9.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2005

dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

(2009/741/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Il-ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat proviżorjament, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f’isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f’isem il-Komunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-AZERBAJĠAN,

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet“)

INNUTAW li ftehim bilaterali dwar servizzi bl-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan li fihom disposizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea,

INNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklużiva rigward diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

INNUTAW li taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea kumpanniji tal-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess non-diskriminatorju għal rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprevedu l-possibbiltà li ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi jiksbu appartenenza f’kumpanniji tal-ajru liċenzjati skont il-liġi tal-Komunità Ewropea,

GĦARFU li d-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar servizzi bl-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan, li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità sħiħa magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan u biex tiġi preservata l-kontinwità ta’ dawn is-servizzi bl-ajru,

INNUTAW li d-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan, li ma jmorrux kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, m’hemmx ħtieġa li jiġu emendati jew sostitwiti,

INNUTAW li m’hux l-għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li żżid il-volum totali ta’ traffiku bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan, li taffettwa l-bilanċ bejn il-kumpanniji tal-ajru Komunitarji u l-kumpanniji tal-ajru tar-Repubblika tal-Azerbajġan, jew li tinnegozja emendi għad-disposizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar servizzi bl-ajru li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Disposizzjonijiet Ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

2.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li hu parti minn dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala li jirreferu għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għall-kumpanniji tal-ajru jew il-linji tal-ajru tal-Istat Membru li hu parti minn dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala li jirreferu għall-kumpanniji tal-ajru jew il-linji tal-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Nomina minn Stat Membru

1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, fir-rigward tan-nomina ta’ kumpannija tal-ajru mill-Istat Membru konċernat, l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mir-Repubblika tal-Azerbajġan, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpannija tal-ajru, rispettivament.

2.   Meta tirċievi nomina mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Azerbajġan għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi dovuti bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kondizzjoni li:

(i)

il-kumpannija tal-ajru hi stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru li nnominaha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u għandha Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija tal-ajru hu eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti hi identifikata b’mod ċar fin-nomina; u

(iii)

il-kumpannija tal-ajru hi l-proprjetà u ser tkompli tkun il-proprjetà diretta jew b’sehem azzjonarju maġġoritarju minn Stati Membri u/jew ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra, u għandha dejjem tkun effettivament ikkontrollata minn dawn l-istati u/jew ċittadini.

3.   Ir-Repubblika tal-Azerbajġan tista’ tiċħad, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpannija tal-ajru nnominata minn Stat Membru meta:

(i)

il-kumpannija tal-ajru mhix stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru li nnominaha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m’għandhiex Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija tal-ajru mhux eżerċitat jew miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti mhix identifikata b’mod ċar fin-nomina; jew

(iii)

il-kumpannija tal-ajru ma tappartjenix, direttament jew b’sehem azzjonarju maġġoritarju, jew mhix effettivament ikkontrollata minn Stati Membri u/jew ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra.

Waqt li teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika tal-Azerbajġan m’għandhiex tiddiskrimina bejn kumpanniji tal-ajru Komunitarji fuq bażi ta’ nazzjonalità.

Artikolu 3

Drittijiet rigward il-kontroll regolatorju

1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (c).

2.   Meta Stat Membru jkun innomina kumpannija tal-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha hu eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Azerbajġan taħt id-disposizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina l-kumpannija tal-ajru u r-Repubblika tal-Azerbajġan għandu japplika bl-istess mod fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards ta’ sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik il-kumpannija tal-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-karburant tal-avjazzjoni

1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-disposizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

2.   Minkejja kull disposizzjoni oħra kuntrarja għal dan, xejn minn kull Ftehim elenkat fl-Anness II (d) m’għandu jimpedixxi lil xi Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, tariffi jew ħlasijiet fuq il-karburant fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju tal-ajru ta’ kumpannija tal-ajru nnominata tar-Repubblika tal-Azerbajġan li topera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

3.   Minkejja kull disposizzjoni oħra kuntrarja għal dan, xejn minn kull Ftehim elenkat fl-Anness II (d) m’għandu jimpedixxi lir-Repubblika tal-Azerbajġan milli timponi fuq bażi mhux diskriminatorja taxxi, imposti, dazji, tariffi jew ħlasijiet fuq il-karburant fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju tal-ajru ta’ kumpannija tal-ajru nnominata ta’ Stat Membru li topera bejn punt fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan u punt ieħor fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan.

Artikolu 5

Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea

1.   Id-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (e).

2.   It-tariffi li ser jiġu imposti mill-kumpannija/i tal-ajru nnominati mir-Repubblika tal-Azerbajġan taħt ftehim elenkat fl-Anness I li fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għat-trasport interament ġewwa l-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 6

Annessi mal-Ftehim

L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 7

Reviżjoni jew emenda

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 8

Dħul fis-Seħħ u applikazzjoni proviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw b’mod proviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-finalizzazzjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3.   Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Azerbajġan li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhumiex qed jiġu applikati proviżorjament huma elenkati fl-Anness I (b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawn il-ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 9

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li xi Ftehim elenkat fl-Anness I jiġi terminat, id-disposizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li jirrigwardaw il-Ftehim elenkat fl-Anness I konċernat għandhom jitterminaw fl-istess waqt.

2.   Fil-każ li l-Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu terminati, dan il-Ftehim għandu jittermina fl-istess waqt.

B’XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Strasburgu, f’żewġ kopji, fis-seba’ jum ta’ Lulju 2009 bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża, u Azerbajġani.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Image

Image

За правителството на Република Азербайджан

Por el Gobierno de la República de Azerbaiyán

Za vládu Ázerbájdžánskou republiky

For Republikken Aserbajdsjans regering

Für die Regierung der Republik Aserbaidschan

Aserbaidžaani Vabariigi valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Δημοκρατίας του Αζερμπαϊτζάν

For the Government of the Republic of Azerbaijan

Pour le gouvernement de la République d'Azerbaïdjan

Per il governo della Repubblica dell'Azerbaigian

Azerbaidžānas Republikas valdības vārdā

Azerbaidžano Vyriausybės Respublikos vardu

Az Azerbajdzsáni Köztársaság Kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Ażerbajġan

Voor de regering van de Republiek Azerbeidzjan

W imieniu Rządu Republiki Azerbejdżańskiej

Pelo Governo da República do Azerbaijão

Pentru Guvernul Republicii Azerbaidjan

Za vládu Azerbajdžanskej republiky

Za vlado Azerbajdžanske republike

Azerbaidžanin tasavallan hallituksen puolesta

För Republiken Azerbajdzjans regering

Image

Image

ANNESS I

Lista ta’ Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ftehim dwar is-servizzi bl-ajru bejn il-gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod proviżorju:

Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Vjenna fl-4 ta’ Lulju 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Awstrija” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru magħmul f’Baku fit-13 ta’ April 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Belġju” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru bejn it-territorji rispettivi u lil hinn minnhom magħmul f’ Sofia fid-29 ta’ Ġunju 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Bulgarija” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Kopenħagen fis-27.4.2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Danimarka” fl-Anness II.

Immodifikat l-aħħar bi skambju ta’ ittri l-1 ta’ Marzu 2004 u s-17 ta’ Diċembru 2004,

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan magħmul f’Baku fis-27/28 ta’ Lulju 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Ġermanja” fl-Anness II.

Immodifikat l-aħħar bi Protokoll li Jikkoreġi u Jissupplementa l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru tas-27/28 ta’ Lulju 1995 bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan magħmul f’Baku fid-29 ta’ Ġunju 1998,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru magħmul f’Pariġi fid-19 ta’ Ġunju 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Franza” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Ateni fil-6 ta’ Ġunju 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Greċja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru magħmul f’Ruma fil-25 ta’ Settembru 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Italja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu dwar is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Baku fit-3 ta’ Lulju 2001, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Lussemburgu” fl-Anness II,

Ftehim bejn ir-Renju tal-Olanda u r-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru magħmul f’Baku fil-11 ta’ Lulju 1996, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Olanda” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jikkonċerna t-Trasport Ċivili bl-Ajru magħmul f’Varsavja fis-26 ta’ Awwissu 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Polonja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Baku fis-27.10.2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Repubblika Slovakka” fl-Anness II,

Ftehim bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Madrid fit-18 ta’ Novembru 2004, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Spanja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Isvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Kopenħagen fis-27.4.2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Svezja” fl-Anness II.

Immodifikat l-aħħar bi skambju ta’ ittri l-1 ta’ Marzu 2004 u s-17 ta’ Diċembru 2004,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru magħmul f’Baku fis-27 ta’ Marzu 1996, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Rumanija” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru magħmul f’Londra fit-23 ta’ Frar 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Renju Unit” fl-Anness II.

Emendat bi Skambju ta’ Noti magħmul f’Baku fl-20 ta’ Ġunju u t-23 ta’ Diċembru 1996.

Immodifikat l-aħħar b’Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Baku fit-3-4 ta’ Lulju 2000,

(b)

Ftehim dwar is-servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan inizjalat fi Praga fit-3 ta’ Diċembru 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Repubblika Ċeka” fl-Anness II,

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Gvern tar-Repubblika tal-Estonja inizjalat f’Tallinn fit-8 ta’ Novembru 2002, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Estonja” fl-Anness II,

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan rigward is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Baku fid-29 ta’ Settembru 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Azerbajġan - Finlandja” fl-Anness II.

ANNESS II

Lista tal-Artikoli fil-Ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Nomina minn Stat Membru:

Artikolu 3(5) tal-Ftehim Azerbajġan - Awstrija,

Artikolu 3(5) tal-Ftehim Azerbajġan - Bulgarija,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Ċeka,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Danimarka,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Estonja,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Ġermanja,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Greċja,

Artikolu 4(3) tal-Ftehim Azerbajġan - Franza,

Artikolu 4(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Italja,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Lussemburgu,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Olanda,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Polonja,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Rumanija,

Artikolu 4(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Slovakka,

Artikolu 3(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Svezja,

Artikolu 4(4) tal-Ftehim Azerbajġan - Renju Unit.

(b)

Ċaħda, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Awstrija,

Artikolu 5(1) (d) tal-Ftehim Azerbajġan - Belġju,

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Bulgarija,

Artikolu 4(1) (b) tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Ċeka,

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Danimarka,

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Estonja,

Artikolu 4(1) (b) tal-Ftehim Azerbajġan - Greċja,

Artikolu 5(1) tal-Ftehim Azerbajġan - Franza,

Artikolu 5(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Finlandja,

Artikolu 5(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Italja,

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Lussemburgu,

Artikolu 4(1) (c) tal-Ftehim Azerbajġan - Olanda,

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Polonja,

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Rumanija,

Artikolu 5(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Slovakka,

Artikolu 4(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Svezja,

Artikolu 5(1) (a) tal-Ftehim Azerbajġan - Renju Unit.

(ċ)

Kontroll regolatorju:

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Awstrija,

Artikolu 7 tal-Ftehim Azerbajġan - Belġju,

Artikolu 7 tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Ċeka,

Artikolu 14 tal-Ftehim Azerbajġan - Danimarka,

Artikolu 15 tal-Ftehim Azerbajġan - Estonja,

Artikolu 11a tal-Ftehim Azerbajġan - Ġermanja,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Ġreċja,

Artikolu 8 tal-Ftehim Azerbajġan - Franza,

Artikolu 13 tal-Ftehim Azerbajġan - Finlandja,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Italja,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Lussemburgu,

Artikolu 13 tal-Ftehim Azerbajġan - Olanda,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Slovakka,

Artikolu 14 tal-Ftehim Azerbajġan - Svezja.

(d)

Tassazzjoni tal-Karburant tal-Avjazzjoni:

Artikolu 7 tal-Ftehim Azerbajġan - Awstrija,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Belġju,

Artikolu 7 tal-Ftehim Azerbajġan - Bulgarija,

Artikolu 8 tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Ċeka,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Danimarka,

Artikolu 7 tal-Ftehim Azerbajġan - Estonja,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Ġermanja,

Artikolu 9 tal-Ftehim Azerbajġan - Ġreċja,

Artikolu 11 tal-Ftehim Azerbajġan - Franza,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Finlandja,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Italja,

Artikolu 8 tal-Ftehim Azerbajġan - Lussemburgu,

Artikolu 9 tal-Ftehim Azerbajġan - Olanda,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Polonja,

Artikolu 9 tal-Ftehim Azerbajġan - Rumanija,

Artikolu 5 tal-Ftehim Azerbajġan - Spanja,

Artikolu 9 tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Slovakka,

Artikolu 6 tal-Ftehim Azerbajġan - Svezja,

Artikolu 8 tal-Ftehim Azerbajġan - Renju Unit.

(e)

Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea:

Artikolu 11 tal-Ftehim Azerbajġan - Awstrija,

Artikolu 13 tal-Ftehim Azerbajġan - Belġju,

Artikolu 9 tal-Ftehim Azerbajġan - Bulgarija,

Artikolu 12 tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Ċeka,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Danimarka,

Artikolu 13 tal-Ftehim Azerbajġan - Estonja,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Ġermanja,

Artikolu 12 tal-Ftehim Azerbajġan - Ġreċja,

Artikolu 17 tal-Ftehim Azerbajġan - Franza,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Finlandja,

Artikolu 8 tal-Ftehim Azerbajġan - Italja,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Lussemburgu,

Artikolu 5 tal-Ftehim Azerbajġan - Olanda,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Polonja,

Artikolu 8 tal-Ftehim Azerbajġan - Rumanija,

Artikolu 8 tal-Ftehim Azerbajġan - Repubblika Slovakka,

Artikolu 10 tal-Ftehim Azerbajġan - Svezja,

Artikolu 7 tal-Ftehim Azerbajġan - Renju Unit.

ANNESS III

Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika tal-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).