi sabiex jinqabdu l-benefiċjarji ta’ operazzjoni ta' money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu suspettuża. Dan, madankollu, għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali aċċettati mill-Istati Membri li jiffriżaw mingħajr dewmien fondi jew assi oħra ta' terroristi, ta' organizzazzjonijiet terroristiċi jew ta' dawk li jiffinanzjaw it-terroriżmu, skond ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(31)

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 23(2), huwa jista' jippermetti jew jitlob lill-korp awto-regolatorju li jirrappreżenta lill-persuni li huma msemmija f'dak l-Artikolu sabiex ma jittrażmettix lill-FIU kwalunkwe informazzjoni ottenuta mingħand dawk il-persuni fiċ-ċirkostanzi msemmija f'dak l-Artikolu.

(32)

Kien hemm numru ta’ każijiet ta’ impjegati li rrapportaw is-suspetti tagħhom dwar money laundering u li kienu suġġetti għal theddid jew xi azzjoni ostili. Għalkemm din id-Direttiva ma tistax tindaħal fil-proċeduri ġudizzjarji ta' l-Istati Membri, din hija kwistjoni kruċjali għall-effikaċja tas-sistema kontra l-money laundering u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. L-Istati Membri għandhom ikunu konxji ta' din il-problema u għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex iħarsu lill-impjegati minn tali theddid jew azzjoni ostili.

(33)

L-iżvelar ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 28 għandu jkun skond ir-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali lill-pajjiżi terzi kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (6). Minbarra dan, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 28 ma jistgħux jinterferixxu mal-liġijiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u tas-sigriet professjonali.

(34)

Il-persuni li sempliċiment ibiddlu dokumenti tal-karta f’data elettronika u jkunu qegħdin jaġixxu taħt kuntratt ma’ istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja ma jaqgħux fil-kamp ta' din id-Direttiva, u lanqas taqa' fil-kamp tagħha kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji biss b'messaġġ jew b'sistemi ta' appoġġ oħra għad-dispaċċ ta' fondi jew b'sistema ta' “clearance” u ta' ħlas.

(35)

Il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu huma problemi internazzjonali u l-isforz sabiex jiġu kombattuti għandu jkun globali. Fejn istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji Komunitarji ikollhom fergħat u sussidjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi fejn il-liġi li tirregola dan il-qasam tkun defiċjenti, dawn għandhom, sabiex jevitaw l-applikazzjoni ta' standards differenti ħafna fi ħdan istituzzjoni jew grupp ta' istituzzjonijiet, japplikaw l-istandard Komunitarju jew, jekk din l-applikazzjoni tkun impossibbli, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tagħhom.

(36)

Huwa importanti li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji ikunu jistgħu jirrispondu malajr għal talbiet għal informazzjoni dwar jekk għandhomx relazzjonijiet ta' negozju ma’ persuni indikati b'isimhom. Għall-iskop ta’ l-identifikazzjoni ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta' negozju sabiex ikunu jistgħu jagħtu dik l-informazzjoni malajr, l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji għandhom ikollhom stabbiliti sistemi effettivi li jkunu adegwatament proporzjonati għad-daqs u n-natura tan-negozju. B’mod partikolari ikun kunsiljabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kbar li jkollhom sistemi elettroniċi għad-disposizzjoni tagħhom. Din id-disposizzjoni hija ta’ importanza partikolari fil-kuntest tal-proċeduri li jwasslu għal miżuri bħall-iffriżar jew il-qbid ta’ assi (inklużi assi ta' terroristi), skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi Komunitarja applikabbli bl-iskop li jiġi kombattut it-terroriżmu.

(37)

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dettaljati għad-“diliġenza dovuta mal-klijent”, inkluża diliġenza imsaħħa dovuta mal-klijenti għal dawk il-klijenti jew relazzjonijiet ta' negozju ta’ riskju għoli, bħal proċeduri adatti sabiex jiġi stabbilit jekk persuna hijiex persuna esposta politikament, u ċerti rekwiżiti addizzjonali, aktar dettaljati, bħall-eżistenza ta' proċeduri u linji ta' kondotta fl-immaniġġar tal-konformità. Dawn ir-rekwiżiti kollha għandhom jintlaħqu minn kull waħda mill-istituzzjonijiet u persuni koperti minn din id-Direttiva, filwaqt li l-Istati Membri huma mistennija li jfasslu l-implementazzjoni dettaljata ta’ dawk id-disposizzjonijiet għall-partikolaritajiet tad-diversi professjonijiet u għad-differenzi fl-iskala u d-daqs ta’ l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva.

(38)

Sabiex jiġi żgurat l-impenn kontinwu ta' l-istituzzjonijiet u ta' oħrajn suġġetti għal-liġi Komunitarja f’dan il-qasam, fejn ikun prattiku, għandu jsir disponibbli għalihom “feedback” dwar l-utilità, u dwar segwitu għar-rapporti li huma jippreżentaw. Sabiex dan isir possibbli, u sabiex ikunu jistgħu jagħmlu reviżjoni ta’ l-effikaċja tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom iżommu u jtejbu l-istatistiċi rilevanti.

(39)

Meta jirreġistraw jew jagħtu liċenzja, fuq bażi nazzjonali, lil xi uffiċċju tal-kambju tal-flus, fornitur ta' servizzi ta' trust u ta' kumpanniji jew każinò, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-persuni li effettivament imexxu jew li sejrin imexxu n-negozju ta’ dawn l-entitajiet u s-sidien benefiċjarji ta’ dawn l-entitajiet ikunu persuni adatti u xierqa. Il-kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk persuna hijiex adatta u xierqa jew le għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-liġi nazzjonali. Bħala minimu dawn il-kriterji għandhom jirriflettu l-bżonn li jitħarsu dawn l-entitajiet milli jintużaw ħażin mid-diretturi jew mis-sidien benefiċjarji tagħhom għal skopijiet kriminali.

(40)

Filwaqt li jittieħed kont tal-karattru internazzjonali tal-money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu, il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja kif imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/JHA tas-17 ta' Ottubru 2000 dwar l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-FIUs ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni (7), inkluż it-twaqqif ta’ FIU-net ta' l-UE, għandhom kemm jista' jkun jiġu mħeġġa f'medda mill-aktar wiesgħa. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tagħti dik l-għajnuna li tista’ tkun meħtieġa sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni, inkluża l-għajnuna finanzjarja.

(41)

L-importanza tal-ġlieda kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu għandha twassal lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-liġi nazzjonali kontra n-nuqqas ta' osservanza tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet li jipprevedu pieni fir-rigward ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi. Billi persuni ġuridiċi ta’ spiss ikunu nvoluti f’operazzjonijiet kumplessi ta’ money laundering u ta' finanzjament tat-terroriżmu, is-sanzjonijiet għandhom ikunu aġġustati skond l-attività mwettqa mill-persuni ġuridiċi.

(42)

Persuni fiżiċi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a) u (b) fi ħdan l-istruttura ta’ persuna ġuridika, iżda fuq bażi indipendenti, għandhom ikunu indipendentement responsabbli għall-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 35.

(43)

Tista' tkun meħtieġa il-kjarifika ta' l-aspetti tekniċi tar-regoli stipulati f'din id-Direttiva sabiex ikun żgurat li din id-Direttiva tiġi implementata b'mod effettiv u b'mod suffiċjentement konsistenti, b'kont meħud ta' l-istrumenti finanzjarji, tal-professjonijiet u tar-riskji differenti fl-Istati Membri differenti u ta' l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat sabiex tadotta miżuri ta' implementazzjoni, bħal ċerti kriterji sabiex jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta' riskju baxx jew għoli li fihom tista' tkun suffiċjenti forma simplifikata ta' diliġenza dovuta jew tista' tkun kunsiljabbli forma msaħħa ta' diliġenza dovuta, skond il-każ, sakemm dawn il-miżuri ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta' din id-Direttiva u sakemm il-Kummissjoni timxi skond il-prinċipji stabbiliti fiha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Prevenzjoni tal-Money Laundering u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu.

(44)

Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (8). Għal dak il-għan għandu jiġi stabbilit Kumitat ġdid għall-Prevenzjoni tal-Money Laundering u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, li jieħu post il-Kumitat ta’ Kuntatt dwar il-Money Laundering stabbilit bid-Direttiva 91/308/KEE.

(45)

Fid-dawl ta' l-emendi sostanzjali ħafna li hemm bżonn li jsiru lid-Direttiva 91/308/KEE, din għandha titħassar għal raġunijiet ta' ċarezza.

(46)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’mod konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(47)

Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implementazzjoni tagħha skond din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin: il-bżonn ta’ livelli għolja ta' trasparenza u ta' konsultazzjoni ma' istituzzjonijiet u persuni koperti minn din id-Direttiva u mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill; il-bżonn li l-awtoritajiet kompetenti ikunu kapaċi jiżguraw konformità mar-regoli b’mod konsistenti; il-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva tul perjodu twil ta' żmien fi kwalunkwe miżuri ta’ implementazzjoni; il-bżonn li tiġi rispettata l-flessibbiltà meħtieġa fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ implementazzjoni abbażi ta' konoxxenza tar-riskji; il-bżonn li tiġi żgurata koerenza ma' liġijiet oħra Komunitarji f'dan il-qasam; il-bżonn li l-Komunità, l-Istati Membri tagħha u ċ-ċittadini tagħhom ikunu mħarsa mill-konsegwenzi tal-money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

(48)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Xejn f’din id-Direttiva m'għandu jiġi interpretat jew implementat b’mod li ma jkunx konsistenti mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu jkunu projbiti.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dawn li ġejjin, meta jitwettqu bi ħsieb, għandhom jitqiesu bħala money laundering:

(a)

il-konverżjoni jew it-trasferiment ta’ proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f’tali attività, għall-iskop ta’ ħabi jew travestiment ta’ l-oriġini illeċita tal-proprjetà jew sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta’ tali attività sabiex tevadi l-konsegwenzi legali ta’ l-azzjoni tagħha;

(b)

il-ħabi jew travestiment tan-natura, sors, lokalità, dispożizzjoni, moviment, jew sidien veri tal-proprjetà jew tad-drittijiet veri fir-rigward tagħha, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f’tali attività;

(ċ)

l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta’ proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f’tali attività;

(d)

il-kompliċità, l-assoċjazzjoni, it-tentattiv, u l-għoti ta' għajnuna, l-istigazzjoni, l-aġevolazzjoni u l-għoti ta' pariri fit-twettiq jew għat-twettiq ta’ xi waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti hawn fuq.

3.   Il-money laundering għandu jitqies bħala tali anke fejn l-attivitajiet li ġġeneraw il-proprjetà destinata għal-laundering twettqu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew f’dak ta’ pajjiż terz.

4.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser il-provvista jew il-ġbir ta’ fondi, bi kwalunkwe mezz, b’mod dirett jew indirett, bil-ħsieb li jintużaw jew bil-konoxxenza li sejrin jintużaw, kollha jew parzjalment, sabiex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati fis-sens ta’ l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (9).

5.   Il-konoxxenza, il-ħsieb jew l-iskop meħtieġ bħala element ta' l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 jistgħu jiġu dedotti minn ċirkostanzi fattwali oġġettivi.

Artikolu 2

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(1)

istituzzjonijiet ta' kreditu;

(2)

istituzzjonijiet finanzjarji;

(3)

il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi, li ġejjin, meta jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet professjonali tagħhom:

(a)

awdituri, accountants esterni u konsulenti tat-taxxa;

(b)

nutara u professjonisti legali indipendenti oħra, meta dawn jipparteċipaw, kemm jekk jaġixxu f’isem jew għall-klijent tagħhom fi kwalunkwe transazzjoni finanzjarja jew immobbiljarja, kif ukoll jekk jgħinu fl-ippjanar jew fl-esekuzzjoni tat-transazzjonijiet għall-klijent tagħhom dwar:

(i)

ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jew ta’ entitajiet kummerċjali;

(ii)

l-amministrazzjoni ta' flus, titoli jew assi oħra tal-klijent;

(iii)

il-ftuħ jew l-amministrazzjoni ta’ kontijiet bankarji ta’ tfaddil jew ta’ titoli;

(iv)

l-organizzazzjoni tal-kontributi neċessarji għall-kostituzzjoni, jew għall-operat jew għall-ġestjoni ta’ kumpanniji;

(v)

il-kostituzzjoni, l-operat jew il-ġestjoni ta’ trusts, ta' kumpanniji jew ta' strutturi simili;

(ċ)

fornituri ta’ servizzi ta' trust jew ta' kumpanniji li mhumiex diġà koperti mill-punti (a) jew (b);

(d)

aġenti immobbiljarji;

(e)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jinnegozjaw f'merċi, biss sa fejn il-ħlasijiet isiru fi flus kontanti f'ammont ta' EUR 15 000 jew iżjed, kemm jekk it-transazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda kif ukoll jekk f’diversi operazzjonijiet li jidhru marbuta ma' xulxin;

(f)

każinojiet.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dawk il-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jeżerċitaw xi attività finanzjarja fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna u fejn ftit hemm riskju ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu ma jaqgħux fl-ambitu ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(1) jew (2).

Artikolu 3

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu, kif definita fl-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (10), inklużi l-fergħat, fis-sens ta’ l-Artikolu 1(3) ta’ dik id-Direttiva, li jinsabu fil-Komunità ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom ġewwa jew barra l-Komunità;

(2)

“istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser:

(a)

impriża għajr istituzzjoni ta' kreditu li twettaq waħda jew iżjed mill-operazzjonijiet inklużi fil-punti 2 sa 12 u l-punt 14 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 2000/12/KE, inklużi l-attivitajiet ta’ uffiċċji tal-kambju (bureaux de change) u ta' uffiċċji tat-trasmissjoni jew tad-dispaċċ ta’ flus;

(b)

kumpannija ta’ l-assikurazzjoni kif awtorizzata konformement mad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assikurazzjoni fuq il-ħajja (11), sakemm din twettaq attivitajiet koperti minn dik id-Direttiva;

(ċ)

impriża ta’ l-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(i) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq ta' strumenti finanzjarji (12);

(d)

impriża ta’ investiment kollettiv li tikkummerċjalizza l-units jew l-ishma tagħha;

(e)

intermedjarju ta' l-assikurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/92/KE tad-9 ta' Diċembru 2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-medjazzjoni fl-assikurazzjoni (13), bl-eċċezzjoni ta' intermedjarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(7) ta' dik id-Direttiva, meta jaġixxu fir-rigward ta' assikurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi oħra konnessi ma' l-investiment;

(f)

fergħat, meta jinsabu fil-Komunità, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (e) li l-uffiċċji prinċipali tagħhom ikunu ġewwa jew barra l-Komunità;

(3)

“proprjetà” tfisser assi ta’ kull tip, sew korporali jew inkorporali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u dokumenti jew strumenti legali fi kwalunkwe forma inkluża dik elettronika jew diġitali, li tixhed it-titolu ta' tali assi jew l-interess fihom.

(4)

“attività kriminali” tfisser kwalunkwe tip ta’ involviment kriminali fit-twettiq ta’ reati serji.

(5)

“reati serji” tfisser, għall-inqas:

(a)

atti kif definiti fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/JHA;

(b)

kwalunkwe reat minn fost dawk definiti fl-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ l-1988 tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illiċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi;

(ċ)

l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet kriminali kif definiti fl-Artikolu 1 ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/JHA tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar il-kriminalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (14);

(d)

frodi, għall-inqas serja, kif definita fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (15);

(e)

korruzzjoni;

(f)

ir-reati kollha punibbli bid-deprivazzjoni tal-libertà jew b'ordni ta’ detenzjoni għal massimu ta’ aktar minn sena jew, fir-rigward ta’ dawk l-Istati li għandhom livell minimu indikattiv għar-reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli bid-deprivazzjoni tal-libertà jew b'ordni ta’ detenzjoni għal minimu ta’ iżjed minn sitt xhur.

(6)

‘sid benefiċjarju’ tfisser il-persuna jew persuni fiżiċi li fl-aħħar mill-aħħar ikunu s-sidien tal-klijent jew jikkontrollaw il-klijent u/jew il-persuna fiżika li f'isimha titwettaq xi transazzjoni jew attività; is-sid benefiċjarju għandu mill-inqas jinkludi:

(a)

għal entitajiet korporati:

(i)

il-persuna jew persuni fiżiċi li fl-aħħar mill-aħħar ikunu s-sidien ta' entità ġuridika jew jikkontrollaw entità ġuridika permezz ta' titolu ta' proprjetà jew ta' kontroll dirett jew indirett ta' perċentwali suffiċjenti ta' l-ishma jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-entità legali, anke permezz ta' bearer share holdings, minbarra kumpannija reġistrata f'suq regolat li tkun suġġetta għal rekwiżiti ta' żvelar konformi mal-liġi Komunitarja jew suġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti; perċentwali ta' 25 % u sehem wieħed għandhom jitqiesu bħala suffiċjenti sabiex jiġi sodisfatt dan il-kriterju;

(ii)

il-persuna jew persuni fiżiċi li bi kwalunkwe mod ieħor jeżerċitaw kontroll fuq it-tmexxija ta' l-entità ġuridika;

(b)

fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi, bħal fondazzjonijiet, u ta' arranġamenti ġuridiċi, bħal trusts, li jamministraw u jqassmu fondi:

(i)

fejn il-benefiċjarji futuri diġa ġew determinati, il-persuna jew persuni fiżiċi li jkunu l-benefiċjarji ta' 25 % jew aktar tal-proprjetà ta’ l-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika;

(ii)

fejn l-individwi li jibbenefikaw mill-arranġament jew entità ġuridiċi għad iridu jiġu determinati, il-klassi tal-persuni li fl-interess prinċipali tagħhom l-arranġament ġuridiku jew l-entità ġuridika huma mwaqqfa jew joperaw;

(iii)

il-persuna jew persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq 25 % jew aktar tal-proprjetà ta’ l-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika;

(7)

“fornituri ta’ servizzi ta' trust jew ta' kumpanniji” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li bħala eżerċizzju ta' negozju tipprovdi lil terzi kwalunkwe wieħed mis-servizzi li ġejjin:

(a)

il-formazzjoni ta’ kumpanniji jew ta' persuni ġuridiċi oħrajn;

(b)

il-qadi ta' dmirijiet, jew l-arranġament sabiex persuna oħra isservi, bħala direttur jew segretarju ta’ kumpannija, jew bħala soċju f'soċjetà, jew f'xi pożizzjoni simili marbuta ma’ persuni ġuridiċi oħra;

(ċ)

il-fornitura ta' uffiċċju reġistrat, jew ta' indirizz kummerċjali, jew ta' indirizz ta' korrispondenza jew amministrattiv u servizzi oħra relatati, lil xi kumpannija, soċjetà jew kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku ieħor;

(d)

il-qadi ta' dmirijiet, jew l-arranġament sabiex persuna oħra isservi, bħala trustee ta’ express trust jew ta' arranġament ġuridiku simili ieħor;

(e)

il-qadi ta' dmirijiet, jew l-arranġament sabiex persuna oħra isservi, bħala azzjonista nominat għal persuna oħra li ma tkunx kumpannija reġistrata fuq suq regolat suġġetta għal rekwiżiti ta' żvelar konformi mal-liġi Komunitarja jew suġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti;

(8)

“persuni esposti politikament” tfisser persuni fiżiċi li jkunu jew li kienu fdati b’funzjonijiet pubbliċi prominenti u membri tal-familja immedjati jew persuni magħrufa bħala assoċjati stretti ta’ dawn il-persuni;

(9)

“relazzjoni ta' negozju“ tfisser relazzjoni ta' negozju, professjonali jew kummerċjali li tkun marbuta ma' l-attivitajiet professjonali ta' l-istituzzjonijiet u l-persuni suġġetti għal din id-Direttiva u li tkun mistennija, fiż-żmien meta jsir il-kuntratt, li jkollha element dewwiemi;

(10)

“shell bank” tfisser istituzzjoni ta' kreditu, jew istituzzjoni li tieħu sehem f’attivitajiet ekwivalenti, inkorporata f’ġurisdizzjoni fejn ma għandhiex preżenza fiżika, li tinvolvi ħsieb u amministrazzjoni sinifikanti, u li ma tkunx affiljata f'xi grupp finanzjarju regolat.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ikunu estiżi kompletament jew parzjalment għal professjonijiet u għal kategoriji ta’ impriżi, għajr istituzzjonijiet u persuni msemmija fl-Artikolu 2(1), li jeżerċitaw attivitajiet li partikolarment x’aktarx jintużaw għal skopijiet ta' money laundering jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

2.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jestendi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal professjonijiet u kategoriji ta’ impriżi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1), dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ disposizzjonijiet aktar stretti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva sabiex jipprevjenu l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu.

KAPITOLU II

DILIĠENZA DOVUTA MAL-KLIJENT

TAQSIMA 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji milli jżommu kontijiet anonimi jew kotba anonimi ta' depożiti bankarji. B’deroga mill-Artikolu 9(6), l-Istati Membri għandhom fil-każijiet kollha jesiġu li s-sidien u l-benefiċjarji ta’ kontijiet anonimi eżistenti jew kotba anonimi ta' depożiti bankarji isiru suġġetti għal miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijent mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ qabel ma l-kontijiet jew il-kotba ta' depożiti bankarji jintużaw fi kwalunkwe mod.

Artikolu 7

L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva għandhom japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jistabbilixxu relazzjoni ta’ negozju;

(b)

meta jagħmlu transazzjonijiet okkażjonali li jammontaw għal EUR 15 000 jew iżjed, sew jekk it-transazzjoni ssir f’operazzjoni waħda jew jekk issir f’diversi operazzjonijiet li jidhru li marbuta ma xulxin;

(ċ)

fejn ikun hemm suspett ta’ money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu, tkun xi tkun id-deroga, l-eżenzjoni jew l-ammont operattiv;

(d)

meta jkun hemm dubbji dwar il-veraċità jew l-adegwatezza ta’ data ta’ identifikazzjoni tal-klijent miksuba qabel.

Artikolu 8

1.   Il-miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent għandhom jinkludu:

(a)

l-identifikazzjoni tal-klijent u l-verifika ta' l-identità tal-klijent fuq il-bażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni li jinkisbu minn sors affidabbli u indipendenti;

(b)

l-identifikazzjoni, fejn ikun applikabbli, tas-sid benefiċjarju u t-teħid ta' miżuri li jieħdu kont tar-riskji u li jkunu adegwati sabiex tiġi verifikata l-identità tiegħu b’tali mod li l-istituzzjoni jew il-persuna jkunu sodisfatti li jafu min ikun is-sid benefiċjarju, inkluż, fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, trusts u arranġamenti ġuridiċi simili, it-teħid ta' miżuri li jieħdu kont tar-riskji u li jkunu adegwati sabiex tinftiehem l-istruttura ta' proprjetà u ta' kontroll tal-klijent;

(ċ)

il-ksib ta' informazzjoni dwar l-iskop u n-natura prevista tar-relazzjoni ta' negozju;

(d)

l-eżerċizzju ta' sorveljanza kontinwa tar-relazzjoni ta' negozju inkluż skrutinju tat-transazzjonijiet matul il-kors ta’ dik ir-relazzjoni sabiex ikun żgurat li t-transazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-konoxxenza ta’ l-istituzzjoni jew tal-persuna dwar il-klijent, in-negozju u l-profil tar-riskju, kif ukoll, fejn ikun neċessarju, dwar is-sors tal-fondi u jiġi żgurat li d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmuma ikunu dejjem aġġornati.

2.   L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva għandhom japplikaw kull waħda mir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta mal-klijent stabbiliti fil-paragrafu 1, iżda jistgħu jistabbilixxu l-firxa ta’ dawn il-miżuri fuq bażi tal-konoxxenza tar-riskju skond it-tip ta’ klijent, relazzjoni ta' negozju, prodott jew transazzjoni. L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 37, inklużi korpi awto-regolatorji, li l-entità tal-miżuri hija adattata fid-dawl tar-riskji tal-money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati qabel ma tiġi stabbilita r-relazzjoni ta' negozju jew it-twettiq tat-transazzjoni.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-identitajiet tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati waqt li tiġi stabbilita relazzjoni ta' negozju jekk dan ikun neċessarju sabiex ma tiġix interrotta t-tmexxija normali tan-negozju u fejn hemm ftit riskju li jkun hemm money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, dawn il-proċeduri għandhom jitlestew hekk kif ikun prattiku wara l-kuntatt tal-bidu.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tan-negozju ta’ l-assikurazzjoni fuq il-ħajja, jippermettu li l-verifika ta' l-identità tal-benefiċjarju tal-polza ssir wara li tiġi stabbilita r-relazzjoni ta' negozju. F’dak il-każ, il-verifika għandha ssir fil-waqt jew qabel il-waqt tal-ħlas jew fil-waqt jew qabel il-waqt li l-benefiċjarju ikollu l-ħsieb li juża d-drittijiet mogħtija mill-polza.

4.   Bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ftuħ ta' kont bankarju kemm-il darba ikun hemm salvagwardji adegwati fis-seħħ sabiex jiżguraw li ma jitwettqux transazzjonijiet mill-klijent jew f'ismu sakemm ma tiġix żgurata l-konformità kompleta mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

5.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li, fejn l-istituzzjoni jew il-persuna konċernata ma jistgħux jikkonformaw mal-punti (a), (b) u (ċ) ta’ l-Artikolu 8(1), dawn ma jistgħux iwettqu transazzjonijiet permezz ta' kont bankarju, jew jistabbilixxu relazzjoni ta’ negozju jew iwettqu t-transazzjoni, jew ikollhom itemmuir-relazzjoni ta’ negozju, u jkollhom jikkonsidraw li jagħmlu rapport lill-unità ta' l-intelliġenza finanzjarja (FIU) skond l-Artikolu 22 fir-rigward tal-klijent.

L-Istati Membri mhumiex obbligati japplikaw din id-disposizzjoni f’sitwazzjonijiet fejn nutara, professjonisti legali indipendenti, awdituri, accountants u konsulenti tat-taxxa esterni ikunu qegħdin jaċċertaw il-posizzjoni legali għall-klijent tagħhom jew jaqdu dmirijiethom billi jiddefendu jew jirrappreżentaw dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji, jew in konnessjoni magħhom, anke billi jagħtu pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta' proċedimenti legali.

6.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonjiet u l-persuni koperti b’din id-Direttiva japplikaw proċeduri ta’ diliġenza dovuta mhux biss mal-klijenti ġodda iżda wkoll fi żminijiet xierqa ma' klijenti eżistenti fuq il-bażi tal-konoxxenza tar-riskji.

Artikolu 10

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-klijenti kollha tal-każinojiet jiġu identifikati u li l-identità tagħhom tiġi verifikata jekk jixtru jew jibdlu ċippi tal-logħob b'valur ta' EUR 2 000 jew aktar.

2.   Il-każinojiet suġġetti għas-superviżjoni ta’ l-Istat għandhom jitqiesu fi kwalunkwe każ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta jekk huma jirreġistraw u jidentifikaw il-klijenti, u jivverifikaw l-identità tagħhom, immedjatament mad-dħul jew qabel, immaterjalment mill-ammont ta' ċippi tal-logħob mixtrija.

TAQSIMA 2

Diliġenza dovuta simplifikata mal-klijent

Artikolu 11

1.   B’deroga mill-Artikoli 7(a), (b) u (d), 8 u 9(1), l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti msemmija f’dawk l-Artikoli fejn il-klijent ikun istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja koperta minn din id-Direttiva, jew istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja li tkun tinsab f’pajjiż terz li jimponi rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u li tkun sorveljata għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

2.   B’deroga mill-Artikoli 7(a), (b) u (d), 8 u 9(1) l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva li ma japplikawx id-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward ta’:

(a)

kumpanniji kkwotati li t-titoli tagħhom ikunu aċċettati għan-negozju f'suq regolat fis-sens tad-Direttiva 2004/39/KE fi Stat Membru wieħed jew aktar u kumpanniji kkwotati ta' pajjiżi terzi li jkunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ żvelar konsistenti mal-liġi Komunitarja;

(b)

sidien benefiċjarji ta’ kontijiet akkomunati miżmuma minn nutara u professjonisti legali indipendenti oħra mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi sakemm ikunu suġġetti għal rekwiżiti li jikkombattu l-money laundering jew il-finanzjament tat-terroriżmu konsistenti ma’ l-istandards internazzjonali u jkunu sorveljati għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti u sakemm l-informazzjoni dwar l-identità tas-sid benefiċjarju tkun disponibili, meta mitluba, għall-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala istituzzjonijiet depożitarji għall-kontijiet akkomunati;

(ċ)

awtoritajiet pubbliċi domestiċi,

jew fir-rigward ta’ kwalunkwe klijent ieħor li jirrappreżenta riskju baxx ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu li jissodisfa l-kriterji tekniċi stabbiliti skond l-Artikolu 40(1)(b).

3.   Fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva għandhom fi kwalunkwe każ jiġbru informazzjoni suffiċjenti sabiex jistabbilixxu jekk il-klijent jikkwalifikax għall-eżenzjoni kif imsemmi f’dawk il-paragrafi.

4.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2 jew f’sitwazzjonijiet oħra li jissodisfaw il-kriterji tekniċi stabbiliti skond l-Artikolu 40(1)(b).

5.   B’deroga mill-Artikoli 7(a), (b) u (d), 8 u 9(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva li ma japplikawx id-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward ta’:

(a)

poloz ta' l-assikurazzjoni fuq il-ħajja fejn il-premium annwali ma jkunx iżjed minn EUR 1 000 jew il-premium uniku ma jkunx iżjed minn EUR 2 500;

(b)

poloz ta’ l-assikurazzjoni għal skemi ta’ pensjonijiet jekk ma jkunx hemm applikabbli klawsola ta’ ċediment u l-polza ma tistaz tintuża bħala garanzija;

(ċ)

skema ta' pensjoni, jew ta' superannuation jew skema simili li tipprovdi benefiċċji ta’ l-irtirar għall-impjegati, fejn il-kontribuzzjonijiet isiru permezz tat-tnaqqis mill-pagi u r-regoli ta’ l-iskema ma jippermettux it-trasferiment ta’ l-imgħax ta’ membru taħt l-iskema;

(d)

flus elettroniċi, kif definiti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-supervizjoni prudenti tal-kummerċ ta' istituzzjoni ta' flus elettroniċi (16), fejn, jekk l-istrument ma jistax jiġi rikarigat, l-ammont massimu miżmum fl-istrument ma jkunx aktar minn EUR 150, jew fejn, jekk l-istrument jista’ jiġi rikarigat, ikun impost limitu ta’ EUR 2 500 fuq l-ammont totali tat-transazzjoni f’sena kalendarja, għajr meta ammont ta’ EUR 1 000 jew aktar jinfeda f’dik l-istess sena kalendarja mid-detentur kif imsemmi l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/46/KE,

jew fir-rigward ta' kwalunkwe prodott ieħor jew transazzjoni li jirrapreżentaw riskju baxx ta' money laundering jew finanzjament ta' terroriżmu u li jkunu jissodisfaw il-kriterji tekniċi stabbiliti skond l-Artikolu 40(1)(b).

Artikolu 12

F'każ li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 40(4), l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti b'din id-Direttiva milli japplikaw il-forma simplifikata tad-diliġenza dovuta fil-konfront ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji jew kumpanniji reġistrati tal-pajjiż terz konċernat jew entitajiet oħra sussegwenti għal sitwazzjonijet li jissodisfaw il-kriterji tekniċi stabbiliti skond l-Artikolu 40(1)(b).

TAQSIMA 3

Diliġenza dovuta msaħħa mal-klijent

Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu mill-istituzzjonijiet u mill-persuni koperti minn din id-Direttiva, li japplikaw, fuq il-bażi tal-konoxxenza tar-riskju, miżuri msaħħa ta' diliġenza dovuta mal-klijent, flimkien mal-miżuri msemmija fl-Artikoli 7, 8 u 9(6), f'sitwazzjonijiet li min-natura tagħhom jistgħu joħolqu riskju ikbar ta' money laundering jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, u għallinqas fis-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafi 2, 3, u 4 u f'sitwazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw riskju kbir ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu li jissodisfaw il-kriterji tekniċi stabbiliti skond l-Artikolu 40(1)(ċ).

2.   Fejn il-klijent ma kienx preżenti fiżikament għall-finijiet ta' identifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jesiġu li dawk l-istituzzjonijiet u persuni japplikaw miżuri speċifiċi u adatti sabiex jikkumpensaw għar-riskju ikbar, per eżempju billi japplikaw waħda, jew aktar, minn dawn il-miżuri li ġejjin:

(a)

jiżguraw li l-identità tal-klijent tiġi stabbilita b’dokumenti, data jew informazzjoni addizzjonali;

(b)

jieħdu miżuri supplimentari li jivverifikaw jew jiċċertifikaw id-dokumenti provduti, jew jesiġu ċertifikazzjoni konfermanti minn istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja koperta minn din id-Direttiva;

(ċ)

jiżguraw li l-ewwel pagament ta’ l-operazzjonijijiet isir permezz ta' kont miftuħ fl-isem tal-klijent ma' istituzzjoni ta' kreditu.

3.   Fir-rigward ta' relazzjoni ta' korrispondenza bankarja transkonfinali ma’ istituzzjonijiet rispondenti minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jesiġu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu tagħhom li:

(a)

jiġbru informazzjoni suffiċjenti dwar istituzzjoni rispondenti sabiex jifhmu interament in-natura tan-negozju ta' l-istituzzjoni rispondenti u jiddeterminaw minn informazzjoni pubblika disponibbli r-reputazzjoni ta’ l-istituzzjoni u l-kwalità ta’ superviżjoni;

(b)

jagħmlu stima tal-kontrolli kontra l-money laundering u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu ta’ l-istituzzjoni rispondenti;

(ċ)

jiksbu l-approvazzjoni tal-livelli għolja ta' ġestjoni qabel jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;

(d)

jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull istituzzjoni;

(e)

fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta' trasferimenti minn kontijiet, ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni ta' kreditu rispondenti ivverifikat l-identità tal-klijenti u prattikat id-diliġenza dovuta fuq bażi kontinwa mal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-korrispondent u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fuq talba ta’ l-istituzzjoni korrispondenti.

4.   Fir-rigward ta' transazzjonijiet jew relazzjonijiet ta' negozju ma’ persuni esposti politikament li jkunu residenti fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jesiġu mill-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva li:

(a)

jkollhom proċeduri bbażati fuq ir-riskju sabiex jistabbilixxu jekk il-klijent huwiex persuna esposta politikament;

(b)

jkollhom l-approvazzjoni tal-livelli għolja ta' ġestjoni qabel jistabbilixxu relazzjonijiet ta’ negozju ma' klijenti bħal dawn;

(ċ)

jieħdu miżuri adegwati sabiex jistabbilixxu s-sors tal-beni u s-sors tal-fondi li jkunu involuti fir-relazzjoni ta' negozju jew fit-transazzjoni;

(d)

iwettqu sorveljanza kontinwa aktar stretta tar-relazzjoni ta' negozju.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jidħlu jew ikomplu relazzjoni bankarja korrispondenti ma’ shell bank u għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li la jibdew u lanqas ikomplu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma’ bank li jkun magħruf li jippermetti li l-kontijiet tiegħu jintużaw minn shell bank.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva jagħtu attenzjoni speċjali lil kwalunkwe theddida ta' money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu li tista’ tiġi minn prodotti jew transazzjonijiet li jistgħu jiffavorixxu l-anonimità, u għandhom jieħdu miżuri, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jevitaw l-użu tagħhom fi skemi ta' money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu.

Taqsima 4

implementazzjoni minn terzi

Artikolu 14

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva jafdaw terzi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ). Madankollu, ir-responsabbilità finali għall-osservanza ta' dawk ir-rekwiżiti għandha tibqa’ ta’ l-istituzzjoni jew il-persuna koperta minn din id-Direttiva li tafda t-terz.

Artikolu 15

1.   Fejn Stat Membru jippermetti li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) jew (2), li jinsabu fit-territorju tiegħu, jintużaw domestikament bħala terzi, dak l-Istat Membru għandu fi kwalunkwe każ jippermetti l-istituzzjonijiet u l-persuni tiegħu msemmija fl-Artikolu 2(1) jirrikonoxxu u jaċċettaw, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14, ir-riżultat tar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta mal-klijent stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ), li jitwettqu skond din id-Direttiva minn istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) jew (2) fi Stat Membru ieħor (bl-eċċezzjoni ta’ uffiċċji tal-kambju u uffiċċji tat-trasmissjoni jew dispaċċ tal-flus) u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 16 u 18, anke jekk id-dokumenti jew id-data li fuqhom dawk r-rekwiżiti kienu bbażati huma differenti minn dawk meħtieġa fl-Istat Membru li lilu l-klijent jiġi riferut.

2.   Fejn Stat Membru jippermetti li l-uffiċċji tal-kambju u l-uffiċċji tat-trasmissjoni jew tad-dispaċċ tal-flus, imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a), li jinsabu fit-territorju tiegħu, jintużaw domestikament bħala terzi, dak l-Istat Membru għandu fi kwalunkwe eventwalità jippermettilhom li jirrikonoxxu u jaċċettaw, skond l-Artikolu 14, ir-riżultat tar-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ), li jitwettqu skond din id-Direttiva mill-istess kategorija ta’ istituzzjoni fi Stat Membru ieħor u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 16 u 18, anke jekk id-dokumenti jew id-data li fuqhom dawk ir-rekwiżiti kienu bbażati huma differenti minn dawk meħtieġa fl-Istat Membru li lilu l-klijent jiġi riferut.

3.   Fejn Stat Membru jippermetti li l-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a) sa (ċ), li jinsabu fit-territorju tiegħu, jintużaw domestikament bħala terzi, dak l-Istat Membru għandu fi kwalunkwe eventwalità jippermettilhom li jirrikonoxxu u jaċċettaw, skond l-Artikolu 14, ir-riżultat tar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta mal-klijent stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ), li jitwettqu skond din id-Direttiva minn persuna msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a) sa (ċ)fi Stat Membru ieħor u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 16 u 18, anke jekk id-dokumenti jew id-data li fuqhom dawk ir-rekwiżiti kienu bbażati huma differenti minn dawk meħtieġa fl-Istat Membru li lilu l-klijent jiġi riferut.

Artikolu 16

1.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, ‘terzi’ għandha tfisser l-istituzzjonijiet u l-persuni li huma elenkati fl-Artikolu 2, jew istituzzjonijiet u persuni ekwivalenti li jkunu jinsabu f'pajjiż terz, li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni professjonali obbligatorja, rikonoxxuta mil-liġi;

(b)

japplikaw ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta mal-klijent u r-rekwiżiti taż-żamma ta' reġistri kif stabbiliti jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva tkun sorveljata skond it-Taqsima 2 tal-Kapitolu V, jew ikunu jinsabu f’pajjiż terz li jimponi rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn iqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b).

Artikolu 17

Fejn il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 40(4), l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva milli jafdaw terzi mill-pajjiż terz konċernat sabiex iwettqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ).

Artikolu 18

1.   It-terzi għandhom jagħmlu l-informazzjoni mitluba skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a) sa (ċ) immedjatament disponibbli lill-istituzzjoni jew persuna li lilha jiġi riferut il-klijent.

2.   Fejn issir talba għalihom, il-kopji rilevanti tad-data ta’ identifikazzjoni u ta’ verifikazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti oħra dwar l-identità tal-klijent jew tas-sid benefiċjarju għandhom jintbagħtu minnufih mit-terz lill-istituzzjoni jew persuna li lilha jiġi riferut il-klijent.

Artikolu 19

Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għar-relazzjonijiet ta' outsourcing jew ta' aġenzija fejn, abbażi ta' ftehim kontrattwali, il-fornitur tas-servizz ta' outsourcing jew l-aġent għandu jitqies bħala parti mill-istituzzjoni jew persuna koperta minn din id-Direttiva.

KAPITOLU III

OBBLIGAZZJONIJIET TA' RAPPORTAĠĠ

TAQSIMA 1

Disposizzjoniet ġenerali

Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva jagħtu attenzjoni speċjali lil kwalunkwe attività li huma jqisu, min-natura tagħha, b'mod partikolari x’aktarx relatata ma' money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu u b’mod partikolari, lil transazzjonijiet kumplessi jew insolitament kbar u lill-forom kollha ta’ transazzjonijiet li ma jkollhomx skop ekonomiku apparenti jew skop legali viżibbli.

Artikolu 21

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi FIU sabiex jiġġieled b’mod effettiv il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu.

2.   Dik l-FIU għandha tkun imwaqqfa bħala unità nazzjonali ċentrali. Din għandha tkun responsabbli sabiex tirċievi (u sa fejn ikun permess), titlob, tanalizza u tqassam lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni żvelata dwar money laundering jew finanzjament terroristiku potenzjali jew li tkun meħtieġa mil-liġi nazzjonali jew minn regolamenti nazzjonali. Din għandha tingħata r-riżorsi adegwati sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIU ikollha aċċess, dirett jew indirett, tempestivament, għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u konnessa ma’ l-infurzar tal-liġi li hija tkun teħtieġ sabiex twettaq adegwatament il-funzjonijiet tagħha.

Artikolu 22

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti b’din id-Direttiva, u fejn applikabbli d-diretturi u l-impjegati tagħhom, jikkoperaw b’mod sħiħ:

(a)

billi minnufih jinformaw lill-FIU, minn rajhom, fejn l-istituzzjoni jew il-persuna koperta minn din id-Direttiva taf, tissuspetta jew għandha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li qiegħed jitwettaq jew ġie mwettaq jew attentat il-money laundering jew il-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

billi jipprovdu fil-pront lill-FIU fuq talba tagħha, l-informazzjoni neċessarja kollha, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi applikabbli.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-FIU ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab l-istituzzjoni jew il-persuna li tibgħat l-informazzjoni. Il-persuna jew persuni nominati skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 34 għandhom normalment jibagħtu l-informazzjoni.

Artikolu 23

1.   B’deroga mill-Artikolu 22(1), l-Istati Membri jistgħu, fil-każ tal-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a) u (b), jinnominaw korp awto-regolatorju adatt tal-professjoni konċernata bħala l-awtorità li tiġi informata fl-ewwel istanza minflok l-FIU. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-korp awto-regolatorju nominat għandu f’dawn il-każijiet jibgħat l-informazzjoni lill-FIU fil-pront u mingħajr ma tkun ġiet filtrata.

2.   L-Istati Membri mhumiex obbligati japplikaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 22(1) fil-konfront ta' nutara, professjonisti legali indipendenti, awdituri, accountants esterni u konsulenti tat-taxxa fir-rigward ta’ informazzjoni li huma jirċievu minn xi wieħed mill-klijenti tagħhom jew li jiksbu dwaru, matul l-aċċertament tal-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom jew matul il-qadi ta' dmirijiethom permezz tad-difiża jew rappreżentanza ta' dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji, jew in konnessjoni magħhom, anke billi jagħtu pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta' proċedimenti legali, kemm jekk tali informazzjoni tiġi riċevuta jew miksuba qabel kif ukoll jekk wara tali proċedimenti.

Artikolu 24

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva ma jwettqux transazzjonijiet li huma jafu jew jissuspettaw li huma marbuta mal-money laundering jew mal-finanzjament tat-terroriżmu sakemm ma jkunux wettqu kompletament l-azzjoni neċessarja skond l-Artikolu 22(1)(a). Konformement mal-liġijiet ta' l-Istati Membri, jistgħu jingħataw istruzzjonijiet sabiex ma titwettaqx it-transazzjoni.

2.   Fejn ikun hemm suspett li tali transazzjoni tagħti lok għal money laundering jew għal finanzjament tat-terroriżmu u fejn ikun impossibbli li ma titwettaqx tali transazzjoni jew fejn, jekk ma titwettaqx tali transazzjoni, jistgħu jixxekklu l-isforzi sabiex jiġu insegwiti l-benefiċjarji ta' xi operazzjoni suspettata ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu, l-istituzzjonijiet u l-persuni konċernati għandhom jinformaw lill-FIU immedjatament wara.

Artikolu 25

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk, fil-kors ta’ l-ispezzjonijiet li jsiru fl-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 37, jew bi kwalunkwe mod ieħor, dawk l-awtoritajiet jiskopru fatti li jistgħu jkunu relatati mal-money laundering jew mal-finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom javżaw fil-pront lill-FIU.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi ta' sorveljanza li għandhom is-setgħa bil-liġi jew b'regolament li jikkontrollaw il-Borża, is-swieq tal-kambju u s-swieq finanzjarji javżaw lill-FIU jekk jiskopru fatti li jistgħu jkunu relatati mal-money laundering jew mal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 26

L-iżvelar in bona fede, kif previst fl-Artikoli 22(1) u 23, mill-istituzzjoni jew persuna koperta minn din id-Direttiva jew minn impjegat jew direttur ta’ tali istituzzjoni jew persuna ta' l-informazzjoni imsemmija fl-Artikoli 22 u 23 ma għandux jikkostitwixxi ksur ta’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew bi kwalunkwe disposizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandux jinvolvi xi responsabbiltà, ta’ kwalunwke tip, ta' l-istituzzjoni jew persuna jew tad-diretturi jew impjegati tagħha.

Artikolu 27

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha sabiex jipproteġu, milli jkunu esposti għat-theddid jew għal xi azzjoni ostili, lill-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet jew persuni koperti minn din id-Direttiva li jirrapportaw suspetti ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu kemm meta jagħmlu dan internament kif ukoll meta jagħmlu dan lill-FIU.

TAQSIMA 2

Projbizzjoni ta’ żvelar

Artikolu 28

1.   L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva u d-diretturi u l-impjegati tagħhom ma għandhomx jiżvelaw, lill-klijent konċernat u lanqas lil terzi, il-fatt li intbagħtet informazzjoni lill-FIU skond l-Artikoli 22 u 23 jew li tkun qiegħda, jew li tista', issir investigazzjoni dwar il-money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu.

2.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tinkludi l-iżvelar lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 37, inklużi l-korpi awto-regolatorji, jew l-iżvelar għall-finijiet ta’ l-infurzar tal-liġi.

3.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi sakemm dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1), li jappartjenu lill-istess grupp kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assikurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju (17).

4.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a) u (b) mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, li jwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom, kemm bħala impjegati jew le, fl-istess persuna ġuridika jew sistema retikolata. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “sistema retikolata” tfisser struttura akbar li għaliha tappartjeni l-persuna u li taqsam b'komunanza magħha kontroll komuni fir-rigward tad-dritt ta' proprjetà, jew it-tmexxija jew il-kontroll tal-konformità.

5.   Għall-istituzzjonijiet jew il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(1), (2) u (3)(a) u (b) fil-każijiet relatati ma’ l-istess klijent u ma' l-istess transazzjoni li tinvolvi żewġ istituzzjonijiet jew persuni jew aktar, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn l-istituzzjonijiet jew persuni rilevanti sakemm dawn jinsabu fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz li jimponi rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, u li huma mill-istess kategorija professjonali u huma suġġetti għal obbligi ekwivalenti fir-rigward tas-sigriet professjonali u l-protezzjoni tad-data personali. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża b’mod esklussiv għall-finijiet tal-prevenzjoni tal-money laundering u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

6.   Fejn il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a) u (b) ifittxu li jiddisswadu klijent milli jieħu sehem f’attività illegali, dan ma għandux jikkostitwixxi żvelar fis-sens tal-paragrafu 1.

7.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 jew 5.

Artikolu 29

Fejn il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 40(4), l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-iżvelar bejn l-istituzzjonijiet u persuni koperti minn din id-Direttiva u l-istituzzjonijiet u persuni mill-pajjiż terz konċernat.

KAPITOLI IV

ŻAMMA TA' REĠISTRI U DATA STATISTIKA

Artikolu 30

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva jżommu d-dokumenti u l-informazzjoni, li ġejjin, għall-użu fi kwalunkwe investigazzjoni dwar, jew l-analiżi ta’, money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu, li jkunu eventwalment possibbli, mill-FIU jew minn awtoritajiet kompetenti oħra skond il-liġi nazzjonali:

(a)

fil-każ tad-diliġenza dovuta mal-klijent, kopja jew ir-referenzi tal-prova meħtieġa, għal perjodu ta’ għall-inqas ħames snin wara li r-relazzjoni ta' negozju mal-klijent tagħhom tkun intemmet;

(b)

fil-każ ta’ relazzjonijiet ta’ negozju u transazzjonijiet, il-prova ta’ sostenn u l-informazzjoni dokumentata, li jikkonsistu f’dokumenti oriġinali jew kopji ammissibli fi proċedimenti tal-qorti taħt il-liġi applikabbli nazzjonali għal perjodu ta’ għall-inqas ħames snin wara t-twettiq tat-transazzjonjiet jew wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ negozju.

Artikolu 31

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji koperti minn din id-Direttiva japplikaw, fejn ikunu applikabbli, fil-fergħat tagħhom u s-sussidjarji li jkunu tagħhom permezz ta' maġġoranza ta' ishma li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi, miżuri ta’ l-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva fir-rigward tad-diliġenza dovuta mal-klijent u taż-żamma tar-reġistri.

Fejn il-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni ta’ tali miżuri ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji konċernati javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru rilevanti dwar dan.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom javżaw lil xulxin dwar il-każijiet fejn il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fejn tkun tista’ tittieħed azzjoni koordinata sabiex tinstab soluzzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li fejn il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri mitluba taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji jieħdu miżuri supplimentari sabiex jittrattaw b’mod effettiv ir-riskju ta' money laundering jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 32

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji tagħhom ikollhom sistemi stabbiliti li jgħinuhom jirrispondu bis-sħiħ u malajr għal talbiet mill-FIU, jew minn awtoritajiet oħra skond il-liġi nazzjonali tagħhom, għal informazzjoni dwar jekk huma għandhomx jew kellhomx matul il-ħames snin preċedenti relazzjoni ta' negozju ma’ persuna ġuridika jew fiżika speċifikata u dwar in-natura ta' dik ir-relazzjoni.

Artikolu 33

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jirrivedu l-effikaċja tas-sistemi tagħhom kontra l-money laundering jew il-finanzjament tat-terroriżmu billi jżommu statistika komprensiva dwar materji li jkunu rilevanti għall-effikaċja ta' tali sistemi.

2.   Dawn l-istatistiċi għandhom bħala minimu jkopru n-numru ta’ rapporti dwar transazzjonijiet suspettużi lill-FIU, il-miżuri sussegwentement meħuda abbażi ta' dawn ir-rapporti u jindikaw fuq bażi annwali n-numru ta’ każijiet investigati, in-numru ta’ persuni li ġew mħarrka, in-numru ta’ persuni li nstabu ħatja ta' money laundering jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, u kemm proprjetà ġiet iffriżata, maqbuda jew konfiskata.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi pubblikata reviżjoni konsolidata ta’ dawn ir-rapporti statistiċi.

KAPITOLU V

MIŻURI TA’ INFURZAR

TAQSIMA 1

Proċeduri interni, taħriġ u feedback

Artikolu 34

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva jistabbilixxu linji ta' kondotta u proċeduri adegwati u adatti rigward id-diliġenza dovuta mal-klijent, ir-rapportaġġ, l-immaniġġar tar-riskju, l-immaniġġar tal-konformità, u l-komunikazzjoni sabiex jiġu antiċipati u prevenuti operazzjonijiet konnessi mal-money laundering jew mal-finanzjament tat-terroriżmu.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji koperti minn din id-Direttiva jikkomunikaw il-linji ta' kondotta u l-proċeduri rilevanti, fejn japplikaw, lill-fergħat u lis-sussidjarji li jkunu tagħhom permezz ta' maġġoranza ta' ishma f’pajjiżi terzi.

Artikolu 35

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva jieħdu l-miżuri adatti sabiex l-impjegati rilevanti tagħhom ikunu jafu dwar id-disposizzjonijiet fis-seħħ abbażi ta’ din id-Direttiva.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati rilevanti tagħhom fi programmi ta' taħriġ speċjali kontinwu li jgħinuhom jagħrfu dawk l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu relatati mal-money laundering jew mal-finanzjament tat-terroriżmu u li jagħtuhom istruzzjonijiet dwar kif għandhom jipproċedu f'każijiet bħal dawn.

Fejn persuna fiżika li taqa’ f'waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(1)(3) teżegwixxi l-attivitajiet professjonali tagħha bħala impjegat ta’ persuna ġuridika, l-obbligi stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għal dik il-persuna ġuridika minflok għall-persuna fiżika.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar il-prattika tal-money laundering u ta' dawk li jiffinanzjaw it-terroriżmu u dwar l-indikazzjonijiet li jwasslu għall-għarfien ta’ transazzjonijiet suspettużi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull meta jkun prattiku, jingħata feedback tempestiv dwar l-effikaċja, u dwar il-miżuri sussegwentement meħuda abbażi, tar-rapporti ta’ money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu li jkunu suspettati.

TAQSIMA 2

Superviżjoni

Artikolu 36

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex l-uffiċċji tal-kambju u l-fornituri ta' servizzi ta’ trusts u ta' kumpanniji jkunu liċenzjati jew reġistrati sabiex ikunu jistgħu joperaw legalment. Mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni futura tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-uffiċċji tat-trasmissjoni tal-flus jew tad-dispaċċ tal-flus ikunu liċenzjati jew reġistrati sabiex ikunu jistgħu joperaw legalment.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jilliċenzjaw jew jirreġistraw l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jekk ma jkunux sodisfatti li l-persuni li effettivament imexxu jew sejrin imexxu n-negozju ta' entitajiet bħal dawn jew is-sidien benefiċjarji ta' entitajiet bħal dawn huma persuni adatti u xierqa.

Artikolu 37

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-inqas jissorveljaw effikaċement u jieħdu l-miżuri neċessarji bl-iskop li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva mill-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat adegwati, inklużi s-setgħat li jesiġu l-produzzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għas-sorveljanza tal-konformità u li jagħmlu verifiki, u jkollhom riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

3.   Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u każinojiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom setgħat imsaħħa ta’ sorveljanza, b’mod partikolari li jagħmlu ispezzjonijiet fuq il-post.

4.   Fil-każ tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a) sa (e), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu fuq il-bażi tal-konoxxenza tar-riskju.

5.   Fil-każ tal-persuni msemmija fil-Artikolu 2(1)(3)(a) u (b), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu minn korpi awto-regolatorji, sakemm dawn jikkonformaw mal-paragrafu 2.

TAQSIMA 3

Koperazzjoni

Artikolu 38

Il-Kummissjoni għandha tagħti dik l-għajnuna li tista’ tkun meħtieġa sabiex taġevola l-koordinazzjoni, inkluż l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-FIUs fil-Komunità.

TAQSIMA 4

Pieni

Artikolu 39

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi koperti minn din id-Direttiva jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri amministrattivi adatti jew li jistgħu jiġu mposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jew sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.   Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ta’ l-inqas ikunu jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur, kif imsemmi fil-paragrafu 1, kommess għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti ta’ organu tal-persuna ġuridika, li tkun tokkupa posizzjoni diriġenzjali fil-persuna ġuridika, ibbażata fuq:

a)

is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika, jew

b)

l-awtorità li tieħu deċiżjonijiet għan-nom tal-persuna ġuridika, jew

ċ)

l-awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

4.   Flimkien mal-każijiet diġa previsti fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 3 għamel possibbli l-ksur imsemmi fil-paragrafu 1 għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

KAPITOLU VI

MIŻURI IMPLEMENTATTIVI

Artikolu 40

1.   Sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering jew kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u sabiex tkun żgurata l-implementazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41(2), tadotta l-miżuri implementattivi li ġejjin:

(a)

miżuri ta' kjarifika ta' l-aspetti tekniċi tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 3(2)(a) u (d), (6), (7), (8), (9) u (10);

(b)

miżuri li jistabbilixxu kriterji tekniċi sabiex jiġi eżaminat jekk sitwazzjonijiet partikolari jirrappreżentawx riskju baxx ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) u (5);

(ċ)

miżuri li jistabbilixxu kriterji tekniċi sabiex jiġi eżaminat jekk sitwazzjonijiet partikolari jirrappreżentawx riskju għoli ta' money laundering jew ta' finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fl-Artikolu 13;

(d)

miżuri li jistabbilixxu kriterji tekniċi sabiex jiġi eżaminat jekk, skond l-Artikolu 2(2), ikunx ġustifikat li ma tiġix applikata din id-Direttiva għal ċerti persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jwettqu attività finanzjarja fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna.

2.   Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel miżuri implementattivi sabiex tagħti effett lill-paragrafi 1(b) u 1(d) sa 15 ta' Gunju 2006

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41(2), tadatta l-ammonti msemmija fl-Artikoli 2(1)(3)(e), 7(b), 10(1) u 11(5)(a) u (d) filwaqt li tieħu kont tal-leġislazzjoni Komunitarja, ta' żviluppi ekonomiċi u tat-tibdil fl-istandards internazzjonali.

4.   Fejn il-Kummissjoni ssib li pajjiż terz ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(1)jew 2, fl-Artikolu 28(3), (4) jew (5), jew fil-miżuri stabbiliti skond il-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 16(1)(b), jew li l-liġi ta' dak il-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 31(1), hija għandha tadotta deċiżjoni li tiddikjara dan konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 41

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat għall-Prevenzjoni tal-Money Laundering u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, minn hawn 'il quddiem ’il-Kumitat’.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha u bil-kondizzjoni li l-miżuri implementattivi adottati skond din il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.

Il-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

4.   Bla preġudizzju għall-miżuri implementattivi li jkunu diġa adottati, l-implementazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-adozzjoni ta' regoli u deċiżjonijiet tekniċi skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi sospiża erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jġeddu d-disposizzjonijiet konċernati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat u, għal dak l-għan, għandhom jirriveduhom qabel ma jiskadi l-perjodu ta' erba' snin.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 42

Sa 15 ta' Diċembru 2009, u mill-inqas kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għall-ewwel rapport bħal dan, il-Kummissjoni għandha tinkludi eżami speċifiku tat-trattament ta' l-avukati u ta' professjonisti legali indipendenti oħra.

Artikolu 43

Sa 15 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-perċentwali operattivi fl-Artikolu 3(6), u tagħti attenzjoni partikolari lill-konvenjenza u lill-konsegwenzi li jkunu eventwalment possibbli tat-tnaqqis tal-perċentwali fil-punti (a)(i), (b)(i) u (b)(iii) ta’ l-Artikolu 3(6) minn 25 % sa 20 %. Abbażi tar-rapport il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta għall-emendament ta' din id-Direttiva.

Artikolu 44

Id-Direttiva 91/308/KEE hija b'dan imħassra.

Ir-referenzi li jsiru għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Diretttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta' korrelazzjoni disposta fl-Anness.

Artikolu 45

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti, u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa 15 ta' Diċembru 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-disposizzjonijiet flimkien ma' tabella li tindika kif id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu għad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testijiet tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 46

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 47

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fiStrasburgu,26 ta' Ottubru 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

D. ALEXANDER

ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva:

Id-Direttiva 91/308/KEE

Artikolu 1(1)

Artikolu 2

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(Ċ)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(Ċ), punt 1

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 1(Ċ), punt 2

Artikolu 1(2)(ċ)

Artikolu 1(Ċ), punt 3

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 1(Ċ), punt 4

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(Ċ), paragrafu 3

Artikolu 1(4)

 

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(Ċ), paragrafu 2

Artikolu 2(1)(1)

Artikolu 2a(1)

Artikolu 2(1)(2)

Artikolu 2a(2)

Artikolu 2(1)(3)(a), (b) u (d) sa (f)

Artikolu 2a(3) sa (7)

Artikolu 2(1)(3)(ċ)

 

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 3(1)

Artikolu 1(A)

Artikolu 3(2)(a)

Artikolu 1(B)(1)

Artikolu 3(2)(b)

Artikolu 1(B)(2)

Artikolu 3(2)(ċ)

Artikolu 1(B)(3)

Artikolu 3(2)(d)

Artikolu 1(B)(4)

Artikolu 3(2)(e)

 

Artikolu 3(2)(f)

Artikolu 1(B), paragrafu 2

Artikolu 3(3)

Artikolu 1(D)

Artikolu 3(4)

Artikolu 1(E), paragrafu 1

Artikolu 3(5)

Artikolu 1(E), paragrafu 2

Artikolu 3(5)(a)

 

Artikolu 3(5)(b)

Artikolu 1(E), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(5)(ċ)

Artikolu 1(E), it-tieni inċiż

Artikolu 3(5)(d)

Artikolu 1(E), it-tielet inċiż

Artikolu 3(5)(e)

Artikolu 1(E), ir-raba inċiż

Artikolu 3(5)(f)

Artikolu 1(E), il-ħames inċiż u t-tielet subparagrafu

Artikolu 3(6)

 

Artikolu 3(7)

 

Artikolu 3(8)

 

Artikolu 3(9)

 

Artikolu 3(10)

 

Artikolu 4

Artikolu 12

Artikolu 5

Artikolu 15

Artikolu 6

 

Artikolu 7(a)

Artikolu 3(1)

Artikolu 7(b)

Artikolu 3(2)

Artikolu 7(ċ)

Artikolu 3(8)

Artikolu 7(d)

Artikolu 3(7)

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 3(1)

Artikolu 8(1)(b) sa (d)

 

Artikolu 8(2)

 

Artikolu 9(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 9(2) sa (6)

 

Artikolu 10

Artikolu 3(5) u (6)

Artikolu 11(1)

Artikolu 3(9)

Artikolu 11(2)

 

Artikolu 11(3) u (4)

Artikolu 11(5)(a)

Artikolu 3(3)

Artikolu 11(5)(b)

Artikolu 3(4)

Artikolu 11(5)(ċ)

Artikolu 3(4)

Artikolu 11(5)(d)

 

Artikolu 12

 

Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 3(10) u (11)

Artikolu 13(3) sa (5)

 

Artikolu 13(6)

Artikolu 5

Artikolu 14

 

Artikolu 15

 

Artikolu 16

 

Artikolu 17

 

Artikolu 18

 

Artikolu 19

 

Artikolu 20

Artikolu 5

Artikolu 21

 

Artikolu 22

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 23

Artikolu 6(3)

Artikolu 24

Artikolu 7

Artikolu 25

Artikolu 10

Artikolu 26

Artikolu 9

Artikolu 27

 

Artikolu 28(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 28(2) sa (7)

 

Artikolu 29

 

Artikolu 30(a)

Artikolu 4, l-ewwel inċiż

Artikolu 30(b)

Artikolu 4, it-tieni inċiż

Artikolu 31

 

Artikolu 32

 

Artikolu 33

 

Artikolu 34

Artikolu 11(1) (a)

Artikolu 35(1), paragrafu 1

Artikolu 11(1)(b), l-ewwel sentenza

Artikolu 35(1), paragrafu 2

Artikolu 11(1)(b) it-tieni sentenza

Artikolu 35(1), paragrafu 3

Artikolu 11(1), paragrafu 2

Artikolu 35(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 35(3)

 

Artikolu 36

 

Artikolu 37

 

Artikolu 38

 

Artikolu 39

Artikolu 14

Artikolu 40

 

Artikolu 41

 

Artikolu 42

Artikolu 17

Artikolu 43

 

Artikolu 44

 

Artikolu 45

Artikolu 16

Artikolu 46

Artikolu 16


(1)  Opinjoni mogħtija fil-11 ta' Mejju 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

(2)  ĠU C 40, 17.2.2005, p. 9.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2005… (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Settembru 2005.

(4)  ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 76).

(5)  ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(7)  ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

(10)  ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

(11)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

(12)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(13)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(14)  ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.

(15)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(16)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.

(17)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

122


KORRIĠENDUM

Korriġendum għad-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE

(Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali L 310, tal-25 ta' Novembru 2005, p. 10 )

DIRETTIVA 2005/64/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ottubru 2005

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Konformement mad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (3), għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet adegwati sabiex jiġi żgurat li vetturi tat-tip approvat li jaqgħu fil-kategorija M1, u dawk li jaqgħu fil-kategorija N1, ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jistgħu jerġgħu jintużaw u/jew jekk jistgħu jiġu riċiklati sa mill-inqas 85 % tal-massa tagħhom u jekk jistgħu jerġgħu jintużaw u/jew jekk jistgħu jiġu rkuprati sa mill-inqas 95 % tal-massa tagħhom.

(2)

Il-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti, tar-riċiklaġġ u ta' l-rkupru ta' materjali jikkostitwixxu parti sostanzjali mill-istrateġija Komunitarja għall-immaniġġar ta' l-iskart. Għalhekk għandu jkun rikjest mill-manifatturi tal-vetturi u l-fornituri tagħhom li jinkludu dawk l-aspetti fl-iktar stadji bikrin ta' l-iżvilupp ta' vetturi ġodda, sabiex jiġi faċilitat it-trattament ta' vetturi meta dawn ma jibqgħux jintużaw.

(3)

Din id-Direttiva hija waħda mid-Direttivi separati fil-qafas tas-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja ta' vetturi sħaħ stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4).

(4)

Is-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi sħaħ bħalissa hija obbligatorja għall-vetturi li jaqgħu fil-kategorija M1 u sejra tiġi estiża, fil-futur qarib, għall-kategoriji kollha ta' vetturi. Għalhekk hemm bżonn li jiġu inklużi fis-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi sħaħ dawk il-miżuri relatati mal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-rkupru ta' vetturi.

(5)

Għal dan il-għan, hemm bżonn li jiġu stabbiliti disposizzjonijiet li jieħdu kont tal-fatt li l-vetturi N1 għadhom mhumiex koperti mis-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi sħaħ.

(6)

Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità ta' l-approvazzjoni l-informazzjoni teknika relevanti kollha li tirrigwarda l-materjali kostitwenti u l-massi rispettivi tagħhom sabiex din tippermetti l-verifika tal-kalkoli tal-manifattur skond l-istandard ISO 22628 : 2002.

(7)

Il-kalkoli tal-manifattur jistgħu jiġu validati kif suppost fiż-żmien ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi biss jekk il-manifattur ikun stabbilixxa arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti sabiex jimmaniġġa l-informazzjoni kollha li jirċievi mill-fornituri tiegħu. Qabel ma tkun tista' tingħata kull approvazzjoni tat-tip, il-korp kompetenti għandu jwettaq evalwazzjoni preliminari ta' dawk l-arranġamenti u proċeduri u għandu joħroġ ċertifikat li jindika li huma sodisfaċenti.

(8)

Ir-relevanza ta' l-elementi differenti li jidħlu fil-kalkoli tar-rati tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru għandha tiġi evalwata skond il-proċessi għat-trattament ta' vetturi li ma jintużawx aktar. Il-manifattur għalhekk għandu jirrakkomanda strateġija għat-trattament ta' vetturi li ma jibqgħux jintużaw u għandu jipprovdi d-dettalji tagħha lill-korp kompetenti. Din l-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq teknoloġiji pruvati, li jkunu disponibbli jew li jkunu qegħdin jiġu żviluppati fiż-żmien meta tkun qiegħda ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-vettura.

(9)

Vetturi magħmula għal skop speċjali huma proġettati sabiex iwettqu funzjoni speċifika u jeħtieġu arranġamenti speċjali ta' karrozzerija li mhumiex kompletament taħt il-kontroll tal-manifattur. Għalhekk, ir-rati tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru ma jistgħux jiġu kkalkolati korrettament. Dawk il-vetturi, għalhekk, għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti dwar kalkoli.

(10)

Vetturi mhux kompluti jikkostitwixxu proporzjon sinifikattiv ta' vetturi N1. Il-manifattur tal-vettura bażi ma jistax jikkalkula r-rati tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru għal vetturi kompluti billi d-data li tirrigwarda l-istadji aktar avvanzati tal-kostruzzjoni ma tkunx disponibbli fl-istadju tal-proġettazzjoni tal-vetturi bażi. Huwa għalhekk xieraq li l-obbligu ta' konformità ma' din id-Direttiva jiġi stabbilit biss fir-rigward tal-vettura bażi.

(11)

L-oqsma tas-suq ta' vetturi prodotti f'serje żgħira huma limitati ħafna, u għalhekk żgħir ikun il-benefiċċju għall-ambjent jekk ikollhom jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għalhekk huwa xieraq li jiġu esklużi mill-ambitu ta' ċerti disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(12)

Konformement mad-Direttiva 2000/53/KE, għandhom jittieħdu miżuri adatti, fl-interess tas-sigurtà fit-triq u tal-ħarsien ta' l-ambjent, sabiex jiġi prekluż l-użu mill-ġdid ta' ċerti partijiet komponenti li tneħħew minn vetturi li m'għadhomx jintużaw. Tali miżuri għandhom jiġu ristretti għall-użu mill-ġdid ta' partijiet fil-kostruzzjoni ta' vetturi ġodda.

(13)

Id-disposizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva sejrin jimponu li l-manifatturi jipprovdu data ġdida dwar l-approvazzjoni tat-tip u għalhekk dawn il-partikularitajiet għandhom jiġu riflessi fid-Direttiva 70/156/KEE, li tistabbilixxi l-lista eżawrjenti ta' data li għandha tiġi preżentata għall-approvazzjoni tat-tip. Għalhekk huwa neċessarju li d-Direttiva tiġi emendata f'dan is-sens.

(14)

Il-miżuri neċessarji sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 70/156/KEE.

(15)

Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi minimizzat l-impatt fuq l-ambjent permezz tar-rekwiżit li l-vetturi jiġu proġettati mill-fażi ta' konċepiment bil-ħsieb li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, jiġu riċiklati u rkuprati, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri waħedhom u jista', għalhekk, minħabba l-firxa ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat fl-imsemmi Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(16)

Konformement mal-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar ta' liġijiet (5), l-Istati Membri jiġu mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, tabelli tagħhom stess li, safejn ikun possibbli, jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' trasposizzjoni u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi d-disposizzjonijiet amministrattivi u tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi koperti mill-Artikolu 2, bil-għan li jiġi żgurat li l-partijiet u l-materjali komponenti tagħhom ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw, jiġu riċiklati u jiġu rkuprati fil-perċentwali minimi esposti fl-Anness I.

Id-Direttiva tistabbilixxi disposizzjonijiet speċifiċi sabiex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti ma jwassalx għal perikli għas-sigurtà u għall-ambjent.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-vetturi li jaqgħu fil-kategoriji M1 u N1, kif definiti fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE, u għall-partijiet komponenti ġodda jew li jintużaw mill-ġdid ta' tali vetturi.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika:

(a)

għal vetturi magħmula għal skop speċjali kif definiti fil-Parti A, punt 5, ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE;

(b)

għal vetturi mibnija f'diversi stadji li jaqgħu fil-kategorija N1, sakemm il-vettura bażi tkun konformi ma' din id-Direttiva;

(ċ)

għal vetturi prodotti f'serje żgħira, imsemmija fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“vettura” tfisser vettura b'mutur;

2)

“parti komponenti” tfisser kwalunkwe parti jew kwalunkwe muntaġġ ta' partijiet li jkunu inklużi f'vettura fil-mument tal-produzzjoni tagħha, u tkopri wkoll komponenti u unitajiet tekniċi separati kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE;

3)

“tip ta' vettur” tfisser it-tip ta' vettura kif definita fil-Parti B, punti 1 u 3, ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE;

4)

“vettura li m'għadhiex tintuża” tfisser vettura kif definita fil-punt 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

5)

“vettura ta' referenza” tfisser il-verżjoni ta' tip ta' vettura, identifikata mill-awtorità ta' l-approvazzjoni, b'konsultazzjoni mal-manifattur u skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness I, bħala l-iktar problematika fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru;

6)

“vettura mibnija f'diversi stadji” tfisser vettura li tirriżulta minn proċess ta' kostruzzjoni f'diversi stadji;

7)

“vettura bażi” tfisser vettura kif definita fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE, li tkun użata fl-ewwel stadju ta' kostruzzjoni f'diversi stadji;

8)

“kostruzzjoni f'diversi stadji” tfisser il-proċess li permezz tiegħu vettura tiġi prodotta f'diversi stadji billi jiġu miżjuda partijiet komponenti ma' vettura bażi jew billi jiġu modifikati dawk il-partijiet komponenti;

9)

“użu mill-ġdid” tfisser użu mill-ġdid kif definit fil-punt 6 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

10)

’riċiklaġġ’ tfisser riċiklar kif definit fl-ewwel sentenza tal-punt 7 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

11)

“irkupru ta' enerġija” tfisser irkupru ta' enerġija kif definit fit-tieni sentenza tal-punt 7 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

12)

“irkupru” tfisser irkupru kif definit fil-punt 8 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE;

13)

“possibbiltà ta' użu mill-ġdid” tfisser il-potenzjalità ta' użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti meħuda minn vettura li m'għadhiex tintuża;

14)

“possibbiltà ta' riċiklaġġ” tfisser il-potenzjalità ta' riċiklaġġ ta' partijiet komponenti meħuda minn vettura li m'għadhiex tintuża;

15)

“possibbiltà ta' rkupru” tfisser il-potenzjalità ta' rkupru ta' partijiet komponenti meħuda minn vettura li m'għadhiex tintuża;

16)

“rata tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ ta' vettura (Rcyc)” tfisser il-perċentwali tal-massa ta' vettura ġdida li potenzjalment tista' terġa tintuża u tiġi rriċiklata;

17)

“rata tal-possibbiltà ta' rkupru ta' vettura (Rcov)” tfisser il-perċentwali tal-massa ta' vettura ġdida li potenzjalment tista' terġa tintuża u tiġi rkuprata;

18)

“strateġija” tfisser pjan fuq skala kbira li tikkonsisti f'azzjonijiet u f'miżuri tekniċi koordinati li jkollhom jittieħdu fir-rigward ta' żarmar jew ta' tqattigħ jew ta' proċessi simili, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru ta' materjali sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jintlaħqu r-rati previsti tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru fiż-żmien li l-vettura tkun qiegħda fl-istadju ta' żvilupp tagħha;

19)

“massa” tfisser il-massa tal-vettura fi stat tajjeb ta' tħaddim kif definit fil-punt 2.6 ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE, iżda teskludi dik tas-sewwieq, li l-massa tiegħu hija meqjusa li tkun 75 kg;

20)

“korp kompetenti” tfisser entità, per eżempju ta' servizz tekniku jew korp eżistenti ieħor, notifikat minn Stat Membru sabiex iwettaq evalwazzjoni preliminari tal-manifattur u sabiex joħroġ ċertifikat ta' konformità, skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-korp kompetenti jista' jkun l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip, sakemm il-kompetenza tiegħu f'dan il-qasam tkun dokumenta adegwatament.

Artikolu 5

Disposizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu, skond il-każ, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tal-possibbiltà ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru, biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-manifattur għandu jqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni l-informazzjoni teknika dettaljata meħtieġa għall-finijet tal-kalkoli u l-verifiki msemmija fl-Anness I ta' din id-Direttiva, li jirrigwardaw in-natura tal-materjali wżati fil-kostruzzjoni tal-vettura u tal-partijiet komponenti tagħha. F'każijiet fejn jintwera li tali informazzjoni hija koperta minn drittijiet ta' proprjetà intelletwali jew tikkostitwixxi konoxxenza teknika speċifika tal-manifattur jew tal-fornituri tiegħu, il-manifattur jew il-fornituri tiegħu għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti sabiex jippermettu li dawn il-kalkoli jsiru adegwatament.

3.   F'dak li jirrigwarda l-possibbiltà ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkun qiegħed jippreżenta applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, il-manifattur juża l-mudell tad-dokument ta' informazzjoni espost fl-Anness II ma' din id-Direttiva.

4.   Meta tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE, l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip għandha tuża l-mudell taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE espost fl-Anness III ma' din id-Direttiva.

Artikolu 6

Evalwazzjoni preliminari tal-manifattur

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu kwalunkwe approvazzjoni tat-tip mingħajr ma jiżguraw minn qabel li l-manifattur ikun daħħal fis-seħħ arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti, skond il-punt 3 ta' l-Anness IV, sabiex jimmaniġġa adegwatament l-aspetti tal-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru koperti minn din id-Direttiva. Meta tiġi mwettqa din l-evalwazzjoni preliminari, il-manifattur għandu jingħata ċertifikat imsejjaħ ’Ċertifikat ta' Konformità ma' l-Anness IV’ (minn hawn 'il quddiem 'iċ-ċertifikat ta' konformità').

2.   Fil-qafas ta' l-evalwazzjoni preliminari tal-manifattur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjali wżati għall-kostruzzjoni ta' tip ta' vettura jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9, tistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma' din id-disposizzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-manifattur għandu jirrakkomanda strateġija li tiżgura ż-żarmar, l-użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti, ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' materjali. L-istrateġija għandha tieħu kont tat-teknoloġiji ppruvati li jkunu disponibbli jew li jkunu qegħdin jiġu żviluppati fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.

4.   L-Istati Membri għandhom jaħtru korp kompetenti, skond il-punt 2 ta' l-Anness IV, sabiex iwettaq l-evalwazzjoni preliminari tal-manifattur u sabiex joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità.

5.   Iċ-ċertifikat ta' konformità għandu jinkludi d-dokumentazzjoni adegwata u għandu jiddeskrivi l-istrateġija rakkomandata mill-manifattur. Il-korp kompetenti għandu juża l-mudell espost fl-Appendiċi ma' l-Anness IV.

6.   Iċ-ċertifikat ta' konformità għandu jibqa' validu għal mhux inqas minn sentejn mid-data ta' l-għoti taċ-ċertifikat qabel ma jsiru verifiki ġodda.

7.   Il-manifattur għandu jinforma l-korp kompetenti dwar kull bidla sinifikattiva li tista' tolqot il-pertinenza taċ-ċertifikat ta' konformità. Wara li jiġi konsultat il-manifattur, il-korp kompetenti għandu jiddeċiedi jekk ikunx hemm bżonn ta' verifiki ġodda.

8.   Fit-tmiem tal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat ta' konformità, il-korp kompetenti għandu joħroġ ċertifikat ġdid ta' konformità jew jestendi l-validità tiegħu għal perjodu ulterjuri ta' sentejn. Il-korp kompetenti għandu joħroġ ċertifikat ġdid f'każijiet fejn jiġi infurmat li saru tibdiliet sinifikattivi.

Artikolu 7

Użu mill-ġdid ta' partijiet komponenti

Il-partijiet komponenti elenkati fl-Anness V:

a)

għandhom jitqiesu li ma jistgħux jintużaw mill-ġdid għall-finijiet tal-kalkoli tar-rati tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru;

b)

ma għandhomx jiġu użati mill-ġdid fil-kostruzzjoni ta' vetturi koperti mid-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 8

Emendi għad-Direttiva 70/156/KEE

Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness VI ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9

Emendi

Emendi għal din id-Direttiva li jkunu meħtieġa għall-adattament tagħha għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 10

Dati ta' implementazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip

1.   B'seħħ minn 15 ta' Diċembru 2006, l-Istati Membri ma għandhomx, fir-rigward ta' tip ta' vettura li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew nazzjonali;

(b)

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni jew il-bejgħ jew il-bidu ta' l-użu ta' vetturi ġodda.

2.   B'seħħ minn 15 ta' Diċembru 2008, l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' tip ta' vettura li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE;

(b)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

3.   B'seħħ minn 15 ta' Lulju 2010, l-Istati Membri għandhom, jekk ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva:

(a)

jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bħala mhux iżjed validi għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE;

(b)

jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew il-bejgħ jew il-bidu ta' l-użu ta' vetturi ġodda, salv fejn japplika l-Artikolu 8(2)(b) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.   L-Artikolu 7 għandu japplika b'seħħ minn 15 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   Mhux aktar tard minn 15 ta' Diċembru 2006l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Għandhom japplikaw dawn il-miżuri. minn 15 ta' Diċembru 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi sabiex issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 26 ta' Ottubru 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

D. ALEXANDER

ANNESS

LISTA TA' ANNESSI

Anness I:

Rekwiżiti

Anness II:

Dokument ta' informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura

Anness III:

Mudell taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Anness IV:

Evalwazzjoni preliminari tal-manifattur

 

Appendiċi: mudell taċ-ċertifikat ta' konformità

Anness V:

Partijiet komponenti meqjusa li ma jistgħux jintużaw mill-ġdid

Anness VI:

Emendi lid-Direttiva 70/156/KEE

ANNESS I

REKWIŻITI

1.

Vetturi li jaqgħu fil-kategorija M1 u dawk li jaqgħu fil-kategorija N1 għandhom jinbnew b'mod li jkunu:

jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew riċiklati sa mill-inqas 85 % tal-massa tagħhom u,

jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew irkuprati sa mill-inqas 95 % tal-massa tagħhom,

kif stabbilit mill-proċeduri imsemmija f'dan l-Anness.

2.

Għall-finijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jippreżenta formola ta' preżentazzjoni ta' data debitament mimlija, stabbilita skond l-Anness A ma' l-istandard ISO 22628 : 2002. Din għandha tinkludi lista klassifikattiva tal-materjali.

Hija għandha tkun akkumpanjata minn lista tal-partijiet komponenti żarmati, dikjarati mill-manifattur fir-rigward ta' l-istadju ta' żarmar u l-proċess li jirrakkomanda għat-trattament tagħhom.

3.

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-punti 1 u 2, il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni li l-vetturi ta' referenza jissodisfaw ir-rekwiżiti. Għandu jiġi applikat il-metodu ta' kalkolu stipulat fl-Anness B ta' l-istandard ISO 22628 : 2002.

Madankollu l-manifattur għandu jkun jista' juri li kull verżjoni tat-tip ta' vettura tikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

4.

Għall-finijiet tas-selezzjoni tal-vetturi ta' referenza, għandu jittieħed kont tal-kriterji li ġejjin:

it-tip tal-karozzerija;

il-livelli ta' attrezzatura disponibbli (6 7 8 12 13);

l-aċċessorji (6 7 8 12 13) disponibbli li jistgħu jiġu installati taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.

5.

Jekk l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur flimkien ma jirnexxilhomx jidentifikaw il-verżjoni l-aktar problematika ta' tip ta' vettura, fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru, għandha tintgħażel vettura waħda ta' referenza:

a)

għal kull “tip ta' karozzerija”, kif definit fil-punt 1 tal-Parti Ċ ta' l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE fil-każ ta' vetturi M1;

b)

għal kull 'tip ta' “karozzerija”, jiġifieri vann, chassis b'kabina, pick up, eċċ, fil-każ ta' vetturi N1.

6.

Għall-finijiet tal-kalkoli, it-tyres għandhom jitqiesu bħala riċiklabbli.

7.

Il-massa għandha tiġi espressa f'kg sa figura deċimali waħda. Ir-rati għandhom jiġu kalkolati bħala perċentwali sa figura deċimali waħda, u mbagħad arrotondati kif ġej:

a)

jekk il-figura ta' wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total għandu jiġi arrotondat 'l isfel;

b)

jekk il-figura ta' wara l-punt deċimali tkun bejn 5 u 9, it-total għandu jiġi arrotondat 'il fuq.

8.

Sabiex jiġu vverifikati l-kalkoli msemmija f'dan l-Anness, l-awtorità ta' l-approvazzjoni għandha tiżgura li l-formola ta' preżentazzjoni tad-data msemmija fil-punt 2 tkun koerenti ma' l-istrateġija rakkomandata annessa maċ-ċertifkat ta' konformità msemmi fl-Artikolu 6(1) ta' din id-Direttiva.

9.

Sabiex jiġu vverifikati l-materjali u l-massa tal-partijiet komponenti, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli vetturi kif ukoll partijiet komponenti skond kif meqjus neċessarju mill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip.

ANNESS II

DOKUMENTI TA' INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' VETTURA

skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (6 7 8 12 13) dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-possibbiltajiet ta' l-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u ta' l-irkupru tagħha

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tiġi provduta fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenut. Kull disinn għandu jiġi provdut fi skala adegwata u f'dettall suffiċjenti fuq daqs A4 jew f'dossier ta' daqs A4. Jekk ikun hemm ritratti, dawn għandhom ikunu dettaljati suffiċjentement.

0.

ĠENERALI

0.1.

Marka (trade name tal-manifattur):…

0.2.

Tip:…

0.2.0.1.

Chassis:…

0.2.1.

Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):…

0.3.

Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkata fuq il-vettura (b):…

0.3.1.

Posizzjoni ta' din il-marka:…

0.4.

Kategorija tal-vettura(c):…

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

0.8.

Indirizz(i) ta' l-impjant(i) ta' kostruzzjoni:…

1.

KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.

Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva:…

1.2.

Disinn tal-vettura sħiħa bid-dimensjonijiet:…

1.3.

Numru ta' fusien u roti:…

1.3.1.

Numru u posizzjoni ta' fusien b'roti doppji:…

1.3.3.

Fusien imħaddma b'enerġija mekkanika (numru, posizzjoni, interkonnessjoni):…

1.7.

Kabina tas-sewqan (forward control jew bonnetted) (z):…

3.

MUTUR(q) (Fil-każ ta' vettura li tista' taħdem jew bil-petrol, diesel, eċċ, jew ukoll flimkien ma' karburanti ieħor, l-elementi għandhom jiġu ripetuti (+))

3.1.

Manifattur:…

3.2.

Magna ta' kombustjoni interna

3.2.1.

Informazzjoni speċifika dwar il-magna

3.2.1.1.

Prinċipju ta' operazzjoni: positive ignition/compression ignition, four-stroke/two-stroke (1)

3.2.1.2.

Numru u arranġament taċ-ċilindri:…

3.2.1.3.

Ċilindrata (s): ……cm3

3.2.2.

Karbsuranti: diesel/petrol/LPG/NG/etanol: (1)…

4.

TRASMISSJONI(v)

4.2.

Tip (mekkaniku, idrawliku, elettriku, eċċ.):…

4.5.

Gearbox

4.5.1.

Tip (manwali/awtomatiku/CVT (trasmissjoni b'varjazzjoni kontinwa)) (1)

4.9.

Differential lock: iva/le/fakultattiva (1)

9.

KAROZZERIJA

9.1.

Tip ta' karozzerija:…

9.3.1.

Konfigurazzjoni u numru ta' bibien:…

9.10.3.

Sedili

9.10.3.1.

Numru:…

15.

POSSIBBILTAJIET TA' UŻU MILL-ĠDID, TA' RIĊIKLAĠĠ U TA' RKUPRU

15.1.

Verżjoni li għaliha tappartjeni l-vettura ta' referenza:…

15.2.

Massa tal-vettura ta' referenza bil-karozzerija jew massa tax-chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew coupling device jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew il-coupling device (inklużi likwidi, għodda, rota spare, jekk installati) eskluż ix-xufier:…

15.3.

Massa tal-materjali tal-vettura ta' referenza

15.3.1.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi ta' pre-trattament (##):…

15.3.2.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi taż-żarmar (##):…

15.3.3.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus riċiklabbli (##):…

15.3.4.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus li jista' jkun l-oġġett ta' rkupru enerġetiku (##):…

15.3.5.

Lista klassifikattiva tal-materjali (##):…

15.3.6.

Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew riċiklati:…

15.3.7.

Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew irkuprati:…

15.4.

Rati

15.4.1.

Rata tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ “Rcyc (%)”:…

15.4.2.

Rata tal-possibbiltà ta' rkupru “Rcov (%)”:…

ANNESS III

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Format massimu: A4 (210 x 297mm)

ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Komunikazzjoni dwar:

l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (6 7 8 12 13)

ta' tip ta' vettura

estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (6 7 8 12 13)

 

rifjut ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (6 7 8 12 13)

 

fir-rigward tad-Direttiva 2005/64/KE

Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.

Marka (trade name tal-manifattur):…

0.2.

Tip:…

0.2.1.

Isem/Ismijiet kummerċjali (9):…

0.3.

Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura:…

0.3.1.

Posizzjoni ta' din il-marka:…

0.4.

Kategorija tal-vettura (10):…

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:…

0.8.

Isem/ismijiet u indirizz(i) ta' l-impjant(i) ta' kostruzzjoni:…

[…]

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni oħra:…

Rata(i) tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ tal-vettura(i) ta' referenza:…

Rata(i) tal-possibbiltà ta' rkupru tal-vettura(i) ta' referenza:…

2.

Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:…

3.

Data tar-rapport tat-test:…

4.

Referenza tar-rapport tat-test:…

5.

Rimarki (jekk ikun hemm):…

6.

Mehmużin: l-indiċi u l-pakkett ta' informazzjoni…

7.

Il-vettura tissodisfa/ma tissodisfax (11) ir-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Direttiva:…

(Post)

(Firma)

(Data)

Mehmużin: Pakkett ta' informazzjoni.

ANNESS IV

EVALWAZZJONI PRELIMINARI

1.

Għan ta' dan l-Anness

Dan l-Anness jiddeskrivi l-evalwazzjoni preliminari li għandha titwettaq mill-korp kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-manifattur stabbilixxa l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa.

2.

Korp kompetenti

Il-korp kompetenti għandu jikkonforma ma' l-istandard EN 45012: 1989 jew mal-Gwida ISO/IEC 62: 1996 dwar il-kriterji ġenerali għall-korpi ta' ċertifkazzjoni li jwettqu ċertifikazzjoni ta' sistemi ta' kwalità fir-rigward ta' sistemi ta' mmaniġġar implimentati mill-manifattur.

3.

Verifiki li għandhom jitwettqu mill-korp kompetenti

3.1.

Il-korp kompetenti għandu jiżgura li l-manifattur ikun ħa l-miżuri meħtieġa sabiex:

(a)

jiġbor id-data adatta tul il-katina kollha tal-fornitura, b'mod partikulari dwar in-natura u l-massa tal-materjali kollha wżati fil-kostruzzjoni tal-vetturi sabiex jitwettqu l-kalkoli meħtieġa skond din id-Direttiva;

(b)

iżomm għad-disposizzjoni tiegħu id-data adatta l-oħra kollha dwar il-vettura li jirrikjedi l-proċess tal-kalkolu, bħall-volum tal-fluwidi, eċċ.;

(ċ)

jivverifika b'mod adegwat l-informazzjoni li jkun irċieva mill-fornituri;

(d)

jimmaniġġa l-lista klassifikattiva tal-materjali;

(e)

ikun jista' jagħmel il-kalkoli tar-rati tal-possibbiltajiet ta' riċiklaġġ u ta' rkupru skond l-istandard ISO 22628: 2002;

(f)

jimmarka l-partijiet komponenti magħmula minn ’polymers’ jew ’elastomers’ skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/138/KE tas-27 ta' Frar 2003 li tistabilixxi l-istandards tal-kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali tal-vetturi skond id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (6 7 8 12 13);

(g)

jivverifika li l-ebda parti komponenti elenkata fl-Anness V terġa' tintuża fil-kostruzzjoni ta' vetturi ġodda.

3.2.

Il-manifattur għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bl-informazzjoni relevanti kollha, f'forma dokumentata. B'mod partikulari, ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' materjali għandhom jiġu dokumentati kif suppost.

APPENDIČI MA’ L-ANNESS IV

MUDELL TAĊ-ĊERTIFKAT TA' KONFORMITÀ

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

PARTIJIET KOMPONENTI MEQJUSA LI MA JISTGĦUX JINTUŻAW MILL-ĠDID

1.

Introduzzjoni

Dan l-Anness jindirizza l-partijiet komponenti ta' vetturi li jaqgħu fil-kategorija M1 u dawk li jaqgħu fil-kategorija N1 li m'għandhomx jiġu użati mill-ġdid fil-kostruzzjoni ta' vetturi ġodda.

2.

Lista ta' partijiet komponenti

L-’airbags (6 7 8 12 13) kollha, inklużi cushions, actuators pirotekniċi, unitajiet elettroniċi ta' kontroll u sensors;

Muntaġġi automatiċi jew mhux automatiċi ta' seatbelts, inklużi webbing, bokkli, retractorsactuators pirotekniċi;

Seats (fil-każijiet biss fejn l-ankraġġi tas-seatbelts u/jew airbags huma inkorporati fis-seat);

Muntaġġi tas-sokra ta' l-isteering li jikkontrollaw il-kolonna ta' l-isteering;

Immobilizzaturi inklużi transponders u unitajiet elettroniċi ta' kontroll;

Sistemi għall-post-trattament ta' l-emissjonijiet (per eżempju, konvertituri katalitiċi, filtri ta' partikulati');

“Exhaust silencers”

ANNESS VI

EMENDI LID-DIRETTIVA 70/156/KEE

Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Jiġu miżjuda l-punti li ġejjin fl-Anness I:

“15.

POSSIBBILTÀ TA' UŻU MILL-ĠDID, POSSIBBILTÀ TA' RIĊIKLAĠĠ U POSSIBBILTÀ TA' RKUPRU

15.1.

VERŻJONI LI GĦALIHA TAPPARTJENI L-VETTURA TA' REFERENZA:

15.2.

Massa tal-vettura ta' referenza bil-karozzerija jew massa tax-chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew strument ta' l-igganċjar jekk il-manifattur ma jinstallax il-karozzerija u/jew l-istrument ta' l-igganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota spare, jekk installati) eskluż ix-xufier:

15.3.

Massa tal-materjali tal-vettura ta' referenza

15.3.1.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi ta' pre-trattament (##):

15.3.2.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi taż-żarmar (##):

15.3.3.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus riċiklabbli (##):

15.3.4.

Massa tal-materjal kunsidrata fil-fażi tat-trattament tar-residwu mhux metalliku, meqjus li jista' jkun l-oġġett ta' rkupru enerġetiku(##):

15.3.5.

Lista klassifikattiva tal-materjali (##):

15.3.6.

Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew riċiklati:

15.3.7.

Massa totali tal-materjali, li jistgħu jiġu wżati mill-ġdid u/jew irkuprati:

15.4.

Rati

15.4.1.

Rata tal-possibbiltà ta' riċiklaġġ ‘Rcyc(%)’:

15.4.2.

Rata tal-possibbiltà ta' rkupru ‘Rcov (%)’:

(##) Dawn it-termini huma definiti fl-istandard ISO 22628: 2002.”

(2)

L-element li ġej jiġi miżjud fil-Parti I ta' l-Anness IV:

“Suġġett:

Numru tad-Direttiva

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

59.

Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

L 00 25 ta' Diċembru 2005, p. 00

X

X

 

 

 

”;

(3)

L-Anness XI jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-element li ġej jiġi miżjud fl-Appendiċi 1:

“Element

Suġġett

Numru tad-Direttiva

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

59

Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

M/A

M/A

–”

(b)

L-element li ġej jiġi miżjud fl-Appendiċi 2:

“Element

Suġġett

Numru tad-Direttiva

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

59

Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

M/A

M/A

–”

(ċ)

L-element li ġej jiġi miżjud fl-Appendiċi 3:

“Element

Suġġett

Numru tad-Direttiva

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

59

Possibbiltà ta' riċiklaġġ

2005/64/KE

M/A

–”


(1)  ĠU C 74, 23.3.2005, p. 15.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2005.

(3)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsïl 2005/673/KE (ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69).

(4)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/49/KE (ĠU L 194, 26.7.2005, p. 12).

(5)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(6)  Jiġifieri tapizzerija tal-ġilda, sistema 'hi-fi', sistema ta' arja kkundizzjonata, roti ta' l-'alloy' eċċ.

(7)  In-numerazzjoni ta' l-elementi u n-noti f'qiegħ il-paġni użati f'dan id-dokument ta' informazzjoni jikkorrispondu għal dawk esposti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. L-elementi li mhumiex relevanti għall-finijiet ta' din id-Direttiva qegħdin jitħallew barra.

(8)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(9)  Jekk mhux disponibbli meta tiġi mogħtija l-approvazzjoni tat-tip, dan l-element għandu jiġi indikat mhux iktar tard minn meta l-vettura titqiegħed fis-suq.

(10)  Kif definita fil-Part A ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE.

(11)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(12)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 58.

(13)  Meta l-airbag ikun installat fl-isteering, l-isteering innifsu.


27.4.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

139


KORRIĠENDUM

Korriġendum għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati

L 323, tad-9 ta' Diċembru 2005, p. 57 (Dan it-test iħassar u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)

RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Novembru 2005

dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati

(2005/.../EC)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 151(4) tat-Trattat jistipula li l-Komunità għandha tieħu kont ta' l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha taħt disposizzjonijiet oħra tat-Trattat, b'mod partikolari sabiex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.

(2)

Iċ-ċinematografija hija forma ta' arti miżmuma fuq mezz fraġli, li għalhekk teħtieġ azzjoni posittiva mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tagħha. Ix-xogħlijiet ċinematografiċi huma komponent essenzjali tal-patrimonju kulturali tagħna u għalhekk jistħoqqilhom protezzjoni sħiħa.

(3)

Apparti l-valur kulturali tagħhom, ix-xogħlijiet ċinematografiċi huma sors ta' informazzjoni storika dwar is-soċjetà Ewropea. Huma xhieda komprensiva ta' l-istorja tar-rikezza ta' l-identitajiet kulturali Ewropej u tad-diversità tal-popli tagħha. L-immaġini ċinematografiċi huma element kruċjali għat-tagħlim dwar il-passat u għal riflessjoni ċivika dwar iċ-ċivilizzazzjoni tagħna.

(4)

Din ir-Rakkomandazzjoni timmira li trawwem sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali u kulturali tal-patrimonju ċinematografiku Ewropew billi tinkoraġġixxi politika ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-konservazzjoni u tar-restawr ta' xogħlijiet ċinematografiċi. L-azzjonijiet li sejrin ikunu rakkomandati aktar 'l isfel jimmiraw sabiex tiġi żgurata l-eżistenza tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività ta' l-industrija ċinematografika Komunitarja u li dawn jaċċeleraw l-iżvilupp ta' l-istess kompetittività tagħha.

(5)

Il-patrimonju ċinematografiku huwa komponent importanti ta' l-industrija ċinematografika u l-inkoraġġiment tal-konservazzjoni, tar-restawr u ta' l-isfruttament tiegħu jista' jikkontribwixxi sabiex tittejjeb il-kompetittività ta' dik l-industrija.

(6)

L-iżvilupp ta' l-industrija ċinematografika Ewropea huwa ta' importanza ewlenija għall-Ewropa fid-dawl tal-potenzjal sinifikanti tagħha fl-oqsma ta' aċċess għall-kultura, ta' l-iżvilupp ekonomiku u tal-ħolqien tax-xogħol. Dan ma jgħoddx biss għall-produzzjoni u l-wiri ta' films, iżda anke għall-kollezzjoni, għall-katalogazzjoni, għall-preservazzjoni u għar-restawr ta' xogħlijiet ċinematografiċi. Il-kondizzjonijiet għall-kompetittività ta' dawn l-attivitajiet industrijali relatati mal-patrimonju ċinematografiku jeħtieġu li jiġu mtejba, speċjalment fir-rigward ta' l-użu aħjar ta' żviluppi teknoloġiċi, bħad-diġitalizzazzjoni.

(7)

Huwa meħtieġ li fil-Komunità teżisti industrija ċinematografika li tirnexxi u li tkun innovattiva sabiex dan il-potenzjal jiġi realizzat bis-sħiħ. Dan jista' jiġi faċilitat billi jittejbu l-kondizzjonijiet ta' konservazzjoni, restawr u sfruttament tal-patrimonju ċinematografiku u billi jitneħħew l-ostakoli għall-iżvilupp u għall-kompetittività sħiħa ta' l-industrija, b'mod partikolari bil-kollezzjoni, bil-katalogazzjoni, bil-preservazzjoni u bir-restawr tal-patrimonju ċinematografiku u billi dan isir aċċessibbli għall-użu edukattiv, kulturali, ta' riċerka jew użu ieħor mhux kummerċjali ta' natura simili, fil-każijiet kollha b'mod konformi ma' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati.

(8)

Il-kompetittività ġenerali ta' l-industrija ċinematografika titjieb permezz ta' l-iżvilupp ta' ambjent li jiffavorixxi l-koperazzjoni bejn korpi nominati, li jistgħu jkunu arkivji Ewropej, nazzjonali jew reġjonali, istituti ċinematografiċi jew istituzzjonijiet simili, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-patrimonju ċinematografiku.

(9)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar il-konservazzjoni u t-titjib tal-patrimonju ċinematografiku Ewropew (4) sejħet lill-Istati Membri sabiex jikkoperaw fir-restawr u fil-konservazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku, anke permezz ta' rikors għat-teknoloġiji diġitali, sabiex jiġu skambjati prattiċi tajba f'dan il-qasam, sabiex jinkoraġġixxu r-retikolazzjoni progressiva ta' data arkivistika Ewropea u sabiex jikkonsidraw l-użu possibbli ta' dawn il-kollezzjonijiet għal għanijiet edukattivi.

(10)

Il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Patrimonju Awdjoviżiv tipprovdi li kull Parti għandha tintroduċi, b'mezzi leġislattivi jew mezzi adegwati oħra, l-obbligu li jiġi depożitat materjal ta' immaġini li għandhom moviment li jagħmel parti mill-patrimonju awdjoviżiv tagħha u li kien ġie prodott jew ko-prodott fit-territorju tal-Parti konċernata.

(11)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2001 dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (5) eżaminat id-depożitu legali ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq livell nazzjonali jew reġjonali bħala wieħed mill-modi possibbli sabiex jiġi konservat u mħares il-patrimonju awdjoviżiv Ewropew u varat eżerċizzju sabiex isir eżami dettaljat tas-sitwazzjoni dwar id-depożitu ta' xogħlijiet ċinematografiċi fl-Istati Membri.

(12)

Fil-laqgħa tal-Kunsill (Affarijiet Kulturali/Awdjoviżivi) tal-5 ta' Novembru 2001, il-President tal-Kunsill innota li l-kontenut tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni kien ġie milqugħ favorevolment mill-Kunsill.

(13)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Lulju 2002 (6) dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew saħaq fuq l-importanza li jiġi mħares il-patrimonju ċinematografiku u appoġġja l-approċċ tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tal-Patrimonju Awdjovisiv, li hija referenza importanti fi żminijiet ta' bidliet teknoloġiċi intensivi. Il-bidla gradwali għal teknoliġiji diġitali sejra tippermetti kompetittività akbar ta' l-industrija ċinematografika Ewropea u sejra tikkontribwixxi tul medda ta' żmien itwal għal tnaqqis ta' l-ispejjeż fil-katalogazzjoni, fid-depożitu, fil-konservazzjoni, u fir-restawr ta' xogħolijiet awdjoviżivi. Fl-istess waqt, din toħloq opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-patrimonju ċinematografiku.

(14)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Novembru 2003 dwar id-depożitu ta' xogħlijiet ċinematografiċi fl-Unjoni Ewropea (7) stiednet lill-Istati Membri sabiex joħolqu sistema effiċjenti ta' depożitu u preservazzjoni, jekk tali sistemi għadhom ma jeżistux, tax-xogħlijiet ċinematografiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju awdjoviżiv tagħhom fl-arkivji nazzjonali, fl-istituti ċinematografiċi jew f'istituzzjonijiet simili tagħhom.

(15)

L-Istati Membri kollha diġà għandhom sistemi stabbiliti għall-ġbir u l-preservazzjoni ta' xogħlijiet ċinematografiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju awdjoviżiv tagħhom. Erbgħa minn kull ħamsa ta' dawn is-sistemi huma bbażati fuq obbligu legali jew kontrattwali li jiġu depożitati l-films kollha, jew għall-inqas dawk il-films li ngħataw finanzjament pubbliku.

(16)

‘Materjal ta' immaġini li għandhom moviment’ tfisser kwalunkwe sett ta' immaġini li għandhom moviment reġistrat bi kwalunkwe, u fuq kwalunkwe, mezz, kemm jekk akkumpanjati bil-ħoss kif ukoll jekk le, li jkunu kapaċi jagħtu l-impressjoni ta' moviment.

(17)

‘Xogħol ċinematografiku’ tfisser materjal ta' immaġini li għandhom moviment ta' kwalunkwe tul, b'mod partikolari xogħlijiet ċinematografiċi fittizji, cartoons u dokumentarji, li jkun intiż li jintwera fis-swali taċ-ċinema.

(18)

‘Xogħlijiet ċinematografiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju awdjoviżiv tagħhom’ tfisser produzzjonijiet ta' films inklużi ko-produzzjonijiet ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi, kwalifikati bħala tali mill-Istati Membri jew minn korpi nominati minnhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u non-diskriminatorji. Il-patrimonji awdjoviżivi ta' l-Istati Membri fil-kollettività tagħhom jikkostitwixxu l-patrimonju awdjoviżiv Ewropew.

(19)

Sabiex jiġi żgurat li l-patrimonju ċinematografiku Ewropew jiġi mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet futuri, huwa għandu jiġi miġbur, katalogat, preservat u restawrat, sistematikament fil-każijiet kollha b'mod konformi ma' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati.

(20)

Il-patrimonju ċinematografiku Ewropew għandu jsir iżjed aċċessibbli għall-użu edukattiv, kulturali, ta' riċerka jew użu mhux kummerċjali ieħor ta' natura simili, fil-każijiet kollha b'mod konformi ma' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati.

(21)

It-trasferiment tal-pussess ta' xogħlijiet ċinematografiċi lill-korpi ta' arkivjazzjoni ma jimplikax it-trasferiment tad-drittijiet ta' l-awtur u d-drittijiet relatati magħhom.

(22)

L-Artikolu 5(2)(ċ) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (8) jistipula li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta' atti speċifiċi ta' riproduzzjoni magħmula minn libreriji jew arkivji aċċessibbli għall-pubbliku li mhumiex għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett.

JIEĦDU NOTA TA' L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI:

1.

li tikkonsidra li tintroduċi l-obbligu għall-benefiċjarji ta' finanzjament mill-UE li jiddepożitaw ġewwa għall-inqas arkivju nazzjonali wieħed, kopja ta' films Ewropej li ingħataw finanzjament mill-UE;

2.

li ssostni l-koperazzjoni bejn korpi nominati;

3.

li tikkonsidra l-finanzjament ta' proġetti ta' riċerka fl-oqsma tal-preservazzjoni għal żmien twil u tar-restawr tal-films;

4.

li tippromwovi l-istandardizzazzjoni Ewropea tal-katalogazzjoni ta' films, bil-għan li ttejjeb l-interoperabbiltà ta' databases, ukoll permezz ta' kofinanzjament ta' proġetti ta' standardizzazzjoni u permezz tat-titjib ta' l-iskambju ta' l-aħjar prattiċi, filwaqt li tirrispetta d-diversità lingwistika;

5.

li tiffaċilita n-negozjar ta' kuntratt standard fuq livell Ewropew bejn il-korpi nominati u d-detenturi tad-drittijiet li jistipula l-kondizzjonijiet li taħthom il-korpi nominati jistgħu jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku xogħlijiet ċinematografiċi depożitati;

6.

li tissorvelja u tivvaluta l-limiti sa fejn il-miżuri stabbiliti f'din ir-Rakkomandazzjoni jiffunzjonaw effikaċement, u tikkonsidra l-bżonn ta' azzjoni ulterjuri.

B'DAN JIRRAKKOMANDAW LI L-ISTATI MEMBRI jtejbu l-kondizzjonijiet ta' konservazzjoni, restawr u sfruttament tal-patrimonju ċinematografiku u jneħħu l-ostakoli għall-iżvilupp u għall-kompetittività sħiħa ta' l-industrija ċinematografika Ewropea billi:

1.

jrawmu sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali u kulturali tal-patrimonju ċinematografiku Ewropew permezz ta' miżuri sistematiċi ta' konservazzjoni u restawr billi jħeġġu politika ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-konservazzjoni u tar-restawr ta' xogħlijiet ċinematografiċi;

2.

jadottaw sa... (*), miżuri leġislattivi, amministrattivi jew miżuri oħra suffiċjenti sabiex jiżguraw li xogħlijiet ċinematografiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju awdjoviżiv tagħhom jiġu miġbura, katalogati, preservati u restawrati sistematikament u li jkunu aċċessibbli għall-użu edukattiv, kulturali, ta' riċerka jew użu ieħor li hu ta' natura simili iżda mhux kummerċjali, fil-każijiet kollha b'mod konformi ma' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati;

3.

jinnominaw il-korpi xierqa sabiex iwettqu d-doveri ta' interess pubbliku deskritti fil-punt 2 b'indipendenza u professjonalità, u jiżguraw li jiġu provduti bl-aħjar riżorsi finanzjarji u tekniċi disponibbli;

4.

jħeġġu lill-korpi nominati sabiex jispeċifikaw, bi ftehim jew b'kuntratt mad-detenturi tad-drittijiet, il-kondizzjonijiet li taħthom xogħlijiet ċinematografiċi depożitati jistgħu jitqiegħdu għad-disposizzjoni tal-pubbliku;

5.

jikkunsidraw, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi promoss il-patrimonju ċinematografiku, li jistabbilixxu jew li jsostnu akkademji ċinematografiċi nazzjonali jew korpi simili;

6.

jadottaw miżuri suffiċjenti sabiex jiżdied l-użu tat-teknoloġiji diġitali u ġodda fil-ġbir, fil-katalogazzjoni, fil-preservazzjoni u fir-restawr ta' xogħlijiet ċinematografiċi;

Ġbir

7.

iwettqu ġbir sistematiku ta' xogħlijiet ċinematografiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju awdjoviżiv tagħhom permezz ta' obbligu legali jew kontrattwali għad-depożitu ta' għall-inqas kopja waħda ta' kwalità għolja ta' tali xogħlijiet ċinematografiċi ma' korpi nominati. Meta jistipulaw il-kondizzjonijiet għad-depożitu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

għal żmien ta' tranżizzjoni ikopru dawk il-produzzjonijiet jew ko-produzzjonijiet li jkunu rċivew finanzjament pubbliku fuq livell nazzjonali jew reġjonali; wara li jkun għadda dan iż-żmien ta' tranżizzjoni, għandhom ikopru, sa fejn ikun prattikabbli, il-produzzjonijiet kollha, inklużi dawk li ma jkunu rċivew ebda finanzjament pubbliku,

(b)

ix-xogħlijiet ċinematografiċi depożitati ikunu ta' kwalità teknika tajba, sabiex jiġu faċilitati l-preservazzjoni u r-riproduċibbiltà, akkumpanjati b'metadata f'forma kif xieraq standardizzata,

(ċ)

id-depożitu jsir meta l-film isir disponsibbli għall-pubbliku, u fi kwalunkwe każ mhux iżjed tard minn sentejn wara;

Katalogazzjoni u tħejjija ta' databases

8.

jadottaw miżuri adegwati (li eventwalment jistgħu jwasslu għal kodiċi ta' arkivjazzjoni tal-produzzjoni ċinematografika) sabiex jippromwovu l-katalogazzjoni u l- indiċizzazzjoni ta' xogħlijiet ċinematografiċi depożitati u sabiex iħeġġu t-tħejjija ta' databases li jikkontjenu informazzjoni dwar il-films, bl-użu ta' standards Ewropej u internazzjonali;

9.

jippromwovu l-istandardizzazzjoni Ewropea u l-interoperabbiltà ta' databases ta' filmografija u d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku, per eżempju, permezz ta' l-internet, speċjalment permezz ta' l-involviment attiv tal-korpi nominati;

10.

jesploraw il-possibbiltà li jistabbilixxu retikolat ta' databases li jikkomprendi l-patrimonju awdjoviżiv Ewropew flimkien ma' l-organizzazzjonijiet kompetenti, b'mod partikolari l-Kunsill ta' l-Ewropa (l-Eurimages u l-Osservatorju Awdjoviziv Ewropew);

11.

jistiednu korpi ta' arkivjazzjoni sabiex jivvalorizzaw l-istocks billi jorganizzawhom f'kollezzjonijiet fil-livell ta' l-UE, per eżempju, skond it-tema, l-awtur u l-perjodu;

Preservazzjoni

12.

jadottaw leġislazzjoni jew jużaw metodi oħra b'mod konformi ma' prattiċi nazzjonali sabiex jiżguraw il-preservazzjoni ta' xogħlijiet ċinematografiċi depożitati. Il-miżuri ta' preservazzjoni għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

(a)

ir-riproduzzjoni ta' films fuq mezzi ġodda ta' ħżin;

(b)

il-preservazzjoni ta' tagħmir għall-wiri ta' xogħlijiet ċinematografiċi fuq mezzi differenti;

Restawr

13.

jintroduċu l-miżuri adegwati kollha sabiex jippermettu, fil-liġijiet tagħhom, ir-riproduzzjoni ta' xogħlijiet ċinematografiċi depożitati għall-iskop ta' restawr filwaqt li jippermettu li d-detenturi tad-drittijiet jibbenefikaw mill-potenzjal industrijali mtejjeb tax-xogħlijiet tagħhom li jirriżulta minn dak ir-restawr abbażi ta' ftehim bejn il-partijiet interessati kollha;

14.

iħeġġu proġetti għar-restawr ta' films antiki jew films b'valur kulturali jew storiku għoli;

Aċċessibbiltà, ta' xogħlijiet ċinematografiċi depożitati, għall-użu edukattiv, kulturali, ta' riċerka jew użu ieħor li hu ta' natura simili iżda mhux kummerċjali

15.

jadottaw il-miżuri leġislattivi jew amministrattivi meħtieġa sabiex jippermettu lill-korpi nominati li jagħmlu xogħlijiet ċinematografiċi depożitati aċċessibbli għall-użu edukattiv, kulturali, ta' riċerka, jew użu ieħor li hu ta' natura simili iżda mhux kummerċjali, fil-każijiet kollha b'mod konformi ma' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati;

16.

jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw l-aċċess għal persuni b'diżabbiltà għax-xogħlijiet ċinematografiċi depożitati, fil-każijiet kollha b'mod konformi ma' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati;

Taħriġ professjonali u familjarizzazzjoni mal-media

17.

jippromwovu taħriġ professjonali fl-oqsma kollha relatati mal-patrimonju ċinematografiku sabiex jitrawwem sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-patrimonju ċinematografiku;

18.

jippromwovu l-użu tal-patrimonju ċinematografiku bħala mod ta' tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fil-promozzjoni tad-diversità kulturali;

19.

irawmu u jippromwovu l-edukazzjoni viżiva, l-istudji ċinematografiċi u l- familjarizzazzjoni mal-media fl-edukazzjoni fil-livelli kollha, fi programmi ta' taħriġ professjonali u fi programmi Ewropej;

20.

jippromwovu koperazzjoni mill-qrib bejn il-produtturi, id-distributuri, ix-xandara u l-istituti ċinematografiċi għal skopijiet edukattivi filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati;

Depożitu

21.

jikkonsidraw it-twaqqif ta' sistema ta' depożitu volontarju jew obbligatorju ta':

(a)

materjal anċillari jew pubbliċitarju relatat ma' xogħlijiet ċinematografiċi li jifformaw parti mill-patrimonju awdjoviżiv nazzjonali,

(b)

xogħlijiet ċinematografiċi li jifformaw parti mill-patrimonju awdjoviżiv nazzjonali minn pajjiżi oħra,

(ċ)

materjal ta' immaġini li għandhom moviment divers minn xogħlijiet ċinematografiċi,

(d)

xogħlijiet ċinematografiċi ta' l-imgħoddi.

Koperazzjoni bejn korpi nominati

22.

jħeġġu, u jsostnu korpi nominati għall-iskop ta' l-iskambju ta' informazzjoni u tal-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom fil-livelli nazzjonali u Ewropej sabiex per eżempju:

(a)

jiżguraw il-koerenza fil-metodi ta' ġbir u konservazzjoni u l-interoperabbiltà ta' databases,

(b)

jirrilaxxaw, per eżempju fuq DVDs, materjal arkivistiku b'sottotitoli f'kemm lingwi ta' l-Unjoni Ewropea huwa possibbli, fil-każijiet kollha b'mod konformi ma' drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati,

(ċ)

jikkompilaw filmografija Ewropea,

(d)

jiżviluppaw standard komuni għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni,

(e)

jipproduċu proġetti ta' riċerka u edukattivi komuni, filwaqt li jippromwovu l-iżvilupp ta' retikolati Ewropej ta' skejjel u mużewijiet ċinematografiċi.

Azzjoni ta' segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni

23.

jinformaw lill-Kummissjoni kull sentejn bl-azzjoni meħuda b'tweġiba għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmula fi Strasburgu, nhar is-16 ta' Novembru 2005.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għal-Kunsill

Il-President

Bach of LUTTERWORTH”


(1)  ĠU C 123, 30.4.2004, p. 4.

(2)  ĠU C 74, 23.2.2005, p. 18.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2005.

(4)  ĠU C 193, 11.7.2000, p. 1.

(5)  ĠU C 43, 16.2.2002, p. 6.

(6)  GU C 271 E, 12.11.2003, p. 176.

(7)  GU C 295, 5.12.2003, p. 5.

(8)  GU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(*)  Sentejn mill-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni.