ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 48
8 ta' Frar 2005


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene ta' l-għalf ( 2 )

1

 

*

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani

23

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 35

 

(2)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

8.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 35/1


IR-REGOLAMENT (KE) Nru 183/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Jannar 2005

li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene ta' l-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37(2) u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-produzzjoni ta' l-annimali għandha sehem importanti fis-settur agrikolu tal-Komunità. Riżultati sodisfaċenti ta' din l-attività jiddependu ħafna fuq l-użu ta' għalf li mhux perikoluż u ta' kwalità tajba.

(2)

L-insegwiment ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa umana u ta' l-annimali hu wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-liġi ta' l-ikel, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi ta' l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel u proċeduri fil-materja tas-sigurtà fl-ikel (3). Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll prinċipji oħra komuni u definizzjonijiet għal-liġi ta' l-ikel nazzjonali u tal-Komunità, li jinkludu l-għan li l-moviment liberu ta' l-għalf jidħol fis-seħħ fi ħdan il-Komunità.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE (4) stabbiliet il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti applikabbli għal ċerti kategoriji ta' stabbilimenti u intermedjarji fis-settur ta' l-għalf ta' l-annimali, biex jagħmluha possibli għalihom li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom. L-esperjenza wriet li dawn il-kondizzjonijiet u arranġamenti jikkostitwixxu bażi soda biex jiżguraw is-sigurtà fl-ikel. Dik id-Direttiva stabbiliet ukoll il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti li jipproduċu ċerti sustanzi elenkati fid-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' ġunju 1982 dwar ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali (5).

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/51/KE tad-9 ta' Lulju 1998 li tistabbilixxi ċerti miżuri li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti biex jiġu approvati u rreġistrati ċerti stabbilimenti u intermedjarji li joperaw fis-settur ta' l-għalf ta' l-annimali (6) stabbiliet ċerti miżuri li kienu jinkludu arranġamenti għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(5)

L-esperjenza wriet ukoll li meħtieġ li jiġi żgurat li negozji ta' l-għalf, inkluż l-akwakultura, joperaw skond il-ħtiġijiet armonizzati ta' sigurtà u li hu meħtieġ li ssir reviżjoni ġenerali sabiex titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat livell ogħla ta' protezzjoni tas-saħħa umana u ta' l-annimali, u ta' l-ambjent.

(6)

L-għan prinċipali tar-regoli ġodda dwar l-iġjene stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-sigurtà ta' l-ikel u ta' l-għalf u, tenut kont b'mod partikolari tal-prinċipji li ġejjin:

(a)

li r-responsabbilità primarja għas-sigurtà ta' l-għalf hija ta' l-operatur fis-suq ta' l-għalf;

(b)

il-bżonn li s-sigurtà ta' l-għalf tiġi żgurata permezz tal-katina alimentari, li tibda bil-produzzjoni primarja ta' l-għalf, sa u tinkludi, t-tmigħ ta' annimali li jipproduċu l-ikel;

(ċ)

l-implimentazzjoni ġenerali ta' proċeduri bbażati fuq il-prinċipji ta' analiżi tar-riskju u tal-punti kritiċi ta' kontroll (HACCP) li, flimkien ma' l-applikazzjoni tal-prattika tajba ta' l-iġjene, għandha ssaħħaħ r-responsabbiltà ta' l-operaturi fis-suq ta' l-għalf;

(d)

li l-gwidi għall-prattika tajba huma strument siewi sabiex jgħinu lill-operaturi fis-suq ta' l-għalf f'kull livell tal-katina alimentari biex jikkonformaw mar-regoli ta' l-iġjene ta' l-għalf u ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' l-HACCP;

(e)

il-bżonn li jkunu stabbiliti kriterji mikrobijoloġiċi bbażati fuq kriterji xjentifiċi dwar riskju;

(f)

il-bżonn li jkun żgurat li l-għalf importat jilħaq standard ta' l-inqas ekwivalenti għal dak ta' l-għalf prodott fil-Komunità.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tas-sistema ta' reġistrazzjoni u ta' approvazzjoni lill-operaturi kollha fis-suq ta' l-għalf u, b'konsegwenza ta' dan, li jiġi ggarantit l-intraċċar sħiħ, huwa xieraq li jiġi żgurat li huma jakkwistaw u jużaw biss għalf minn stabbilimenti li jkunu rreġistrati u/jew approvati skond dan ir-Regolament.

(8)

Hemm bżonn ta' approċċ integrat sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta' l-għalf minn u nkluż il-produzzjoni primarja ta' l-għalf sa, u nkluż it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni tiegħu. Il-produzzjoni primarja ta' l-għalf tinkludi prodotti li jgħaddu minn trattament fiżiku sempliċi biss bħal tindif, ippakkjar, ħżin, tnixxif naturali jew rfigħ fil-fosos.

(9)

Skond il-prinċipji ta' proporzjonalità u sussidjarjetà, ir-regoli tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għal ċerti każi ta' produzzjoni domestika privata ta' għalf u tmigħ ta' ċerti annimali lanqas għall-provista diretta ta' kwantitajiet żgħar ta' produzzjoni primarja ta' għalf fuq livell lokali jew għall-bejgħ bl-imnut ta' ikel għal annimali domestiċi.

(10)

Ir-riskji preżenti fl-għalf fil-livell tal-produzzjoni primarja ta' l-għalf għandhom jiġu identifikati u kkontrollati b'mod adekwat, sabiex ikun żgurat li jiġu sodisfatti l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Il-prinċipji fundamentali ta' dan ir-Regolament għandhom għalhekk japplikaw għal irziezet li jimmanifatturaw għalf għall-ħtiġijiet tal-produzzjoni tagħhom biss, kif ukoll għall-ishma li jpoġġu l-għalf għall-bejgħ. Għalhekk għandu jiġi kkunsidrat li r-riskju huwa inqas jekk l-għalf ikun prodott u wżat għat-tmigħ ta' annimali wżati biss għall-konsum domestiku, jew għal konsum mill-annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni ta' l-ikel. Il-kummerċ ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti ta' l-għalf fuq livell lokali u l-bejgħ bl-imnut ta' ikel għal annimali domestici għandhom ikollhom trattament partikolari fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(11)

L-applikazzjoni tal-prinċipji ta' l-HACCP għall-produzzjoni primarja ta' għalf hija l-għan fuq medda ta' żmien medjana tal-leġislazzjoni Ewropea dwar l-iġjene. Imma gwidi għal prattika tajba għandhom diġà jkunu qed jinkoraġġixxu l-użu tal-ħtiġijiet xierqa ta' l-iġjene.

(12)

Is-sigurtà ta' l-għalf tiddependi minn għadd ta' fatturi. Il-leġislazzjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet iġjeniċi minimi. Kontrolli uffiċjali biex jiċċekkjaw l-osservanza ta' l-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom diġà jkunu fis-seħħ. Barra minn hekk, l-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jieħdu miżuri jew jadottaw proċeduri biex jiksbu livell għoli ta' sigurtà fl-ikel.

(13)

Il-prinċipji ta' l-HACCP jistgħu jgħinu lill-operaturi fis-suq ta' l-għalf sabiex jiksbu standard ogħla ta' sigurtà ta' l-għalf. Il-prinċipji ta' l-HACCP m'għandhomx jitqiesu bħala metodu ta' regolazzjoni personali u ma tieħux post il-kontrolli uffiċjali.

(14)

L-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' l-HACCP teħtieġ il-koperazzjoni sħiħa u l-impenn ta' l-impjegati fis-suq ta' l-għalf.

(15)

Fil-produzzjoni ta' l-għalf, il-prinċipji ta' l-HACCP għandhom iqisu l-prinċipji li jinsabu fil-Codex Alimentarius, imma għandha tħalli biżżejjed flessibiltà f'kull sitwazzjoni. F'ċertu negozji ta' l-ikel, mhux possibbli li wieħed jidentifika l-punti kritiċi ta' kontroll, u, f'xi każijiet, il-prattika tajba tista' tieħu post il-kontroll tal-punti kritiċi ta' kontroll. Bl-istess mod, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti “limiti kritiċi” kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius ma teħtieġx li jiġi ffissat limitu numeriku f'kull każ. Il-bżonn li jinżammu dokumenti kif stabbiliti fl-istess Kodiċi jeħtieġ li jkun flessibli sabiex jiġu evitati piżijiet żejda fuq negozji żgħar ħafna. Għandu jiġi żgurat li x-xogħol li jsir minn negozju ta' l-għalf fil-livell ta' produzzjoni primarja ta' l-għalf, inkluż il-proċessi assoċjati kif ukoll it-taħlit ta' l-għalf ma' materjal kumplimentarju ta' l-ikel għall-ħtiġijiet esklussivi ta' l-istess ażjenda, m’humiex obbligati li jsegwu l-prinċipji ta' l-HACCP.

(16)

Hi meħtieġa wkoll flessibbiltà biex taqdi l-bżonnijiet tan-negozji ta' l-ikel li qegħdin f'reġjuni li jsofru minn restrizzjonijiet ġeografiċi speċjali jew li għandhom x'jaqsmu ma' ħtiġijiet strutturali. Imma din it-tip ta' flessibbiltà m'għandhiex tikkomprometti l-għanijiet ta' l-iġjene fl-għalf. Fejn hu xieraq, għandu jkun hemm provvediment għal diskussjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(17)

Sistema ta' reġistrazzjoni u approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tan-negozji kollha ta' l-għalf hija xierqa biex tiżgura t-traċċabbiltà mill-fabbrikant sa l-utent finali u biex tħaffef l-implimentazzjoni ta' kontrolli uffiċjali effettivi. Is-sistemi eżistenti għall-ġbir ta' data li tikkonċerna n-negozji ta' l-għalf jistgħu jintużaw mill-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jagħtu bidu u jimplimentaw is-sistema li jipprovdi dan ir-Regolament.

(18)

Hu xieraq li sistema ta' approvazzjoni għan-negozji ta' l-għalf tkun miżmuma għall-attivitajiet li jistgħu jkollhom riskju ogħla fil-manifattura ta' l-għalf. Għandu jkun hemm provvediment għal proċeduri biex il-kamp ta' applikazzjoni preżenti tas-sistema ta' approvazzjoni provduta fid-Direttiva 95/69/KE tkun estiża.

(19)

Sabiex jiġu approvati jew reġistrati, n-negozji ta' l-għalf għandhom jissodisfaw bosta kondizzjonijiet relevanti għax-xogħol tagħhom, rigward faċilitajiet, tagħmir, persunal, produzzjoni, kontroll tal-kwalità, ħażna u dokumentazzjoni, sabiex jiżguraw kemm is-sigurtà ta' l-għalf kif ukoll it-traċċabbiltà tal-prodott. Għandu jkun hemm provvediment sabiex dawn il-kondizzjonijiet ivarjaw, biex jiżguraw li jkunu jixirqu għat-tipi varji ta' negozji ta' l-għalf. L-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtu approvazzjoni kondizzjonali lil stabbilimenti, jekk jidher minn żjara fuq il-post li l-istabbiliment jissodisfa l-ħtiġijiet kollha rigward infrastruttura u apparat. Madankollu, huwa wkoll xieraq li jkun stabbilit perjodu massimu ta' żmien għal din l-approvazzjoni kondizzjonali.

(20)

Għandu jkun hemm provvediment għas-sospensjoni temporanja, l-emendar jew ir-revoka tar-reġistrazzjoni jew l-approvazzjoni fejn l-istabbilimenti jibdlu jew iwaqqfu l-attività tagħhom jew ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet applikabbli għall-attività tagħhom;

(21)

It-traċċabbiltà ta' l-għalf u l-ingredjenti ta' l-għalf tul il-katina ta' l-għalf hija element essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta' l-għalf. Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jinkludi regoli li jiżguraw it-traċċabbiltà ta' l-għalf u ta' l-ingredjenti ta' l-għalf u jipprovdi proċedura għall-adozzjoni ta' regoli implimentattivi applikabbli għal setturi speċifiċi.

(22)

Kriżijiet suċċessivi fil-qasam ta' l-għalf urew li nuqqasijiet f'xi stadju tal-katina ta' l-għalf jistgħu jkollhom konsegwenzi ekonomiċi importanti. Il-karatteristiċi tal-produzzjoni ta' l-għalf u l-kumplessità ta' l-għalf fil-katina tad-distribuzzjoni tiegħu jfissru li huwa diffiċli li għalf jiġi rtirat mis-suq. Il-prezz li jitħallas biex tiġi rratifikata l-ħsara ekonomika tul il-katina ta' l-għalf u ta' l-ikel sikwiet ikun imġarrab mill-fondi pubbliċi. Ir-rimedjar għal din il-konsegwenza ekonomika bi prezz baxx għas-soċjetà jista' jittejjeb jekk l-operatur li l-attività tiegħu tikkawża l-ħsara ekonomika fis-settur ta' l-għalf jinżamm finanzjarjament responsabbli. Madankollu, li tiġi stabbilita sistema mandatorja ġenerali ta' responsabbiltà finanzjarja u ta' garanziji finanzjarji, per eżempju permezz ta' assigurazzjoni, li tapplika għall-operaturi kollha fis-settur ta' l-għalf tista' ma tkunx possibbli jew approprjata. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tikkunsidra din il-kwistjoni aktar fil-fond, filwaqt li tieħu kont ta' dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni preżenti rigward responsabbiltà f'oqsma oħra, kif ukoll sistemi u użanzi eżistenti fl-Istati Membri. B'dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, flimkien ma' proposti leġislattivi, fejn ikun xieraq.

(23)

Għalf importat fil-Komunità għandu jissodisfa r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-kondizzjonijiet ta' importazzjoni kif jidhru fir-Regolament (KE) Nru. 882/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex il-verifika ta' konformità mal-leġislazzjoni dwar l-għalf u l-ikel, u r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-benesseri tagħhom tkun żgurata (7). Sabiex jiġu evitati disturbi fil-kummerċ huwa xieraq li, sakemm jitlestew il-miżuri implimentattivi, importazzjonijiet jibqgħu jiġu awtorizzati skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/51/KE.

(24)

Prodotti tal-Komunità esportati lejn pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(25)

Huwa xieraq li l-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema ta' Allert Rapidu għall-Ikel u għall-Għalf stabbilita bir-Regolament (KE) Nru. 178/2002 jitwessa' biex jinkludi riskji għas-saħħa ta' l-annimali jew għall-ambjent minn għalf użat għal annimali li ma jipproduċux ikel.

(26)

Il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene ta' l-għalf għandha tkun ibbażata fuq pariri xjentifiċi. B'dan l-għan, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għandha tiġi kkonsultata kull meta jkun hemm bżonn.

(27)

Biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku, għandu jkun hemm koperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(28)

Dan ir-Regolament jieħu kont ta' l-obbligi internazzjonali stabbiliti fil-Ftehim Sanitarju u Fitosanitarju tal-WTO u l-istandards internazzjonali dwar is-sigurtà ta' l-ikel li hemm fil-Codex Alimentarius.

(29)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad- dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

(30)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (8).

(31)

Huwa xieraq li tkun provduta data diferita għall-applikazzjoni tar-Regolament, sabiex in-negozji ta' l-għalf affettwati minnu jkunu jistgħu jaddattaw irwiehom.

(32)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-Direttivi 95/69/KE u 98/51/KE għandhom jiġu mħassra,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

MATERJA TAS-SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Materja tas-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)

regoli ġenerali fuq l-iġjene ta' l-għalf;

(b)

kondizzjonijiet u arranġamenti li jiżguraw it-traċċabbiltà ta' l-għalf;

(ċ)

kondizzjonijiet u arranġamenti għar-reġistrazzjoni u approvazzjoni ta' stabbilimenti.

Artikolu 2

Kamp ta' l-applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

l-attivitajiet ta' l-operaturi fis-suq ta' l-għalf f'kull stadju, minn u jinkludu l-produzzjoni primarja ta' l-għalf, sa u jinkludu, t-tqegħid ta' l-għalf fis-suq;

(b)

it-tmigħ ta' annimali li jipproduċu l-ikel;

(ċ)

l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' għalf minn u lejn pajjiżi terzi.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal:

(a)

produzzjoni domestika privata ta' l-għalf:

(i)

għal annimali li jipproduċu l-ikel miżmuma għall-konsum domestiku privat;

u

(ii)

għal annimali mhux miżmuma għall-produzzjoni ta' l-ikel;

(b)

tmigħ ta' annimali li jipproduċu l-ikel miżmuma għall-konsum domestiku privat jew għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru. 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' oġġetti ta' l-ikel (9);

(ċ)

tmigħ ta' annimali mhux miżmuma għall-produzzjoni ta' ikel;

(d)

forniment dirett ta' kwantitajiet żgħar ta' produzzjoni primarja ta' għalf fuq livell lokali mill-produttur lil irziezet lokali għall-użu f'dawk l-irziezet;

(e)

bejgħ bl-imnut ta' ikel għall-annimali domestici.

3.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli u direzzjonijiet biex jirregolaw l-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2. Dawn ir-regoli u d-direzzjonijiet nazzjonali għandhom jiżguraw li jiksbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, soġġett għad-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

“iġjene fl-għalf” tfisser miżuri u kondizzjonijiet neċessarji biex jiġu kkontrollati r-riskji u biex jiżguraw li l-għalf huwa tajjeb biex jittiekel minn annimali, kont meħud ta' l-użu li għalih huwa maħsub;

(b)

“operatur fis-suq ta' l-għalf” tfisser il-persuna naturali jew legali responsabbli biex tiżgura li l-ħtiġijiet tar-Regolament preżenti jiġu sodisfatti fin-negozju ta' l-għalf taħt il-kontroll tagħhom;

(ċ)

“addittivi fl-għalf” tfisser sustanzi jew mikro-organiżmi awtorizzati skond ir-Regolament (KE) Nru. 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali (10);

(d)

“stabbiliment” tfisser kull unità ta' negozju ta' l-għalf;

(e)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz nominata biex twettaq kontrolli uffiċjali;

(f)

“produzzjoni primarja ta' l-għalf” tfisser il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli, li jinkludu b'mod partikolari it-tkabbir, il-ħsad, il-ħlib, it-trobbija ta' annimali (qabel il-qtil tagħhom) jew is-sajd li tirriżulta esklusivament fi prodotti li fuqhom ma jkunx hemm aktar proċessar wara l-ħsad, il-ġbir jew il-qbid, minbarra trattament sempliċiment fiżiku.

KAPITOLU II

OBBLIGI

Artikolu 4

Obbligi Ġenerali

1.   Operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jiżguraw li l-istadji kollha ta' produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni taħt il-kontroll tagħhom jiġu mwettqa skond il-leġislazzjoni applikabbli tal-Komunità, il-liġi nazzjonali kompatibbli magħha u l-prattika tajba. B'mod partikolari għandhom jiżguraw li jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti ta' l-iġjene stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   Meta jitimgħu annimali li jipproduċu l-ikel, min irabbi l-annimali f'razzett għandu jieħu miżuri u jadotta proċeduri li jżommu r-riskju ta' kontaminazzjoni bijoloġika, kimika u fiżika ta' l-għalf, ta' l-annimali u ta' prodotti ta' l-annimali baxx kemm jista' jkun.

Artikolu 5

Obbligi speċifiċi

1.   Għax-xogħol fil-livell ta' produzzjoni primarja ta' l-għalf u x-xogħol assoċjat li jidher hawn taħt:

(a)

ġarr, ħażna u manipulazzjoni ta' prodotti primarji fil-post ta' produzzjoni;

(b)

xogħol ta' trasport għall-kunsinna ta' prodotti primarji mill-post tal-produzzjoni sa stabbiliment;

(ċ)

taħlit ta' l-għalf għall-ħtiġijiet esklussivi ta' l-ażjendi stess mingħajr l-użu ta' addittivi jew taħlit lest ta' addittivi bl-eċċezzjoni ta' addittivi użati fil-ħżin ta' ħaxix f'sajlo,

l-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I, fejn ikun relevanti għax-xogħol imwettaq.

2.   Għal xogħol ieħor barra minn dak li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, inkluż it-taħlit ta' l-għalf għall-ħtiġijiet esklussivi ta' l-ażjendi stess meta jintużaw addittivi jew taħlitiet lesti ta' addittivi bl-eċċezzjoni ta' addittivi użati fil-ħżin ta' ħaxix f'sajlo, l-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fl-Anness II, fejn ikun relevanti għax-xogħol imwettaq.

3.   L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom:

(a)

jikkonformaw ma' kriterji mikrobijoloġiċi speċifiċi;

(b)

jieħdu miżuri jew jadottaw proċeduri neċessarji biex jilħqu miri speċifiċi.

Il-kriterji u l-miri li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2).

4.   L-operaturi fis-suq ta' għalf jistgħu jużaw il-gwidi pprovduti fil-Kapitolu III biex jgħinuhom jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom skond dan ir-Regolament.

5.   Kull min irabbi l-annimali f'razzett għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III meta jitma' annimali li jipproduċu l-ikel.

6.   L-operaturi fis-suq ta' l-għalf u min irabbi l-annimali f'razzett għandhom jakkwistaw u jużaw għalf minn stabbilimenti li huma rreġistrati u/jew li huma approvati skond dan ir-Regolament biss.

Artikolu 6

Sistema ta' analiżi tar-riskju u tal-punti kritiċi ta' kontroll (HACCP)

1.   L-operaturi fis-suq ta' għalf li qed iwettqu xogħol għajr dak li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu fis-seħħ proċedura jew proċeduri bil-miktub permanenti bbażati fuq il-prinċipji ta' analiżi tar-riskju u ta' l-HACCP.

2.   Il-prinċipji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 huma li ġejjin:

(a)

li jiġu identifikati xi riskji li għandhom jinżammu milli jseħħu, jiġu eliminati jew imnaqqsa għal livelli aċċettabbli;

(b)

li jiġu identifikati l-punti kritiċi ta' kontroll fil-punt jew punti fejn il-kontroll huwa essenzjali biex ir-riskju jinżamm milli jseħħ jew jiġi eliminat jew jitnaqqas għal livelli aċċettabbli;

(ċ)

li jiġu stabbiliti limiti kritiċi f'punti kritiċi ta' kontroll li jisseparaw dak li hu aċċettabbli minn dak li mhuwiex, għall-prevenzjoni, eliminazzjoni jew tnaqqis tar-riskji identifikati;

(d)

li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri effettivi ta' monitoraġġ f'punti kritiċi ta' kontroll;

(e)

li tiġi stabbilita azzjoni korrettiva meta l-monitoraġġ jindika li punt kritiku ta' kontroll mhuwiex taħt kontroll;

(f)

li jiġu stabbiliti proċeduri biex jivverifikaw li l-miżuri imsemmija fil-punti (a) sa (e) ikunu kompluti u jaħdmu b'mod effettiv. Proċeduri ta' verifika għandhom jitwettqu b'mod regolari;

(g)

li jiġu stabbiliti dokumenti u reġistri fi proporzjon għan-natura u d-daqs tan-negozji ta' l-għalf sabiex juru l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri stabbiliti fil-punti (a) sa (f).

3.   Meta jsir xi bdil fi prodott, proċess, jew kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar, tal-ħżin jew tad-distribuzzjoni, l-operaturi fis-suq ta' għalf għandhom jirrevedu l-proċeduri tagħhom u jagħmlu t-tibdil meħtieġ.

4.   Bħala parti mis-sistema tal-proċeduri li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, l-operaturi fis-suq ta' l-għalf jistgħu jużaw gwidi ta' prattika tajba flimkien ma' gwidi dwar l-applikazzjoni tal- HACCP, żviluppati skond l-Artikolu 20.

5.   Miżuri jistgħu jiġu adottati biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi għal negozji żgħar, skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31 (2).

Artikolu 7

Dokumenti dwar is-sistema tal-HACCP

1.   L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom:

(a)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-evidenza tal-konformità tagħhom ma' l-Artikolu 6 fil-forma mitluba mill-awtorità kompetenti;

(b)

jiżguraw li dawk id-dokumenti li jiddeskrivu l-proċeduri prodotti skond l-Artikolu 6 jinżammu dejjem aġġornati;

2.   L-awtorità kompetenti għandha tqis in-natura u d-daqs tan-negozju ta' l-għalf meta tkun qed tiffissa l-ħtiġijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a).

3.   Jistgħu jiġu adottati arranġamenti ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2). Dawn l-arranġamenti jistgħu jagħmluha aktar faċli għal xi operaturi fis-suq ta' l-għalf biex jimplimentaw il-prinċipji tal-HACCP żviluppati skond il-Kapitolu III, bil-għan li jikkonformaw ma' l-Artikolu 6(1).

Artikolu 8

Garanziji Finanzjarji

1.   Sabiex tipprepara għal sistema effettiva ta' garanziji finanzjarji għall-operaturi fis-suq ta' għalf, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar garanziji finanzjarji fis-settur ta' l-għalf sa 8 ta' Frar 2006; minbarra li jeżamina d-dispożizzjonijiet legali, s-sistemi u l-prattiċi fuq livell nazzjonali li jeżistu fir-rigward tar-responsabbiltà fis-settur ta' l-għalf u setturi relatati, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti legislattivi għal sistema ta' garanziji li tkun possibbli u prattikabbli fuq il-livell tal-Komunità. Dawk il-garanziji għandhom ikopru l-ispejjeż kollha li għalihom l-operaturi jistgħu jinżammu responsabbli bħala konsegwenza diretta ta' l-irtirar mis-suq, it-trattament u/jew il-qerda ta' xi għalf, annimali jew ikel prodott minnhom.

2.   L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jinżammu responsabbli għal kwalunkwe ksur tal-leġislazzjoni relevanti dwar is-sigurtà ta' l-għalf u l-operaturi fit-tifsira ta' l-Artikolu 5(2) għandhom jipprovdu provi li huma koperti bil-garanziji finanzjarji meħtieġa mill-miżuri leġislativi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Kontrolli Uffiċjali, notifikazzjoni u reġistrazzjoni

1.   L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità u l-liġi nazzjonali kompatibbli magħha.

2.   L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom:

(a)

jgħarrfu lill-awtorità kompetenti xierqa b'kull stabbiliment taħt il-kontroll tagħhom, li huma attivi f'xi stadju ta' produzzjoni, ipproċessar, ħażna, trasport jew distribuzzjoni ta' għalf, fil-forma meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex dawn jiġu rreġistrati;

(b)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b'informazzjoni aġġornata fuq kull stabbiliment taħt il-kontroll tagħhom kif imsemmija fil-punt (a), kif ukoll jinformaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla sinifikanti fl-attivitajiet u kull għeluq ta' stabbiliment eżistenti.

3.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm reġistru jew reġistri ta' stabbilimenti.

Artikolu 10

Approvazzjoni ta' stabbilimenti tan-negozju ta' għalf

L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jiżguraw li stabbilimenti taħt il-kontroll tagħhom u koperti b'dan ir-Regolament jiġu approvati mill-awtorità kompetenti, meta:

(1)

dawn l-istabbilimenti jwettqu xi waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-manifattura u/jew il-bejgħ fis-suq ta' addittivi ta' l-għalf koperti bir-Regolament (KE) Nru. 1831/2003 jew prodotti koperti bid-Direttiva 82/471/KEE u li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(b)

il-manifattura u/jew it-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet lesti ppreparati bl-użu ta' addittivi ta' l-għalf li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(ċ)

il-manifattura għat-tqegħid fis-suq, jew il-produzzjoni esklussivament għall-bżonnijiet ta' l-ażjendi stess, ta' oġġetti ta' l-ikel komposti li jużaw addittivi ta' għalf jew taħlitiet lesti li jkun fihom addittivi ta' l-għalf u li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(2)

l-approvazzjoni hija meħtieġa skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn ikun jinsab l-istabbiliment;

jew

(3)

l-approvazzjoni hija meħtieġa skond ir-Regolament adottat skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2).

Artikolu 11

Ħtiġijiet

L-operaturi fis-suq ta' l-għalf m'għandhomx joperaw mingħajr:

(a)

reġistrazzjoni skond l-Artikolu 9;

jew

(b)

approvazzjoni, meta meħtieġa skond l-Artikolu 10.

Artikolu 12

Informazzjoni fuq ir-regoli nazzjonali dwar l-approvazzjoni

Dak l-Istat Membru li jeħtieġ l-approvazzjoni skond l-Artikolu 10(2) ta' ċerti stabbilimenti li jinsabu fit-territorju tiegħu għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-regoli nazzjonali relevanti.

Artikolu 13

Approvazzjoni ta' stabbilimenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss stabbilimenti li waqt żjara fuq il-post, qabel il-bidu ta' kull attività, urew li jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti skond dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni kondizzjonali jekk jidhrilha, miż-żjara fuq il-post, li l-istabbiliment jissodisfa l-ħtiġijiet kollha rigward infrastruttura u tagħmir. Hi għandha tagħti approvazzjoni sħiħa biss jekk jidher, wara żjara oħra fuq il-post li għandha ssir fi żmien tliet xhur minn meta tingħata l-approvazzjoni kondizzjonali, li l-istabbiliment ikun jissodisfa l-ħtiġijiet l-oħra li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1. Jekk ikun hemm progress ċar imma l-istabbiliment ikun għad ma jissodisfax il-ħtiġijiet kollha, l-awtorità kompetenti tista' ttawwal l-approvazzjoni kondizzjonali. Madankollu, l-approvazzjoni kondizzjonali ma tistax taqbeż total ta' sitt xhur.

Artikolu 14

Sospensjoni tar-reġistrazzjoni jew ta' l-approvazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tissospendi temporanjament ir-reġistrazzjoni jew l-approvazzjoni ta' stabbiliment għal attività waħda, aktar jew kollha tiegħu, fejn jintwera li l-istabbiliment ma baqax jissodisfa l-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-attivitajiet.

Din is-sospensjoni għandha ddum sakemm l-istabbiliment jerġa' jissodisfa l-kondizzjonijiet. Fil-każ li dawn il-kondizzjonijet ma jittranġawx fi żmien sena, għandu japplika l-Artikolu 15.

Artikolu 15

Revoka ta' reġistrazzjoni jew approvazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tirrekova r-reġistrazzjoni jew l-approvazzjoni ta' stabbiliment għal waħda jew aktar mill-attivitajiet tiegħu meta:

(a)

l-istabbiliment iwaqqaf waħda jew aktar mill-attivitajiet tiegħu;

(b)

jintwera li l-istabbiliment ma ssodisfax il-kondizzjonijiet applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, għall-perjodu ta' sena;

(ċ)

issib nuqqasijiet serji jew kellha twaqqaf il-produzzjoni ta' stabbiliment b'mod ripetut u l-operatur fis-suq ta' l-għalf jkun għadu mhux f'qagħda li jipprovdi garanziji adekwati fir-rigward ta' produzzjoni futura.

Artikolu 16

Emendi għar-reġistrazzjoni jew għall-approvazzjoni ta' stabbiliment

Fuq talba, l-awtorità kompetenti għandha temenda r-reġistrazzjoni jew l-approvazzjoni ta' stabbiliment, fejn hu jkun wera l-kapaċità li jiżviluppa attivitajiet li huma addizzjonali għal dawk li għalihom kien irreġistrat jew approvat fil-bidu, jew dawk li jsiru minflokhom.

Artikolu 17

Eżenzjoni minn żjarat fuq il-post

1.   L-Istati Membri huma eżenti mill-obbligu li jwettqu żjarat fuq il-post skond l-Artikolu 13 ta' negozji ta' l-għalf li joperaw biss bħala kummerċjanti, mingħajr ma jżommu l-prodotti fuq il-post.

2.   Dawn in-negozji ta' l-għalf għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti dikjarazzjoni, fil-forma skond kif deċiża mill-awtorità kompetenti, li tgħid li l-għalf li huma jqiegħdu fis-suq huwa konformi mal-kondizzjonijet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Miżuri Transitorji

1.   Stabbilimenti u intermedjarji approvati u/jew irreġistrati skond id-Direttiva 95/69/KE jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom bil-kondizzjoni li jippreżentaw, mhux aktar tard minn 1 ta' Jannar 2006, notifika f'dan is-sens lill-awtorità kompetenti relevanti tal-post fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet tagħhom.

2.   Stabbilimenti u intermedjarji li ma jeħtieġux la reġistrazzjoni u lanqas approvazzjoni skond id-Direttiva 95/69/KE, imma li jeħtieġu reġistrazzjoni skond dan ir-Regolamenti jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom, bil-kondizzjoni li jippreżentaw, mhux aktar tard minn 1 ta' Jannar 2006, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-awtorità kompetenti relevanti tal-post fejn qegħdin il-faċilitajiet tagħhom.

3.   Sa 1 ta' Jannar 2008, l-applikant għandu jiddikjara, fil-forma skond kif deċiża mill-awtorità kompetenti, li hu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu s-sistemi eżistenti għall-ġbir ta' data u jitolbu lil min qed jagħmel in-notifika jew lill-applikant biex jipprovdi biss l-informazzjoni addizzjonali li tiggarantixxi li hu jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw bħala applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 notifika taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 19

Lista ta' stabbilimenti rreġistrati u approvati

1.   Għal kull attività, l-awtorità kompetenti għandha ddaħħal f'lista jew listi nazzjonali l-istabbilimenti li tkun irreġistrat skond l-Artikolu 9.

2.   Stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 13 għandhom jitniżżlu f'lista nazzjonali b'numru ta' identifikazzjoni individwali.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornati d-daħliet ta' stabbilimenti fil-listi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 u 2 skond id-deċiżjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 14, 15 u 16 biex jissospendu, jirrevokaw jew jemendaw reġistrazzjoni jew approvazzjoni.

4.   Il-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha titfassal skond il-mudell stabbilit fl-Anness V, Kapitolu I.

5.   In-numru ta' identifikazzjoni li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 għandu jkun fil-forma stabbilita fl-Anness V, Kapitolu II.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-parti tal-listi ta' l-Istati Membri li jinkludu l-istabbilimenti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għall-ewwel darba f'Novembru 2007, u minn hemm 'il quddiem kull sena, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru. Il-lista konsolidata għandha tinkludi l-emendi magħmula matul is-sena.

7.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-listi ta' stabbilimenti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku.

KAPITOLU III

GWIDI GĦAL PRATTIKA TAJBA

Artikolu 20

L-iżvilupp, it-tixrid u l-użu ta' gwidi

1.   Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' gwidi tal-Komunità għal prattika tajba fis-settur ta' l-għalf u għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta' l-HACCP skond l-Artikolu 22.

Fejn neċessarju, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' gwidi nazzjonali skond l-Artikolu 21.

2.   It-tixrid u l-użu tal-gwidi kemm nazzjonali kif ukoll tal-Komunità għandu jkun imħeġġeġ mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Madankollu, l-operaturi fis-suq ta' l-għalf jistgħu jużaw dawn il-gwidi b'mod volontarju.

Artikolu 21

Gwidi Nazzjonali

1.   Meta jiġu żviluppati gwidi għal prattika nazzjonali tajba, dawn għandhom jiġu żviluppati u mxerrda mis-settur tan-negozji ta' l-għalf:

(a)

b'konsultazzjoni ma' rappreżentanti ta' partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati b'mod sostanzjali, bħalma huma awtoritajiet kompetenti u gruppi ta' dawk li jagħmlu użu mill-prodott;

(b)

wara li jiġu kkunsidrati l-kodiċi relevanti ta' prattika tal-Codex Alimentarius;

u

(ċ)

meta dawn jikkonċernaw il-produzzjoni primarja ta' l-għalf, wara li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jassessjaw il-gwidi nazzjonali biex jiżguraw li:

(a)

dawn ġew żviluppati skond il-paragrafu 1;

(b)

il-kontenut tagħhom huwa prattikabbli għas-setturi li jirreferu għalihom;

u

(ċ)

huma xierqa bħala gwidi għall-konformità ma' l-Artikoli 4, 5 u 6, fis-setturi u/jew għall-għalf konċernat.

3.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu gwidi nazzjonali lill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra sistema ta' reġistrazzjoni għal dawn il-gwidi u tagħmel is-sistema disponibbli għall-Istati Membri.

Artikolu 22

Gwidi tal-Komunità

1.   Qabel ma jiġu żviluppati gwidi tal-Komunità għall-prattika tajba fl-iġjene jew għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta' l-HACCP, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 31(1). L-għan ta' din il-konsultazzjoni għandu jkun li jiġi kkunsidrat l-bżonn għal dawn il-gwidi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-materja tas-suġġett tagħhom.

2.   Fejn ikunu ġew imħejjija gwidi tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn jiġu żviluppati u mxerrda:

(a)

minn jew b'konsultazzjoni ma' rappreżentanti addattati tas-setturi Ewropej fis-suq ta' l-għalf u partijiet oħra interessati, bħal gruppi tal-konsumaturi;

(b)

b'kollaborazzjoni ma' partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jiġu affettwati b'mod sostanzjali, bħalma huma awtoritajiet kompetenti.

3.   Meta l-gwidi tal-Komunità jiġu żviluppati u mxerrda għandu jitqies:

(a)

il-kodiċi ta' prattika relevanti tal-Codex Alimentarius,

u

(b)

meta jikkonċernaw il-produzzjoni primarja ta' għalf, il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Anness I.

4.   Il-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 31(1) għandu jassessja l-abbozz tal-gwidi tal-Komunità biex jiżgura li:

(a)

dawn ġew żviluppati skond il-paragrafi 2 u 3;

(b)

il-kontenut ta' dawn il-gwidi huwa prattikabbli f'kull parti tal-Komunità għas-setturi li jirreferu għalihom;

u

(ċ)

dawn huma xierqa bħala gwidi għall-konformità ma' l-Artikoli 4, 5 u 6, fis-setturi u/jew għall-għalf konċernat.

5.   Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 31(1) biex kull tant żmien jirrevedi xi gwidi tal-Komunità ppreparati skond dan l-Artikolu, b'koperazzjoni ma' l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-għan ta' din ir-reviżjoni għandu jkun li tiżgura li l-gwidi jibqgħu prattikabbli u jikkunsidraw l-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi.

6.   It-titli u referenzi tal-gwidi tal-Komunità ppreparati skond dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU IV

IMPORTAZZJONIJIET U ESPORTAZZJONIJIET

Artikolu 23

Importazzjonijiet

1.   L-operaturi fis-suq ta' l-għalf li jimportaw għalf minn pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-importazzjoni sseħħ biss skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pajjiż terz tad-dispaċċ jidher fuq lista, imħejjija skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru. 882/2004, ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni hija permessa;

(b)

l-istabbiliment tad-dispaċċ jidher fuq lista, imħejjija u aġġornata mill-pajjiż terz skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru. 882/2004, ta' stabbilimenti mingħand min l-importazzjoni ta' l-għalf hi permessa;

(ċ)

l-għalf ġie prodott mill-istabbiliment tad-dispaċċ jew minn stabbiliment ieħor li jidher fil-lista li hemm referenza għaliha fil-punt (b) jew fil-Komunità;

u

(d)

l-għalf jissodisfa:

(i)

il-ħtiġijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u f'kull leġislazzjoni oħra tal-Komunità li tistabbilixxi regoli dwar l-għalf;

jew

(ii)

dawk il-kondizzjonijiet rikonoxxuti mill-Komunità bħala għallinqas ekwivalenti għal dan;

jew

(iii)

fejn jeżisti ftehim speċifiku bejn il-Komunità u l-pajjiż esportatur, il-ħtiġijiet li jinsabu f'dan il-ftehim.

2.   Jista' jiġi adottat mudell ta' ċertifikat ta' importazzjoni skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2).

Artikolu 24

Miżuri Interim

B'deroga mill-Artikolu 33 u sakemm jitħejjew il-listi kif meħtieġa fl-Artikolu 23(1) (a) u (b), l-importazzjonijiet għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/51/KE.

Artikolu 25

Esportazzjonijiet

Għalf, inkluż għalf għal annimali li ma jinżammux għall-produzzjoni ta' ikel, li hu prodott fil-Komunità biex jitqiegħed fis-suq f'pajjiżi terzi, għandu jissodisfa d-dispożizzjonijet ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Miżuri ta' implimentazzjoni

Jistgħu jiġu stabbiliti miżuri implimentattivi skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2).

Artikolu 27

Emendi għall-Annessi I, II, u III

L-Annessi I, II u III jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2), biex jikkunsidraw:

(a)

l-iżvilupp ta' kodiċi ta' prattika tajba;

(b)

l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-HACCP skond l-Artikolu 6;

(ċ)

żviluppi teknoloġiċi;

(d)

pariri xjentifiċi, b'mod partikolari stimi ta' riskji ġodda;

(e)

l-iffissar ta' miri tas-sigurtà ta' l-għalf;

u

(f)

l-iżvilupp ta' ħtiġijiet marbutin ma' operazzjonijiet speċifiċi.

Artikolu 28

Derogi mill-Annessi I, II u III

Jistgħu jingħataw derogi mill-Annessi I, II u III skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2) għal raġunijiet partikolari, sakemm dawn id-derogi ma jaffettwawx l-ksib ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Sistema ta' Sejħa ta' Allarm Rapida

Fil-każ li għalf speċifiku, inkluż għalf għal annimali li ma jinżammux għall-produzzjoni ta' l-ikel, jippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew għall-ambjent, l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 30

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli fuq pieni applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni ffissati għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b'dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa 8 ta' Frar 2007, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 31

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 32

Konsultazzjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea ta' l-Ikel fuq kull materja, li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq is-saħħa pubblika u, b'mod partikolari, qabel ma tipproponi kriterji jew miri skond l-Artikolu 5(3).

Artikolu 33

Revoka

Id-Direttivi li ġejjin huma rrevokati, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri dwar it-termini għal trasposizzjoni, b'effett minn 1 ta' Jannar 2006:

(a)

id-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE;

(b)

id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/51/KE.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn 1 ta' Jannar 2006

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Jannar 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. P. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 32, 5.2.2004, p. 97.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 2004 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 2004.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

(4)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 208, 24.7.1998, p. 43.

(7)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. (Corrigendum: ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.(Corrigendum: ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3).

(10)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.


ANNESS I

PRODUZZJONI PRIMARJA

PARTI A

Ħtiġijiet għan-negozji ta' l-għalf f'livell ta' produzzjoni primarja ta' għalf li hemm referenza għalihom fl-artikolu 5(1)

I.   Dispożizzjonijiet dwar l-iġjene

1.

Operaturi fis-suq ta' għalf responsabbli għal produzzjoni primarja ta' għalf għandhom jiżguraw li l-ħidma tkun mmexxija u mwettqa b'tali mod li timpedixxi, telimina jew tnaqqas riskji bil-potenzjal li jikkompromettu s-sigurtà fl-ikel.

2.

Operaturi fis-suq ta' għalf għandhom jiżguraw, sa fejn hu possibli, li prodotti primarji ffabbrikati, ppreparati, imnaddfa, ippakkjati, maħżuna u ttrasportati taħt ir-responsabbiltà tagħhom huma mħarsa kontra kontaminazzjoni u tħassir.

3.

Operaturi fis-suq ta' għalf għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-punti 1 u 2 billi jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali u tal-Komunità relevanti li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll ta' perikli, li jinkludu:

(i)

miżuri li jikkontrollaw kontaminazzjoni perikoluża bħal dik li toriġina mill-arja, ħamrija, ilma, fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bijoċidi, prodotti mediċinali veterinarji u l-immaniġġjar u rimi ta' skart,

u

(ii)

miżuri li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti, saħħa ta' l-annimali u l-ambjent li għandhom implikazzjonijiet fuq is-sigurtà ta' l-għalf, li jinkludu programmi għall-immonitorjar u l-kontroll ta' aġenti żoonosi u żoonotiċi.

4.

Fejn addattat, l-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jieħdu miżuri adekwati, b'mod partikolari:

(a)

biex iżommu nadif u, fejn meħtieġ wara t-tindif, biex jiddisinfettaw b'mod xieraq, il-faċilitajiet, it-tagħmir, ir-reċipjenti, iċ-ċestuni u l-vetturi wżati għall-produzzjoni, l-preparazzjoni, l-iggradar, l-ippakkjar, il-ħażna u t-trasport ta' l-għalf;

(b)

biex jiżguraw, fejn meħtieġ, kondizzjonijiet iġjeniċi, għall-produzzjoni, t-trasport u l-ħażna ta' l-għalf u l-indafa tiegħu;

(ċ)

biex jużaw ilma nadif kull fejn meħtieġ biex jevitaw kontaminazzjoni perikoluża;

(d)

biex iżommu, sa fejn hu possibbli, annimali u pesti milli jikkawżaw kontaminazzjoni perikoluża;

(e)

biex jaħżnu u jimmanniġġjaw skart u sustanzi perikolużi, separatament u fiż-żgur, sabiex jevitaw kontaminazzjoni perikoluża;

(f)

biex jiżguraw li l-materjal ta' l-ippakkjar ma jkunx sors ta' kontaminazzjoni perikoluża għall-għalf;

(g)

biex jikkonsidraw ir-riżultati ta' kwalunkwe analiżi relevanti li tkun saret fuq parti meħuda minn prodotti primarji jew parti oħra relevanti għas-sigurtà ta' l-ikel.

II.   Żamma ta' reġistri

1.

L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom iżommu reġistri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li ħadu biex jikkontrollaw riskji b'mod xieraq u għal żmien xieraq, bi proporzjon man-natura u mad-daqs tan-negozju ta' l-għalf. L-operaturi fis-suq ta' l-għalf iridu jagħmlu disponibbli l-informazzjoni relevanti f'dawn ir-reġistri għall-awtorità kompetenti.

2.

L-operaturi fis-suq ta' l-għalf iridu, b'mod partikolari, iżommu reġistri fuq:

(a)

kull użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u bijoċidi;

(b)

l-użu ta' żrieragħ modifikati ġenetikament;

(ċ)

kull okkorrenza ta' pesti jew mard li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-prodotti primarji;

(d)

ir-riżultati ta' xi analiżi li tkun saret fuq parti minn prodotti primarji jew parti oħra meħuda għal skopijiet ta' dijanjożi li għandha importanza għas-sigurtà fl-ikel;

(e)

is-sors u l-kwalità ta' kull materjal li jiddaħħal fl-għalf u d-destinazzjoni u l-kwantità ta' kull għalf li joħroġ.

3.

Persuni oħra bħal veterinarji, agronomisti u tekniċi agrikoli, jistgħu jgħinu lill-operaturi fis-suq ta' l-għalf fiż-żamma ta' reġistri fl-oqsma ta' l-attivitajiet li jwettqu fir-razzett.

PARTI B

Rakkomandazzjonijiet għal gwidi ta' prattika tajba

1.

Fejn jiġu stabbiliti gwidi nazzjonali u tal-Komunità li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom ikun fihom direzzjoni ta' prattika tajba għall-kontroll tar-riskji fil-produzzjoni primarja ta' l-għalf.

2.

Gwidi ta' prattika tajba għandhom jinkludu informazzjoni f'lokha fuq riskji li jinqalgħu fil-produzzjoni primarja ta' l-għalf u azzjonijiet ta' kontroll tal-perikoli, inklużi miżuri relevanti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Komunità u nazzjonali jew programmi tal-Komunità u nazzjonali, bħal:

(a)

il-kontroll tal-kontaminazzjoni bħal mikotossini, metalli tqal, materjal radjoattiv;

(b)

l-użu ta' ilma, skart organiku u fertilizzanti;

(ċ)

l-użu tajjeb u f'loku ta' prodotti għall-protezzjoni ta' pjanti u bijoċidi u t-traċċabbiltà tagħhom;

(d)

l-użu tajjeb u f'loku ta' prodotti mediċinali veterinarji u addittivi fl-għalf u t-traċċabbiltà tagħhom;

(e)

il-preparazzjoni, l-ħażna u t-traċċabbiltà ta' materjal ta' l-għalf;

(f)

ir-rimi bil-mod dovut ta' annimali mejta, skart u żibel;

(g)

miżuri ta' protezzjoni li jimpedixxu l-introduzzjoni ta' mard li jittieħed li jista' jiġi trasmess lill-annimali permezz ta' l-għalf u kull obbligu li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom;

(h)

proċeduri, prattiċi u metodi biex jiżguraw li l-għalf huwa ffabbrikat, ippreparat, maħżun u ttrasportat f'kondizzjonijiet iġjeniċi xierqa, inkluż tindif effettiv u kontroll tal-pesti;

(i)

dettalji relatati maż-żamma ta' reġistri.


ANNESS II

ĦTIĠIJIET GĦAN-NEGOZJI TA' L-GĦALF MINBARRA FIL-LIVELL TAL-PRODUZZJONI PRIMARJA TA' L-GĦALF LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 5(1)

FAĊILITAJIET U APPARAT

1.

Faċilitajiet ta' pproċessar u ħażna ta' għalf, tagħmir, reċipjenti, ċestuni, vetturi u l-post ta' madwarhom għandhom jinżammu nodfa, u għandhom jiġu implimentati programmi ta' kontoll effettivi kontra l-pesti.

2.

It-tfassil, id-disinn, il-bini u d-daqs tal-faċilitajiet u t-tagħmir għandu:

(a)

jippermetti tindif u/jew disinfettazzjoni adegwata;

(b)

ikun b'tali mod li jnaqqas ir-riskju ta' żball u li jevita kontaminazzjoni, it-trasmissjoni ta' kontaminazzjoni, u xi effetti negattivi ġenerali fuq is-sigurtà u l-kwalità tal-prodotti. Makkinarju li jiġi f'kuntatt ma' l-għalf għandu jkun ixxottat wara kull proċess ta' tindif li fih jixxarrab.

3.

Faċilitajiet u apparat ta' operazzjonijiet ta' taħwid u/jew ta' manifattura għandu jkollhom kontrolli xierqa u regolari, skond proċeduri miktuba stabbiliti minn qabel mill-manifattur tal-prodotti.

(a)

L-imwieżna u l-għodod tal-kejl kollha li jintużaw fil-manifattura ta' l-għalf għandhom ikunu kompatibbli mal-medda ta' użin jew volumi li jkun hemm bżonn jitqiesu u għandhom jiġu ttestjati għall-eżattezza b'mod regolari;

(b)

Kull mikser użat fil-manifattura ta' l-għalf għandu jkun kompatibbli mal-medda ta' użin jew volumi li se jitħalltu, u għandu jkun kapaċi jimmanifattura b'mod xieraq taħlit omoġenju u sostanzi omoġenji dilwiti. L-operaturi għandhom juru l-effettività tal-miksers fir-rigward ta' l-omoġenità.

4.

Il-faċilitajiet għandu jkollhom dawl naturali u/jew artifiċjali adekwat.

5.

Il-faċilitajiet tad-dranaġġ għandhom ikunu adekwati għall-iskop intenzjonat tagħhom; għandhom ikunu ddisinjati u mibnija biex jevitaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni ta' l-għalf.

6.

L-ilma wżat fil-manifattura ta' l-għalf għandu jkun ta' kwalità tajba għall-annimali; il-ġifuni ta' l-ilma għandom ikunu ta' natura inerta.

7.

Ħmieġ tad-dranaġġ, skart u ilma tax-xita għandhom jitneħħew b'mod li jiżgura li l-apparat u s-sigurtà u kwalità ta' l-għalf ma jkunux affettwati. It-taħsir u t-trab għandhom jiġu kkontrollati biex jevitaw invażjoni ta' pesti.

8.

Fejn neċessarju, twieqi u fetħiet oħrajn għandhom ikunu protetti mill-pesti. Il-bibien għandhom ikunu jingħalqu sew u protetti mill-pesti meta magħluqin.

9.

Fejn neċessarju, soqfa u oġġetti mwaħħla fl-għoli għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u rfinuti biex jevitaw l-akkumulazzjoni tat-trab u jnaqqsu l-kondensazzjoni, it-trobbija ta' moffa mhux mixtieqa u t-twaqqiegħ ta' frak li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-kwalità ta' l-għalf.

PERSUNAL

In-negozji ta' l-għalf għandu jkollhom biżżejjed impjegati bil-ħiliet u l-kwalifiki neċessarji għall-manifattura tal-prodotti konċernati. Għandha tiġi stabbilita tabella ta' organizzazzjoni bil-kwalifiki (eż. diplomi, esperjenza professjonali) u responsabbiltajiet ta' l-impjegati fi grad superviżorju u din għandha tkun għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-ispezzjoni. L-impjegati kollha għandhom ikunu nfurmati b'mod ċar u bil-miktub bid-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet, u l-poteri tagħhom, speċjalment meta ssir xi bidla, b'tali mod li tinkiseb il-kwalità mixtieqa tal-prodott.

PRODUZZJONI

1.

Għandha tkun maħtura persuna kkwalifikata responsabbli għall-produzzjoni.

2.

L-operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jiżguraw li l-istadji differenti tal-produzzjoni jseħħu skond proċeduri miktuba stabbiliti minn qabel u struzzjonijiet bil-għan li jiddefinixxu, jiċċekkjaw u jieħdu ħsieb tal-punti kritiċi tal-proċess tal-manifattura.

3.

Għandhom jittieħdu miżuri tekniċi jew organizzattivi biex jevitaw jew inaqqsu, skond il-bżonn, xi trasmissjoni ta' kontaminazzjoni u żbalji. Għandu jkun hemm biżżejjed mezzi xierqa għat-twettiq ta' kontrolli matul il-manifattura.

4.

Il-preżenza ta' għalf ipprojbit, sustanzi mhux mixtieqa u kontaminanti oħra fir-rigward tas-saħħa umana jew ta' l-annimali għandha tkun immonitorjata, u għandhom jiġu stabbiliti strateġiji xierqa ta' kontroll biex inaqqsu r-riskju.

5.

Skart u materjal mhux addattat għal għalf għandu jiġi iżolat u identifikat. Kull materjal ta' dan it-tip li fih livelli perikolużi ta' drogi veterinarji, kontaminanti jew riskji oħra għandu jintrema b'mod xieraq u ma jkunx użat fl-għalf.

6.

L-operatur tan-negozji ta' l-għalf għandhom jieħdu miżuri adekwati biex jiżguraw it- traċċabbiltà tal-prodotti.

KONTROLL TAL-KWALITÀ

1.

Fejn xieraq, għandha tiġi maħtura persuna kkwalifikata responsabbli għall-kontroll tal-kwalità.

2.

In-negozji ta' l-għalf għandhom, bħala parti mis-sistema tal-kontroll tal-kwalità, ikollhom aċċess għal-laboratorju b'impjegati u apparat adegwat.

3.

Għandu jiġi stabbilit pjan ta' kwalità ta' kontroll bil-miktub u dan għandu jiġi implimentat, sabiex jinkludi, b'mod partikolari, kontrolli tal-punti kritiċi fil-proċess tal-manifattura, proċeduri u frekwenza ta' teħid ta' parti, metodi ta' analiżi u l-frekwenza tagħhom, konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet – u d-destinazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità – mill-materjal ipproċessat sal-prodotti finali.

4.

Dokumentazzjoni dwar il-materja prima wżata fil-prodotti finali għandha tinżamm mill-fabbrikant sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà. Din id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu addattat għall-użu li għalih il-prodotti jkunu mpoġġija fis-suq. Barra minn hekk, parti ta' l-ingredjenti u ta' kull parti ta' prodotti mmanifatturati u mqiegħda fis-suq jew ta' kull porzjon speċifiku ta' produzzjoni (fil-każ ta' produzzjoni kontinwa) għandhom jittieħdu fi kwantità suffiċjenti bl-użu ta' proċedura stabbilita minn qabel mill-fabbrikant u jinżammu, sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà (fuq bażi regolari fil-każ ta' manifattura għall-bżonnijiet tal-fabbrikant biss). Il-partijiet għandhom ikunu ssiġġillati u mmarkati għal identifikazzjoni faċli; għandhom jiġu maħżuna f'kondizzjonijiet li jevitaw xi bidla barra min-normal fil-kompożizzjoni tal-parti jew xi taħsir. Għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għal perjodu addattat għall-użu li għalih l-għalf ikun imqiegħed fis-suq. Fil-każ ta' affarijiet ta' l-ikel għal annimali li ma jipproduċux ikel, il-fabbrikant ta' l-affarijiet ta' l-ikel għandu jżomm biss parti tal-prodott finali.

ĦAŻNA U TRASPORT

1.

Għalf ipproċessat għandu jinżamm separat minn materjal ta' l-għalf mhux ipproċessat u addittivi sabiex tiġi evitata kull trasmissjoni ta' kontaminazzjoni għall-għalf ipproċessat; għandhom jiġu wżati materjali ta' ppakkjar xierqa.

2.

L-għalf għandu jinħażen u jiġi ttrasportat f'reċipjenti addattati. Għandu jinħażen f'postijiet iddisinjati, addattati u miżmuma tajjeb biex jiżguraw kondizzjonijiet tajba ta' ħżin, li għandhom aċċess għalihom persuni awtorizzati biss mill-operaturi fis-suq ta' l-għalf.

3.

L-għalf għandu jinħażen u jiġi ttrasportat b'tali mod li jkun jista' jiġi identifikat faċilment, sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni jew trasmissjoni ta' kontaminazzjoni minn wieħed għall-ieħor u biex tiġi evitata deterjorazzjoni.

4.

Reċipjenti u tagħmir li jintużaw fit-trasport, il-ħażna, il-ġarr, l-immaniġġjar u l-użin ta' l-għalf għandhom jinżammu nodfa. Għandhom jiġu introdotti programmi ta' tindif, u għandhom ikunu minimiżżati t-traċċi ta' deterġenti u disinfettanti.

5.

Kull taħsir għandu jkun minimiżżat u miżmum taħt kontroll sabiex titnaqqas l-invażjoni mill-pesti.

6.

Fejn xieraq, it-temperaturi għandhom jinżammu baxxi kemm jista' jkun biex jiġu evitati kemm il-kondensazzjoni kif ukoll it-taħsir.

ŻAMMA TA' REĠISTRI

1.

L-operaturi kollha tan-negozji ta' l-għalf, inklużi dawk li huma biss kummerċjanti mingħajr qatt ma jwettqu il-produzzjoni fil-faċilitajiet tagħhom, għandhom iżommu f'reġistru, data relevanti ta' xiri, produzzjoni u bejgħ biex ikun hemm traċċabbiltà effettiva minn mindu waslu sakemm twasslu, inkluż l-esportazzjoni lejn id-destinazzjoni finali.

2.

L-operaturi fis-suq ta' l-għalf, ħlief dawk li huma biss negozjanti mingħajr qatt ma jwettqu il-produzzjoni fil-faċilitajiet tagħhom, għandhom iżommu f'reġistru:

(a)

Dokumentazzjoni relatata mal-proċess tal-manifattura u kontrolli.

In-negozji ta' l-għalf għandu jkollhom sistema ta' dokumentazzjoni ddisinjata biex tiddefinixxi u tiżgura kontroll tal-punti kritiċi fil-proċess tal-manifattura u li tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' kontroll ta' kwalità. Għandhom iżommu r-riżultati tal-kontrolli relevanti. Dan is-sett ta' dokumenti għandu jinżamm sabiex ikun possibbli li tiġi ntraċċata l-istorja wara l-manifattura ta' kull gozz tal-prodott mqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u sabiex tkun tista' tiġi stabbilita r-responsabbiltà, jekk ikun hemm xi lmenti.

(b)

Dokumentazzjoni relatata ma' traċċabbiltà, b'mod partikolari:

(i)

għall-addittivi ta' l-ikel:

in-natura u l-kwantità ta' l-addittivi prodotti, id-dati rispettivi ta' manifattura u, fejn xieraq, in-numru tal-gozz jew il-porzjon speċifiku tal-produzzjoni, fil-każ ta' manifattura kontinwa;

l-isem u indirizz ta' l-istabbiliment fejn ġew ikkunnsinjati l-addittivi u n-natura u l-kwantità kkunsinnjata u, fejn xieraq, in-numru tal-gozz jew il-porzjon speċiku tal-produzzjoni, fil-każ ta' manifattura kontinwa;

(ii)

għall-prodotti koperti bid-Direttiva 82/471/KEE:

in-natura tal-prodotti u l-kwantità prodotta, id-dati rispettivi tal-manifattura u, fejn xieraq, in-numru tal-gozz jew il-porzjon speċiku tal-produzzjoni, fil-każ ta' manifattura kontinwa;

l-isem u l-indirizz ta' l-istabbilimenti jew ta' dawk li jużaw il-prodott (stabbilimenti jew min irabbi l-annimali f'razzett) li lilhom kien ikkunsinnjat il-prodott, flimkien ma' dettalji tan-natura u kwantità tal-prodotti kkunsinnjati u, fejn xieraq, in-numru tal-gozz jew il-porzjon speċifiku tal-produzzjoni, fil-każ ta' manifattura kontinwa;

(iii)

għall-taħlit lest:

l-isem u l-indirizzi tal-fabbrikanti jew fornituri ta' l-addittivi, in-natura u l-kwantità ta' addittivi wżati u, fejn xieraq, in-numru tal-gozz jew il-porzjon speċifiku tal-produzzjoni, fil-każ ta' manifattura kontinwa;

id-data tal-manifattura tat-taħlit lest u n-numru tal-gozz fejn xieraq;

l-isem u l-indirizz ta' l-istabbiliment li lilu ġiet ikkunsinnjata t-taħlita lesta, id-data meta twasslet, in-natura u l-kwantità tat-taħlita lesta li twasslet, u n-numru tal-gozz fejn xieraq;

(iv)

għall-affarijiet ta' l-ikel/materjal ta' għalf kompost:

l-isem u l-indirizz tal-fabbrikanti jew fornituri ta' l-addittiv/taħlita lesta, in-natura u l-kwalità tat-taħlita lesta wżata, u n-numru tal-gozz fejn xieraq;

l-isem u l-indirizz tal-fornituri tal-materjali ta' l-għalf u għalf kumplimentarju u d-data li fiha twasslet il-kunsinna;

it-tip, kwantità u formulazzjoni tal-għalf kompost;

in-natura u kwantità ta' materjali ta' l-għalf jew ta' l-għalf kompost mmanifatturati, flimkien mad-data tal-manifattura, u l-isem u l-indirizz tax-xerrej (eż. min irabbi l-annimali f'razzett, operaturi fis-suq ta' l-għalf oħra).

ILMENTI U RTIRAR TAL-PRODOTT

1.

Operaturi fis-suq ta' l-għalf għandhom jimplimentaw sistema biex jirreġistraw u jipproċessaw l-ilmenti.

2.

Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ, fejn ikun hemm il-ħtieġa, sistema għall-irtirar fil-pront ta' prodotti fis-sistema ta' distribuzzjoni. Għandhom jiddefinixxu permezz ta' proċeduri bil-miktub id-destinazzjoni ta' xi prodotti rtirati, u qabel ma dawn il-prodotti jitpoġġew lura fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jerġgħu jgħaddu minn valutazzjoni ta' kontroll tal-kwalità.


ANNESS III

PRATTIKA TAJBA TA' TMIGĦ TA' ANNIMALI

IR-RIGĦI TAL-MERGĦAT

Ir-rigħi tal-mergħat u l-uċuh tar-raba' għandhom jiġu amministrati b'tali mod li jnaqqas il-kontaminazzjoni ta' l-ikel ta' annimali minn riskji fiżiċi, bijoloġiċi jew kimiċi.

Fejn xieraq, għandu jiġi osservat perjodu ta' mistrieħ adekwat qabel ma l-annimali jitħallew jirgħu, jieklu ħxejjex jew fdal tal-ħxejjex u bejn rotazzjonijiet ta' mergħat biex titnaqqas it-trasmissjoni ta' kontaminazzjoni bijoloġika mid-demel, fejn teżisti din il-problema potenzjali, u biex jiġi żgurat li jiġu osservati l-perjodi ta' trażżin għall-applikazzjoni ta' agrikoltura kimika.

ĦTIĠIJIET GĦAL TAGĦMIR TA' STALLA U TMIGĦ

L-unità tal-produzzjoni ta' l-annimali għandha tkun iddisinjata sabiex tkun tista' tiġi mnaddfa adekwament. L-unità tal-produzzjoni ta' l-annimali u tagħmir tat-tmigħ għandu jitnaddaf fil-fond u regolarment biex tiġi evitata xi akkumulazzjoni ta' riskji. Il-kimiċi wżati għat-tindif u ż-żamma ta' l-iġjene għandhom jintużaw skond l-istruzzjonijiet u merfugħa 'l bogħod mill-għalf u l-postijiet tat-tmigħ.

Għandha tiġi implimentata sistema ta' kontroll ta' pesti biex tikkontrolla l-aċċess ta' pesti għall-unità tal-produzzjoni ta' l-annimali bil-ħsieb li titnaqqas il-possibiltà ta' kontaminazzjoni ta' materjal ta' tmigħ u ta' rqad jew unitajiet ta' l-annimali.

Il-bini u t-tagħmir tat-tmigħ għandu jinżamm nadif. Għandu jkun hemm sistemi biex regolarment ineħħu d-demel ta' l-annimali, materjal ta' skart u xi sorsi oħra possibbli ta' kontaminazzjoni ta' għalf.

Materjal ta' tmigħ u ta' rqad użat fl-unità tal-produzzjoni ta' l-annimali għandu jinbidel regolarment u ma jitħalliex jimmoffa.

TMIGĦ

1.   Ħażna

L-għalf għandu jiġi maħżun separatament minn kimiċi u prodotti oħra pprojbiti mill-għalf ta' l-annimali. Postijiet ta' ħżin u reċipjenti għandhom jinżammu nodfa u xotti u fejn ikun hemm bżonn għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa ta' kontroll tal-pesti. Postijiet ta' ħżin u reċipjenti għandhom jitnaddfu regolarment biex jevitaw it-trasmissjoni ta' kontaminazzjoni ta' bla bżonn.

Iż-żrieragħ għandhom jiġu maħżuna sew u b'tali mod li ma jkunux aċċessibbli għall-annimali.

Għalf mediċinali u għalf mhux medikat maħsub għal kategoriji jew speċi differenti ta' annimali għandu jinħażen b'tali mod li jnaqqas ir-riskju li jiġi mitmugħ lil annimali li ma jkunx intenzjonat għalihom.

2.   Distribuzzjoni

Is-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-għalf fuq ir-razzett għandha tiżgura li l-għalf it-tajjeb jintbagħat fid-destinazzjoni t-tajba. Matul id-distribuzzjoni u t-tmigħ, l-għalf għandu jiġi mmaniġġjat b'tali mod li jiżgura li ma sseħħx kontaminazzjoni minn postijiet ta' ħażna u tagħmir kontaminati. Għalf mhux mediċinali għandu jiġi mmaniġġjat separatament minn għalf mediċinali biex tkun evitata kontaminazzjoni.

Fir-razzett, il-vetturi tat-trasport ta' l-għalf u t-tagħmir ta' tmigħ għandhom jiġu mnaddfa perjodikament, b'mod partikolari meta wżati biex iwasslu u jqassmu għalf medikat.

GĦALF U ILMA

Ilma għax-xorb jew għall-akwakultura għandu jkun ta' kwalità tajba għall-annimali prodotti. Fejn ikun hemm għaliex wieħed jitħasseb dwar kontaminazzjoni ta' annimali jew prodotti ta' annimali mill-ilma, għandhom jittieħdu miżuri biex ir-riskji jiġu evalwati u mnaqqsa.

Tagħmir ta' tmigħ u xorb għandu jkun iddisinjat, mibni u mqiegħed b'tali mod li l-kontaminazzjoni ta’ l-għalf u ta' l-ilma tkun mnaqqsa. Fejn possibbli, sistemi ta' għoti ta' ilma għandhom jiġu mnaddfa u mantenuti regolarment.

PERSONAL

Il-persuna responsabbli għat-tmigħ u għall-immaniġġjar ta' l-annimali għandu jkollha l-abiltà, l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa.


ANNESS IV

KAPITOLU 1

Addittivi awtorizzati skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

Addittivi ta' nutrizzjoni: l-addittivi kollha fil-grupp

Addittivi żootekniċi: l-addittivi kollha fil-grupp

Addittivi teknoloġiċi:

addittivi koperti bl-Anness I (1) (b) (“antiossidanti”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: dawk b'kontenut massimu fiss biss

Addittivi sensorjali: addittivi koperti bl-Anness I (2) (a) (“koloranti”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: carotenoids u xantophylls

Prodotti koperti bid-Direttiva 82/471/KEE:

Proteini miksuba minn mikro-organiżmi li jappartjenu għall-grupp ta' bacteria, ħmira, algi, lower fungi: il-prodotti kollha fil-grupp (bl-eċċezzjoni tas-subgrupp 1.2.1)

Ko-prodotti tal-manifattura ta' aċidi amminiċi permezz ta' fermentazzjoni: l-prodotti kollha fil-grupp

KAPITOLU 2

Addittivi awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

Addittivi żootekniċi: addittivi koperti bl-Anness I (4) (d) (“addittivi żootekniċi oħra”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Antibijotiċi: l-addittivi kollha,

Koċċidjostati u ħistomonostati: l-addittivi kollha,

Sustanzi għat-tkabbir: l-addittivi kollha,

Addittivi ta' Nutrizzjoni:

addittivi koperti bl-Anness I (3) (a) (Vitamini, provitamini u sustanzi kimikament definiti tajjeb li għandhom effett simili) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: A u D,

addittivi koperti bl-Anness I (3) (b) (“komposti ta' traċċi ta' elementi”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: Cu u Se.

KAPITOLU 3

Addittivi awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

Addittivi żootekniċi koperti bl-Anness I (4) (d) (“addittivi żootekniċi oħra”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Antibijotiċi: l-addittivi kollha,

Koċċidjostati u ħistomonostati: l-addittivi kollha,

Sustanzi għat-tkabbir: l-addittivi kollha.


ANNESS V

KAPITOLU I

Lista ta' negozji ta' l-għalf approvati

1

2

3

4

5

Numru ta' l-identifikazzjoni

Attività

Isem jew isem tan-negozju (1)

Indirizz (2)

Rimarki

KAPITOLU II

In-numru ta' l-identifikazzjoni għandu jkollu l-istruttura li ġejja:

1.

Il-karattru “α” jekk in-negozju ta' l-għalf huwa approvat;

2.

Il-kodiċi ta' l-ISO ta' l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn jinsab in-negozju ta' l-għalf;

3.

In-numru nazzjonali ta' referenza, sa massimu ta' tminn karattri alfanumeriċi.


(1)  L-isem jew l-isem tan-negozju tan-negozji ta' l-għalf.

(2)  L-indirizz tan-negozji ta' l-għalf.


8.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 35/23


IR-REGOLAMENT (KE) Nru 184/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Jannar 2005

dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, mogħtija skond l-Artikolu 105(4) tat-Trattat (1),

Jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

It-Trattat jeħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapporti lill-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista’ jimmonitorja l-iżviluppi ekonomiċi f’kull wieħed mill-Istati Membri u fil-Komunità kif ukoll il-konsistenza tal-politika ekonomika b’ċerti linji gwida wiesgħa.

(2)

Skond it-Trattat, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti lill-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni u l-Kunsill għandu jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tagħti bidu għan-negozjati meħtieġa.

(3)

L-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ ftehim kummerċjali, inkluż il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ f’Servizzi (GATS) (3) u l-Ftehim dwar aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali (TRIPs) (4), kif ukoll in-negozjati kurrenti u futuri fuq ftehim ieħor, jeħtieġu li l-informazzjoni statistika relevanti tkun magħmula disponibbli.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (5) (ESA 95) fih il-qafas ta’ referenza għal standards, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet, u regoli tal-kontabilità komuni għall-ħidma tal-kontijiet ta’ l-Istati Membri għall-ħtiġijiet statistiċi tal-Komunità, sabiex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu mqabbla bejn l-Istati Membri.

(5)

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ħtiġijiet Statistiċi ta’ l-EMU ppreżentati lill-Kunsill f’Settembru tas-sena 2000 u t-tielet, ir-raba’ u l-ħames Rapport dwar il-Progress, appoġġjati wkoll mill-Kunsill, jipprovdu għal kontijiet Ewropej ta’ kull tliet xhur mis-settur industrijali fi żmien 90 jum. L-għoti fil-ħin ta’ figuri ta’ bilanċi ta’ pagamenti ta’ kull tliet xhur huwa pre-rekwiżit għall-kompilazzjoni ta’ dawn il-kontijiet Ewropej ta’ kull tliet xhur.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar Statistika Strutturali tan-Negozju (6) stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, kompilazzjoni, trasmissjoni u evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il- kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fil-Komunità u jistabbilixxi l-karatteristiċi li għandhom jiġu miġbura f’din iż-żona.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar pagamenti transkonfinali f’Euro (7) kellu impatt dirett fuq il-ġbir ta’ statistika; żieda fil-limitu pprovdut f’dak ir-Regolament ikollha impatt sinifikanti fuq il-piż tar-rappurtaġġ ta’ l-impriżi u fuq il-kwalità ta’ l-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti ta’ l-Istati Membri, b’mod speċjali fl-Istati Membri li għandhom sistemi ta’ ġbir ibbażati fuq soluzzjonijiet.

(8)

B’mod kollettiv, il-Manwal tal-Bilanċ tal-Pagamenti tal-Fond Internazzjonali Monetarju, il-Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat-2 ta’ Mejju 2003 dwar ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam ta’ statistika dwar bilanċ ta’ pagamenti u dwar il-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali, u t-template ta’ riservi internazzjonali (8), il-Manwal dwar l-istatistika dwar kummerċ internazzjonali f’servizzi tal-Ġnus Magħquda, u d-Definizzjoni Benchmark ta’ l-OECD għal Investiment Dirett Barrani, jiddefinixxu r-regoli ġenerali għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-bilanċ ta’ pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi, u l-investiment dirett barrani.

(9)

Fil-qasam ta’ l-istatistika dwar bilanċ ta’ pagamenti, il-BĊE u l-Kummissjoni jikkoordinaw ix-xogħol dwar kwistjonijiet ta’ kompilazzjoni kif xieraq. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jiddefinixxi l-informazzjoni statistika li l-Kummissjoni teħtieġ mill-Istati Membri sabiex tipproduċi statistika tal-Komunità dwar il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani. Sabiex dik l-istatistika tal-Komunità tiġi prodotta u mxerrda, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkonsultaw ma’ xulxin fuq kwistjonijiet dwar il-kwalità tad-data provduta u t-tixrid tagħha.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta’ data soġġetta għal kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (9), jipprovdi li r-regoli nazzjonali dwar il-konfidenzjalità statistika ma’ jistgħux jiġu invokati sabiex it-trasmissjoni ta’ data statistika kunfidenzjali lill-awtorità tal-Komunità (Eurostat) tiġi impeduta fejn att tal-liġi tal-Komunità li jirregola statistika tal-Komunità jipprovdi għat-trasmissjoni ta’ data bħal din.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (10) jistabbilixxi reġim ta’ kunfidenzjalità li japplika għal informazzjoni statistika kunfidenzjali trasmessa lill-BĊE.

(12)

Il-produzzjoni ta’ statistika speċifika tal-Komunità hija regolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (11).

(13)

Hemm ħtieġa ċara li tiġi prodotta statistika Komunitarja dwar il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani li jsegwu standards komuni ta’ kwalità għall-istatistika.

(14)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ standards komuni ta’ kwalità għall-istatistika għall-produzzjoni ta’ statistika komparabbli fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, ma jistgħux jintlaħqu b’mod adekwat mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri; skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(15)

Sabiex jiggarantixxu li l-obbligi li hemm stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli mill-ġbir tad-data fi ħdan l-Istati Membri ikunu jistgħu jeħtieġu li jiksbu aċċess għal sorsi ta’ data amministrattiva bħal ma huma reġistri tan-negozju miżmuma minn istituzzjonijiet pubbliċi oħra u għal databases oħra li jkun fihom informazzjoni dwar transazzjonijiet u pożizzjonijet transkonfinali, kull meta data bħal din tkun meħtieġa għall-produzzjoni ta’ statistika tal-Komunità.

(16)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (12).

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika tal-Komunità dwar il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani.

Artikolu 2

Il-Preżentazzjoni tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) data dwar il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani kif imsemmi fl-Anness I. Id-data għandha tkun kif definita fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data lill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-iskadenzi murija fl-Anness I.

Artikolu 3

Is-Sorsi ta’ data

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni meħtieġa taħt dan ir-Regolament billi jużaw is-sorsi kollha li huma jikkunsidraw relevanti u xierqa. Dawn jistgħu jinkludu sorsi ta’ data amministrattiva bħal ma huma r-reġistri tan-negozju.

2.   Persuni naturali u legali meħtieġa li jipprovdu informazzjoni għandhom, meta jirrispondu, jikkonformaw mal-limiti ta’ żmien u d-definizzjonijiet stabbiliti mill-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-data fi ħdan l-Istati Membri skond dan ir-Regolament.

3.   Fejn id-data meħtieġa ma tkunx tista’ tiġi miġbura bi spiża raġonevoli, għandhom jiġu trasmessi l-aħjar stimi (bil-valuri żero inklużi).

Artikolu 4

Il-Kriterji ta’ kwalità u r-Rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha li huma jqisu meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data trasmessa skond standards komuni ta’ kwalità.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport dwar il-kwalità tad-data trasmessa (minn hawn ’il quddiem imsejħa “rapport ta’ kwalità”).

3.   L-istandards komuni ta’ kwalità, kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità, għandhom jiġu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl- Artikolu 11 (2), filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet fir-rigward ta’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data kif ukoll tibdil importanti fil-ġbir tad-data.

Il-kwalità tad-data trasmessa għandha tiġi stmata, fuq il-bażi tar-rapporti ta’ kwalità, mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti msemmi fl-Artikolu 11. Din l-istima mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-bidliet metodoloġiċi prinċipali jew bidliet oħra li jinfluwenzaw id-data trasmessa, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li kwalunkwe bidla tali ssir applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe komunikazzjoni bħal din.

Artikolu 5

Il-Flussi tad-data

L-istatistika li prodotta għandha tiġi miġbura biex tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) skond il-flussi ta’ data li ġejjin:

(a)

l-indikaturi ta’ l-Euro tal-bilanċ tal-pagamenti;

(b)

l-istatistika ta’ kull tliet xhur tal-bilanċ tal-pagamenti;

(ċ)

il-kummerċ internazzjonali f’servizzi;

(d)

il-flussi ta’ investiment dirett barrani (“FDI”);

(e)

il-pożizzjonijiet ta’ FDI.

Il-flussi tad-data għandhom ikunu kif speċifikat ulterjorment fl-Anness I.

Artikolu 6

Il-Perijodu ta’ Referenza u l-Perjodiċità

L-Istati Membri għandhom jikkompilaw il-flussi tad-data skond l-ewwel perijodu ta’ referenza u l-perjodiċità relevanti kif speċifikat fl-Anness I.

Artikolu 7

It-Trasmissjoni ta’ data

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data meħtieġa minn dan ir-Regolament skond format u proċedura definiti mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 (2).

Artikolu 8

It-Trasmissjoni u l-Iskambju ta’ data Kunfidenzjali

1.   Minkejja r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90, it-trasmissjoni ta’ data kunfidenzjali bejn l-Eurostat u l-BĊE tista’ sseħħ fejn din it-trasmissjoni tkun meħtieġa sabiex tiżgura koerenza bejn il-figuri tal-bilanċ tal-pagamenti ta’ l-Unjoni Ewropea u dawk tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri li adottaw il-munita unika.

2.   Paragrafu 1 għandu japplika bil-kondizzjoni li l-BĊE jagħti debitament każ tal-prinċipji definiti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 u jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ta’ l-istess Regolament.

3.   L-iskambju ta’ data kunfidenzjali, kif definit bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, għandu jkun permess bejn Stati Membri fejn l-iskmabju jkun meħtieġ sabiex jissalvagwardja l-kwalità tal-figuri tal-bilanċ tal-pagamenti ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Istati Membri li jirċievu data kunfidenzjali minn Stati Membri oħra għandhom jittrattaw dik l-informazzjoni b’mod kunfidenzjali.

Artikolu 9

It-Tixrid

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha xxerred l-istatistika tal-Komunità prodotta skond dan ir-Regolament, b’perjodiċità simili għal dik speċifikata fl-Anness I.

Artikolu 10

L-Addattament għall-bidliet Ekonomiċi u Tekniċi

Il-miżuri meħtieġa sabiex jitqiesu l-bidliet ekonomiċi u tekniċi għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 (2).

Miżuri bħal dawn għandhom ikollhom x’jaqsmu ma’:

(a)

l-aġġornament tad-definizzjonijiet (Anness II);

(b)

l-aġġornament tal-ħtiġijiet tad-data, inkluż l-iskadenzi għall-preżentazzjoni kif ukoll ir-reviżjonijiet, l-estensjonijiet u l-eliminazzjonijiet ta’ flussi ta’ data (Anness I).

Artikolu 11

Il-Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti, min hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

4.   Il-BĊE jista’ jattendi l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur.

Artikolu 12

Rapport dwar l-implimentazzjoni

Sa 28 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

B’mod partikolari, ir-rapport għandu:

(a)

jirreġistra l-kwalità ta’ l-istatistika prodotta;

(b)

jistma l-benefiċċji mogħtija lill-Komunità, lill-Istati Membri u lill-fornituri u lill-utenti ta’ informazzjoni statistika ta’ l-istatistika prodotta vis-a-vis l-ispejjeż;

(ċ)

jidentifika oqsma għal titjib u emendi potenzjali kkunsidrati meħtieġa fid-dawl tar-riżultati miksuba;

(d)

jirrevedi l-operazzjoni tal-Kumitat u jirrakkomanda jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri implimentattivi għandux jiġi definit mill-ġdid.

Artikolu 13

Id-Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Jannar 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. P. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 296, tas-6.12.2003, p. 5.

(2)  L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2004 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2004.

(3)  ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 191.

(4)  ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 214.

(5)  ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, tat-18.7.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 14, tas-17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(7)  ĠU L 344, tat-28.12.2001, p. 13.

(8)  ĠU L 131, tat-28.5.2003, p. 20.

(9)  ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(10)  ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

(11)  ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.

(12)  ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

IL-FLUSSI TA’ DATA

imsemmija fl-Artikolu 5

1.   Indikaturi ta’ l-Euro tal-Bilanċ ta’ Pagamenti

BOP EUR

Indikaturi ta’ l-Euro

Skadenza: t (1) + xahrejn

Perjodiċità: Kull tliet xhur

L-ewwel perjodu ta’ referenza: l-ewwel tliet xhur ta’ l-2006

 

Kreditu

Debitu

Nett

Kont kurrenti

Barra l-UE

Barra l-UE

Barra l-UE

Servizzi

Barra l-UE

Barra l-UE

Barra l-UE

2.   Statistika ta’ Kull Tliet Xhur ta’ Bilanċ ta’ Pagamenti

BOP Q

Data ta’ kull tliet xhur

Skadenza: t + 3 xhur

Perjodiċità: Kull tliet xhur

L-ewwel perjodu ta’ referenza: l-ewwel tliet xhur ta’ l-2006

 

Kreditu

Debitu

Nett

I.

Kont kurrenti

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Merkanzija

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Servizzi

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Trasport

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Vjaġġi

Level 1

Level 1

Level 1

 

Servizzi ta’ komunikazzjoni

Level 1

Level 1

Level 1

 

Servizzi ta’ kostruzzjoni

Level 1

Level 1

Level 1

 

Servizzi ta’ assigurazzjoni

Level 1

Level 1

Level 1

 

Servizzi finanzjarji

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Servizzi tal-kompjuter u ta’ l-informazzjoni

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Royalties u d-drittijiet għall-liċenzji

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Servizzi kummerċjali oħra

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Sevizzi personali, kulturali u ta’ divertiment

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Servizzi tal-Gvern, mhux inklużi band’ oħra

Level 1

Livell 1

Livell 1

 

Dħul

Level 1

Livell 1

Livell 1

 

Kumpens għall-impjegati

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Dħul mill-investiment

 

 

 

 

Investiment dirett

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Investiment tal-portafoll

Barra l-UE

 

Dinja

 

Investimenti oħra

Barra l-UE

Barra l-UE

Barra l-UE

 

Trasferimenti kurrenti

Livell 1

Livell 1

Livell 1

 

Gvern Ġenerali

Barra l-UE

Barra l-UE

Barra l-UE

 

Setturi oħra

Barra l-UE

Barra l-UE

Barra l-UE

II.

Kont kapitali

Barra l-UE

Barra l-UE

Barra l-UE

 

 

Attiv nett

Passiv nett

Nett

III.

Kont finanzjarju

 

 

 

 

Investiment dirett

 

 

Livell 1

 

Barra mill-pajjiż

 

 

Livell 1

 

Kapital minn Ekwita`

 

 

Livell 1

 

Dħul ri-investit

 

 

Livell 1

 

Kapital ieħor

 

 

Livell 1

 

Fl-ekonomija dikjaranti

 

 

Livell 1

 

Ekwita

 

 

Livell 1

 

Dħul ri-investit

 

 

Livell 1

 

Kapital ieħor

 

 

Livell 1

 

Investiment tal-portafoll

Barra l-UE

Dinja

 

 

Derivattivi finanzjarji

 

 

Dinja

 

Investmenti oħra

Barra l-UE

Barra l-UE

Barra l-UE

3.   Kummerċ Internazzjonali f’servizzi

BOP ITS

Kummerċ Internazzjonali f’Servizzi

Skadenza: t + 9 xhur

Perjodiċità: Sena

L-ewwel perjodu ta’ referenza: 2006

 

Kreditu

Debitu

Nett

Servizzi Totali

Livell 3

Livell 3

Livell 3

Trasport

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Trasport bil-baħar

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Passiġġieri

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Merkanzija

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Trasport bl-ajru

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Passiġġieri

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Merkanzija

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Trasport ieħor

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Passiġġieri

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Merkanzija

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Klassifikazzjoni estiża ta’ trasport ieħor

 

 

 

Trasport spazjali

Livell 2

Livelll 2

Livell 2

Trasport bil-ferrovija

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Passiġġieri

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Merkanzija

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Trasport bit-triq

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Passiġġieri

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Merkanzija

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Trasport permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni

Livell 2

Livell 2

Level 2

Passiġġieri

Livell 2

Livell 2

Level 2

Merkanzija

Level 2

Level 2

Level 2

Oħrajn

Level 2

Level 2

Level 2

Trasport permezz ta’ kanen u trasmissjoni ta’ l-elettriku

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi oħra tat-trasport ta’ appoġġ jew awżiljarji

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Vjaġġi

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Vjaġġi fuq negozju

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Infiq minn ħaddiema staġjonali u tal-fruntiera

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Vjaġġi personali

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Infiq relatat mas-saħħa

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Infiq relatat ma’ l-edukazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ komunikazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi postali u bil-kurjer

Livell 2

Level 2

Livell 2

Servizzi ta’ telekomunikazzjoni

Livell 2

Level 2

Livell 2

Servizzi ta’ kostruzzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Kostruzzjoni barra mill-pajjiż

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Kostruzzjoni fl-ekonomija dikjaranti

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ assigurazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Assigurazzjoni fuq il-ħajja u fondi għall-pensjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Assikurazzjoni tal-merkanzija

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Assikurazzjoni diretta oħra

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Ri-assikurazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi awżiljarji

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi finanzjarji

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi tal-kompjuter u ta’ l-informazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi tal-kompjuter

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ informazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ aġenziji ta’ l-aħbarijiet

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi oħra ta’ provvista ta’ informazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Royalties u d-drittijiet għal liċenzji

Level 2

Level 2

Level 2

Franchise u drittijiet simili

Level 2

Level 2

Level 2

Royalties u d-drittijiet għal liċenzji oħra

Level 2

Level 2

Level 2

Servizzi kummerċjali oħra

Level 2

Level 2

Level 2

Negozju u servizzi oħra relatati mal-kummerċ

Level 2

Level 2

Level 2

Negozju

Level 2

Level 2

Level 2

Servizzi oħra relatati mal-kummerċ

Level 2

Level 2

Level 2

Servizzi ta’ kiri operazzjonali

Level 2

Level 2

Level 2

Servizzi mixxellanji ta’ negozju, servizzi professjonali u tekniċi

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Konsulenza legali, kontabilistika, amministrattiva, u relazzjonijiet pubbliċi

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi legali

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ kontabilità, il-verifika, iż-żamma ta’ kotba, u l-konsulenza fuq it-taxxi

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Konsulenza fuq in-negozju u l-ġestjoni u servizzi ta’relazzjonijiet pubbliċi

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Reklamar, riċerka tas-suq, u stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Riċerka u żvilupp

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ arkitettura, inġinerija, u servizzi tekniniċi oħra

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ agrikoltura, xogħol fil-minjieri u servizzi ta’ pproċessar fuq is-sit

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Trattament ta’ l-iskart u tindif mit-tniġġis

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ agrikoltura, xogħol fil-minjieri u servizzi oħra ta’ pproċessar fuq is-sit

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi kummerċjali oħra

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi bejn intrapriżi relatati, mhux inklużi band’ oħra

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi awdjoviżivi u servizzi relatati

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment oħra

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi ta’ edukazzjoni

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi tas-saħħa

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Oħrajn

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi tal-gvern, mhux inklużi band’ oħra

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Ambaxxati u konsulati

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Unitajiet u aġenziji militari

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Servizzi oħra tal-gvern

Livell 2

Livell 2

Livell 2

Partiti tal-memorandum

 

 

 

Transazzjonijiet awdjoviżivi

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi postali

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi tal-kurrier

Livell 1

Livell 1

Livell 1

4.   Flussi ta’ investiment dirett barrani (FDI)

BOP FDI

Flussi ta’ Investiment Dirett (*)

Skadenza: t + 9 xhur

Perjodiċità: Sena

L-ewwel perjodu ta’ referenza: 2006

A

Analiżi ġeografika

 

 

 

 

Partita

Tip ta’ data

Analiżi ġeografika

Analiżi skond l-attività

 

Investiment dirett barra mill-pajjiż

 

 

 

510

Kapital ta’ ekwità

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

525

Dħul ri-investit

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

530

Kapital ieħor

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

505

Investiment dirett barra mill-pajjiż: Total

Nett

Livell 3

Mhux meħtieġa

 

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti

 

 

 

560

Kapital azzjonarju

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

575

Dħul ri-investit

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

580

Kapital ieħor

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

555

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti: Total

Nett

Livell 3

Mhux meħtieġa

 

Dħul minn investiment dirett

 

 

 

332

Dividendi

Kreditu, debitu, nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

333

Dħul ri-investit u profitti tal-fergħat mhux distribwiti

Kreditu, debitu, nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

334

Dħul fuq id-debiti

Kreditu, debitu, nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

330

Dħul minn investiment dirett: Total

Kreditu, debitu, nett

Livell 3

Mhux meħtieġa


BOP FDI

flussi ta’ investiment dirett

Skadenza: t + 21 xhur

Perjodiċità: Sena

L-ewwel perjodu ta’ referenza: 2006

A

Analiżi ġeografika

 

 

 

 

Partita

Tip ta’ data

Analiżi ġeografika

Analiżi skond l-attività

 

Investiment dirett barra mill-pajjiż

 

 

 

510

Kapital ta’ ekwità

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

525

Dħul ri-investit

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

530

Kapital ieħor

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

505

Investiment dirett barra mill-pajjiż: Total

Nett

Livell 3

Mhux meħtieġa

 

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti

 

 

 

560

Kapital ta’ ekwità

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

575

Dħul ri-investit

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

580

Kapital ieħor

Nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

555

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti: Total

Nett

Livell 3

Mhux meħtieġa

 

Dħul minn investiment dirett

 

 

 

332

Dividendi

Kreditu, debitu, nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

333

Dħul ri-investit u profitti tal-fergħat mhux distribwiti

Kreditu, debitu, nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

334

Dħul fuq id-debiti

Kreditu, debitu, nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

330

Dħul minn investiment dirett: Total

Kreditu, debitu, nett

Livell 3

Mhux meħtieġa

B

Analiżi skond l-attività

 

 

 

 

Partita

Tip ta’ data

Analiżi ġeografika

Analiżi skond l-attività

505

Investiment dirett barra mill-pajjiż: Total

Nett

Nett

Livell 1

Livell 2

Livell 2

Livell 1

555

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti: Total

Nett

Nett

Livell 1

Livell 2

Livell 2

Livell 1

330

Dħul minn investiment dirett: Total

Kreditu, debitu, nett

Kreditu, debitu, nett

Livell 1

Livell 2

Livell 2

Livell 1

5.   Pożizzjonijiet Ta’ Investiment Dirett Barrani (FDI)

BOP POS

Pożizzjonijiet ta’ investiment dirett (**)  (2)

Skadenza: t + 9 xhur

Perjodiċità: Sena

L-ewwel perjodu ta’ referenza: 2006

A

Analiżi ġeografika

 

 

 

 

Partita

Tip ta’ data

Analiżi ġeografika

Analiżi skond l-attività

 

Attiv ta’ investiment dirett

 

 

 

506

Kapital azzjonarju u dħul ri-investit

Pożizzjonijiet netti

Livell 1

Mhux meħtieġa

530

Kapital ieħor

Pożizzjonijiet netti

Livell 1

Mhux meħtieġa

505

Investiment dirett barra mill-pajjiż: Attiv totali, nett

Pożizzjonijiet netti

Livell 2

Mhux meħtieġa

 

Passiv ta’ investiment dirett

 

 

 

556

Kapital ta’ ekwità u dħul ri-investit

Pożizzjonijiet netti

Livell 1

Mhux meħtieġa

580

Kapital ieħor

Pożizzjonijiet netti

Livell 1

Mhux meħtieġa

555

Investiment dirett fl-ekonomija dikjarantitar-rapportar: passiv totali, nett

Pożizzjonijiet netti

Livell 2

Mhux meħtieġa


BOP POS

Pożizzjonijiet ta’ Investiment Dirett (3)

Skadenza: t + 21 xhur

Perjodiċità: Sena

L-ewwel perjodu ta’ referenza: 2006

A

Analiżi ġeografika

 

 

 

 

Partita

Tip ta’ data

Analiżi ġeografika

Analiżi skond l-attività

 

Attiv ta’ investiment dirett

 

 

 

506

Kapital ta’ ekwità u dħul ri-investit

Pożizzjonijiet netti

Livell 2

Mhux meħtieġa

530

Kapital ieħor

Pożizzjonijiet nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

505

Investiment dirett barra mill-pajjiż: Attiv totali, nett

Pożizzjonijiet nett

Livell 3

Mhux meħtieġa

 

Passiv ta’ investiment dirett

 

 

 

556

Kapital ta’ ekwità u dħul ri-investit

Pożizzjonijiet nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

580

Kapital ieħor

Pożizzjonijiet nett

Livell 2

Mhux meħtieġa

555

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti: passiv totali, nett

Pożizzjonijiet nett

Livell 3

Mhux meħtieġa

B

Analiżi skond l-attività

 

 

 

 

Partita

Tip ta’ data

Analiżi ġeografika

Analiżi skond l-attività

505

Investiment dirett barra mill-pajjiż: Attiv totali, nett

Pożizzjonijiet netti

Livell 1

Livell 2

Livell 2

Livell 1

555

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti: passiv totali, nett

Pożizzjonijiet netti

Livell 1

Livell 2

Livell 2

Livell 1

6.   Livelli Ta Analiżi Ġeografika

Livell 1

Livell 2

A1

Dinja (l-entitajiet kollha)

A1

Dinja (l-entitajiet kollha)

D3

UE-25 (Fl-UE-25)

D3

UE-25 (Fl-UE-25)

U4

Barra ż-żona ta’ l-Euro

U4

Barra ż-żona ta’ l-Euro

4A

Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea

4A

Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea

D5

Barra l-UE-25

D5

Barra l-UE-25

 

 

IS

L-Islanda

 

 

LI

Il-Liechtenstein

 

 

NO

In-Norveġja

CH

L-Iżvizzera

CH

L-Iżvizzera

 

 

BG

Il-Bulgarija

 

 

HR

Il-Kroazja

 

 

RO

Ir-Rumanija

 

 

RU

Il-Federazzjoni Russa

 

 

TR

It-Turkija

 

 

EG

L-Eġittu

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

NG

In-Niġerja

 

 

ZA

L-Afrika t’ Isfel

CA

Il-Kanada

CA

Il-Kanada

US

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

US

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

AR

L-Arġentina

 

 

BR

Il-Brażil

 

 

CL

Iċ-Ċili

 

 

UY

L-Urugwaj

 

 

VE

Il-Venezwela

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

CN

Iċ-Ċina

 

 

HK

Ħong Kong

 

 

IN

L-Indja

 

 

ID

L-Indoneżja

JP

Il-Ġappun

JP

Il-Ġappun

 

 

KR

Il-Korea t’ Isfel

 

 

MY

Il-Malasja

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

SG

Singapore

 

 

TW

It-Tajwan

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

AU

L-Awstralja

 

 

NZ

New Zealand

Z8

Barra l-UE-25 mhux allokati

Z8

Barra l-UE-25 mhux allokati

C4

Ċentri Finanzjarji ta’ l-Offshore  (4)

C4

Ċentri Finanzjarji ta’ l-Offshore


Livell 3

7Z

Organizzazzjonijiet Internazzjonali għajr Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea

AD

Andorra

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

AF

L-Afganistan

AG

Antigwa u Barbuda

AI

Angwilla

AL

L-Albanija

AM

L-Armenja

AN

L-Antilles Olandiżi

AO

L-Angola

AQ

L-Antartika

AR

L-Arġentina

AS

Is-Samoa Amerikana

AT

L-Awstrija

AU

L-Awstralja

AW

Aruba

AZ

L-Ażerbajġan

BA

Il-Bosnja u Ħerżegovina

BB

Barbados

BD

Il-Bangladexx

BE

Il-Belġju

BF

Il-Burkina Faso

BG

Il-Bulgarija

BH

Il-Baħrain

BI

Il-Burundi

BJ

Il-Benin

BM

Il-Bermuda

BN

Il-Brunej Darussalam

BO

Il-Bolivja

BR

Il-Brażil

BS

Il-Baħamas

BT

Il-Butan

BV

Il-Gżira Bouvet

BW

Il-Botswana

BY

Il-Belarus

BZ

Il-Beliże

CA

Il-Kanada

CC

Il-Gżejjer Kokos (Keeling)

CD

Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-

CF

Ir-Repubblika Ċentrali Affrikana

CG

Il-Kongo

CH

L-Isvizzera

CI

Côte d’Ivoire

CK

Il-Gżejjer Cook

CL

Iċ-Ċili

CM

Il-Kamerun

CN

Iċ-Ċina

CO

Il-Kolombja

CR

Il-Kosta Rika

CS

Is-Serbja u l-Montenegro

CU

Kuba

CV

Cape Verde

CX

Il-Gzira Christmas

CY

Ċipru

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DE

Il-Ġermanja

DJ

Ġibuti

DK

Id-Danimarka

DM

Dominika

DO

Ir-Repubblika Dominikana

DZ

L-Alġerija

EC

L-Ekwador

EE

L-Estonja

EG

L-Eġittu

ER

L-Eritrea

ES

Spanja

ET

L-Etjopja

FI

Il-Finlandja

FJ

Il-Fiji

FK

Il-Gżejjer Falkland (Malvinas)

FM

Il-Mikronesja, Stati Federati ta’

FO

Il-Gżejjer Faeroe

FR

Franza

GA

Il-Gabon

GB

Ir-Renju Unit

GD

Grenada

GE

Il-Ġeorġja

GG

Guernsey (ebda kodiċi uffiċjali ta’ l-ISO 3166-1 tal-pajjiż, elementi tal-kodiċi riservati b’mod eċċezzjonali)

GH

Il-Gana

GI

Ġibilterra

GL

Greenland

GM

Il-Gambja

GN

Il-Ginea

GQ

Il-Ginea Ekwatorjali

GR

Il-Greċja

GS

Il-Georgia tan-nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar

GT

Il-Gwatemala

GU

Il-Guam

GW

Il-Guinea-Bissau

GY

Il-Gujana

HK

Ħong Kong

HM

Heard Island u McDonald Islands

HN

Il-Ħonduras

HR

Il-Kroazja

HT

Il-Ħaiti

HU

L-Ungerija

ID

L-Indonesja

IE

L-Irlanda

IL

L-Iżrael

IM

Isle of Man (ebda kodiċi uffiċjali ta’ l-ISO 3166-1 tal-pajjiż, elementi tal-kodiċi riservati b’mod eċċezzjonali)

IN

L-Indja

IO

It-Territorju Brittanniku fl-Oċejan Indjan

IQ

L-Iraq

IR

L-Iran, Ir-Repubblika Islamika ta’

IS

L-Islanda

IT

L-Italja

JE

Jersey (ebda kodiċi uffiċjali ta’ l-ISO 3166-1 tal-pajjiż, elementi tal-kodiċi riservati b’mod eċċezzjonali)

JM

Il-Ġamajka

JO

Il-Ġordan

JP

Il-Ġappun

KE

Il-Kenja

KG

Il-Kirgistan

KH

Il-Kambodja (Kampuchea)

KI

Kiribati

KM

Komoros

KN

St Kitts u Nevis

KP

Korea, Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal- (Il-Korea ta’ Fuq)

KR

Korea, Ir-Repubblika tal-(Il-Korea ta’ Isfel)

KW

Kuwait

KY

Il-Gżejjer Cayman

KZ

Il-Każakistan

LA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ Lao

LB

Il-Lebanon

LC

Santa Luċija

LI

Il-Liechtenstein

LK

Is-Sri Lanka

LR

Il-Liberja

LS

Il-Lesoto

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

LV

Il-Latvja

LY

Il-Ġamahiriya Għarbija Libjana

MA

Il-Marokk

MD

Il-Moldova, Repubblika ta’

MG

Il-Madagaskar

MH

Il-Gżejjer Marshall

MK (5)

Il-Maċedonja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-

ML

Il-Mali

MM

Il-Myanmar

MN

Il-Mongolja

MO

Il-Makaw

MP

Il-Gżejjer Northern Mariana

MQ

Martinique

MR

Il-Mawritanja

MS

Montserrat

MT

Malta

MU

Il-Mawrizji

MV

Il-Maldivi

MW

Il-Malawi

MX

Il-Messiku

MY

Il-Malasja

MZ

Il-Możambik

NA

In-Namibja

NC

New Caledonia

NE

In-Niġer

NF

Norfolk Island

NG

In-Niġerja

NI

In-Nikaragwa

NL

L-Olanda

NO

In-Norveġja

NP

In-Nepal

NR

In-Nauru

NU

Niue

NZ

New Zealand

OM

L-Oman

PA

Il-Panama

PE

Il-Peru

PF

Il-Polinesja Franċiża

PG

Il-Papua Ginea Ġdida

PH

Il-Filippini

PK

Il-Pakistan

PL

Il-Polonja

PN

Il-Pitkajrn

PR

Il-Puerto Riko

PS

It-Territorju Palestinjan, Okkupat

PT

Il-Portugall

PW

Il-Palaw

PY

Il-Paragwaj

QA

Il-Qatar

RO

Ir-Rumanija

RU

Il-Federazzjoni Russa

RW

Ir-Rwanda

SA

Is-Sawdi Għarbja

SB

Il-Gżejjer Solomon

SC

Seychelles

SD

Is-Sudan

SE

L-Isvezja

SG

Singapore

SH

St Helena

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

SL

Sierra Leone

SM

San Marino

SN

Is-Senegal

SO

Is-Somalja

SR

Is-Surinam

ST

Sao Tome u Principe

SV

El Salvador

SY

Ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja

SZ

Is-Sważiland

TC

Il-Gżejjer Turks u Caicos

TD

Iċ-Ċad

TG

It-Togo

TH

It-Tajlandja

TJ

It-Taġikistan

TK

Tokelau

TL

Timor tal-Lvant

TM

Turkmenistan

TN

it-Tunisija

TO

Tonga

TR

It-Turkija

TT

Trinidad u Tobago

TV

Tuvalu

TW

Tajwan, Provinċja taċ-Ċina

TZ

It-Tanzanija, Ir-Repubblika magħquda tat-

UA

L-Ukrajna

UG

L-Uganda

UM

Il-Gżejjer Minuri li jinsabu ‘l hinn mill-Istati Uniti

US

L-Istati Uniti

UY

L-Urugwaj

UZ

L-Uzbekistan

VA

Is-Santa Sede (L-Istat tal-Vatikan)

VC

St Vincent u l-Grenadines

VE

Il-Venezwela

VG

Il-Gżejjer Virgins, Brittanniċi

VI

Il-Gżejjer Virgin, Amerikani

VN

Il-Vjetnam

VU

Vanuatu

WF

Wallis u Futuna

WS

Samoa

YE

Il-Jemen

YT

Mayotte

ZA

L-Afrika t’ Isfel

ZM

Iż-Żambja

ZW

Iż-Żimbabwe

7.   Livelli ta’ Analiżi ta’ Attivita

Livell 1

Livell 2

 

 

NACE rev. 1

 

AGRIKOLTURA U SAJD

Sez A, B

XOGĦOL FIL-MINJIERI U BARRIERI

XOGĦOL FIL-MINJIERI U BARRIERI

Sez C

 

Li minnhom:

 

 

Estrazzjoni ta’ petroleum u gass

Div 11

MANIFATTURA

MANIFATTURA

Sez D

 

Prodotti ta’ l-ikel

Subsezzjoni DA

 

Tessuti u oġġetti ta’ lbies

Subsezzjoni DB

 

Injam, pubblikazzjoni u stampar

Subsezzjonijiet DD u DE

 

TOTAL Attivitajiet tat-tessut u njam

 

 

Prodotti ta’ petroleum raffinat u trattamenti oħra

Div 23

 

Manifattura ta’ sostanzi u prodotti kimiċi

Div 24

 

Prodotti tal-plastik u tal-gomma

Div 25

Prodotti tal-petroleum, prodotti kimiċi, tal-gomma u tal-plastik

TOTAL Prodotti tal-petroleum, prodotti kimiċi, tal-gomma u tal-plastik

 

 

Prodotti tal-metall

Subsezzjoni DJ

 

Prodotti mekkaniċi

Div 29

 

TOTAL Prodotti tal-metall u mekkaniċi

 

 

Makkinarju ta’ l-uffiċċju u kompjuters

Div 30

 

Apparat tar-radju, TV u apparat ta’ komunikazzjoni

Div 32

Makkinarju ta’ l-uffiċċju, kompjuters, RTV, apparat ta’ komunikazzjoni

TOTAL Makkinarju, kompjuters, RTV, apparat ta’ komunikazzjoni

 

 

Vetturi bil-mutur

Div 34

 

Apparat ieħor tat-trasport

Div 35

Vetturi, apparat ieħor tat-trasport

TOTAL Vetturi u apparat ieħor tat-trasport

 

 

Manifattura mhux inklużi band’ oħra

 

ELETTRIKU, GASS U ILMA

ELETTRIKU, GASS U ILMA

Sez E

KOSTRUZZJONI

KOSTRUZZJONI

Sez F

TOTAL TA’ SERVIZZI

TOTAL TA’ SERVIZZI

 

KUMMERĊ U TISWIJA

KUMMERĊ U TISWIJA

Sez G

 

Bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u motoċikli; bejgħ bl-imnut ta’ karburant tal-karozzi

Div 50

 

Negozju bl-imnut u negozju b’kummissjoni, għajr ta’ vetturi bil-mutur u motoċikli

Div 51

 

Negozju bl-imnut, għajr ta’ vetturi bil-mutur u motoċikli; tiswija ta’ oġġetti personali u tad-dar

Div 52

LUKANDI U RISTORANTI

LUKANDI U RISTORANTI

Sez H

TRASPORT, ĦŻIN U KOMUNIKAZZJONI

TRASPORT, ĦAŻNA U KOMUNIKAZZJONI

Sez I

 

Trasport u ħażna

Div 60, 61, 62, 63

 

Trasport bl-art; trasport permezz ta’ kanen

Div 60

 

Trasport bl-ilma

Div 61

 

Trasport bl-ajru

Div 62

 

Attivitajiet tat-trasport ta’ appoġġ u awżiljarji; attivitajiet ta’ aġenziji tal-vjaġġi

Div 63

 

Posta u telekomunikazzjonijiet

Div 64

 

Posta u attivitajiet tal-kurrier

Grupp 641

 

Telekomunikazzjonijiet

Grupp 642

INTERMEDJAZZJONI FINANZJARJA

INTERMEDJAZZJONI FINANZJARJA

Sez J

 

Intermedjazzjoni finanzjarja, għajr assikurazzjoni u fondi għall-pensjoni

Div 65

 

Assikurazzjoni u fondi għall-pensjoni, għajr sigurtà soċjali obbligatorja

Div 66

 

Attivitajiet awżiljarji għal intermedjazzjoni finanzjarja

Div 67

 

ATTIVITAJIET TA’ PROPRJETÀ IMMOBILJARI

Sez K, Div 70

 

KIRI TA’ MAKKINARJU U APPARAT MINGĦAJR OPERATUR U TA’ OĠĠETTI PERSONALI U TAD-DAR

Sez K, Div 71

KOMPJUTER U ATTIVITAJIET RELATATI

KOMPJUTER U ATTIVITAJIET RELATATI

Sez K, Div 72

RIĊERKA U ŻVILUPP

RIĊERKA U ŻVILUPP

Sez K, Div 73

ATTIVITAJIET TAN-NEGOZJU OĦRA

ATTIVITAJIET TAN-NEGOZJU OĦRA

Sez K, Div 74

 

Konsulenza legali, tal-kontabilità, riċerka tas-suq

Grupp 741

 

Attivitajiet legali

Klassi 7411

 

Kontabilità, żamma tal-kontijiet u verifika; konsulenza fuq it-taxxa

Klassi 7412

 

Riċerka tas-suq u stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika

Klassi 7413

 

Attivitajiet tan-negozju u konsulenza amministrattiva

Klassi 7414, 7415

 

Attivitajiet arkitettoniċi, ta’ inġinerija u attivitajiet tekniċi oħra

Grupp 742

 

Riklamar

Grupp 744

 

Attivitajiet tan-negozju mhux klassifikati band’oħra

Grupp 743, 745, 746, 747, 748

 

EDUKAZZJONI

Sez M

 

SAĦĦA U ĦIDMA SOĊJALI

Sez N

 

DRENAĠĠ U RIMI TA’ L-ISKART

Sez O, Div 90

 

ATTIVITAJIET TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ SĦUBIJA mhux klassifikati band’oħra.

Sez O, Div 91

ATTIVITAJIET TA’ RIKREAZZJONI, KULTURALI, SPORTIVI

ATTIVITAJIET TA’ RIKREAZZJONI, KULTURALI, SPORTIVI

Sez O, Div 92

 

Film, radju, televiżjoni, attivitajiet ta’ divertiment oħra

Grupp 921, 922, 923

 

Attivitajiet ta’ aġenzija ta’ l-aħbarijiet

Grupp 924

 

Librerija, arkivji, mużewijiet, attivitajiet kulturali oħra.

Grupp 925

 

Attivitajiet sportivi u ta’ rikreazzjoni oħra

Grupp 926, 927

 

ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZ OĦRA

Sez O, Div 93

 

Mhux allokat

 


(1)  t = perijodu ta’ referenza (sena jew tliett xhur)

(*)  L-analiżi ġeografika biss

(**)  L-analiżi ġeografika biss

(2)  Il-pożizzjonijiet FDI fil-31.12.2005 sejrin jiġu trasmessi f'Settembru 2007 bis-saħħa ta’ ftehim bejn ġentlomi eżistenti.

(3)  Id-data riveduta fuq pożizzjonijiet FDI fil-31.12.2005 sejra tiġi trasmessa f’Settembru 2008 bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.

(4)  Għal FDI biss.

(5)  Għandu jiġi attribwit kodiċi proviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż, wara l-konklużjoni tan-negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fil-Ġnus Magħquda.


ANNESS II

ID-DEFINIZZJONJIET

imsemmija fl-Artikolu 10

MERKANZIJA (KODIĊI 100)

Il-komponent ta’ merkanzija fil-Kont Kurrenti tal-Bilanċ tal-Pagamenti jkopri merkanzija mobbli li jkun hemm bidla fil-proprjetarji tagħha (bejn residenti u mhux residenti). Din il-merkanzija għandha tiġi mkejla bil-valur tas-suq fuq bażi f.o.b. Eċċezzjonijiet għar-regola tal-bdil fil-proprjetarji (transazzjonijiet f’dawn il-partiti huma mniżżla taħt merkanzija) jinkludu merkanzija b’kera finanzjarja, merkanzija trasferita bejn intrapriża prinċipali u fergħa tagħha, u merkanzija għall-ipproċessar. Kummerċ ta’ Merkanzija fl-UE: il-pajjiż sieħeb għandu jkun definit skond il-prinċipju ta’ kunsinna. Dan jinkludi: merkanzija ġenerali, merkanzija għall-ipproċessar, tiswijiet fuq merkanzija, merkanzija miġjuba fil-portijiet minn trasportaturi u deheb mhux monetarju.

SERVIZZI (KODIĊI 200)

Trasport (kodiċi 205)

Ikopri kull servizz ta’ trasport provdut mir-residenti ta’ ekonomija waħda għal dawk ta’ oħra u li jinvolvi t-trasport ta’ passiġġieri, il-moviment ta’ merkanzija (freight), kirjiet (charters) ta’ trasportaturi bl-ekwipaġġ, u servizzi relatati ta’ appoġġ u awżiljari.

Trasport bil-baħar (kodiċi 206)

Ikopri s-servizzi kollha ta’ trasport bil-baħar. Hu meħtieġ li dawn jitqassmu fi Trasport ta’ Passiġġieri bil-Baħar (kodiċi 207), Trasport ta’ Merkanzija bil-Baħar (kodiċi 208) u Trasport bil-Baħar Ieħor (kodiċi 209).

Trasport bl-ajru (kodiċi 210)

Ikopri s-servizzi kollha ta’ trasport bl-ajru. Hu meħtieġ li dawn jitqassmu fi Trasport ta’ Passiġġieri bl-Ajru (kodiċi 211), Trasport ta’ Merkanzija bl-Ajru (kodiċi 212) u Trasport bl-Ajru Ieħor (kodiċi 213).

Trasport ieħor (kodiċi 214)

Ikopri s-servizzi kollha ta’ trasport mhux bil-baħar jew bl-ajru. Hu meħtieġ li dawn jitqassmu fi Passiġġieri bi Trasport ieħor (kodiċi 215), Merkanzija bi Trasport ieħor (kodiċi 216) u Oħrajn bi Trasport ieħor(kodiċi 217).

Hija meħtieġa klassifikazzjoni estiża għal Trasport Ieħor (kodiċi 214) kif ġej:

Trasport fl-Ispazju (kodiċi 218)

Jinkludi l-varar ta’ satelliti magħmul minn intrapriżi kummerċjali għas-sidien tas-satelliti (bħal intrapriżi ta’ telekommunikazzjoni) u operazzjonijiet oħra minn operaturi ta’ apparat spazjali, bħal trasport ta’ oġġetti u nies għal esperimenti xjentifiċi. It-trasport ta’ passiġġieri fl-ispazju u l-pagamenti mħallsa minn ekonomija sabiex ikollha r-residenti tagħha inklużi fuq il-vetturi spazjali ta’ ekonomija oħra huwa nkluż ukoll.

Trasport bil-ferrovija (kodiċi 219)

Ikopri trasport bil-ferroviji. Hija meħtieġa subdiviżjoni oħra bejn Trasport ta’ Passiġġieri bil-Ferrovija (kodiċi 220), Trasport ta’ Merkanzija bil-Ferrovija (kodiċi 221) u Trasport bil-Ferrovija Ieħor (kodiċi 222).

Trasport bit-triq (kodiċi 223)

Ikopri trasport bil-vaguni, trakkijiet, xarabankijiet u kowċijiet. Hija meħtieġa subdiviżjoni oħra bejn Trasport ta’ Passiġġieri bit-Triq (kodiċi 224), Trasport ta’ Merkanzija bit-Triq (kodiċi 225) u Trasport bit-Triq Ieħor (kodiċi 226).

Trasport bil-Passaġġi fuq l-Ilma Interni (kodiċi 227)

Għandu x’jaqsam ma’ trasport internazzjonali fuq xmajjar, kanali u għadajjar. Dawn jinkludu l-passaġġi fuq l-ilma li huma interni għal pajjiż wieħed u dawk li huma maqsuma bejn żewġ pajjiżi jew aktar. Hija meħtieġa subdiviżjoni oħra bejn Trasport ta’ Passiġġieri bil-Passaġġi fuq l-Ilma Interni (kodiċi 228), Trasport ta’ Merkanzija bil-Passaġġi fuq l-Ilma Interni (kodiċi 229) u Trasport Ieħor bil-Passaġġi fuq l-Ilma Interni (kodiċi 230.)

Trasport permezz ta’ Kanen u Trasmissjoni ta’ Elettriku (kodiċi 231)

Ikopri trasport internazzjonali ta’ merkanzija b’kanen. Huma inklużi wkoll ħlasijiet għat- trasmissjoni ta’ elettriku meta dan ikun separat mill-proċess ta’ produzzjoni u distribuzzjoni. Il-provvista ta’ l-elettriku nnifisha hija eskluża, bħal ma hi l-provvista ta’ petroleum u prodotti relatati, ilma u prodotti oħra fornuti permezz ta’ kanen. Esklużi wkoll huma servizzi ta’ distribuzzjoni ta’ l-elettriku, ilma, gass, u prodotti oħra ta’ żejt mhux raffinat (inklużi f’Servizzi tan-negozju oħra, (kodiċi 284)).

Servizzi oħra tat-trasport ta’ appoġġ u awżiljarji (kodiċi 232)

Servizzi oħra tat-trasport ta’ appoġġ u awżiljarji jkopru s-servizzi l-oħra kollha ta’ trasport li ma jistgħux jiġu allokati lil xi komponent ta’ servizzi ta’ trasport deskritt hawn fuq.

Vjaġġi (kodiċi 236)

Vjaġġi jkopri primarjament il-merkanzija u servizzi akkwistati minn ekonomija minn vjaġġaturi waqt żjarat ta’ inqas minn sena lil dik l-ekonomija. L-merkanzija u servizzi huma mixtrija minn, jew f’isem, il-vjaġġatur jew mogħtija, mingħajr quid pro quo (jiġifieri, huma provduti bħala rigal), lill-vjaġġatur biex juża jew jagħti. Huwa eskluż t-trasport ta’ vjaġġaturi fi ħdan l-ekonomiji li qed iżuru, meta t-trasport tkun provduta minn trasportaturi mhux residenti fl-ekonomija partikolari taż-żjara, kif ukoll it-trasport internazzjonali ta’ vjaġġaturi, bit-tnejn li huma jkunu koperti f’servizzi ta’ passiġġieri taħt trasport. Huma esklużi wkoll merkanzija mixtrija minn vjaġġatur biex jerġa’ jbiegħhom fl-istess ekonomija tal-vjaġġatur jew f’xi ekonomija oħra. Vjaġġar jerġa’ jinqasam f’żewġ sotto-komponenti: Vjaġġi fuq Negozju (kodiċi 237) u Vjaġġi Personali (kodiċi 240).

Vjaġġi fuq negozju (kodiċi 237)

Vjaġġi fuq negozju jkopri l-akkwist ta’ merkanzija u servizzi minn vjaġġaturi fuq negozju. Jinkludi wkoll l-akkwist ta’ merkanzija u servizzi għall-użu personali minn ħaddiema staġjonali, tal-fruntiera u oħrajn li mhumiex residenti fl-ekonomija li fiha huma mpjegati u li min iħaddimhom hu residenti f’dik l-ekonomija. Vjaġġi fuq negozju hija mbagħad maqsuma f’Infiq minn ħaddiema staġjonali u tal-fruntiera (kodiċi 238) u Vjaġġi oħra ta’ negozju (kodiċi 239).

Infiq minn ħaddiema staġjonali u tal-fruntiera (kodiċi 238)

Jinkludi l-akkwist ta’ merkanzija u servizzi għall-użu personali minn ħaddiema staġjonali, tal-fruntiera u oħrajn li mhumiex residenti fl-ekonomija li fiha huma mpjegati u li min iħaddimhom hu residenti f’dik l-ekonomija.

Vjaġġi oħra ta’ negozju (kodiċi 239)

Ikopri l-vjaġġi ta’ negozju (kodiċi 237) kollha li mhumiex inklużi f’Infiq minn ħaddiema staġjonali u tal-fruntiera (kodiċi 238).

Vjaġġi personali (kodiċi 240)

Vjaġġi personali jkopru oġġetti u servizzi akkwistati minn vjaġġaturi li jsiefru għal skopijiet barra minn negozju, bħal vaganzi, partiċipazzjoni f’attivitajiet ta’ rikreazzjoni u kulturali, żjarat għand ħbieb u qraba, pellegrinaġġi, u skopijiet edukattivi jew relatati mas-saħħa. Vjaġġi personali (kodiċi 240) hija maqsuma fi tliet sotto-komponenti: Infiq relatat mas-saħħa (kodiċi 241), Infiq relatat ma’ Edukazzjoni (kodiċi 242) u Vjaġġi Personali Oħra (kodiċi 243).

Infiq relatat mas-saħħa (kodiċi 241)

Hija definita bħala n-nefqa totali minn dawk fuq vjaġġ għal raġunijiet mediċi.

Infiq relatat ma’ l-edukazzjoni (kodiċi 242)

Hija definita bħala l-infiq totali minn studenti.

Vjaġġi personali oħra (kodiċi 243)

Ikopru Vjaġġi Personali (kodiċi 240) kollha li mhux inklużi f’Infiq relatat mas-saħħa (kodiċi 241) jew -Infiq relatat ma’ Edukazzjoni (kodiċi 242).

Servizzi oħra (kodiċi 981)

Is-Servizzi (kodiċi 200) kollha mhux inklużi fi Trasport (kodiċi 205) jew Vjaġġi (kodiċi 236).

Servizzi ta’ komunikazzjoni (kodiċi 245)

Jinkorpora Servizzi Postali u tal-Kurrier (kodiċi 246) u Servizzi ta’ Telekommunikazzjoni (kodiċi 247).

Servizzi Postali u tal-Kurjer (kodiċi 246)

Jinkorpora Servizzi Postali (kodiċi 958) u Servizzi tal-Kurrier(kodiċi 959).

Servizzi Postali (kodiċi 958)

Jinkorpora servizzi poste restante, servizzi ta’ telegram u servizzi minn fuq il-bank ta’ l-uffiċċju postali, bħal bejgħ ta’ bolol, money orders eċċ. Servizzi postali huma spiss, imma mhux dejjem, fornuti mill-amministrazzjonijiet postali nazzjonali. Servizzi postali huma suġġetti għal ftehim internazzjonali, u ċ-ċirkulazzjoni bejn operaturi ta’ ekonomiji differenti għandhom jiġu rreġistrati fuq bażi gross.

Servizzi tal-Kurjer (kodiċi 959)

Servizzi tal-kurrier jiffokaw fuq kunsinni ekspress u minn bieb sa bieb. Il-kurrieri jistgħu jużaw trasport tagħhom stess, trasport privat bi sħab jew trasport pubblika biex jipprovdu dawn is-servizzi. Huma inklużi servizzi ta’ kunsinna ekspress, li jistgħu jinkludu, per eżempju, il-ġbir fuq talba jew kunsinna f’ħin definit.

Servizzi tat-Telekomunikazzjonijiet (kodiċi 247)

Jinkorpora t-trasmissjoni ta’ ħoss, immaġini jew informazzjoni oħra b’telefon, telex, telegramm, radju u televiżjoni bil-fil jew imxandar b’mod ieħor, satelliti, posta elettronika, servizzi ta’ faksijiet eċċ., inklużi servizzi ta’ sistemi ta’ negozju, telekonferenzi u servizzi ta’ appoġġ. Ma jinkludix il-valur ta’ l-informazzjoni trasportata. Huma nklużi wkoll servizzi ta’ telefonerija ċellulari, servizzi ta’ backbone ta’ l-Internet u servizzi ta’ aċċess on-line, inkluż l-aċċess għall-Internet.

Servizzi ta’ kostruzzjoni (kodiċi 249)

Jinkorpora Kostruzzjoni barra mill-pajjiż (kodiċi 250) u Kostruzzjoni fl-Ekonomija Dikjaranti (kodiċi 251).

Kostruzzjoni barra mill-pajjiż (kodiċi 250)

Jinkorpora kostruzzjoni barra mill-pajjiż tinkludi s-servizzi ta’ kostruzzjoni pprovduti lil min mhuwiex residenti minn intrapriżi residenti fl-ekonomija dikjaranti (kreditu) u l-merkanzija u servizzi mixtrija fl-ekonomija li qed tilqagħhom minn dawn l-intrapriżi (debitu).

Kostruzzjoni fl-Ekonomija Dikjaranti (kodiċi 251)

Jinkorpora servizzi ta’ kostruzzjoni pprovduti lil residenti ta’ l-ekonomija dikjaranti minn intrapriżi ta’ kostruzzjoni mhux residenti (debitu) u l-merkanzija u servizzi mixtrija fl-ekonomija dikjaranti minn dawn l-intrapriżi mhux residenti (kreditu).

Servizzi ta’ Assigurazzjoni (kodiċi 253)

Ikopru l-għoti ta’ tipi varji ta’ assigurazzjoni lil persuni mhux residenti minn intrapriżi ta’ assigurazzjoni residenti, u viċi-versa. Dawn is-servizzi huma stmati u valutati mil-ħlasijiet fuq is-servizzi nklużi fil-poloz totali aktar milli fuq il-valur totali tal-polza. Tinkludi assigurazzjoni fuq il-ħajja u fondi ta’ pensjoni (kodiċi 254), assigurazzjoni fuq il-merkanzija (kodiċi 255), assigurazzjoni diretta oħra (kodiċi 256), ri-assigurazzjoni (kodiċi 257) u servizzi awżiljari (kodiċi 258).

Assigurazzjoni fuq il-ħajja u fondi għall-pensjoni (kodiċi 254)

Detenturi ta’ poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, kemm dawk bi qligħ u dawk mingħajr qligħ, jagħmlu pagamenti regolari lill-assiguratur (jista’ jkun hemm pagament wieħed biss), bi tpattija ta’ liema l-assiguratur jiggarantixxi li jħallas lis-sid tal-polza somma minima miftehma jew pagament ta’ kull sena, f’data stabbilita jew mal-mewt tas-sid tal-polza, jekk din isseħħ qabel. Assigurazzjoni fuq il-ħajja għal perjodu fiss, fejn il-benefiċċji huma pprovduti fil-każ ta’ mewt imma fl-ebda ċirkustanzi oħra, hija forma ta’ assigurazzjoni diretta, u hija eskluża hawn u inkluża f’ assigurazzjoni diretta oħra (kodiċi 256).

Fondi tal-pensjoni huma fondi separati stabbiliti bl-iskop li jipprovdu introjtu lil gruppi speċifiċi ta’ mpjegati meta jirtiraw. Huma organizzati u ġestiti minn dawk li jħaddmu kemm privati kif ukoll pubbliċi jew bejn dawk li jħaddmu u l-impjegati tagħhom. Huma ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet minn min iħaddem u/jew mill-impjegati u mill-qligħ minn investiment miksub fuq l-assi tal-fondi, u dawn jidħlu wkoll fi transazzjonijiet finanzjarji minn jeddhom. Ma jinkludux skemi ta’ sigurtà soċjali organizzati għal sezzjonijiet kbar tal-komunità li huma mposti, kkontrollati jew iffinanzjati mill-gvern ġenerali. Servizzi ta’ tmexxija ta’ fondi ta’ pensjonijiet huma inklużi. Fil-każ ta’ fondi ta’ pensjonijiet, il-poloz huma ġeneralment deskritti bħala “kontibuzzjonijiet”, waqt li “talbiet” huma ġeneralment deskritti bħala “benefiċċji”.

Assigurazzjoni tal-merkanzija (kodiċi 255)

Servizzi ta’ assigurazzjoni tal-merkanzija għandhom x’jaqsmu ma’ l-assigurazzjoni pprovduta fuq merkanzija li tkun fil-proċess li tiġi esportata jew importata, fuq bażi li hija konsistenti mal-kejl ta’ merkanzija f.o.b. u trasport ta’ merkanzija.

Assigurazzjoni diretta oħra (kodiċi 256)

Assigurazzjoni diretta oħra tkopri kull forma oħra ta’ assigurazzjoni każwali. Huma nklużi assigurazzjoni fuq il-ħajja għal perjodu fiss; assigurazzjoni kontra disgrazzji u fuq is-saħħa (sakemm dawn mhumiex provduti bħala parti mill-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-gvern); assigurazzjoni marittima, ta’ l-avjazzjoni u oħrajn relatati ma’ trasport, ħruq u ħsara oħra fuq il- proprjetà, assigurazzjoni kontra telf finanzjarju, assigurazzjoni ta’ obbligi ġenerali, u assigurazzjoni oħra, bħal assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar u assigurazzjoni relatata ma’ self u karti ta’ kreditu.

Ri-assigurazzjoni (kodiċi 257)

Re-assigurazzjoni hu l-proċess ta’ sotto kuntratti ta’ partijiet mir-riskju assigurat, spiss lil operaturi speċjalizzati, kontra parti proporzjonali tad-dħul mill-primjum. Transazzjonijiet ta’ re-assigurazzjoni jistgħu jsiru rigward pakketti li jħalltu ħafna tipi differenti ta’ riskji.

Servizzi awżiljarji (kodiċi 258)

Jinkludu transazzjonijiet li huma relatati mill-qrib ma’ l-assigurazzjoni u l-operat tal-fondi tal-pensjonijiet. Huma nklużi l-kummissjonijiet lill-aġenti, senserija ta’ assigurazzjoni u servizzi ta’ aġenzija, servizzi ta’ konsultazzjoni ta’ assigurazzjoni u pensjonijiet, servizzi ta’ evalwazzjoni u aġġustament, servizzi attwarjali, servizzi ta’ amministrazzjoni ta’ salvataġġ, u servizzi regolatorji u ta’ monitoraġġ fuq servizzi ta’ indennizz u rkupru.

Servizzi finanzjarji (kodiċi 260)

Servizzi finanzjarji jkopru servizzi finanzjarji intermedjarji u awżiljarji, ħlief għal dawk ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u fondi tal-pensjonijiet (li huma nklużi fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-iffinazjar ta’ pensjonijiet) u servizzi oħra ta’ assigurazzjoni li huma mwettqa bejn residenti u mhux residenti. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti mill-banek, boroż, intrapriżi ta’ facturing, intrapriżi ta’ karti ta’ kreditu u intrapriżi oħra. Huma nklużi servizzi pprovduti b’konnessjoni ma’ transazzjonijiet fi strumenti finanzjarji, kif ukoll servizzi oħra relatati ma’ attività finanzjarja, bħal servizzi ta’ pariri, kustodja u ta’ amministrazzjoni ta’ l-assi.

Servizzi tal-Kompjuter u ta’ informazzjoni (kodiċi 262)

Jinkludu Servizzi tal-kompjuter (kodiċi 263) u Servizzi ta’ informazzjoni (kodiċi 264).

Servizzi tal-kompjuter (kodiċi 263)

Jikkonsistu f’servizzi relatati ma’ hardware u software u servizzi ta’ ipproċessar ta’ data. Huma nklużi konsulenzi dwar hardware u software u servizzi ta’ implimentazzjoni; manutenzjoni u tiswija ta’ kompjuters u apparat periferali; servizzi ta’ rkupru minn diżastri, għoti ta’ pariri u assistenza fuq materji relatati mat-tmexxija ta’ riżorsi tal-kompjuter; l-analiżi, disinn u pprogrammar ta’ sistemi lesti għall-użu (inklużi l-iżvilupp u d-disinn ta’ paġni tal- web), u konsulenzi tekniċi relatati ma’ software, l-iżvilupp, produzzjoni, forniment u dokumentazzjoni ta’ software magħmula skond ix-xewqa tax-xerrej, inklużi sistemi ta’ operazzjoni magħmula skond l-ordni għal utenti speċifiċi; sistemi ta’ manutenzjoni u servizzi oħra ta’ appoġġ, bħal taħriġ ipprovdut bħala parti minn konsulenza, servizzi ta’ ipproċessar ta’ data, bħad-dħul ta’ data, it-tabulazzjoni u pproċessar fuq bażi ta’ time-sharing; servizzi ta’ ospitar ta’ paġni tal-web (i.e., il-forniment ta’ spazju fuq server fuq l-Internet għal paġni tal-web tal-klijenti); u ġestjoni ta’ faċilitajiet tal-kompjuter.

Servizzi ta’ informazzjoni (kodiċi 264)

Jinkludu Servizzi ta’ Aġenziji ta’ l-Aħbarijiet, (kodiċi 889) u servizzi oħra ta’ provvista ta’ informazzjoni (kodiċi 890).

Servizzi ta’ Aġenziji ta’ l-Aħbarijiet (kodiċi 889)

Servizzi ta’ aġenziji ta’ l-aħbarijiet jinkludu l-forniment ta’ aħbarijiet, ritratti u feature articles lill-media.

Servizzi oħra ta’ forniment ta’ informazzjoni (kodiċi 890)

Jinkludi servizzi ta’ databases – it-tnissil ta’ databases, il-ħażna ta’ data u t-tixrid ta’ data u databases (inklużi direttorji u listi tal-posta) - kemm on-line kif ukoll permezz ta’ mezzi manjetiċi, ottiċi jew stampati, u portals ta’ tfittxija fuq il-web (servizzi ta’ magni ta’ tfittxija li jsibu indirizzi ta’ l-internet għal klijenti li jdaħħlu kliem ta’ tfittxija). Huma nklużi wkoll abbonamenti diretti, mhux bil-massa għal gazzetti u perjodiċi, kemm bil-posta, trasmissjoni elettronika jew mezzi oħra.

Royalties u Drittijiet għal liċenzji (kodiċi 266)

Jinkludu Franchises u drittijiet simili (kodiċi 891) u Royalties oħra u drittijiet oħra għal liċenzji (kodiċi 892).

Franchises u drittijiet simili (kodiċi 891)

Jinkludu pagamenti internazzjonali u r-riċeviment ta’ drittijiet għal franchising u royalties imħallsa għall-użu ta’ marki tan-negozju reġistrati.

Drittijiet u ħlasijiet ta’ liċenzji oħra (kodiċi 892)

Jinkludu l-pagamenti internazzjonali u introjti mill-użu awtorizzat ta’ assi intanġibbli, mhux prodotti, assi mhux finanzjarji u drittijiet ta’ proprjetà (bħal liċenzji, drittijiet ta’ l-awtur u proċessi industrijali u disinji) u l-użu, permezz ta’ ftehim ta’ liċenzjar, ta’ prodotti jew prototipi oriġinali (bħal manuskritti, programmi tal-kompjuter, u xogħlijiet ċinematografiċi u reġistrazzjonijiet ta’ ħsejjes).

Servizzi oħra tan-negozju (kodiċi 268)

Jinkludu Servizzi ta’ negozju u oħrajn relatati mal-kummerċ (kodiċi 269), Servizzi ta’ kiri operazzjonali (kodiċi 272) u Servizzi mixxellanji ta’ negozju, servizzi professjonali u tekniċi (kodiċi 273).

Negozju u servizzi oħra relatati mal-kummerċ (kodiċi 269)

Jinkludi Negozju (kodiċi 270) u Servizzi oħra relatati mal-kummerċ (kodiċi 271).

Negozju (kodiċi 270)

Negozju hu ddefinit bħala x-xiri ta’ oġġett minn resident ta’ l-ekonomija dikjaranti mingħand xi ħadd mhux residenti u l-bejgħ sussegwenti ta’ l-oġġett lil xi ħadd ieħor mhux residenti; waqt il-proċess, l-oġġett ma jidħolx u lanqas joħroġ mill-ekonomija dikjaranti.

Servizzi oħra relatati mal-kummerċ (kodiċi 271)

Ikopru kummissjonijiet fuq transazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi bejn (a) negozjanti residenti, sensara ta’ komoditajiet, negozjanti, u u aġenti bil-kummissjoni u (b) dawk mhux residenti.

Servizzi ta’ kiri operazzjonali (kodiċi 272)

Ikopru kirjiet minn residenti u mhux residenti (ħlasijiet ta’ kera) u kiri, mingħajr operaturi, ta’ vapuri, ajruplani u apparat tat-trasport, bħal karozzi ferrovjali, kontejners u riggijiet, mingħajr ekwipaġġ.

Servizzi mixxellanji ta’ negozju, servizzi professjonali u tekniċi (kodiċi 273)

Jinkludu konsulenza legali, kontabilistika u ta’ ġestjoni, u relazzjonijiet pubbliċi (kodiċi 274), reklamar, riċerka tas-suq u stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika (kodiċi 278), Riċerka u żvilupp (kodiċi 279), Servizzi ta’ arkitettura, ta’ inġinerija, u servizzi tekniniċi oħra (kodiċi 280), Servizzi ta’ agrikoltura, xogħol fil-minjieri u pproċessar fuq is-sit (kodiċi 283), Servizzi kummerċjali oħra (kodiċi 284) u Servizzi bejn intrapriżi relatati, mhux inklużi band’ oħra (kodiċi 285).

Konsulenza legali, kontabilistika, amministrattiva, u relazzjonijiet pubbliċi (kodiċi 274)

Tinkludi Servizzi Legali (kodiċi 275), Servizzi ta’ konsulenza fuq il-kontabilità, verifika, żamma ta’ kotba, u konsulenza fuq it-taxxa (kodiċi 276) u Servizzi ta’ Konsulenza fuq in-negozju u l-ġestjoni u ta’ relazzjonijiet pubbliċi (kodiċi 277).

Servizzi legali (kodiċi 275)

Ikopri pariri legali u servizzi ta’ rappreżentazzjoni fi proċeduri legali, ġudizzjali u statutorji; servizzi ta’ abbozzar ta’ dokumentazzjoni u strumenti legali, konsulenza ta’ ċertifikazzjoni; u servizzi ta’ ftehim ta’ kustodja ta’ flus u ta’ soluzzjonijiet.

Servizzi ta’ kontabilità, verifika, żamma ta’ kotba, u konsulenza fuq it-taxxa (kodiċi 276)

Ikopri ż-żamma ta’ transazzjonijiet kummerċjali għal negozji u oħrajn; servizzi ta’ eżaminazzjoni tal-kotba tal-kontijiet u dikjarazzjonijiet finanzjarji, ippjanar u konsulenza tat-tassazzjoni ta’ negozju; u preparazzjoni ta’ dokumenti tat-taxxa.

Konsulenza fuq in-negozju u l-ġestjoni u servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi (kodiċi 277)

Tkopri servizzi ta’ pariri, gwida u assistenza operazzjonali pprovduta lin-negozji dwar tattiċi u strateġiji tan-negozju u l-ippjanar, l-istrutturi u l-kontroll ġenerali ta’ organizzazzjoni. Huma nklużi l-verifika tal-ġestjoni, ġestjoni tas-suq, riżorsi umani, ġestjoni tal-produzzjoni u konsulenza ta’ ġestjoni ta’ proġetti, u servizzi ta’ pariri, ta’ gwida u servizzi operazzjonali relatati mat-titjib ta’ l-immaġini tal-klijenti u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ l-istituzzjonijiet u mal-pubbliku ġenerali.

Reklamar, riċerka tas-suq, u stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika (kodiċi 278)

Servizzi innegozjati bejn residenti u non-residenti jkopru d-disinn, il-ħolqien u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ reklami minn aġenziji ta’ reklamar, it-tqegħid fil-media, inklużi x-xiri u l-bejgħ ta’ spazju għar-reklamar, servizzi ta’ esibizzjoni pprovduti minn fieri kummerċjali, il-promozzjoni ta’ prodotti barra l-pajjiż, ir-riċerka tas-suq, telekummerċjalizzazzjoni, u stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika fuq diversi fatturi.

Riċerka u żvilupp (kodiċi 279)

Ikopri dawk is-servizzi innegozjati bejn residenti u non-residenti u assoċjati ma’ riċerka bażika, riċerka applikata u żvilupp sperimentali ta’ prodotti u proċessi ġodda.

Servizzi ta’ l-arkitettura, inġinerija, u servizzi teknniċi oħra (kodiċi 280)

Ikopru transazzjonijiet bejn residenti u non-residenti relatati ma’ disinn arkitettoniku ta’ proġetti ta’ żvilupp urbani u oħrajn; l-ippjanar u l-iddisinjar ta’ proġetti ta’ digi, pontijiet, ajruporti, proġetti ċwievet f’idek eċċ., studji ta’ siti, kartografija, eżaminazzjoni ta’ prodotti u ċertifikazzjoni; u servizzi ta’ spezzjoni teknika.

Servizzi ta’ agrikoltura, xogħol fil-minjieri u pproċessar fuq is-sit (kodiċi 281)

Jinkludu Trattament ta’ l-iskart u tindif mit-tniġġis (kodiċi 282) u Servizzi ta’ agrikoltura, xogħol fil-minjieri u servizzi oħra ta’ pproċessar fuq is-sit (kodiċi 283).

Trattament ta’ l-iskart u tindif mit-tniġġis (kodiċi 282)

Jinkludu t-tratamenti ta’ skart radjuattiv u ieħor, it-tneħħija ta’ ħamrija kontaminata; it-tindif ta’ tniġġis inklużi rqajja ta’żejt; restorazzjoni ta’ siti ta’ minjieri; u servizzi ta’ tneħħija ta’ kontaminazzjoni u titjib ta’ iġjene.

Servizzi ta’ agrikoltura, xogħol fil-minjieri u pproċessar fuq is-sit (kodiċi 283)

Jinkludu:

(a)

Servizzi agrikoli li huma inċidentali għall-agrikoltura, bħalma huma l-forniment ta’ makkinarju agrikolu bl-ekwipaġġ, ħsad, kura ta’ l-uċuh tar-raba, kontroll ta’ ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara, ż-żamma ta’ l-annimali, il-kura ta’ l-annimali, u servizzi ta’ tnissil. Servizzi ta’ kaċċa, insib, forestrija u qtugħ ta’ siġar, u sajd huma wkoll inklużi hawn.

(b)

Servizzi ta’ tħaffir ipprovduti f’żoni ta’ żejt u gass, inklużi tħaffir, il-bini ta’ drieki, servizzi ta’ tiswija u żarmar, u l-kisi bis-siment ta’ bjar ta’ żejt u gass. Servizzi li jakkumpanjaw t-tfittxija u l-esplorazzjoni ta’ minerali, kif ukoll l-inġinerija tat-tħaffir u studji ġeoloġiċi ta’ siti huma wkoll inklużi hawnhekk.

(ċ)

Servizzi oħra ta’ pproċessar fuq is-sît, li jkopru pproċessar fuq is-sît jew xogħol fuq oġġetti li ġew importati mingħajr bidla fis-sid, ipproċessati imma mhux ri-esportati lejn dak il-pajjiż minn fejn ġew (imma minflok jew ikunu mibjugħa fl-ekonomija ta’ l-ipproċessar jew mibjugħa lil ekonomija terza) jew viċi versa.

Servizzi kummerċjali oħra (kodiċi 284)

Ikopru servizzi ta’ transazzjonijiet bejn residenti u mhux residenti, bħall-pożizzjonament ta’ persunal, servizzi ta’ sigurtà u investigattivi, traduzzjoni u interpretazzjoni, servizzi fotografiċi, tindif ta’ bini, servizzi ta’ negozju ta’ proprjetà għan-negozju, u dawk is-servizzi tan-negozju l-oħra li ma jistgħux jiġu klassifikati taħt xi servizz ta’ negozju msemmi hawn fuq.

Servizzi bejn intrapriżi relatati, mhux inklużi band’ oħra (kodiċi 285)

Din hija kategorija tal-bqija. Tkopri pagamenti bejn intrapriżi relatati ma’ servizzi li ma jistgħux jiġu kklassifikati speċifikament taħt xi komponent ieħor. Tinkludi pagamenti minn fergħat, kumpanniji sussidjarji u assoċjati lill-intrapriża prinċipali, jew intrapriżi relatati oħra li jippreżentaw kontribuzzjonijiet għall-prezz tat-tmexxija ġenerali tal-fergħat, kumpanniji sussidjarji u assoċjati (għal ippjanar, organizzazzjoni u kontroll) u wkoll ir-rimbors ta’ spejjeż imħallsa direttament mill-intrapriża prinċipali. Huma inklużi wkoll transazzjonijiet bejn intrapriżi prinċipali u l-fergħat u l-kumpanniji sussidjarji u assoċjati tagħhom għal spejjeż ġenerali regolari.

Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment (kodiċi 287)

Jinkludu Servizzi awdjoviżivi u servizzi relatati (kodiċi 288) u Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment oħra (kodiċi 289).

Servizzi awdjoviżivi u servizzi relatati (kodiċi 288)

Jinkludu servizzi u drittijiet assoċjati relatati mal-produzzjoni ta’ films taċ-ċinema (fuq film jew tape tal-video), programmi għar-radju u t-televiżjoni (live jew irrekordjati) u reġistrazzjonijiet mużikali. Huma nklużi dħul jew pagamenti minn kirjiet; drittijiet riċevuti minn atturi residenti, produtturi eċċ. għal produzzjonijiet barra l-pajjiż (jew minn non-residenti għal xogħol li għamlu fl-ekonomija dikjaranti); pagamenti għad-drittijiet ta’ distribuzzjoni mibjugħa lill-media għal numru limitat ta’ dehriet f’lokalitajiet speċifiċi u aċċess għal kanali tat-televisjoni kriptati (bħal servizzi bil-fil). Huma nklużi drittijiet lil atturi, diretturi u produtturi involuti fi produzzjonijiet teatrali u mużikali, avvenimenti sportivi, ċirkli u avvenimenti oħra simili u miżati għal drittijiet ta’ distribuzzjoni (għat-televiżjoni, radju u film) għal dawn l-attivitajiet.

Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment oħra (kodiċi 289)

Tinkludi servizzi relatati ma’ l-edukazzjoni (kodiċi 895), servizzi relatati mas-saħħa (kodiċi 896) u servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment oħra mhux inklużi band’ oħra (kodiċi 897).

Servizzi relatati ma’ l-edukazzjoni (kodiċi 895)

Jinkludu servizzi fornuti bejn residenti u mhux residenti relatati ma’ l-edukazzjoni, bħal korsijiet bil-korrispondenza u edukazzjoni permezz tat-televiżjoni jew l-Internet, kif ukoll minn għalliema eċċ. li jagħtu servizzi direttament fl-ekonomiji ospitanti.

Servizzi relatati mas-saħħa (kodiċi 896)

Jinkludu servizzi pprovduti minn tobba, infermiera u paramediċi u personal simili, kif ukoll servizzi ta’ laboratorju u oħrajn simili, kemm jekk mogħtija mill-bogħod kemm jekk fil-post. Hija eskluża kull spiża minn vjaġġaturi fuq edukazzjoni jew saħħa (inklużi fi vjaġġi).

Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment oħra (kodiċi 897)

Din hija kategorija tal-bqija li tkopri Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment oħra (kodiċi 289) li mhumiex inklużi f’ Servizzi ta’ edukazzjoni (kodiċi 895) u Servizzi tas-saħħa (kodiċi 896).

Servizzi tal-Gvern, mhux inklużi band’ oħra (kodiċi 291)

Din hija kategorija tal-bqija li tkopri transazzjonijiet governattivi (inklużi dawk ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali) li ma jidħlux fil-komponenti l-oħra tal-Klassifika ta’ Servizzi Estiżi ta’ Bilanċ ta’ Pagamenti (EBOPS). Huma nklużi t-transazzjonijiet kollha (kemm ta’ oġġetti kif ukoll ta’ servizzi) minn ambaxxati, konsulati, unitajiet militari u aġenziji ta’ difiża ma’ residenti ta’ l-ekonomiji fejn jinsabu l-ambaxxati, il-konsulati, l-unitajiet militari u l-aġenziji ta’ difiża u t-transazzjonijiet kollha ma’ ekonomiji oħra. Huma esklużi transazzjonijiet ma’ residenti ta’ l-ekonomiji oriġinali rrappreżentati mill-ambaxxati, konsulati, unitajiet militari u aġenziji ta’ difiża, u transazzjonijiet fil-kummissarjati u postijiet ta’ skambju ta’ posta ta’ dawn l-ambaxxati u konsulati.

Huwa meħtieġ li din il-partita tinqasam fi transazzjonijiet ta’ servizzi minn Ambaxxati u konsulati (kodiċi 292), transazzjonijiet ta’ servizzi minn unitajiet militari u aġenziji (kodiċi 293) u servizzi governattivi oħra (kodiċi 294).

DĦUL (KODIĊI 300)

Dħul ikopri żewġ tipi ta’ transazzjonijiet bejn residenti u mhux residenti: (i) dawk li jinvolvu kumpens lill-impjegati, li huwa mħallas lil ħaddiema mhux residenti (eż. tal-fruntiera, staġjonali u ħaddiema oħra għal żmien qasir), u (ii) dawk li jinvolvu dħul u ħruġ minn investimenti fuq attiv u passiv finanzjarju estern.

Kumpens għall-impjegati (kodiċi 310)

Il-kumpens għall-impjegati jinkludi pagi, salarji, u benefiċċji oħra, fi flus jew mod ieħor, li jaqla’ individwu – f’ekonomiji oħra barra minn fejn hu residenti – għal xogħol magħmul għal (u mħallas minn) residenti ta’ dawk l-ekonomiji. Huma nklużi kontribuzzjonijiet minn min iħaddem, f’isem l-impjegat, għal skemi ta’ sigurtà soċjali jew assigurazzjoni privata jew fondi tal-pensjoni (kemm jekk b’fondi kif ukoll jekk le) biex jiżguraw benefiċċji għall-impjegati.

Dħul minn Investiment (kodiċi 320)

Id-dħul minn investiment hu dħul li ġej minn pussess ta’ attiv finanzjarju esternu u pagabbli minn residenti ta’ ekonomija waħda lil residenti ta’ ekonomija oħra. Dħul minn investiment jinkludi imgħax, dividendi, bgħit ta’ profitti minn fergħat, u ishma diretti ta’ investuri ta’ qligħ miżmum ta’ investiment dirett f’intrapriżi. Dħul minn investiment għandu jinqasam f’dawn il-komponenti: dirett, portafoll u komponenti ta’ investiment oħrajn.

Dħul minn Investiment Dirett (kodiċi 330)

Dħul minn investiment dirett, prinċipalment dħul minn ishma f’kumpanniji u dħul fuq debitu ikopri dħul akkumulat għal investitur dirett residenti f’ekonomija minn pussess ta’ kapital investit f’intrapriża f’ ekonomija oħra. Dħul minn investiment dirett huwa ppreżentat fuq bażi netta kemm għal investiment dirett barra l-pajjiż u anki fl-ekonomija li qed tagħmel ir-rapport (iġifieri dħul minn ishma f’kumpanniji u dħul fuq debitu mnaqqsa bil-pagamenti fuq dħul minn ishma f’kumpanniji u dħul fuq debitu għal kull wieħed). Dħul minn ishma f’kumpanniji huwa maqsum f’(i) dħul imqassam (dividendi u qligħ mill-fergħat imqassam), u (ii) dħul ri-investit u qligħ miżmum mill-fergħat. Dħul minn debitu jikkonsisti f’interessi pagabbli – fuq debitu fi ħdan il-kumpannija - lil/minn investituri diretti minn/lil intrapriżi assoċjati barra l-pajjiż. Dħul fuq ishma prefenzjali li ma jipparteċipawx jitqies bħala dħul minn imgħax, minflok dħul minn dividendi, u hu inkluż fi dħul fuq debitu.

Dividendi u qligħ mill-fergħat li jitqassam (kodiċi 332)

Dividendi, inklużi dividendi minn stokk, huma t-tqassim ta’ qligħ allokat lil ishma u forom oħra ta’ parteċipazzjoni f’ishma ta’ intrapriżi privati nkorporati, kooperattivi, u korporazzjonijiet pubbliċi. Dħul imqassam jista’ jkun f’forma ta’ dividendi fuq ishma komuni jew preferenzjali li jkunu proprjeta` ta’ investituri diretti f’intrapriżi assoċjati barra l-pajjiż, jew viċi versa.

Dħul ri-investit u qligħ mill-fergħat li ma jitqassamx (kodiċi 333)

Dħul ri-investit jinkludi ishma ta’ investituri diretti - skond il-proporzjon ta’ l- ekwità li għandu – ta’ (i) qligħ li sussidjarji barranin u intrapriżi assoċjati ma jqassmux bħala dividendi u (ii) qligħ li fergħat u intrapriżi mhux inkorporati oħra ma jħallsux lura lil investituri diretti (Jekk dik il-parti tal-qligħ ma tkunx identifikata, bħala regola, il-qligħ tal-fergħat kollha jiġi kkunsidrat li għandu jiġi mqassam).

Dħul fuq id-debitu (kodiċi 334)

Dħul fuq id-debitu ifisser imgħax pagabbli — fuq debitu fi ħdan il-kumpannija — lil/minn investituri diretti minn/lil intrapriżi assoċjati barra l-pajjiż. Dħul fuq ishma preferenzjali mhux parteċipanti jitqies bħala dħul minn imgħax, mhux dħul minn dividendi, u huwa inkluż fi dħul fuq debitu.

Kapital ta’ ekwità u dħul ri-investit barra mill-pajjiż (kodiċi 506)

Kapital azzjonarju jinkludi ishma f’fergħat, l-ishma kollha (kemm li għandhom vot u anki li m’għandhomx) f’kumpanniji sussidjarji u assoċjati (ħlief ishma prefenzjali li ma jipparteċipawx li jitqiesu bħala sigurtà fuq debitu u li huma nklużi bħala kapital dirett investit ieħor), u kontibuzzjonijiet kapitali oħra. Dħul ri-investit huwa magħmul mis-sehem ta’ l-investitur dirett (fi proporzjon ta’ parteċipazzjoni ta’ ekwità diretta) ta’ dħul mhux imqassam bħala dividendi minn kumpanniji sussidjarji u assoċjati u dħul ta’ fergħat mhux mibgħut lill- investitur dirett.

Kapital ta’ ekwità u dħul ri-investit fl-ekonomija dikjaranti (kodiċi 556)

Kapital ta’ ekwità jinkludi ekwità fil-fergħat, l-ishma kollha (kemm li għandhom vot u anki li m’għandhomx) f’kumpanniji sussidjarji u assoċjati (ħlief ishma prefenzjali li ma jipparteċipawx li jitqiesu bħala sigurtà fuq debitu u huma nklużi bħala kapital investit dirett ieħor), u kontribuzzjonijiet minn kapital ieħor. Dħul ri-investit huwa magħmul mis-sehem ta’ l-investitur dirett (fi proporzjon ta’ parteċipazzjoni ta’ ekwità diretta) ta’ dħul mhux imqassam bħala dividendi minn kumpanniji sussidjarji u assoċjati u qligħ ta’ fergħat mhux imrodd lura lil investitur dirett.

Dħul minn investiment tal-portafoll (kodiċi 339)

Dħul minn investiment tal-portafoll jinkludi transazzjonijiet minn dħul bejn residenti and mhux residenti u huwa miksub mill-pussess ta’ ishma, bonds, noti, u strumenti tas-suq monetarju. Din il-kategorija hija suddiviża fi dħul minn ishma (dividendi) u dħul fuq debiti (imgħax).

Dħul ieħor minn investiment (kodiċi 370)

Dħul ieħor minn investiment ikopri dħul ta’ imgħax u pagamenti fuq it-talbiet (attiv) kollha u l-passiv kollu ta’ residenti fil-konfront ta’ non- residenti, rispettivament. Din il-kategorija tinkludi wkoll, bi prinċipju, dħul attribwit lil familji minn ekwità nett f’riservi ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u f’fondi tal-pensjonijiet. L-imgħax fuq l-attiv ikopri imgħax fuq self fit-tul jew fil-qosor, fuq depożiti, fuq talbiet oħra kummerċjali u finanzjarji, u fuq il-pożizzjoni ta’ kreditur ta’ l-ekonomija fl-IMF. L-imgħax fuq il-passiv ikopri imgħax fuq self, fuq depożiti u fuq talbiet u imgħax oħra relatati ma l-użu ta’ kreditu ta’ l-IMF u self mill-IMF. Huma nklużi wkoll l-imgħaxijiet imħallsa lill-IMF fuq il-beni ta’ SDR tal-Fond fil-Kont ta’ Riżorsi Ġenerali.

Trasferimenti kurrenti (kodiċi 379)

Trasferimenti kurrenti huma partiti ta’ tpaċċija għal transazzjonijiet unilaterali li fihom entità ekonomika tipprovdi riżorsi reali jew oġġett finanzjarju lil entità oħra mingħajr ma tirċievi lura xi riżors reali jew oġġett finanzjarju bi tpattija. Dawn ir-riżorsi huma kkunsmati minnufih jew fi ftit ħin wara li jsir it-trasferiment. Trasferimenti kurrenti huma t-trasferimenti kollha li mhumiex kapital. Trasferimenti kurrenti huma kklassifikati skond is-settur ta’ l-ekonomija dikjaranti f’setturi governattivi ġenerali u setturi oħra.

Trasferimenti ġenerali kurrenti tal-gvern (kodiċi 380)

Trasferimenti ġenerali tal-gvern jinkludu koperazzjoni internazzjonali kurrenti u tkopri trasferimenti kurrenti – fi flus jew in natura – bejn gvernijiet ta’ ekonomiji differenti jew bejn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Setturi oħra (kodiċi 390)

Trasferimenti kurrenti bejn setturi oħra ta’ ekonomija u non-residenti jinkludu dawk bejn individwi, bejn istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet mhux governattivi (jew bejn iż-żewġ gruppi), jew bejn istituzzjonijiet governattivi mhux residenti u individwi jew istituzzjonijiet mhux governattivi.

Kont kapitali (kodiċi 994)

Il-kont kapitali jkopri t-transazzjonijiet kollha li jinvolvu r-riċeviment jew pagament ta’ trasferimenti kapitali u l-akkwist/it-trasferiment ta’ attiv mhux prodott u mhux finanzjarju.

Kont finanzjarju (kodiċi 995)

Il-kont finanzjarju jkopri t-transazzjonijiet kollha assoċjati ma’ bdil fil-proprjeta fl-attiv u passiv finanzjarju barrani ta’ ekonomija. Dawn il-bidliet jinkludu l-ħolqien u l-likwidazzjoni ta’ obbligi fuq, jew mill-bqija tad-dinja. Il-komponenti kollha huma kklassifikati skond it-tip ta’ investiment jew sottodiviżjoni funzjonali (investiment dirett, investiment tal-portafoll, derivattivi finanzjarji, investmenti oħra, attiv ta’ riserva).

INVESTMENT DIRETT (KODIĊI 500)

Investiment dirett barrani hu l-kategorija ta’ investiment internazzjonali li jirrifletti l-għan ta’ entità residenti f’ekonomija waħda (investitur dirett) li jakkwista interess fit-tul f’intrapriża residenti f’ekonomija barra minn dik ta’ l-investitur (investiment dirett f’intrapriża). “Interess fit-tul” jimplika l-eżistenza ta’ relazzjoni fuq medda ta’ żmien bejn l-investitur dirett u l-intrapriża u ammont sinifikanti ta’ influwenza mill-investitur fuq il-ġestjoni ta’ l-intrapriża ta’ invesitment dirett. Investiment dirett jinkludi t-transazzjoni tal-bidu bejn iż-żewġ entitatijiet – jiġifieri, it-transazzjoni li tistabbilixxi r-relazzjoni ta’ l-investiment dirett – u t-transazzjonijiet ta’ wara kollha bejniethom u bejn intrapriżi affiljati, kemm inkorporati kif ukoll mhux inkorporati.

Investiment dirett barra mill-pajjiż (kodiċi 505)

Investiment dirett huwa klassifikat primarjament fuq bażi direzzjonali – investiment dirett minn residenti barra il-pajjiż u investiment minn mhux residenti fl-ekonomija dikjaranti.

Kapital ta’ ekwità (kodiċi 510)

Kapital azzjonarju jinkludi ekwità f’fergħat, l-ishma kollha (kemm li għandhom vot kif ukoll li m’għandhomx) f’kumpanniji sussidjarji u assoċjati (ħlief ishma prefenzjali mhux parteċipanti li jitqiesu bħala sigurtà fuq debitu u li huma nklużi bħala kapital ta’ investiment dirett), u kontibuzzjonijiet kapitali oħra. Kapital ta’ ekwità jkopri wkoll l-akkwist ta’ ishma minn intrapriża b’investiment dirett fl-investitur dirett tagħha.

Dħul re-investit (kodiċi 525)

Dħul re-investit jikkonsisti fis-sehem ta’ l-investitur dirett (bħala proporzjon għall-parteċipazzjoni diretta fl-ekwità) ta’ qligħ mhux imqassam bħala dividendi minn kumpanniji sussidjarji u assoċjati u qligħ minn fergħat mhux mibgħut lill-investitur dirett. Dan id-dħul ri-investit huwa mniżżel bħala dħul flimkien ma’ transazzjoni kapitali ta’ tpaċċija.

Investimenti kapitali diretti oħra (kodiċi 530)

Investimenti kapitali diretti oħra (jew transazzjonijiet ta’ debiti fi ħdan kumpannija) ikopru l-fondi mislufa u msellfa - inklużi sigurtajiet fuq debiti, kreditu mill-fornituri u ishma prefenzjali mhux parteċipanti (li jitqiesu bħala sigurtajiet fuq debiti) - bejn investituri diretti u kumpanniji sussidjarji, fergħat, u kumpanniji assoċjati. Talbiet fuq debiti lill-investitur dirett mill-intrapriża ta’ investiment dirett huma wkoll imniżżla bħala kapital minn investiment dirett.

Investiment dirett fl-ekonomija dikjaranti (kodiċi 555)

Investiment dirett huwa kklassifikat primarjament fuq bażi direzzjonali –investiment dirett minn residenti għal barra il-pajjiż u investiment minn non-residenti fl-ekonomija dikjaranti.

Kapital ta’ ekwità (kodiċi 560)

Kapital ta’ ekwità jinkludi ekwità f’fergħat, l-ishma kollha (kemm li għandhom vot u anki li m’għandhomx) f’kumpanniji sussidjarji u assoċjati (ħlief ishma prefenzjali li ma jipparteċipawx li jitqiesu bħala sigurtajiet fuq debiti u huma nklużi bħala kapital investit dirett ieħor), u kontibuzzjonijiet kapitali oħra. Kapital azzjonarju jkopri wkoll l-akkwist ta’ ishma minn intrapriża b’investiment dirett fl-investitur dirett tagħha.

Dħul ri-investit (kodiċi 575)

Dħul re-investit jikkonsisti fis-sehem ta’ l-investitur dirett (bħala proporzjon għall-parteċipazzjoni diretta fl-ekwità) ta’ qligħ mhux imqassam bħala dividendi minn kumpanniji sussidjarji u assoċjati u qligħ minn fergħat mhux mibgħut lill-investitur dirett. Dan id-dħul ri-investit hu mniżżel bħala dħul flimkien ma’ transazzjoni kapitali ta’ tpaċċija.

Kapital ieħor ta’ investiment dirett (kodiċi 580)

Kapital ieħor ta’ investiment dirett (jew transazzjonijiet ta’ debitu fi ħdan kumpannija) ikopri l-fondi mislufa u mselfa - inklużi sigurtajiet fuq debiti, kreditu mill-fornituri u ishma prefenzjali li ma jipparteċipawx (li jitqiesu bħala sigurtajiet fuq debiti) - bejn investituri diretti u kumpanniji sussidjarji, fergħat, u kumpanniji assoċjati. Talbiet fuq debiti lil investitur dirett mill-intrapriża ta’ investiment dirett huma wkoll imniżżla bħala kapital ta’ investiment dirett.

INVESTIMENT TA’ PORTAFOLL (KODIĊI 600)

Investment ta’ portafoll ikopri t-transazzjonijiet fl-ekwità u s-sigurtajiet fuq debiti. Is-sigurtajiet fuq debiti jerġgħu jinqasmu f’bonds u noti, strumenti tas-swieq monetarji, u derivattivi finanzjarji meta d-derivattivi jiġġeneraw talbiet u obbligi finanzjarji. Sakemm dawn ma jkunux kategorizzati jew bħala investiment dirett jew bħala attiv ta’ riserva.

Derivattivi finanzjarji (kodiċi 910)

Kuntratt ta’ derivattivi finanzjarji huwa strument finanzjarju li huwa marbut ma’ strument jew indikatur jew komodità finanzjarja speċifika oħra u li permezz tiegħu riskji finanzjarji speċifiċi (bħal riskju fuq rata ta’ interess, riskju fuq kambju barrani, riskji fuq prezzijiet ta’ ekwità u oġġetti, riskji ta’ kreditu eċċ.) jistgħu, jiġu nnegozjati fis-swieq finanzjarji f’isimhom stess.

INVESTMENTI OĦRA (KODIĊI 700)

Il-partita ta’ investimenti oħra tiġi definita bħala kategorija tal-bqija li tinkludi t-transazzjonijiet finanzjarji kollha mhux koperti minn investiment dirett, investiment ta’portafoll, derivattivi finanzjarji jew kontijiet ta’ attiv ta’ riserva.