ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 48 |
Werrej |
|
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifikazzjonijiet |
|
|
* |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 117. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
4.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
IR-REGOLAMENT (KE) NRU. 647/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' April 2005
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Għandhom isiru ċerti emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 (3) u (KEE) Nru 574/72 (4), sabiex jittieħed kont ta' żviluppi reċenti fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti u jiġu riflessi l-bidliet fil-liġi dwar is-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri. |
(2) |
Sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi reċenti fil-każistika, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet ta' sentenzi, partikolarment fil-każijiet ta' Johann Franz Duchon v Pensionsversicherungsantalt der Angestellten (5)u Office national de l'emploi v Calogero Spataro. (6) |
(3) |
Is-sentenzi fil-każijiet Friedrich Jauch v Pensionsversicherungsanstalt der Arbeiter u Ghislain Leclere, Alina Deaconescu u Caisse nationale des prestations familiales, (7)dwar il-klassifikazzjoni ta' benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà legali, li ż-żewġ kriterji kumulattivi li jridu jitqiesu jiġu speċifikati sabiex tali benefiċċji jistgħu jidhru fl-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Abbażi ta' dan, hemm każ għal reviżjoni ta' l-Anness, filwaqt li jittieħed kont ta' l-emendi leġiżlattivi fl-Istati Membri li jaffettwaw dan it-tip ta' benefiċċji, li minħabba n-natura mħallta tagħhom huma suġġetti għal koordinazzjoni speċifika. Barra minn dan, hu importanti li jkunu speċifikati d-dispożizzjonijiet tranżitorji relatati mal-benefiċċju li kien is-suġġett tas-sentenza fil-każ Jauch sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-benefiċjarji. |
(4) |
Abbażi tal-każistika dwar ir-relazzjonijiet bejn ir-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 u d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-sigurtà soċjali, hu meħtieġ li ssir reviżjoni ta' l-Anness III ta' dak ir-Regolament. Il-partiti fil-parti A ta' l-Anness III huma ġġustifikati biss f'żewġ każijiet: meta huma aktar favorevoli għall-ħaddiema migranti (8)jew fir-rigward ta' sitwazzjonijiet speċifiċi u eċċezzjonali, normalment konnessi ma' ċirkostanzi storiċi. Barra minn dan, mhux xieraq li jiġu aċċettati partiti fil-Parti B ħlief meta sitwazzjonijiet eċċezzjonali u oġġettivi jkunu jiġġustifikaw deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament u mill-Artikoli 12, 39 u 42 tat-Trattat (9). |
(5) |
Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, għandu jkun hemm ċerti dispożizzjonijiet min-naħa waħda dwar il-funzjonarji u persuni trattati bħala tali u, min-naħa l-oħra dwar membri tal-persunal li jivvjaġġa, inkluż bl-ajru, ta' impriża li topera servizzi ta' trasport internazzjonali għal passiġġieri jew merkanzija bil-ferrovija, fuq l-art, bl-ajru jew f'passaġġi fuq l-ilma interni, u sabiex jiġu speċifikati l-metodi li jiddeterminaw l-ammont medju li jrid jitqies fil-kuntest ta' l-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament. |
(6) |
Ir-reviżjoni ta' l-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandha twassal għat-tneħħija ta' xi partiti eżistenti u, meħud kont ta' emendi leġiżlattivi f' xi Stati Membri, għall-inklużjoni ta' ċerti partiti ġodda. Fil-każ ta' l-aħħar, tkun imbagħad ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri biex jikkunsidraw il-bżonn għal arranġamenti transitorji jew soluzzjonijiet bilaterali sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta' persuni li d-drittijiet miksuba tagħhom jistgħu bħala konsegwenza jiġu milquta, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-regolament (KEE) Nru 1408/71 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 4(2a) għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “2a. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji provduti f'liġi li, minħabba l-ambitu personali tagħha, l-għanijiet tagħha u/jew il-kundizzjonijiet għal dritt taħtha, għandha l-karatteristiċi kemm tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali msemmija fil- paragrafu 1 kif ukoll ta' assistenza soċjali. ‘Benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji’ tfisser dawk li:
u
|
3. |
L-Artikolu 7(2)(ċ) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:
|
4. |
L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “Artikolu 9a Estensjoni tal-perijodu ta' referenza Jekk il-liġi ta' Stat Membru tirrikonoxxi d-dritt għal benefiċċju bil-kundizzjoni li jintlaħaq perijodu minimu ta' assikurazzjoni matul żmien determinat qabel ma sseħħ il-kontinġenza li kontriha tkun l-assikurazzjoni (perijodu ta' riferenza) u tistabbilixxi li l-perijodi li matulhom tħallsu l-benefiċċji skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' dak l-Istat Membru għandu jestendi dan il-perijodu ta' riferenza, il-perijodi li matulhom tħallsu pensjonijiet ta' l-anzjanità jew invalidità jew tħallsu benefiċċji ta' mard, qgħad, inċidenti industrijali jew mard assoċjat max-xogħol skond il-liġi ta' Stat Membru ieħor u perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom ukoll jestendu dan il-perijodu ta' riferenza.”. |
5. |
L-Artikolu 10a(1) għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 u tat-Titolu III m'għandhomx japplikaw għall-benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a). Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji esklużivament fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedu u skond il-liġi ta' dak l-Istat, sakemm dawn il-benefiċċji jkunu msemmija fl-Anness IIa. Il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza u bi spejjeż tagħha.”. |
6. |
Fl-Artikolu 23, għandu jiddaħħal il-paragrafu segwenti: “2a. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll meta l-liġi applikata mill-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għal perijodu ta' riferenza speċifiku u dan il-perijodu jikkoinċidi, fejn xieraq, mal-perjodi sħaħ jew parzjali kompletati mill-persuna kkonċernata skond il-liġi ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħra.”. |
7. |
L-Artikolu 35 (2) għandu jiġi mħassar. |
8. |
L-Artikolu 69 (4) għandu jiġi mħassar. |
9. |
Għandom jiġu mdaħħla l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 95f Dispożizzjonijiet transitorji dwar l-Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’ 1. Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’, kif emendati bir-Regolament (KE) Nru. 467/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurta' socjali għal persuni impjegati, għal-persuni li jaħdmu għal-rashom u għall-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (*), m'għandu jistabbilixxi ebda dritt għall-perijodu qabel l-1 ta' Jannar 2005. 2. Kwalunkwe perijodu ta' assikurazzjoni u, fejn xieraq, kwalunkwe perijodu ta' impjieg, impjieg awtonomu jew residenza taħt il-liġi ta' Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2005 għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. 3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, skond dan ir-Regolament dritt għandu jinkiseb anki meta jkun jirrelata għal kontinġenza li tkun seħħet qabel l-1 ta' Jannar 2005. 4. Kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx ingħata jew li jkun ġie sospiż minħabba n-nazzjonalità jew r-residenza tal-persuna ikkonċernata għandu, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, jingħata jew jitkompla mill-1 ta' Jannar 2005, kemm-il darba d-drittijiet li għalihom kienu qabel ingħataw il-benefiċċji ma jkunux wasslu għal pagament ta' somma globali. 5. Id-drittijiet ta' persuna li lilha tkun ingħatat pensjoni jew annwalita' qabel l-1 ta' Jannar 2005 tista', wara applikazzjoni mill-persuni ikkonċernati, tiġi riveduta, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan għandu japplika wkoll għal benefiċċji oħrajn skond l-Artikolu 78. 6. Jekk applikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew 5 tkun preżentata fi żmien sentejn mill-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet miksuba taħt dan ir-Regolament għandhom ikollhom effett minn dik id-data, u d-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru dwar it-tneħħija jew limitazzjoni tad-drittijiet ma jistgħux jiġu nvokati kontra l-persuni kkonċernati. 7. Jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tiġi preżentata wara li jkun skada l-perijodu ta' sentejn wara l-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet li ma jkunux intilfu jew ġew preskritti għandhom ikollhom effett mid-data li fiha l-applikazzjoni ġiet preżentata, ħlief fejn japplikaw dispożizzjonijiet tal-liġi aktar favorevoli ta' kwalunkwe Stat Membru. Artikolu 95g Dispożizzjonijiet transitorji dwar it-tħassir tal-partita fl-Anness IIa dwar l-Allowance Awstrijaka għall-kura (Pflegegeld). Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal sussidji għall-kura taħt il-liġi federali Awstrijaka (Bundespflegegeldgesetz) preżentati mhux aktar tard mit-8 ta' Marzu 2001 abbażi ta' l-Artikolu 10a(3) ta' dan ir-Regolament, għandha tibqa' tapplika din id-dispożizzjoni sakemm il-benefiċjarju tas-sussidju għall-kura jibqa' jirrisjedi fl-Awstrija wara t-8 ta' Marzu 2001. |
10. |
Annessi II, IIa, III, IV u VI għandhom jiġu emendati skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 4 (11) għandu jiġi mħassar. |
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu segwenti: “Artikolu 10ċ Formalitajiet stabbiliti fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament għall-funzjonarji u persuni trattati bħala tali. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d), l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun tapplika għandha toħroġ ċertifikat li jgħid li l-funzjonarju jew il-persuna trattata bħala tali hi suġġetta għall-leġiżlazzjoni tiegħu.”. |
3. |
L-Artikolu 12a għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 32a għandu jiġi mħassar. |
5. |
L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih ikun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(9), sa fejn għandu x' jaqsam l-Artikolu 95f tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, l-Anness I punti (1)(a) u (1)(b) u l-Anness II punti (2) u (4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, fit-13 ta' April 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. P. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU C 80, tat-30.3.2004, p. 118.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2004 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2004 (ĠU C 38 E, tal-15.2.2005, p. 21) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (ĠU L 28, tat-30.1.1997, p. 1), emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, tas-6.4.2004, p. 1) u mħassar b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, tat-30.4.2004).
(4) ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004.
(5) Sentenza tat-18 ta' April 2002 fil-każ C-290/00 [ECR] 2002 I-3567.
(6) Sentenza tat-13 ta' Ġunju 1996 fil-każ C-170/95 [ECR] 1996 I-2921.
(7) Sentenzi tat-8 ta' Marzu 2001 fil-każ C-215/99 [ECR] 2001 I-1901 u 31 ta' Mejju 2001 fil-każ C-43/99 [ECR] 2001 I-4265.
(8) Il-prinċipju tat-trattament l-aktar favorevoli ġie mfakkar mill-ECJ fis-sentenzi tagħha tas-7 ta' Frar 1991 każ C-227/89 [ECR] 1991 I-323; tad-9 ta' Novembru 1995, każ C-475/93 [ECR] 1995 I-3813; tad-9 ta' Novembru 2000, każ C-75/99 [ECR] 2000 I-9399; u tal-5 ta' Frar 2002, każ C-277/99 [ECR] 2002 I-1261.
(9) Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-214/94 [ECR] 1996 I-2253; Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-308/93 [ECR] 1996 I-2097; Sentenza tat-15 ta' Jannar 2002 fil-każ C-55/00 [ECR] 2002 I-413.
ANNESS I
L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 qegħdin hawn jiġu emendati kif ġej:
1. |
L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness IIa għandu jiġi mibdul bit-test li ġej, li jinkludi, il-partiti kif stabbiliti fl-Att ta' Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea ta' l-2003: “ANNESS IIa Benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji Artikolu 10a A. BELĠJU
B. REPUBBLIKA ĊEKA Allowance soċjali (Att dwar is-Sostenn Soċjali mill-Istat Nru. 117/1995 Sb.). Ċ. DANIMARKA Spejjeż ta' akkomodazzjoni għall-pensjonanti (Liġi dwar l-assistenza għall-akkomodazzjoni individwali, ikkonsolidata bil-Liġi Nru. 204 tad-29 ta' Marzu 1995). D. ĠERMANJA Dħul bażiku minimu għall-anzjani u għal persuni li b'kapaċità ta' gwadann imnaqqsa taħt il-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali. E. ESTONJA
F. GREĊJA Benefiċċji speċjali għall-anzjani (Liġi 1296/82). G. SPANJA
H. FRANZA
I. IRLANDA
J. ITALJA
K. ĊIPRU
L. LATVJA
M. LITWANJA
N. LUSSEMBURGU Dħul għal persuni serjament diżabbli (Artikolu 1(2), Liġi tat-12 ta' Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta' persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq prinċipali tax-xogħol jew f'ambjent protett. O. UNGERIJA
P. MALTA
Q. OLANDA
R. AWSTRIJA Suppliment kumpensattiv (Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali - ASVG, Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għal Persuni fin-Negozju u l-Kummerċ - GSVG u Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għall-Bdiewa - BSVG). S. POLONJA Pensjoni soċjali (Liġi ta-29 ta' Novembru 1990 dwar l-assistenza soċjali). T. PORTUGALL
U. SLOVENJA
V. SLOVAKKJA Aġġustament tal-pensjonijiet bħala sors uniku ta' dħul (Att Nru. 100/1988 Zb.). W. FINLANDJA
X. ŻVEZJA
Y. RENJU UNIT
|
3. |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4. |
Fl-Anness IV, is-sezzjoni B għandha tiġi emendata kif ġej:
|
5. |
L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru. 574/72 għandhom jiġu emendati kif ġej:
1. |
Fl-Anness 2, taħt it-titolu “X. SVEZJA”, il-punt 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
2. |
Fl-Anness 4, taħt it-titolu “D. ĠERMANJA”, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:
|
3. |
Fl-Anness 10, taħt it-titolu “C. DANIMARKA”, il-punt 1 l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
4. |
Fl-Anness 10, taħt it-titolu “R. AWSTRIJA”, il-punt 1 għandu jiġi mibdul b' li ġej:
|
5. |
L-Anness 11 għandu jiġi mħassar. |
4.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
13 |
IR-REGOLAMENT (KE) NRU. 648/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' April 2005
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26, 95, 133 u 135 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 (3) jistipula r-regoli għat-trattament doganali ta' merkanzija li tiġi importata jew li tkun se tiġi esportata. |
(2) |
Hemm il-bżonn li jiġi stabbilit livell ekwivalenti ta' protezzjoni fil-kontrolli doganali għal merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità jew tinħareġ minnha. Sabiex jinkiseb dan l-għan, hemm bżonn li jiġi stabbilit livell ekwivalenti ta' kontrolli doganali fil-Komunità u li tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta' kontrolli doganali mill-Istati Membri, li għandhom ir-responsabbiltà prinċpali li japplikaw dawn il-kontrolli.Tali kontrolli għandhom ikunu ibbażati fuq standards u kriterji ta' riskju, li dwarhom hemm qbil komuni, għall-għażla ta' merkanzija u operaturi ekonomiċi sabiex jiġu minimizzati r-riskji għall-Komunità u ċ-ċittadini tagħha u għas-sħab kummerċjali tal-Komunità. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom għalhekk jintroduċu qafas ta' ġestjoni ta' riskji fil-Komunità kollha sabiex isostnu approċċ komuni sabiex jiġu stabbiliti prioritajiet b'mod effettiv u jiġu allokati riżorsi b'mod effiċjenti bil-għan li jinżamm bilanċ xieraq bejn kontrolli doganali u l-faċilitazzjoni ta' kummerċ leġittimu. Tali qafas għandu wkoll jipprovdi għal kriterji komuni u rekwiżiti armonizzati għal operaturi ekonomiċi awtorizzati u jiżgura applikazzjoni armonizzata ta' tali kriterji u rekwiżiti. L-istabbiliment ta' qafas ta' ġestjoni ta' riskji li jkun komuni għall-Istati Membri kollha ma għandux iżommhom milli jikkontrollaw merkanzija permezz ta' kontrolli fuq il-post. |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istatus ta' “operatur ekonomiku awtorizzat” lil kull operatur ekonomiku li jissodisfa kriterji komuni konnessi mas-sistemi ta' kontroll, mas-solvenza finanzjarja u mar-rekord ta' konformità ta' l-operatur. L-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat mogħti minn Stat Membru, għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra, iżda ma jagħtix id-dritt li wieħed jibbenefika awtomatikament, fl-Istati Membri l-oħra, mis-simplifikazzjonijiet previsti fir-regoli doganali. Madankollu, l-Istati Membri l-oħra għandhom jippermettu l-użu ta' simplifikazzjonijiet lil operaturi ekonomiċi awtorizzati kemm-il darba dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi kollha għall-użu ta' simplifikazzjonijiet partikolari. Meta jikkunsidraw talba għall-użu ta' simplifikazzjonijiet, l-Istati Membri l-oħra ma għandhomx bżonn jirrepetu l-istima tas-sistemi ta' kontroll, tas-solvenza finanzjarja u tar-rekord ta' konformità ta' l-operatur, li tkun diġà saret mill-Istat Membru li ta lill-operatur l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat, iżda għandhom jiżguraw li jiġi sodisfatt kwalunkwe rekwiżit speċifiku ieħor għall-użu tas-simplifikazzjonijiet partikolari. L-użu ta' simplifikazzjonijiet fl-Istati Membri l-oħra jista' wkoll jiġi koordinat bi ftehim bejn l-awtoritajiet doganali konċernati. |
(4) |
Simplifikazzjonijiet skond ir-regoli doganali għandhom jibqgħu jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli doganali kif definiti fil-Kodiċi Doganali tal-Komunità, partikolarment fir-rigward tas-sigurtà. Tali kontrolli huma r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet doganali u, filwaqt li l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandu jkun rikonoxxut minn dawk l-awtoritajiet bħala fattur matul analiżi tar- riskju u fl-għoti ta' kwalunkwe faċilitazzjoni lill-operatur ekonomiku fir-rigward ta' kontrolli konnessi mal-protezzjoni u mas-sigurtà, id-dritt ta' kontroll għandu jibqa'. |
(5) |
L-informazzjoni konnessa ma' riskju dwar merkanzija importata u esportata għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita sistema protetta komuni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom aċċess għal, li jittrasferixxu u li jiskambjaw din l-informazzjoni b'mod tempestiv u effettiv. Tali informazzjoni tista' wkoll tkun skambjata ma' pajjiżi terzi fejn dan ikun previst minn ftehim internazzjonali. |
(6) |
Il-kondizzjonijiet li taħthom l-informazzjoni provduta lid-dwana minn operaturi ekonomiċi tista' tkun żvelata lil awtoritajiet l-oħra fl-istess Stat Membru, lil Stati Membri oħrajn, lill-Kummissjoni, jew lill-awtoritajiet f'pajjiżi terzi għandhom ikunu speċifikati. Għal dan il-għan, għandu jiġi indikat b'mod ċar li d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (4)u r-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (5)japplikaw fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll minn kwalunkwe awtorità oħra, li jirċievu data skond il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |
(7) |
Sabiex isiru kontrolli bbażati fuq ir-riskju, hemm bżonn li jiġi stabbilit ir-rekwiżit ta' l-għoti ta' informazzjoni qabel il-wasla jew qabel it-tluq għall-merkanzija kollha mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità jew ħierġa minnu, ħlief għal merkanzija li tkun fi transitu mingħajr waqfien bl-ajru jew bil-baħar f'dan it-territorju. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli qabel il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità jew tinħareġ minnu. Jistgħu jiġu stabbiliti perjodi u regoli differenti skond it-tip ta' merkanzija, ta' trasport jew ta' operaturi ekonomiċi jew fejn xi ftehim internazzjonali jipprovdi għal arranġamenti speċjali ta' sigurtà. Dan ir-rekwiżit għandu wkoll jiġi ntrodott fir-rigward ta' merkanzija mdaħħla f'żona libera mid-dazju jew maħruġa minnha sabiex jiġu evitati toqob fis-sigurtà. |
(8) |
Ir-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 għandu, għaldaqstant, jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2) |
Is-Sezzjoni u l-Artikolu li ġejjin għandhom jiddaħħlu: “Sezzjoni 1A Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati Artikolu 5a 1. L-awtoritajiet doganali, jekk hemm bżonn wara konsultazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn, għandhom jagħtu, soġġett għall-kriterji previsti fil-paragrafu 2, l-istatus ta' ‘operatur ekonomiku awtorizzat’ lil kwalunkwe operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju doganali tal-Komunità. Operatur ekonomiku awtorizzat għandu jibbenefika minn faċilitazzjonijiet fir-rigward ta' kontrolli doganali konnessi mas-sigurtà u/jew minn simplifikazzjonijiet previsti fir-regoli doganali. L-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandu, bla ħsara għar-regoli u l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2, jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli doganali. L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq il-bażi tar-rikonoxximent ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat u sakemm jiġu sodisfatti r-rekwiżiti konnessi mat-tip speċifiku ta' simplifikazzjoni dispost fil-leġislazzjoni doganali Komunitarja, jawtorizzaw l-operatur sabiex jibbenefika minn dik is-simplifikazzjoni. 2. Il-kriterji għall-għoti ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jinkludu:
Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġu ddeterminati r-regoli:
u l-kondizzjonijiet li taħthom:
|
3) |
L-Artikolu 13 għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-Artikolu 13 1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ, iwettqu l-kontrolli kollha li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli doganali u l-liġijiet oħrajn li jirregolaw id-dħul, il-ħruġ, it-transitu, it-trasferiment u l-użu finali ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità u pajjiżi terzi u l-preżenza ta' merkanzija li ma għandhiex status Komunitarju. Jistgħu jitwettqu f'pajjiż terz, fejn dan ikun previst minn xi ftehim internazzjonali, kontrolli doganali għall-fini ta' l-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja. 2. Il-kontrolli doganali, barra mill-kontrolli fuq il-post, għandhom ikunu bbażati fuq analiżi ta' riskju bl-użu ta' tekniki awtomatizzati ta' proċessar ta' data, sabiex jiġu identifikati u kwantifikati r-riskji u jiġu żviluppati l-miżuri neċessarji għall-istima tar-riskji, fuq il-bażi ta' kriterji żviluppati f'livelli nazzjonali, Komunitarji u, fejn ikunu disponibbli, internazzjonali. Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi determinat qafas ta' ġestjoni komuni ta' riskju, u sabiex jiġu stabbiliti kriterji komuni u żoni ta' kontroll prijoritarji. L-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu sistema elettronika għall-implimentazzjoni tal- ġestjoni tar-riskju. 3. Fejn il-kontrolli jiġu mwettqa minn awtoritajiet li ma jkunux l-awtoritajiet doganali, dawn il-kontrolli għandhom isiru b'kordinazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet doganali, fejn possibbli fl-istess ħin u post. 4. Fil-qafas tal-kontrolli previsti f'dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħra, bħall-awtoritajiet veterinarji u l-pulizija, jistgħu jikkomunikaw data riċevuta, fil-kuntest tad-dħul, il-ħruġ, it-transitu, t-trasferiment u l-użu finali ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità u pajjiżi terzi u l-preżenza ta' merkanzija li ma għandhiex status Komunitarju, bejniethom u lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri u lill-Kummissjoni fejn dan huwa neċessarju sabiex jiġi minimizzat ir-riskju. Il-komunikazzjoni ta' data konfidenzjali lill-awtoritajiet tad-dwana u lil korpi oħra (p.e. aġenziji tas-sigurtà) ta' pajjiżi terzi għandha tkun ammessa biss fil-qafas ta' ftehim internazzjonali, u kemm-il darba jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (*) u r-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (**). (*) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1)." |
4) |
L-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-Artikolu 15 Kull informazzjoni li fin-natura tagħha hija konfidenzjali jew li hija fornita fuq bażi konfidenzjali għandha tkun koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali. Ma għandhiex tiġi żvelata mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr il-permess espress tal-persuna jew l-awtorità li tagħtiha. Il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni għandha, madankollu, tkun permessa fejn l-awtoritajiet kompetenti huma obbligati jagħmlu hekk skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ, partikolarment in konnessjoni ma' proċedimenti legali. L-għoti jew il-komunikazzjoni ta' informazzjoni għandha ssir fir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru. 45/2001.”; |
5) |
Fl-Artikolu 16 “kontroll mill-awtoritajiet doganali” għandhom jiġu sostitwiti bi “kontrolli doganali”. |
6) |
L-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt il-Kapitoli 1 tat-Titolu III: “L-Artikolu 36a 1. Il-merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun koperta b'dikjarazzjoni fil-qosor, ħlief merkanzija trasportata b'mezzi ta' trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta' l-arja tat-territorju doganali mingħajr waqfien f'dan it-territorju. 2. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali tad-dħul. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni fil-qosor tiġi preżentata f'uffiċċju doganali ieħor, kemm-il darba dan l-uffiċċju jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament b'mod immedjat id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tad-dħul. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu, li minflok il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor, il-preżentazzjoni ta' notifika u l-aċċess għad-data fid-dikjarazzjoni fil-qosor fis-sistema elettronika ta' l-operatur ekonomiku. 3. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata qabel ma l-merkanzija tinġieb fit-territorju doganali tal-Komunità. 4. Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit:
B'applikazzjoni għal ċirkostanzi partikulari u għal ċerti tipi ta' traffiku ta'merkanzija, modi ta' trasport jew operaturi ekonomiċi jew fejn xi ftehim internazzjonali jiddisponi arranġamenti speċjali ta' sigurtà. Artikolu 36b 1. Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit sett ta' data u format komuni għad-dikjarazzjoni fil-qosor, li jkun fih d-dettalji neċessarji għal analiżi tar-iskju u l-applikazzjoni korretta tal-kontrolli doganali, primarjament għal finijiet ta' sigurtà, bl-użu, fejn xieraq, ta' standards internazzjonali u ta' prattiċi kummerċjali. 2. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi mfassla bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data. Tista' tintuża informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, kemm-il darba din tipprovdi d-dettalji neċessarji. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet fil-qosor fuq il-karta f'ċirkostanzi eċċezzjonali, kemm-il darba huma japplikaw l-istess livell ta' ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat għal dikjarazzjonijiet fil-qosor magħmula bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data. 3. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata mill-persuna li ġġib il-merkanzija, jew li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija, fit-territorju doganali tal-Komunità. 4. Minkejja l-obbligu tal-persuna msemmija fil-paragrafu 3, id-dikjarazzjoni fil-qosor tista' minflok tiġi preżentata:
5. Il-persuna msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha, fuq talba tagħha, tiġi awtorizzata sabiex temenda xi wieħed jew aktar mid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor wara li din tkun ġiet preżentata. Madankollu, l-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara li l-awtoritajiet doganali:
Artikolu 36ċ 1. L-uffiċċju doganali tad-dħul jista' jneħħi r-rekwiżit għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor fir-rigward ta' merkanzija li għaliha tkun ġiet preżentata dikjarazzjoni fil-qosor qabel l-għeluq tal-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 36a(3) jew (4). F'dan il-każ, id-dikjarazzjoni doganali għandha jkun fiha għall-inqas id-dettalji neċessarji għad-dikjarazzjoni fil-qosor u, sakemm ta' l-ewwel tkun għadha ma ġietx aċċettata skond l-Artikolu 63, hija għandha jkollha l-istatus ta' dikjarazzjoni fil-qosor. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni doganali tkun ippreżentata f'uffiċċju doganali ta' importazzjoni differenti mill-uffiċċju doganali tad-dħul, sakemm dan l-uffiċċju immedjatament jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tad-dħul. 2. Fejn id-dikjarazzjoni doganali hija preżentata b'mod li mhuwiex bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data, l-awtoritajiet doganali għandhom japplikaw għad-data l-istess livell ta' ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat għal dikjarazzjonijiet doganali li jkunu magħmula permezz ta' teknika ta' l-ipproċessar ta' data.”; |
7) |
Fl-Artikolu 37(1) “kontroll mill-awtorità doganali”għandha tiġi sostitwita b'“kontrolli doganali” u fl-Artikolu 38(3) “il-kontroll mill-awtorità doganali ta'” għandha tiġi sostitwita bi “kontrolli doganali minn”; |
8) |
L-Artikolu 38(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-paragrafi 1 sa 4 u l-Artikoli 36a sa 36ċ u 39 sa 53 ma għandhomx japplikaw għal merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Komunità fi triqitha bil-baħar jew bl-ajru minn punt għal ieħor f'dak it-territorju, kemm-il darba t-trasport ikun sar fuq rotta diretta u permezz ta' servizzi regolari bl-ajru jew bil-baħar mingħajr waqfien barra t-territorju doganali tal-Komunità.”; |
9) |
L-Artikolu 40 għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-Artikolu 40 Il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun preżentata lid-dwana mill-persuna li ġabitha f'dak it-territorju jew, jekk xieraq, mill-persuna li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija wara li tkun hekk daħlet, ħlief merkanzija trasportata b'mezzi ta' trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta' l-arja tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr waqfien f'dan it-territorju. Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tagħmel riferiment għad-dikjarazzjoni fil-qosor jew għad-dikjarazzjoni doganali li kienet ġiet preżentata qabel fir-rigward tal-merkanzija.”; |
10) |
Fit-Titolu III, il-Kapitolu 3, għandu jiġi intitolat mill-ġdid “Il-ħatt ta' merkanzija preżentata lid-dwana”; |
11) |
L-Artikoli 43 sa 45 għandhom jiġu mħassra; |
12) |
L-Artikolu 170(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-merkanzija għandha tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali u tkun soġġetta għall-formalitajiet doganali preskritti fejn din:
|
13) |
L-Artikolu 176(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn merkanzija tiġi trasbordata f'żona libera mid-dazju, ir-rekords li jirrelataw ma' l-operazzjoni għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana. Il-ħżin għal żmien qasir ta' merkanzija in konnessjoni ma' tali trasbord għandu jiġi kkonsidrat bħala parti integrali ta' l-operazzjoni. Fir-rigward ta' merkanzija li tiddaħħal f'żona libera mid-dazju minn barra t-territorju doganali tal-Komunità jew meħuda minn żona libera mid-dazju biex toħroġ direttament mit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tiġi preżentata dikjarazzjoni fil-qosor skond l-Artikoli 36a sa 36ċ jew 182a sa 182d, kif xieraq.”; |
14) |
L-Artikolu 181 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “L-Artikolu 181 L-awtoritajiet doganali għandhom jissodisfaw ruħhom li r-regoli li jiggvernaw l-esportazzjoni, l-ipproċessar ‘il barra, ir-riesportazzjoni’ il-proċeduri sospensivi jew il-proċeduri ta' transitu intern, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, jiġu rispettati fejn il-merkanzija għandha tħalli t-territorju doganali tal-Komunità minn żona libera mid-dazju jew maħżen liberu mid-dazju.”; |
15) |
Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 182(3) il-kliem “Riesportazzjoni jew” għandhom jitħassru; |
16) |
Taħt it-Titolu V (Merkanzija li tkun ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità) għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “L-Artikolu 182a 1. Il-merkanzija ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità, ħlief merkanzija trasportata b'mezzi ta' trasport li jkunu biss qegħdin fi tranżitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta' l-arja tat-territorju doganali mingħajr waqfien f'dan it-territorju, għandha tkun koperta b'dikjarazzjoni doganali jew inkella, fejn ma tkunx meħtieġa dikjarazzjoni doganali, b'dikjarazzjoni fil-qosor. 2. Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit:
skond ċirkostanzi speċjali u b'applikazzjoni għal ċerti tipi ta' traffiku ta'merkanzija, modi ta' trasport jew operaturi ekonomiċi jew fejn xi ftehim internazzjonali jipprovdi għal arranġamenti speċjali ta' sigurtà. Artikolu 182b 1. Fejn merkanzija li tkun ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità tiġi assenjata għal trattament jew użu approvat mid-dwana li fir-rigward tiegħu hija meħtieġa dikjarazzjoni doganali skond ir-regoli tad-dwana, din id-dikjarazzjoni doganali għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni qabel ma l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità. 2. Fejn l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni huwa differenti mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni għandu minnufih jikkomunika, jew jagħmel disponibbli elettronikament, id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ. 3. Id-dikjarazzjoni doganali għandha jkun fiha mill-inqas id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor msemmija fl-Artikolu 182d(1). 4. Fejn id-dikjarazzjoni doganali hija magħmula b'mod li mhuwiex bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data, l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu d-data suġġetta għall-istess livell ta' ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet doganali magħmula bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data. Artikolu 182ċ 1. Fejn merkanzija li tkun ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità ma tiġix assenjata għal trattament jew użu approvat mid-dwana li fir-rigward tiegħu hija meħtieġa dikjarazzjoni doganali, għandha tiġi preżentata dikjarazzjoni fil-qosor fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ qabel ma l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità. 2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni fil-qosor tiġi preżentata f'uffiċċju doganali ieħor, kemm-il darba dan l-uffiċċju minnufih jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament id-dettalji neċessarji lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ. 3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu, minflok il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor, il-preżentazzjoni ta' notifika u aċċess għad-data fid-dikjarazzjoni fil-qosor fis-sistema elettronika ta' l-operatur ekonomiku. Artikolu 182d 1. Il-proċedura tal-kumitat għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit sett ta' data u format komuni għad-dikjarazzjoni fil-qosor, li jkun fih id-dettalji neċessarji għal analiżi tar-riskju u l-applikazzjoni korretta ta' kontrolli doganali, primarjament għal finijiet ta' sigurtà, bl-użu, fejn xieraq, ta' standards internazzjonali u ta' prattiċi kummerċjali. 2. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi mfassla bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data. Tista' tintuża informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, kemm-il darba din tipprovdi d-dettalji neċessarji. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet fil-qosor fuq il-karta f'ċirkostanzi eċċezzjonali, sakemm huma japplikaw l-istess livell ta' ġestjoni ta' riskju bħal dak applikat għal dikjarazzjonijiet fil-qosor magħmula bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data. 3. Id-dikjarazzjoni fil-qosor għandha tiġi preżentata:
4. Il-persuna msemmija fil-paragrafu 3 għandha, fuq talba tagħha, tiġi awtorizzata sabiex temenda xi wieħed jew aktar mid-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor wara li din tkun ġiet preżentata. Madankollu, l-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara li l-awtoritajiet doganali:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 5a(2), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 36a(4), l-Artikolu 36b(1), l-Artikolu 182a(2) u l-Artikolu 182d(1) għandhom isiru applikabbli minn 11 Mejju 2005.
Id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu applikabbli hekk kif jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet implimentattivi ibbażati fuq l-Artikoli imsemmija fit-tieni subparagrafu. Madankollu, sa tliet snin wara li dawn l-Artikoli jkunu saru applikabbli, għandhom jiġu installati sistemi ta' dikjarazzjoni elettronika u sistemi awtomizzati għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni ta' riskju u għall-iskambju elettroniku ta' data bejn uffiċċji doganali ta' dħul, ta' importazzjoni, ta' esportazzjoni u ta' ħruġ, kif stipulat fl-Artikoli 13, 36a, 36b, 36ċ, 182b, 182ċ u 182d.
Sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-applikazzjoni ta' dawn l-Artikoli, il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe talba mill-Istati Membri għal estensjoni tal-perjodu ta' tliet snin imsemmi fit-tielet subparagrafu għal sistemi ta' dikjarazzjoni elettronika u sistemi awtomatizzati għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni tar-riskju u għall-iskambju elettroniku ta' data bejn uffiċċji doganali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tipproponi, fejn ikun xieraq, estensjoni tal-perjodu ta' tliet snin imsemmi fit-tielet subparagrafu.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, fit-13 ta' April 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. P. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU C 110, tat-30.4.2004, p. 72.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunusill tad-29 ta' Novembru 2004 (ĠU C 38 E, tal-15.2.2005, p. 36) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Frar 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(4) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(5) ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1.
4.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
20 |
ID-DEĊIŻJONI NRU 649/2005 (KE) TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' April 2005
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE li tistabbilixxi l-azzjoni tal-Komunità għall-Avveniment tal-Kapitali Ewropea għall-Kultura għas-snin 2005 sa 2019
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 151 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi :
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni tal-Komunità għall-avveniment Kapitali Ewropea għall-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 (3) timmira li titfa dawl fuq il-ġid, id-diversità u l-karatteristiċi maqsuma tal-kulturi Ewropej u li tikkontribwixxi għat-titjib ta' l-għarfien reċiproku taċ-ċittadini Ewropej. |
(2) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE jistabbilixxi l-ordni kronoloġiku skond liema l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw nominazzjonijiet għal dan l-avveniment. L-Anness imsemmi huwa limitat għall-Istati Membri fiż-żmien li d-Deċiżjoni ġiet adottata fil-25 ta' Mejju 1999. |
(3) |
L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE jgħid li dik id-deċiżjoni tista' tiġi riveduta, b'mod partikolari bil-ħsieb tat-tkabbir futur ta' l-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Fid-dawl tat-tkabbir tal-2004, huwa importanti li l-Istati Membri l-ġodda ikunu wkoll jistgħu, f'perjodu ta' żmien qasir, jippreżentaw nominazzjonijiet fil-kuntest ta' l-avveniment Kapitali Ewropea tal-Kultura, mingħajr ma jinbidel l-ordni eżistenti għall-Istati Membri l-oħrajn sabiex, mill-2009 'il quddiem u sa l-aħħar ta' l-azzjoni attwali tal-Komunità, żewġ kapitali jistgħu jkunu magħżula kull sena fl-Istati Membri. |
(5) |
Id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE għandha tiġi hekk emendata, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE qiegħda hawn tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Għandha tiġi mdaħħla l-premessa li ġejja:
|
(2) |
L-Artikolu 2(1) għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “1. Bliet fl-Istati Membri għandhom jintgħażlu bħala ‘Kapitali Ewropea tal-Kultura’, meta jkun imisshom, skond kif stabbilit fil-lista li tidher fl-Anness 1. Sa l-2008, inkluż l-għażla għandha tapplika għal belt waħda ta' l-Istat Membru li jidher fuq il-lista. Mill-2009 ‘il quddiem’ l-għażla għandha tapplika għal belt waħda ta' kull Stat Membru li jidher fuq il-lista. L-ordni kronoloġiku stabbilit fl-Anness I jista' jiġi mibdul bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kkonċernati. Kull Stat Membru involut għandu jippreżenta, meta jmissu, in-nominazzjoni ta' belt waħda jew aktar lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni. Din in-nominazzjoni għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn erba' snin qabel m' għandu jibda l-avveniment in kwistjoni u tista tiġi akkumpanjata minn rakkomandazzjoni mill-Istat Membru konċernat.”; |
(3) |
L-Anness I għandu jiġi mibdul bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2004.
Magħmula fi Strasburgu, fit-13 ta' April 2005
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. P. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU C 121, tat-30.4.2004, p. 15.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2004. (ĠU C 25 E, ta' l-1.2.2005, p. 41) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Frar 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).
(3) ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 1.
L-ANNESS
ORDNI TAD-DRITT GĦAN-NOMINA TA' “KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA”
2005 |
L-Irlanda |
|
2006 |
Il-Greċja (1) |
|
2007 |
Il-Lussemburgu |
|
2008 |
Ir-Renju Unit |
|
2009 |
L-Awstrija |
Il-Litwanja |
2010 |
Il-Ġermanja |
L-Ungerija |
2011 |
Il-Finlandja |
L-Estonja |
2012 |
Il-Portugall |
Is-Slovenja |
2013 |
Franza |
Is-Slovakkja |
2014 |
L-Iżvezja |
Il-Latvja |
2015 |
Il-Belġju |
Ir-Repubblika Ċeka |
2016 |
Spanja |
Il-Polonja |
2017 |
Id-Danimarka |
Ċipru |
2018 |
L-Olanda (1) |
Malta |
2019 |
L-Italja |
|
(1) Il-Kunsill Kulturali/Awdjoviżiv, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Mejju 1998, innota l-iskambju ta' pożizzjonijiet bejn il-Greċja u l-Olanda skond l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.
Rettifikazzjonijiet
4.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
22 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1590/2004 tas-26 ta' April 2004 li jistabbilixxi programm Komunitarju dwar il-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru. 1467/94
( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 304 tat-30 ta' Settembru 2004 )
Billi t-test ta' dan ir-Regolament diġà kien ippubblikat bħala Regolament (KE) Nru 870/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 18), it-tieni pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 304, tat-30 ta' Settembru 2004, paġna 1, hija għaldqastant ikkanċellata.