ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
4 ta' Marzu 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 ( 3 )

1

 

*

Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE

37

 

*

Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) ( 3 )

52

 

 

II   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar iktar koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-edukazzjoni ogħla

60

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 64.

 

(3)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

4.3.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


IR-REGOLAMENT (KE) Nru 336/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Frar 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) ,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kodiċi ISM”, ġie adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fl-1993. Dan il-kodiċi gradwalment sar obbligatorju għall-biċċa l-kbira tal-vapuri li jbaħħru fuq vjaġġi internazzjonali bl-adozzjoni f'Mejju ta' l-1994 tal-Kapitolu IX “Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri” tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS).

(2)

Il-Kodiċi ISM ġie emendat mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni MSC.104 (73), adottata fil-5 ta' Diċembru 2000.

(3)

Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM mill-Amministrazzjonijiet ġew adottati bir-Riżoluzzjoni A.788(19) ta' l-IMO fit-23 ta' Novembru 1995. Dawn il-Linji Gwida ġew emendati bir-Riżoluzzjoni A.913 (22), adottata fid-29 ta' Novembru 2001.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar l-amministrazzjoni tas-sigurtà ta' vapuri tal-passiġġieri roll-on/roll-off (vapuri ro-ro) (3) għamel il-Kodiċi ISM obbligatorju fuq il-livell Komunitarju b'effett mill-1 ta' Lulju 1996 għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro kollha li joperaw fuq servizz regolari minn u lejn portijiet ta' l-Istati Membri, sew fuq vjaġġi domestiċi kif ukoll fuq dawk internazzjonali u irrispettivament mill-bandiera tagħhom. Dan kien l-ewwel pass biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi u koerenti tal-Kodiċi ISM fl-Istati Membri kollha.

(5)

Fl-1 ta' Lulju 1998 il-Kodiċi ISM sar obbligatorju taħt id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IX tas-SOLAS għal kumpanniji li joperaw vapuri tal-passiġġieri, inklużi inġenji ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-kimiċi, vapuri tal-gass, vapuri ta' merkanzija mhux ippakkjata u vapuri ta' veloċità kbira ta' tunnellaġġ gross ta' 500 u aktar, fuq vjaġġi internazzjonali.

(6)

Fl-1 ta' Lulju 2002, il-Kodiċi ISM sar obbligatorju għal kumpanniji li joperaw vapuri oħra tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' tunnellaġġ gross ta' 500 u aktar, fuq vjaġġi internazzjonali.

(7)

Is-sigurtà tal-ħajja tal-bnedmin fuq il-baħar u l-protezzjoni ta' l-ambjent jistgħu jiġu mtejba b'mod effettiv billi l-Kodiċi ISM jiġi applikat b'mod strett u fuq bażi obbligatorja.

(8)

Ikun tajjeb li jiġi applikat direttament il-Kodiċi ISM għal vapuri li jtajru l-bandiera ta' xi Stat Membru kif ukoll għal vapuri, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi jew fuq servizz ta' tbaħħir regolari li jopera minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri.

(9)

L-adozzjoni ta' Regolament ġdid b'applikabbiltà diretta għandha tiżgura l-infurzar tal-Kodiċi ISM bl-intendiment li jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jimplimentawx il-Kodiċi għal vapuri, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, li joperaw esklużivament f'żoni ta' portijiet.

(10)

Konsegwentement ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 għandu jiġi mħassar.

(11)

Jekk xi Stat Membru jqis li huwa diffiċli biex fil-prattika kumpanniji jissodisfaw id-disposizzjonijiet speċifiċi tal-Parti A tal-Kodiċi ISM għal ċerti vapuri jew kategoriji ta' vapuri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru, huwa jista' jidderoga għal kollox jew parzjalment minn dawk id-disposizzjonijiet billi jimponi miżuri li jiżguraw li l-għanijiet tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti. Huwa jista', għal tali vapuri u kumpanniji, jistabbilixxi proċeduri alternattivi ta' ċertifikazzjoni u verifika.

(12)

Jinħtieġ li jittieħed kont tad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali ta' l-Istat (4).

(13)

Jinħtieġ ukoll li jittieħed kont tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar regoli u standards komuni għal organizzazzjonjiet ta' spezzjoni u sorveljanza ta' vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' amministrazzjonijiet marittimi (5), sabiex jiġu stabbiliti l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-iskop ta' dan ir-Regolament, u tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal- passiġġieri (6), bl-iskop li jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi domestiċi.

(14)

Il-miżuri meħtieġa għall-emendar ta' l-Anness II għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7) ;

(15)

Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà u t-tħaddim sigur tal-vapuri kif ukoll il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalitá, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil' hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament hu li tittejjeb l-amministrazzjoni tas-sigurtà u t-tħaddim sigur tal-vapuri kif ukoll il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1), billi jiġi żgurat li l-kumpanniji li jħaddmu dawk il-vapuri jikkonformaw mal-Kodiċi ISM permezz ta':

(a)

l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni xierqa minn kumpanniji tas-sistemi ta' amministrazzjoni tas-sigurtà abbord u fuq ix-xatt; u,

(b)

il-kontroll tagħhom mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istat tal-bandiera u tal-port.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Il-Kodiċi ISM” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea A.741 (18) ta' l-4 ta' Novembru 1993, kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.104 (73) tal-5 ta' Diċembru 2000 tal-Kumitat tas-Siġurtà Marittima u stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(2)

“Organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser korp rikonoxxut skond id-Direttiva 94/57/KE;

(3)

“Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun ħa responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ISM;

(4)

“Vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier, jew inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri;

(5)

“Passiġġier” tfisser kull persuna għajr:

(a)

il-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ jew xi persuni oħra impjegati jew imqabbda fi kwalunkwe kapaċità abbord vapur fuq ix-xogħol ta' dak il-vapur; u

(b)

tfal taħt l-età ta' sena;

(6)

“Inġenju ta' veloċità kbira” tfisser inġenju ta' veloċità kbira kif definit fir-Regolament X-1/2 tas- SOLAS, fil-verżjoni aġġornata tagħha. Għal inġenji ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni indikati fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 98/18/KE;

(7)

“Vapur tal-merkanzija” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li mhux vapur tal-passiġġieri;

(8)

“Vjaġġ internazzjonali” tfisser vjaġġ bil-baħar minn port ta' Stat Membru jew kwalunkwe Stat ieħor lejn port barra minn dak l-Istat, jew viċi versa;

(9)

“Vjaġġ domestiku” tfisser vjaġġ f'żoni tal-baħar minn port ta' Stat Membru għall-istess port jew għal port ieħor li jinsab f'dak l-Istat Membru;

(10)

“Servizz ta' tbaħħir regolari” tfisser sensiela ta' traġitti bil-vapur imħaddma sabiex iservu t-traffiku bejn l-istess żewġ punti jew aktar, kemm:

(a)

skond skeda tal-ħin ippubblikata; jew

(b)

bi vjaġġi tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu sensiela sistematika rikonoxxibbli;

(11)

“Vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser bastiment tal-baħar tal-passiġġieri kif definit fil-Kapitolu II-1 tas-SOLAS, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(12)

“Inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri” tfisser bastiment mobbli li jġorr il-passiġġieri, li primarjament jaħdem taħt l-ilma u jiddependi minn sostenn minn wiċċ l-ilma, Bħal vapur tal-wiċċ jew faċilitajiet ibbażati fix-xatt, għas-sorveljanza u għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

rikariku tal-provvista ta' l-enerġija;

(b)

rikariku ta' l-arja bi pressjoni għolja;

(ċ)

rikariku tal-mezzi ta' sostenn tal-ħajja;

(13)

“Unità mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar” tfisser bastiment li kapaċi jaħdem f'operazzjonijiet ta' tħaffir għall-esplorazzjoni jew għall-isfruttament ta' riżorsi taħt qiegħ il-baħar bħall-idrokarboni, il-kubrit jew il-melħ;

(14)

“Tunnellaġġ gross” tfisser it-tunnellaġġ gross ta' vapur determinat skond il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969 jew, fil-każ ta' vapuri impenjati esklużivament fi vjaġġi domestiċi u mhux imkejjel skond il-konvenzjoni msemmija, it-tunnellaġġ gross tal-vapur determinat skond id-disposizzjonijiet ta' regolamenti nazzjonali eżistenti għall-kejl tat-tunnellaġġ.

Artikolu 3

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tipi ta' vapuri segwenti u għall-kumpanniji li jħaddmuhom:

(a)

vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, impenjati fuq vjaġġi internazzjonali;

(b)

vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi, irrispettivament mill-bandiera tagħhom;

(ċ)

vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri li joperaw minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri, fuq servizz regolari ta' tbaħħir, irrispettivament mill-bandiera tagħhom;

(d)

unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar, li joperaw taħt l-awtorità ta' Stat Membru.

2.   Dan ir-Regolament m' għandux japplika għat-tipi ta' vapuri li ġejjin jew għall-kumpanniji li jħaddmuhom:

(a)

vapuri tal-gwerra u dawk ta' truppi u vapuri oħra li huma proprjetà ta' jew imħaddma minn Stat Membru u li jintużaw biss fuq servizz mhux kummerċjali tal-gvern;

(b)

vapuri mhux imħaddma b'mezzi mekkaniċi, vapuri ta' l-injam ta' għamla primittiva, jottijiet u inġenji tad-divertiment, ħlief jekk dawn ikunu jew ser ikunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali;

(ċ)

bastimenti tas-sajd;

(d)

vapuri tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 500;

(e)

vapuri tal-passiġġieri, minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro, f'żoni ta' baħar ta' Klassi Ċ u D kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE.

Artikolu 4

Konformità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanniji kollha li joperaw vapuri li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta' amministrazzjoni tas-sigurtà

Il-vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-kumpanniji li joperawhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Kodiċi ISM.

Artikolu 6

Ċertifikazzjoni u verifika

Għall-għanijiet ta' ċertifikazzjoni u verifika, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.

Artikolu 7

Deroga

1.   Stat Membru jista', jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika l-kumpanniji jikkonformaw mal-paragrafi 6, 7, 9, 11 u 12 tal-Parti A tal-Kodiċi ISM għal ċerti vapuri jew kategoriji ta' vapuri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru, jidderoga għal kollox jew parzjalment minn dawk id-disposizzjonijiet billi jimponi miżuri li jiżguraw li l-għanijiet tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti.

2.   Stat Membru jista', għal vapuri u kumpanniji li għalihom ġiet adottata deroga bis-saħħa tal-paragrafu 1, jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika japplika ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6, jistabbilixxu proċeduri alternattivi ta' ċertifikazzjoni u verifika.

3.   Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, fil-paragrafu 2, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)

L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deroga u dwar il-miżuri li bi ħsiebu jadotta;

(b)

jekk, fi żmien sitt xhur minn notifika, jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), li d-deroga proposta mhix ġustifikata jew li l-miżuri proposti m'humiex suffiċjenti, tali Stat Membru għandu jintalab jemenda jew joqgħod lura milli jadotta d-disposizzjonijiet proposti;

(ċ)

l-Istat Membru għandu jagħmel pubbliċi kwalunkwe miżuri adottati b'referenza diretta għall-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, għall-paragrafu 2.

4.   Wara li ssir deroga taħt il-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 2 l-Istat Membru konċernat għandu joħroġ ċertifikat skond it-tieni subparagrafu ta' l-Anness II.V, Parti B, Taqsima 5, li jindika l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

Artikolu 8

Validità, aċċettazzjoni u rikonoxximent ta' ċertifikati

1.   Id-Dokument ta' Konformità għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.

2.   F'każijiet ta' tiġdid tad-Dokument ta' Konformità u taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.

3.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġ mill-amministrazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f'isem din l-amministrazzjoni minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.

4.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa minn, jew f'isem, l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi.

Madankollu, għal vapuri impenjati fuq servizz regolari ta' tbaħħir, il-konformità mal-Kodiċi ISM tad-Dokumenti ta' Konformità, id-Dokumenti Interim ta' Konformità, Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u ċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, maħruġa f'isem l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, għandha tiġi verifikata, bi kwalunkwe mezz adattat, minn jew f'isem l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) ħlief jekk dawn inħarġu mill-amministrazzjoni ta' Stat Membru jew minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.

Artikolu 9

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur ta ' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 10

Rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tistabbilixxi kampjun ta' formola armonizzata għal tali rapporti.

3.   Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet ir-rapporti mill-Istati Membri, tħejji rapport konsolidat li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament flimkien ma' kwalunkwe miżuri proposti, jekk ikun xieraq. Dan ir-rapport għandu jiġi indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 11

Emendi

1.   Emendi tal-Kodiċi ISM jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat għal Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) (8).

2.   Kwalunkwe emenda għal Anness II għandha ssir skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 12

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għal Ibħra Siġuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahrejn.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 għandu jkun imħassar b'effett mill-24 ta' Marzu 2006.

2.   Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, Dokumenti ta' Konformità u Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa qabel 24 ta' Marzu 2006 Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu jew sa l-approvazzjoni li jkun imiss.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għal dak li jikkonċerna vapuri tal-merkanzija u tal-passiġġieri, li m'humiex diġà meħtieġa li jikkonformaw mal-Kodiċi ISM, dan ir-Regolament għandu japplika mill-24 ta' Marzu 2008 Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament..

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

(1) Magħmul fi Strasburgu, 15 ta' Frar 2006

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 302, 7.12.2004, p. 20.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ĠU C 102 E, 28.4.2004, p. 565) Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2005 (ĠU C 264 E, 25.10.2005, p. 28) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2005 (għandha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 320, 30.12.1995, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).

(4)  ĠU L 157, 7.7.1995, p 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).

(5)  ĠU L 319, 12.12.1994, p 20. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/84/KE.

(6)  ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummmissjoni 2003/75/KE (ĠU L 190, 30.7.2003, p. 6).

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p 23.

(8)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004. p. 10).


ANNESS I

Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM))

Parti A

Implimentazzjoni

1.

Ġenerali

1.1.

Definizzjonijiet

1.2.

Għanijiet

1.3.

Applikazzjoni

1.4.

Rekwiżiti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS)

2.

Politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali

3.

Responsabbiltajiet u awtorità tal-kumpannija

4.

Persuna/i nominati

5.

Responsabbiltà u awtorità tal-kaptan

6.

Riżorsi u persunal

7.

Żviluppi ta' pjani għal operazzjonijiet abbord

8.

Stat ta' tħejjija għall-emerġenzi

9.

Rapporti u analiżi dwar non-konformitajiet, inċidenti u okkorrenzi perikolużi

10.

Manutenzjoni tal-vapur u tat-tagħmir

11

Dokumentazzjoni

12.

Verifika tal-Kumpannija, reviżjoni u evalwazzjoni

Parti B – Ċertifikazzjoni u Verifika

13.

Ċertifikazzjoni u Verifika perjodika

14.

Ċertifikazzjoni Interim

15.

Verifika

16.

Forom taċ-ċertifikati

KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI GĦAT-TĦADDIM SIGUR TA' VAPURI U GĦALL-PREVENZJONI TAT-TNIĠĠIS

(KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM))

PARTI A – IMPLIMENTAZZJONI

1.   Ġenerali

1.1   Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-partijiet A u B ta' dan il-Kodiċi.

1.1.1.

“Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM)” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis kif adottat mill-Assemblea, kif jista' jiġi emendat mill-Organizzazzjoni.

1.1.2.

“Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun qabel li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi.

1.1.3.

“Amministrazzjoni” tfisser il-gvern ta' l-Istat li l-vapur huwa intitolat itajjar il-bandiera tiegħu.

1.1.4.

“Sistema għall-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser sistema strutturata u dokumentata li tippermetti lill-persunal tal-Kumpannija jimplimenta b'mod effettiv il-politika tas-sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-Kumpannija.

1.1.5.

“Dokument ta' Konformità” tfisser dokument maħruġ lil xi Kumpannija li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi.

1.1.6.

“Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser dokument maħruġ lil vapur li juri li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapur joperaw skond is-sistema approvata ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà.

1.1.7.

“Evidenza oġġettiva” tfisser informazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva, dokumentazzjonijiet jew stqarrijiet ta' fatt dwar is-sigurtà jew dwar l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' element tas-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà, li hija bbażata fuq osservazzjoni, kejl jew test u li tista' tiġi verifikata.

1.1.8.

“Osservazzjoni” tfisser dikjarazzjoni ta' fatt magħmula waqt verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà u sostanzjata b'evidenza oġġettiva.

1.1.9.

“Non-konformità” tfisser sitwazzjoni osservata fejn evidenza oġġettiva tindika li ma twettaqx xi rekwiżit speċifiku.

1.1.10

“Non-konformità maġġuri” tfisser devjazzjoni identifikabbli li tippreżenta theddida serja għas-sigurtà tal-persunal jew tal-vapur jew riskju serju għall-ambjent li teħtieġ azzjoni korrettiva immedjata u tinkludi n-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u sistematika ta' xi rekwiżit ta' dan il-Kodiċi.

1.1.11

“Data ta' l-anniversarju” tfisser il-jum u x-xahar ta' kull sena li tikkorrispondi mad-data ta' l-iskadenza tad-dokument jew taċ-ċertifikat rilevanti.

1.1.12

“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 kif emendata.

1.2.   Għanijiet

1.2.1

L-għanijiet tal-Kodiċi huma li tiġi żgurata s-sigurtà fuq il-baħar, il-prevenzjoni ta' korriment jew telf ta' ħajja ta' bnedmin, u li tiġi evitata l-ħsara lill-ambjent, b'mod partikolari, lill-ambjent marittimu, u lill-proprjetà.

1.2.2.

L-għanijiet ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija għandhom, inter alia:

1.2.2.1.

jipprovdu għal prattiki siguri fit-tħaddim tal-vapuri u ambjent ta' xogħol sigur;

1.2.2.2.

jistabbilixxu salvagwardji kontra r-riskji kollha identifikati; u

1.2.2.3.

kontinwament itejbu l-ħiliet amministrattivi ta' sigurtà tal-persunal fuq ix-xatt u abbord il-vapuri, inkluża t-tħejjija għal emerġenzi relatati kemm mas-sigurtà kif ukoll mal-protezzjoni ta' l-ambjent.

1.2.3.

Is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandha tiżgura:

1.2.3.1.

konformità mar-regoli u r-regolamenti mandatorji; u

1.2.3.2.

li jittieħed kont tal-kodiċi, il-linji gwida u l-istandards applikabbli rrikkmandati mill-Organizzazzjoni, minn amministrazzjonijiet, minn soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u minn organizzazzjonijiet ta' l-industrija marittima.

1.3.   Applikazzjoni

Ir-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi jistgħu jiġu applikati għall-vapuri kollha.

1.4   Rekwiżiti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS)

Kull kumpannija għandha tiżviluppa, timplimenta u żżomm sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS) li tinkludi r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

1.4.1.

politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent;

1.4.2.

struzzjonijiet u proċeduri sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' vapuri u l-protezzjoni ta' l-ambjent skond il-leġislazzjoni rilevanti internazzjonali u dik ta' l-Istat tal-bandiera;

1.4.3.

livelli definiti ta' awtorità u linji ta' komunikazzjoni bejn, u fost, persunal tax-xatt u abbord il-vapuri;

1.4.4.

proċeduri għar-rapportar ta' inċidenti u non-konformitajiet mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi;

1.4.5.

proċeduri għat-tħejjija u r-rispons għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza; u

1.4.6.

proċeduri għal verifiki interni u reviżjonijiet amministrattivi.

2.   Politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali

2.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali li tiddeskrivi kif l-għanijiet, mogħtija fil-paragrafu 1.2, ser jintlaħqu.

2.2.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-politika tiġi implimentata u tibqa' tinżamm fil-livelli kollha ta' l-organizzazzjoni kemm abbord il-vapuri kif ukoll fuq ix-xatt.

3.   Responsabbiltajiet u awtorità tal-kumpannija

3.1.

Jekk l-entità li hija responsabbli għat-tħaddim tal-vapur m'hijiex is-sid, is-sid għandu jirrapporta l-isem sħiħ u d-dettalji ta' tali entità lill-amministrazzjoni.

3.2.

Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta r-responsabbiltà, l-awtorità u l-interrelazzjoni tal-persunal kollu li jamministra, iwettaq u jivverifika xogħol relatat ma', u li jaffettwa, s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

3.3.

Il-kumpannija hija responsabbli biex tiżgura li jkun hemm provvista adegwata ta' riżorsi u sostenn minn fuq ix-xatt sabiex il-persuna jew il-persuni magħżula jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

4.   Persuna/i magħżula

Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' kull vapur u sabiex jiġi pprovdut kollegament bejn il-kumpannija u dawk abbord, kull kumpannija, skond kif jixraq, għandha tagħżel persuna jew persuni fuq ix-xatt li jkollhom aċċess dirett għall-ogħla livell ta' amministrazzjoni. Ir-responsabbiltà u l-awtorità tal-persuna jew persuni nominati għandhom jinkludu s-sorveljanza ta' l-aspetti tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tat-tħaddim ta' kull vapur u li jiżgura(w) li jiġu applikati riżorsi adegwati u sostenn ibbażat fuq ix-xatt, kif meħtieġ.

5.   Responsabbiltà u awtorità tal-kaptan

5.1

Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta b'mod ċar ir-responsabbiltà tal-kaptan fir-rigward ta':

5.1.1.

l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-kumpannija;

5.1.2.

li l-ekwipaġġ jiġi mmotivat fl-osservanza ta' dik il-politika;

5.1.3.

il-ħruġ b'mod ċar u sempliċi ta' ordnijiet u struzzjonijiet xierqa;

5.1.4.

li jiġi verifikat li ħtiġiet speċifikati jiġu osservati; u

5.1.5.

li jirrevedi l-SMS u jirrapporta n-nuqqasijiet tagħha lill-amministrazzjoni bbażata fuq ix-xatt.

5.2.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-SMS imħaddma abbord il-vapur ikun fiha dikjarazzjoni ċara li tenfasizza l-awtorità tal-kaptan. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi fl-SMS li l-kaptan għandu l-awtorità ‘l fuq minn kollox u r-responsabbiltà li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis u li jitlob l-għajnuna tal-kumpannija hekk kif jista' jkun meħtieġ.

6.   Riżorsi u persunal

6.1.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-kaptan:

6.1.1.

ikun ikkwalifikat kif suppost biex jikkmanda;

6.1.2.

ikun jaf tajjeb l-SMS tal-kumpannija; u

6.1.3.

jingħata s-sostenn meħtieġ sabiex id-dmirijiet tal-kaptan ikunu jistgħu jitwettqu mingħajr periklu.

6.2.

Il-kumpannija għandha tiżgura li kull vapur ikollu baħħara kkwalifikati, iċċertifikati u medikament f'saħħithom skond il-ħtiġiet nazzjonali u internazzjonali.

6.3.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li persunal ġdid u persunal trasferit għal kompiti ġodda relatati mas-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent jingħataw familjarizzazzjoni xierqa mad-dmirijiet tagħhom.

L-istruzzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti qabel it-tbaħħir għandhom jiġu identifikati, dokumentati u mogħtija.

6.4.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal kollu involut fl-SMS tal-kumpannija jkun jifhem b'mod adegwat ir-regoli, ir-regolamenti, il-kodiċi u l-linji gwida rilevanti.

6.5.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe taħriġ li jista' jkun meħtieġ għas-sostenn ta' l-SMS u sabiex jiġi żgurat li tali taħriġ jingħata lill-persunal kollu kkonċernat.

6.6.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri li bihom il-persunal tal-vapur jirċievi informazzjoni rilevanti dwar l-SMS f'lingwa jew lingwi ta' xogħol li huma jifhmu.

6.7.

Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal tal-vapur ikun jista' jikkomunika b'mod effettiv waqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu relatati ma' l-SMS.

7.   Żviluppi ta' pjani għal operazzjonijiet abbord

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għat-tħejjija ta' pjani u struzzjonijiet, inklużi listi ta' kontroll skond il-każ, għal operazzjonijiet ewlenin abbord li jikkonċernaw is-sigurtà tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Id-diversi kompiti involuti għandhom jiġu definiti u assenjati lil persunal ikkwalifikat.

8.   Stat ta' tħejjija għall-emerġenzi

8.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tidentifika, tiddeskrivi u tirrispondi għal sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza abbord il-vapur.

8.2.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi programmi ta' drills u eżerċizzji sabiex tħejji għal azzjonijiet ta' emerġenza.

8.3.

L-SMS għandha tipprevedi miżuri li jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-kumpannija tista' tirrispondi fi kwalunkwe ħin għal perikli, inċidenti u sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu l-vapuri tagħha.

9.   Rapporti u analiżi ta' non-konformitajiet, inċidenti u okkorrenzi perikolużi

9.1.

L-SMS għandha tinkludi proċeduri li jiżguraw li non-konformitajiet, inċidenti u sitwazzjonjiet perikolużi jiġu rrapportati lill-kumpannija, investigati u analizzati bl-għan li tiġi mtejba s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

9.2.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għall-implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva.

10.   Manutenzjoni tal-vapur u tat-tagħmir

10.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura li l-vapur jinżamm f'konformità mad-disposizzjonijiet tar-regoli u r-regolamenti rilevanti u ma' kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mill-kumpannija.

10.2.

Sabiex tissodisfa dawn il-ħtiġiet il-kumpannija għandha tiżgura li:

10.2.1.

isiru spezzjonijiet f'intervalli adattati;

10.2.2.

kwalunkwe non-konformità tiġi rrapportata bil-kawża possibbli tagħha, jekk tkun magħrufa;

10.2.3.

tittieħed azzjoni korrettiva xierqa; u

10.2.4.

tinżamm reġistrazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.

10.3.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri fl-SMS sabiex jiġu identifikati t-tagħmir u s-sistemi tekniċi li l-waqfien għall-għarrieda tagħhom jista' jirriżulta f'sitwazzjonijiet perikolużi. L-SMS għandha tipprevedi miżuri speċifiċi bl-għan li jippromwovu l-affidabbiltà ta' tali tagħmir jew sistemi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu testijiet regolari ta' arranġamenti ta' riżerva u ta' tagħmir jew ta' sistemi tekniċi li m'humiex f'użu kontinwu.

10.4.

L-ispezzjonijiet imsemmija f'10.2 kif ukoll il-miżuri msemmija f'10.3 għandhom jiġu integrati fir-rutina/manutenzjoni tat-tħaddim tal-vapur.

11.   Dokumentazzjoni

11.1.

Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri sabiex tikkontrolla d-dokumenti u d-data kollha, li huma rilevanti għall-SMS.

11.2.

Il-kumpannija għandha tiżgura li:

11.2.1.

dokumenti validi jkunu disponibbli fil-postijiet rilevanti kollha;

11.2.2.

bidliet fid-dokumenti jiġu riveduti u approvati mill-persunal awtorizzat; u

11.2.3.

dokumenti li m'għadhomx jintużaw jitneħħew minnufih.

11.3.

Id-dokumenti użati biex jiddeskrivu u jimplimentaw l-SMS jistgħu jissejħu bħala l-“manwal ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà”. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm f'forma li l-kumpannija tqis l-aktar effettiva. Kull vapur għandu jġorr abbord id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għal dak il-vapur.

12.   Verifika, reviżjoni u valutazzjoni tal-kumpannija

12.1.

Il-kumpannija għandha twettaq verifiki interni tas-sigurtà biex tivverifika jekk l-attivitajiet tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis jikkonformawx ma' l-SMS.

12.2.

Perjodikament, il-kumpannija għandha tivvaluta l-effikaċja u meta jkun meħtieġ tirrevedi l-SMS skond proċeduri stabbiliti mill-kumpannija.

12.3.

Il-verifiki u l-azzjonijiet korrettivi possibbli għandhom jitwettqu skond proċeduri dokumentati.

12.4.

Il-persunal li jwettaq il-verifiki għandu jkun indipendenti mill-oqsma li jkunu qed jiġu verifikati sakemm dan ma jkunx imprattikabbli minħabba d-daqs u n-natura tal-kumpannija.

12.5.

Ir-riżultati tal-verifiki u r-reviżonijiet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-persunal kollu li jkollu responsabbiltà fil-qasam involut.

12.6.

Il-persunal ta' l-amministrazzjoni responsabbli mill-qasam involut għandu jieħu azzjoni korrettiva f'waqtha dwar nuqqasijiet li jinstabu.

PARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI U VERIFIKA

13   Ċertifikazzjoni u verifika perjodika

13.1

Il-vapur għandu jitħaddem minn Kumpannija li jkun inħarġilha Dokument ta' Konformità jew Dokument Interim ta' Konformità skond il-paragrafu 14.1, rilevanti għal dak il-vapur.

13.2

Id-Dokument ta' Konformità għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni, minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq it-talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor għall-Konvenzjoni lil kwalunkwe Kumpannija li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi għal perijodu speċifikat mill-Amministrazzjoni li m'għandux ikun iktar minn ħames snin. Dokument bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-Kumpannija hija kapaċi tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi.

13.3

Id-Dokument ta' Konformità huwa validu biss għat-tipi ta' vapur indikati espliċitament fid-dokument. Tali indikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta' vapur li fuqhom ġiet ibbażata l-verifika inizjali. Tipi oħra ta' vapur għandhom jiġu inklużi biss wara verifika tal-kapaċità tal-Kumpannija li tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi applikabbli għal tali tipi ta' vapur. F'dan il-kuntest, it-tipi ta' vapur huma dawk imsemmija fir-regolament IX/1 tal-Konvenzjoni.

13.4

Il-validità ta' Dokument ta' Konformità għandha tkun soġġetta għal verifika annwali mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni minn Gvern Kontraenti ieħor fi żmien tliet xhur qabel jew wara d-data ta' l-anniversarju.

13.5

Id-Dokument ta' Konformità għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba tagħha, mill-Gvern Kontraenti li ħareġ id-dokument, meta l-verifika annwali meħtieġa fil-paragrafu 13.4 ma tiġix mitluba jew jekk hemm prova ta' non-konformitajiet maġġuri ma' dan il-Kodiċi.

13.5.1

Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u/jew iċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà kollha għandhom ukoll jiġu rtirati jekk id-Dokument ta' Konformità jiġi rtirat.

13.6

Kopja tad-Dokument ta' Konformità għandha titpoġġa abbord sabiex il-kaptan tal-vapur, jekk jintalab jagħmel dan, ikun jista' jipproduċiha għal verifika mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fir-regolament IX/6.2 tal-Konvenzjoni. Il-kopja tad-dokument m'hemmx għalfejn tkun awtentikata jew iċċertifikata.

13.7

Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ lil vapur għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mill-Amministrazzjoni jew xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ wara verifika li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapuri joperaw skond is-sistema approvata ta' amministrazzjoni tas-sigurtà. Ċertifikat bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-vapur qed jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kodiċi.

13.8

Il-validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun soġġetta għal mill-inqas verifika intermedja waħda mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Jekk tkun ser tiġi mwettqa verifika intermedja waħda biss u l-perijodu ta' validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jkun ta' ħames snin, din għandha sseħħ bejn it-tieni u t-tielet data ta' anniversarju taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà.

13.9

Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.5.1, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, mill-Gvern Kontraenti li jkun ħarġu meta l-verifika intermedja meħtieġa fil-paragrafu 13.8 ma tintalabx jew jekk hemm xhieda ta' non-konformità maġġuri ma' dan il-Kodiċi.

13.10

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 13.2 u 13.7, meta l-verifika tat-tiġdid titlesta fi żmien tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ- Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandhom ikunu validi mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti.

13.11

Meta l-verifika tat-tiġdid titlesta aktar minn tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandu jkun validu mid-data ta' tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid.

14.   Ċertifikazzjoni interim

14.1

Dokument Interim ta' Konformità jista' jinħareġ biex jiffaċilita l-implimentazzjoni inizjali ta' dan il-Kodiċi meta:

1.

Kumpannija tkun għadha kif ġiet stabbilita; jew

2.

tipi ġodda ta' vapur ikunu ser jiġu miżjuda ma' Dokument ta' Konformità eżistenti, wara verifika li l-Kumpannija għandha sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 ta' dan il-Kodiċi, dment li l-Kumpannija turi pjani biex timplimenta sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan il-Kodiċi fi żmien il-perijodu ta' validità tad-Dokument Interim ta' Konformità. Dokument Interim ta' Konformità bħal dan għandu jinħareġ għal perijodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Kopja tad-Dokument Interim ta' Konformità għandha titpoġġa abbord sabiex il-kaptan tal-vapur, jekk jintalab jagħmel dan, ikun jista' jipproduċiha għal verifika mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fir-regolament IX/6.2 tal-Konvenzjoni. Il-kopja tad-dokument m'hemmx għalfejn tkun awtentikata jew iċċertifikata.

14.2

Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ:

1.

lil vapuri ġodda mal-kunsinna;

2.

meta Kumpannija tieħu r-responsabbiltà għat-tħaddim ta' vapur li huwa ġdid għall-Kumpannija; jew

3.

meta vapur jibdel il-bandiera.

Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà bħal dan għandu jinħareġ għal perijodu ta' mhux aktar minn 6 xhur mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor.

14.3

Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, Gvern Kontraenti ieħor, tista', f'każijiet speċjali, testendi l-validità ta' Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għal perijodu ieħor li m'għandux ikun aktar minn 6 xhur mid-data ta' l-iskadenza.

14.4

Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ wara verifika li:

1.

id-Dokument ta' Konformità, jew id-Dokument Interim ta' Konformità, huwa rilevanti għall-vapur ikkonċernat;

2.

is-Sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà pprovduta mill-Kumpannija għall-vapur ikkonċernat tinkludi elementi ċentrali ta' dan il-Kodiċi u ġiet valutata waqt il-verifika għall-ħruġ tad-Dokument ta' Konformità jew murija għall-ħruġ tad-Dokument Interim ta' Konformità;

3.

il-Kumpannija ppjanat il-verifika tal-vapur fi żmien tliet xhur;

4.

il-kaptan u l-uffiċjali huma familjari mas-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà u ma' l-arranġamenti ppjanati għall-implimentazzjoni tagħha;

5.

qabel it-tbaħħir jiġu pprovduti struzzjonijiet li jkunu ġew identifikati bħala essenzjali; u

6.

informazzjoni rilevanti dwar is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tkun ingħatat b'lingwa jew lingwi tax-xogħol mifhuma mill-persunal tal-vapur.

15   Verifika

15.1

Il-verifiki kollha meħtieġa mid-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi għandhom jitwettqu skond il-proċeduri aċċettabbli għall-Amministrazzjoni, b'kont meħud tal-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni (1).

16   Forom taċ-ċertifikati

16.1

Id-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandhom jitfasslu f'forma li tikkorrispondi mal-mudelli mogħtija fl-appendiċi għal dan il-Kodiċi. Jekk il-lingwa użata m'hix l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, it-test għandu jinkludi traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi.

16.2

Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.3 t-tipi ta' vapur indikati fuq id-Dokument ta' Konformità u d-Dokument Interim ta' Konformità jistgħu jiġu approvati biex jirriflettu kwalunkwe limitazzjonijiet fl-operazzjonijiet tal-vapuri deskritti fis-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà.


(1)  Irreferi għal-Linji Gwida Riveduti dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mill-Amministrazzjonijiet adottati mill-Organizzazzjoni bir-riżoluzzjoni A. 913(22).

Appendiċi

Formoli tad-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà

DOKUMENT TA' KONFORMITÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpannija:

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

 

Vapur tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

 

Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier)

 

Tanker taż-żejt

 

Tanker tal-kimiċi

 

Trasportatur tal-gass

 

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

 

Vapur tal-merkanzija ieħor

Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM, is-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.

L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

ĊERTIFIKAT TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem tal-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni:…

Tip ta' vapur (*):…

Tunnellaġġ gross:…

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpannija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' l-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpannija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.

Dan iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠ)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM, is-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.

VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (**)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (**)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (**)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

DOKUMENT INTERIM TA' KONFORMITÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpannija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM), għat-tip(i) ta' vapur elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

 

Vapur tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

 

Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier)

 

Tanker taż-żejt

 

Tanker tal-kimiċi

 

Trasportatur tal-gass

 

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

 

Vapur tal-merkanzija ieħor

Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa:

Maħruġ fi: …

(Post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

ĊERTIFIKAT INTERIM TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-

KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974,

kif emendata

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem tal-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur (***): …

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpannija:…

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Kodiċi ISM ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (****) tal-Kumpannija huwa rilevanti għal dan il-vapur.

Dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa …,

soġġett għal li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (****) jibqa' validu.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru

Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa: …

Data ta' l-estensjoni: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)


(*)  Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri, inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija, trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier), tanker taż-żejt, tanker tal-kimiċi, trasportatur tal-gass, unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar, vapur tal-merkanzija ieħor.

(**)  Jekk applikabbli. Referenza hija magħmula għall-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet (ir-riżoluzzjoni A.913 (22)).

(***)  Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor.

(****)  Ħassar kif meħtieġ.


ANNESS II

DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-AMMINISTRAZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM)

Parti A

Disposizzjonijiet ġenerali

Parti B

Ċertifikazzjoni u Standards

2.

Proċess ta' ċertifikazzjoni

3.

Standard ta' Amministrazzjoni

4.

Standards ta' Kompetenza

5.

Forma tad-Dokument ta' Konformità u ċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà

PARTI A – DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1

Meta jwettqu verifiki u kompiti ta' ċertifikazzjoni meħtieġa mid-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għal vapuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-istandards stabbiliti fil-Parti B ta' dan it-Titolu.

1.2

Barra minn dan l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut tad-disposizzjonijiet tal-Linji Gwida Riveduti dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet, adottati mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni A.913 (22) tad-29 ta' Novembru 2001, sa fejn dawn ma jkunux koperti taħt il-Parti B ta' dan it-Titolu.

PARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI U STANDARDS

2.   Proċess ta' ċertifikazzjoni

2.1.

Il-proċess ta' ċertifikazzjoni rilevanti għall-ħruġ ta' dokument ta' konformità għal kumpannija u ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà lil kull vapur għandu jitwettaq b'kont meħud tad-disposizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

2.2.

Il-proċess ta' ċertifikazzjoni għandu normalment jinvolvi l-passi li ġejjin:

1.

verifika inizjali;

2.

verifika annwali jew intermedja;

3.

verifika tat-tiġdid; u,

4.

verifika addizzjonali.

Dawn il-verifiki jitwettqu fuq talba tal-kumpannija lill-amministrazzjoni jew lill-organizzazzjoni rikonoxxuta meta din taġixxi f'isem l-amministrazzjoni.

2.3.

Il-verifiki għandhom jinkludu verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà.

2.4.

Awditur ewlieni u, jekk ikun rilevanti, grupp ta' awdituri, għandhom jiġu nnominati biex iwettqu l-verifika.

2.5.

L-awditur ewlieni nnominat għandu jżomm kuntatt mal-kumpannija u jipproduċi pjan ta' verifika.

2.6.

Rapport tal-verifika għandu jitħejja taħt id-direzzjoni ta' l-awditur ewlieni, li huwa responsabbli għall-preċiżjoni u għall-kompletezza tiegħu.

2.7.

Ir-rapport tal-verifika għandu jinkludi l-pjan tal-verifika, l-identifikazzjoni tal-membri tal-grupp tal-verifika, dati u identifikazzjoni tal-kumpannija, reġistrazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjonijiet u non-konformitajiet u osservazzjonijiet dwar l-effettività tas-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà fil-kisba ta' l-għanijiet speċifikati.

3.   Standard ta' amministrazzjoni

3.1.

Awdituri jew il-grupp ta' awdituri li jamministra l-verifika tal-konformità mal-Kodiċi ISM għandu jkollhom kompetenza fir-rigward ta':

1.

li tiġi żgurata konformità mar-regoli u r-regolamenti inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, għal kull tip ta' vapur imħaddem mill-kumpannija;

2.

attivitajiet ta' approvazzjoni, ta' sorveljanza u ta' ċertifikazzjoni rilevanti għaċ-ċertifikati marittimi;

3.

it-termini ta' referenza li għandhom jiġu kkunsidrati taħt is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà kif meħtieġ mill-Kodiċi ISM; u

4.

esperjenza prattika tat-tħaddim ta' vapur.

3.2.

Fit-twettiq ta' verifika tal-konformità mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għandu jiġi żgurat li teżisti indipendenza bejn il-persunal li jipprovdi servizzi ta' konsulenza u dak involut fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni.

4.   Standards ta' kompetenza

4.1.

Kompetenza bażika għat-twettiq ta' verifika

4.1.1.

Persunal li ser jipparteċipa fil-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM għandu jissodisfa l-kriterji minimi għall-ispetturi kif stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta' l-Anness VII tad-Direttiva 95/21/KE.

4.1.2.

Il-persunal għandu jkun għamel taħriġ biex tiġi żgurata kompetenza u ħila adegwata għat-twettiq ta' verifiki ta' konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a)

li jkun jaf u jifhem il-Kodiċi ISM;

(b)

regoli u regolamenti mandatorji;

(ċ)

it-termini ta' referenza li l-Kodiċi ISM jitlob li l-kumpanniji għandhom iqisu;

(d)

tekniki ta' valutazzjoni ta' eżaminazzjoni, mistoqsijiet, valutazzjoni u rapportar;

(e)

aspetti tekniċi jew ta' l-operat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà;

(f)

konnoxxenza bażika tat-tbaħħir u ta' operazzjonijiet abbord; u

(g)

parteċipazzjoni f'mill-inqas verifika waħda ta' sistema ta' amministrazzjoni relatata mal-baħar.

4.2.

Kompetenza għal verifika inizjali u verifika tat-tiġdid

4.2.1

Sabiex jiġi valutat għal kollox jekk il-kumpannija jew kull tip ta' vapur jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM, flimkien mal-kompetenza bażika mniżżla hawn fuq, il-persunal li għandu jwettaq verifiki inizjali jew verifiki ta' tiġdid għal dokument ta' konformità u għal ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandu jkollu l-kompetenza li:

(a)

jiddetermina jekk is-sistema ta' amministrazzjoni ta' sigurtà tikkonformax jew le mal-Kodiċi ISM;

(b)

jiddetermina l-effettività ta' l-SMS tal-kumpannija, jew dik ta' kull tip ta' vapur, biex tiġi żgurata konformità mar-regoli u r-regolamenti kif evidenzjati mir-reġistri statutorji u dawk tas-surveys ta' klassifikazzjoni;

(ċ)

jivvaluta l-effettività ta' l-SMS f'li jiżgura l-konformità ma' regoli u regolamenti oħra li m'humiex koperti minn surveys statutorji u ta' klassifikazzjoni u li jippermetti l-verifika tal-konformità ma' dawn ir-regoli u r-regolamenti; u

(d)

jivvaluta jekk il-prattiki siguri rakkomandati mill-IMO, amministrazzjonijiet, soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u organizzazzjonjiet ta' l-industrija marittima jkunux ġew ikkunsidrati.

4.2.2.

Din il-kompetenza tista' tintlaħaq permezz ta' timijiet, li flimkien ikollhom il-kompetenza totali meħtieġa.

5.   Forma ta' dokumenti ta' konformità u ċertifikati ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà

Meta vapuri joperaw biss f'xi Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-formoli mehmuża mal-Kodiċi ISM jew id-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mfassla fil-forma stabbilita hawn taħt.

F'każ ta' deroga taħt l-Artikolu 7 (1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7 (2), iċ-ċertifikat maħruġ għandu jkun differenti minn dak imsemmi hawn fuq u jkun jindika b'mod ċar li ngħatat deroga skond l-Artikolu 7 (1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7 (2) ta' dan ir-Regolament u għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

DOKUMENT TA' KONFORMITÀ

(Siġill uffiċjali)/(Stat)

Ċertifikat Nru.

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(Isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpannija …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mal-ħtiġiet tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapur elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

 

Vapur tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

 

Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier)

 

Tanker taż-żejt

 

Tanker tal-kimiċi

 

Trasportatur tal-gass

 

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

 

Vapur tal-merkanzija ieħor

 

Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri

Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru.

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM u] (**) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.

L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: : …

 

Data: …

IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: : …

 

Data: …

ĊERTIFIKAT TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill uffiċjali)(Stat)

Ċertifikat Nru.

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (***) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem tal-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur (****) : …

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpannija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpannija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.

Dan iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa ..................……., soġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru.

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠA)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u] (*****) l-Artikolu 6` tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM.

VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (******)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (******)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (******)

Iffirmata: …

 

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

 

Post: …

 

Data: …

DOKUMENT INTERIM TA' KONFORMITÀ

(Siġill uffiċjali)(Stat)

Ċertifikat Nru.

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*******) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpannija …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, għat-tip(i) ta' vapur elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

 

Vapur tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

 

Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier)

 

Tanker taż-żejt

 

Tanker tal-kimiċi

 

Trasportatur tal-gass

 

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

 

Vapur tal-merkanzija ieħor

 

Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri

Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa …

Maħruġ fi: …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

ĊERTIFIKAT INTERIM TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill uffiċjali)(Stat)

Ċertifikat Nru.

Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (********) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem tal-vapur: …

Numru u ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur (*********)

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpannija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (**********) tal-Kumpannija huwa rilevanti għal dan il-vapur.

Dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa soġġett għal li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità jibqa' validu. (**********)

Maħruġ fi:

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Ċertifikat Nru.

Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa:

Data ta' l-estensjoni: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)


(*)  Tista' titħassar għal vapuri impenjati fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed biss.

(**)  Tista' titħassar għal vapuri impenjati fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed biss.

(***)  Tista' titħassar għal vapuri impenjati fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed biss.

(****)  Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor; vapur ro-ro tal-passiġġieri.

(*****)  Tista' titħassar għal vapuri impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

(******)  Jekk applikabbli. Referenza hija magħmula għall-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u l-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet (ir-Riżoluzzjoni A.913 (22)).

(*******)  Tista' titħassar għal vapuri impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed

(********)  Tista' titħassar għal vapuri impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed

(*********)  Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor; vapur ro-ro tal-passiġġieri.

(**********)  Ħassar kif meħtieġ.


4.3.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

37


DIRETTIVA 2006/7/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Frar 2006

dwar l-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li l-kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Waqt li jagixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-8 ta’ Diċembru 2005,

Billi:

Sabiex ikompli mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, il-Kunsill Ewopew individwa objettivi sabiex iservu bħala gwida ġenerali għall-iżvilupp fil-ġejjieni f’oqsma ta’ prijorità bħal dawk tar-riżorsi naturali u tas-saħħa pubblika.

L-ilma huwa riżors naturali skars, li l-kwalità tiegħu għandha tkun protetta, imħarsa, immaniġġjata u trattata bħala tali. L-ilmijiet tal-wiċċ, b’mod partikulari, huma riżorsi li jiġġeddu b’kapaċità limitata li jirkupraw minn impatti dannużi minn attivitajiet umani.

Il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha timmira lejn livell għoli ta’ protezzjoni, u tagħti kontribut għall-kisba ta’ l-għanijiet għal-preservazzjoni, l-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

F’Diċembru 2000, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ politika ġdida dwar l-ilma għall-għawm u tat bidu għal konsultazzjoni fuq skala kbira bejn il-partijiet kollha interessati u involuti. L-effett prinċipali ta’ din il-konsultazzjoni kien appoġġ ġenerali għall-iżvilupp ta’ Direttiva ġdida bbażata fuq evidenza xjentifika l-aktar riċenti u li tagħti attenzjoni partikulari lil parteċipazzjoni aktar wiesgħa tal-pubbliku.

Id-Deċiżjoni Nru. 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (5) fiha impenn sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ilma għall-għawm, li jinkludi r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/160/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm (6).

Skond it-Trattat, fit-tħejjija tal-politika dwar l-ambjent il-Komunità għandha, inter alia, tikkunsidra d-data xjentifika u teknika li hija disponibbli. Din id-Direttiva għandha tuża evidenza xjentifika fl-implimentazzjoni ta’ parametri indikaturi l-iktar affidabbli għat-tbassir ta’ riskju mikrobijoloġiku għas-saħħa u sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni. Għandhom isiru studji epidemjoloġiċi ulterjuri urġenti dwar ir-riskji għas-saħħa assoċjati ma’ l-għawm, b’mod partikolari fl-ilma ħelu.

Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-użu għaqli tar-riżorsi, din id-Direttiva għandha tkun koordinata mill-qrib ma’ leġislazzjoni Komunitarja oħra dwar l-ilma, bħad-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (7), 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min nitrati minn sorsi agrikoli (8) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (9).

Għandha tiġi mxerrda, fost il-partijiet interessati, informazzjoni xierqa dwar miżuri ppjanati u dwar il-progress fl-implimentazzjoni. Il-pubbliku għandu jirċievi informazzjoni xierqa u f’waqtha dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u dwar il-miżuri għall-immaniġġjar tar-riskji sabiex jiġu evitati perikli għas-saħħa, speċjalment fil-kuntest ta’ tniġġis għal żmien qasir li huwa prevedibbli jew ta’ sitwazzjonijiet mhux normali. Għandha tiġi applikata teknoloġija ġdida li tippermetti li l-pubbliku jkun informat b’mod effiċjenti u komparabbli dwar ilmijiet għall-għawm madwar il-Komunità.

Għall-finijiet ta’ monitoraġġ, jeħtieġu li jiġu applikati metodi u prattiċi armonizzati ta’ analiżi. L-osservazzjoni u l-valutazzjoni ta’ kwalità fuq perjodu estiż huma neċessarji sabiex tiġi stabbilita klassifikazzjoni realistika ta’ l-ilma għall-għawm.

Il-konformità għandha tkun kwistjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mmaniġġjar u ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, mhux biss ta’ kejl u kalkolu. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm sistema ta’ profili ta’ ilma għall-għawm sabiex tipprovdi konoxxenza aħjar tar-riskji bħala bażi għall-miżuri ta’ immaniġġjar. B’mod komplimentari, għandha tingħata attenzjoni partikulari sabiex jiġu osservati standards ta’ kwalità u sabiex issir transizzjoni koerenti mid-Direttiva 76/160/KEE.

Fis-17 ta’ Frar 2005 il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tal-UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f’Affarijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Århus). Huwa għalhekk xieraq li din id-Direttiva tinkludi disposizzjonijiet dwar l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni u tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fl-implimentazzjoni tagħha sabiex iżżid mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (10) u d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fir-rigward tat-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent (11).

Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kisba mill-Istati Membri, abbażi ta’ standards komuni, ta’ kwalità tajba ta’ l-ilma għall-għawm u ta’ livell għoli ta’ protezzjoni fil-Komunità kollha, ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu jiġu żgurati aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti mogħtija lill-Kummissjoni (12).

L-importanza kontinwa ta’ politika Komunitarja dwar l-ilma għall-għawm hija evidenti f’kull staġun ta’ l-għawm billi tipproteġi lill-pubbliku minn tniġġis aċċidentali u kroniku li jiġi skarikat f’żoni għall-għawm Komunitarji jew ħdejhom. Il-kwalità ġenerali ta’ l-ilma għall-għawm tjiebet b’mod konsiderevoli minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva 76/160/KEE. Madankollu, dik id-Direttiva tirrifletti l-istat ta’ konoxxenza u esperjenza fil-bidu tas-snin sebgħin. It- tendenzi fl-użu ta’ l-ilma għall-għawm inbidlu minn dak iż-żmien, hekk kif inbidel l-istat ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi mħassra,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi disposizzjonijiet:

(a)

għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm;

(b)

għall-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm; u

(c)

għall-proviżjoni ta’ informazzjoni lill-pubbliku dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm.

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent u li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem billi tikkomplimenta d-Direttiva 2000/60/KE.

Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe element ta’ ilma tal-wiċċ fejn l-awtorità kompetenti tistenna numru kbir ta’ nies li jmorru sabiex jgħumu u fejn ma tkunx imponiet xi projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm, jew ħarġet xi avviż permanenti kontra l-għawm (minn hawn ‘il quddiem “ilma għall-għawm”). Ma għandhiex tapplika għal:

(a)

pixxini għall-għawm u pixxini ta’ spas;

(b)

ilmijiet magħluqa soġġetti għal trattamenti jew użati għal għanijiet terapewtiċi;

(c)

ilmijiet magħluqa, maħluqa artifiċjalment, separati minn ilma tal-wiċċ u minn ilma ta’ taħt l-art.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin.

1)

“Ilma tal-wiċċ”, “ilma ta’ taħt l-art”, “ilma intern”, “ilmijiet temporanji”, “ilma tal-kosta” u “baċir ta’ xmara” għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2000/60/KE;

2)

“Awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet li Stat Membru jkun innomina sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva jew kwalunkwe awtorità oħra jew korp ieħor li ġew ddelegati b’dak ir-rwol;

3)

“Permanenti” tfisser, fir-rigward ta’ xi projbizzjoni ta’ l-għawm, jew avviż kontra, l-għawm li jdum għall-inqas staġun wieħed sħiħ ta’ l-għawm;

4)

“Numru kbir” tfisser, fir-rigward ta’ għawwiema, numru li awtorità kompetenti tikkunsidra li hu kbir b’kont meħud, b’mod partikolari, ta’ tendenzi fil-passat jew ta’ kwalunkwe infrastruttura jew faċilitajiet provduti, jew ta’ miżuri oħra meħuda, għall-promozzjoni ta’ l-għawm;

5)

“Tniġġis” tfisser il-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew organiżmi oħra jew skart li jaffettwa l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u li jippreżenta riskju għas-saħħa ta’ l-għawwiema kif inhu msemmi fl-Artikoli 8 u 9 u fl-Anness I, Kolonna A;

6)

“L-istaġun ta’ l-għawm” tfisser il-perjodu li matulu jkun mistenni numru kbir ta’ għawwiema;

7)

“Miżuri ta’ immaniġġjar” tfisser il-miżuri segwenti, li ttieħdu fir-rigward ta’ l-ilma għall-għawm:

(a)

l-istabbiliment u l-manteniment ta’ profil ta’ l-ilma għall-għawm;

(b)

l-istabbiliment ta’ kalendarju ta’ monitoraġġ;

(c)

il-monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm;

(d)

l-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm;

(e)

il-klassifikazzjoni l-ilma għall-għawm;

(f)

l-identifikazzjoni u l-istima tal-kawżi ta’ tniġġis li jista’ jaffettwa l-ilmijiet għall-għawm u jagħmel ħsara għas-saħħa ta’ l-għawwiema;

(g)

l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku;

(h)

it-teħid ta’ azzjoni sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis;

(i)

it-teħid ta’ azzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ tniġġis;

8)

“Tniġġis għal żmien qasir” tfisser kontaminazzjoni mikrobijoloġika kif imsemmi fl-Anness I, Kolonna A, li għandha kawżi li jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar, li normalment mhux mistenni jaffettwa l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għal iktar minn bejn wieħed u ieħor 72 siegħa wara li l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm tkun l-ewwel affetwata u li għaliha l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet proċeduri sabiex tipprevedi u titratta kif stabbilit fl-Anness II;

9)

“Sitwazzjoni anormali” tfisser avveniment jew kombinazzjoni ta’ avvenimenti li jolqtu l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fil-post konċernat u li ma jkunux mistennija jiġru fuq medja ta’ iktar minn darba kull erba’ snin;

10)

“Sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm” tfisser data miksuba skond l-Artikolu 3;

11)

“Stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm” tfisser il-proċess għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, bl-użu tal-metodu ta’ stima definit fl-Anness II;

12)

“Proliferazzjoni ċjanobatterika” tfisser akkumulazzjoni ta’ ċjanobatterji f’forma ta’ bloom, paljett jew ħmieġ;

13)

“Pubbliku kkonċernat”għandu l-istess tifsira bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (13).

KAPITOLU II

IL-KWALITÀ U L-IMMANIĠĠJAR TA’ L-ILMA GĦALL-GĦAWM

Artikolu 3

Monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw kull sena l-ilmijiet għall-għawm kollha u jiddefenixxu t-tul ta’ l-istaġun ta’ l-għawm. Għandhom jagħmlu dan għall-ewwel darba qabel il-bidu ta’ l-ewwel staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A, isir skond l-Anness IV.

3.   Il-punt ta’ monitoraġġ għandu jkun il-post ġo l-ilma għall-għawm fejn:

(a)

hu mistenni l-akbar numru ta’ għawwiema; jew

(b)

hu mistenni l-akbar riskju ta’ tniġġis, skond il-profil ta’ l-ilma għall-għawm.

4.   Għandu jiġi stabbilit kalendarju ta’ monitoraġġ għal kull ilma għall-għawm qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ l-għawm u għall-ewwel darba qabel il-bidu tat-tielet staġun sħiħ ta’ l-għawm wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-monitoraġġ għandu jsir mhux aktar tard minn erbat’ijiem wara d-data speċifikata fil-kalendarju ta’ monitoraġġ.

5.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A, matul l-ewwel staġun sħiħ ta’ l-għawm wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. F’dak il-każ, il-monitoraġġ għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Anness IV. Ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ jistgħu jintużaw sabiex jinbnew is-settijiet ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm imsemmija fl-Artikolu 4. Hekk kif l-Istati Membri jintroduċu l-monitoraġġ skond din id-Direttiva, il-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva 76/160/KEE jista’ jieqaf.

6.   Kampjuni li jkunu ttieħdu matul tniġġis għal żmien qasir jistgħu ma jitqisux. Huma għandhom jiġu sostitwiti b’kampjuni meħuda skond l-Anness IV.

7.   Matul sitwazzjonijiet anormali, il-kalendarju ta’ monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 4 jista’ jiġi sospiż. Hu għandu jerġa jibda mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tas-sitwazzjoni anormali. Għandhom jittieħdu kampjuni ġodda mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tas-sitwazzjoni anormali sabiex jieħdu post kampjuni li huma neqsin minħabba s-sitwazzjoni anormali.

8.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kwalunkwe sospensjoni tal-kalendarju ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni, u jagħtu r-raġunijiet għas-sospensjoni. Huma għandhom jipprovdu rapporti bħal dawn mhux aktar tard mill-okkażjoni tar-rapport annwali li jmiss kif stabbilit fl-Artikolu 13.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-analiżi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm issir skond il-metodi ta’ referenza speċifikati fl-Anness I u r-regoli stabbiliti fl-Anness V. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ metodi jew regoli oħra jekk ikunu jistgħu juru li r-riżultati miksuba huma ekwivalenti għal dawk miksuba bl-użu tal-metodi speċifikati fl-Anness I u tar-regoli stabbiliti fl-Anness V. L-Istati Membri li jippermettu l-użu ta’ tali metodi jew regoli ekwivalenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni relevanti kollha dwar il-metodi jew ir-regoli użati u l-ekwivalenza tagħhom.

Artikolu 4

L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm

1.   L-Istati Membri għandhom jiżuraw li s-settijiet ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm jiġu kompilati permezz tal-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A.

2.   L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandha ssir:

(a)

fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm;

(b)

wara t-tmiem ta’ kull staġun ta’ l-għawm;

(c)

abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fir-rigward ta’ dak l-istaġun ta’ l-għawm u t-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti; u

(d)

skond il-proċedura stabbilita fl-Anness II.

Madankollu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jwettaq stimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm ikkompilati fir-rigward biss tat-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti. Jekk dan jiddeċiedi hekk, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minn qabel. Għandu wkoll jgħarraf lill-Kummissjoni jekk sussegwentement jiddeċiedi li jerġa’ lura għal stimi li jagħmel abbażi ta’ erba’ staġuni ta’ l-għawm. L-Istati Membri ma jistgħux ibiddlu il-perjodu ta’ stima applikabbli aktar minn darba kull ħames snin.

3.   Is-settijiet ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użati sabiex jitwettqu stimi dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandhom dejjem jinkludu mill-inqas 16-il kampjun jew, fiċ-ċirkustanzi speċjali msemmija fl-Anness IV, paragrafu 2, 12-il kampjun.

4.   Madankollu, bil-kondizzjoni li jew:

ikun sodisfatt ir-rekwiżit tal-paragrafu 3; jew

is-sett ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użat sabiex issir l-istima jikkomprendi mill-inqas 8 kampjuni, fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm bi staġun ta’ l-għawm li ma jaqbiżx it-8 ġimgħat,

tista’ titwettaq stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm assoċjata ma’ inqas minn erba’ staġuni ta’ l-għawm jekk:

(a)

l-ilma għall-għawm ikun għadu kif ġie identifikat;

(b)

seħħew kwalunkwe tibdiliet li għandhom il-probabbiltà li jolqtu l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm skond l-Artikolu 5, u f’dan il-każ l-istima għandha titwettaq abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li tikkonsisti biss fir-riżultati tal-kampjuni miġbura mindu seħħew it-tibdiliet; jew

(c)

l-ilma għall-għawm ikun diġà ġie stmat skond id-Direttiva 76/160/KEE, u f’dak il-każ għandha tintuża data ekwivalenti miġbura skond dik id-Direttiva u, għal dan il-għan, il-parametri 2 u 3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-parametri 2 u 1 tal-Kolonna A ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva.

5.   L-Istati Membri jistgħu jissuddividu jew jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti fid-dawl ta’ l-istimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. Huma jistgħu jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti biss jekk dawn l-ilmijiet:

(a)

huma kontigwi;

(b)

ingħataw stimi simili għall-erba’ snin preċedenti skond il-paragrafi 2, 3 u 4(ċ); u

(c)

għandhom profili ta’ l-ilma għall-għawm li kollha jidentifikaw fatturi ta’ riskju komuni jew in-nuqqas tagħhom.

Artikolu 5

Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawm

1.   Bħala riżultat ta’ l-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li titwettaq skond l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom, skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II, jikklassifikaw l-ilma għall-għawm bħala:

(a)

“fqir”;

(b)

“suffiċjenti”;

(ċ)

“tajjeb”; jew

(d)

“eċċellenti”.

2.   L-ewwel klassifikazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għandha titlesta sat-tmiem ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa l-aħħar ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015, l-ilmijiet għall-għawm kollha jkunu, għall-inqas, “suffiċjenti”. Għandhom jieħdu dawk il-miżuri realistiċi u proporzjonati li jidhrulhom xierqa bil-ħsieb li jżidu n-numru ta’ ilmijiet għall-għawm klassifikati bħala “eċċellenti” jew “tajba”.

4.   Madankollu, minkejja r-rekwiżit ġenerali tal-paragrafu 3, l-ilmijiet għall-għawm jistgħu jiġu klassifikati temporanjament bħala “fqar” u xorta jibqgħu konformi ma’ din id-Direttiva. F’ dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

Fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm klassifikat bħala “fqir”, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin b’effett mill-istaġun ta’ l-għawm li jiġi wara l-klassifikazzjoni tiegħu:

(i)

miżuri amministrattivi adegwati, li jinkludu l-projbizzjoni ta’ għawm jew avviż kontra l-għawm, bil-għan li tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis;

(ii)

identifikazzjoni tal-kawżi u r-raġunijiet għan-nuqqas tal-kisba ta’ l-istatus “suffiċjenti”;

(iii)

miżuri adegwati sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u

(iv)

skond l-Artikolu 12, jiġi avżat il-pubbliku b’tabella ta’ twiddib ċara u sempliċi u jiġu informati bil-kawżi tat-tniġġis u l-miżuri li qed jittieħdu, abbażi tal-profil ta’ l-ilma għall-għawm.

(b)

Jekk xi ilma għall-għawm jiġi klassifikat bħala “fqir” għal ħames snin konsekuttivi, għandha tiġi introdotta projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew għandu jiġi introdott avviż permanenti kontra l-għawm. Madankollu, Stat Membru jista’ jintroduċi projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew avviż permanenti kontra l-għawm qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin jekk jikkonsidra li l-kisba tal-kwalità “suffiċjenti” ma tkunx possibbli jew tkun tinvolvi spiża sproporzjonata.

Artikolu 6

Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-profili ta’ l-ilma għall-għawm jiġu stabbiliti skond l-Anness III. Kull profil ta’ l-ilma għall-għawm jista’ jkopri ilma għall-għawm wieħed jew iktar minn ilma għall-għawm wieħed kontigwu. Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm għandhom jiġu stabbiliti għall-ewwel darba sa 24 Marzu 2011.

2.   Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm għandhom jiġu riveduti u aġġornati kif previst fl-Anness III.

3.   Meta jiġu stabbiliti, riveduti u aġġornati l-profili ta’ l-ilma għall-għawm, għandu jsir użu adegwat mid-data miksuba mill-monitoraġġ u l-istimi mwettqa skond id-Direttiva 2000/60/KE li huma relevanti għal din id-Direttiva.

Artikolu 7

Miżuri ta’ immaniġġjar f’ċirkustanzi eċċezzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri f’waqthom u adegwati ta’ immaniġġjar meta jkunu konxji ta’ sitwazzjonijiet mhux mistennija li jkollhom, jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom, impatt ħażin fuq il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u fuq is-saħħa ta’ l-għawwiema. Tali miżuri għandhom jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u, jekk ikun neċessarju, il-projbizzjoni temporanja ta’ l-għawm.

Artikolu 8

Riskji ċjanobatteriċi

1.   Meta l-profil ta’ l-ilma għall-għawm jindika potenzjal ta’ proliferazzjoni ċjanobatterika, għandu jitwettaq monitoraġġ xieraq sabiex jippermetti l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riskji għas-saħħa.

2.   Meta sseħħ proliferazzjoni ċjanobatterika u jkun ġie identifikat jew preżunt riskju għas-saħħa, għandhom immedjatament jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.

Artikolu 9

Parametri oħra

1.   Meta l-profil ta’ l-ilma għall-għawm jindika tendenza għall-proliferazzjoni ta’ makro-alka u/jew fitoplankton tal-baħar, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita l-aċċettabbiltà tagħhom u r-riskji għas-saħħa u għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.

2.   L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għal tniġġis bħal residwi tal-qatran, ħġieġ, plastik, lasktu jew kawlunkwe skart ieħor. Meta jinstab tniġġis bħal dan, għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, inkluż, jekk ikun neċessarju, l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.

Artikolu 10

Koperazzjoni dwar ilmijiet transkonfinali

Kull fejn xi baċir ta’ xmara jkun il-kawża ta’ impatti transkonfinali fuq il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, l-Istati Membri involuti għandhom jikkoperaw b’mod xieraq fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż bl-iskambju xieraq ta’ informazzjoni u b’azzjoni konġunta biex jiġu kkontrollati dawk l-impatti.

KAPITOLU III

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 11

Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jassiguraw li jipprovdu opportunitajiet għall-pubbliku kkonċernat:

sabiex ikun jaf kif jipparteċipa; u

jifformula suġġerimenti, rimarki jew ilmenti.

Dan għandu jirrigwarda, b’ mod partikolari, l-istabbiliment, ir-reviżjoni u l-aġġornament tal-listi ta’ ilmijiet għall-għawm skond l-Artikolu 3(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont xieraq ta’ kwalunkwe informazzjoni miksuba.

Artikolu 12

Informazzjoni lill-pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tiġi mxerrda b’mod attiv u li tkun disponibbli fil-pront matul l-istaġun ta’ l-għawm f’post li jkun aċċessibbli faċilment fil-viċinanzi ta’ kull ilma għall-għawm:

(a)

il-klassifikazzjoni attwali ta’ l-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni ta’ l-għawm jew parir kontra l-għawm imsemmi f’dan l-Artikolu permezz ta’ tabella jew simbolu ċar u sempliċi;

(b)

deskrizzjoni ġenerali ta’ l-ilma għall-għawm, b’lingwaġġ mhux tekniku, ibbażata fuq il-profil ta’ l-ilma għall-għawm stabbilit skond l-Anness III;

(c)

fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm li huma soġġetti għal tniġġis għal żmien qasir:

notifika li l-ilma għall-għawm huwa soġġett għal tniġġis għal żmien qasir,

indikazzjoni tan-numru ta’ ġranet li matulhom l-għawm kien ipprojbit jew li matulhom ingħata avviż kontra tiegħu matul l-istaġun ta’ l-għawm preċedenti minħabba tali tniġġis, u

twissija kull meta tali tniġġis ikun mistenni jew ikun preżenti;

(d)

informazzjoni dwar in-natura u d-dewmien mistenni tas-sitwazzjonijiet anormali matul tali avvenimenti;

(e)

kull meta jiġi pprojbit l-għawm jew jingħata avviż kontra l-għawm, avviż li jinforma lill-pubbliku u jipprovdi raġunijiet;

(f)

kull meta tiddaħħal projbizzjoni permanenti jew parir permanenti kontra l-għawm, il-fatt li ż-żona konċernata ma għadiex ilma għall-għawm u r-raġunijiet għad-deklassifikazzjoni tagħha; u

(g)

indikazzjoni tas-sorsi ta’ informazzjoni aktar kompleta skond il-paragrafu 2.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-mezzi tax-xandir u t-teknoloġiji xierqa, inkluż l-Internet, sabiex attivament u mill-ewwel ixerrdu l-informazzjoni dwar l-ilmijiet għall-għawm imsemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni li ġejja, f’ aktar minn lingwa waħda fejn jixraq:

(a)

lista ta’ ilmijiet għall-għawm;

(b)

il-klassifikazzjoni ta’ kull ilma għall-għawm fuq medda ta’ l-aħħar tliet snin u l-profil ta’ l-ilma għall-għawm tiegħu, inklużi r-riżultati ta’ monitoraġġ li jkun sar skond din id-Direttiva mill-aħħar klassifikazzjoni;

(c)

fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm klassifikati bħala “fqar”, informazzjoni dwar il-kawżi ta’ tniġġis u l-miżuri meħuda sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis u sabiex jiġu trattati l-kawżi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5(4); u

(d)

fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm soġġetti għal tniġġis għal żmien qasir, informazzjoni ġenerali dwar:

il-kondizzjonijiet li probabbli jwasslu għal tniġġis għal żmien qasir,

il-probabbilità ta’ tniġġis bħal dan u d-dewmien probabbli tiegħu,

il-kawżi ta’ tniġġis u l-miżuri li ttieħdu bil-għan li tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis u sabiex jiġu trattati l-kawżi tiegħu.

Il-lista msemmija f’punt (a) għandha tkun disponibbli kull sena qabel il-bidu ta’ l-istaġun ta’ l-għawm. Ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi f’ punt (b) għandhom ikunu disponibbli fuq l-internet hekk kif titlesta l-analiżi.

3.   L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun imxerrda malli ssir disponibbli u b’effett mill-bidu tal-ħames staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008.

4.   L-Istati Membri u l-Kummisjoni għandhom, fejn ikun possibbli, jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku bl-użu ta’ teknoloġija ġeo-referenzjata u jippreżentawha b’mod ċar u koerenti, b’mod partikolari permezz ta’ l-użu ta’ sinjali u simboli.

Artikolu 13

Rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-monitoraġġ u bl-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għal kull ilma għall-għawm, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-miżuri sinifikanti ta’ immaniġġjar li ttieħdu. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din l-informazzjoni kull sena sal-31 ta’ Diċembru fir-rigward ta’ l-istaġun ta’ l-għawm preċedenti. Huma għandhom jibdew jipprovduha ladarba tkun saret l-ewwel stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm skond l-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni kull sena qabel il-bidu ta’ l-istaġun ta’ l-għawm dwar l-ilmijiet kollha identifikati bħala ilmijiet għall-għawm, inkluża r-raġuni għal kwalunkwe bidla b’paragun mas-sena preċedenti. Huma għandhom jagħmlu dan għall-ewwel darba qabel il-bidu ta’ l-ewwel staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008.

3.   Meta jibda l-monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm skond din id-Direttiva, ir-rapportaġġ ta’ kull sena lill-Kummissjoni għandu jkompli jsir skond il-paragrafu 1 skond id-Direttiva 76/160/KEE sakemm tkun tista’ ssir l-ewwel stima skond din id-Direttiva. Matul dak il-perjodu, il-parametru 1 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE ma għandux jiġi kkonsidrat fir-rapport annwali, u l-parametri 2 u 3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-parametri 2 u 1 tal-Kolonna A ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali fil-qosor dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fil-Komunità, inklużi l-klassifikazzjonijiet ta’ l-ilma għall-għawm, il-konformità ma’ din id-Direttiva u l-miżuri sinifikanti ta’ immaniġġjar li ttieħdu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan ir-rapport sat-30 ta’ April kull sena, anke permezz ta’ l-Internet. Meta tagħmel ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli, tagħmel l-aħjar użu mis-sistemi tal-ġbir, ta’ valutazzjoni u ta’ preżentazzjoni ta’ data skond il-liġi Komunitarja relatata, partikolarment id-Direttiva 2000/60/KE.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Rapport u reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-2008, tippreżenta rapport, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikulari fuq:

(a)

ir-riżultati ta’ studju epidemjoloġiku Ewropew xieraq imwettaq mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri;

(b)

żviluppi oħra xjentifiċi, analitiċi u epidemjoloġiċi rilevanti għall-parametri tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, inkluż fir-rigward ta’ viruses; u

(ċ)

rakkomandazzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

2.   Sa l-aħħar ta’ l-2014, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Kummissjoni dwar dak ir-rapport inkluż dwar il-ħtieġa għal kwalunkwe riċerka jew stima ulterjuri li jistgħu ikunu meħtieġa sabiex jgħinu lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tagħha ta’ din id-Direttiva taħt il-paragrafu 3.

3.   Fid-dawl tar-rapport, l-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ l-Istati Membri u l-istima ta’ l-impatt estiża u fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-2020, tirrevedi din id-Direttiva b’attenzjoni partikolari għall-parametri tal-kwalità ta’ l-ima għall-għawm, inkluż fuq jekk ikunx xieraq li tiġi mtemma gradwalment il-klassifikazzjoni “suffiċjenti” jew li timmodifika l-istandards applikabbli, u għandha tippreżenta kif xieraq il-proposti leġislattivi meħtieġa skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.

Artikolu 15

Adattamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Għandu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2):

(a)

li jiġi speċifikat l-istandard ta’ l-EN/ISO dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3(9);

(b)

li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 8(1), 12(1)(a) u 12(4);

ċ)

li jiġu adattati l-metodi ta’ analiżi għall-parametri stabbiliti fl-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku;

(d)

li l-Anness V jiġi adattat fid-dawl tal-progress xjentifku u tekniku;

(e)

li jiġu stabbiliti linji ta’ gwida għal metodu komuni għall-istima ta’ kampjuni singoli.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu skond paragrafu 1 (b) b’ rispett għall-Artikolu 12 (1)(a) sa 24 Marzu 2010. Qabel tagħmel dan, hija għandha tikkonsulta r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijeit turistiċi u tal-konsumatur relevanti u partijiet oħra interessati. Wara l-adozzjoni tar-regoli relevanti, hija għandha tippubliċizzhom permezz ta’ l-internet.

Artikolu 16

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 17

Tħassir

1.   Id-Direttiva 76/160/KEE hija b’dan imħassra b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2014. Soġġett għall-paragrafu 2, dan it-tħassir għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien għal traspożizzjoni u applikazzjoni stabbiliti fid-Direttiva mħassra.

2.   Hekk kif Stat Membru jkun ħa l-miżuri kollha legali, amministrattivi u prattiċi neċessarji biex jikkonforma ma’ din id-Direttiva, din id-Direttiva tibda tapplika, filwaqt li tissostitwixxi d-Direttiva 76/160/KEE.

3.   Riferimenti magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala magħmula għal din id-Direttiva.

Artikolu 18

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 24 Marzu 2008. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn ta’ l-aħħar għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandha titqiegħed magħhom tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif għandha ssir tali referenza għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, il-15 ta’ Frar 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 45 E, 25.2.2003, p. 127.

(2)  ĠU C 220, 16.9.2003, p. 39.

(3)  ĠU C 244, 10.10.2003, p. 31.

(4)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (ĠU C 82 E, 1.4.2004, p. 115). Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004 (ĠU C 111 E, 11.5.2005, p. 1) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Rizoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005.

(5)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 31, 5.2.1976, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(7)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(8)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.

(9)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru. 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

(10)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(11)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

(12)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(13)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).


ANNESS I

GĦALL-ILMIJIET INTERNI

 

A

B

C

D

E

 

Parametru

Kwalità Eċċellenti

Kwalità Tajba

Kwalità Suffiċjenti

Metodi ta’ referenza għall-analiżi

1

Intestinal Enterococci (cfu/100 mL)

200 (*)

400 (*)

330 (**)

ISO 7899-1 jew ISO 7899-2

2

Escherischia coli (cfu/100 mL)

500 (*)

1 000  (*)

900 (**)

ISO 9308-3 jew ISO 9308-1

GĦALL-ILMIJIET TAL-KOSTA U ILMIJIET TEMPORANJI

 

A

B

Ċ

D

E

 

Parametru

Kwalità Eċċellenti

Kwalità Tajba

Kwalità Suffiċjenti

Metodi ta’ referenza għall-analiżi

1

Intestinal Enterococci (cfu/100 mL)

100 (***)

200 (***)

185 (****)

ISO 7899-1 jew ISO 7899-2

2

Escherischia coli (cfu/100 mL)

250 (***)

500 (***)

500 (****)

ISO 9308-3 jew ISO 9308-1


(*)  Ibbażati fuq stima ta’ 95 perċentili. Ara l-Anness II.

(**)  Ibbażati fuq stima ta’ 90 perċentili. Ara l-Anness II.

(***)  Ibbażati fuq stima ta’ 95 perċentili. Ara l-Anness II.

(****)  Ibbażati fuq stima ta’ 90 perċentili. Ara l-Anness II.


ANNESS II

L-istima u l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm

1.   Kwalità fqira

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu klassifikati bħala “fqar” jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima (1), il-valuri perċentili (2) għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi jkunu agħar (3) mill-valuri ta’ “kwalità suffiċjenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna D.

2.   Kwalità suffiċjenti

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “suffiċjenti”:

1)

jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar (4) mill-valuri ta’ “kwalità suffiċjenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna D; u

2)

jekk l-ilma għall-għawm ikun soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:

(i)

ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, li jinkludu sorveljanza, sistemi ta’ twissija bikrija u monitoraġġ, bil-għan li tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ l-għawwiema permezz ta’ twissija jew, fejn ikun neċessarju, projbizzjoni ta’ l-għawm;

(ii)

ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u

(iii)

in-numru ta’ kampjuni injorati skond l-Artikolu 3(6) minħabba tniġġis għal żmien qasir matul l-aħħar perjodu ta’ stima rrapreżentaw mhux iktar minn 15 % tan-numru totali ta’ kampjuni previsti fil-kalendarji ta’ monitoraġġ stabbiliti għal dak il-perjodu, jew mhux iktar minn kampjun wieħed kull staġun ta’ l-għawm, ikun liema jkun l-ikbar.

3.   Kwalità tajba

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “tajba”:

1)

jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar (4) mill-valuri ta’ “kwalità tajba” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna Ċ; u

2)

jekk l-ilma għall-għawm huwa soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:

(i)

ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, li jinkludu sorveljanza, sistemi ta’ twissija bikrija u monitoraġġ, bil-għan li tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ l-għawwiema, permezz ta’ twissija jew, fejn ikun neċessarju, projbizzjoni ta’ l-għawm;

(ii)

ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u

(iii)

in-numru ta’ kampjuni injorati skond l-Artikolu 3(6) minħabba tniġġis għal żmien qasir matul l-aħħar perjodu ta’ stima rrapreżentaw mhux iktar minn 15 % tan-numru totali ta’ kampjuni previsti fil-kalendarji ta’ monitoraġġ stabbiliti għal dak il-perjodu, jew mhux iktar minn kampjun wieħed kull staġun ta’ l-għawm, ikun liema jkun l-ikbar.

4.   Kwalità eċċellenti

L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “eċċellenti”:

1)

jekk, is-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar mill-valuri ta’ “kwalità eċċellenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna B; u

2)

jekk l-ilma għall-għawm ikun soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:

(i)

ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, li jinkludu sorveljanza, sistemi ta’ twissija bikrija u monitoraġġ, bil-għan li tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ l-għawwiema, permezz ta’ twissija jew, fejn ikun neċessarju, projbizzjoni ta’ l-għawm;

(ii)

ikunu qegħdin jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u

(iii)

in-numru ta’ kampjuni injorati skond l-Artikolu 3(6) minħabba tniġġis għal żmien qasir matul l-aħħar perjodu ta’ stima rrapreżentaw mhux iktar minn 15 % tan-numru totali ta’ kampjuni previsti fil-kalendarji ta’ monitoraġġ stabbiliti għal dak il-perjodu, jew mhux iktar minn kampjun wieħed kull staġun ta’ l-għawm, ikun liema jkun l-ikbar.

NOTI


(1)  “L-aħħar perjodu ta’ stima” tfisser l-aħħar erba’ staġuni ta’ l-għawm, jew, fejn ikun applikabbli, il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 4(2) jew (4).

(2)  Abbażi ta’ stima perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbilità normali log10 tad-data mikrobijoloġika miksuba mill-ilma għall-għawm partikulari, il-valur perċentili huwa kkalkolat kif ġej:

(i)

Ħu l-valur log10 ta’ l-enumerazzjonijiet kollha tal-batterji fis-sekwenza tad-data li għandha tiġi kkalkolata. (Jekk ikun miksub valur żero, minflok, ħu l-valur log10 tal-limitu minimu ta’ perċezzjoni tal-metodu analitiku li kien użat.)

(ii)

Ikkalkula l-medja aritmetika tal-valuri log10 (μ).

(iii)

Ikkalkula d-devjazzjoni standard tal-valuri log10 (σ).

Il-punt superjuri tad-90 perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbiltà tad-data hija derivata mill-ekwazzjoni li ġejja: 90 e ‐percentile superjuri = antilog (μ + 1,282 σ).

Il-punt superjuri tad-95 e perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbiltà tad-data hija derivata mill-ekwazzjoni li ġejja: 95 e ‐percentile superjuri = antilog (μ + 1,65 σ).

(3)  “Agħar” tfisser valuri ogħla ta’ konċentrazzjoni espressi bħala CFU/100 ml.

(4)  “Aħjar” tfisser valuri inferjuri ta’ konċentrazzjoni espressi bħala CFU/100 ml.


ANNESS III

Il-profil ta’ l-ilma għall-għawm

1.

Il-profil ta’ l-ilma għall-għawm imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jikkonsisti f’li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, ġeografiċi u idroloġiċi ta’ l-ilma għall-għawm, u ta’ ilmijiet oħra tal-wiċċ fil-baċin ta’ l-ilma għall-għawm konċernat, li jistgħu ikunu sors ta’ tniġġis, li huma relevanti għall-għan ta’ din id-Direttiva u kif previsti fid-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

identifikazzjoni u stima tal-kawżi ta’ tniġġis li jistgħu jaffettwaw l-ilmijiet għall-għawm u jagħmlu ħsara għas-saħħa ta’ l-għawwiema;

(ċ)

stima tal-potenzjal għall-proliferazzjoni ta’ ċjanobatterji;

(d)

stima tal-potenzjal għall-proliferazzjoni ta’ makro-alka u/jew fitoplankton;

(e)

jekk l-istima skond il-punt (b) turi li hemm riskju ta’ tniġġis għal żmien qasir, l-informazzjoni li ġejja:

in-natura, il-frekwenza u d-dewmien antiċipati tat-tniġġis mistenni għal żmien qasir,

id-dettalji ta’ xi kawżi rimanenti ta’ tniġġis, inklużi l-miżuri ta’ immaniġġjar li ttieħdu u l-programm kronoloġiku għall-eliminazzjoni tagħhom,

il-miżuri ta’ immaniġġjar li ttieħdu matul inċidenti ta’ tniġġis għal żmien qasir u l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ korpi responsabbli sabiex jieħdu tali azzjonijiet;

(f)

il-post tal-punt ta’ monitoraġġ.

2.

Fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm kklassifikati bħala “tajba”, “suffiċjenti” jew “fqar”, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi rivedut regolarment biex jiġi stmat jekk inbidlux xi aspetti stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk ikun neċessarju, huwa għandu jiġi aġġornat. Il-frekwenza u l-ambitu tar-reviżjonijiet għandhom jiġu stabbiliti abbażi tan-natura u l-gravità tat-tniġġis. Madankollu, huma għandhom jikkonformaw mill-inqas mad-disposizzjonijiet u għandhom isiru mill-inqas bil-frekwenza speċifikata fit-tabella li ġejja.

Klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm

“Tajjeb”

“Suffiċjenti”

“Fqir”

Reviżjonijiet għandhom isiru minn ta’ l-inqas kull

4 snin

3 snin

Sentejn

Aspetti li għandhom jiġu riveduti (punti tal-para. 1)

(a) sa (f)

(a) sa (f)

(a) sa (f)

Fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm preċedentement ikklassifikati bħala “eċċellenti”, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi rivedut u, jekk ikun neċessarju, aġġornat biss jekk il-klassifikazzjoni tinbidel għal “tajjeb”, “suffiċjenti” jew “fqir”. Ir-reviżjoni għandha tkopri l-aspetti kollha msemmija fil-paragrafu 1.

3.

Fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sinifikanti jew tibdil sinifikanti fl-infrastruttura fil-viċinanzi ta’ l-ilma għall-għawm, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi aġġornat qabel il-ftuħ ta’ l-istaġun ta’ l-għawm li jmiss.

4.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) għandha tiġi provduta fuq mappa dettaljata kull fejn dan ikun prattikabbli.

5.

Informazzjoni relevanti oħra tista’ tkun mehmuża jew inkluża jekk l-awtorità kompetenti tqis li dan huwa meħtieġ.


ANNESS IV

Monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm

1.

Kampjun wieħed għandu jittieħed ftit qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ l-għawm. B’kont meħud ta’ dan il-kampjun żejjed u soġġett għall-paragrafu 2, għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mhux inqas minn erba’ kampjuni kull staġun ta’ l-għawm.

2.

Madankollu, tliet kampjuni biss għandhom bżonn jittieħdu u jiġu analizzati kull staġun ta’ l-għawm fil-każ ta’ ilma għall-għawm li jew:

(a)

għandu staġun ta’ l-għawm li ma jaqbiżx it-8 ġimgħat; jonkella

(b)

qiegħed f’reġjun soġġett għall-restrizzjonijiet ġeografiċi speċjali.

3.

Id-dati tal-ġbir ta’ kampjuni għandhom jitqassmu matul l-istaġun kollu ta’ l-għawm, bl-intervall bejn id-dati tal-ġbir ta’ kampjuni qatt ma jeċċedi xahar.

4.

Fil-każ ta’ tniġġis għal żmien qasir, għandu jittieħed kampjun wieħed addizzjonali biex jikkonferma li l-inċident intemm. Dan il-kampjun ma għandux ikun parti mis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. Jekk ikun neċessarju li jiġi sostitwit kampjun injorat, għandu jittieħed kampjun addizzjonali sebat’ijiem wara t-tmiem tat-tniġġis għal żmien qasir.


ANNESS V

Regoli dwar it-trattament ta’ kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika

1.   Il-punt tal-ġir tal-kampjuni

Fejn ikun possibbli, il-kampjuni għandhom jittieħdu 30 ċentimetru taħt il-wiċċ ta’ l-ilma u f’ilma li huwa mill-inqas metru fond.

2.   Sterilizzazzjoni tal-fliexken tal-kampjuni

Il-fliexken tal-kampjuni għandhom:

jiġu sterilizzati f’awtoklava għal mhux anqas minn 15-il minuta f’temperatura ta’ 121 oC; jew

issirilhom sterilizzazzjoni xotta f’temperatura ta’ bejn 160 oC u 170 oC għal mhux anqas minn siegħa; jew

ikunu kontenituri irradjati ta’ kampjuni akkwistati direttament mingħand il-manifattur.

3.   Ġbir ta’ kampjuni

Il-volum tal-flixkun/kontenitur tal-kampjuni għandu jiddependi mill-kwantità ta’ l-ilma meħtieġa għall-eżami ta’ kull parametru. Il-kontenut minimu huwa ġeneralment ta’ 250 ml.

Il-kontenituri tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ materjal trasparenti u mhux ikkulurit (ħġieġ, politin jew polipropelin).

Sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni aċċidentali tal-kampjun, min jieħu l-kampjun għandu juża teknika aseptika biex jippreserva l-isterilità tal-fliexken tal-kampjuni. Jekk dan isir sewwa ma jkunx hemm aktar bżonn ta’ tagħmir sterili (bħal ingwanti kirurġiċi sterili jew forċipi jew sample pole).

Il-kampjun għandu jiġi identifikat b’mod ċar b’linka permanenti fuq il-kampjun u fuq il-formola tal-ġbir ta’ kampjuni.

4.   Il-ħażna u t-trasport ta’ kampjuni qabel l-analiżi

Il-kampjuni ta’ l-ilma għandhom jiġu protetti fl-istadji kollha tat-trasport mill-espożizzjoni għad-dawl, b’mod partikulari d-dawl tax-xemx dirett.

Il-kampjun għandu jiġi ppreservat f’temperatura ta’ madwar 4 oC, f’kaxxa mkessħa jew refrigerator (skond il-klima) sal-wasla tiegħu fil-laboratorju. Jekk it-trasport lejn il-laboratorju probabbilment jieħu iktar minn 4 sigħat, huwa meħtieġ trasport f’refrigerator.

Il-perjodu bejn il-ġbir ta’ kampjuni u l-analiżi għandu jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Huwa rrakkomandat li l-kampjuni jiġu analizzati fl-istess ġurnata ta’ xogħol. Jekk dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet prattiċi, il-kampjuni għandhom jiġu proċessati fi żmien ta’ mhux iktar minn 24 siegħa. Sadanittant, huma għandhom jinħażnu fid-dlam u f’temperatura ta’ 4 oC ± 3 oC.


4.3.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

52


DIRETTIVA 2006/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Frar 2006

dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità

(Verżjoni Kodifikata)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 76/464/KEE tal-Kunsill ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (3), ġiet emendata b'mod sostanzjali kemm-il darba (4). Sabiex jiġu ċċarati l-affarijiet, għandha titħejja kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni.

(2)

Teżisti l-ħtieġa għal azzjoni ġenerali u simultanja mill-Istati Membri sabiex jipproteġu l-ambjent akwatiku tal-Kommunità mit-tniġġiz, b'mod partikolari dak kawżat minn ċerti sustanzi persistenti, tossiċi u li jistghu jkunu bijokumulattivi.

(3)

Diversi konvenzjonijiet huma mfassla sabiex jipproteġu x-xmajjar u l-kanali ta' l-ilma internazzjonali u l-ambjent marittimu mit-tniġġiz. Huwa importanti li tiġi żgurata l-implementazzjoni koordinata ta' dawn il-konvenzjonijiet.

(4)

Diskrepanzi bejn id-disposizzjonijiet applikabbli fid-diversi Stati Membri fir-rigward ta' l-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku jistgħu joħolqu kondizzjonijiet mhux indaqs għall-kompetizzjoni u b'hekk jolqot direttament il-funzjonament tas-suq intern.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (5) tipprovdi numru ta' miżuri li jipproteġu l-ilma ħelu u l-ilma baħar minn ċertu tniġġis.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta' l-ambjent akwatiku tal-Komunità, jeħtieġ li ssir l-ewwel lista, imsejħa l-Lista I, ta' ċerti sustanzi individwali magħżula prinċipalment fuq il-bażi tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għajr dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li jinbidlu malajr f'sustanzi li bijoloġikament ma' jagħmlux ħsara, u t-tieni lista, imsejħa l-Lista II, li tinkludi sustanzi li għandhom effett ħażin fuq l-ambjent akwatiku, li, madankollu, jista' jkun limitat għal żona speċifika u li jiddependi fuq il-karatteristiċi ta' l-ilma li fih jiġu skarikati u l-post fejn dan jinstab. Kull skariku ta' dawn is-sustanzi għandu jkun bla ħsara għal kull awtorizzazzjoni minn qabel li tispeċifika l-livelli ta' emissjoni.

(7)

It-tniġġiz permezz ta' l-iskariku tad-diversi sustanzi perikolużi fil-Lista I irid jiġi eliminat. Ġew iffissati valuri ta' limitu bid-Direttivi imsemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (6). L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE jipprovdi għal proċeduri għall-iżvilupp ta' miżuri ta' kontroll u standards ta' kwalità ambjentali applikabbli għal sustanzi ta' priorità.

(8)

Jeħtieġ li jitnaqqas it-tniġġiz ta' l-ilma kawżat mis-sustanzi fil-Lista II. Għal dan il-ghan l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi li jinkorporaw standards ta' kwalità ambjentali ta' l-ilma stabbiliti b'konformità mad-Direttivi tal-Kunsill fejn dawn jeżistu. L-istandards għall-emissjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi għandhom jiġu kalkolati skond dawn l-istandards ta' kwalità ambjentali.

(9)

Huwa xieraq li Stat Membru wieħed jew aktar ikunu kapaċi, individwalment jew flimkien, jieħdu miżuri iktar stretti minn dawk previsti f'din id-Direttiva.

(10)

Għandu jitfassal inventarju ta' l-iskariki fl-ambjent akwatiku tal-Komunità ta' ċerti sustanzi partikolarment perikolużi sabiex ikun magħruf minn fejn joriġinaw.

(11)

Jista' jinħtieġ li jiġu riveduti u, fejn meħtieġ, supplementati l-Listi I u II ta' l-Anness I fuq il-bażi ta'  l-esperjenza, fejn xieraq billi jiġu trasferiti ċerti sustanzi mill-Lista II għall-Lista I.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-trażposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 7, din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)

ilma tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta;

(b)

ilmijiet territorjali;

(ċ)

ilmijiet ta' mal-kosta.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a)

“ilma tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta” tfisser kull ilma tal-wiċċ ħelu ġieri jew mhux li jkun fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew iktar;

(b)

“ilmijiet ta' mal-kosta” tfisser ilmijiet fuq in-naħa ta' l-art 'il ġewwa mil-linja bażi li minnha titkejjel il-medda tal-baħar territorjali, li testendi, fil-każ tax-xmajjar u l-kanali, sal-limitu ta' l-ilma ħelu;

(ċ)

“il-limitu ta' l-ilma ħelu” tfisser il-post fil-passaġġ ta' l-ilma fejn, fil-frugħ tal-baħar u fiż-żmien meta l-fluss ta' l-ilma ħelu jkun baxx, ikun hemm żieda apprezzabbli fis-salinità minħabba l-preżenza ta' l-ilma baħar;

(d)

“skariku” ifisser it-tidħil fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' kull sustanza fil-Lista I jew il-lista II ta' l-Anness I, minbarra:

(i)

skariki mit-tħammil,

(ii)

skariki operattivi minn bastimenti fl-ibħra territorjali,

(iii)

ir-rimi ta' skart minn bastimenti fl-ibħra territorjali;

(e)

“tniġġis” ifisser l-iskariku mill-bniedem, b'mod dirett jew indirett, ta' sustanzi jew ta' enerġija fl-ambjent akwatiku, li r-riżultati tiegħu huma tali li joħolqu riskji għas-saħħa tal-bniedem, ħsara lir-riżorsi ħajjin u lill-ekosistemi akwatiċi, ħsara lill-amenitajiet jew tfixkil f'użi leġittimi oħra ta' l-ilma.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jeliminaw it-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 mis-sustanzi perikolużi fil-familji u l-gruppi tas-sustanzi fil-Lista I ta' l-Anness I, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sustanzi tal-Lista I”, u sabiex inaqqsu t-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija mis-sustanzi perikolużi fil-familji u l-gruppi tas-sustanzi tal-Lista II fl-Anness I, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sustanzi tal-Lista II”, b'mod konformi ma' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Fir-rigward tas-sustanzi tal-Lista I:

(a)

kull skariku fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jista' jkollu xi sustanza minn dawn jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat;

(b)

l-awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-livelli ta' emissjoni fir-rigward ta' skariki ta' kull sustanza ta' din ix-xorta fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 u, fejn dan huwa meħtieġ għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, fir-rigward ta' skariki ta' kull sustanza ta' din ix-xorta fis-sistema tad-drenaġġ;

(ċ)

l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss għal perjodu limitat. Jistgħu jiġu mġedda, wara li jitqies kull tibdil fil-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbilit bid-Direttivi imsemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 5

1.   Il-livelli għall-emissjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 4 għandhom jiddeterminaw:

(a)

l-ogħla konċentrazzjoni ta' sustanza permessa fi skariku. Fil-każ ta' dilwizzjoni l-valur ta' limitu ta' emissjoni stabbilit bid-Direttivi msemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi diviż bil-fattur tad-dilwizzjoni;

(b)

l-akbar kwantità ta' sustanza permessa fi skariku matul perjodu wieħed jew iżjed ta' żmien speċifikat, espressa, jekk meħtieġ, bħala unità tal-piż ta' l-inkwinant għal kull unità ta' l-element karatteristiku ta' l-attività li tniġġez (p.e. unità tal-piż għal kull unità tal-materja prima jew għal kull unità tal-prodott).

2.   Għal kull awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru interessat tista', jekk meħtieġ, timponi standards ta' emissjoni iktar stretti minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbiliti bid-Direttivi indikati fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE, b'kont meħud b'mod partikolari tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tas-sustanza konċernata fl-ambjent li fih tiġi skarikata.

3.   Jekk min jiskarika jiddikjara li ma jistax jikkonforma ma' l-istandards imposti għall-emissjonijiet, jew jekk din is-sitwazzjoni tkun evidenti għall-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat, l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tingħata.

4.   Jekk il-livelli ta' emissjoni ma jiġux rispettati, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat għandha tieħu l-passi xierqa kollha sabiex tiżgura li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni u, jekk jinħtieġ, li l-iskariku jiġi projbit.

Artikolu 6

1.   Sabiex jitnaqqas it-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 mis-sustanzi tal-Lista II, l-Istati Membri għandom jistabbilixxu programmi li fl-implementazzjoni tagħhom għandhom japplikaw b'mod partikolari l-metodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

2.   L-iskariki kollha fl-ilmijiet msemmija fl-Artikolu 1 li jistgħu' ikunu fihom kwalunkwe mis-sustanzi tal-Lista II għandhom jeħtieġu l-awtorizzazjoni minn qabel ta' l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat, li fiha għandhom jiġu stabbiliti l-istandards ta' emissjoni. Dawn l-istandards għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards ta' kwalità ambjentali stabbiliti skond il-paragrafu 3.

3.   Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-istandards ta' kwalità ambjentali għall-ilma: dawn għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mad-Direttivi tal-Kunsill, fejn dawn ikunu jeżistu.

4.   Il-programmi jistgħu jinkludu wkoll disposizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw il-komposizzjoni u l-użu ta' sustanzi jew gruppi ta' sustanzi u prodotti u għandhom iqisu l-aħħar żviluppi tekniċi li jkunu ekonomikament fattibbli.

5.   Il-programmi għandhom jistabbilixxu l-iskadenzi għall-implementazzjoni tagħhom.

6.   Għandhom jingħataw lill-Kummissjoni ġabriet fil-qosor tal-programmi u tar-riżultati ta' l-implementazzjoni tagħhom.

7.   Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri, għandha tagħmel arranġamenti għat-tqabbil regolari tal-programmi sabiex tiżgura koordinazzjoni biżżejjed fl-implementazzjoni tagħhom. Jekk jidhrilha xieraq, għandha tippreżenta proposti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dan il-għan.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jimplementaw il-miżuri adottati minnhom skond din id-Direttiva b'mod li ma jżidux it-tniġġiz fl-ilmijiet li għalihom ma japplikax l-Artikolu 1. Għandhom ukoll jipprojbixxu l-azzjonijiet kollha li bi ħsieb jew mingħajru jaħarbu d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8

L-applikazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva ma jistgħu fl-ebda ċirkostanza jwasslu, b' mod dirett jew indirett, għal żieda fit-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 9

Fejn xieraq, Stat Membru wieħed jew iktar jistgħu b'mod individwali jew flimkien jieħdu miżuri iktar stretti minn dawk previsti f'din id-Direttiva.

Artikolu 10

L-awtorità kompetenti għandha tfassal inventarju ta' l-iskariki fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jistgħu jkunu fihom sustanzi tal-Lista I li għalihom japplikaw l-istandards ta' emissjoni.

Artikolu 11

1.   F'intervalli ta' tliet snin, u għall-ewwel darba għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, inklużiv, l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, fil-forma ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imħejji fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew skema magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazjonalizza rapporti dwar l-implementazzjoni ta' ċerti Direttivi dwar l-ambjent (7). Il-kwestjonarju jew l-iskema għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel jibda l-perjodu kopert mir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin kopert minnu.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport Komunitarju dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

2.   It-tagħrif miksub bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun ġie mitlub.

3.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra ma għandhomx jiżvelaw it-tagħrif miksub minnhom skond din id-Direttiva u li jkun tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

4.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx jimpedixxu l-pubblikazzjoni ta' tagħrif ġenerali jew ta' stħarriġ li ma jkunx fihom tagħrif dwar impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi partikolari.

Artikolu 12

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandhom jirrivedu u, fejn meħtieġ, jissuplimentaw il-Listi I u II ta' l-Anness I fuq il-bażi ta' l-esperjenza u fejn ikun meħtieġ billi jittrasferixxu ċerti sustanzi mil-Lista II għall-Lista I.

Artikolu 13

Id-Direttiva 76/464/KEE hija b'dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi imsemmija fil-Parti B ta' l-Anness II.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-Tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, -15 ta' Frar 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

K. WINKLER


(1)  ĠU C 117, 30.4.2004, p. 10.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2004 (ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 39) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2006.

(3)  ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/60/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.

(5)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

(7)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Lista I ta' familji u gruppi ta' sustanzi

Il-Lista I fiha ċerti sustanzi individwali li jagħmlu parti mill-familji u mill-gruppi ta' sustanzi li ġejjin, magħżula prinċipalment fuq il-bażi tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għajr dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li jinbidlu malajr f'sustanzi li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara:

1.

komposti organoaloġeniċi u sustanzi li jistgħu jiffurmaw dawn il-komposti fl-ambjent akwatiku;

2.

komposti organofosforiċi;

3.

komposti organotin;

4.

sustanzi li fir-rigward tagħhom ikun ġie ppruvat li għandhom kwalitajiet karċinoġeni fl-ambjent akwatiku jew permezz tiegħu (1);

5.

merkurju u komposti tal-merkurju;

6.

kadmju u komposti tal-kadmju;

7.

żjut minerali persistenti u idrokarboni li joriġinaw miż-żejt;

u għall-finijiet ta' l-implementazzjoni ta' l-Artikoli 3, 7, 8 u 12:

8.

sustanzi sintetiċi persistenti li jistgħu iżommu fil-wiċċ, jibqgħu f'sospensjoni jew jegħrqu u li jistgħu jfixklu fi kwalunkwe użu ta' l-ilmijiet.

Lista II ta' familji u gruppi ta' sustanzi

Fil-Lista II jinsabu:

sustanzi li jagħmlu parti mill-familji u l-gruppi tas-sustanzi fil-Lista I li għalihom il-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbiliti fid-Direttivi msemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE ma ġewx determinati mill-imsemmija Direttivi,

ċerti sustanzi individwali u kategoriji ta' sustanzi li jagħmlu parti mill-familji u l-gruppi ta' sustanzi elenkati hawn taħt,

u li għandhom effett ħażin fuq l-ambjent akwatiku, li, madankollu, jista' jkun limitat għal żona speċifika u li jiddependi fuq il-karatteristiċi ta' l-ilma li fih jiġu skarikati u l-post fejn dan jinstab.

Il-familji u l-gruppi ta' sustanzi msemmija fit-tieni inċiż:

1.

Il-metallojdi u l-metalli li ġejjin, u l-komposti tagħhom:

1.

iż-żingu

2.

ir-ram

3.

in-nikil

4.

il-kromju

5.

iċ-ċomb

6.

is-selenju

7.

l-arseniku

8.

l-antimonju

9.

il-molibdenu

10.

it-titanju

11.

l-istann

12.

il-barju

13.

il-berillju

14.

il-boron

15.

l-uranju

16.

il-vanadju

17.

il-kobalt

18.

it-talju

19.

it-tellurju

20.

il-fidda

2.

Il-bijoċodi

u d-derivati tagħhom li ma jidhrux fil-Lista I.

3.

Is-sustanzi li għandhom effett dannuż fuq it-togħma u/jew ir-riħa tal-prodotti għall-konsum mill-bniedem li ġejjin mill-ambjent akwatiku,

u l-komposti li x'aktarx inisslu dawn is-sustanzi fl-ilma.

4.

Il-komposti organiċi tas-silikon li huma tossiċi jew persistenti, u s-sustanzi li jistgħu jnisslu dawn il-komposti fl-ilma, minbarra dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li fl-ilma jinbidlu malajr f'sustanzi li ma jagħmlux ħsara.

5.

Il-komposti inorganiċi tal-fosfru u tal-fosfru elementali.

6.

Iż-żjut minerali mhux persistenti u l-idrokarboni li joriġinaw miż-żejt.

7.

Iċ-ċjanuri,

l-Fluworidi.

8.

Is-sustanzi li għandhom effett negattiv fuq il-bilanċ ta' l-ossiġnu, b'mod partikolari:

l-Ammonja,

n-Nitriti.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7

Fir-rigward ta' l-iskariku ta' l-ilma ta' l-iskart fil-baħar miftuħ permezz ta' katusi, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu rekwiżiti li ma jkunux inqas stretti minn dawk imposti f'din id-Direttiva.


(1)  Fejn ċerti sustanzi fil-Lista II ikunu karċinoġeni, jiġu inklużi fil-kategorija 4 ta' din il-Lista.


ANNESS II

PARTI A

ID-DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE (ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48)

Limitatament għall-punt (a) ta' l-Anness I.

Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)

Limitatament fir-rigward tar-referenza fl-Artikolu 22(2), ir-raba' inċiż għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 76/464/KEE

PARTI B

LISTA TAL-LIMITI TA' ŻMIEN GĦAT-TRASPOSIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat-trasposizzjoni

76/464/KEE

91/692/KEE

L-1 ta' Jannar 1993

2000/60KEE

It-22 ta' Diċembru 2003


ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 76/464/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), frażi introduttiva

Artikolu 1, frażi introduttiva

Artikolu 1(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 1 (a)

Artikolu 1(1), it-tieni inċiż

Artikolu 1 (b)

Artikolu 1(1), it-tielet inċiż

Artikolu 1 (ċ)

Artikolu 1(1), ir-raba' inċiż

Artikolu 1(2), frażi introduttiva

Artikolu 2, frażi introduttiva

Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ)

Artikolu 2(a), (b) u (ċ)

Artikolu 1(2)(d), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(d)(i)

Artikolu 1(2)(d), it-tieni inċiż

Artikolu 2(d)(ii)

Artikolu 1(2)(d), it-tielet inċiż

Artikolu 2(d)(iii)

Artikolu 1(2)(e)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3, frażi introduttiva

Artikolu 4, frażi introduttiva

Artikolu 3, punt 1

Artikolu 4(a)

Artikolu 3, punt 2

Artikolu 4(b)

Artikolu 3, punt 3

Artikolu 3, punt 4

Artikolu 4(ċ)

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill

4.3.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

60


RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Frar 2006

dwar iktar koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-edukazzjoni ogħla

(2006/143/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 149(4) u 150(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Minkejja li l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/561/KE ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar il-koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-edukazzjoni ogħla (3) kienet ta' suċċess notevoli kif jidher fir-rapport tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2004, xorta waħda għad hemm il-ħtieġa li titjieb l-edukazzjoni ogħla Ewropea, b'mod partikulari l-kwalità tagħha, sabiex issir aktar trasparenti u affidabbli għaċ-ċittadini Ewropej u għal studenti u akkademiċi minn kontinenti oħra.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni 98/561/KE sejħet għal appoġġ fejn meħtieġ, għall-istabbiliment ta' sistemi trasparenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità. Kważi l-Istati Membri kollha stabbilixxew sistemi nazzjonali għall-assigurazzjoni u bdew jew għenu l-istabbiliment ta' aġenzija jew aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni 98/561/KE sejħet għal sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità li jkunu bbażati fuq serje ta' karatteristiċi essenzjali, inkluż l-evalwazzjoni ta' programmi jew istituzzjonijiet permezz ta' stima interna, evalwazzjoni esterna, u li tinvolvi l-parteċipazzjoni ta' studenti, il-pubblikazzjoni ta' riżultati u parteċipazzjoni internazzjonali. Ir-riżultati ta' l-istimi ta' kwalità interna għandhom rwol sinifikanti biex jgħinu biex tittejjeb ir-rendiment ta' l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla.

(4)

Il-karatteristiċi essenzjali msemmija fil-premessa (3) ġew implimentati b'mod ġenerali fis-sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u ġew affermati mill-Ministri Ewropej ta' l-Edukazzjoni f'Berlin f'Settembru 2003, fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja, fil-ħidma għall-kisba ta' Żona Ewropea ta' l-Edukazzjoni Ogħla.

(5)

L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Ogħla (ENQA) ġiet stabbilita fl-2000 u għandha numru dejjem jikber ta' aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament fl-Istati Membri kollha.

(6)

Fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja, il-Ministri ta' l-Edukazzjoni minn 45 pajjiż adottaw l-istandards u l-linji gwida għall-assigurazzjoni ta' kwalità fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Ogħla kif propost mill-ENQA matul il-laqgħa f'Bergen bejn id-19 u l-20 ta' Mejju 2005 u bħala tkomplija tal-laqgħa ta' Berlin f'Settembru 2003. Huma laqgħu wkoll il-prinċipju ta' reġistru Ewropew ta' aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità bbażat fuq evalwazzjoni nazzjonali u talbu li d-dettalji ta' l-implimentazzjoni jkunu żviluppati aktar mill-ENQA, b'koperazzjoni ma' l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Universitajiet (EUA), l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istituzzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Ogħla (EURASHE) u l-Unjonijiet Nazzjonali għall-Istudenti fl-Ewropa (ESIB), b'rapport mibgħut lill-Ministri permezz tal-Grupp ta' Segwitu ta' Bolonja. Minbarra dan huma enfasizzaw l-importanza tal-koperazzjoni bejn aġenziji rikonoxxuti fuq skala nazzjonali bil-għan li jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonjiet dwar l-akkreditament jew l-assigurazzjoni ta' kwalità.

(7)

Jeħtieġ li azzjoni ta' l-UE li tappoġġja l-assigurazzjoni ta' kwalità tiġi żviluppata b'koerenza ma' l-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja.

(8)

Huwa mixtieq li jsir reġistru ta' aġenziji għall-assigurazzjoni tal-kwalità li huma indipendenti u affidabbli li joperaw fl-Ewropa, kemm jekk ikunu reġjonali jew nazzjonali, ġenerali jew speċjalizzati, pubbliċi jew privati, sabiex tkun appoġġjata t-trasparenza fl-edukazzjoni ogħla u sabiex jgħin biex ikun hemm rikonoxximent ta' kwalifiki u perijodi ta' studju barra l-pajjiż.

(9)

Fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, il-Kunsill Ewropew f'Barċellona, f'Marzu 2002, esprima l-konklużjoni li l-edukazzjoni u s-sistemi ta' taħriġ Ewropej għandhom isiru “referenza dinjija għall-kwalità”,

PERMEZZ TA' DAN JIRRAKKOMANDAW LI L-ISTATI MEMBRI:

1.

iħeġġu lill-istituzzjonijiet kollha ta' l-edukazzjoni ogħla li huma attivi fit-territorju tagħhom biex idaħħlu jew jiżviluppaw sistemi interni rigorużi għall-assigurazzjoni tal-kwalità, bi qbil ma' l-istandards u mal-linji gwida għall-assigurazzjoni tal-kwalità fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Ogħla adottata f'Bergen fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja;

2.

iħeġġu lill-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament li huma attivi fit-territorji tagħhom sabiex ikunu indipendenti fl-istimi tagħhom, japplikaw il-karatteristiċi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità mniżżla fir-Rakkomandazzjoni 98/561/KE u japplikaw is-sett komuni ta' standards ġenerali, u linji gwida adottati f'Bergen, għall-għanijiet ta' l-istima. Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati iktar b'koperazzjoni ma' rappreżentanti tas-settur ta' l-edukazzjoni ogħla. Għandhom jiġu applikati b'mod li jipproteġu u jippromwovu d-diversità u l-innovazzjoni;

3.

jinkoraġġixxu lir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet nazzjonali, tas-settur ta' l-edukazzjoni ogħla u ta' l-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament, flimkien ma' l-imsieħba soċjali, sabiex jistabbilixxu “Reġistru Ewropew ta' l-Aġenziji għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità” (“Reġistru Ewropew”) ibbażat fuq evalwazzjoni nazzjonali, li jqis il-prinċipji stabbiliti fl-Anness u sabiex ikunu definiti l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u r-regoli għall-amministrazzjoni tar-reġistru;

4.

jgħinu lill-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla attivi fit-territorju tagħhom biex jagħżlu aġenzija, minn fost aġenziji għall-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament fir-Reġistru Ewropew li tissodisfa r-rekwiżiti u l-profil tagħhom, bil-kondizzjoni li din tkun kompatibbli mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom jew tkun permessa mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom;

5.

jippermettu lill-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla jaħdmu lejn evalwazzjoni komplimentari minn aġenzija oħra fir-Reġistru Ewropew, pereżempju biex isaħħu r-reputazzjoni internazzjonali tagħhom;

6.

jippromwovu koperazzjoni bejn aġenziji sabiex jibnu fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent ta' l-istimi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament, biex b'hekk jikkontribwixxu għar-rikonoxximent ta' kwalifiki għall-iskop ta' studju jew xogħol f'pajjiż ieħor;

7.

jiżguraw l-aċċess pubbliku għall-istimi imwettqa mill-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament elenkati fir-Reġistru Ewropew,

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI:

1.

sabiex tkompli, b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tagħti l-appoġġ tagħha għal koperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla, aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament, awtoritajiet kompetenti u korpi oħra attivi f'dan il-qasam;

2.

sabiex tippreżenta rapporti kull tliet snin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar progress fl-iżvilupp ta' sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità f'diversi Stati Membri u dwar l-attivitajiet ta' koperazzjoni fuq livell Ewropew, inkluż il-progress li jkun sar fl-għanijiet hawn fuq imsemmija.

Magħmula fi Strasburgu, nhar il-15 ta' Frar 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

K. WINKLER


(1)  ĠU C 255, 14.10.2005, p. 72.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta' Jannar 2006.

(3)  ĠU L 270, 7.10.1998, p. 56.


ANNESS

“Ir-Reġistru Ewropew għall-Aġenziji ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità”

Ir-Reġistru għandu jipprovdi lista ta' aġenziji affidabbli li l-istimi tagħhom jistgħu jkunu fdati mill-Istati Membri (u l-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan l-Istati Membri). Għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ewlenin li ġejjin:

1.

Il-lista ta' aġenziji għandha ssir minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet nazzjonali, tas-settur ta' l-edukazzjoni ogħla (istituzzjonijiet għall-edukazzjoni ogħla, studenti, għalliema u riċerkaturi) u l-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament attivi fl-Istati Membri, flimkien ma' l-imsieħba soċjali.

2.

Il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-aġenziji jistgħu jinkludu fost l-oħrajn:

(i)

l-impenn li jkunu kompletament indipendenti meta jgħaddu l-ġudizzju tagħhom;

(ii)

ir-rikonoxximent għall-inqas mill-Istat Membru li fih joperaw (jew mill-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan dak l-Istat Membru);

(iii)

ħidma fuq il-bażi ta' sett komuni ta' standards u linji gwida li għalihom hemm referenza fir-rakkomandazzjonijiet 1 u 2 indirizzati lill-Istati Membri;

(iv)

evalwazzjoni esterna regolari min-nies li jaħdmu fil-qasam u esperti oħra, inkluż il-pubblikazzjoni tal-kriterji, il-metodoloġiji u r-riżultati ta' din l-evalwazzjoni.

3.

Fil-każ li r-reġistrazzjoni tiġi inizjalment miċħuda, tista' sseħħ evalwazzjoni mill-ġdid fuq il-bażi ta' titjib imwettaq.