ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 49 |
|
|
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill |
|
|
* |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 64. |
|
(3) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
4.3.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 336/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Frar 2006
dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) ,
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)
Billi:
(1) |
Il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kodiċi ISM”, ġie adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fl-1993. Dan il-kodiċi gradwalment sar obbligatorju għall-biċċa l-kbira tal-vapuri li jbaħħru fuq vjaġġi internazzjonali bl-adozzjoni f'Mejju ta' l-1994 tal-Kapitolu IX “Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri” tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS). |
(2) |
Il-Kodiċi ISM ġie emendat mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni MSC.104 (73), adottata fil-5 ta' Diċembru 2000. |
(3) |
Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM mill-Amministrazzjonijiet ġew adottati bir-Riżoluzzjoni A.788(19) ta' l-IMO fit-23 ta' Novembru 1995. Dawn il-Linji Gwida ġew emendati bir-Riżoluzzjoni A.913 (22), adottata fid-29 ta' Novembru 2001. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar l-amministrazzjoni tas-sigurtà ta' vapuri tal-passiġġieri roll-on/roll-off (vapuri ro-ro) (3) għamel il-Kodiċi ISM obbligatorju fuq il-livell Komunitarju b'effett mill-1 ta' Lulju 1996 għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro kollha li joperaw fuq servizz regolari minn u lejn portijiet ta' l-Istati Membri, sew fuq vjaġġi domestiċi kif ukoll fuq dawk internazzjonali u irrispettivament mill-bandiera tagħhom. Dan kien l-ewwel pass biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi u koerenti tal-Kodiċi ISM fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Fl-1 ta' Lulju 1998 il-Kodiċi ISM sar obbligatorju taħt id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu IX tas-SOLAS għal kumpanniji li joperaw vapuri tal-passiġġieri, inklużi inġenji ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-kimiċi, vapuri tal-gass, vapuri ta' merkanzija mhux ippakkjata u vapuri ta' veloċità kbira ta' tunnellaġġ gross ta' 500 u aktar, fuq vjaġġi internazzjonali. |
(6) |
Fl-1 ta' Lulju 2002, il-Kodiċi ISM sar obbligatorju għal kumpanniji li joperaw vapuri oħra tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' tunnellaġġ gross ta' 500 u aktar, fuq vjaġġi internazzjonali. |
(7) |
Is-sigurtà tal-ħajja tal-bnedmin fuq il-baħar u l-protezzjoni ta' l-ambjent jistgħu jiġu mtejba b'mod effettiv billi l-Kodiċi ISM jiġi applikat b'mod strett u fuq bażi obbligatorja. |
(8) |
Ikun tajjeb li jiġi applikat direttament il-Kodiċi ISM għal vapuri li jtajru l-bandiera ta' xi Stat Membru kif ukoll għal vapuri, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi jew fuq servizz ta' tbaħħir regolari li jopera minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri. |
(9) |
L-adozzjoni ta' Regolament ġdid b'applikabbiltà diretta għandha tiżgura l-infurzar tal-Kodiċi ISM bl-intendiment li jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk jimplimentawx il-Kodiċi għal vapuri, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, li joperaw esklużivament f'żoni ta' portijiet. |
(10) |
Konsegwentement ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 għandu jiġi mħassar. |
(11) |
Jekk xi Stat Membru jqis li huwa diffiċli biex fil-prattika kumpanniji jissodisfaw id-disposizzjonijiet speċifiċi tal-Parti A tal-Kodiċi ISM għal ċerti vapuri jew kategoriji ta' vapuri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru, huwa jista' jidderoga għal kollox jew parzjalment minn dawk id-disposizzjonijiet billi jimponi miżuri li jiżguraw li l-għanijiet tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti. Huwa jista', għal tali vapuri u kumpanniji, jistabbilixxi proċeduri alternattivi ta' ċertifikazzjoni u verifika. |
(12) |
Jinħtieġ li jittieħed kont tad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali ta' l-Istat (4). |
(13) |
Jinħtieġ ukoll li jittieħed kont tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar regoli u standards komuni għal organizzazzjonjiet ta' spezzjoni u sorveljanza ta' vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' amministrazzjonijiet marittimi (5), sabiex jiġu stabbiliti l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-iskop ta' dan ir-Regolament, u tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal- passiġġieri (6), bl-iskop li jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi domestiċi. |
(14) |
Il-miżuri meħtieġa għall-emendar ta' l-Anness II għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7) ; |
(15) |
Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà u t-tħaddim sigur tal-vapuri kif ukoll il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalitá, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil' hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
L-għan ta' dan ir-Regolament hu li tittejjeb l-amministrazzjoni tas-sigurtà u t-tħaddim sigur tal-vapuri kif ukoll il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1), billi jiġi żgurat li l-kumpanniji li jħaddmu dawk il-vapuri jikkonformaw mal-Kodiċi ISM permezz ta':
(a) |
l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni xierqa minn kumpanniji tas-sistemi ta' amministrazzjoni tas-sigurtà abbord u fuq ix-xatt; u, |
(b) |
il-kontroll tagħhom mill-amministrazzjonijiet ta' l-Istat tal-bandiera u tal-port. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Il-Kodiċi ISM” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea A.741 (18) ta' l-4 ta' Novembru 1993, kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.104 (73) tal-5 ta' Diċembru 2000 tal-Kumitat tas-Siġurtà Marittima u stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, fil-verżjoni aġġornata tagħha; |
(2) |
“Organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser korp rikonoxxut skond id-Direttiva 94/57/KE; |
(3) |
“Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun ħa responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ISM; |
(4) |
“Vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier, jew inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri; |
(5) |
“Passiġġier” tfisser kull persuna għajr:
|
(6) |
“Inġenju ta' veloċità kbira” tfisser inġenju ta' veloċità kbira kif definit fir-Regolament X-1/2 tas- SOLAS, fil-verżjoni aġġornata tagħha. Għal inġenji ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, għandhom japplikaw il-limitazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni indikati fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 98/18/KE; |
(7) |
“Vapur tal-merkanzija” tfisser vapur, inkluż inġenju ta' veloċità kbira, li mhux vapur tal-passiġġieri; |
(8) |
“Vjaġġ internazzjonali” tfisser vjaġġ bil-baħar minn port ta' Stat Membru jew kwalunkwe Stat ieħor lejn port barra minn dak l-Istat, jew viċi versa; |
(9) |
“Vjaġġ domestiku” tfisser vjaġġ f'żoni tal-baħar minn port ta' Stat Membru għall-istess port jew għal port ieħor li jinsab f'dak l-Istat Membru; |
(10) |
“Servizz ta' tbaħħir regolari” tfisser sensiela ta' traġitti bil-vapur imħaddma sabiex iservu t-traffiku bejn l-istess żewġ punti jew aktar, kemm:
|
(11) |
“Vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser bastiment tal-baħar tal-passiġġieri kif definit fil-Kapitolu II-1 tas-SOLAS, fil-verżjoni aġġornata tagħha; |
(12) |
“Inġenju sommerġibbli tal-passiġġieri” tfisser bastiment mobbli li jġorr il-passiġġieri, li primarjament jaħdem taħt l-ilma u jiddependi minn sostenn minn wiċċ l-ilma, Bħal vapur tal-wiċċ jew faċilitajiet ibbażati fix-xatt, għas-sorveljanza u għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(13) |
“Unità mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar” tfisser bastiment li kapaċi jaħdem f'operazzjonijiet ta' tħaffir għall-esplorazzjoni jew għall-isfruttament ta' riżorsi taħt qiegħ il-baħar bħall-idrokarboni, il-kubrit jew il-melħ; |
(14) |
“Tunnellaġġ gross” tfisser it-tunnellaġġ gross ta' vapur determinat skond il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969 jew, fil-każ ta' vapuri impenjati esklużivament fi vjaġġi domestiċi u mhux imkejjel skond il-konvenzjoni msemmija, it-tunnellaġġ gross tal-vapur determinat skond id-disposizzjonijiet ta' regolamenti nazzjonali eżistenti għall-kejl tat-tunnellaġġ. |
Artikolu 3
Kamp ta' Applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tipi ta' vapuri segwenti u għall-kumpanniji li jħaddmuhom:
(a) |
vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, impenjati fuq vjaġġi internazzjonali; |
(b) |
vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi, irrispettivament mill-bandiera tagħhom; |
(ċ) |
vapuri tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri li joperaw minn jew lejn portijiet ta' l-Istati Membri, fuq servizz regolari ta' tbaħħir, irrispettivament mill-bandiera tagħhom; |
(d) |
unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar, li joperaw taħt l-awtorità ta' Stat Membru. |
2. Dan ir-Regolament m' għandux japplika għat-tipi ta' vapuri li ġejjin jew għall-kumpanniji li jħaddmuhom:
(a) |
vapuri tal-gwerra u dawk ta' truppi u vapuri oħra li huma proprjetà ta' jew imħaddma minn Stat Membru u li jintużaw biss fuq servizz mhux kummerċjali tal-gvern; |
(b) |
vapuri mhux imħaddma b'mezzi mekkaniċi, vapuri ta' l-injam ta' għamla primittiva, jottijiet u inġenji tad-divertiment, ħlief jekk dawn ikunu jew ser ikunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali; |
(ċ) |
bastimenti tas-sajd; |
(d) |
vapuri tal-merkanzija u unitajiet mobbli ta' tħaffir fuq il-baħar ta' tunnellaġġ gross ta' inqas minn 500; |
(e) |
vapuri tal-passiġġieri, minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro, f'żoni ta' baħar ta' Klassi Ċ u D kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE. |
Artikolu 4
Konformità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanniji kollha li joperaw vapuri li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Rekwiżiti ta' amministrazzjoni tas-sigurtà
Il-vapuri msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-kumpanniji li joperawhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Kodiċi ISM.
Artikolu 6
Ċertifikazzjoni u verifika
Għall-għanijiet ta' ċertifikazzjoni u verifika, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.
Artikolu 7
Deroga
1. Stat Membru jista', jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika l-kumpanniji jikkonformaw mal-paragrafi 6, 7, 9, 11 u 12 tal-Parti A tal-Kodiċi ISM għal ċerti vapuri jew kategoriji ta' vapuri impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru, jidderoga għal kollox jew parzjalment minn dawk id-disposizzjonijiet billi jimponi miżuri li jiżguraw li l-għanijiet tal-Kodiċi jintlaħqu b'mod ekwivalenti.
2. Stat Membru jista', għal vapuri u kumpanniji li għalihom ġiet adottata deroga bis-saħħa tal-paragrafu 1, jekk iqisha diffiċli biex fil-prattika japplika ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6, jistabbilixxu proċeduri alternattivi ta' ċertifikazzjoni u verifika.
3. Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, fil-paragrafu 2, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:
(a) |
L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deroga u dwar il-miżuri li bi ħsiebu jadotta; |
(b) |
jekk, fi żmien sitt xhur minn notifika, jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), li d-deroga proposta mhix ġustifikata jew li l-miżuri proposti m'humiex suffiċjenti, tali Stat Membru għandu jintalab jemenda jew joqgħod lura milli jadotta d-disposizzjonijiet proposti; |
(ċ) |
l-Istat Membru għandu jagħmel pubbliċi kwalunkwe miżuri adottati b'referenza diretta għall-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, għall-paragrafu 2. |
4. Wara li ssir deroga taħt il-paragrafu 1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 2 l-Istat Membru konċernat għandu joħroġ ċertifikat skond it-tieni subparagrafu ta' l-Anness II.V, Parti B, Taqsima 5, li jindika l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.
Artikolu 8
Validità, aċċettazzjoni u rikonoxximent ta' ċertifikati
1. Id-Dokument ta' Konformità għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jibqa' validu sa żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.
2. F'każijiet ta' tiġdid tad-Dokument ta' Konformità u taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Parti B tal-Kodiċi ISM.
3. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġ mill-amministrazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f'isem din l-amministrazzjoni minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.
4. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw Dokumenti ta' Konformità, Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa minn, jew f'isem, l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi.
Madankollu, għal vapuri impenjati fuq servizz regolari ta' tbaħħir, il-konformità mal-Kodiċi ISM tad-Dokumenti ta' Konformità, id-Dokumenti Interim ta' Konformità, Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u ċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, maħruġa f'isem l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, għandha tiġi verifikata, bi kwalunkwe mezz adattat, minn jew f'isem l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) ħlief jekk dawn inħarġu mill-amministrazzjoni ta' Stat Membru jew minn Organizzazzjoni Rikonoxxuta.
Artikolu 9
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur ta ' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 10
Rapportar
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tistabbilixxi kampjun ta' formola armonizzata għal tali rapporti.
3. Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet ir-rapporti mill-Istati Membri, tħejji rapport konsolidat li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament flimkien ma' kwalunkwe miżuri proposti, jekk ikun xieraq. Dan ir-rapport għandu jiġi indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 11
Emendi
1. Emendi tal-Kodiċi ISM jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat għal Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) (8).
2. Kwalunkwe emenda għal Anness II għandha ssir skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 12
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għal Ibħra Siġuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS) stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahrejn.
3. Il-Kumitat għandu jadotta ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Artikolu 13
Revoka
1. Ir-Regolament (KE) Nru 3051/95 għandu jkun imħassar b'effett mill-24 ta' Marzu 2006.
2. Dokumenti Interim ta' Konformità, Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, Dokumenti ta' Konformità u Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà maħruġa qabel 24 ta' Marzu 2006 Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu jew sa l-approvazzjoni li jkun imiss.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għal dak li jikkonċerna vapuri tal-merkanzija u tal-passiġġieri, li m'humiex diġà meħtieġa li jikkonformaw mal-Kodiċi ISM, dan ir-Regolament għandu japplika mill-24 ta' Marzu 2008 Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament..
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
(1) Magħmul fi Strasburgu, 15 ta' Frar 2006
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER
(1) ĠU C 302, 7.12.2004, p. 20.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ĠU C 102 E, 28.4.2004, p. 565) Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2005 (ĠU C 264 E, 25.10.2005, p. 28) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2005 (għandha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 320, 30.12.1995, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).
(4) ĠU L 157, 7.7.1995, p 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(5) ĠU L 319, 12.12.1994, p 20. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/84/KE.
(6) ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummmissjoni 2003/75/KE (ĠU L 190, 30.7.2003, p. 6).
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p 23.
(8) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004. p. 10).
ANNESS I
Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM))
Parti A |
Implimentazzjoni |
1. |
Ġenerali |
1.1. |
Definizzjonijiet |
1.2. |
Għanijiet |
1.3. |
Applikazzjoni |
1.4. |
Rekwiżiti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS) |
2. |
Politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali |
3. |
Responsabbiltajiet u awtorità tal-kumpannija |
4. |
Persuna/i nominati |
5. |
Responsabbiltà u awtorità tal-kaptan |
6. |
Riżorsi u persunal |
7. |
Żviluppi ta' pjani għal operazzjonijiet abbord |
8. |
Stat ta' tħejjija għall-emerġenzi |
9. |
Rapporti u analiżi dwar non-konformitajiet, inċidenti u okkorrenzi perikolużi |
10. |
Manutenzjoni tal-vapur u tat-tagħmir |
11 |
Dokumentazzjoni |
12. |
Verifika tal-Kumpannija, reviżjoni u evalwazzjoni |
Parti B – Ċertifikazzjoni u Verifika
13. |
Ċertifikazzjoni u Verifika perjodika |
14. |
Ċertifikazzjoni Interim |
15. |
Verifika |
16. |
Forom taċ-ċertifikati |
KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI GĦAT-TĦADDIM SIGUR TA' VAPURI U GĦALL-PREVENZJONI TAT-TNIĠĠIS
(KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM))
PARTI A – IMPLIMENTAZZJONI
1. Ġenerali
1.1 Definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-partijiet A u B ta' dan il-Kodiċi.
1.1.1. |
“Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM)” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis kif adottat mill-Assemblea, kif jista' jiġi emendat mill-Organizzazzjoni. |
1.1.2. |
“Kumpannija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun qabel li jieħu f'idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi. |
1.1.3. |
“Amministrazzjoni” tfisser il-gvern ta' l-Istat li l-vapur huwa intitolat itajjar il-bandiera tiegħu. |
1.1.4. |
“Sistema għall-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser sistema strutturata u dokumentata li tippermetti lill-persunal tal-Kumpannija jimplimenta b'mod effettiv il-politika tas-sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-Kumpannija. |
1.1.5. |
“Dokument ta' Konformità” tfisser dokument maħruġ lil xi Kumpannija li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi. |
1.1.6. |
“Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà” tfisser dokument maħruġ lil vapur li juri li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapur joperaw skond is-sistema approvata ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà. |
1.1.7. |
“Evidenza oġġettiva” tfisser informazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva, dokumentazzjonijiet jew stqarrijiet ta' fatt dwar is-sigurtà jew dwar l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' element tas-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà, li hija bbażata fuq osservazzjoni, kejl jew test u li tista' tiġi verifikata. |
1.1.8. |
“Osservazzjoni” tfisser dikjarazzjoni ta' fatt magħmula waqt verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà u sostanzjata b'evidenza oġġettiva. |
1.1.9. |
“Non-konformità” tfisser sitwazzjoni osservata fejn evidenza oġġettiva tindika li ma twettaqx xi rekwiżit speċifiku. |
1.1.10 |
“Non-konformità maġġuri” tfisser devjazzjoni identifikabbli li tippreżenta theddida serja għas-sigurtà tal-persunal jew tal-vapur jew riskju serju għall-ambjent li teħtieġ azzjoni korrettiva immedjata u tinkludi n-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u sistematika ta' xi rekwiżit ta' dan il-Kodiċi. |
1.1.11 |
“Data ta' l-anniversarju” tfisser il-jum u x-xahar ta' kull sena li tikkorrispondi mad-data ta' l-iskadenza tad-dokument jew taċ-ċertifikat rilevanti. |
1.1.12 |
“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 kif emendata. |
1.2. Għanijiet
1.2.1 |
L-għanijiet tal-Kodiċi huma li tiġi żgurata s-sigurtà fuq il-baħar, il-prevenzjoni ta' korriment jew telf ta' ħajja ta' bnedmin, u li tiġi evitata l-ħsara lill-ambjent, b'mod partikolari, lill-ambjent marittimu, u lill-proprjetà. |
1.2.2. |
L-għanijiet ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija għandhom, inter alia: |
1.2.2.1. |
jipprovdu għal prattiki siguri fit-tħaddim tal-vapuri u ambjent ta' xogħol sigur; |
1.2.2.2. |
jistabbilixxu salvagwardji kontra r-riskji kollha identifikati; u |
1.2.2.3. |
kontinwament itejbu l-ħiliet amministrattivi ta' sigurtà tal-persunal fuq ix-xatt u abbord il-vapuri, inkluża t-tħejjija għal emerġenzi relatati kemm mas-sigurtà kif ukoll mal-protezzjoni ta' l-ambjent. |
1.2.3. |
Is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandha tiżgura: |
1.2.3.1. |
konformità mar-regoli u r-regolamenti mandatorji; u |
1.2.3.2. |
li jittieħed kont tal-kodiċi, il-linji gwida u l-istandards applikabbli rrikkmandati mill-Organizzazzjoni, minn amministrazzjonijiet, minn soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u minn organizzazzjonijiet ta' l-industrija marittima. |
1.3. Applikazzjoni
Ir-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi jistgħu jiġu applikati għall-vapuri kollha.
1.4 Rekwiżiti funzjonali għal sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS)
Kull kumpannija għandha tiżviluppa, timplimenta u żżomm sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà (SMS) li tinkludi r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:
1.4.1. |
politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent; |
1.4.2. |
struzzjonijiet u proċeduri sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' vapuri u l-protezzjoni ta' l-ambjent skond il-leġislazzjoni rilevanti internazzjonali u dik ta' l-Istat tal-bandiera; |
1.4.3. |
livelli definiti ta' awtorità u linji ta' komunikazzjoni bejn, u fost, persunal tax-xatt u abbord il-vapuri; |
1.4.4. |
proċeduri għar-rapportar ta' inċidenti u non-konformitajiet mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi; |
1.4.5. |
proċeduri għat-tħejjija u r-rispons għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza; u |
1.4.6. |
proċeduri għal verifiki interni u reviżjonijiet amministrattivi. |
2. Politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali
2.1. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi politika dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali li tiddeskrivi kif l-għanijiet, mogħtija fil-paragrafu 1.2, ser jintlaħqu. |
2.2. |
Il-kumpannija għandha tiżgura li l-politika tiġi implimentata u tibqa' tinżamm fil-livelli kollha ta' l-organizzazzjoni kemm abbord il-vapuri kif ukoll fuq ix-xatt. |
3. Responsabbiltajiet u awtorità tal-kumpannija
3.1. |
Jekk l-entità li hija responsabbli għat-tħaddim tal-vapur m'hijiex is-sid, is-sid għandu jirrapporta l-isem sħiħ u d-dettalji ta' tali entità lill-amministrazzjoni. |
3.2. |
Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta r-responsabbiltà, l-awtorità u l-interrelazzjoni tal-persunal kollu li jamministra, iwettaq u jivverifika xogħol relatat ma', u li jaffettwa, s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis. |
3.3. |
Il-kumpannija hija responsabbli biex tiżgura li jkun hemm provvista adegwata ta' riżorsi u sostenn minn fuq ix-xatt sabiex il-persuna jew il-persuni magħżula jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom. |
4. Persuna/i magħżula
Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sigur ta' kull vapur u sabiex jiġi pprovdut kollegament bejn il-kumpannija u dawk abbord, kull kumpannija, skond kif jixraq, għandha tagħżel persuna jew persuni fuq ix-xatt li jkollhom aċċess dirett għall-ogħla livell ta' amministrazzjoni. Ir-responsabbiltà u l-awtorità tal-persuna jew persuni nominati għandhom jinkludu s-sorveljanza ta' l-aspetti tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tat-tħaddim ta' kull vapur u li jiżgura(w) li jiġu applikati riżorsi adegwati u sostenn ibbażat fuq ix-xatt, kif meħtieġ.
5. Responsabbiltà u awtorità tal-kaptan
5.1 |
Il-kumpannija għandha tiddefinixxi u tiddokumenta b'mod ċar ir-responsabbiltà tal-kaptan fir-rigward ta': |
5.1.1. |
l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' protezzjoni ta' l-ambjent tal-kumpannija; |
5.1.2. |
li l-ekwipaġġ jiġi mmotivat fl-osservanza ta' dik il-politika; |
5.1.3. |
il-ħruġ b'mod ċar u sempliċi ta' ordnijiet u struzzjonijiet xierqa; |
5.1.4. |
li jiġi verifikat li ħtiġiet speċifikati jiġu osservati; u |
5.1.5. |
li jirrevedi l-SMS u jirrapporta n-nuqqasijiet tagħha lill-amministrazzjoni bbażata fuq ix-xatt. |
5.2. |
Il-kumpannija għandha tiżgura li l-SMS imħaddma abbord il-vapur ikun fiha dikjarazzjoni ċara li tenfasizza l-awtorità tal-kaptan. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi fl-SMS li l-kaptan għandu l-awtorità ‘l fuq minn kollox u r-responsabbiltà li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis u li jitlob l-għajnuna tal-kumpannija hekk kif jista' jkun meħtieġ. |
6. Riżorsi u persunal
6.1. |
Il-kumpannija għandha tiżgura li l-kaptan: |
6.1.1. |
ikun ikkwalifikat kif suppost biex jikkmanda; |
6.1.2. |
ikun jaf tajjeb l-SMS tal-kumpannija; u |
6.1.3. |
jingħata s-sostenn meħtieġ sabiex id-dmirijiet tal-kaptan ikunu jistgħu jitwettqu mingħajr periklu. |
6.2. |
Il-kumpannija għandha tiżgura li kull vapur ikollu baħħara kkwalifikati, iċċertifikati u medikament f'saħħithom skond il-ħtiġiet nazzjonali u internazzjonali. |
6.3. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li persunal ġdid u persunal trasferit għal kompiti ġodda relatati mas-sigurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent jingħataw familjarizzazzjoni xierqa mad-dmirijiet tagħhom. L-istruzzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti qabel it-tbaħħir għandhom jiġu identifikati, dokumentati u mogħtija. |
6.4. |
Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal kollu involut fl-SMS tal-kumpannija jkun jifhem b'mod adegwat ir-regoli, ir-regolamenti, il-kodiċi u l-linji gwida rilevanti. |
6.5. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe taħriġ li jista' jkun meħtieġ għas-sostenn ta' l-SMS u sabiex jiġi żgurat li tali taħriġ jingħata lill-persunal kollu kkonċernat. |
6.6. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri li bihom il-persunal tal-vapur jirċievi informazzjoni rilevanti dwar l-SMS f'lingwa jew lingwi ta' xogħol li huma jifhmu. |
6.7. |
Il-kumpannija għandha tiżgura li l-persunal tal-vapur ikun jista' jikkomunika b'mod effettiv waqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu relatati ma' l-SMS. |
7. Żviluppi ta' pjani għal operazzjonijiet abbord
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għat-tħejjija ta' pjani u struzzjonijiet, inklużi listi ta' kontroll skond il-każ, għal operazzjonijiet ewlenin abbord li jikkonċernaw is-sigurtà tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Id-diversi kompiti involuti għandhom jiġu definiti u assenjati lil persunal ikkwalifikat.
8. Stat ta' tħejjija għall-emerġenzi
8.1. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tidentifika, tiddeskrivi u tirrispondi għal sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza abbord il-vapur. |
8.2. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi programmi ta' drills u eżerċizzji sabiex tħejji għal azzjonijiet ta' emerġenza. |
8.3. |
L-SMS għandha tipprevedi miżuri li jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-kumpannija tista' tirrispondi fi kwalunkwe ħin għal perikli, inċidenti u sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu l-vapuri tagħha. |
9. Rapporti u analiżi ta' non-konformitajiet, inċidenti u okkorrenzi perikolużi
9.1. |
L-SMS għandha tinkludi proċeduri li jiżguraw li non-konformitajiet, inċidenti u sitwazzjonjiet perikolużi jiġu rrapportati lill-kumpannija, investigati u analizzati bl-għan li tiġi mtejba s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis. |
9.2. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri għall-implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva. |
10. Manutenzjoni tal-vapur u tat-tagħmir
10.1. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri biex tiżgura li l-vapur jinżamm f'konformità mad-disposizzjonijiet tar-regoli u r-regolamenti rilevanti u ma' kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mill-kumpannija. |
10.2. |
Sabiex tissodisfa dawn il-ħtiġiet il-kumpannija għandha tiżgura li: |
10.2.1. |
isiru spezzjonijiet f'intervalli adattati; |
10.2.2. |
kwalunkwe non-konformità tiġi rrapportata bil-kawża possibbli tagħha, jekk tkun magħrufa; |
10.2.3. |
tittieħed azzjoni korrettiva xierqa; u |
10.2.4. |
tinżamm reġistrazzjoni ta' dawn l-attivitajiet. |
10.3. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi proċeduri fl-SMS sabiex jiġu identifikati t-tagħmir u s-sistemi tekniċi li l-waqfien għall-għarrieda tagħhom jista' jirriżulta f'sitwazzjonijiet perikolużi. L-SMS għandha tipprevedi miżuri speċifiċi bl-għan li jippromwovu l-affidabbiltà ta' tali tagħmir jew sistemi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu testijiet regolari ta' arranġamenti ta' riżerva u ta' tagħmir jew ta' sistemi tekniċi li m'humiex f'użu kontinwu. |
10.4. |
L-ispezzjonijiet imsemmija f'10.2 kif ukoll il-miżuri msemmija f'10.3 għandhom jiġu integrati fir-rutina/manutenzjoni tat-tħaddim tal-vapur. |
11. Dokumentazzjoni
11.1. |
Il-kumpannija għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri sabiex tikkontrolla d-dokumenti u d-data kollha, li huma rilevanti għall-SMS. |
11.2. |
Il-kumpannija għandha tiżgura li: |
11.2.1. |
dokumenti validi jkunu disponibbli fil-postijiet rilevanti kollha; |
11.2.2. |
bidliet fid-dokumenti jiġu riveduti u approvati mill-persunal awtorizzat; u |
11.2.3. |
dokumenti li m'għadhomx jintużaw jitneħħew minnufih. |
11.3. |
Id-dokumenti użati biex jiddeskrivu u jimplimentaw l-SMS jistgħu jissejħu bħala l-“manwal ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà”. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm f'forma li l-kumpannija tqis l-aktar effettiva. Kull vapur għandu jġorr abbord id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għal dak il-vapur. |
12. Verifika, reviżjoni u valutazzjoni tal-kumpannija
12.1. |
Il-kumpannija għandha twettaq verifiki interni tas-sigurtà biex tivverifika jekk l-attivitajiet tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis jikkonformawx ma' l-SMS. |
12.2. |
Perjodikament, il-kumpannija għandha tivvaluta l-effikaċja u meta jkun meħtieġ tirrevedi l-SMS skond proċeduri stabbiliti mill-kumpannija. |
12.3. |
Il-verifiki u l-azzjonijiet korrettivi possibbli għandhom jitwettqu skond proċeduri dokumentati. |
12.4. |
Il-persunal li jwettaq il-verifiki għandu jkun indipendenti mill-oqsma li jkunu qed jiġu verifikati sakemm dan ma jkunx imprattikabbli minħabba d-daqs u n-natura tal-kumpannija. |
12.5. |
Ir-riżultati tal-verifiki u r-reviżonijiet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-persunal kollu li jkollu responsabbiltà fil-qasam involut. |
12.6. |
Il-persunal ta' l-amministrazzjoni responsabbli mill-qasam involut għandu jieħu azzjoni korrettiva f'waqtha dwar nuqqasijiet li jinstabu. |
PARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI U VERIFIKA
13 Ċertifikazzjoni u verifika perjodika
13.1 |
Il-vapur għandu jitħaddem minn Kumpannija li jkun inħarġilha Dokument ta' Konformità jew Dokument Interim ta' Konformità skond il-paragrafu 14.1, rilevanti għal dak il-vapur. |
13.2 |
Id-Dokument ta' Konformità għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni, minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq it-talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor għall-Konvenzjoni lil kwalunkwe Kumpannija li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan il-Kodiċi għal perijodu speċifikat mill-Amministrazzjoni li m'għandux ikun iktar minn ħames snin. Dokument bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-Kumpannija hija kapaċi tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi. |
13.3 |
Id-Dokument ta' Konformità huwa validu biss għat-tipi ta' vapur indikati espliċitament fid-dokument. Tali indikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta' vapur li fuqhom ġiet ibbażata l-verifika inizjali. Tipi oħra ta' vapur għandhom jiġu inklużi biss wara verifika tal-kapaċità tal-Kumpannija li tikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan il-Kodiċi applikabbli għal tali tipi ta' vapur. F'dan il-kuntest, it-tipi ta' vapur huma dawk imsemmija fir-regolament IX/1 tal-Konvenzjoni. |
13.4 |
Il-validità ta' Dokument ta' Konformità għandha tkun soġġetta għal verifika annwali mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni minn Gvern Kontraenti ieħor fi żmien tliet xhur qabel jew wara d-data ta' l-anniversarju. |
13.5 |
Id-Dokument ta' Konformità għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba tagħha, mill-Gvern Kontraenti li ħareġ id-dokument, meta l-verifika annwali meħtieġa fil-paragrafu 13.4 ma tiġix mitluba jew jekk hemm prova ta' non-konformitajiet maġġuri ma' dan il-Kodiċi. |
13.5.1 |
Iċ-Ċertifikati ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà u/jew iċ-Ċertifikati Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà kollha għandhom ukoll jiġu rtirati jekk id-Dokument ta' Konformità jiġi rtirat. |
13.6 |
Kopja tad-Dokument ta' Konformità għandha titpoġġa abbord sabiex il-kaptan tal-vapur, jekk jintalab jagħmel dan, ikun jista' jipproduċiha għal verifika mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fir-regolament IX/6.2 tal-Konvenzjoni. Il-kopja tad-dokument m'hemmx għalfejn tkun awtentikata jew iċċertifikata. |
13.7 |
Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ lil vapur għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mill-Amministrazzjoni jew xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jinħareġ wara verifika li l-Kumpannija u l-amministrazzjoni tagħha abbord il-vapuri joperaw skond is-sistema approvata ta' amministrazzjoni tas-sigurtà. Ċertifikat bħal dan għandu jiġi aċċettat bħala prova li l-vapur qed jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' dan il-Kodiċi. |
13.8 |
Il-validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun soġġetta għal mill-inqas verifika intermedja waħda mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn xi Gvern Kontraenti ieħor. Jekk tkun ser tiġi mwettqa verifika intermedja waħda biss u l-perijodu ta' validità taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jkun ta' ħames snin, din għandha sseħħ bejn it-tieni u t-tielet data ta' anniversarju taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà. |
13.9 |
Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.5.1, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandu jiġi rtirat mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, mill-Gvern Kontraenti li jkun ħarġu meta l-verifika intermedja meħtieġa fil-paragrafu 13.8 ma tintalabx jew jekk hemm xhieda ta' non-konformità maġġuri ma' dan il-Kodiċi. |
13.10 |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 13.2 u 13.7, meta l-verifika tat-tiġdid titlesta fi żmien tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ- Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandhom ikunu validi mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew taċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti. |
13.11 |
Meta l-verifika tat-tiġdid titlesta aktar minn tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tad-Dokument ta' Konformità jew Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà eżistenti, id-Dokument ta' Konformità l-ġdid jew iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà l-ġdid għandu jkun validu mid-data ta' tlestija tal-verifika tat-tiġdid għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin mid-data tat-tlestija tal-verifika tat-tiġdid. |
14. Ċertifikazzjoni interim
14.1 |
Dokument Interim ta' Konformità jista' jinħareġ biex jiffaċilita l-implimentazzjoni inizjali ta' dan il-Kodiċi meta:
|
14.2 |
Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ:
Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà bħal dan għandu jinħareġ għal perijodu ta' mhux aktar minn 6 xhur mill-Amministrazzjoni jew minn xi organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, minn Gvern Kontraenti ieħor. |
14.3 |
Amministrazzjoni jew, fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, Gvern Kontraenti ieħor, tista', f'każijiet speċjali, testendi l-validità ta' Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għal perijodu ieħor li m'għandux ikun aktar minn 6 xhur mid-data ta' l-iskadenza. |
14.4 |
Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà jista' jinħareġ wara verifika li:
|
15 Verifika
15.1 |
Il-verifiki kollha meħtieġa mid-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi għandhom jitwettqu skond il-proċeduri aċċettabbli għall-Amministrazzjoni, b'kont meħud tal-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni (1). |
16 Forom taċ-ċertifikati
16.1 |
Id-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà għandhom jitfasslu f'forma li tikkorrispondi mal-mudelli mogħtija fl-appendiċi għal dan il-Kodiċi. Jekk il-lingwa użata m'hix l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, it-test għandu jinkludi traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi. |
16.2 |
Barra mir-rekwiżiti tal-paragrafu 13.3 t-tipi ta' vapur indikati fuq id-Dokument ta' Konformità u d-Dokument Interim ta' Konformità jistgħu jiġu approvati biex jirriflettu kwalunkwe limitazzjonijiet fl-operazzjonijiet tal-vapuri deskritti fis-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà. |
(1) Irreferi għal-Linji Gwida Riveduti dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mill-Amministrazzjonijiet adottati mill-Organizzazzjoni bir-riżoluzzjoni A. 913(22).
Appendiċi
Formoli tad-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà
DOKUMENT TA' KONFORMITÀ
(Siġill uffiċjali)/(Stat)
Ċertifikat Nru
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-
KONVENZJONI INTERNAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem u indirizz tal-Kumpannija:
…
…
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):
|
Vapur tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija |
|
Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier) |
|
Tanker taż-żejt |
|
Tanker tal-kimiċi |
|
Trasportatur tal-gass |
|
Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar |
|
Vapur tal-merkanzija ieħor |
Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika.
Maħruġ fi …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
…
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Ċertifikat Nru
APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM, is-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.
L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
ĊERTIFIKAT TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ
(Siġill uffiċjali)/(Stat)
Ċertifikat Nru
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-
KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem tal-vapur: …
Numru jew ittri ta' distinzjoni: …
Port ta' reġistrazzjoni:…
Tip ta' vapur (*):…
Tunnellaġġ gross:…
Numru IMO: …
Isem u indirizz tal-Kumpannija: …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' l-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpannija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.
Dan iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.
Maħruġ fi …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Ċertifikat Nru
APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠ)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM, is-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.
VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju) |
Iffirmata: … |
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
|
VERIFIKA ADDIZZJONALI (**) |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
VERIFIKA ADDIZZJONALI (**) |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
VERIFIKA ADDIZZJONALI (**) |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
DOKUMENT INTERIM TA' KONFORMITÀ
(Siġill uffiċjali)/(Stat)
Ċertifikat Nru
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-
KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem u indirizz tal-Kumpannija: …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM), għat-tip(i) ta' vapur elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):
|
Vapur tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija |
|
Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier) |
|
Tanker taż-żejt |
|
Tanker tal-kimiċi |
|
Trasportatur tal-gass |
|
Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar |
|
Vapur tal-merkanzija ieħor |
Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa:
Maħruġ fi: …
(Post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
ĊERTIFIKAT INTERIM TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ
(Siġill uffiċjali)/(Stat)
Ċertifikat Nru
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet tal-
KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974,
kif emendata
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem tal-vapur: …
Numru jew ittri ta' distinzjoni: …
Port ta' reġistrazzjoni: …
Tip ta' vapur (***): …
Tunnellaġġ gross: …
Numru IMO: …
Isem u indirizz tal-Kumpannija:…
…
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Kodiċi ISM)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Kodiċi ISM ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (****) tal-Kumpannija huwa rilevanti għal dan il-vapur.
Dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa …,
soġġett għal li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (****) jibqa' validu.
Maħruġ fi …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Ċertifikat Nru
Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa: …
Data ta' l-estensjoni: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
(*) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri, inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri, inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija, trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier), tanker taż-żejt, tanker tal-kimiċi, trasportatur tal-gass, unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar, vapur tal-merkanzija ieħor.
(**) Jekk applikabbli. Referenza hija magħmula għall-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet (ir-riżoluzzjoni A.913 (22)).
(***) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor.
(****) Ħassar kif meħtieġ.
ANNESS II
DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-AMMINISTRAZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KODIĊI INTERNAZZJONALI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ (ISM)
Parti A |
Disposizzjonijiet ġenerali |
Parti B |
Ċertifikazzjoni u Standards |
2. |
Proċess ta' ċertifikazzjoni |
3. |
Standard ta' Amministrazzjoni |
4. |
Standards ta' Kompetenza |
5. |
Forma tad-Dokument ta' Konformità u ċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà |
PARTI A – DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
1.1 |
Meta jwettqu verifiki u kompiti ta' ċertifikazzjoni meħtieġa mid-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għal vapuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-istandards stabbiliti fil-Parti B ta' dan it-Titolu. |
1.2 |
Barra minn dan l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut tad-disposizzjonijiet tal-Linji Gwida Riveduti dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet, adottati mill-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni A.913 (22) tad-29 ta' Novembru 2001, sa fejn dawn ma jkunux koperti taħt il-Parti B ta' dan it-Titolu. |
PARTI B – ĊERTIFIKAZZJONI U STANDARDS
2. Proċess ta' ċertifikazzjoni
2.1. |
Il-proċess ta' ċertifikazzjoni rilevanti għall-ħruġ ta' dokument ta' konformità għal kumpannija u ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà lil kull vapur għandu jitwettaq b'kont meħud tad-disposizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. |
2.2. |
Il-proċess ta' ċertifikazzjoni għandu normalment jinvolvi l-passi li ġejjin:
Dawn il-verifiki jitwettqu fuq talba tal-kumpannija lill-amministrazzjoni jew lill-organizzazzjoni rikonoxxuta meta din taġixxi f'isem l-amministrazzjoni. |
2.3. |
Il-verifiki għandhom jinkludu verifika ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà. |
2.4. |
Awditur ewlieni u, jekk ikun rilevanti, grupp ta' awdituri, għandhom jiġu nnominati biex iwettqu l-verifika. |
2.5. |
L-awditur ewlieni nnominat għandu jżomm kuntatt mal-kumpannija u jipproduċi pjan ta' verifika. |
2.6. |
Rapport tal-verifika għandu jitħejja taħt id-direzzjoni ta' l-awditur ewlieni, li huwa responsabbli għall-preċiżjoni u għall-kompletezza tiegħu. |
2.7. |
Ir-rapport tal-verifika għandu jinkludi l-pjan tal-verifika, l-identifikazzjoni tal-membri tal-grupp tal-verifika, dati u identifikazzjoni tal-kumpannija, reġistrazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjonijiet u non-konformitajiet u osservazzjonijiet dwar l-effettività tas-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà fil-kisba ta' l-għanijiet speċifikati. |
3. Standard ta' amministrazzjoni
3.1. |
Awdituri jew il-grupp ta' awdituri li jamministra l-verifika tal-konformità mal-Kodiċi ISM għandu jkollhom kompetenza fir-rigward ta':
|
3.2. |
Fit-twettiq ta' verifika tal-konformità mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għandu jiġi żgurat li teżisti indipendenza bejn il-persunal li jipprovdi servizzi ta' konsulenza u dak involut fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni. |
4. Standards ta' kompetenza
4.1. |
Kompetenza bażika għat-twettiq ta' verifika |
4.1.1. |
Persunal li ser jipparteċipa fil-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM għandu jissodisfa l-kriterji minimi għall-ispetturi kif stabbiliti fis-sezzjoni 2 ta' l-Anness VII tad-Direttiva 95/21/KE. |
4.1.2. |
Il-persunal għandu jkun għamel taħriġ biex tiġi żgurata kompetenza u ħila adegwata għat-twettiq ta' verifiki ta' konformità mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM, b'mod partikolari fir-rigward ta':
|
4.2. |
Kompetenza għal verifika inizjali u verifika tat-tiġdid |
4.2.1 |
Sabiex jiġi valutat għal kollox jekk il-kumpannija jew kull tip ta' vapur jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM, flimkien mal-kompetenza bażika mniżżla hawn fuq, il-persunal li għandu jwettaq verifiki inizjali jew verifiki ta' tiġdid għal dokument ta' konformità u għal ċertifikat ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà għandu jkollu l-kompetenza li:
|
4.2.2. |
Din il-kompetenza tista' tintlaħaq permezz ta' timijiet, li flimkien ikollhom il-kompetenza totali meħtieġa. |
5. Forma ta' dokumenti ta' konformità u ċertifikati ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà
Meta vapuri joperaw biss f'xi Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-formoli mehmuża mal-Kodiċi ISM jew id-Dokument ta' Konformità, iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta' Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mfassla fil-forma stabbilita hawn taħt.
F'każ ta' deroga taħt l-Artikolu 7 (1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7 (2), iċ-ċertifikat maħruġ għandu jkun differenti minn dak imsemmi hawn fuq u jkun jindika b'mod ċar li ngħatat deroga skond l-Artikolu 7 (1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7 (2) ta' dan ir-Regolament u għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.
DOKUMENT TA' KONFORMITÀ
(Siġill uffiċjali)/(Stat)
Ċertifikat Nru.
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(Isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem u indirizz tal-Kumpannija …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mal-ħtiġiet tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapur elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):
|
Vapur tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija |
|
Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier) |
|
Tanker taż-żejt |
|
Tanker tal-kimiċi |
|
Trasportatur tal-gass |
|
Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar |
|
Vapur tal-merkanzija ieħor |
|
Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri |
Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa ………, soġġett għal verifika perjodika.
Maħruġ fi …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Ċertifikat Nru.
APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM u] (**) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.
L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: : … |
|
Data: … |
IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: : … |
|
Data: … |
ĊERTIFIKAT TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ
(Siġill uffiċjali)(Stat)
Ċertifikat Nru.
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (***) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem tal-vapur: …
Numru jew ittri ta' distinzjoni: …
Port ta' reġistrazzjoni: …
Tip ta' vapur (****) : …
Tunnellaġġ gross: …
Numru IMO: …
Isem u indirizz tal-Kumpannija: …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpannija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.
Dan iċ-Ċertifikat ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa ..................……., soġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.
Maħruġ fi …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Ċertifikat Nru.
APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠA)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u] (*****) l-Artikolu 6` tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ISM.
VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju) |
Iffirmata: … |
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
|
VERIFIKA ADDIZZJONALI (******) |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
VERIFIKA ADDIZZJONALI (******) |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
VERIFIKA ADDIZZJONALI (******) |
Iffirmata: … |
|
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) |
|
Post: … |
|
Data: … |
DOKUMENT INTERIM TA' KONFORMITÀ
(Siġill uffiċjali)(Stat)
Ċertifikat Nru.
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*******) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem u indirizz tal-Kumpannija …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpannija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, għat-tip(i) ta' vapur elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):
|
Vapur tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija |
|
Trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier) |
|
Tanker taż-żejt |
|
Tanker tal-kimiċi |
|
Trasportatur tal-gass |
|
Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar |
|
Vapur tal-merkanzija ieħor |
|
Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri |
Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa …
Maħruġ fi: …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
ĊERTIFIKAT INTERIM TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ
(Siġill uffiċjali)(Stat)
Ċertifikat Nru.
Maħruġ taħt id-disposizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (********) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem tal-vapur: …
Numru u ittri ta' distinzjoni: …
Port ta' reġistrazzjoni: …
Tip ta' vapur (*********) …
Tunnellaġġ gross: …
Numru IMO: …
Isem u indirizz tal-Kumpannija: …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (**********) tal-Kumpannija huwa rilevanti għal dan il-vapur.
Dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa soġġett għal li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità jibqa' validu. (**********)
Maħruġ fi:
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Ċertifikat Nru.
Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa:
Data ta' l-estensjoni: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
(*) Tista' titħassar għal vapuri impenjati fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed biss.
(**) Tista' titħassar għal vapuri impenjati fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed biss.
(***) Tista' titħassar għal vapuri impenjati fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed biss.
(****) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor; vapur ro-ro tal-passiġġieri.
(*****) Tista' titħassar għal vapuri impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.
(******) Jekk applikabbli. Referenza hija magħmula għall-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u l-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) mill-Amministrazzjonijiet (ir-Riżoluzzjoni A.913 (22)).
(*******) Tista' titħassar għal vapuri impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed
(********) Tista' titħassar għal vapuri impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed
(*********) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (Bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor; vapur ro-ro tal-passiġġieri.
(**********) Ħassar kif meħtieġ.
4.3.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
37 |
DIRETTIVA 2006/7/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Frar 2006
dwar l-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1),
Wara li l-kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),
Waqt li jagixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-8 ta’ Diċembru 2005,
Billi:
– |
Sabiex ikompli mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, il-Kunsill Ewopew individwa objettivi sabiex iservu bħala gwida ġenerali għall-iżvilupp fil-ġejjieni f’oqsma ta’ prijorità bħal dawk tar-riżorsi naturali u tas-saħħa pubblika. |
– |
L-ilma huwa riżors naturali skars, li l-kwalità tiegħu għandha tkun protetta, imħarsa, immaniġġjata u trattata bħala tali. L-ilmijiet tal-wiċċ, b’mod partikulari, huma riżorsi li jiġġeddu b’kapaċità limitata li jirkupraw minn impatti dannużi minn attivitajiet umani. |
– |
Il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha timmira lejn livell għoli ta’ protezzjoni, u tagħti kontribut għall-kisba ta’ l-għanijiet għal-preservazzjoni, l-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
– |
F’Diċembru 2000, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ politika ġdida dwar l-ilma għall-għawm u tat bidu għal konsultazzjoni fuq skala kbira bejn il-partijiet kollha interessati u involuti. L-effett prinċipali ta’ din il-konsultazzjoni kien appoġġ ġenerali għall-iżvilupp ta’ Direttiva ġdida bbażata fuq evidenza xjentifika l-aktar riċenti u li tagħti attenzjoni partikulari lil parteċipazzjoni aktar wiesgħa tal-pubbliku. |
– |
Id-Deċiżjoni Nru. 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (5) fiha impenn sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ilma għall-għawm, li jinkludi r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/160/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm (6). |
– |
Skond it-Trattat, fit-tħejjija tal-politika dwar l-ambjent il-Komunità għandha, inter alia, tikkunsidra d-data xjentifika u teknika li hija disponibbli. Din id-Direttiva għandha tuża evidenza xjentifika fl-implimentazzjoni ta’ parametri indikaturi l-iktar affidabbli għat-tbassir ta’ riskju mikrobijoloġiku għas-saħħa u sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni. Għandhom isiru studji epidemjoloġiċi ulterjuri urġenti dwar ir-riskji għas-saħħa assoċjati ma’ l-għawm, b’mod partikolari fl-ilma ħelu. |
– |
Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-użu għaqli tar-riżorsi, din id-Direttiva għandha tkun koordinata mill-qrib ma’ leġislazzjoni Komunitarja oħra dwar l-ilma, bħad-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (7), 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min nitrati minn sorsi agrikoli (8) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (9). |
– |
Għandha tiġi mxerrda, fost il-partijiet interessati, informazzjoni xierqa dwar miżuri ppjanati u dwar il-progress fl-implimentazzjoni. Il-pubbliku għandu jirċievi informazzjoni xierqa u f’waqtha dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u dwar il-miżuri għall-immaniġġjar tar-riskji sabiex jiġu evitati perikli għas-saħħa, speċjalment fil-kuntest ta’ tniġġis għal żmien qasir li huwa prevedibbli jew ta’ sitwazzjonijiet mhux normali. Għandha tiġi applikata teknoloġija ġdida li tippermetti li l-pubbliku jkun informat b’mod effiċjenti u komparabbli dwar ilmijiet għall-għawm madwar il-Komunità. |
– |
Għall-finijiet ta’ monitoraġġ, jeħtieġu li jiġu applikati metodi u prattiċi armonizzati ta’ analiżi. L-osservazzjoni u l-valutazzjoni ta’ kwalità fuq perjodu estiż huma neċessarji sabiex tiġi stabbilita klassifikazzjoni realistika ta’ l-ilma għall-għawm. |
– |
Il-konformità għandha tkun kwistjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mmaniġġjar u ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, mhux biss ta’ kejl u kalkolu. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm sistema ta’ profili ta’ ilma għall-għawm sabiex tipprovdi konoxxenza aħjar tar-riskji bħala bażi għall-miżuri ta’ immaniġġjar. B’mod komplimentari, għandha tingħata attenzjoni partikulari sabiex jiġu osservati standards ta’ kwalità u sabiex issir transizzjoni koerenti mid-Direttiva 76/160/KEE. |
– |
Fis-17 ta’ Frar 2005 il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tal-UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f’Affarijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Århus). Huwa għalhekk xieraq li din id-Direttiva tinkludi disposizzjonijiet dwar l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni u tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fl-implimentazzjoni tagħha sabiex iżżid mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (10) u d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fir-rigward tat-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent (11). |
– |
Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kisba mill-Istati Membri, abbażi ta’ standards komuni, ta’ kwalità tajba ta’ l-ilma għall-għawm u ta’ livell għoli ta’ protezzjoni fil-Komunità kollha, ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu jiġu żgurati aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
– |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti mogħtija lill-Kummissjoni (12). |
– |
L-importanza kontinwa ta’ politika Komunitarja dwar l-ilma għall-għawm hija evidenti f’kull staġun ta’ l-għawm billi tipproteġi lill-pubbliku minn tniġġis aċċidentali u kroniku li jiġi skarikat f’żoni għall-għawm Komunitarji jew ħdejhom. Il-kwalità ġenerali ta’ l-ilma għall-għawm tjiebet b’mod konsiderevoli minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva 76/160/KEE. Madankollu, dik id-Direttiva tirrifletti l-istat ta’ konoxxenza u esperjenza fil-bidu tas-snin sebgħin. It- tendenzi fl-użu ta’ l-ilma għall-għawm inbidlu minn dak iż-żmien, hekk kif inbidel l-istat ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi mħassra, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva tistabbilixxi disposizzjonijiet:
(a) |
għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm; |
(b) |
għall-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm; u |
(c) |
għall-proviżjoni ta’ informazzjoni lill-pubbliku dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. |
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent u li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem billi tikkomplimenta d-Direttiva 2000/60/KE.
Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe element ta’ ilma tal-wiċċ fejn l-awtorità kompetenti tistenna numru kbir ta’ nies li jmorru sabiex jgħumu u fejn ma tkunx imponiet xi projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm, jew ħarġet xi avviż permanenti kontra l-għawm (minn hawn ‘il quddiem “ilma għall-għawm”). Ma għandhiex tapplika għal:
(a) |
pixxini għall-għawm u pixxini ta’ spas; |
(b) |
ilmijiet magħluqa soġġetti għal trattamenti jew użati għal għanijiet terapewtiċi; |
(c) |
ilmijiet magħluqa, maħluqa artifiċjalment, separati minn ilma tal-wiċċ u minn ilma ta’ taħt l-art. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin.
1) |
“Ilma tal-wiċċ”, “ilma ta’ taħt l-art”, “ilma intern”, “ilmijiet temporanji”, “ilma tal-kosta” u “baċir ta’ xmara” għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2000/60/KE; |
2) |
“Awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew awtoritajiet li Stat Membru jkun innomina sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva jew kwalunkwe awtorità oħra jew korp ieħor li ġew ddelegati b’dak ir-rwol; |
3) |
“Permanenti” tfisser, fir-rigward ta’ xi projbizzjoni ta’ l-għawm, jew avviż kontra, l-għawm li jdum għall-inqas staġun wieħed sħiħ ta’ l-għawm; |
4) |
“Numru kbir” tfisser, fir-rigward ta’ għawwiema, numru li awtorità kompetenti tikkunsidra li hu kbir b’kont meħud, b’mod partikolari, ta’ tendenzi fil-passat jew ta’ kwalunkwe infrastruttura jew faċilitajiet provduti, jew ta’ miżuri oħra meħuda, għall-promozzjoni ta’ l-għawm; |
5) |
“Tniġġis” tfisser il-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew organiżmi oħra jew skart li jaffettwa l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u li jippreżenta riskju għas-saħħa ta’ l-għawwiema kif inhu msemmi fl-Artikoli 8 u 9 u fl-Anness I, Kolonna A; |
6) |
“L-istaġun ta’ l-għawm” tfisser il-perjodu li matulu jkun mistenni numru kbir ta’ għawwiema; |
7) |
“Miżuri ta’ immaniġġjar” tfisser il-miżuri segwenti, li ttieħdu fir-rigward ta’ l-ilma għall-għawm:
|
8) |
“Tniġġis għal żmien qasir” tfisser kontaminazzjoni mikrobijoloġika kif imsemmi fl-Anness I, Kolonna A, li għandha kawżi li jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar, li normalment mhux mistenni jaffettwa l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għal iktar minn bejn wieħed u ieħor 72 siegħa wara li l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm tkun l-ewwel affetwata u li għaliha l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet proċeduri sabiex tipprevedi u titratta kif stabbilit fl-Anness II; |
9) |
“Sitwazzjoni anormali” tfisser avveniment jew kombinazzjoni ta’ avvenimenti li jolqtu l-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fil-post konċernat u li ma jkunux mistennija jiġru fuq medja ta’ iktar minn darba kull erba’ snin; |
10) |
“Sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm” tfisser data miksuba skond l-Artikolu 3; |
11) |
“Stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm” tfisser il-proċess għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, bl-użu tal-metodu ta’ stima definit fl-Anness II; |
12) |
“Proliferazzjoni ċjanobatterika” tfisser akkumulazzjoni ta’ ċjanobatterji f’forma ta’ bloom, paljett jew ħmieġ; |
13) |
“Pubbliku kkonċernat”għandu l-istess tifsira bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (13). |
KAPITOLU II
IL-KWALITÀ U L-IMMANIĠĠJAR TA’ L-ILMA GĦALL-GĦAWM
Artikolu 3
Monitoraġġ
1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw kull sena l-ilmijiet għall-għawm kollha u jiddefenixxu t-tul ta’ l-istaġun ta’ l-għawm. Għandhom jagħmlu dan għall-ewwel darba qabel il-bidu ta’ l-ewwel staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A, isir skond l-Anness IV.
3. Il-punt ta’ monitoraġġ għandu jkun il-post ġo l-ilma għall-għawm fejn:
(a) |
hu mistenni l-akbar numru ta’ għawwiema; jew |
(b) |
hu mistenni l-akbar riskju ta’ tniġġis, skond il-profil ta’ l-ilma għall-għawm. |
4. Għandu jiġi stabbilit kalendarju ta’ monitoraġġ għal kull ilma għall-għawm qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ l-għawm u għall-ewwel darba qabel il-bidu tat-tielet staġun sħiħ ta’ l-għawm wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-monitoraġġ għandu jsir mhux aktar tard minn erbat’ijiem wara d-data speċifikata fil-kalendarju ta’ monitoraġġ.
5. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A, matul l-ewwel staġun sħiħ ta’ l-għawm wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. F’dak il-każ, il-monitoraġġ għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Anness IV. Ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ jistgħu jintużaw sabiex jinbnew is-settijiet ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm imsemmija fl-Artikolu 4. Hekk kif l-Istati Membri jintroduċu l-monitoraġġ skond din id-Direttiva, il-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva 76/160/KEE jista’ jieqaf.
6. Kampjuni li jkunu ttieħdu matul tniġġis għal żmien qasir jistgħu ma jitqisux. Huma għandhom jiġu sostitwiti b’kampjuni meħuda skond l-Anness IV.
7. Matul sitwazzjonijiet anormali, il-kalendarju ta’ monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 4 jista’ jiġi sospiż. Hu għandu jerġa jibda mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tas-sitwazzjoni anormali. Għandhom jittieħdu kampjuni ġodda mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tas-sitwazzjoni anormali sabiex jieħdu post kampjuni li huma neqsin minħabba s-sitwazzjoni anormali.
8. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kwalunkwe sospensjoni tal-kalendarju ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni, u jagħtu r-raġunijiet għas-sospensjoni. Huma għandhom jipprovdu rapporti bħal dawn mhux aktar tard mill-okkażjoni tar-rapport annwali li jmiss kif stabbilit fl-Artikolu 13.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-analiżi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm issir skond il-metodi ta’ referenza speċifikati fl-Anness I u r-regoli stabbiliti fl-Anness V. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ metodi jew regoli oħra jekk ikunu jistgħu juru li r-riżultati miksuba huma ekwivalenti għal dawk miksuba bl-użu tal-metodi speċifikati fl-Anness I u tar-regoli stabbiliti fl-Anness V. L-Istati Membri li jippermettu l-użu ta’ tali metodi jew regoli ekwivalenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni relevanti kollha dwar il-metodi jew ir-regoli użati u l-ekwivalenza tagħhom.
Artikolu 4
L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm
1. L-Istati Membri għandhom jiżuraw li s-settijiet ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm jiġu kompilati permezz tal-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A.
2. L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandha ssir:
(a) |
fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm; |
(b) |
wara t-tmiem ta’ kull staġun ta’ l-għawm; |
(c) |
abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fir-rigward ta’ dak l-istaġun ta’ l-għawm u t-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti; u |
(d) |
skond il-proċedura stabbilita fl-Anness II. |
Madankollu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jwettaq stimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm ikkompilati fir-rigward biss tat-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti. Jekk dan jiddeċiedi hekk, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minn qabel. Għandu wkoll jgħarraf lill-Kummissjoni jekk sussegwentement jiddeċiedi li jerġa’ lura għal stimi li jagħmel abbażi ta’ erba’ staġuni ta’ l-għawm. L-Istati Membri ma jistgħux ibiddlu il-perjodu ta’ stima applikabbli aktar minn darba kull ħames snin.
3. Is-settijiet ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użati sabiex jitwettqu stimi dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandhom dejjem jinkludu mill-inqas 16-il kampjun jew, fiċ-ċirkustanzi speċjali msemmija fl-Anness IV, paragrafu 2, 12-il kampjun.
4. Madankollu, bil-kondizzjoni li jew:
— |
ikun sodisfatt ir-rekwiżit tal-paragrafu 3; jew |
— |
is-sett ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użat sabiex issir l-istima jikkomprendi mill-inqas 8 kampjuni, fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm bi staġun ta’ l-għawm li ma jaqbiżx it-8 ġimgħat, |
tista’ titwettaq stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm assoċjata ma’ inqas minn erba’ staġuni ta’ l-għawm jekk:
(a) |
l-ilma għall-għawm ikun għadu kif ġie identifikat; |
(b) |
seħħew kwalunkwe tibdiliet li għandhom il-probabbiltà li jolqtu l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm skond l-Artikolu 5, u f’dan il-każ l-istima għandha titwettaq abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li tikkonsisti biss fir-riżultati tal-kampjuni miġbura mindu seħħew it-tibdiliet; jew |
(c) |
l-ilma għall-għawm ikun diġà ġie stmat skond id-Direttiva 76/160/KEE, u f’dak il-każ għandha tintuża data ekwivalenti miġbura skond dik id-Direttiva u, għal dan il-għan, il-parametri 2 u 3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-parametri 2 u 1 tal-Kolonna A ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva. |
5. L-Istati Membri jistgħu jissuddividu jew jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti fid-dawl ta’ l-istimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. Huma jistgħu jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti biss jekk dawn l-ilmijiet:
(a) |
huma kontigwi; |
(b) |
ingħataw stimi simili għall-erba’ snin preċedenti skond il-paragrafi 2, 3 u 4(ċ); u |
(c) |
għandhom profili ta’ l-ilma għall-għawm li kollha jidentifikaw fatturi ta’ riskju komuni jew in-nuqqas tagħhom. |
Artikolu 5
Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawm
1. Bħala riżultat ta’ l-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li titwettaq skond l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom, skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II, jikklassifikaw l-ilma għall-għawm bħala:
(a) |
“fqir”; |
(b) |
“suffiċjenti”; |
(ċ) |
“tajjeb”; jew |
(d) |
“eċċellenti”. |
2. L-ewwel klassifikazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għandha titlesta sat-tmiem ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa l-aħħar ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015, l-ilmijiet għall-għawm kollha jkunu, għall-inqas, “suffiċjenti”. Għandhom jieħdu dawk il-miżuri realistiċi u proporzjonati li jidhrulhom xierqa bil-ħsieb li jżidu n-numru ta’ ilmijiet għall-għawm klassifikati bħala “eċċellenti” jew “tajba”.
4. Madankollu, minkejja r-rekwiżit ġenerali tal-paragrafu 3, l-ilmijiet għall-għawm jistgħu jiġu klassifikati temporanjament bħala “fqar” u xorta jibqgħu konformi ma’ din id-Direttiva. F’ dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a) |
Fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm klassifikat bħala “fqir”, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin b’effett mill-istaġun ta’ l-għawm li jiġi wara l-klassifikazzjoni tiegħu:
|
(b) |
Jekk xi ilma għall-għawm jiġi klassifikat bħala “fqir” għal ħames snin konsekuttivi, għandha tiġi introdotta projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew għandu jiġi introdott avviż permanenti kontra l-għawm. Madankollu, Stat Membru jista’ jintroduċi projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew avviż permanenti kontra l-għawm qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin jekk jikkonsidra li l-kisba tal-kwalità “suffiċjenti” ma tkunx possibbli jew tkun tinvolvi spiża sproporzjonata. |
Artikolu 6
Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-profili ta’ l-ilma għall-għawm jiġu stabbiliti skond l-Anness III. Kull profil ta’ l-ilma għall-għawm jista’ jkopri ilma għall-għawm wieħed jew iktar minn ilma għall-għawm wieħed kontigwu. Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm għandhom jiġu stabbiliti għall-ewwel darba sa 24 Marzu 2011.
2. Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm għandhom jiġu riveduti u aġġornati kif previst fl-Anness III.
3. Meta jiġu stabbiliti, riveduti u aġġornati l-profili ta’ l-ilma għall-għawm, għandu jsir użu adegwat mid-data miksuba mill-monitoraġġ u l-istimi mwettqa skond id-Direttiva 2000/60/KE li huma relevanti għal din id-Direttiva.
Artikolu 7
Miżuri ta’ immaniġġjar f’ċirkustanzi eċċezzjonali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri f’waqthom u adegwati ta’ immaniġġjar meta jkunu konxji ta’ sitwazzjonijiet mhux mistennija li jkollhom, jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom, impatt ħażin fuq il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u fuq is-saħħa ta’ l-għawwiema. Tali miżuri għandhom jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u, jekk ikun neċessarju, il-projbizzjoni temporanja ta’ l-għawm.
Artikolu 8
Riskji ċjanobatteriċi
1. Meta l-profil ta’ l-ilma għall-għawm jindika potenzjal ta’ proliferazzjoni ċjanobatterika, għandu jitwettaq monitoraġġ xieraq sabiex jippermetti l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riskji għas-saħħa.
2. Meta sseħħ proliferazzjoni ċjanobatterika u jkun ġie identifikat jew preżunt riskju għas-saħħa, għandhom immedjatament jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.
Artikolu 9
Parametri oħra
1. Meta l-profil ta’ l-ilma għall-għawm jindika tendenza għall-proliferazzjoni ta’ makro-alka u/jew fitoplankton tal-baħar, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita l-aċċettabbiltà tagħhom u r-riskji għas-saħħa u għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.
2. L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għal tniġġis bħal residwi tal-qatran, ħġieġ, plastik, lasktu jew kawlunkwe skart ieħor. Meta jinstab tniġġis bħal dan, għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, inkluż, jekk ikun neċessarju, l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.
Artikolu 10
Koperazzjoni dwar ilmijiet transkonfinali
Kull fejn xi baċir ta’ xmara jkun il-kawża ta’ impatti transkonfinali fuq il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, l-Istati Membri involuti għandhom jikkoperaw b’mod xieraq fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż bl-iskambju xieraq ta’ informazzjoni u b’azzjoni konġunta biex jiġu kkontrollati dawk l-impatti.
KAPITOLU III
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
Artikolu 11
Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jassiguraw li jipprovdu opportunitajiet għall-pubbliku kkonċernat:
— |
sabiex ikun jaf kif jipparteċipa; u |
— |
jifformula suġġerimenti, rimarki jew ilmenti. |
Dan għandu jirrigwarda, b’ mod partikolari, l-istabbiliment, ir-reviżjoni u l-aġġornament tal-listi ta’ ilmijiet għall-għawm skond l-Artikolu 3(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont xieraq ta’ kwalunkwe informazzjoni miksuba.
Artikolu 12
Informazzjoni lill-pubbliku
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tiġi mxerrda b’mod attiv u li tkun disponibbli fil-pront matul l-istaġun ta’ l-għawm f’post li jkun aċċessibbli faċilment fil-viċinanzi ta’ kull ilma għall-għawm:
(a) |
il-klassifikazzjoni attwali ta’ l-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni ta’ l-għawm jew parir kontra l-għawm imsemmi f’dan l-Artikolu permezz ta’ tabella jew simbolu ċar u sempliċi; |
(b) |
deskrizzjoni ġenerali ta’ l-ilma għall-għawm, b’lingwaġġ mhux tekniku, ibbażata fuq il-profil ta’ l-ilma għall-għawm stabbilit skond l-Anness III; |
(c) |
fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm li huma soġġetti għal tniġġis għal żmien qasir:
|
(d) |
informazzjoni dwar in-natura u d-dewmien mistenni tas-sitwazzjonijiet anormali matul tali avvenimenti; |
(e) |
kull meta jiġi pprojbit l-għawm jew jingħata avviż kontra l-għawm, avviż li jinforma lill-pubbliku u jipprovdi raġunijiet; |
(f) |
kull meta tiddaħħal projbizzjoni permanenti jew parir permanenti kontra l-għawm, il-fatt li ż-żona konċernata ma għadiex ilma għall-għawm u r-raġunijiet għad-deklassifikazzjoni tagħha; u |
(g) |
indikazzjoni tas-sorsi ta’ informazzjoni aktar kompleta skond il-paragrafu 2. |
2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mezzi tax-xandir u t-teknoloġiji xierqa, inkluż l-Internet, sabiex attivament u mill-ewwel ixerrdu l-informazzjoni dwar l-ilmijiet għall-għawm imsemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-informazzjoni li ġejja, f’ aktar minn lingwa waħda fejn jixraq:
(a) |
lista ta’ ilmijiet għall-għawm; |
(b) |
il-klassifikazzjoni ta’ kull ilma għall-għawm fuq medda ta’ l-aħħar tliet snin u l-profil ta’ l-ilma għall-għawm tiegħu, inklużi r-riżultati ta’ monitoraġġ li jkun sar skond din id-Direttiva mill-aħħar klassifikazzjoni; |
(c) |
fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm klassifikati bħala “fqar”, informazzjoni dwar il-kawżi ta’ tniġġis u l-miżuri meħuda sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis u sabiex jiġu trattati l-kawżi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5(4); u |
(d) |
fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm soġġetti għal tniġġis għal żmien qasir, informazzjoni ġenerali dwar:
|
Il-lista msemmija f’punt (a) għandha tkun disponibbli kull sena qabel il-bidu ta’ l-istaġun ta’ l-għawm. Ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi f’ punt (b) għandhom ikunu disponibbli fuq l-internet hekk kif titlesta l-analiżi.
3. L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun imxerrda malli ssir disponibbli u b’effett mill-bidu tal-ħames staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008.
4. L-Istati Membri u l-Kummisjoni għandhom, fejn ikun possibbli, jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku bl-użu ta’ teknoloġija ġeo-referenzjata u jippreżentawha b’mod ċar u koerenti, b’mod partikolari permezz ta’ l-użu ta’ sinjali u simboli.
Artikolu 13
Rapporti
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-monitoraġġ u bl-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għal kull ilma għall-għawm, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-miżuri sinifikanti ta’ immaniġġjar li ttieħdu. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din l-informazzjoni kull sena sal-31 ta’ Diċembru fir-rigward ta’ l-istaġun ta’ l-għawm preċedenti. Huma għandhom jibdew jipprovduha ladarba tkun saret l-ewwel stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm skond l-Artikolu 4.
2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni kull sena qabel il-bidu ta’ l-istaġun ta’ l-għawm dwar l-ilmijiet kollha identifikati bħala ilmijiet għall-għawm, inkluża r-raġuni għal kwalunkwe bidla b’paragun mas-sena preċedenti. Huma għandhom jagħmlu dan għall-ewwel darba qabel il-bidu ta’ l-ewwel staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008.
3. Meta jibda l-monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm skond din id-Direttiva, ir-rapportaġġ ta’ kull sena lill-Kummissjoni għandu jkompli jsir skond il-paragrafu 1 skond id-Direttiva 76/160/KEE sakemm tkun tista’ ssir l-ewwel stima skond din id-Direttiva. Matul dak il-perjodu, il-parametru 1 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE ma għandux jiġi kkonsidrat fir-rapport annwali, u l-parametri 2 u 3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-parametri 2 u 1 tal-Kolonna A ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali fil-qosor dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fil-Komunità, inklużi l-klassifikazzjonijiet ta’ l-ilma għall-għawm, il-konformità ma’ din id-Direttiva u l-miżuri sinifikanti ta’ immaniġġjar li ttieħdu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan ir-rapport sat-30 ta’ April kull sena, anke permezz ta’ l-Internet. Meta tagħmel ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli, tagħmel l-aħjar użu mis-sistemi tal-ġbir, ta’ valutazzjoni u ta’ preżentazzjoni ta’ data skond il-liġi Komunitarja relatata, partikolarment id-Direttiva 2000/60/KE.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Rapport u reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-2008, tippreżenta rapport, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikulari fuq:
(a) |
ir-riżultati ta’ studju epidemjoloġiku Ewropew xieraq imwettaq mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni ma’ l-Istati Membri; |
(b) |
żviluppi oħra xjentifiċi, analitiċi u epidemjoloġiċi rilevanti għall-parametri tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, inkluż fir-rigward ta’ viruses; u |
(ċ) |
rakkomandazzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
2. Sa l-aħħar ta’ l-2014, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Kummissjoni dwar dak ir-rapport inkluż dwar il-ħtieġa għal kwalunkwe riċerka jew stima ulterjuri li jistgħu ikunu meħtieġa sabiex jgħinu lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tagħha ta’ din id-Direttiva taħt il-paragrafu 3.
3. Fid-dawl tar-rapport, l-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ l-Istati Membri u l-istima ta’ l-impatt estiża u fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-2020, tirrevedi din id-Direttiva b’attenzjoni partikolari għall-parametri tal-kwalità ta’ l-ima għall-għawm, inkluż fuq jekk ikunx xieraq li tiġi mtemma gradwalment il-klassifikazzjoni “suffiċjenti” jew li timmodifika l-istandards applikabbli, u għandha tippreżenta kif xieraq il-proposti leġislattivi meħtieġa skond l-Artikolu 251 tat-Trattat.
Artikolu 15
Adattamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Għandu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2):
(a) |
li jiġi speċifikat l-istandard ta’ l-EN/ISO dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3(9); |
(b) |
li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 8(1), 12(1)(a) u 12(4); |
ċ) |
li jiġu adattati l-metodi ta’ analiżi għall-parametri stabbiliti fl-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku; |
(d) |
li l-Anness V jiġi adattat fid-dawl tal-progress xjentifku u tekniku; |
(e) |
li jiġu stabbiliti linji ta’ gwida għal metodu komuni għall-istima ta’ kampjuni singoli. |
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu skond paragrafu 1 (b) b’ rispett għall-Artikolu 12 (1)(a) sa 24 Marzu 2010. Qabel tagħmel dan, hija għandha tikkonsulta r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijeit turistiċi u tal-konsumatur relevanti u partijiet oħra interessati. Wara l-adozzjoni tar-regoli relevanti, hija għandha tippubliċizzhom permezz ta’ l-internet.
Artikolu 16
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
Artikolu 17
Tħassir
1. Id-Direttiva 76/160/KEE hija b’dan imħassra b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2014. Soġġett għall-paragrafu 2, dan it-tħassir għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti taż-żmien għal traspożizzjoni u applikazzjoni stabbiliti fid-Direttiva mħassra.
2. Hekk kif Stat Membru jkun ħa l-miżuri kollha legali, amministrattivi u prattiċi neċessarji biex jikkonforma ma’ din id-Direttiva, din id-Direttiva tibda tapplika, filwaqt li tissostitwixxi d-Direttiva 76/160/KEE.
3. Riferimenti magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala magħmula għal din id-Direttiva.
Artikolu 18
Implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 24 Marzu 2008. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn ta’ l-aħħar għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandha titqiegħed magħhom tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif għandha ssir tali referenza għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 20
L-indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, il-15 ta’ Frar 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER
(1) ĠU C 45 E, 25.2.2003, p. 127.
(2) ĠU C 220, 16.9.2003, p. 39.
(3) ĠU C 244, 10.10.2003, p. 31.
(4) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (ĠU C 82 E, 1.4.2004, p. 115). Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004 (ĠU C 111 E, 11.5.2005, p. 1) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Mejju 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Rizoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005.
(5) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 31, 5.2.1976, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(7) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(8) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.
(9) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru. 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(10) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.
(11) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(13) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).
ANNESS I
GĦALL-ILMIJIET INTERNI
|
A |
B |
C |
D |
E |
|
Parametru |
Kwalità Eċċellenti |
Kwalità Tajba |
Kwalità Suffiċjenti |
Metodi ta’ referenza għall-analiżi |
1 |
Intestinal Enterococci (cfu/100 mL) |
200 (*) |
400 (*) |
330 (**) |
ISO 7899-1 jew ISO 7899-2 |
2 |
Escherischia coli (cfu/100 mL) |
500 (*) |
1 000 (*) |
900 (**) |
ISO 9308-3 jew ISO 9308-1 |
GĦALL-ILMIJIET TAL-KOSTA U ILMIJIET TEMPORANJI
|
A |
B |
Ċ |
D |
E |
|
Parametru |
Kwalità Eċċellenti |
Kwalità Tajba |
Kwalità Suffiċjenti |
Metodi ta’ referenza għall-analiżi |
1 |
Intestinal Enterococci (cfu/100 mL) |
100 (***) |
200 (***) |
185 (****) |
ISO 7899-1 jew ISO 7899-2 |
2 |
Escherischia coli (cfu/100 mL) |
250 (***) |
500 (***) |
500 (****) |
ISO 9308-3 jew ISO 9308-1 |
(*) Ibbażati fuq stima ta’ 95 perċentili. Ara l-Anness II.
(**) Ibbażati fuq stima ta’ 90 perċentili. Ara l-Anness II.
(***) Ibbażati fuq stima ta’ 95 perċentili. Ara l-Anness II.
(****) Ibbażati fuq stima ta’ 90 perċentili. Ara l-Anness II.
ANNESS II
L-istima u l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm
1. Kwalità fqira
L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu klassifikati bħala “fqar” jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima (1), il-valuri perċentili (2) għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi jkunu agħar (3) mill-valuri ta’ “kwalità suffiċjenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna D.
2. Kwalità suffiċjenti
L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “suffiċjenti”:
1) |
jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar (4) mill-valuri ta’ “kwalità suffiċjenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna D; u |
2) |
jekk l-ilma għall-għawm ikun soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:
|
3. Kwalità tajba
L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “tajba”:
1) |
jekk, fis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar (4) mill-valuri ta’ “kwalità tajba” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna Ċ; u |
2) |
jekk l-ilma għall-għawm huwa soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:
|
4. Kwalità eċċellenti
L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu kklassifikati bħala “eċċellenti”:
1) |
jekk, is-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għall-aħħar perjodu ta’ stima, il-valuri perċentili għall-enumerazzjonijiet mikrobijoloġiċi huma daqs jew aħjar mill-valuri ta’ “kwalità eċċellenti” stabbiliti fl-Anness I, Kolonna B; u |
2) |
jekk l-ilma għall-għawm ikun soġġett għal tniġġis għal żmien qasir, bil-kondizzjoni li:
|
NOTI
(1) “L-aħħar perjodu ta’ stima” tfisser l-aħħar erba’ staġuni ta’ l-għawm, jew, fejn ikun applikabbli, il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 4(2) jew (4).
(2) Abbażi ta’ stima perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbilità normali log10 tad-data mikrobijoloġika miksuba mill-ilma għall-għawm partikulari, il-valur perċentili huwa kkalkolat kif ġej:
(i) |
Ħu l-valur log10 ta’ l-enumerazzjonijiet kollha tal-batterji fis-sekwenza tad-data li għandha tiġi kkalkolata. (Jekk ikun miksub valur żero, minflok, ħu l-valur log10 tal-limitu minimu ta’ perċezzjoni tal-metodu analitiku li kien użat.) |
(ii) |
Ikkalkula l-medja aritmetika tal-valuri log10 (μ). |
(iii) |
Ikkalkula d-devjazzjoni standard tal-valuri log10 (σ). |
Il-punt superjuri tad-90 perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbiltà tad-data hija derivata mill-ekwazzjoni li ġejja: 90 e ‐percentile superjuri = antilog (μ + 1,282 σ).
Il-punt superjuri tad-95 e perċentili tal-funzjoni tad-densità tal-probabbiltà tad-data hija derivata mill-ekwazzjoni li ġejja: 95 e ‐percentile superjuri = antilog (μ + 1,65 σ).
(3) “Agħar” tfisser valuri ogħla ta’ konċentrazzjoni espressi bħala CFU/100 ml.
(4) “Aħjar” tfisser valuri inferjuri ta’ konċentrazzjoni espressi bħala CFU/100 ml.
ANNESS III
Il-profil ta’ l-ilma għall-għawm
1. |
Il-profil ta’ l-ilma għall-għawm imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jikkonsisti f’li ġej:
|
2. |
Fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm kklassifikati bħala “tajba”, “suffiċjenti” jew “fqar”, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi rivedut regolarment biex jiġi stmat jekk inbidlux xi aspetti stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk ikun neċessarju, huwa għandu jiġi aġġornat. Il-frekwenza u l-ambitu tar-reviżjonijiet għandhom jiġu stabbiliti abbażi tan-natura u l-gravità tat-tniġġis. Madankollu, huma għandhom jikkonformaw mill-inqas mad-disposizzjonijiet u għandhom isiru mill-inqas bil-frekwenza speċifikata fit-tabella li ġejja.
Fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm preċedentement ikklassifikati bħala “eċċellenti”, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi rivedut u, jekk ikun neċessarju, aġġornat biss jekk il-klassifikazzjoni tinbidel għal “tajjeb”, “suffiċjenti” jew “fqir”. Ir-reviżjoni għandha tkopri l-aspetti kollha msemmija fil-paragrafu 1. |
3. |
Fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sinifikanti jew tibdil sinifikanti fl-infrastruttura fil-viċinanzi ta’ l-ilma għall-għawm, il-profil ta’ l-ilma għall-għawm għandu jiġi aġġornat qabel il-ftuħ ta’ l-istaġun ta’ l-għawm li jmiss. |
4. |
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) għandha tiġi provduta fuq mappa dettaljata kull fejn dan ikun prattikabbli. |
5. |
Informazzjoni relevanti oħra tista’ tkun mehmuża jew inkluża jekk l-awtorità kompetenti tqis li dan huwa meħtieġ. |
ANNESS IV
Monitoraġġ ta’ l-ilma għall-għawm
1. |
Kampjun wieħed għandu jittieħed ftit qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ l-għawm. B’kont meħud ta’ dan il-kampjun żejjed u soġġett għall-paragrafu 2, għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mhux inqas minn erba’ kampjuni kull staġun ta’ l-għawm. |
2. |
Madankollu, tliet kampjuni biss għandhom bżonn jittieħdu u jiġu analizzati kull staġun ta’ l-għawm fil-każ ta’ ilma għall-għawm li jew:
|
3. |
Id-dati tal-ġbir ta’ kampjuni għandhom jitqassmu matul l-istaġun kollu ta’ l-għawm, bl-intervall bejn id-dati tal-ġbir ta’ kampjuni qatt ma jeċċedi xahar. |
4. |
Fil-każ ta’ tniġġis għal żmien qasir, għandu jittieħed kampjun wieħed addizzjonali biex jikkonferma li l-inċident intemm. Dan il-kampjun ma għandux ikun parti mis-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. Jekk ikun neċessarju li jiġi sostitwit kampjun injorat, għandu jittieħed kampjun addizzjonali sebat’ijiem wara t-tmiem tat-tniġġis għal żmien qasir. |
ANNESS V
Regoli dwar it-trattament ta’ kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika
1. Il-punt tal-ġir tal-kampjuni
Fejn ikun possibbli, il-kampjuni għandhom jittieħdu 30 ċentimetru taħt il-wiċċ ta’ l-ilma u f’ilma li huwa mill-inqas metru fond.
2. Sterilizzazzjoni tal-fliexken tal-kampjuni
Il-fliexken tal-kampjuni għandhom:
— |
jiġu sterilizzati f’awtoklava għal mhux anqas minn 15-il minuta f’temperatura ta’ 121 oC; jew |
— |
issirilhom sterilizzazzjoni xotta f’temperatura ta’ bejn 160 oC u 170 oC għal mhux anqas minn siegħa; jew |
— |
ikunu kontenituri irradjati ta’ kampjuni akkwistati direttament mingħand il-manifattur. |
3. Ġbir ta’ kampjuni
Il-volum tal-flixkun/kontenitur tal-kampjuni għandu jiddependi mill-kwantità ta’ l-ilma meħtieġa għall-eżami ta’ kull parametru. Il-kontenut minimu huwa ġeneralment ta’ 250 ml.
Il-kontenituri tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ materjal trasparenti u mhux ikkulurit (ħġieġ, politin jew polipropelin).
Sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni aċċidentali tal-kampjun, min jieħu l-kampjun għandu juża teknika aseptika biex jippreserva l-isterilità tal-fliexken tal-kampjuni. Jekk dan isir sewwa ma jkunx hemm aktar bżonn ta’ tagħmir sterili (bħal ingwanti kirurġiċi sterili jew forċipi jew sample pole).
Il-kampjun għandu jiġi identifikat b’mod ċar b’linka permanenti fuq il-kampjun u fuq il-formola tal-ġbir ta’ kampjuni.
4. Il-ħażna u t-trasport ta’ kampjuni qabel l-analiżi
Il-kampjuni ta’ l-ilma għandhom jiġu protetti fl-istadji kollha tat-trasport mill-espożizzjoni għad-dawl, b’mod partikulari d-dawl tax-xemx dirett.
Il-kampjun għandu jiġi ppreservat f’temperatura ta’ madwar 4 oC, f’kaxxa mkessħa jew refrigerator (skond il-klima) sal-wasla tiegħu fil-laboratorju. Jekk it-trasport lejn il-laboratorju probabbilment jieħu iktar minn 4 sigħat, huwa meħtieġ trasport f’refrigerator.
Il-perjodu bejn il-ġbir ta’ kampjuni u l-analiżi għandu jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Huwa rrakkomandat li l-kampjuni jiġu analizzati fl-istess ġurnata ta’ xogħol. Jekk dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet prattiċi, il-kampjuni għandhom jiġu proċessati fi żmien ta’ mhux iktar minn 24 siegħa. Sadanittant, huma għandhom jinħażnu fid-dlam u f’temperatura ta’ 4 oC ± 3 oC.
4.3.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
52 |
DIRETTIVA 2006/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Frar 2006
dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità
(Verżjoni Kodifikata)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 76/464/KEE tal-Kunsill ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (3), ġiet emendata b'mod sostanzjali kemm-il darba (4). Sabiex jiġu ċċarati l-affarijiet, għandha titħejja kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni. |
(2) |
Teżisti l-ħtieġa għal azzjoni ġenerali u simultanja mill-Istati Membri sabiex jipproteġu l-ambjent akwatiku tal-Kommunità mit-tniġġiz, b'mod partikolari dak kawżat minn ċerti sustanzi persistenti, tossiċi u li jistghu jkunu bijokumulattivi. |
(3) |
Diversi konvenzjonijiet huma mfassla sabiex jipproteġu x-xmajjar u l-kanali ta' l-ilma internazzjonali u l-ambjent marittimu mit-tniġġiz. Huwa importanti li tiġi żgurata l-implementazzjoni koordinata ta' dawn il-konvenzjonijiet. |
(4) |
Diskrepanzi bejn id-disposizzjonijiet applikabbli fid-diversi Stati Membri fir-rigward ta' l-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku jistgħu joħolqu kondizzjonijiet mhux indaqs għall-kompetizzjoni u b'hekk jolqot direttament il-funzjonament tas-suq intern. |
(5) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (5) tipprovdi numru ta' miżuri li jipproteġu l-ilma ħelu u l-ilma baħar minn ċertu tniġġis. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta' l-ambjent akwatiku tal-Komunità, jeħtieġ li ssir l-ewwel lista, imsejħa l-Lista I, ta' ċerti sustanzi individwali magħżula prinċipalment fuq il-bażi tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għajr dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li jinbidlu malajr f'sustanzi li bijoloġikament ma' jagħmlux ħsara, u t-tieni lista, imsejħa l-Lista II, li tinkludi sustanzi li għandhom effett ħażin fuq l-ambjent akwatiku, li, madankollu, jista' jkun limitat għal żona speċifika u li jiddependi fuq il-karatteristiċi ta' l-ilma li fih jiġu skarikati u l-post fejn dan jinstab. Kull skariku ta' dawn is-sustanzi għandu jkun bla ħsara għal kull awtorizzazzjoni minn qabel li tispeċifika l-livelli ta' emissjoni. |
(7) |
It-tniġġiz permezz ta' l-iskariku tad-diversi sustanzi perikolużi fil-Lista I irid jiġi eliminat. Ġew iffissati valuri ta' limitu bid-Direttivi imsemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (6). L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE jipprovdi għal proċeduri għall-iżvilupp ta' miżuri ta' kontroll u standards ta' kwalità ambjentali applikabbli għal sustanzi ta' priorità. |
(8) |
Jeħtieġ li jitnaqqas it-tniġġiz ta' l-ilma kawżat mis-sustanzi fil-Lista II. Għal dan il-ghan l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi li jinkorporaw standards ta' kwalità ambjentali ta' l-ilma stabbiliti b'konformità mad-Direttivi tal-Kunsill fejn dawn jeżistu. L-istandards għall-emissjonijiet applikabbli għal dawn is-sustanzi għandhom jiġu kalkolati skond dawn l-istandards ta' kwalità ambjentali. |
(9) |
Huwa xieraq li Stat Membru wieħed jew aktar ikunu kapaċi, individwalment jew flimkien, jieħdu miżuri iktar stretti minn dawk previsti f'din id-Direttiva. |
(10) |
Għandu jitfassal inventarju ta' l-iskariki fl-ambjent akwatiku tal-Komunità ta' ċerti sustanzi partikolarment perikolużi sabiex ikun magħruf minn fejn joriġinaw. |
(11) |
Jista' jinħtieġ li jiġu riveduti u, fejn meħtieġ, supplementati l-Listi I u II ta' l-Anness I fuq il-bażi ta' l-esperjenza, fejn xieraq billi jiġu trasferiti ċerti sustanzi mill-Lista II għall-Lista I. |
(12) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-trażposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Bla ħsara għall-Artikolu 7, din id-Direttiva għandha tapplika għal:
(a) |
ilma tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta; |
(b) |
ilmijiet territorjali; |
(ċ) |
ilmijiet ta' mal-kosta. |
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
(a) |
“ilma tal-wiċċ 'il ġewwa mill-kosta” tfisser kull ilma tal-wiċċ ħelu ġieri jew mhux li jkun fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew iktar; |
(b) |
“ilmijiet ta' mal-kosta” tfisser ilmijiet fuq in-naħa ta' l-art 'il ġewwa mil-linja bażi li minnha titkejjel il-medda tal-baħar territorjali, li testendi, fil-każ tax-xmajjar u l-kanali, sal-limitu ta' l-ilma ħelu; |
(ċ) |
“il-limitu ta' l-ilma ħelu” tfisser il-post fil-passaġġ ta' l-ilma fejn, fil-frugħ tal-baħar u fiż-żmien meta l-fluss ta' l-ilma ħelu jkun baxx, ikun hemm żieda apprezzabbli fis-salinità minħabba l-preżenza ta' l-ilma baħar; |
(d) |
“skariku” ifisser it-tidħil fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' kull sustanza fil-Lista I jew il-lista II ta' l-Anness I, minbarra:
|
(e) |
“tniġġis” ifisser l-iskariku mill-bniedem, b'mod dirett jew indirett, ta' sustanzi jew ta' enerġija fl-ambjent akwatiku, li r-riżultati tiegħu huma tali li joħolqu riskji għas-saħħa tal-bniedem, ħsara lir-riżorsi ħajjin u lill-ekosistemi akwatiċi, ħsara lill-amenitajiet jew tfixkil f'użi leġittimi oħra ta' l-ilma. |
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jeliminaw it-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 mis-sustanzi perikolużi fil-familji u l-gruppi tas-sustanzi fil-Lista I ta' l-Anness I, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sustanzi tal-Lista I”, u sabiex inaqqsu t-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija mis-sustanzi perikolużi fil-familji u l-gruppi tas-sustanzi tal-Lista II fl-Anness I, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sustanzi tal-Lista II”, b'mod konformi ma' din id-Direttiva.
Artikolu 4
Fir-rigward tas-sustanzi tal-Lista I:
(a) |
kull skariku fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jista' jkollu xi sustanza minn dawn jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
l-awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-livelli ta' emissjoni fir-rigward ta' skariki ta' kull sustanza ta' din ix-xorta fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 u, fejn dan huwa meħtieġ għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, fir-rigward ta' skariki ta' kull sustanza ta' din ix-xorta fis-sistema tad-drenaġġ; |
(ċ) |
l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss għal perjodu limitat. Jistgħu jiġu mġedda, wara li jitqies kull tibdil fil-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbilit bid-Direttivi imsemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE. |
Artikolu 5
1. Il-livelli għall-emissjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 4 għandhom jiddeterminaw:
(a) |
l-ogħla konċentrazzjoni ta' sustanza permessa fi skariku. Fil-każ ta' dilwizzjoni l-valur ta' limitu ta' emissjoni stabbilit bid-Direttivi msemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi diviż bil-fattur tad-dilwizzjoni; |
(b) |
l-akbar kwantità ta' sustanza permessa fi skariku matul perjodu wieħed jew iżjed ta' żmien speċifikat, espressa, jekk meħtieġ, bħala unità tal-piż ta' l-inkwinant għal kull unità ta' l-element karatteristiku ta' l-attività li tniġġez (p.e. unità tal-piż għal kull unità tal-materja prima jew għal kull unità tal-prodott). |
2. Għal kull awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru interessat tista', jekk meħtieġ, timponi standards ta' emissjoni iktar stretti minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbiliti bid-Direttivi indikati fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE, b'kont meħud b'mod partikolari tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tas-sustanza konċernata fl-ambjent li fih tiġi skarikata.
3. Jekk min jiskarika jiddikjara li ma jistax jikkonforma ma' l-istandards imposti għall-emissjonijiet, jew jekk din is-sitwazzjoni tkun evidenti għall-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat, l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tingħata.
4. Jekk il-livelli ta' emissjoni ma jiġux rispettati, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat għandha tieħu l-passi xierqa kollha sabiex tiżgura li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni u, jekk jinħtieġ, li l-iskariku jiġi projbit.
Artikolu 6
1. Sabiex jitnaqqas it-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 mis-sustanzi tal-Lista II, l-Istati Membri għandom jistabbilixxu programmi li fl-implementazzjoni tagħhom għandhom japplikaw b'mod partikolari l-metodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.
2. L-iskariki kollha fl-ilmijiet msemmija fl-Artikolu 1 li jistgħu' ikunu fihom kwalunkwe mis-sustanzi tal-Lista II għandhom jeħtieġu l-awtorizzazjoni minn qabel ta' l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru interessat, li fiha għandhom jiġu stabbiliti l-istandards ta' emissjoni. Dawn l-istandards għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards ta' kwalità ambjentali stabbiliti skond il-paragrafu 3.
3. Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-istandards ta' kwalità ambjentali għall-ilma: dawn għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mad-Direttivi tal-Kunsill, fejn dawn ikunu jeżistu.
4. Il-programmi jistgħu jinkludu wkoll disposizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw il-komposizzjoni u l-użu ta' sustanzi jew gruppi ta' sustanzi u prodotti u għandhom iqisu l-aħħar żviluppi tekniċi li jkunu ekonomikament fattibbli.
5. Il-programmi għandhom jistabbilixxu l-iskadenzi għall-implementazzjoni tagħhom.
6. Għandhom jingħataw lill-Kummissjoni ġabriet fil-qosor tal-programmi u tar-riżultati ta' l-implementazzjoni tagħhom.
7. Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri, għandha tagħmel arranġamenti għat-tqabbil regolari tal-programmi sabiex tiżgura koordinazzjoni biżżejjed fl-implementazzjoni tagħhom. Jekk jidhrilha xieraq, għandha tippreżenta proposti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dan il-għan.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jimplementaw il-miżuri adottati minnhom skond din id-Direttiva b'mod li ma jżidux it-tniġġiz fl-ilmijiet li għalihom ma japplikax l-Artikolu 1. Għandhom ukoll jipprojbixxu l-azzjonijiet kollha li bi ħsieb jew mingħajru jaħarbu d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 8
L-applikazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva ma jistgħu fl-ebda ċirkostanza jwasslu, b' mod dirett jew indirett, għal żieda fit-tniġġiz ta' l-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 9
Fejn xieraq, Stat Membru wieħed jew iktar jistgħu b'mod individwali jew flimkien jieħdu miżuri iktar stretti minn dawk previsti f'din id-Direttiva.
Artikolu 10
L-awtorità kompetenti għandha tfassal inventarju ta' l-iskariki fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 li jistgħu jkunu fihom sustanzi tal-Lista I li għalihom japplikaw l-istandards ta' emissjoni.
Artikolu 11
1. F'intervalli ta' tliet snin, u għall-ewwel darba għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, inklużiv, l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, fil-forma ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imħejji fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew skema magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazjonalizza rapporti dwar l-implementazzjoni ta' ċerti Direttivi dwar l-ambjent (7). Il-kwestjonarju jew l-iskema għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel jibda l-perjodu kopert mir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin kopert minnu.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport Komunitarju dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.
2. It-tagħrif miksub bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun ġie mitlub.
3. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra ma għandhomx jiżvelaw it-tagħrif miksub minnhom skond din id-Direttiva u li jkun tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx jimpedixxu l-pubblikazzjoni ta' tagħrif ġenerali jew ta' stħarriġ li ma jkunx fihom tagħrif dwar impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi partikolari.
Artikolu 12
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandhom jirrivedu u, fejn meħtieġ, jissuplimentaw il-Listi I u II ta' l-Anness I fuq il-bażi ta' l-esperjenza u fejn ikun meħtieġ billi jittrasferixxu ċerti sustanzi mil-Lista II għall-Lista I.
Artikolu 13
Id-Direttiva 76/464/KEE hija b'dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi imsemmija fil-Parti B ta' l-Anness II.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-Tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, -15 ta' Frar 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
K. WINKLER
(1) ĠU C 117, 30.4.2004, p. 10.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2004 (ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 39) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2006.
(3) ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/60/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(7) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
Lista I ta' familji u gruppi ta' sustanzi
Il-Lista I fiha ċerti sustanzi individwali li jagħmlu parti mill-familji u mill-gruppi ta' sustanzi li ġejjin, magħżula prinċipalment fuq il-bażi tat-tossiċità, tal-persistenza u tal-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għajr dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li jinbidlu malajr f'sustanzi li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara:
1. |
komposti organoaloġeniċi u sustanzi li jistgħu jiffurmaw dawn il-komposti fl-ambjent akwatiku; |
2. |
komposti organofosforiċi; |
3. |
komposti organotin; |
4. |
sustanzi li fir-rigward tagħhom ikun ġie ppruvat li għandhom kwalitajiet karċinoġeni fl-ambjent akwatiku jew permezz tiegħu (1); |
5. |
merkurju u komposti tal-merkurju; |
6. |
kadmju u komposti tal-kadmju; |
7. |
żjut minerali persistenti u idrokarboni li joriġinaw miż-żejt; |
u għall-finijiet ta' l-implementazzjoni ta' l-Artikoli 3, 7, 8 u 12:
8. |
sustanzi sintetiċi persistenti li jistgħu iżommu fil-wiċċ, jibqgħu f'sospensjoni jew jegħrqu u li jistgħu jfixklu fi kwalunkwe użu ta' l-ilmijiet. |
Lista II ta' familji u gruppi ta' sustanzi
Fil-Lista II jinsabu:
— |
sustanzi li jagħmlu parti mill-familji u l-gruppi tas-sustanzi fil-Lista I li għalihom il-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbiliti fid-Direttivi msemmija fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE ma ġewx determinati mill-imsemmija Direttivi, |
— |
ċerti sustanzi individwali u kategoriji ta' sustanzi li jagħmlu parti mill-familji u l-gruppi ta' sustanzi elenkati hawn taħt, |
u li għandhom effett ħażin fuq l-ambjent akwatiku, li, madankollu, jista' jkun limitat għal żona speċifika u li jiddependi fuq il-karatteristiċi ta' l-ilma li fih jiġu skarikati u l-post fejn dan jinstab.
Il-familji u l-gruppi ta' sustanzi msemmija fit-tieni inċiż:
1. |
Il-metallojdi u l-metalli li ġejjin, u l-komposti tagħhom:
|
2. |
Il-bijoċodi u d-derivati tagħhom li ma jidhrux fil-Lista I. |
3. |
Is-sustanzi li għandhom effett dannuż fuq it-togħma u/jew ir-riħa tal-prodotti għall-konsum mill-bniedem li ġejjin mill-ambjent akwatiku, u l-komposti li x'aktarx inisslu dawn is-sustanzi fl-ilma. |
4. |
Il-komposti organiċi tas-silikon li huma tossiċi jew persistenti, u s-sustanzi li jistgħu jnisslu dawn il-komposti fl-ilma, minbarra dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li fl-ilma jinbidlu malajr f'sustanzi li ma jagħmlux ħsara. |
5. |
Il-komposti inorganiċi tal-fosfru u tal-fosfru elementali. |
6. |
Iż-żjut minerali mhux persistenti u l-idrokarboni li joriġinaw miż-żejt. |
7. |
Iċ-ċjanuri, l-Fluworidi. |
8. |
Is-sustanzi li għandhom effett negattiv fuq il-bilanċ ta' l-ossiġnu, b'mod partikolari: l-Ammonja, n-Nitriti. |
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7
Fir-rigward ta' l-iskariku ta' l-ilma ta' l-iskart fil-baħar miftuħ permezz ta' katusi, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu rekwiżiti li ma jkunux inqas stretti minn dawk imposti f'din id-Direttiva.
(1) Fejn ċerti sustanzi fil-Lista II ikunu karċinoġeni, jiġu inklużi fil-kategorija 4 ta' din il-Lista.
ANNESS II
PARTI A
ID-DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
(imsemmija fl-Artikolu 13)
Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE (ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23) |
|
Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48) |
Limitatament għall-punt (a) ta' l-Anness I. |
Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1) |
Limitatament fir-rigward tar-referenza fl-Artikolu 22(2), ir-raba' inċiż għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 76/464/KEE |
PARTI B
LISTA TAL-LIMITI TA' ŻMIEN GĦAT-TRASPOSIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI
(imsemmija fl-Artikolu 13)
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-trasposizzjoni |
76/464/KEE |
— |
91/692/KEE |
L-1 ta' Jannar 1993 |
2000/60KEE |
It-22 ta' Diċembru 2003 |
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 76/464/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1), frażi introduttiva |
Artikolu 1, frażi introduttiva |
Artikolu 1(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1 (a) |
Artikolu 1(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 1 (b) |
Artikolu 1(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 1 (ċ) |
Artikolu 1(1), ir-raba' inċiż |
— |
Artikolu 1(2), frażi introduttiva |
Artikolu 2, frażi introduttiva |
Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ) |
Artikolu 2(a), (b) u (ċ) |
Artikolu 1(2)(d), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(d)(i) |
Artikolu 1(2)(d), it-tieni inċiż |
Artikolu 2(d)(ii) |
Artikolu 1(2)(d), it-tielet inċiż |
Artikolu 2(d)(iii) |
Artikolu 1(2)(e) |
Artikolu 2(e) |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3, frażi introduttiva |
Artikolu 4, frażi introduttiva |
Artikolu 3, punt 1 |
Artikolu 4(a) |
Artikolu 3, punt 2 |
Artikolu 4(b) |
Artikolu 3, punt 3 |
— |
Artikolu 3, punt 4 |
Artikolu 4(ċ) |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 11 |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
4.3.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
60 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Frar 2006
dwar iktar koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-edukazzjoni ogħla
(2006/143/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 149(4) u 150(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Minkejja li l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/561/KE ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar il-koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-edukazzjoni ogħla (3) kienet ta' suċċess notevoli kif jidher fir-rapport tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2004, xorta waħda għad hemm il-ħtieġa li titjieb l-edukazzjoni ogħla Ewropea, b'mod partikulari l-kwalità tagħha, sabiex issir aktar trasparenti u affidabbli għaċ-ċittadini Ewropej u għal studenti u akkademiċi minn kontinenti oħra. |
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni 98/561/KE sejħet għal appoġġ fejn meħtieġ, għall-istabbiliment ta' sistemi trasparenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità. Kważi l-Istati Membri kollha stabbilixxew sistemi nazzjonali għall-assigurazzjoni u bdew jew għenu l-istabbiliment ta' aġenzija jew aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament. |
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni 98/561/KE sejħet għal sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità li jkunu bbażati fuq serje ta' karatteristiċi essenzjali, inkluż l-evalwazzjoni ta' programmi jew istituzzjonijiet permezz ta' stima interna, evalwazzjoni esterna, u li tinvolvi l-parteċipazzjoni ta' studenti, il-pubblikazzjoni ta' riżultati u parteċipazzjoni internazzjonali. Ir-riżultati ta' l-istimi ta' kwalità interna għandhom rwol sinifikanti biex jgħinu biex tittejjeb ir-rendiment ta' l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla. |
(4) |
Il-karatteristiċi essenzjali msemmija fil-premessa (3) ġew implimentati b'mod ġenerali fis-sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u ġew affermati mill-Ministri Ewropej ta' l-Edukazzjoni f'Berlin f'Settembru 2003, fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja, fil-ħidma għall-kisba ta' Żona Ewropea ta' l-Edukazzjoni Ogħla. |
(5) |
L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Ogħla (ENQA) ġiet stabbilita fl-2000 u għandha numru dejjem jikber ta' aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament fl-Istati Membri kollha. |
(6) |
Fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja, il-Ministri ta' l-Edukazzjoni minn 45 pajjiż adottaw l-istandards u l-linji gwida għall-assigurazzjoni ta' kwalità fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Ogħla kif propost mill-ENQA matul il-laqgħa f'Bergen bejn id-19 u l-20 ta' Mejju 2005 u bħala tkomplija tal-laqgħa ta' Berlin f'Settembru 2003. Huma laqgħu wkoll il-prinċipju ta' reġistru Ewropew ta' aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità bbażat fuq evalwazzjoni nazzjonali u talbu li d-dettalji ta' l-implimentazzjoni jkunu żviluppati aktar mill-ENQA, b'koperazzjoni ma' l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Universitajiet (EUA), l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istituzzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Ogħla (EURASHE) u l-Unjonijiet Nazzjonali għall-Istudenti fl-Ewropa (ESIB), b'rapport mibgħut lill-Ministri permezz tal-Grupp ta' Segwitu ta' Bolonja. Minbarra dan huma enfasizzaw l-importanza tal-koperazzjoni bejn aġenziji rikonoxxuti fuq skala nazzjonali bil-għan li jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonjiet dwar l-akkreditament jew l-assigurazzjoni ta' kwalità. |
(7) |
Jeħtieġ li azzjoni ta' l-UE li tappoġġja l-assigurazzjoni ta' kwalità tiġi żviluppata b'koerenza ma' l-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja. |
(8) |
Huwa mixtieq li jsir reġistru ta' aġenziji għall-assigurazzjoni tal-kwalità li huma indipendenti u affidabbli li joperaw fl-Ewropa, kemm jekk ikunu reġjonali jew nazzjonali, ġenerali jew speċjalizzati, pubbliċi jew privati, sabiex tkun appoġġjata t-trasparenza fl-edukazzjoni ogħla u sabiex jgħin biex ikun hemm rikonoxximent ta' kwalifiki u perijodi ta' studju barra l-pajjiż. |
(9) |
Fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, il-Kunsill Ewropew f'Barċellona, f'Marzu 2002, esprima l-konklużjoni li l-edukazzjoni u s-sistemi ta' taħriġ Ewropej għandhom isiru “referenza dinjija għall-kwalità”, |
PERMEZZ TA' DAN JIRRAKKOMANDAW LI L-ISTATI MEMBRI:
1. |
iħeġġu lill-istituzzjonijiet kollha ta' l-edukazzjoni ogħla li huma attivi fit-territorju tagħhom biex idaħħlu jew jiżviluppaw sistemi interni rigorużi għall-assigurazzjoni tal-kwalità, bi qbil ma' l-istandards u mal-linji gwida għall-assigurazzjoni tal-kwalità fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Ogħla adottata f'Bergen fil-kuntest tal-Proċess ta' Bolonja; |
2. |
iħeġġu lill-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament li huma attivi fit-territorji tagħhom sabiex ikunu indipendenti fl-istimi tagħhom, japplikaw il-karatteristiċi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità mniżżla fir-Rakkomandazzjoni 98/561/KE u japplikaw is-sett komuni ta' standards ġenerali, u linji gwida adottati f'Bergen, għall-għanijiet ta' l-istima. Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati iktar b'koperazzjoni ma' rappreżentanti tas-settur ta' l-edukazzjoni ogħla. Għandhom jiġu applikati b'mod li jipproteġu u jippromwovu d-diversità u l-innovazzjoni; |
3. |
jinkoraġġixxu lir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet nazzjonali, tas-settur ta' l-edukazzjoni ogħla u ta' l-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament, flimkien ma' l-imsieħba soċjali, sabiex jistabbilixxu “Reġistru Ewropew ta' l-Aġenziji għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità” (“Reġistru Ewropew”) ibbażat fuq evalwazzjoni nazzjonali, li jqis il-prinċipji stabbiliti fl-Anness u sabiex ikunu definiti l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u r-regoli għall-amministrazzjoni tar-reġistru; |
4. |
jgħinu lill-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla attivi fit-territorju tagħhom biex jagħżlu aġenzija, minn fost aġenziji għall-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament fir-Reġistru Ewropew li tissodisfa r-rekwiżiti u l-profil tagħhom, bil-kondizzjoni li din tkun kompatibbli mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom jew tkun permessa mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom; |
5. |
jippermettu lill-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla jaħdmu lejn evalwazzjoni komplimentari minn aġenzija oħra fir-Reġistru Ewropew, pereżempju biex isaħħu r-reputazzjoni internazzjonali tagħhom; |
6. |
jippromwovu koperazzjoni bejn aġenziji sabiex jibnu fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent ta' l-istimi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament, biex b'hekk jikkontribwixxu għar-rikonoxximent ta' kwalifiki għall-iskop ta' studju jew xogħol f'pajjiż ieħor; |
7. |
jiżguraw l-aċċess pubbliku għall-istimi imwettqa mill-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta' l-akkreditament elenkati fir-Reġistru Ewropew, |
JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI:
1. |
sabiex tkompli, b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tagħti l-appoġġ tagħha għal koperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla, aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament, awtoritajiet kompetenti u korpi oħra attivi f'dan il-qasam; |
2. |
sabiex tippreżenta rapporti kull tliet snin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar progress fl-iżvilupp ta' sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità f'diversi Stati Membri u dwar l-attivitajiet ta' koperazzjoni fuq livell Ewropew, inkluż il-progress li jkun sar fl-għanijiet hawn fuq imsemmija. |
Magħmula fi Strasburgu, nhar il-15 ta' Frar 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
K. WINKLER
(1) ĠU C 255, 14.10.2005, p. 72.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta' Jannar 2006.
(3) ĠU L 270, 7.10.1998, p. 56.
ANNESS
“Ir-Reġistru Ewropew għall-Aġenziji ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità”
Ir-Reġistru għandu jipprovdi lista ta' aġenziji affidabbli li l-istimi tagħhom jistgħu jkunu fdati mill-Istati Membri (u l-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan l-Istati Membri). Għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ewlenin li ġejjin:
1. |
Il-lista ta' aġenziji għandha ssir minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet nazzjonali, tas-settur ta' l-edukazzjoni ogħla (istituzzjonijiet għall-edukazzjoni ogħla, studenti, għalliema u riċerkaturi) u l-aġenziji ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-akkreditament attivi fl-Istati Membri, flimkien ma' l-imsieħba soċjali. |
2. |
Il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-aġenziji jistgħu jinkludu fost l-oħrajn:
|
3. |
Fil-każ li r-reġistrazzjoni tiġi inizjalment miċħuda, tista' sseħħ evalwazzjoni mill-ġdid fuq il-bażi ta' titjib imwettaq. |