ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 48
24 ta' Marzu 2005


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 456/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-Komunità biex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi wżat u sfruttat aktar. ( 3 )

1

 

*

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji. ( 3 )

9

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 79.

 

(2)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 237 A.

 

(3)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

24.3.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


ID-DEĊIŻJONI NRU 456/2005/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2005

li tistabbilixxi programm pluriennali tal-Komunità biex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi wżat u sfruttat aktar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-evoluzzjoni tas-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-itfaċċar tal-broadband jinfluwenzaw il-ħajja ta' kull ċittadin fl-Unjoni Ewropea billi, inter alia, jistimulaw l-aċċess għat-tagħrif u modi ġodda ta' kif jinkiseb it-tagħrif u b'hekk iżidu t-talba għal kontenut, applikazzjonijiet u servizzi ġodda.

(2)

Il-penetrazzjoni ta' l-internet fil-Komunità għadha qed tikber b'mod konsiderevoli. L-opportunitajiet li joffri l-internet għandhom jiġu sfruttati sabiex jippermettu lil kull individwu u organizzazzjoni fil-Komunità jgawdu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi mill-qsim ta' l-informazzjoni u t-tagħrif. Fl-Ewropa t-triq hija mħejjija sabiex il-potenzjal tal-kontenut diġitali jiġi sfruttat.

(3)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li sar f'Liżbona fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000 saħqu li l-bidla lejn ekonomija diġitali bbażata fuq it-tagħrif, imħeġġa minn beni u servizzi ġodda, ser tkun mutur b'saħħtu għall-iżvilupp, il-kompetittività u l-impjiegi. F'dik l-okkażjoni ġie rikonoxxut b'mod speċifiku r-rwol ta' l-industriji tal-kontenut fil-ħolqien ta' valur miżjud billi jisfruttaw u jirretikolaw id-diversità kulturali Ewropea.

(4)

Il-Pjan ta' Azzjoni eEurope 2005, li jiżviluppa l-istrateġija ta' Liżbona, jagħmel sejħa għal azzjonijiet li jistimulaw l-emerġenza ta' servizzi, applikazzjonijiet u kontenut siguri fuq networks ta' broadband u b'hekk jipprovdu ambjent favorevoli għal investiment privat, għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda, biex tiżdied il-produttività, biex jiġu mmodernizzati s-servizzi pubbliċi u biex tingħata l-opportunità lil kulħadd biex jipparteċipa fis-soċjetà ta' l-informazzjoni globali.

(5)

It-talba għal kontenut diġitali ta' kwalità fl-Ewropa, bi drittijiet bilanċjati ta' aċċess u ta' utenti, minn komunità wiesgħa, kemm jekk huma ċittadini fis-soċjetà, studenti, riċerkaturi, SMEs u utenti kummerċjali oħra, jew persuni bi bżonnijiet speċjali li jixtiequ jkabbru t-tagħrif tagħhom, jew utenti mill-ġdid li jixtiequ jisfruttaw ir-riżorsi tal-kontenut diġitali biex joħolqu servizzi, hija dejjem iżjed evidenti.

(6)

Il-partijiet li għandhom interess fil-kontenut diġitali huma fornituri tal-kontenut (inklużi organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet pubbliċi u privati li joħolqu, jiġbru jew huma sidien ta' kontenut diġitali) u utenti tal-kontenut (inklużi organizzazzjonijiet u intrapriżi li huma utenti finali li jerġgħu jużaw u/jew iżidu fil-valur tal-kontenut diġitali). Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-parteċipazzjoni ta' SMEs.

(7)

Il-Programm eContent (2001-2004) adottat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/48/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 (3) għen l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fuq l-internet u d-diversità lingwistika ta' websajts Ewropej fis-soċjetà ta' l-informazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Ottubru 2003 dwar il-valutazzjoni mid-term tal-programm eContent jerġa' jafferma l-importanza li tittieħed azzjoni f'dan il-qasam.

(8)

L-avvanzi teknoloġiċi joffru l-potenzjal biex jiżdied il-valur tal-kontenut fil-forma ta' tagħrif inkorporat u biex tittejjeb l-interoperabilità fuq il-livell ta' servizz, li hu fundamentali għall-aċċess u l-użu u d-distribuzzjoni tal-kontenut diġitali. Dan huwa rilevanti b'mod partikolari għal dawk l-oqsma ta' interess pubbliku li għandhom jiġu ttrattati minn dan il-programm.

(9)

It-trawwim ta' mudelli kummerċjali sodi isaħħaħ il-kontinwità tal-proġetti mibdija taħt dan il-programm, u b'hekk ittejjeb il-kondizzjonijiet għal rendiment ekonomiku ikbar minn servizzi bbażati fuq l-aċċess għall-kontenut diġitali, u l-użu mill-ġdid tiegħu.

(10)

Ġie definit qafas leġiżlattiv biex jittratta l-isfidi tal-kontenut diġitali fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (4)  (5)  (6)

(11)

Prattiċi differenti fost l-Istati Membri għadhom joħolqu ostakoli tekniċi li jifxklu l-aċċess, l-użu, l-użu mill-ġdid u l-isfruttament wiesgħa ta' l-informazzjoni tas-settur pubbliku fil-Komunità.

(12)

Fejn il-kontenut diġitali jinvolvi data personali, id-Direttivi 95/46/KE (7) u 2002/58/KE (8) għandhom jiġu rispettati u t-teknoloġiji wżati għandhom jirrispettaw u, fejn possibbli, isaħħu l-privatezza.

(13)

Azzjonijiet Komunitarji meħuda dwar il-kontenut ta' l-informazzjoni għandhom jippromwovu l-ispeċifiċità multilingwistika u multikulturali tal-Komunità.

(14)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (9).

(15)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġija ma' inizjattivi u programmi Komunitarji relatati, b'mod partikolari dawk relatati ma' l-edukazzjoni u l-kultura u mal-Kwadru Ewropew ta' l-Interoperabiltà.

(16)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul sħiħ tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, skond it-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina u t-titjib tal-proċedura (10) tal-baġit, l-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit.

(17)

Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-mira li l-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir aktar aċċessibbli, u li jkun jista' jintuża u jiġi sfruttat aktar, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-karattru transnazzjonali tal-kwistjonijiet involuti u jistgħu, għaldaqstant, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni u l-effetti Ewropej ta' l-azzjonijiet, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Għan tal-Programm

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm Komunitarju għall-perijodu 2005-2008 sabiex il-kontenut diġitali fl-Ewropa jsir iżjed aċċessibbli u jkun jista' jiġi wżat u sfruttat aktar, u b'hekk jiġu ffaċilitati l-ħolqien u d-diffużjoni ta' l-informazzjoni - f'oqsma ta' interess pubbliku - fuq livell Komunitarju.

Il-programm għandu jkun magħruf bħala l-programm “eContentplus” (minn issa `l quddiem “il-Programm”)

2.   Sabiex jintlaħaq il-għan ġenerali tal-Programm, il-linji ta' azzjoni li ġejjin għandhom jiġu ttrattati:

(a)

il-faċilitatazzjoni fuq livell Komunitarju ta' l-aċċess għall-kontenut diġitali, l-użu u l-isfruttament tiegħu

(b)

il-faċilitazzjoni tat-titjib tal-kwalità u tisħiħ ta' l-aħjar prattika relatata mal-kontenut diġitali bejn il-fornituri u l-utenti tal-kontenut, u fis-setturi kollha

(ċ)

ir-rafforzar tal-koperazzjoni bejn il-partijiet li għandhom interess fil-kontenut diġitali u l-għarfien.

L-attivitajiet li għandhom jitwettqu taħt dawk il-linji ta' azzjoni jiffukaw fuq oqsma ta' informazzjoni tas-settur pubbliku, data spazjali u kontenut edukattiv, kulturali u xjentifiku kif stabbilit fl-Anness I. Il-programm għandu jiġi implimentat skond l-Anness II.

Artikolu 2

Il-Parteċipazzjoni

1.   Il-Parteċipazzjoni fil-Programm għandha tkun miftuħa għal entijiet legali stabbiliti fl-Istati Membri. Għandha wkoll tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' entijiet legali stabbiliti fil-pajjiżi kandidati skond ftehim bilaterali eżistenti jew li għad iridu jiġu konklużi ma' dawk il-pajjiżi.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-Programm tista' tkun miftuħa għal entijiet legali stabbiliti fl-Istati ta' l-EFTA li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE, skond id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim.

3.   Il-parteċipazzjoni fil-Programm tista' tkun miftuħa, mingħajr sostenn finanzjarju mill-Komunità, għal entijiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali, fejn din il- parteċipazzjoni tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-implimentazzjoni tal-Programm. Id-deċiżjoni biex tiġi permessa din il-parteċipazzjoni għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 3

Il-Kompetenzi tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm.

2.   Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma fuq il-bażi ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tiżgura konsistenza u komplementarità ġenerali ma' politika, programmi u azzjonijiet oħra rilevanti tal-Komunità li għandhom effett fuq l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika fis-soċjetà ta' l-informazzjoni, b'mod partikolari l-programmi ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku tal-Komunità, IDA, eTEN, eInclusion, eLearning, MODINIS u internet Aktar Sigur.

4.   Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) għall-iskopijiet ta' dan li ġej:

(a)

adozzjoni u modifiki tal-programm ta' ħidma;

(b)

iffissar tal-kriterji u l-kontenut tas-sejħiet għal proposti, f'konformità ma' l-għanjiet stabbiliti fl-Artikolu 1;

(ċ)

stima tal-proġetti proposti taħt sejħiet għal proposti għal finanzjament Komunitarju ta' ammont stmat ta' kontribuzzjoni Komunitarja daqs, jew aktar minn, EUR 1 miljun;

(d)

kwalunkwe nuqqas ta' osservanza tar-regoli stabbiliti fl-Anness II.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 4 dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Artikolu 4

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn kumitat.

2.   Fejn hemm riferiment għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 5

Monitoraġġ u Valutazzjoni

1.   Sabiex tiżgura li l-għajnuna Komunitarja tiġi wżata b'mod effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li azzjonijiet taħt din id-Deċiżjoni jkunu suġġett għal stima minn qabel, segwitu u valutazzjoni sussegwenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġta' l-implimentazzjoni ta' proġetti taħt il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-mod li bih ġew imwettqa l-proġetti u l-impatt ta' l-implimentazzjoni tagħhom sabiex tistma jekk intlaħqux l-għanjiet oriġinali

3.   Il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar l-implimentazzjoni tal-linji ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni sa mhux aktar tard minn nofs l-2006. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar il-konsistenza ta' l-ammont għall-2007-2008 mal-perspettiva finanzjarja. Jekk applikabbli, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa fil-proċeduri tal-baġit għall-2007-2008 biex tiżgura l-konsistenza ta' l-appropjazzjonijiet annwali mal-perspettiva finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport finali ta' valutazzjoni fl-aħħar tal-Programm.

4.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-riżultati tal-valutazzjonijiet kwantitativi u kwalitativi tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposti xierqa biex din id-Deċiżjoni tiġi emendata. Ir-riżultati għandhom ikunu mgħoddija qabel il-presentazzjoni ta' l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2007 u 2009 rispettivament.

Artikolu 6

Qafas Finanzjarju

1.   Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet Komunitarji taħt din id-Deċiżjoni għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008 huwa hawnhekk stabbilit għal EUR 149 miljun, li EUR 55,6 miljun minnhom huwa għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2006.

2.   Għall-perijodu wara il-31 ta' Diċembru 2006, l-ammont għandu jitqies konfermat jekk ikun konsistenti għal din il-fażi mal-perspettiva finanzjarja fis-seħħ għall-perijodu li jibda fl-2007.

3.   L-approprjazzjonijiet annwali għall-perijodu mill-2005 sa l-2008 għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja. Tqassim indikattiv ta' l-infiq jinsab fl-Anness III.

Magħmula fi Strasburgu, nhar id-9 ta' Marzu 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. P. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 117, tat-30.4.2004, p. 49.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 2004 (ĠU C 25 E, ta' l-1.2.2005, p. 19), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Jannar 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2005.

(3)  ĠU L 14, tat-18.1.2001, p. 32.

(4)  Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 90).

(5)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tad-drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni (ĠU L 167, tat-22.6.2001, p. 10).

(6)  Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, tas-27.3.1996, p. 20).

(7)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(8)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, tal-31.7.2002, p. 37).

(9)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat mid-Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 25).


ANNESS I

Azzjonijiet

1.   INTRODUZZJONI

eContentplus għandu l-għan globali li jagħmel il-kontenut diġitali fl-Ewropa iżjed aċċessibbli u li jkun jista' jiġi wżat u sfruttat aktar, u b'hekk jiffaċilita l-ħolqien u d-diffużjoni ta' l-informazzjoni - f'oqsma ta' interess pubbliku — fuq il-livell tal-Komunità.

Dan joħloq kondizzjonijiet aħjar għall-aċċess u l-amministrazzjoni ta' kontenut u servizzi diġitali f'ambjenti multilingwistiċi u multikulturali. Dan iwessgħa l-għażla ta' l-utenti u jsostni modi ġodda ta' interazzjoni ma' kontenut diġitali msaħħaħ b'tagħrif, karatteristika li qed issir essenzjali biex il-kontenut isir iżjed dinamiku u mfassal għal kuntesti speċifiċi (tagħlim, kultura, persuni bi bżonnijiet speċjali, eċċ.).

Il-Programm iħejji t-triq għal qafas strutturat għal kontenut diġitali ta' kwalità fl-Ewropa - Iż-Żona Ewropea ta' Kontenut Diġitali - billi jiffaċilita t-trasferiment ta' esperjenzi, l-aħjar prattika u inkroċjament bejn setturi ta' kontenut u fornituri u utenti tal-kontenut.

(a)

il-faċilitatazzjoni fuq livell Komunitarju ta' l-aċċess għall-kontenut diġitali, l-użu u l-isfruttament tiegħu;

(b)

il-faċilitazzjoni tat-titjib tal-kwalità u t-tisħiħ ta' l-aħjar prattika relatata mal-kontenut diġitali bejn il-fornituri u l-utenti tal-kontenut, u bejn is-setturi;

(ċ)

ir-rafforzar tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet li għandhom interess fil-kontenut diġitali u l-għarfien.

II   LINJI TA’ AZZJONI

A.

Il-faċilitazzjoni ta' l-aċċess fuq livell Komunitarju għall-kontenut diġitali, l-użu u l-isfruttament tiegħu

L-attivitajiet li għandhom jitwettqu taħt din il-linja ta' azzjoni jkopru l-istabbiliment ta' rettikolati u allejanzi bejn il-partijiet li għandhom interess, u b'hekk iħeġġu l-ħolqien ta' servizzi ġodda.

L-informazzjoni tas-settur pubbliku, id-data spazjali u l-kontenut edukattiv u kulturali huma l-oqsma mmirati.

Ikun hemm iffukar fuq:

(a)

is-sostenn ta' rikonoxximent usa' ta' l-importanza ta' l-informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI), il-valur kummerċjali tagħha u l-implikazzjonijiet għas-soċjetà assoċjati ta' l-użu tagħha. L-attivitajiet għandhom itejbu l-użu u l-isfruttament transkonfini effettiv tal-PSI bejn organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u kumpanniji privati, inklużi s-SMEs, għal prodotti u servizzi ta' informazzjoni ta' valur miżjud;

(b)

l-inkoraġġiment għal użu usa' ta' data spazjali mill-korpi tas-settur pubbliku, kumpanniji privati, inklużi s-SMEs, u ċittadini permezz ta' mekkaniżmi ta' koperazzjoni f'livell Ewropew. L-attivitajiet għandhom jittrattaw kwistjonijiet kemm tekniċi kif ukoll organizzattivi, filwaqt li jevitaw duplikazzjonijiet u gruppi ta' data spazjali mhux żviluppati biżżejjed. Għandhom jippromwovu l-interoperabiltà transkonfini, filwaqt li jsostnu l-koordinazzjoni bejn aġenziji kartografiċi u t-trawwim ta' servizzi ġodda fuq livell Ewropew għal utenti mobbli. Għandhom isostnu wkoll l-użu ta' standards miftuħa;

(ċ)

it-trawwim tal-proliferazzjoni ta' ġabriet ta' tagħrif Ewropej miftuħa ta' oġġetti diġitali, għal komunitajiet ta' edukazzjoni u ta' riċerka, kif ukoll għall-individwu. L-attivitajiet isostnu l-ħolqien ta' servizzi ta' sensarija trans-Ewropej għal kontenut diġitali ta' tagħlim, b'mudelli kummerċjali relatati. L-attivitajiet għandhom ukoll iħeġġu l-użu ta' standards miftuħa, u l-ħolqien ta' gruppi kbar ta' utenti li janaliżżaw u jettestjaw skemi ta' qabel l-istandardizzazzjoni u ta' speċifikazzjoni bil-għan li jgħaddu l-aspetti multilingwistiċi u multikulturali Ewropej fil-proċess ta' definizzjoni ta' standards globali għall-kontenut diġitali ta' tagħlim;

(d)

il-promozzjoni ta' l-emerġenza ta' infrastrutturi ta' informazzjoni trans-Ewropej għall-aċċess u l-użu ta' riżorsi diġitali kulturali u xjentifiċi Ewropej ta' kwalita għolja permezz tal-kollegament ta' libreriji virtwali, memorji komunitarji, eċċ. L-attivitajiet għandhom ikopru approċċi koordinati għad-diġitizzazzjoni u l-bini ta' kollezzjonijiet, il-konservazzjoni ta' oġġetti diġitali u inventarji ta' riżorsi diġitali kulturali u xjentifiċi. Għandhom itejbu l-aċċess għall-assi diġitali kulturali u xjentifiċi permezz ta' skemi ta' liċenzji effettivi u l-awtorizzazzjoni kollettiva minn qabel tad-drittijiet.

B.

Il-faċilitazzjoni tat-titjib tal-kwalità u tisħiħ ta' l-aħjar prattika relatata mal-kontenut diġitali bejn il-fornituri u l-utenti tal-kontenut, u bejn is-setturi.

L-attivitajiet li għandhom jitwettqu taħt din il-linja ta' azzjoni huma maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni u d-diffużjoni fil-wisa' ta' l-aħjar prattika fil-metodi, proċessi u operazzjonijiet biex jinkisbu kwalità ogħla, effiċjenza u effikaċja akbar fil-ħolqien, l-użu u d-distribuzzjoni ta' kontenut diġitali.

Dawn l-attivitajiet ikopru esperimenti li juru li l-kontenut diġitali jista' jiġi mfittex, użat, użat mill-ġdid, kompost u interoperat fil-kuntest tal-qafas legali eżistenti filwaqt li mill-istadju bikri tal-proċess jilħqu l-ħtiġiet ta' gruppi mmirati u swieq differenti f'ambjent dejjem iżjed multilingwistiku u multikulturali, u jestendu lil hinn minn sempliċi teknoloġiji ta' lokalizzazzjoni.

Dawn l-attivitajiet jisfruttaw il-benefiċċji tat-tisħiħ tal-kontenut diġitali b'data li tinftiehem mill-makni (metadata mfissra sew min-naħa semantika bbażati fuq terminoloġija deskrittiva, lessiċi u ontoloġiji rilevanti).

L-esperimenti jitwettqu fi gruppi tematiċi. Il-ġbir, disseminazzjoni u l-inkroċjament bejn is-setturi ta' tagħrif miksub ikunu parti integrali ta' l-esperimenti.

L-informazzjoni tas-settur pubbliku, d-data spazjali, il-kontenut diġitali edukattiv u kulturali, kif ukoll il-kontenut diġitali xjentifiku u akkademiku huma l-oqsma mmirati ta' applikazzjoni.

Ċ.

Ir-rafforzar tal-koperazzjoni bejn il-partijiet li għandhom interess fil-kontenut diġitali u l-għarfien.

L-attivitajiet li għandhom jitwettqu taħt din il-linja ta' azzjoni jinkludu miżuri li jakkompanjaw leġiżlazzjoni rilevanti li għandha x'taqsam mal-kontenut diġitali, u li jrawwmu kollaborazzjoni akbar bejn il-partijiet li għandhom interess fil-kontenut diġitali, kif ukoll il-bini ta' għarfien. Dawn l-attivitajiet isostnu l-iżvilupp ta' għodda għal benchmarking, monitoraġġ u analiżi, l-istima ta' l-impatt tal-Programm u id-disseminazzjoni ta' riżultati. Huma jidentifikaw u janalizzaw opportunitajiet u problemi emerġenti (e.g. fiduċja, immarkar tal-kwalità, drittijiet ta' proprjetà intellettwali fl-edukazzjoni) u jipproponu soluzzjonijiet, kif ikun meħtieġ.


ANNESS II

Il-mezzi għall-implimentazzjoni tal-programm

1.

Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm skond il-kontenut tekniku speċifikat fl-Anness I.

2.

Il-Programm jiġi mwettaq permezz ta' azzjoni indiretta li tinkludi:

(a)

azzjonijiet bi spejjeż maqsuma

(i)

Progetti mfassla biex jiżdied it-tagħrif sabiex jittejjbu l-prodotti, proċessi u/jew servizzi eżistenti u/jew jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' politika Komunitarja. Normalment, il-finanzjament Komunitarju ma jkunx aktar minn 50 % tal-kost tal-proġett. Il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jiġu rimborżati abbażi ta' 100 % ta' l-ispejjeż addizzjonali;

(ii)

Azzjonijiet ta' l-aħjar prattika biex jinfirex it-tagħrif. Normalment għandhom jitwettqu fi gruppi tematiċi u kollegati permezz ta' rettikolati tematiċi. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-miżuri stabbiliti taħt dan il-punt tkun limitata għall-ispejjeż diretti meqjusa meħtieġa jew xierqa biex jintlaħqu għanjiet speċifiċi ta' l-azzjoni;

(iii)

Rettikolati tematiċi: rettikolati li jġibu flimkien varjetà ta' partijiet li għandhom interess madwar għan teknoloġiku u organizzattiv speċifiku, sabiex jiffaċilitaw attivitajiet ta' koordinazzjoni u t-trasferiment ta' tagħrif. Jistgħu jkunu kollegati ma' azzjonijiet ta' l-aħjar prattika. Jingħata sostenn għall-ispejjeż addizzjonali eliġibbli tal-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-rettikolat. Il-parteċipazzjoni Komunitarja tista' tkopri l-ispejjeż addizzjonali eliġibbli ta' dawn il-miżuri.

(b)

miżuri ta' akkompanjament

Miżuri ta' akkompanjament jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Programm jew it-tħejjija ta' attivitajiet futuri. Miżuri ddedikati għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, proċessi jew servizzi, attivitajiet ta' marketing u promozzjoni tal-bejgħ huma esklużi.

(i)

studji li jagħtu sostenn lill-Programm, inkluża t-tħejjija ta' attivitajiet futuri;

(ii)

skambju ta' informazzjoni, konferenzi, seminars, workshops jew laqgħat oħra u l-amministrazzjoni ta' attivitajiet miġbura;

(iii)

attivitajiet ta' disseminazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni.

3.

L-għażla ta' azzjonijiet bi spejjeż maqsuma tkun ibbażata fuq sejħiet għal proposti ppubblikati fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji fis-seħħ.

4.

Applikazzjonijiet għal sostenn Komunitarju għandhom jipprovdu, fejn xieraq, pjan finanzjarju li jelenka l-elementi kollha tal-finanzjament tal-proġetti, inklużi s-sostenn finanzjarju mitlub mill-Komunità, u kwalunkwe talba oħra għal jew għotjiet ta' sostenn minn għejjun oħra.

5.

Miżuri ta' akkompanjament jiġu implimentati permezz ta' sejħiet għall-offerti skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji fis-seħħ.


ANNESS III

Tqassim indikattiv ta' l-infiq

1.

Faċilitazzjoni f'livell Komunitarju ta' l-aċċess għall-kontenut diġitali, l-użu u l-isfruttament tiegħu

40 - 50 %

2.

Faċilitazzjoni tat-titjib tal-kwalità u t-tisħiħ ta' l-aħjar prattika relatata mal-kontenut diġitali bejn il-fornituri u l-utenti tal-kontenut, u bejn is-setturi.

45 - 55 %

3.

Rafforzar tal-koperazzjoni bejn il-partijiet li għandhom interess fil-kontenut diġitali u l-għarfien.

8 — 12 %


24.3.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


ID-DIRETTIVA 2005/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2005

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji

(Test b' relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 1999 intitolata “L-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: pjan ta' azzjoni” jidentifika serje ta' azzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jiġi komplut is-suq wieħed għas-servizzi finanzjarji.

(2)

Fil-laqgħa tiegħu f'Liżbona fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew talab għall-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni sa l-2005.

(3)

Fis-17 ta' Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixxa l-Kumitat ta' l-Għorrief dwar ir-Regolazzjoni tas-Swieq tat-Titoli Ewropej. Fir-rapport finali tiegħu, il-Kumitat ta' l-Għorrief talab għall-istabbiliment ta' qafas regolatorju fuq erba' livelli sabiex il-proċess regolatorju għal-leġislazzjoni tat-titoli Komunitarja isir aktar flessibli, effettiv u trasparenti.

(4)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar regolazzjoni aktar effettiva tas-suq tat-titoli fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma tat-23 u 24 ta' Marzu 2001 laqa' r-rapport tal-Kumitat ta' l-Għorrief u talab sabiex jiġi implimentat l-approċċ fuq erba' livelli.

(5)

Fid-dawl ta' dawk l-iżviluppi, il-Kummissjoni fis-6 ta' Ġunju 2001 adottat Deċiżjonijiet 2001/527/KE (4) u 2001/528/KE (5) li jistabbilixxu, rispettivament, il-Kumitat ta' Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR) u l-Kumitat tat-Titoli Ewropew (ESC).

(6)

Ir-responsabbilitá demokratika u t-trasparenza jridu jkunu inerenti fl-hekk imsejjaħ proċess Lamfalussy u l-estensjoni tiegħu, u jistgħu jkunu garantiti biżżejjed biss billi jiġi rispettat il-bilanċ interistituzzjonali fir-rigward ta' miżuri implimentattivi.

(7)

Din id-Direttiva temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-bidu u t-tkomplija ta' l-intrapriża ta' assigurazzjoni diretta barra assigurazzjoni fuq il-ħajja (6),85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS) (7), 91/675/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 li tistabbilixxi Kumitat ta' Assigurazzjoni (8), 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva ta' l-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja) (9) u 93/6/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-adekwatezza ta' kapital ta' ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu (10) u Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19/KE tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija tad-depositi (11), 98/78/KE tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' intrapriżi ta' l-assigurazzjoni fi grupp ta' assugurazzjoni (12) , 2000/12/KE ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (13), 2001/34/KE tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli (14) , 2002/83/KE tal-5 ta' Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (15) u 2002/87/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, intrapriżi ta' l-assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju. Din id-Direttiva timmira biss li tagħmel ċerti bidliet fl-istruttura organizzativa tal-Kumitati. L-ebda waħda mill-modifiki ma hija maħsuba li għandha testendi l-poteri mogħtija lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' dawn id-Direttivi sabiex tadotta miżuri implimentattivi, u lanqas il-poteri mogħtija lill-Kunsill bis-saħħa tad-Direttiva 93/6/KEE.

(8)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2002, il-Parlament Ewropew endorsja l-approċċ fuq erba' livelli fis-settur tat-titoli, abbażi ta' dikjarazzjoni solenni magħmula fl-istess jum mill-Kummissjoni quddiem il-Parlament u abbażi ta' l-ittra tat-2 ta' Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissarju għas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fir-rigward tas-salvagwardji għar-rwol tal-Parlament Ewropew f'dan il-proċess. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Novembru 2002, il-Parlament talab sabiex jiġu estiżi ċerti aspetti ta' dak l-approċċ għas-setturi bankarji u ta' l-assigurazzjoni suġġett għal impenn ċar min-naħa tal-Kunsill sabiex jiżgura bilanċ istituzzjonali tajjeb.

(9)

L-impenji assunti mill-Kummissjoni fir-rigward ta' leġislazzjoni dwar it-titoli bid-dikjarazzjoni tal-5 ta' Frar 2002 u bl-ittra tat-2 ta' Ottubru 2001 it-tnejn hawn fuq imsemmija għandhom ikunu komplimentati b'garanziji biżżejjed dwar bilanċ istituzzjonali tajjeb.

(10)

Fit-3 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta arranġamenti, bażati fuq ir-Rapport Finali tal-Kumitat ta' l-Għorrief, għas-setturi tas-servizzi finanzjarji l-oħra .

(11)

Salvagwardji fir-rigward ta' l-estensjoni ta' l-approċċ fuq erba' livelli huma meħtieġa wkoll minħabba li l-istituzzjonijiet ta' l-UE għadhom ma jibbenefikawx minn esperjenza prattika estensiva tal-proċess Lamfalussy fuq erba' livelli. Barra minn hekk, l-ewwel u t-tieni Rapporti ad Interim tal-grupp ta' sorveljanza interistituzzjonali li qed jissorvelja l-proċess Lamfalussy għamlu ċerti rimarki u kritika dwar il-funzjonament tal-proċess.

(12)

Il-veloċitá ta' adozzjoni tal-leġislazzjoni u l-kwalitá tal-leġislazzjoni huma objettivi fundamentali tal-proċess Lamfalussy. Is-suċċess tal-proċess Lamfalussy jiddependi aktar fuq ir-rieda politika tas-sħab istituzzjonali sabiex jistabbilixxu qafas xieraq għall-adozzjoni tal-leġislazzjoni milli fuq l-aċċelerazzjoni ta' l-istabbiliment tad-dispożizzjonijiet tekniċi delegati relatati. Flimkien ma' dan, enfasi żejda fuq il-veloċitá ta' l-istabbiliment tad-dispożizzjonijiet delegati tista' toħloq problemi sinifikanti fir-rigward tal-kwalitá ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

(13)

L-estensjoni tal-proċess Lamfalussy hija mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet possibli dwar l-organizzazzjoni ta' superviżjoni fuq livell Ewropew.

(14)

Għal dawk il-għanijiet, fir-rigward tas-settur bankarju, ir-rwol tal-Kumitat Konsultattiv Bankarju (BAC) stabbilit bid-Direttiva 2000/12/KE għandu jiġi addattat.

(15)

Sabiex jiġi rifless dak ir-rwol addattat, il-BAC għandu jinbidel b' “il-Kumitat Bankarju Ewropew”.

(16)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/12/KE huma miżuri ta' firxa ġenerali u għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (16).

(17)

Il-miżuri implimentattivi adottati m' għandhomx jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet essenzjali tad-Direttivi.

(18)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tlett xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' abbozz ta' miżuri implimentattivi sabiex jiġi mogħti ċ-ċans jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, għandu jkun possibli, f'każijiet urġenti u debitament ġustifikati, li dan il-perjodu jiġi mqassar. Jekk, f'dak il-perjodu, tiġi mgħoddija riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni terġa' teżamina l-abbozzi ta' miżuri.

(19)

Fl-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji segwenti: il-bżonn li tiġi żgurata fiduċja fi swieq finanzjarji fost investituri billi jiġu promossi standards għoljin ta' trasparenza fi swieq finanzjarji, il-bżonn li l-investituri jiġu pprovduti b'firxa wiesgħa ta' investimenti li jikkompetu u b'livell ta' żvelar u protezzjoni adattat għaċ-ċirkostanzi tagħhom, il-bżonn li jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b'mod konsistenti, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra kriminalitá ekonomika, il-bżonn ta' livelli għoljin ta' trasparenza u konsultazzjoni mal-parteċipanti kollha tas-suq u mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, il-bżonn li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni fi swieq finanzjarji biex dawn ikunu dinamiċi u effiċjenti; il-bżonn li tiġi żgurata l-integritá tas-suq permezz ta' sorveljanza u reazzjoni mill-qrib ta' l-innovazzjoni finanzjarja, l-importanza li jiġi mnaqqas il-prezz tal-kapital u li jiġi miżjud l-aċċess għalih; il-bilanċ ta' l-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-parteċipanti tas-suq fuq bażi fit-tul (inkluż intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u investituri żgħar) fi kwalunkwe miżuri implimentattivi, il-bżonn li tiġi kkoltivata l-kompetittivita internazzjonali ta' swieq finanzjarji ta' l-UE mingħajr preġudizzju għall-estensjoni tant meħtieġa ta' kooperazzjoni internazzjonali; il-bżonn li tinħoloq żona li fiha l-parteċipanti kollha tas-suq jistgħu jieħdu sehem fuq l-istess livell billi jiġu stabbiliti regolamenti mifruxa ma' l-UE kull darba li jkun xieraq; il-bżonn li jiġu rispettati differenzi fis-swieq nazzjonali fejn dawn ma jinfluwenzawx b'mod eċċessiv il-koerenza tas-suq wieħed; u l-bżonn li tiġi żgurata koerenza ma' leġislazzjoni Komunitarja oħra f'dan il-qasam, minħabba li żbilanċi f'informazzjoni u nuqqas ta' trasparenza jistgħu jpoġġu l-operazzjoni tas-swieq fil-periklu u fuq kollox jistgħu jkunu ta' dannu għall-konsumaturi u investituri żgħar.

(20)

Ċerti dispożizzjonijiet eżistenti għal emendi tekniċi tad-Direttiva 2000/12/KE għandhom bżonn jiġu allineati mad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(21)

Sabiex tiġi żgurata konsistenza istituzzjonali u ġuridika ma' l-approċċ meħud f'setturi oħra Komunitarji, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (17) stabbilixxiet il-Kumitat Bankarju Ewropew b' kapaċita' ta' konsulenza sabiex jgħin lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' leġislazzjoni bankarja Komunitarja. Ir-referenzi għall-funzjonijiet konsultattivi tal-BAC fid-Direttiva 2000/12/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(22)

Fir-rigward tas-sorveljanza ta' proporzjonijiet ta' osservazzjoni għas-solvibilitá u likwiditá ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, il-kompetenzi tal-BAC m' humiex aktar meħtieġa minħabba l-armonizzazzjoni ta' regoli ta' suffiċjenza ta' kapital u ta' żviluppi fit-tekniċi użati minn istituzzjonijiet ta' kreditu sabiex ikejlu u jamministraw ir-riskju ta' likwiditá tagħhom.

(23)

Barra minn hekk, il-progress sostanzjali magħmul fil-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet superviżorji, b'mod speċjali permezz ta' Memoranda ta' Ftehim, għamlu superfluwu l-issorveljar regolari mill-Kummissjoni ta' ċerti deċiżjonijiet superviżorji individwali u l-irrapurtar sistematiku tagħhom lill-BAC.

(24)

L-istabbiliment tal-Kumitat Bankarju Ewropew m' għandux jelimina forom oħra ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti involuti fir-regolazzjoni u s-superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'mod speċjali fil-Kumitat ta' Superviżuri Bankarji Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (18).

(25)

Il-Kumitat dwar l-Assigurazzjoni (IC), stabbilit skond id-Direttiva 91/675/KEE għandu jgħin lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lilha bid-Direttivi adottati fil-qasam ta' l-assigurazzjoni, u b'mod speċjali, sabiex tagħmel l-adattamenti tekniċi meħtieġa sabiex jittieħed kont ta' żviluppi fis-settur ta' l-assigurazzjoni; tali miżuri għandhom jiġu meħuda skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(26)

Skond id-Direttiva 91/675/KEE, l-IC għandu wkoll jeżamina kwalunkwe mistoqsija marbuta ma' l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet Komunitarji dwar is-settur ta' l-assigurazzjoni u, b'mod speċjali, sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar proposti għal leġislazzjoni li l-Kummissjoni tkun bi ħsiebha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(27)

Sabiex jinbena suq intern fejn dawk li jkollhom polza ta' assigurazzjoni u benefiċċjarji, huma protetti sew, intrapriżi ta' assigurazzjoni u ta' pensjonijiet tax-Xogħol li qed joperaw fis-suq intern skond il-prinċipji ta' libertá ta' stabbiliment u libertá li wieħed jipprovdi servizzi huma soġġetti għal-leġislazzjoni Komunitarja speċifika. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tinżamm stabbilitá finanzjarja, dik il-leġislazzjoni għandha tkun tista' tiġi addattata malajr għal tibdil fis-suq li jaffettwa dawk is-setturi, b'mod speċjali fir-rigward ta' aspetti finanzjarji u tekniċi.

(28)

Ir-rwol ta' l-IC għandu għalhekk jiġi addattat, u dan il-Kumitat għandu skond dan jiġi msemmi mill-ġdid “il-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol”. Madankollu, fil-qasam tal-pensjonijiet tax-xogħol, il-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol m' għandux jindirizza aspetti tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi soċjali bħall-organizzazzjoni ta' reġimi tax-xogħol, b'mod speċjali sħubija ta' bilfors u r-riżultati ta' ftehim ta' negozjati kollettivi.

(29)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' atti koperti mid-Direttiva 91/675/KEE huma miżuri ta' firxa ġenerali u għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(30)

Sabiex tiġi żgurata konsistenza istituzzjonali u ġuridika ma' l-approċċ meħud f'setturi Komunitarji oħra, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (19) stabbilixxiet il-Kumitat Ewropew ta' l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol b' kapaċita' ta' konsulenza sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-oqsma ta' l-assigurazzjoni u pensjonijiet tax-xogħol. Ir-referenzi għall-funzjonijiet konsultattivi ta' l-IC fid-Direttiva 91/675/KEE għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(31)

Id-Direttiva 85/611/KEE stabbiliet Kumitat ta' Kuntatt UCITS sabiex jgħin lill-Kummissjoni billi tiffaċilita l-implimentazzjoni armonizzata ta' dik id-Direttiva permezz ta' konsultazzjonijiet regolari, jippromwovi l-konsultazzjoni bejn Stati Membri u jagħti pariri lill-Kummissjoni, jekk meħtieġ, dwar emendi li għandhom isiru għal dik id-Direttiva.

(32)

Il-Kumitat għall-Kuntatt UCITS jaġixxi wkoll bħala Kumitat tal-“komitoloġija” fis-sens tad-Deċiżjoni 1999/468/KE sabiex jgħin lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-emendi tekniċi li għandhom isiru għad-Direttiva 85/611/KEE.

(33)

Fit-3 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu passi sabiex tittrasferixxi lill-ESC inter alia l-funzjoni ta' pariri lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi tagħha f'idejn il-Kumitat għall-Kuntatt UCITS.

(34)

Sabiex jiġi implimentat kompletament il-mudell stabbilit f'Direttivi riċenti fil-qasam tat-titoli, b'mod speċjali mid-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (20) — li tagħti lill-ESC il-kompitu li jagħti pariri lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri regolatorji tagħha, filwaqt li jħalli l-organizzazzjoni ta' aspetti oħra tax-xogħol ta' l-ESC sabiex jiġu irregolati bid-Deċiżjoni 2001/528/KE — jeħtieġ li jiġu mħassra d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu, skond l-Artikolu 53 tad-Direttiva 85/611/KEE, l-organizzazzjoni u d-doveri tal-Kumitat ta' Kuntatt UCITS attwali barra l-kapaċita ta' “komitoloġija” tiegħu.

(35)

Il-kompetenzi ta' l-ESC għandhom għalhekk jiġu espressament estiżi lil hinn minn dawk li diġa' ġew mogħtija lilha bid-Direttiva 2003/6/KE, sabiex ikopru l-funzjonijiet attwalment stabbiliti fid-Direttiva 85/611/KEE. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din l-aħħar Direttiva huma miżuri ta' firxa ġenerali u għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(36)

Huwa meħtieġ li jiġu emendati skond dan id-Direttivi 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE, 93/6/KEE, 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 93/6/KEE, 94/19/KE, U 2000/12/KE DWAR IS-SETTUR BANKARJU

Artikolu 1

Direttiva 93/6/KEE

Fit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 93/6/KEE, il-kliem “u lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju” għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 2

Direttiva 94/19/KE

Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/19/KE, it-kliem “Kumitat Konsultattiv Bankarju” għandu jiġi mibdul bil-kliem “Kumitat Bankarju Ewropew”.

Artikolu 3

Direttiva 2000/12/KE

Id-Direttiva 2000/12/KE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1.)

L-Artikolu 2(4) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“4.

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60(2) għandha tiddeċiedi dwar emendi għal-lista fil-paragrafu 3.”;

2)

It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 2(5), għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“Fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu għajr dawk li huma stabbiliti f'żoni riklamati ġodda mill-baħar jew li irriżultaw minn diviżjoni jew inkorporazzjoni ta' istituzzjonijiet eżistenti dipendenti jew li jaqgħu taħt ir-responsabbiltá tal-korpi ċentrali, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 60(2) tista' tistabbilixxi regoli addizzjonali għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu inkluż it-tħassir ta' eżenzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu, fejn taħseb li l-affiljazzjoni ta' istituzzjonijiet ġodda li jibbenefikaw mill-arranġamenti stabbiliti fit-tieni subparagrafu jista' jkollhom effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.”;

3)

L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

Artikolu 4

Awtorizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jiksbu l-awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l-attivitajiet tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-ħtiġijiet għal din l-awtorizzazzjoni suġġett għal Artikoli 5 sa 9, u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.”;

4)

fl-Artikolu 22(9), it-tieni sentenza għandha tiġi mħassra.

5)

fl-Artikolu 22(10), it-tieni sentenza għandha tiġi mħassra.

6)

L-Artikolu 23(1) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“1.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra:

(a)

bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' sussidjarji diretti jew indiretti li waħda jew aktar ta' l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz;

(b)

kull meta impriża prinċipali bħal dik takkwista holding f' istituzzjoni ta' kreditu Komunitarja b' mod illi din ta' l-aħħar issir sussidjarja.

Meta tingħata l-awtorizzazzjoni lis-sussidjarja diretta jew indiretta ta' waħda jew aktar mill-impriżi prinċipali mil-liġi ta' pajjiżi terzi, l-istruttura tal-grupp għandha tiġi speċifikata fin-notifika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11.”;

7)

fl-Artikolu 24(2), il-kliem “Kumitat Konsultattiv Bankarju” għandhom jinbidlu bil-kliem “Kumitat Bankarju Ewropew”;

8)

l-Artikolu 25 paragrafu 3 għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“3.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 300(1) u (2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Bankarju Ewropew, teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.”;

9)

it-tielet sentenza ta' l-Artikolu 49(2), il-kliem “Kumitat Konsultattiv Bankarju” għandhom jinbidlu bil-kliem “Kumitat Bankarju Ewropew”;

10)

it-tielet sentenza ta' l-Artikolu 52(9) għandha tiġi mibdula bis-segwenti:

“L-awtoritá kompetenti kkonċernata għandha tibgħat tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.”;

11)

Fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56a, il-kliem “Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju jista'” għandhom jiġu mibdula bil-kliem “Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Kumitat Bankarju Ewropew sabiex”;

12)

it-Titolu VI għandu jiġi mħassar;

13)

l-Artikolu 60(2) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“2.

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Bankarju Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (21) (minn issa `l quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’).

(21)  ġU L 3, tas-7.1.2004, p. 36.;”"

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tlett xhur.

Il-Kumitat għandu jadotta ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

14)

Fl-Artikolu 64(2) u (6), il-kliem “u lill-Kumitat Konsultattiv Bankarju” għandhom jiġu mħassra.

KAPITOLU II

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 73/239/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE, 98/78/KE U 2002/83/KE DWAR IS-SETTURI TA' L-ASSIGURAZZJONI U L-PENSJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 4

Direttiva 73/239/KEE

Id-Direttiva 73/239/KEE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

“Artikolu 29a

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra:

(a)

bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' sussidjarji diretti jew indiretti li waħda jew aktar ta' l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz;

(b)

kull meta impriża prinċipali bħal dik takkwista sehem f'istituzzjoni ta' kreditu Komunitarja b' mod illi din ta' l-aħħar issir sussidjarja.

2.   Meta tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) lis-sussidjarja diretta jew indiretta ta' waħda jew aktar mill-impriżi prinċipali mil-liġi ta' pajjiżi terzi, l-istruttura tal-grupp għandha tiġi speċifikata fin-notifika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni”;

2)   fl-Artikolu 29b(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel subparagrafu, jista' wkoll jiġi deċiż fi kwalunkwe mument, u flimkien mal-bidu tan-negozjati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (*) u b'mod konformi ma' l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 tagħha li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jillimitaw jew jissospendu d-deċiżjonijiet tagħhom fir-rigward ta' dan li ġej:

(a)

talbiet għal awtorizzazzjoni, kemm jekk pendenti fil-mument tad-deċiżjoni jew preżentati wara;

(b)

l-akkwist ta' holding minn intrapriżi prinċipali diretti jew indiretti regolati mil-liġi tal-pajjiż terz in kwistjoni.

Artikolu 5

Direttiva 91/675/KEE

Id-Direttiva 91/675/KEE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1)   fit-Titolu, il-kliem “Kumitat ta' l-Assigurazzjoni” għandhom jiġu mibdula bil-kliem “Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet Tax-Xogħol”.

2)   L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“Artikolu 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (**) (minn issa `l quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’).

2.   Il-president tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej ta' l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (***) għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur.

3.   Il-Kumitat jista' jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tagħha.

4.   Is-segretarjat tal-Kumitat għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

3)   L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“Artikolu 2

Fejn atti adottati fil-qasam ta' assigurazzjoni diretta mhux fuq il-ħajja u assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, assigurazzjoni mill-ġdid u pensjonijiet tax-xogħol jagħtu lill-Kummissjoni poteri għall-implimentazzjoni tar-regoli li jistabbilixxu huma, l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (****) għandhom japplikaw wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.

2.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

4)   L-Artikoli 3 u 4 għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 6

Direttiva 92/49/KEE

Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 40(10) tad-Direttiva 92/49/KEE, il-kliem “jiġi preżentat rapport lill-Kumitat ta' l-Assigurazzjoni stabbilit bid-Direttiva 91/675/KEE” għandhom jiġu mibdula bil-kliem “jinforma lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol b'”.

Artikolu 7

Direttiva 98/78/KE

Id-Direttiva 98/78/KE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1.)   l-Artikolu 10a(3) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“3.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 300(1) u (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, il-Kummissjoni, għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li toħroġ minnu.”;

2)   l-Artikolu 11(5) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“5.

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk meħtieġ, dwar il-bżonn għal armonizzazzjoni ulterjuri.”.

Artikolu 8

Direttiva 2002/83/KE

Id-Direttiva 2002/83/KE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1.)

Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 46(9), il-kliem “il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat ta' l-Assigurazzjoni rapport li jqassar” huma mibdula bil-kliem “il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol”;

2.)

L-Artikolu 58 għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

Artikolu 58

Informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra:

(a)

bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' sussidjarji diretti jew indiretti li waħda jew aktar ta' l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz;

(b)

kull meta impriża prinċipali bħal dik takkwista holding f'istituzzjoni ta' kreditu Komunitarja b' mod illi din ta' l-aħħar issir sussidjarja.

Meta tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija f' punt (a) lis-sussidjarja diretta jew indiretta ta' waħda jew aktar mill-impriżi prinċipali mil-liġi ta' pajjiżi terzi, l-istruttura tal-grupp għandha tiġi speċifikata fin-notifika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.”.

3)

L-Artikolu 65(1) għandu jinbidel b' li ġej:

“1.

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (*****).

(*****)  ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 34.”"

KAPITOLU III

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 85/611/KEE U 2001/34/KE DWAR IS-SETTUR TAT-TITOLI

Artikolu 9

Direttiva 85/611/KEE

Id-Direttiva 85/611/KEE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 6ċ għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

f'paragrafu 9, it-tieni sentenza għandha tiġi mibdula bis-segwenti:

“Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.”;

(b)

f'paragrafu 10, it-tieni sentenza għandha tiġi mibdula bis-segwenti:

“Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.”;

2)

Fl-Artikolu 14(6), it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

3)

Fl-Artikolu 21(4) lit-tielet sentenza għandha tiġi mibdula bis-segwenti:

“Tali informazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' skambju ta' opinjonijiet fil-Kumitat Ewropew tat-Titoli.”;

4)

Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 22(4), ir-raba' sentenza għandha tiġi mibdula bis-segwenti:

“Tali komunikazzjonijiet jistgħu jkunu is-suġġett ta' skambju ta' opinjonijiet fil-Kumitat Ewropew tat-Titoli.”;

5)

It-titolu tas-Sezzjoni X għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“Kumitat Ewropew tat-Titoli”.

6)

L-Artikolu 53 għandu jiġi mħassar.

7)

L-Artikolu 53a għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

Artikolu 53a

L-emendi tekniċi li jridu jsiru lil din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 53b(2):

(a)

iċċarar tad-definizzjonijiet sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva fil-Komunitá kollha;

(b)

allinjament ta' terminoloġija u r-riformulazzjoni ta' definizzjonijiet skond l-atti sussegwenti dwar UCITS u kwistjonijiet relatati.”;

(8)

Għandu jiġi mdaħħal l-Artikolu segwenti:

Artikolu 53b

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 (******), minn issa 'l quddiem “il-Kumitat”.

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (*******) wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(******)  ĠU L 191, tat-13.7.2001 p. 45. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/8/KE (ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 33)."

(*******)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.”"

Artikolu 10

Direttiva 2001/34/KE

Id-Direttiva 2001/34/KE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 108 għandu jiġi mħassar;

2)

L-Artikolu 109 għandu jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 109

1.   Sabiex jiġi aġġustat, in vista tal-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni ekonomika, l-ammont minimu tal-kapitalizzazzjoni tas-suq prevedibbli mniżżla taħt l-Artikolu 43(1), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat tat-Titoli Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 (********) abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (*********), konformi ma' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tlett xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(********)  ĠU, L 191, tat-13.7.2001 p. 45. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/8/KE (ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 33)."

(*********)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.”"

KAPITOLU IV

EMENDA GĦAD-DIRETTIVA 2002/87/KE DWAR KONGLOMERAZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 11

Direttiva 2002/87/KE

L-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2002/87/KE għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“2.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 300(1) u (2) tat-Trattat, il-Kummissjoni, għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Bankarju Ewropew, il-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Kumitat tal-Kongolmerati Finanzjarji, teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.”.

KAPITOLU V:

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Miżuri ta' Implimentazzjoni

1.   Il-miżuri implimentattivi adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 8 tagħha m' għandhomx jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet essenzjali tad-Direttivi.

2.   Il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tlett xhur.

3.   Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, li jirregolaw l-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni, jiġu modifikati, il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva u, jekk xieraq, tipproponi emendi. Tali reviżjoni għandha xorta waħda issir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 13

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sat-13 ta' Mejju 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

L-Indirizzati

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar id-9 ta' Matzu 2005.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. P. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 112, tat-30.4.2004, p. 21.

(2)  ĠU C 58, tas-6.3.2004, p. 23.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2004.

(4)  ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 43.

(5)  ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 45. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/8/KE (ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 33).

(6)  ĠU L 228, tas-16.08.1973 p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(7)  ĠU L 375, tal-31.12.1985 p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, tat-30.4.2004, p. 1).

(8)  ĠU L 374, tal-31.12.1991 p. 32. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(9)  ĠU L 228, tal-11.8.1992 p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1).

(10)  ĠU L 141, tal-11.6.1993 p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/39/KE.

(11)  ĠU L 135, tal-31.5.1994 p. 5. Direttiva kif emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(12)  ĠU L 330, tal-5.12.1998 p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2002/87/KE.

(13)  ĠU L 126, tas-26.5.2000 p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/69/KE (ĠU L 125, tat-28.4.2004, p. 44).

(14)  ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 64).

(15)  ĠU L 345, 19.12.2002 p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE (ĠU L 168, ta' l-1.5.2004, p. 35).

(16)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

(17)  ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 36.

(18)  ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 28.

(19)  ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 34.

(20)  ĠU L 96, tat-12.04.03, p. 16.