ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta' l-Unjoni Ewropea

L 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 47
9 ta' Ġunju 2004


Werrej

 

II   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

*

2004/501/KE:
Linja ta’ gwida tal-bank ċnetrali ewropew tal-21 ta’ April, 2004 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (BĊE/2004/4)

1

 

*

2004/502/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2004/5)

5

 

*

2004/503/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (BĊE/2004/6)

7

 

*

2004/504/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ l-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2004/7)

9

 

*

2004/505/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat ta' l-ekwita tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti, u għal kwistjonijiet finanzjarji relatati (BĊE/2004/8)

13

 

*

2004/506/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-22 ta’ April, 2004 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (BĊE/2004/9)

17

 

*

2004/507/KE:
Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew tat-23 ta’ April, 2004 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (BĊE/2004/10)

19

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hika ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Europea fil-ĠU L205

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Bank Ċentrali Ewropew

9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/1


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊNETRALI EWROPEW

tal-21 ta’ April, 2004

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET)

(BĊE/2004/4)

(2004/501/KE)

IL-KUSNILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, partikolarment l-Artiklu 105(2),

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 3.1, l-Artiklu 12.1, l-Artiklu 14.3 u l-Artikli 17, 18 u 22,

Billi:

(1)

Ir-raba' subinċiż ta' l-Artiklu 105(2) tat-Trattat u r-raba' subinċiż ta' l-Artiklu 3.1 ta' l-iStatut jagħti s-setgħa lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) biex jippromwovu l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas.

(2)

Skond l-Artiklu 22 ta' l-iStatut, il-BĊE u l-BĊNi jistgħu jipprovdu faċilitajiet biex jassiguraw sistemi effiċjenti u sodi ta' ikklerjar u ħlas ġewwa l-Komunita 'u ma' pajjiżi oħra.

(3)

Jinħtieġ li l-Linja ta' Gwida BĊE/2001/3 tas-of 26 ta' April, 2001 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (1) tiġi emendata biex tirrifletti dawn li ġejjin: l-ewwel, id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv ta' l-24 ta' Ottubru, 2002, li l-BĊNi ta' l-għaxar pajjiżi li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju, 2004, għandhom ikollhom id-dritt biex jikkonnnettjaw mat-TARGET mingħajr ma jkunu obbligati biex jagħmlu dan; it-tieni, il-bidliet dwar it-tariffi pagabbli dwar l-iSkema ta' Kumpens tat-TARGET.

(4)

Skond l-Artiklu 12.1 u l-Artiklu 14.3 ta' l-iStatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunita'.

ADDOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ta’ emenda

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2001/3 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artiklu 2 huwa emendat kif ġej:

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija sostituta b’dan li ġej:

“Is-sistema RTGS ta' l-Istati Membri li m' addottawx l-ewro jistgħu jikkonnettjaw mat-TARGET sakemm is-sistemi RTGS jikkonformaw mal-karatteristiċi komuni minimi stabbilti fl-Artiklu 3 u huma kapaċi biex jipproċessaw l-ewro bħala valuta barranija flimkien mal-valuta nazzjonali rispettiva tagħhom.’

(2)

B'effett mill-1 ta' Awwissu, 2004, l-Artiklu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitut b’li ġej:

‘2.   Kundizzjonijiet għal kumpens

(a)

Fir-rigward ta' dak il-parteċipant fit-TARGET li jkun qed jibgħat, klejm għal tariffa amministrattiva u kumpens ta' imgħax għandha tiġi kkunsidrata jekk minħabba xi difett:

(i)

l-ipproċessar fl-istess ġurnata ta' xi ordni ta' ħlas ma tlestiex;

jew

(ii)

dan il-parteċipant fit-TARGET jista' juri li kellu l-intenzjoni biex idaħħal ordni ta' ħlas fit-TARGET imma ma setgħax jagħmel dan minħabba stop-sending status ta' xi sistema nazzjonali RTGS.

(b)

Fir-rigward ta' dak il-parteċipant fit-TARGET li jkun qed jirċievi, klejm għal tariffa amministrattiva għandha tiġi kkunsidrata jekk minħabba xi difett dak il-parteċipant fit-TARGET ma rċeviex xi ħlas tat-TARGET li kien qed jistenna li jirċievi fil-jum tad-difett. F’dan il-każ, klejm għal kumpens ta' imgħax għandha tiġi kkunsidrata wkoll jekk:

(i)

dan il-parteċipant fit-TARGET kellu rikors għall-faċilita' ta' self marġinali jew, jekk xi parteċipant fit-TARGET ma jkollux aċċess għall-faċilita' ta' self marġinali, dan il-parteċipant fit-TARGET spiċċa b' bilanċ ta' dejn, jew kellu xi spill-over mill-intraday credit fl-overnight credit fil-kont RTGS tiegħu fl-egħluq tan-negozju tat-TARGET, jew kellu jissellef ammonti mill-BĊN rispettiv;

u

(ii)

jew il-BĊN tas-sistema nazzjonali RTGS fejn id-difett ikun sar (“il-BĊN difettuż”) kien il-BĊNi li kien qed jirċievi, jew id-difett seħħ tant tard fil-jum ta' operazzjoni tat-TARGET li kien teknikament impossibbli jew imprattiku għal dak il-parteċipant fit-TARGET li jkun qed jirċievi biex ikollu rikors għas-suq tal-flus.’

(b)

Il-paragrafu 3.1 (b) huwa sostitut b’li ġej:

‘(b)

It-tariffa amministrattiva għandha tkun ta' EUR 50 għall-ewwel ordni ta' ħlas mhux kompluta fid-data ta' l-ipproċessar, u, fil-każ ta' aġġustamenti multipli, ta' EUR 25għal kull waħda minn dawn l-erba' ordnijiet ta' ħlas li jkunu jmissu, u EUR 12,50 għal kull ordni ta' ħlas oħra bħal dawn. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi ddeterminata b’referenza għal kull parteċipant fit-TARGET li jirċievi.”

(c)

Il-paragrafu 3.2 huwa sostitut b’li ġej:

“3.2   Kumpens ta’ parteċipanti fit-TARGET li jirċievu

(a)

L-offerta ta' kumpens skond l-iSkema ta' Kumpens tat-TARGET għandha tikkonsisti biss f’tariffa amministrattiva jew tariffa amministrattiva u kumpens ta' imgħax.

(b)

l-ammont tat-tariffa amministrattiva għandu jkun iddeterminat skond il-paragrafu 3.1(b) u t-tariffa amministrattiva għandha tiġi ddeterminata b’referenza għal kull parteċipant fit-TARGET li jibgħat.

(ċ)

Il-metodu tal-kalkulazzjoni għall-kumpens ta' imgħax kif imsemmi fil-paragrafu 3.1(ċ) hawn fuq għandu japplika, ħlief li l-kumpens ta' imgħax għandu jiġi bbażat fuq id- differenza bejn ir-rata ta' self marġinali u r-rata ta' referenza, u għandu jiġi kkalkulat fuq l-ammont ta' rikors għall-faċilita' ta' self marġinali bħala riżultat tad-difett.

(d)

Fir-rigward ta' parteċipanti fit-TARGET li jirċievu tas-(i) sistemi nazzjonali RTGS ta' l-iStati Membri parteċipanti li mhumiex kontropartijiet għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema, u (ii) sistemi nazzjonali RTGS ta' l-iStati Membri mhux parteċipanti, sal-miżura li xi bilanċ ta' debitu jew xi spill-over mill-intraday credit fl-overnight credit jew il-ħtieġa biex jinsilfu ammonti mill-BĊN rispettiv tista' tiġi attribwita għad-difett, li parti tar-rata tal-penali applikabbli (kif stipulata bir-regoli applikabbli ta' RTGS f’dawn il-każijiet) li hija ogħla mir-rata ta' self marġinali, għandha tiġi maħfura (u injorata f’każijiet futuri ta'spill-over) u għal parteċipanti fit-TARGET tas-sistemi nazzjonali RTGS imsemmija (ii) hawn fuq, għandha tiġi injorata għall-iskop ta' l-aċċess għall-intraday credit u/jew parteċipazzjoni kontinwata fis-sistema nazzjonali RTGS interessata.’

(3)

L-Anness I huwa sostitut bit-test fl-Anness ma' din il-Linja ta' Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju, 2004.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-21 ta’ April, 2004.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 140, 24.5.2001, p. 72. Il-Linja ta' Gwida kif l-aħħar emendata bil-Linja ta' Gwida BĊE/2003/6 (ĠU L 113, 7.5.2003, p. 10).


ANNESS

SISTEMI NAZZJONALI RTGS

Stat Membru

Isem tas-sistema

Aġent regolatur

Post

Il-Belġju

Electronic Large-value Interbank Payment System (ELLIPS)

Banque Nationale de Belgique/Nationale Bank van België

Brussell

Il-Ġermanja

RTGSplus

Deutsche Bundesbank

Frankfurt

Il-Greċja

Hellenic Real-time Money Transfer Express System (HERMES)

Bank of Greece

Ateni

Spanja

Servicios de Liquidación del Banco de España (SLBE)

Banco de España

Madrid

Franza

Transferts Banque de France (TBF)

Banque de France

Pariġi

L-Irlanda

Irish Real-time Interbank Settlement System (IRIS)

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

Dublin

L-Italja

Sistema di regolamento lordo (BIREL)

Banca d’Italia

Ruma

Il-Lussemburgu

Luxembourg Interbank Payment Systems (LIPS-Gross)

Banque centrale du Luxembourg

Il-Lussemburgu

Il-Pajjiżi l-Baxxi

TOP

De Nederlandsche Bank

Amsterdam

L-Awstrija

Austrian Real-time Interbank Settlement System (ARTIS)

Oesterreichische Nationalbank

Vjenna

Il-Portugall

Sistema de Pagamentos de Grandes Transacções (SPGT)

Banco de Portugal

Lisbona

Il-Finlandja

Bank of Finland (BoF-RTGS)

Suomen Pankki

Ħelsinki


9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/5


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ April, 2004

dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2004/5)

(2004/502/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.4 u 49.3,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond ir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 47.2 ta' l-Istatut,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru, 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), stabbiliet b’effett mill-1 ta' Jannar, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Jannar, 2004 fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali” rispettivament).

(2)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, il-kapital sottoskritt tal-BĊE għandu jiżdied awtomatikament skond l-Artikolu 49.3 ta' l-iStatut. Din iż-żieda teħtieġ il-kalkulazzjoni tal-proporzjon fl-iskema kapitali ta' kull BĊNi li jkun parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, b’analoġija ma' l-Artikolu 29.1 u b’konformita' ma' l-Artikolu 29.2 ta' l-iStatut. L-iskema kapitali estiża tal-BĊE u l-proporzjon ta' l-iskema kapitali ta' kull BĊN japplika b' effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

(3)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju, 2003, dwar id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament ta' l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni ta’ l-iskema kapitali estiża.

(4)

Minħabba l-Artikolu 3.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, u minħabba l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali għal din id-Deċiżjoni, il-Gvernaturi taċ-Česká národní banka, ta' l-Eesti Pank, tas-Central Bank of Cyprus, tal-Latvijas Banka, tal-Lietuvos bankas, tal-Magyar Nemzeti Bank, tal-Bank Ċentrali ta' Malta, tan-Narodowy Bank Polski, tal-Banka Slovenije u tan-Národná banka Slovenska kellhom l-opportunita' biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel ma tiġi addottata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Aġġustament

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta biex tintuża fl-aġġustament ta' l-iskema kapitali u l-figuri ma jlaħħqux għall-100 %, id-differenza għandha tkun kumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt peċentwali ma' l-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt peċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.

Artikolu 2

Il-Proporzjonijiet fl-iskema kapitali

Il-proporzjonijiet assenjati lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta' l-Istatut, għandhom, b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, ikunu kif ġej:

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

2,5502  %

Česká národní banka

1,4584  %

Danmarks Nationalbank

1,5663  %

Deutsche Bundesbank

21,1364  %

Eesti Pank

0,1784  %

Bank of Greece

1,8974  %

Banco de España

7,7758  %

Banque de France

14,8712  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

0,9219  %

Banca d’Italia

13,0516  %

Central Bank of Cyprus

0,1300  %

Latvijas Banka

0,2978  %

Lietuvos bankas

0,4425  %

Banque centrale du Luxembourg

0,1568  %

Magyar Nemzeti Bank

1,3884  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0647  %

De Nederlandsche Bank

3,9955  %

Oesterreichische Nationalbank

2,0800  %

Narodowy Bank Polski

5,1380  %

Banco de Portugal

1,7653  %

Banka Slovenije

0,3345  %

Národná banka Slovenska

0,7147  %

Suomen Pankki

1,2887  %

Sveriges Riksbank

2,4133  %

Bank of England

14,3822  %

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 hija bil-preżenti rrevokata b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27.

(2)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.


9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/7


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ April, 2004

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti

(BĊE/2004/6)

(2004/503/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 28.3,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2003/18 tad-18 ta’ Diċembru, 2003, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (1), iddeterminat il-mod u l-ammont kemm il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li addottaw l-ewro (minn issa' l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) għandhom iħallsu mill-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-1 ta' Jannar, 2004.

(2)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-BĊNi parteċipanti fl-iskema estiża tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali u ‘l-iskema kapitali” rispettivament).

(3)

Mill-1 ta' Mejju, 2004, il-kapital sottoskritt tal-BĊE se jkun ta' 5 564 669 247,19 ewro.

(4)

L-iskema kapitali estiża teħtieġ l-addozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2003/18 b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, u biex tiddetermina l-mod u l-ammont kemm il-BĊNi parteċipanti għandhom iħallsu mill-kapital tal-BĊE fl-1 ta' Mejju, 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ammont u l-modalita` tal-ħlas tal-kapital

Fl-1 ta' Mejju, 2004, kull BĊN parteċipanti għandu jħallas fl-ammont kollu s-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE. Filwaqt li jieħu konsiderazzjoni tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali deskritti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/5, kull BĊN parteċipanti għandu għalhekk iħallas fl-1 ta' Mejju, 2004, l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN parteċipanti (EUR)

In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

141 910 195,14

Id-Deutsche Bundesbank

1 176 170 750,76

Bank of Greece

105 584 034,30

Il-Banco de España

432 697 551,32

Il-Banque de France

827 533 093,09

Ic-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 300 685,79

Il-Banca d’Italia

726 278 371,47

Il-Banque centrale du Luxembourg

8 725 401,38

Id-De Nederlandsche Bank

222 336 359,77

L-Oesterreichische Nationalbank

115 745 120,34

Banco de Portugal

98 233 106,22

Is-Suomen Pankki

71 711 892,59

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

Kull BĊN parteċipanti diġa' ħallas is-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sat-30 ta' April, 2004, skond id-Deċiżjoni BĊE/2003/18. Minħabba dan il-fatt, jew xi BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew il-BĊE għandu jittrasferixxi ammont lura lil xi BĊN parteċipanti, skond kif ikun l-aħjar li jsir, sabiex jintlaħqu l-ammonti stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 1. Dawn it-trasferimenti għandhom isiru skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 ta' April, 2004, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet Finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/18 hija bil-preżenti rrevokata b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 29.

(2)  Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(3)  Ara paġna 9 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.


9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/9


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ April, 2004

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ l-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas

(BĊE/2004/7)

(2004/504/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 28.5,

Billi:

(1)

L-aġġustament tal-proporzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema estiża tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali” rispettivament) kif stabbilit fid-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), jeħtieġ li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital bejn il-BĊNi li jkunu parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fit-30 ta' April, 2004, biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni ta' dawn l-ishma tikkorrispondi ma' l-aġġustamenti magħmula.

(2)

Iċ-Česká národní banka, l-Eesti Pank, is-Central Bank of Cyprus, il-Latvijas Banka, il-Lietuvos bankas, il-Magyar Nemzeti Bank, il-Bank Ċentrali ta' Malta, in-Narodowy Bank Polski, il-Banka Slovenije u n-Národná banka Slovenska (minn issa' l quddiem “il-BĊNi tal-pajjiżi li se jissieħbu”) jsiru biss parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, li tfisser li t-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital skond l-Artikolu 28.5 ta' l-iStatut ma japplikawx għall-BĊNi tal-pajjiżi li se jissieħbu.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2004/6 tat-22 ta’ April, 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (2) tiddetermina l-mod u kemm il-BĊNi ta' l-Istati Membri li addottaw l-ewro (minn issa' l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) għandhom iħallsu mill-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema kapitali estiża. Id-Deċiżjoni BĊE/2004/10 tat-23 ta' April, 2004, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (3) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi ta' l-Istati Membri li ma jkunux addottaw l-ewro fl-1 ta' Mejju, 2004 (minn issa' l quddiem “il-BĊNi mhux parteċipanti”) għandhom iħallsu fl-1 ta' Mejju, 2004, minħabba l-iskema kapitali estiża.

(4)

Il-BĊNi parteċipanti ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif mitlub skond id-Deċiżjoni BĊE/2003/18 tat-18 ta’ Diċembru, 2003, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (4). Minħabba dan il-fatt, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/6 jipprovdi li jew xi BĊNi parteċipanti għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew il-BĊE għandu jittrasferixxi ammont lura lil xi BĊN parteċipanti, skond kif ikun l-aħjar li jsir, sabiex jintlaħqu l-ammonti stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/6. B' l-istess mod, id-Danmarks Nationalbank, l-iSveriges Riksbank u l-Bank of England ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif mitlub skond id-Deċiżjoni BĊE/2003/19 tat-18 ta' Diċembru, 2003, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentral nazzjonali mhux parteċipanti (5). Minħabba dan il-fatt, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/10 jipprovdi li kull wieħed minn dawn it-tliet BĊNi għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħandu, skond kif ikun l-aħjar li jsir, sabiex jintlaħqu l-ammonti li qed jintwerew fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/10. L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/10 jipprovdi li kull wieħed mill-BĊNi tal-pajjiżi li se jissieħbu għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 ta’ l-istess Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Trasferiment ta’ l-ishma tal-kapital

Meta wieħed iqis is-sehem li kull wieħed mill-BĊNi parteċipanti, kif ukoll id-Danmarks Nationalbank, l-iSveriges Riksbank, u l-Bank of England, se jkun issottoskritta fil-kapital tal-BĊE fit-30 ta' April, 2004, u s-sehem li kull wieħed minn dawn il-BĊNi se jissottoskrivi fil-kapital tal-BĊE mill-1 ta' Mejju, 2004, bħala konsegwenza ta' l-aġġustament tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali kif deskritt fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/5, dawn il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom peremezz ta' trasferimenti lill- u mill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni ta' l-ishma tal-kapital fl-1 ta' Mejju, 2004, tikkorrispondi mal-proporzjonijiet aġġustati. Għal dan il-għan, bis-saħħa ta' dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalita jew atti, kull wieħed minn dawn il-BĊNi għandu, jew jittrasferixxi jew jirċievi fl-1 ta' Mejju, 2004, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “+” għandu jirreferi għal sehem tal-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN, u s-sinjal “-” għal sehem tal-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Meta wieħed iqis l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN diġa' ħallas (jekk) u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas fl-1 ta' Mejju, 2004, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/6 għall-BĊNi parteċipanti u fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/10 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, kull BĊN għandu fit-3 ta' Mejju, 2004, jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett (f’ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

2.   Fit-3 ta' Mejju, 2004, il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati li jittrasferixxu xi ammont skond il-paragrafu 1, kull wieħed minnhom għandu jittrasferixxi separatament kull imgħax akkumulat matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sat-3 ta' Mejju, 2004, dwar l-ammonti dovuti rispettivi mill-BĊE u minn dawk il-BĊNi skond il-paragrafu 1. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET).

2.   Meta xi BĊN ma jkollux aċċess għat-TARGET fit-3 ta’ Mejju, 2004, fl-istess data huwa għandu jittrasferixxi l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2, billi jikkredita l-kont li l-BĊE għandu jinnomina fi żmien adegwat.

3.   Kull imgħax li jiddekorri skond l-Artikolu 2(2) għandu jiġi kkalkulat ġurnata b' ġurnata, permezz tal-metodu tal-kalkulkazzjoni ta'360-jum attwali, b’rata ekwivalenti għar-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-SEBĊ fl-operazzjoni prinċipali ta' rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex iwettqu dan it-trasferiment fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet Finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(2)  Ara paġna 7 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(3)  Ara paġna 19 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(4)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 29

(5)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 31


ANNESS I

Il-kapital sottoskritt tal-BĊNi

(EUR)

 

Sehem sottoskritt fit-30 ta’ April, 2004

Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Mejju, 2004

Sehem biex jiġi ttrasferit

BĊN parteċipanti

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

141 485 000

141 910 195,14

+425 195,14

Deutsche Bundesbank

1 170 200 000

1 176 170 750,76

+5 970 750,76

Bank of Greece

108 070 000

105 584 034,30

–2 485 965,70

Banco de España

439 005 000

432 697 551,32

–6 307 448,68

Banque de France

825 875 000

827 533 093,09

+1 658 093,09

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 270 000

51 300 685,79

+30 685,79

Banca d’Italia

728 630 000

726 278 371,47

–2 351 628,53

Banque centrale du Luxembourg

8 540 000

8 725 401,38

+185 401,38

De Nederlandsche Bank

221 615 000

222 336 359,77

+721 359,77

Oesterreichische Nationalbank

115 095 000

115 745 120,34

+650 120,34

Banco de Portugal

100 645 000

98 233 106,22

–2 411 893,78

Suomen Pankki

71 490 000

71 711 892,59

+221 892,59

BĊN mhux parteċipanti

 

 

 

Česká národní banka

0

81 155 136,30

Mhux applikabbli

Danmarks Nationalbank

86 080 000

87 159 414,42

+1 079 414,42

Eesti Pank

0

9 927 369,94

Mhux applikabbli

Central Bank of Cyprus

0

7 234 070,02

Mhux applikabbli

Latvijas Banka

0

16 571 585,02

Mhux applikabbli

Lietuvos bankas

0

24 623 661,42

Mhux applikabbli

Magyar Nemzeti Bank

0

77 259 867,83

Mhux applikabbli

Bank Ċentrali ta’ Malta

0

3 600 341

Mhux applikabbli

Narodowy Bank Polski

0

285 912 705,92

Mhux applikabbli

Banka Slovenije

0

18 613 818,63

Mhux applikabbli

Národná banka Slovenska

0

39 770 691,11

Mhux applikabbli

Sveriges Riksbank

133 180 000

134 292 162,94

+1 112 162,94

Bank of England

798 820 000

800 321 860,47

+1 501 860,47

Total

5 000 000 000

5 564 669 247,19

0


ANNESS II

Il-kapital imħallas tal-BĊNi

(EUR)

 

Sehem imħallas fit-30 ta’ April, 2004

Sehem imħallas mill-1 ta’ Mejju, 2004

Ammont ta’ ħlas ittrasferit

BĊN parteċipanti

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

141 485 000

141 910 195,14

+425 195,14

Deutsche Bundesbank

1 170 200 000

1 176 170 750,76

+5 970 750,76

Bank of Greece

108 070 000

105 584 034,30

–2 485 965,70

Banco de España

439 005 000

432 697 551,32

–6 307 448,68

Banque de France

825 875 000

827 533 093,09

+1 658 093,09

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

51 270 000

51 300 685,79

+30 685,79

Banca d’Italia

728 630 000

726 278 371,47

–2 351 628,53

Banque centrale du Luxembourg

8 540 000

8 725 401,38

+185 401,38

De Nederlandsche Bank

221 615 000

222 336 359,77

+721 359,77

Oesterreichische Nationalbank

115 095 000

115 745 120,34

+650 120,34

Banco de Portugal

100 645 000

98 233 106,22

–2 411 893,78

Suomen Pankki

71 490 000

71 711 892,59

+221 892,59

BĊN mhux parteċipanti

 

 

 

Česká národní banka

0

5 680 859,54

+5 680 859,54

Danmarks Nationalbank

4 304 000

6 101 159,01

+1 797 159,01

Eesti Pank

0

694 915,90

+694 915,90

Central Bank of Cyprus

0

506 384,90

+506 384,90

Latvijas Banka

0

1 160 010,95

+1 160 010,95

Lietuvos bankas

0

1 723 656,30

+1 723 656,30

Magyar Nemzeti Bank

0

5 408 190,75

+5 408 190,75

Bank Ċentrali ta’ Malta

0

252 023,87

+252 023,87

Narodowy Bank Polski

0

20 013 889,41

+20 013 889,41

Banka Slovenije

0

1 302 967,30

+1 302 967,30

Národná banka Slovenska

0

2 783 948,38

+2 783 948,38

Sveriges Riksbank

6 659 000

9 400 451,41

+2 741 451,41

Bank of England

39 941 000

56 022 530,23

+16 081 530,23

Total

4 032 824 000

4 089 277 550,12

+56 453 550,12


9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/13


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ April, 2004

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat ta' l-ekwita tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti, u għal kwistjonijiet finanzjarji relatati

(BĊE/2004/8)

(2004/505/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 30,

Billi:

(1)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lill-BĊNi ta' l-iStati Membri li addottaw l-ewro (minn issa' l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) fl-iskema kapitali tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali rispettivament”) għandhom jiġu assenjati, kif stabbilit fid-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).

(2)

Dan l-aġġustament jirriżulta wkoll għall-ħtieġa li jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE ikun ikkredita lill-BĊNi parteċipanti skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut, u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta' l-assi barranin ta' riżerva tal-BĊNi parteċipanti lill-BĊE, (minn issa' l quddiem “il-klejms”).

(3)

Dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jiżdiedu minħabba l-estenzjoni ta' l-iskema kapitali fl-1 ta' Mejju, 2004, għandhom minħabba f’hekk iwettqu trasferiment ta' kumpens lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jwettaq trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li l-klejms tagħhom jonqsu minħabba din l-estenzjoni.

(4)

Mill-1 ta' Mejju, 2004, il-limitu ta' l-ammont ta' assi barranin ta' riżerva li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-BĊE se jkun ta'55 646 692 471,89 ewro.

(5)

Skond il-prinċipji ġenerali tas-sens ġust, it-trattament ugwali u l-protezzjoni ta' l-aspettazzjonijiet leġittimi li huma l-bażi ta' l-Istatut, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti hawn fuq imsemmija, għandhom ukoll iwettqu trasferiment ta' kumpens lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom jiċkien.

(6)

Il-proporzjonijiet rispettivi ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali sal-30 ta' April, 2004, u mill-1 ta' Mejju, 2004, għandhom jiġu rrappreżentati bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt għalih mill-BĊNi parteċipanti kollha, għall-iskop biex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta' kull BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' tal-BĊE,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

Il-“valur akkumulat ta' l-ekwita” għandha tfisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, il-kontijiet ta' rivalutazzjoni u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi kif imsemmi fil-kontijiet annwali tal-BĊE u approvati mill-Kunsill Governattiv għas-sena finanzjarja 2003. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita' tal-“valur akkumulat ta l-ekwita”, il-fond ta' riżerva ġenerali, u l-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għal telf ta' valutazzjoni fir-rigward tar-rati tal-kambju u l-prezzijiet tas-suq.

(b)

Id-“data tat-trasferiment” għandha tfisser id-19 ta' Mejju, 2004.

(c)

“Id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro” għandha jkolha l-istess tifsira bħall-frażi “id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro ċċirkulati” kif iddefinita fl-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2002/9 tal-21 ta' Novembru, 2002, dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus ewro fiċ-ċirkulazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-iStati Membri parteċipanti (2).

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE

1.   Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiżdied minħabba t-tkabbir fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali fl-1 ta' Mejju, 2004, dak il-BĊN fid-data tat-trasferiment għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 3.

2.   Jekk is-sehem ta' xi BĊN parteċipanti fil-valur akkumulat ta' l-ekwita' jiċkien minħabba t-tnaqqis fil-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali fl-1 ta' Mejju, 2004, dak il-BĊN fid-data tat- trasferiment għandu jirċievi mill-BĊE l-ammont iddeterminat skond il-paragrafu 3.

3.   Fl-14 ta' Mejju, 2004, jew qabel, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipanti, jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN għandu jirċievi mill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Salv xi aġġustament li jkun meħtieġ, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jiġi kkalkulat bil-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat ta' l-ekwita' bid-differenza assoluta bejn il-proporzjon ta' kull BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali fil-30 ta' April, 2004, u l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali mill-1 ta' Mejju, 2004, u bid-diviżjoni tar-riżultat b’100.

4.   Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut fl-ewro fil-1 ta’ Mejju, 2004, imma għandu jiġi ttrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.

5.   Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN parteċipanti jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi xi ammont skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, għandu wkoll jittrasferixxi separatament kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sad-data tat-trasferiment, dwar kull ammont dovut rispettiv minn dak il-BĊN parteċipanti u mill-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri.

6.   Jekk il-valur akkumulat ta' l-ekwita' jkun anqas minn zero, l-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skond il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5, għandhom jiġu rregolati fid-direzzjonijiet opposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u fil-paragrafu 5.

Artikolu 3

Aġġustament tal-klejms li huma ekwivalenti għall-assi barranin ta’ riżerva ttrasferiti

1.   Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom jiġu aġġustati fl-1 ta' Mejju, 2004, skond il-proporzjonijiet tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi parteċipanti mill-1 ta' Mejju, 2004, qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Kull BĊN parteċipanti, bis-saħħa ta' din id-dispożizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta' aktar formalita' jew atti, għandu jitqies li jkun jew ittrasferixxa jew irċieva fl-1 ta' Mejju, 2004, il-valur assolut tal-klejm (f’ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' kolonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “-” għandu jirreferi għal klejm li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN.

3.   Fit-3 ta' Mejju, 2004, kull BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta' l-ammont (f’ewro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba' olonna tat-tabella fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE, u s-sinjal “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN.

4.   Fit-3 ta' Mejju, 2004, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jittrasferixxu xi ammonti skond il-paragrafu 3, għandhom ukoll jittrasferixxu separatament kull imgħax akkumulat matul il-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sat-3 ta' Mejju, 2004, dwar l-ammonti dovuti rispettivi mill-BĊE u minn dawk il-BĊNi. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkunu l-istess min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li dwarhom l-imgħax jiddekorri.

Artikolu 4

Kwistjonijiet finanzjarji relatati

1.   B' deroga mit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' Diċembru, 2001, dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-iStati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja, 2002 (3), il-bilanċi interni għall-Ewrosistema dwar il-karti tal-flus ewro ċċirkulati għandhom, għall-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Mejju, 2004, jiġu kkalkulati abbażi ta' l-iskema kapitali estiża applikabbli mill-1 ta' Mejju, 2004, u li hi applikata għall-bilanċi dwar it-total tal-karti tal-flus ewro li jkunu fiċ-ċirkulazzjoni fit-30 ta' April, 2004. Ir-rata medja tad-dħul, kif deskritta fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16, għandha tiġi kkalkulata separatament għall-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, u għall-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Diċembru, 2004. Għall-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Diċembru, 2004, l-ammonti ta' kumpens u l-entrati tal-kontabilita' biex jibbilanċjaw dawk l-ammonti, kif deskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16, għandhom jiġu rreġistrati fil-kotba ta' kull BĊN bid-data tal-valur ta' l-1 ta' Mejju, 2004. B’deroga mit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16, kull erba' xhur il-BĊE għandu jinforma lill-BĊNi bl-ammonti ta' dħul monetarju kumulattiv dwar il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, u kull xahrejn dwar il-perjodu ta' mill-1 ta' Mejju, 2004, sat-30 ta' Ġunju, 2004.

2.   Dwar il-perjodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, id-dħul monetarju tal-BĊNi, ir-remunerazzjoni tal-klejms tal-BĊNi ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, u r-remunerazzjoni dwar il-bilanċi interni għall-Ewrosistema mill-karti tal-flus ewro ċċirkulati għandhom jiġu allokati u distribwiti skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fit-30 ta' April, 2004. Id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro, għall-ewwel trimestru ta' l-2004 għandu jiġi allokat skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli fit-30 ta' April, 2004, u għat-tieni trimestru ta' l-2004 skond il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli mill-1 ta' Mejju, 2004.

3.   Il-profitt jew telf nett tal-BĊE, skond kif ikun il-każ, għas-sena finanzjarja 2004, għandu jkun allokat abbażi tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali applikabbli mill-1 ta’ Mejju, 2004.

4.   Jekk fl-aħħar ta' l-2004, il-BĊE jikkalkula li x’aktarx jagħmel telf ġenerali għas-sena finanzjarja 2004, jew jekk il-profitt nett tiegħu x’aktarx ikun anqas mill-ammont tad-dħul tiegħu mill-karti tal-flus ewro għal dik is-sena, il-BĊE għandu jżomm id-dħul tiegħu mill-karti tal-flus għar-raba' trimestru ta' l-2004. Skond kemm jestima li se jkun it-telf, il-BĊE għandu wkoll jeżiġi r-riversjoni ta' l-ammont sħiħ jew parti minnu ta' kwalunkwe distribuzzjoni inetrim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro magħmul fit-tielet, fit-tieni u fl-ewwel trimestru ta' l-2004, f’dik l-ordni, sakemm dan it-telf jiġi kopert. Fil-każ li l-BĊE jagħmel telf fis-sena finanzjarja 2004, u d-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro għal dik is-sena ma jkunx biżżejjed biex ikopri dak it-telf, il-BĊE għandu jpaċi t-telf b' dan li ġej:

(a)

kontro-provvediment ta' flus mill-fond ta' riżerva ġenerali tal-BĊE;

(b)

suġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skond l-Artikolu 33 ta' l-iStatut, il-dħul monteraju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Mejju, 2004, sal-31 ta' Diċembru, 2004;

(c)

suġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skond l-Artikolu 33 ta' l-iStatut, id-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004.

5.   Jekk ikun jinħtieġ li xi parti mid-dħul distribwit tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro għall-ewwel trimestru ta' l-2004 jiġi mħallas lura skond il-paragrafu 4, u jekk ikun jinħtieġ li d-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Jannar, 2004, sat-30 ta' April, 2004, jiġi ttrasferit lura lill-BĊE, minbarra l-ħlasijiet deskritti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3, għandhom isiru ħlasijiet ta' kumpens. Kull BĊN parteċipanti li l-proporzjoni tiegħu fl-iskema kapitali jiżdied fl-1 ta' Mejju, 2004, għandu jagħmel dan il-ħlas lill-BĊE, u l-BĊE għandu jagħmel dan il-ħlas lil kull BĊN parteċipanti li l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali jiċkien fl-1 ta' Mejju, 2004. L-ammont ta' ħlasijiet ta' kumpens għandhom jiġu kkalkulati kif ġej. Id-dħul totali u ripagabbli tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro għall-ewwel trimestru ta' l-2004 għandu jiġi mmultiplikat, bid-differenza assoluta bejn il-proporzjon tal-BĊN parteċipanti fl-iskema kapitali fit-30 ta' April, 2004 u l-proporzjon tiegħu fl-iskema kapitali fil-31 ta' Diċembru, 2004, bir-riżultat diviż b’100. Dwar il-ħlasijiet ta' kumpens dwar id-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien mill-1 ta' Jannar, 2005, sad-data tal-pagament ta' dawn il-ħlasijiet, għandu jiddekorri l-imgħax.

6.   Il-ħlasijiet ta' kumpens addizzjonali dwar id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro kif deskritt fil-paragrafu 5 għandu jitħallas fl-4 ta' Jannar, 2005. Il-ħlasijiet ta' kumpens addizzjonali dwar id-dħul monetarju tal-BĊNi miġbur kollu flimkien kif deskritt fil-paragrafu 5, kif ukoll l-imgħax akkumulat, għandu jitħallas fit-tieni jum ta' xogħol wara t-tieni laqgħa tal-Kunsill Governattiv f' Marzu, 2005.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-imgħax li jiddekorri skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 2, skond il-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 3 u skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 4, għandu jiġi kkalkukat ġurnata b'ġurnata, permezz tal-metodu tal-kalkulazzjoni ta' 360-jum attwali, b’rata ekwivalenti għar-rata ta' imgħax marġinali wżata mis-SEBĊ fl-operazzjoni prinċipali ta' rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

2.   Kull trasferiment skond il-paragrafi 1, 2 u 5 ta' l-Artikolu 2, skond il-paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 3, u skond il-paragrafi 5 u 6 ta' l-Artikolu 4, għandu jseħħ separatament permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET).

3.   Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati li jagħmlu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jeżegwixxu dawn it-trasferimenti fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 6

Dispożizzjoni Finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(2)  ĠU L 323, 28.11.2002, p. 49.

(3)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2003/22 (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 39).


ANNESS

Klejms li huma ekwivalenti gĦall-assi barranin ta’ riŻerva ttrasferiti lill-bĊe (*)

(EUR)

BĊN parteċipanti

Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, fit- 30 ta' April, 2004

Klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti lill-BĊE, mill-1 ta' Mejju, 2004

Ammont ta’ ħlas ittrasferit

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

1 414 850 000

1 419 101 951,42

+4 251 951,42

Deutsche Bundesbank

11 702 000 000

11 761 707 507,63

+59 707 507,63

Bank of Greece

1 080 700 000

1 055 840 342,96

–24 859 657,04

Banco de España

4 390 050 000

4 326 975 513,23

–63 074 486,77

Banque de France

8 258 750 000

8 275 330 930,88

+16 580 930,88

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

512 700 000

513 006 857,90

+306 857,90

Banca d’Italia

7 286 300 000

7 262 783 714,66

–23 516 285,34

Banque centrale du Luxembourg

85 400 000

87 254 013,80

+1 854 013,80

De Nederlandsche Bank

2 216 150 000

2 223 363 597,71

+7 213 597,71

Oesterreichische Nationalbank

1 150 950 000

1 157 451 203,42

+6 501 203,42

Banco de Portugal

1 006 450 000

982 331 062,21

–24 118 937,79

Suomen Pankki

714 900 000

717 118 925,89

+2 218 925,89

Total

39 819 200 000

39 782 265 621,70

–36 934 378,30


(*)  Minħabba xi aġġustament, it-totali jistgħu ma jaqblux mat-total tal-figuri kollha li qed jintwerew.


9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/17


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ April, 2004

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro

(BĊE/2004/9)

(2004/506/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(1), u l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 16,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001, dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (1),

Billi:

(1)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rpubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet il-ġodda assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 “l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus” jiddefiniha b’referenza għall-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 li jispeċifika l-iskema applikabbli fl-1 ta' Jannar, 2004. Jinħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tiġi emendata sabiex tiddetermina l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li se tapplika mill-1 ta' Mejju, 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:

(1)

L-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b' li ġej:

“L-Anness ma' din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li se tapplika mill-1 ta' Mejju, 2004.”

(2)

L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitiwit bit-test ipprovdut fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni Finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-22 ta’ April, 2004.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2003/23 (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 40).

(2)  Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.


ANNESS

Skema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus mill-1 TA’ MEJJU, 2004

Bank Ċentrali Ewropew

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,2820  %

Deutsche Bundesbank

27,2000  %

Bank of Greece

2,4415  %

Banco de España

10,0065  %

Banque de France

19,1375  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

1,1865  %

Banca d’Italia

16,7960  %

Banque centrale du Luxembourg

0,2020  %

De Nederlandsche Bank

5,1415  %

Oesterreichische Nationalbank

2,6765  %

Banco de Portugal

2,2715  %

Suomen Pankki

1,6585  %

TOTAL

100,0000  %


9.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

L 205/19


Deċiżjoni tal-bank ċentrali ewropew

tat-23 ta’ April, 2004

li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti

(BĊE/2004/10)

(2004/507/KE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 48,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2003/19 tat-18 ta’ Diċembru, 2003, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1), iddeterminat il-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' l-Istati Membri li ma kinux se jaddottaw l-ewro fl-1 ta' Jannar, 2004, għandhom iħallsu fl-1 ta' Jannar, 2004, bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

Minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u tal-fatt li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jsiru parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta' Mejju, 2004, id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta' April, 2004, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, il-proporzjonijiet assenjati lil kull BĊN li se jagħmel parti mis-SEBĊ fl-1 ta' Mejju, 2004, fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa' l quddiem “il-proporzjonijiet fl-iskema kapitali” u “l-iskema kapitali” rispettivament).

(3)

Fl-1 ta' Mejju, 2004, il-kapital sottoskritt tal-BĊE se jkun ta'5 564 669 247,19 ewro.

(4)

L-iskema kapitali estiża teħtieġ l-addozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2003/19 b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004, u biex tiddetermina l-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE li l-BĊNi ta' l-Istati Membri li ma jkunux għadhom addottaw l-ewro sal-1 ta' Mejju, 2004, (minn issa' l quddiem “il-BĊNi mhux parteċipanti”) għandhom iħallsu fl-1 ta' Mejju, 2004,

(5)

Minħabba l-Artikolu 3.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Gvernaturi taċ-Česká národní banka, ta' l-Eesti Pank, tas-Central Bank of Cyprus, tal-Latvijas Banka, tal-Lietuvos bankas, tal-Magyar Nemzeti Bank, tal-Bank Ċentrali ta' Malta, tan-Narodowy Bank Polski, tal-Banka Slovenije u tan-Národná banka Slovenska kellhom l-opportunita' biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel ma tiġi addottata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ammont u l-modalita` tal-ħlas tal-kapital

Fl-1 ta' Mejju, 2004, kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas 7 % tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE. Filwaqt li jieħu konsiderazzjoni tal-proporzjonijiet fl-iskema kapitali deskritti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/5, kull BĊN mhux parteċipanti għandu għalhekk iħallas fl-1 ta' Mejju, 2004, l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN mhux parteċipanti (EUR)

Česká národní banka

5 680 860,54

Danmarks Nationalbank

6 101 159,01

Eesti Pank

694 915,90

Central Bank of Cyprus

506 384,90

Latvijas Banka

1 160 010,95

Lietuvos bankas

1 723 656,30

Magyar Nemzeti Bank

5 408 190,75

Bank Ċentrali ta’ Malta

252 023,87

Narodowy Bank Polski

20 013 889,41

Banka Slovenije

1 302 967,30

Národná banka Slovenska

2 783 948,38

Sveriges Riksbank

9 400 451,41

Bank of England

56 022 530,23

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Danmarks Nationalbank, Sveriges Riksbank u l-Bank of England diġa' ħallsu 5 % tas-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sat-30 ta' April, 2004, skond id-Deċiżjoni BĊE/2003/19. Minħabba dan, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi lura ammont lura mingħandu, skond kif ikun l-aħjar li jsir, sabiex jintlaħqu l-ammonti stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 1.

2.   Kull wieħed mill-BĊNi l-oħra mhux parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE l-ammont li qed jintwera ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1.

3.   It-trasferimenti kollha skond dan l-Artikolu għandhom isiru skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 ta' April, 2004, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta' l-ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u l-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet Finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April, 2004.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2003/19 hija bil-preżenti rrevokata b’effett mill-1 ta' Mejju, 2004.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-23 ta’ April, 2003.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 31.

(2)  Ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.

(3)  Ara paġna 9 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti.