27.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 342/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-4 ta' Diċembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissau għall-perjodu mis-16 ta’ Ġunju 2007 sal-15 ta’ Ġunju 2011

(2007/854/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Komunità nnegozjat mar-Repubblika tal-Ginea-Bissau Ftehim ġdid ta’ Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi lil bastimenti Komunitarji opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li l-Ginea-Bissau għandha sovranità jew ġurisdizzjoni fuqhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd.

(2)

B’riżultat ta’ dawk in-negozjati ġie inizjalat Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fid-23 ta’ Mejju 2007.

(3)

Il-Ftehim dwar is-Sajd eżistenti bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea Bissau, huwa mħassar mill-Ftehim il-ġdid dwar is-Sħubija fis-Sajd.

(4)

Sabiex jiġi ggarantit l-issuktar ta’ l-attivitajiet tas-sajd min-naħa ta’ bastimenti tal-Komunità, huwa essenzjali li l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd il-ġdid jiġi applikat mill-aktar fis possibbli. Għaldaqstant, iż-żewġ partijiet inizjalaw Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri li jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll inizjalat, mehmuż mal-Ftehim il-ġdid ta’ sħubija dwar is-Sajd mis-16 ta’ Ġunju 2007.

(5)

Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim il-ġdid fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

(6)

Jeħtieġ li jiġi definit il-metodu għat-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Il-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissau għall-perjodu mis-16 ta’ Ġunju 2007 sal-15 ta’ Ġunju 2011, huwa appruvat f’isem il-Komunità, b’riżerva għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tiegħu.

It-testi tal-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, tal-Protokoll tiegħu u ta’ l-Annessi tiegħu huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

is-sajd għall-gambli:

Spanja

1 421

GRT

L-Italja

1 776

GRT

Il-Greċja

137

GRT

Il-Portugall

1 066

GRT

(b)

is-sajd għall-ħut u ċ-ċefalopodi:

Spanja

3 143

GRT

L-Italja

786

GRT

Il-Greċja

471

GRT

ċ)

bastimenti bit-tartarun u bastimenti bil-konz tal-wiċċ li jistadu għat-tonn:

Spanja

10

bastimenti

Franza

9

bastimenti

Il-Portugall

4

bastimenti

(d)

bastimenti bil-qasab u x-xlief:

Spanja

10

bastimenti

Franza

4

bastimenti

2.   Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jeżawrixxux l-opportunitajiet tas-sajd iffissati mill-protokoll, il-Kummissjoni tista’ tqis applikazzjonjiet għal liċenzja mingħand kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu skond il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f’ibħra ta’ pajjiżi terzi u fl-ilmijiet miftuħa [bejn sema u ilma] (1).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex b’hekk jorbtu l-Komunità.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.


FTEHIM

f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissau għall-perjodu mis-16 ta’ ġunju 2007 sal-15 ta’ ġunju 2011

A.   Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau

Sinjur,

Ninnota bi pjaċir li n-negozjaturi tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau u tal-Komunità Ewropea waslu fi qbil dwar Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Ginea-Bissau u l-Komunità Ewropea, kif ukoll dwar Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja u l-Anness tiegħu.

Ir-riżultat ta’ dawn in-negozjati, żvilupp pożittiv mill-Ftehim ta’ Sħubija preċedenti, ser isaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħna fil-qasam tas-sajd u sejjer tassew jistabbilixxi qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd fit-tul u responsabbli fl-ibħra tal-Ginea-Bissau. F’dan ir-rigward, nipproponilek li jitmexxew b’mod parallel il-proċeduri ta’ approvazzjoni u ta’ ratifika tat-testi tal-Ftehim, tal-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu, b’mod konformi mal-proċeduri fis-seħħ fir-Repubblika tal-Ginea-Bissau u fil-Komunità Ewropea, neċessarji sabiex dawn jidħlu fis-seħħ.

Bil-għan li ma jiġux interrotti l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Komunitarji fl-ibħra tal-Ginea-Bissau u b’referenza għall-Ftehim u l-Protokoll inizjalati fit-23 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxu l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn is-16 ta’ Ġunju 2007 u l-15 ta’ Ġunju 2011, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau huwa lest japplika dak il-Ftehim u dak il-Protokoll b’mod provviżorju b’effett mis-16 ta’ Ġunju 2007 sakemm huma jidħlu fis-seħħ skond l-Artikolu 19 tal-Ftehim, bil-kundizzjoni li l-Komunità Ewropea wkoll tkun disposta tagħmel l-istess.

Huwa impliċitu li f’dan il-każ, l-ewwel parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, stabbilita bl-Artikolu 2 tal-Protokoll, għandha titħallas sat-30 ta’ April 2008.

Inkun grat jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea ma’ l-imsemmija applikazzjoni provviżorja.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau

B.   Ittra tal-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-pjaċir ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek tal-lum li tgħid hekk:

“Sinjur,

Ninnota bi pjaċir li n-negozjaturi tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau u tal-Komunità Ewropea waslu fi qbil dwar Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Ginea-Bissau u l-Komunità Ewropea, kif ukoll dwar Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja u l-Annessi tiegħu.

Ir-riżultat ta’ dawn in-negozjati, żvilupp pożittiv mill-Ftehim ta’ Sħubija preċedenti, ser isaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħna fil-qasam tas-sajd u sejjer tassew jistabbilixxi qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd fit-tul u responsabbli fl-ibħra tal-Ginea-Bissau. F’dan ir-rigward, nipproponilek li jitmexxew b’mod parallel il-proċeduri ta’ approvazzjoni u ta’ ratifika tat-testi tal-Ftehim, tal-Protokoll, ta’ l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu, b’mod konformi mal-proċeduri fis-seħħ fir-Repubblika tal-Ginea-Bissau u fil-Komunità Ewropea, neċessarji sabiex dawn jidħlu fis-seħħ.

Bil-għan li ma jiġux interrotti l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Komunitarji fl-ibħra tal-Ginea-Bissau u b’referenza għall-Ftehim u l-Protokoll inizjalati fit-23 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxu l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn is-16 ta’ Ġunju 2007 u l-15 ta’ Ġunju 2011, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau huwa lest japplika dak il-Ftehim u dak il-Protokoll b’mod provviżorju b’effett mis-16 ta’ Ġunju 2007 sakemm huma jidħlu fis-seħħ skond l-Artikolu 19 tal-Ftehim, bil-kundizzjoni li l-Komunità Ewropea wkoll tkun disposta tagħmel l-istess.

Huwa impliċitu li f’dan il-każ, l-ewwel parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, stabbilita bl-Artikolu 2 tal-Protokoll, għandha titħallas sat-30 ta’ April 2008.

Inkun grat jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea ma’ l-imsemmija applikazzjoni provviżorja.”.

Għandi pjaċir nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea dwar l-imsemmija applikazzjoni provviżorja.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea


FTEHIM

ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissau għall-perjodu mis-16 ta’ ġunju 2007 sal-15 ta’ ġunju 2011

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“Komunità”,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-GINEA-BISSAW, minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“Ginea-Bissau”,

Minn issa ‘l quddiem imsejħin il-“Partijiet”,

FID-DAWL tar-relazzjonijiet ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u l-Ginea-Bissau, b’mod partikolari fil-qafas tal-Ftehim ta’ Cotonou li jistabbilixxi relazzjoni ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Ginea-Bissau, min-naħa l-oħra, kif ukoll ix-xewqa reċiproka tagħhom li jsaħħu dawn ir-relazzjonijiet,

IFAKKRU li l-Komunità u l-Ginea-Bissau huma firmatarji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt tal-baħar u li, skond din il-Konvenzjoni, il-Ginea-Bissau waqqfet żona ekonomika esklussiva li twassal sa 200 mil marittimu mill-kosti tagħha, li fiha din teżerċita d-drittijiet sovrani tagħha għall-finijiet ta’ l-esplorazzjoni, tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi fl-imsemmija żona,

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku, minn issa ‘l quddiem “ICCAT”; tas-CECAF jew ta’ l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjoni oħra kollha fil-qasam li fihom iż-żewġ Partijiet huma membri jew rappreżentati,

DETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess komuni tagħhom, b’mod partikolari abbażi tal-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi tal-kondotta għal sajd responsabbli adottat wara l-Konferenza tal-FAO fl-1995, favur il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli sabiex jiżgura l-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u, b’mod partikolari t-tisħiħ ta’ sistema ta’ kontroll fuq l-attivitajiet kollha konnessi mas-sajd, sabiex jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri ta’ l-immaniġġjar u l-konservazzjoni ta’ dawn ir-riżorsi, kif ukoll il-ħarsien ta’ l-ambjent tal-baħar,

JAFFERMAW li l-eżerċizzju ta’ drittijiet sovrani mill-Istati kostieri ma’ l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom dwar ir-riżorsi bijoloġiċi tagħhom għal għanijiet ta’ esplorazzjoni, sfruttament, konservazzjoni u ġestjoni ta’ dawn ir-riżorsi għandu jitwettaq skond il-prinċipji tad-dritt internazzjonali,

KONVINTI li t-twettiq ta’ l-għanijiet ekonomiċi u soċjali rispettivi tagħhom fil-qasam tas-sajd jissaħħu minn koperazzjoni mill-qrib fil-qasam xjentifiku u tekniku f’dan is-settur, taħt kundizzjonijiet li jiżguraw il-konservazzjoni ta’ l-istokks tas-sajd u l-isfruttament razzjonali tagħhom,

KONVINTI li din il-koperazzjoni għandha tkun imsejsa fuq il-komplimentarjetà ta’ l-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqa kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet sabiex jiżguraw il-koerenza tal-politika u s-sinerġija ta’ l-isforzi,

IMPENJATI fis-sod lejn sajd responsabbli u sostenibbli,

DEĊIŻI, għal dawn l-għanijiet, li jikkontribwixxu, fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd fil-Ginea-Bissau, sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ assoċjazzjoni sabiex b’mod partikolari jiġu identifikati l-mezzi l-aktar adattati sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi ta’ din il-politika kif ukoll l-involviment fil-proċessi ta’ l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili,

ĦERQANA li jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet ta’ sajd tal-bastimenti Komunitarji fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau, u dawk li jirrigwardaw l-appoġġ mogħti mill-Komunità għall-iżvilupp ta’ sajd responsabbli f’dawn iż-żoni tas-sajd,

DEĊIŻI li jsegwu koperazzjoni ekonomika aktar mill-qrib fil-qasam ta’ l-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati, permezz tat-tnedija u l-iżvilupp ta’ l-investimenti fil-Ginea-Bissau li jinvolvu impriżi miż-żewġ Partijiet,

FTIEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd sabiex ikun hemm żvilupp ta’ sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Ginea-Bissau;

il-kundizzjonijiet ta’ aċċess tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għaż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau;

il-modalitajiet li bihom isir kontroll tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau sabiex ikunu garantiti l-osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat;

sħubijiet bejn kumpanniji bil-għan li, fl-interess komuni, jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u fl-attivitajiet marbuta miegħu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, tal-Protokoll u ta’ l-Annessi tiegħu:

(a)

“Żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau” tfisser l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Ginea-Bissau. L-attività tas-sajd tal-bastimenti Komunitarji stipulata f’dan il-Ftehim ma għandhiex issir ħlief fiż-żoni li fihom is-sajd huwa awtorizzat mil-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau;

(b)

“Il-Ministeru” tfisser id-dipartiment tal-gvern responsabbli mis-settur tas-Sajd;

ċ)

“Awtoritajiet Komunitarji” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(d)

“Bastiment Komunitarju” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità u rreġistrat fil-Komunità;

(e)

“Kumitat konġunt” kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u tal-Ginea-Bissau li l-funzjonijiet tagħhom ser ikunu ddettaljata fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim;

(f)

“L-awtorità ta’ sorveljanza” tfisser id-direttorat tas-sorveljanza tas-sajd;

(g)

“Id-Delegazzjoni” Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea-Bissau;

(h)

“Baħrin AKP” kwalunkwe baħri ċittadin ta’ pajjiż mhux Ewropew firmatarju tal-Ftehim ta’ Cotonou. Skond din id-definizzjoni, baħri mill-Ginea-Bissau huwa baħri AKP;

(i)

“Sid” tfisser kwalunkwe persuna ġuridikament responsabbli mill-bastiment tas-sajd.

Artikolu 3

Prinċipji u għanijiet fundamentali li fuqu jissejjes dan il-Ftehim

1.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau skond il-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni bejn id-diversi flotot tas-sajd preżenti f’dawn l-ilmijiet.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li josservaw il-prinċipji tad-djalogu u l-konsultazzjoni preliminari, b’mod partikolari fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-politika settorjali dwar is-sajd tal-Ginea-Bissau minn naħa waħda, u, minn naħa l-oħra, tal-politiki u l-miżuri Komunitarji li jista’ jkollhom impatt fuq il-qasam tas-sajd tal-Ginea-Bissau.

3.   Il-Partijiet jintrabtu li jiggarantixxu li dan il-Ftehim ikun implimentat skond il-prinċipji ta’ governanza ekonomika u soċjali tajba.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet qabel, waqt u wara l-miżuri, il-programmi u l-azzjonijiet implimentati skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

5.   B’mod partikolari, l-impjieg ta’ baħrin tal-Ginea-Bissauu/jew AKP abbord il-bastimenti tal-Komunità hu kkontrollat mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol, li tapplika bis-sħiħ fil-qafas tal-kuntratti korrispondenti u tal-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-libertà ta’ l-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għal negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fi kwistjonijiet ta’ xogħol u professjoni.

Artikolu 4

Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

1.   Sakemm idum japplika l-Ftehim, il-Komunità u l-Ginea-Bissau għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isegwu l-iżvilupp ta’ l-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau; għal dan il-għan, ġiet stabbilita laqgħa xjentifika annwali konġunta, li tiltaqa’ alternattivament fil-Komunità u fil-Ginea-Bissau.

2.   Iż-żewġ Partijiet, abbażi tal-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika annwali u fid-dawl ta’ l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u r-rakkomandazzjoni u r-riżoluzzjonijiet adottati partikolarment fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjoanli għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (ICCAT) u tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) u l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali oħra kollha fil-qasam li fihom iż-żewġ Partijiet huma membri jew rappreżentati, għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat konġunt previst mill-Artikolu 10 sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ u bi qbil komuni, miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

3.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsultaw, direttament jew fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali kompetenti, sabiex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u li jikkoperaw għall-implimentazzjoni tar-riċerki xjentifiċi relatati.

Artikolu 5

Aċċess tal-bastimenti Komunitarji għaż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau

1.   L-attivitajiet ta’ sajd imsemmija f’dan il-Ftehim huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ fil-Ginea-Bissau. L-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau għandhom jinnotifikaw lill-Komunità dwar kull tibdil li jsir fil-leġiżlazzjoni msemmija. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li l-Partijiet jistgħu jaqblu dwarhom, il-bastimenti Komunitarji għandhom josservaw kwalunkwe emenda għar-regolamenti fi żmien xahar min-notifika tagħhom.

2.   Il-Ginea-Bissau tintrabat li tawtorizza lill-bastimenti Komunitarji li jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ sajd fiż-żoni ta’ sajd tagħha skond dan il-Ftehim, inklużi l-Protokoll u l-Anness.

3.   Il-Ginea-Bissau għandha tissorvelja l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-monitoraġġ tas-sajd stipulati fil-Protokoll. Il-bastimenti Komunitarji għandhom jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau għat-twettiq ta’ dan il-monitoraġġ.

4.   Il-Komunità tintrabat li tadotta d-dispożizzjonijiet kollha xierqa sabiex tiżgura li l-bastimenti li jtajru bandiera Komunitarja josservaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll il-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ginea-Bissau, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għas-sajd

1.   Il-bastimenti Komunitarji ma jistgħux jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau sakemm ma jkollhomx liċenzja għas-sajd maħruġa skond dan il-Ftehim. L-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ sajd mill-bastimenti Komunitarji jeħtieġ liċenzja, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fil-Ginea-Bissau, fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità. Il-modalitajiet tal-ħruġ tal-liċenzji u tal-ħlas tat-tariffi u l-kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż ta’ l-osservazzjoni xjentifika, kif ukoll il-kundizzjonijiet l-oħra għall-eżerċizzju tas-sajd mill-bastimenti Komunitarji fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau, huma stipulati fl-Annessi.

2.   Fil-każ tal-kategoriji ta’ sajd li mhumiex stipulati mill-Protokoll fis-seħħ, kif ukoll għas-sajd sperimentali, dawn l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd jistgħu jingħataw mill-Ministeru, lill-bastimenti Komunitarji. Madankollu, l-għotja ta’ dawn il-liċenzji tibqa’ tiddependi minn opinjoni favorevoli taż-żewġ Partijiet.

3.   Il-Protokoll ta’ dan il-Ftehim jiffissa l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija mill-Ginea-Bissau lill-bastimenti Komunitarji, fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau, kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim.

4.   Il-Partijiet kontraenti għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta ta’ dawn il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet permezz ta’ koperazzjoni amministrattiva xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 7

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-Komunità għandha tagħti lill-Ginea-Bissau kontribuzzjoni finanzjarja skond it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u l-Annessi. Din il-kontribuzzjoni unika hija magħmula minn żewġ elementi relatati, rispettivament:

(a)

Kontribuzzjoni finanzjarja dovuta għall-aċċess tal-bastimenti Komunitarji għaż-żoni ta’ sajd tal-Ginea-Bissau u, mingħajr preġudizzju, mat-tariffi dovuti mill-bastimenti Komunitarji għall-ksib tal-liċenzji,

(b)

Appoġġ finanzjarju mill-Komunità għall-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar is-sajd imsejsa fuq sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau.

2.   L-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun iddeterminat bi qbil komuni u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll skond l-identifikazzjoni, miż-żewġ Partijiet, ta’ l-għanijiet li għandhom jitwettqu fl-ambitu tal-politika settorjali dwar is-sajd fil-Ginea-Bissau.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Komunità għandha titħallas darba fis-sena skond il-modalitajiet stabbiliti fil-Protokoll u b’riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u l-Protokoll dwar emenda potenzjali fl-ammont tagħha, minħabba:

(a)

ċirkostanzi serji, barra fenomeni naturali, li jżommu milli jsiru attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau;

(b)

it-tnaqqis, bi qbil komuni, ta’ l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji fl-applikazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni ta’ l-istokkijiet ikkonċernati meqjusa neċessarji għall-konservazzjoni u għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

ċ)

iż-żieda, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, ta’ l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jekk, skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tippermetti dan;

(d)

evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Ginea-Bissau meta r-riżultati tal-programmazzjoni annwali u multijannwali osservati mill-partijiet jiġġustifikaw dan;

(e)

it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tiegħu;

(f)

is-sospenzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15 tiegħu jew tal-Protokoll.

Artikolu 8

Promozzjoni tal-koperazzjoni fil-livell ta’ l-operaturi ekonomiċi

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi miegħu. Għandhom jikkonsultaw flimkien sabiex jikkoordinaw id-diversi azzjonijiet li jkunu prevedibbli f’dan ir-rigward.

2.   Il-partijiet għandhom iħeġġu l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-proċeduri industrijali ta’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

3.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet idoneji għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impriżi tagħhom, fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u l-investimenti.

4.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, b’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ l-investimenti b’interess komuni b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau u tal-Komunità.

Artikolu 9

Kooperazzjoni amministrattiva

Il-Partijiet kontraenti, ħerqana li jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri ta’ l-immaniġġjar u tal-ħarsien tar-riżorsi tas-sajd:

jiżviluppaw koperazzjoni amministrattiva sabiex jiżguraw li l-bastimenti tagħhom josservaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u r-regolamentazzjoni dwar is-sajd marittimu tal-Ginea-Bissau, kull Parti safejn tikkonċerna lilha;

jikkoperaw sabiex jimpedixxu u jiġġieldu kontra s-sajd illegali, mhux regolat u mhux dikjarat b’mod partikolari permezz ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ koperazzjoni amministrattiva mill-qrib.

Artikolu 10

Kumitat Konġunt

1.   Għandu jinħatar Kumitat Konġunt magħmul miż-żewġ Partijiet u inkarigata mill-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissorvelja t-twettiq, l-interpretazzjoni u l-funzjonament korrett ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim, kif ukoll is-soluzzjoni għat-tilwim;

(b)

jiżgura t-twettiq u jevalwa l-implimentazzjoni tal-kontribut tal-Ftehim ta’ Sħubija għat-twettiq tal-politika settorjali dwar is-sajd tal-Ginea-Bissau;

ċ)

jiżgura l-komunikazzjoni u l-koperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd;

(d)

iservi ta’ forum sabiex jissolvew amikevolment il-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(e)

jevalwa mill-ġdid, jekk ikun il-każ, il-livelli ta’ sajd possibbli u, konsegwentament, il-kontribuzzjoni finanzjarja;

(f)

tiffissa t-termini prattiċi tal-koperazzjoni amministrattiva stipulata fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim;

(g)

issegwi u tivvaluta l-istat tal-koperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi hekk kif maħsub fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim u tipproponi, jekk ikun neċessarju, il-mezzi u l-metodi għall-promozzjoni tagħha.

(h)

taqdi kull funzjoni oħra li l-Partijiet jaqblu li jinkarigawha li twettaq, inkluż il-ġlieda kontra s-sajd illegali u l-koperazzjoni amministrattiva;

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena, darba fil-Ginea-Bissau u darba fil-Komunità, bil-laqgħa tkun ippreseduta mill-Parti fejn issir il-laqgħa. Jista’ jżomm laqgħa straordinarja fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet.

Artkolu 11

Żona ta’ applikazzjoni

Dan il-Ftehim japplika, minn naħa waħda fit-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, skond il-kundizzjonijiet stipulati mill-imsemmi Trattat, u, min-naħa l-oħra, fit-territorju tal-Ginea-Bissau u fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ginea-Bissau.

Artikolu 12

Tul ta’ żmien

Dan il-Ftehim għandu japplika għal 4 snin li jiddekorru mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ. Jista’ jiġġedded għal perjodi identiċi sakemm ma jiġix terminat skond l-Artikolu 14.

Artikolu 13

Riżoluzzjoni tat-tilwim

Il-Partijiet kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt f’każ ta’ tilwim fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi terminat minn xi waħda mill-Partijiet b’mod partikolari f’ċirkostanzi serji relatati ma’, fost oħrajn, id-degradazzjoni ta’ l-istokks ikkonċernati, l-għarfien ta’ livell ridott ta’ l-użu ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd allokati għall-bastimenti tal-Komunità, jew in-nuqqas ta’ osservanza tad-dmirijiet tal-Partijiet fil-kwistjoni tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat.

2.   Il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tirtira mill-Ftehim talanqas sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali jew ta’ kull perjodu supplimentari.

3.   Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jinfetħu l-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

4.   Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju maħsub fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha jiġi terminat il-Ftehim għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis.

Artikolu 15

Sospensjoni

1.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tkun sospiża fuq l-inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim serju fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu. Din is-sospensjoni hija suġġetta għal avviż mill-Parti kkonċernata, bil-miktub, mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni. Mill-ħruġ ta’ din in-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bil-għan li jsolvu n-nuqqas ta’ ftehim bonarjament.

2.   Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju maħsub fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skond it-tul tas-sospensjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 9 tal-Protokoll.

Artikolu 16

Protokoll u Annessi

Il-Protokoll, l-Annessi u l-Appendiċijiet tiegħu jiffurmaw parti integranti ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 17

Dispożizzjonjiet tal-liġi nazzjonali applikabbli

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau huma regolati mil-leġiżlazzjoni applikabbli fil-Ginea-Bissau, għajr jekk il-Ftehim, dan il-Protokoll inklużi l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu jistipulaw xort’oħra.

Artikolu 18

Tħassir

Fid-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim iħassar u jissostitwixxi l-Ftehim tas-Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissau dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Ginea-Bissau li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 1980.

Madankollu, il-Protokoll li jistabbilixxi għall-perjodu mis-16 ta’ Ġunju 2007 sal-15 ta’ Ġunju 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim tas-sajd jibqa’ japplika matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(1) u jsir parti integranti ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim, sar f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa fir-rigward.

PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-komunità ewropea u r-repubblika tal-ginea-bissau għall-perjodu mis-16 ta’ ġunju sal-15 ta’ ġunju 2011

Artikolu 1

Perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet għas-sajd

1.   Mis-16 ta’ Ġunju 2007 u għal perjodu ta’ 4 snin, l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija skond l-Artikolu 5 u 6 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej:

Krostaċji u speċijiet demersali

(a)

bastimenti tat-tkarkir bil-friża għall-gambli: 4 400 GRT fis-sena;

(b)

bastimenti tat-tkarkir bil-friża għall-ħut u ċ-ċefalopodi: 4 400 GRT fis-sena;

Speċijiet migratorji ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1982)

ċ)

bastimenti bit-tartarun bil-friża u bastimenti bil-konz li jistadu għat-tonn: 23 bastiment;

(d)

bastimenti li jistadu għat-tonn bil-qasab u x-xlief: 14-il bastiment;

2.   Il-paragrafu 1 japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

3.   Skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ sajd fiż-żoni ta’ sajd tal-Ginea-Bissau jekk ma jkollhomx liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll u skond il-modalitajiet deskritti fl-Annessi ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja u kontribuzzjoni speċifika — Modalitajiet ta’ ħlas

1.   Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija stabbilita għal EUR 7 miljun fis-sena.

2.   Madankollu, f’każ ta’ titjib fl-użu ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd previsti mill-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta’ dan il-Protokoll mill-bastimenti Komunitarji, il-Komunità għandha tagħti ammont finanzjarju addizzjonali lill-Ginea-Bissau li jkun proporzjonali għal dik iż-żieda, fil-limiti ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti minn dan il-Protokoll u sa massimu ta’ EUR 1 miljun fis-sena. Iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu li jiddeterminaw, fi ħdan il-Kumitat Konġunt u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, il-perjodu ta’ referenza, l-indiċi ta’ bażi u l-mekkaniżmi speċifiċi għall-ħlas.

3.   Il-paragrafu 1 japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5, 6, 7, 8, 9, 11 u 12 ta’ dan il-Protokoll.

4.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità stabbilita fil-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2008 għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju għas-snin sussegwenti.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll, l-allokazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni tiġi deċiża fil-kuntest tal-Liġi Finanzjarja tal-Ginea-Bissau, u għalhekk taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva ta’ l-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau.

6.   Ma’ l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità li tammonta għal EUR 500 000 fis-sena u allokata għat-twaqqif ta’ sistema sanitarja u fitosanitarja tal-prodotti tas-sajd. Madankollu, iż-żewġ Partijiet jistgħu, f’każ ta’ neċessità, jiddeċiedu li jallokaw ukoll parti minn din il-kontribuzzjoni speċifika għat-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau. Din il-kontribuzzjoni titmexxa skond id-dispożizzjonijiet previsti mill-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll.

7.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti mill-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll, il-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fil-paragrafu 6 għandu jsir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2008 għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju għas-snin sussegwenti.

8.   Il-ħlas previst minn dan l-Artikolu jsir f’kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ fi ħdan il-Bank Ċentrali tal-Ginea-Bissau li r-referenzi tiegħu għandhom ikunu kkomunikati kull sena mill-Ministeru.

Artikolu 3

Kontribuzzjoni speċifika għal appoġġ għat-titjib tal-kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti tas-sajd u għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd.

1.

Il-kontribuzzjoni speċifika tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dan il-Protokoll tikkontribwixxi b’mod partikolari sabiex is-settur tas-sajd jilħaq il-konformità ma’ l-istandards sanitarji u, jekk meħtieġ, għall-politika ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-Ginea-Bissau.

2.

Il-ġestjoni ta’ l-ammont korrispondenti taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ginea-Bissau u tissejjes fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet, bi qbil komuni, ta’ l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u l-programmazzjoni annwali u multijannwali relatati magħhom.

3.

Mingħajr preġudizzjoni għall-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet ta’ dawn l-għanijiet u skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiffukaw fuq:

(a)

l-azzjonijiet kollha sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti tas-sajd, inkluż it-tisħiħ ta’ l-Awtortità kompetenti, il-konformità ma’ l-istandards tas-CIPA (ISO 9000), it-taħriġ tal-persunal kif ukoll li l-konformità tal-qafas ġuridiku meħtieġ;

u, jekk neċessarju,

(b)

l-azzjonijiet kollha ta’ appoġġ għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd, inkluża s-sorveljanza ta’ l-ilmijiet tal-Ginea-Bissau mill-baħar u mill-ajru, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) tal-bastimenti tas-sajd, it-titjib tal-qafas ġuridiku kif ukoll l-applikazzjoni tiegħu rigward l-infrazzjonijiet.

4.

Rapport annwali dettaljat jitressaq għall-approvazzjoni mill-Kumitat Konġunt previst mill-Artikolu 10 tal-Ftehim.

5.

Madankollu, il-Komunità tirriżerva d-dritt li tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika prevista mill-Artikolu 2(6) ta’ dan il-Protokoll, u dan mill-ewwel sena tal-Protokoll, jekk f’każ ta’ tilwim dwar il-programmazzjoni ta’ l-azzjonijiet jew jekk ir-riżultati miksuba, għajr ċirkostanzi eċċezzjonali, mhumiex konformi mal-programmazzjoni.

Artikolu 4

Kooperazzjoni xjentifika

1.   Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau skond il-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli, partikolarment billi jippromwovu l-koperazzjoni fil-livell tas-sottoreġjun relatat mas-sajd responsabbli u speċjalment fl-ambitu tal-Commission Sous Régionale des Pêches (Kummissjoni Sottoreġjonali tas-Sajd, CSRP)

2.   Matul il-perjodu fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex japprofondixxu ċerti kwistjonijiet relattivi għall-evoluzzjoni ta’ l-istat tar-riżorsi fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau; għal dan il-għan għandha tiġi organizzata laqgħa tal-kumitat xjentifiku konġunt ta’ l-anqas darba fis-sena, skond il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4 tal-Ftehim. Jistgħu wkoll jiġu organizzati laqgħat oħra ta’ dan il-kumitat xjentifiku konġunt fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, u f’każ ta’ bżonn iddikjarat fil-qafas ta’ dan il-Ftehim.

3.   Iż-żewġ Partijiet, abbażi tal-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta annwali u abbażi wkoll tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) u tas-CECAF (Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) u l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali oħra kollha fil-qasam li fihom iż-żewġ Partijiet huma membri jew rappreżentati, għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst mill-Artikolu 10 tal-Ftehim sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ u bi qbil komuni, miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

Artikolu 5

Reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd

1.   L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil komuni sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta annwali msemmija fl-Artikolu 4(2), din iż-żieda ma tkunx ta’ ħsara għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Ginea-Bissau. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallas mill-Komunità Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fl-Artikolu 2(1).

2.   F’każ fejn, min-naħa l-oħra, il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta’ miżuri stipulati fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim li jimplikaw tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sajd stipulati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll, din il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiġi sospiża mill-Komunità Ewropea f’każ li ma tkun tista’ titwettaq l-ebda waħda mill-opportunitajiet ta’ sajd previsti f’dan il-Protokoll.

3.   It-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn id-diversi kategoriji ta’ bastimenti jista’ jkun ukoll suġġett għal reviżjoni bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet u skond kull rakkomandazzjoni oħra li tista’ ssir mil-laqgħa xjentifika konġunta annwali fir-rigward tal-ġestjoni ta’ l-istokks li jistgħu jintlaqtu minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti fil-kumpens finanzjarju meta jkun ġustifikat mit-tqassim mill-ġdid ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd.

4.   Ir-reviżjonijiet ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ hawn fuq, għandhom jiġu deċiżi bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artitoku 10 tal-Ftehim.

Artikolu 6

Opportunitajiet ta’ sajd ġodda u sajd sperimentali

1.   F’każ li l-bastimenti tas-sajd Komunitarji jkunu interessati fl-attivitajiet tas-sajd li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, il-Komunità għandha tikkonsulta lill-Ginea-Bissau sabiex tinkiseb awtorizazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Skond il-każ, il-Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u jekk neċessarju, jemendaw il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2.   Il-Partijiet jistgħu jwettqu kampanji ta’ sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissau, skond il-parir tal-kumitat xjentifiku konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. Għal dan il-għan, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet sabiex jiddeterminaw, skond il-każ, ir-riżorsi l-ġodda, il-kundizzjonijiet u parametri oħra importanti.

3.   L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom isiru disponibbli għal perjodu bi prova ta’ massimu ta’ sitt xhur kull darba.

4.   Meta l-Partijiet jaraw li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, b’rispett għall-preżervazzjoni ta’ l-ekosistemi u l-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi bijoloġiċi, ikunu jistgħu jingħataw opportunitajiet ta’ sajd ġodda lill-bastimenti Komunitarji skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll u sa tmiem dan il-Protokoll u skond l-isforz permess. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiżdied skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll.

5.   Il-qabdiet li jsiru matul is-sajd sperimentali huma l-proprjetà tas-sid tal-bastiment. Mhux permess li jinqabdu speċijiet li d-daqs tagħhom mhux regolat u dawk li għalihom ir-regoli tal-Ginea-Bissau ma jawtorizzawx is-sajd, iż-żamma abbord u l-bejgħ.

Artikolu 7

Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja f’ċirkostanzi anormali

1.   F’ċirkostanzi anormali, għajr fenomini naturali li jimpedixxu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (EEZ) tal-Ginea-Bissau, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-kontribuzzjoni speċifika skond l-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, jistgħu jiġu sospiżi mill-Komunità Ewropea. Id-deċiżjoni għal sospensjoni tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Partijiet sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tat-talba magħmula minn waħda mill-Partijiet, u bil-kundizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kwalunkwe ammont dovut fil-mument tas-sospensjoni.

2.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, jerġa’ jsir dovut minn meta l-Partijiet jistabbilixxu, bi qbil komuni u wara konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkonstanzi li taw lok għall-waqfien ta’ l-attivitajiet tas-sajd jkunu għebu u/jew is-sitwazzjoni tkun tali li tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jinbdew mill-ġdid.

3.   Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, li tkun ġiet sospiża flimkien mal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, hija estiża b’perjodu ta’ żmien li jkun jikkorrispondi għad-dewmien tas-sospensjoni ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 8

Kontribut tal-Ftehim ta’ Sħubija fl-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Ginea-Bissau

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) tikkontribwixxi, sa 35 % ta’ l-ammont tagħha, jiġifieri EUR 2 450 000, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Ginea-Bissau, bil-għan li jinħoloq sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet tiegħu.

2.   Il-ġestjoni ta’ l-ammont korrispondenti taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ginea-Bissau u tissejjes fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet, bi qbil komuni, ta’ l-għanijiet li għandhom jinkisbu u l-programmazzjoni annwali u multijannwali relatati magħhom, partikolarment f’dak li huwa l-ġestjoni korretta tar-riżorsi tas-sajd, it-tisħiħ tar-riċerka xjentifika, tal-kapaċità ta’ monitoraġġ ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau u t-titjib fil-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti tas-sajd.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-identifikazzjoni, miż-żewġ Partijiet, ta’ dawn l-għanijiet u b’konformità mal-prijoritajiet ta’ l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli tas-Settur tas-Sajd tal-Ginea-Bissau u sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli u responsabbli f’dan is-settur, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiffukaw, fost oħrajn, fuq l-oqsma ta’ intervent li ġejjin: il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet ta’ sajd, ir-riċerka xjentifika u l-ġestjoni u l-immaniġġjar ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 9

Modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ l-appoġġ lill-politika settorjali tas-sajd tal-Ginea-Bissau

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti mill-Artikolu 8(3), il-Komunità Ewropea u l-Ministeru jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst mill-Artikolu 10 tal-Ftehim u minn meta jidħol fis-seħħ il-Protokoll, dwar:

(a)

il-linji gwida annwali u multijannwali li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika dwar is-sajd tal-Ginea-Bissau bil-għan li jinħoloq sajd sostenibbli u responsabbli u, b’mod partikolari, dawk imsemmiji fl-Artikolu 8(2).

(b)

il-miri annwali u multijannwali li għandhom jintlaħqu kif ukoll il-kriterji u l-indikaturi li għandhom jintużaw sabiex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. L-Anness IV jindika l-elementi bażiċi dwar l-għanijiet u l-indikaturi tar-rendiment li għandhom jitqiesu fl-ambitu tal-Protokoll.

2.   Kull tibdil f’dawn il-linji gwida, għanijiet, kriterji u indikaturi għall-valutazzjoni għandu jiġi approvat miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

3.   Fir-rigward ta’ l-ewwel sena, l-allokazzjoni tal-Ginea-Bissau ta’ l-appoġġ finanzjarju msemmi mill-Artikolu 8(1) ta’ dan il-Protokoll għandha tkun ikkomunikata lill-Komunità Ewropea ma’ l-approvazzjoni, fil-Kumitat Konġunt, tal-linji gwida, l-għanijiet, il-kriterji u l-indikaturi għall-evalwazzjoni.

4.   Il-Ministeru għandu jikkomunika kull sena din l-allokazzjoni sa mhux aktar tard minn 4 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għall-ewwel sena u fil-15 ta’ Ġunju għas-snin sussegwenti.

5.   Ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet programmati u ffinanzjati, dwar ir-riżultati miksuba kif ukoll dwar id-diffikultajiet potenzjali misjuba, jitressaq għall-approvazzjoni mill-Kumitat Konpunt previst mill-Artikolu 10 tal-Ftehim.

6.   Madankollu, il-Komunità Ewropea tirriżerva d-dritt li tadatta u tissospendi l-ħlas ta’ l-ammont stabbilit mill-Artikolu 8(1) ta’ dan il-Protokoll, fil-każ meta l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati effettivi ta’ l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd tiġġustifika dan, u wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 10

Integrazzjoni ekonomika ta’ l-operaturi Komunitarji fis-settur tas-sajd fil-Ginea-Bissau

1.   Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika ta’ l-operaturi Komunitarji fl-industrija kollha tas-sajd fil-Ginea-Bissau.

2.   Iż-żewġ Partijiet jintrabtu partikolarment li jippromwovu l-ħolqien ta’ assoċjazzjonijiet temporanji bejn operaturi Komunitarji u operaturi tal-Ginea-Bissau bil-ħsieb li jisfruttaw b’mod konġunt ir-riżorsi tas-sajd taż-żona ekonomika esklussiva tal-Ginea-Bissau.

3.   “Assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi” tfisser kull assoċjazzjoni bbażata fuq kuntratt għal perjodu limitat bejn is-sidien Komunitarji u persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Ginea-Bissau bil-għan li jistadu u jisfruttaw b’mod konġunt il-kwoti tal-Ginea-Bissau permezz ta’ bosta bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea u li jaqsmu l-profitti jew it-telf f’termini ta’ spejjeż ta’ l-attività ekonomika li daħlu għaliha konġuntament.

4.   Il-Ginea-Bissau għandha tikkonċedi l-awtorizzazzjoni neċessarja sabiex l-assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi stabbiliti għall-finijiet ta’ l-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd tal-baħar ikunu jistgħu joperaw fiż-żoni tas-sajd.

5.   Il-bastimenti Komunitarji li ddeċiedu li joħolqu assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi fl-ambitu tal-Protokoll fis-seħħ, għall-kategoriji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta’ dan il-Protokoll, għandhom ikunu eżentati mill-ħlas ta’ tariffi ta’ liċenzji. Barra minn hekk, mit-tielet sena tal-Protokoll, il-Ginea-Bissau għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, appoġġi finanzjarji għall-ħolqien ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi. L-ammont kumplessiv ta’ dawn l-appoġġi ma għandux jaqbeż l-20 % ta’ l-ammont totali tat-tariffi mħallsa mis-sidien fl-ambitu ta’ dan il-Protokoll.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-modalitajiet finanzjarji u tekniċi li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ dawn l-appoġġi u l-inkoraġġiment ta’ assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, fl-ambitu tal-Protokoll fis-seħħ.

Artikolu 11

Tilwim — Sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll

1.   Kull tilwima bejn il-Partijiet kemm fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu, kif ukoll fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, jekk meħtieġ, imlaqqa’ f’seduta straordinarja.

2.   L-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta t-tilwima bejn iż-żewġ Partijiet tkun meqjusa bħala waħda serja u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skond l-ewwel paragrafu aktar ‘il fuq ma wasslu għal ebda soluzzjoni bonarja.

3.   Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll hija suġġetta għal avviż mill-Parti kkonċernata ta’ l-intenzjoni tagħha, bil-miktub li għandu jingħata għallinqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.

4.   F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tali riżoluzzjoni tinkiseb, il-Protokoll jerġa’ jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 12

Sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ l-impenji tal-Ginea-Bissau lejn sajd responsabbli u sostenibbli

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, fil-każ meta l-Ginea-Bissau ma tkunx irrispettat l-impenn tagħha sabiex taħdem għal sajd responsabbli u sostenibbli partikolarment permezz ta’ l-osservanza tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sajd annwali ddefiniti mill-gvern tal-Ginea-Bissau, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża skond id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 11(3) u (4).

Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-pjan ta’ ġestjoni tas-sajd jinsab fl-Anness III ta’ dan il-Protokoll. Iż-żewġ Partijiet għandhom isegwu l-evoluzzjoni ta’ dan il-pjan ta’ sajd għal kull sena konsekuttiva fl-ambitu tal-Kumitat Konġunt previst mill-Artikolu 10 tal-Ftehim.

Artikolu 13

Sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, f’każ li l-Komunità Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq il-verifika xierqa u, jekk ikun meħtieġ, twettaq il-ħlas fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-avviż.

(b)

Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ l-istess fiż-żmien stipulat fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau ikollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan minnufih.

Dan il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid meta jitwettaq il-ħlas kkonċernat.

Artikolu 14

Tħassir

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu jħassru u jissostitwixxu l-Protokoll tas-Sajd eżistenti bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ginea-Bissau dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tal-Ginea-Bissau.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Għandhom japplikaw mis-16 ta’ Ġunju 2007.

ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GINEA-BISSAW MINN BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ

KAPITOLU I

Formalitajiet applikabbli għat-talba u għall-ħruġ tal-liċenzji

SEZZJONI 1

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-bastimenti kollha

1.   Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw liċenzja sabiex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau.

2.   Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd fil-Ginea-Bissau. Jeħtiġilhom ikunu f’qagħda regolari ma’ l-amministrazzjoni tal-Ginea-Bissau, fis-sens li jridu jkunu meħlusa mill-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Ginea-Bissau fl-ambitu tal-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-Komunità.

3.   Kull bastiment Komunitarju li jitlob liċenzja tas-sajd jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent marittimu residenti fil-Ginea-Bissau. L-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għal-liċenzja.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iressqu applikazzjoni lill-Ministeru, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea-Bissau, għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skond dan il-Ftehim, mill-inqas 20 jum qabel id-data ta’ bidu tal-validità mitluba.

5.   L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru skond il-formoli pprovduti għal dan il-għan mill-Gvern tal-Ginea-Bissau, li mudell tagħhom jinsab fl-Appendiċi 1. L-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex id-data li tirċievi fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja jkunu ttrattati b’mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni tintuża biss fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-sajd.

6.   Kull applikazzjoni għal liċenzja għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

prova tal-ħlas tat-tariffa għall-perjodu tal-validità tagħha kif ukoll ta’ l-ammont previst mill-Kapitolu VII, punt 13.

kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet speċjali li japplikaw għat-tip ta’ bastiment skond dan il-Protokoll.

7.   Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fil-kont speċifikat mill-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau.

8.   It-tariffi għandhom jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha, esklużi it-taxxi tal-port u l-ammonti dovuti għall-provvista tas-servizzi.

9.   Il-liċenzji għall-bastimenti kollha huma maħruġa fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tasal id-dokumentazzjoni kollha stipulata fil-punt 6 ta’ hawn fuq, għand il-Ministeru, lis-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea-Bissau.

10.   Jekk fil-mument ta’ l-iffirmar tal-liċenzja l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jkunu magħluqin, din għandha tgħaddi direttament lill-aġent tal-bastiment b’kopja tagħha tintbagħat lid-Delegazzjoni.

11.   Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment indikat u mhijiex trasferibbli.

12.   Madankollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f’każ ta’ forza maġġuri ppruvata, il-liċenzja ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida f’isem bastiment ieħor b’karatteristiċi simili għal dawk tal-bastiment sostitwit, mingħajr ma jkollha titħallas tariffa oħra. Madankollu, jekk it-tunnellaġġ gross reġistrat (GRT) tal-bastiment li ssostitwixxa, ikun ogħla minn dak tal-bastiment sostitwit, id-differenza fit-tariffa titħallas pro rata temporis.

13.   Sid il-bastiment issostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

14.   Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida ssir valida hija dik meta l-operatur jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru. Id-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Ginea-Bissau għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-liċenzja.

15.   Il-liċenzja għandha dejjem tinżamm abbord mingħajr preġudizzju għal dak li hu stabbilit bil-Kapitolu I, sezzjoni 2, punt 1.

16.   Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu l-implimentazzjoni ta’ sistema għall-liċenzji msejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku ta’ l-informazzjoni kollha u tad-dokumenti deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu mill-aktar fis possibbli s-sostituzzjoni tal-liċenzja tal-karti bl-ekwivalenti elettronika, bħal-lista tal-bastimenti awtorizzati sabiex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau.

17.   Il-Partijiet jintrabtu li, fl-ambitu tal-Kumitat Konġunt, jissostitwixxu r-referenzi kollha f’dan il-Protokoll għal GRT b’GT u b’konsegwenza ta’ dan jadattaw id-disposizzjonijiet hekk milquta. Din is-sostituzzjoni tkun ippreċeduta bil-konsultazzjonijiet tekniċi meħtieġa bejn il-Partijiet.

SEZZJONI 2

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-bastimenti li jistadu għat-tonn u l-bastimenti bil-konz fil-wiċċ

1.   Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f’kull ħin. Il-Komunità Ewropea għandha żżomm aġġornament ta’ l-abbozz tal-lista ta’ bastimenti li għalihom tkun saret applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. L-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau għandhom jiġu nnotifkati meta jiġi stabbilit dan l-abbozz u sussegwentement kull darba li jiġi aġġornat. Meta jasal dan l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem indirizzata mill-Komunità Ewropea lill-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau, il-bastiment jiġi rreġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Ginea-Bissau fuq lista tal-bastimenti awtorizzati sabiex jistadu, li tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd kif ukoll lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea-Bissau. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lis-sid mid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, u għandha tinżamm abbord bħala sostituzzjoni tal-liċenzja tas-sajd sakemm tintbagħat din ta’ l-aħħar mill-awtorità kompetenti tal-Ginea-Bissau.

2.   Il-liċenzji għandhom validità ta’ sena. Jistgħu jiġġeddu.

3.   It-tariffi huma kkalkolati għal kull bastiment abbażi tal-limiti li ta’ kull sena huma ffissati fid-dokumenti tekniċi tal-Protokoll. Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament sabiex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.

4.   Il-liċenzji jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ l-ammonti skond l-iskeda teknika korrispondenti.

5.   Il-kalkolu finali tat-tariffi dovuti għas-sena kurrenti jiġi deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena sussegwenti, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull sid u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika tad-data dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografía) u l-IPIMAR (Instituto Português de Investigação Marítima) permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

6.   Dan il-kalkolu għandu jiġi kkomunikat simultanjament lill-Ministeru u lis-sidien.

7.   Kull ħlas addizzjonali għandu jsir mis-sidien lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Ginea-Bissau sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena li fiha jsir il-kalkolu finali tat-tariffi, fil-kont imsemmi fil-paragrafu 7 tas-sezzjoni 1.

8.   Madankollu, jekk il-kalkolu finali huwa anqas mit-total tal-ħlas bil-quddiem stipulat fil-punt 3, id-differenza korrispondenti ma titħallasx lura lis-sid.

SEZZJONI 3

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-bastimenti tat-tkarkir

1.   Flimkien mad-dokumenti msemmijin fis-sezzjoni 1, punt 6 ta’ dan il-Kapitolu, kull applikazzjoni għal liċenzja għall-bastimenti msemmijin f’din is-sezzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

kopja awtentikata tad-dokument maħruġ mill-Istat Membru u jiċċertifika t-tunnellaġġ tal-bastiment f’GRT, kif ukoll

iċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-Ministeru wara spezzjoni teknika tal-bastiment li saret skond il-Kapitolu VIII, punt 3.2.

2.   F’każ ta’ applikazzjoni għal liċenzja ġdida għal bastiment li diġà kien fil-pussess ta’ liċenzja fl-ambitu ta’ dan il-Protokoll u l-karatteristiċi tekniċi tiegħu baqgħu l-istess, din l-applikazzjoni għandha tintbagħat, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Bissau, lill-Ministeru, akkumpanjata biss mill-prova li sar il-ħlas tat-tariffa għall-perjodi kkonċernati kif ukoll mill-ammont previst fil-Kapitolu VII, punt 13. Il-Ministeru għandu jawtorizza liċenzja ġdida li fiha jdaħħal id-dettalji ta’ l-ewwel applikazzjoni għal-liċenzja mressqa fl-ambitu tal-Protokoll fis-seħħ.

3.   Biex tiġi ddeterminata l-validità tal-liċenzji, għandha ssir referenza għall-perjodi annwali ddefiniti kif ġej:

l-ewwel perjodu: mis-16 ta’ Ġunju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007

it-tieni perjodu: mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008

it-tielet perjodu: mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009

ir-raba’ perjodu: mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010

il-ħames perjodu: l-1 ta’ Jannar 2011 sal-15 ta’ Ġunju 2011

4.   L-ebda liċenzja ma tista’ tinbeda matul perjodu annwali u tispiċċa matul il-perjodu annwali ta’ wara.

5.   Trimestru jikkorrispondi għal wieħed mill-perjodi ta’ tliet xhur li jibdew jew fl-1 ta’ Jannar, jew fl-1 ta’ April, jew fl-1 ta’ Lulju, jew fl-1 ta’ Ottubru, ħlief għall-ewwel u l-aħħar perjodi tal-Protokoll, fejn dawn ser ikunu rispettivament is-16 ta’ Ġunju 2007 sat-30 ta’ Settembru 2007 u mill-1 ta’ April 2011 sal-15 ta’ Ġunju 2011.

6.   Il-liċenzji huma validi għal sena, sitt xhur jew tliet xhur. Jistgħu jiġġeddu.

7.   Il-liċenzji għandhom jinżammu abbord il-ħin kollu.

8.   It-tariffi huma kkalkolati għal kull bastiment abbażi tal-limiti li ta’ kull sena huma ffissati fid-dokumenti tekniċi tal-Protokoll. Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament sabiex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.

KAPITOLU II

Żoni tas-sajd

Il-bastimenti Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet li jinsabu lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażilari.

KAPITOLU III

Sistema ta’ dikjarazzjoni tal-qabdiet għall-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ibħra tal-ginea-bissau

1.   It-tul ta’ żmien tal-vjaġġ ta’ bastiment Komunitarju għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddefinit kif ġej:

jew iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau;

jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau u t-trasbord;

jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau u l-ħatt fil-Ginea-Bissau.

Il-bastimenti kollha awtorizzati sabiex jistadu fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau fl-ambitu tal-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru, skond il-modalitajiet li ġejjin:

2.1.   Id-dikjarazzjonijiet għandu jkun fihom il-qabdiet li għamel il-bastiment matul kull vjaġġ. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Ministeru permezz tal-feks, bil-posta jew bil-posta elettronika b’kopja lill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Ginea-Bissau, fi tmiem kull vjaġġ u, f’kull każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea-Bissau. Fil-każ li din il-komunikazzjoni ssir bil-posta elettronika, għandhom minnufih jintbagħtu elettronikament avviżi tal-wasla lill-bastiment minn kull waħda miż-żewġ destinazzjonijiet b’kopja reċiproka. Għall-bastimenti li jistadu għat-tonn, dawn id-dikjazzjonijiet għandhom jintbagħtu fi tmiem kull sena tas-suq.

2.2.   L-oriġinal tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta bil-feks jew bil-posta elettronika matul perjodu annwali ta’ validità tal-liċenzja skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I, sezzjoni 2, punt 2 għall-bastimenti li jistadu għat-tonn, u sezzjoni 3, punt 3 għall-bastimenti tat-tkarkir għandhom jiġu kkomunikati b’mezz fiżiku lill-Ministeru fi żmien 45 jum wara tmiem l-aħħar vjaġġ magħmul matul il-perjodu msemmi. Għandhom jiġu kkomunikati b’mezz fiżiku, kopji lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Ginea-Bissau.

2.3.   Il-bastimenti li jistadu għat-tonn u l-bastimenti bil-konz fil-wiċċ għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola korrispondenti fil-ġurnal ta’ abbord, li l-mudell tagħha jinsab fl-Appendiċi 2. Għall-perjodi li matulhom il-bastiment ma jinsabx fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau, huwa marbut li jdaħħal nota fil-ġurnal ta’ abbord bir-referenza segwenti: “Barra miż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Ginea-Bissau”.

2.4.   Il-bastimenti tat-tkarkir għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola li l-mudell tagħha jinsab fl-Appendiċi 3, billi jindikaw it-totali maqbuda skond l-ispeċi għal xahar kalendarju jew parti tiegħu.

2.5.   Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqara faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment.

3.   F’każ li ma jiġux osservati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern tal-Ginea-Bissau jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment ikkonċernat sakemm jitlestew il-formalitajiet u tiġi applikata l-penali stabbilita fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ginea-Bissau, u f’każ ta’ reċidività, li ma jġeddidx il-liċenzja. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi mgħarrfa fir-rigward.

Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jistabbilixxu sistema ta’ skambju elettroniku ta’ din l-informazzjoni.

KAPITOLU IV

Qabdiet inċidentali

Il-livell ta’ qabdiet inċidentali għal kull impriża tas-sajd prevista fl-ambitu tal-Protokoll huwa stabbilit b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau u huwa speċifikat fl-iskedi tekniċi għal kull waħda minn dawn il-kategoriji.

KAPITOLU V

Imbark tal-baħrin

Is-sidien li jkunu nħarġulhom il-liċenzji tas-sajd skond il-Ftehim għandhom jikkontribwixxu għat-taħriġ vokazzjonali prattiku taċ-ċittadini tal-Ginea-Bissau u għal titjib fis-suq tax-xogħol, fil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:

1.   kull sid ta’ bastiment tas-sajd għandu jintrabat li jħaddem:

tliet sajjieda baħrin fuq bastimenti ta’ inqas minn 250 GRT,

erba’ sajjieda baħrin fuq bastimenti ta’ minn 250 sa 400 GRT,

ħames sajjieda baħrin fuq bastimenti ta’ bejn 400 u 650 GRT,

sitt sajjieda baħrin fuq bastimenti ta’ iktar minn 650 GRT.

2.   Is-sidien għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin addizzjonali mill-Ginea-Bissau.

3.   Is-sidien għandhom jagħżlu liberament permezz tar-rappreżentanti tagħhom il-baħrin li għandhom jittellgħu abbord il-bastimenti tagħhom.

4.   Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jikkomunikaw l-ismijiet tal-baħrin mill-Ginea-Bissau li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat lill-Ministeru, u jindikaw ir-rwol tagħhom fl-ekwipaġġ kif reġistrati.

5.   Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti ta’ l-UE. B’mod partikolari l-applikazzjoni tad-dritt ta’ assoċjazzjoni u tar-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u tal-professjonijiet.

6.   Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-Ginea-Bissau, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u l-baħrin u/jew it-trade unions tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom flimkien mal-Ministeru. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u inċident.

7.   Is-salarju tal-baħrin mill-Ginea-Bissau jitħallas mis-sidien. Dan għandu jiġi stabbilit, qabel ma jinħarġu l-liċenzji, bi qbil komuni bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin tal-Ginea-Bissau ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-Ginea-Bissau u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards ta’ l-ILO.

8.   Kull baħri impjegat mill-bastimenti Komunitarji għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment maħtur lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu li jtella’ abbord lil dak il-baħri.

9.   Fil-każ li l-baħrin mill-Ginea-Bissau ma jittellgħux abbord għal raġunijiet oħrajn għajr dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti Komunitarji kkonċernati huma obbligati li jħallsu għas-sena tas-sajd, somma totali ekwivalenti għas-salarji tal-baħrin li ma ttellgħux abbord immedjatament.

10.   Din is-somma titħallas f’kont speċifiku magħżul minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau u jippermetti l-finanzjament ta’ l-istrutturi pubbliċi ta’ taħriġ vokazzjonali fil-qasam tas-sajd.

KAPITOLU VI

Miżuri tekniċi

1.   Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet migratorji ħafna għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mil-ICCAT, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

2.   Rigawd il-bastimenti tat-tkarkir, il-miżuri speċifiċi jinsabu f’kull skeda teknika korrispondenti.

3.   L-għeluq tas-sajdiet jew ta’ l-attivitajiet tas-sajd minħabba waqfien għal raġunijiet bijoloġiċi huwa applikat mill-Ginea-Bissau b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha li jipparteċipaw fis-sajd imsemmi, sew jekk huma nazzjonali, Komunitarji, jew itajru bandiera ta’ pajjiż terz.

4.   Abbażi ta’ valutazzjoni ta’ l-impatt u jekk din tirriżulta meħtieġa, iż-żewġ Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar il-miżuri korrettivi eventwali relatati mal-waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi li għandhom jiġu applikati.

5.   F’każ li l-Ginea-Bissau ikollha tieħu miżuri ta’ emerġenza li jġibu magħhom waqfien mis-sajd barra minn dak/dawk imsemmi/ja fil-punt 3 ta’ hawn fuq, jew iż-żieda fil-perjodu ta’ żmien ta’ waqfien previst, għandu jitlaqqa’ l-Kumitat Konġunt sabiex jivvaluta l-impatt ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri għall-bastimenti Komunitarji.

6.   Jekk l-applikazzjoni tal-punti 4 u 5 ta’ hawn fuq timplika żieda fil-perjodu/i ta’ l-għeluq tas-sajd, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, fi ħdan il-Kumitat Konġunt bil-għan li jadattaw il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja skond it-tnaqqis ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd li jirriżultaw minn dawn il-miżuri għall-Komunità.

KAPITOLU VII

Osservaturi abbord il-bastimenti tat-tkarkir

Il-bastimenti awtorizzati sabiex jistadu fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau fl-ambitu tal-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi maħtura mill-Ginea-Bissau, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

1.1.   Kull bastiment tas-sajd għandu jtella’ oservatur abbord maħtur mill-Ministeru tas-Sajd. F’dan il-każ, il-port ta’ l-imbark għandu jiġi stabbilit bi qbil komuni bejn il-Ministeu tas-Sajd u s-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom.

1.2.   Il-Ministeru għandu jistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula sabiex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

1.3.   Il-Ministeru għandu jikkomunika lis-sidien ikkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem ta’ l-osservatur maħtur, li għandu jittella’ abbord il-bastiment waqt il-ħruġ tal-liċenzja.

2.   Iż-żmien li l-osservatur iqatta’ abbord għandu jiġi ffissat mill-Ministeru, mingħajr ma jaqbeż, bħala regola ġenerali, iż-żmien meħtieġ sabiex iwettaq dmirijietu. Il-Ministeru għandu jinforma lis-sid jew lir-rappreżentant tiegħu dwar dan waqt il-komunikazzjoni ta’ l-isem ta’ l-osservatur maħtur sabiex jittella’ abbord il-bastiment ikkonċernat.

3.   Il-kundizzjonijiet ta’ l-imbark ta’ l-osservatur huma ddefiniti bi qbil komuni bejn is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau.

4.   L-imbark ta’ l-osservatur fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ għandu jsir fil-port tal-Ginea-Bissau, u f’każ ta’ tiġdid tal-liċenzja, fil-port magħżul mis-sid.

5.   Is-sidien ikkonċernati għandhom jikkomunikaw f’terminu ta’ ġimagħtejn, u b’avviż ta’ għaxart ijiem bil-quddiem, id-dati u l-portijiet stabbiliti għall-imbark ta’ l-osservaturi.

6.   Fil-każ li l-osservatur jiġi imbarkat f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur jitħallsu mill-operatur. Jekk bastiment li jkollu osservatur abbord mill-Ginea-Bissau, joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha sabiex jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jiġu mħallsa mis-sid.

7.   Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-12-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella’ lil dak l-osservatur abbord.

Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti:

8.1.   josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2.   jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti impenjati fl-attivitajiet tas-sajd;

8.3.   jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi,

8.4.   jinnota l-irkaptu użat;

8.5.   jivverifika d-data li tidher fil-ġurnal ta’ abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau;

8.6.   jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jistima l-qabdiet mormija;

8.7.   jikkomunika, talanqas darba fil-ġimgħa, bir-radju, id-data dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u dawk inċidentali li jkunu abbord.

9.   Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li hu fil-poter tiegħu sabiex jiżgura is-sigurtà fiżika u morali ta’ l-osservatur fit-twettiq ta’ dmirijietu.

10.   L-osservatur għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-faċilitajiet kollha neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu aktar faċilment.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

11.1.   jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd,

11.2.   jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti.

11.3.   ifassal rapport dwar l-attività li għandu jiġi trasmess lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau. Dawn l-awtoritajiet għandhom jibagħtu kopja tar-rapport, wara l-iproċessar u fi żmien ġimgħa, lid-Delegazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’Bissau.

12.   Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau b’kopja lill-Kummissjoni Ewropea. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu fl-anness l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport tingħata lill-kaptan tal-bastiment qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.

13.   Is-sid huwa responsabbli għall-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond l-istruttura tal-bastiment.

Bħala kontribut għall-ispejjeż li jinħolqu mill-preżenza ta’ l-osservatur abbord, is-sid għandu jħallas lill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau, flimkien mal-ħlas tat-tariffa għal-liċenzja, is-somma ta’ EUR 12 għal kull GRT kull sena pro rata temporis, għal kull bastiment li jistad fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau.

14.   Is-salarju u l-kontribuzzjonijijet tas-sigurtà soċjali ta’ l-osservatur jitħallsu mill-Ministeru.

KAPITOLU VIII

Osservaturi abbord il-bastimenti li jistadu għat-tonn

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw mal-pajjiżi terzi interessati, mill-aktar fis possibbli, dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla ta’ l-organizazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti.

KAPITOLU IX

Monitoraġġ

1.   Skond il-Kapitolu I, sezzjoni 2, punt 1, il-Komunità Ewropea għandha żżomm lista aġġornata ta’ bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet tal-Ginea-Bissau inkarigati mill-monitoraġġ tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u sussegwentement kull meta tiġi aġġornata.

2.   Il-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet migratorji ħafna jitniżżlu fil-lista msemmija fil-punt preċedenti malli tiġi rċevuta n-notifika tal-ħlas bil-quddiem imsemmija fil-Kapitolu I, sezzjoni 2, punt 3 ta’ dan l-Anness. F’dan il-każ, kopja tal-lista tal-bastimenti li jistadu għat-tonn tintbagħat lis-sid u għandha tinżamm abbord bħala sostituzzjoni tal-liċenzja tas-sajd sakemm tintbagħat din ta’ l-aħħar mill-awtorità kompetenti tal-Ginea-Bissau.

3.   Spezzjonijiet tekniċi għall-bastimenti tat-tkarkir

3.1.   Darba fis-sena u wara kull bidla fit-tunnellaġġ jew fil-kategorija tas-sajd li titlob l-użu ta’ tip differenti ta’ rkaptu tas-sajd, il-bastimenti tat-tkarkir Komunitarji kollha għandhom jirrappurtaw fil-port tal-Ginea-Bissau sabiex ikunu spezzjonati kif previst mir-regoli fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet iridu jitwettqu b’mod obbligatorju fi żmien 48 siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port.

3.2.   Meta tintemm l-ispezzjoni konformi, il-kaptan tal-vapur għandu jinħariġlu ċertifikat li jkollu l-istess perjodu ta’ validità bħal-liċenzja u li għandu jkun awtomatikament imġedded fil-każ ta’ bastimenti li jġeddu l-liċenzja tagħhom fi żmien sena. Madankollu, il-validità massima ma għandhiex tkun ta’ aktar minn sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord f’kull ħin.

3.3.   L-ispezzjoni teknika sservi sabiex tivverifika l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u ta’ l-irkaptu abbord u sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet dwar l-ekwipaġġ ikunu ġew sodisfatti.

3.4.   L-ispejjeż marbuta ma’ l-ispezzjoni għandhom jitħallsu mis-sid skond ir-rati stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau. Dawn l-ispejjeż ma jistgħux ikunu ogħla mis-somom normalment imħallsa mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizzi.

3.5.   In-nuqqas ta’ osservanza tal-punti 3.1 u 3.2 imsemmija aktar ‘il fuq jimplika s-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jissodisfa dawn l-obbligi.

4.   Dħul fiż-żona u ħruġ minnha:

Il-bastimenti Komunitarji kollha li jkunu nvoluti f’attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau skond il-Ftehim, għandhom jirrappurtaw id-data u l-ħin tal-pożizzjoni tagħhom lill-istazzjon tar-radju tal-Ministeru tas-Sajd, kif ukoll il-pożizzjoni tagħhom waqt li jidħlu u joħorġu miż-żona ta’ sajd tal-Ginea-Bissau.

Meta jinħarġu l-liċenzji, il-Ministeru tas-Sajd għandu jgħarraf lis-sidien bil-kodiċi tar-radju, il-frekwenza u l-ħinijiet tax-xogħol ta’ l-istazzjon.

F’każ li ma jkunux jistgħu jużaw ir-radju, il-bastimenti jistgħu jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, bħalma huma t-teleks, il-feks (bin-numru 20.11.57, 20.19.57 u 20.69.50) jew it-telegramma.

4.1.   Il-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw, talanqas 24 siegħa minn qabel, lill-Ministeru bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-żona ta’ sajd tal-Ginea-Bissau jew joħorġu minnha. Għall-bastimenti li jistadu għat-tonn, dan it-terminu jitnaqqas għal 6 sigħat.

4.2.   Meta tingħata n-notifika tal-ħruġ, kull bastiment għandu jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet miżmuma abbord Dawn il-komunikazzjonijiet preferibbilment għandhom isiru bil-feks u fin-nuqqas, għall-bastimenti mhux mgħammrin b’feks, bir-radju u bil-posta elettronika.

4.3.   Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-Ministeru jitqies bħala bastiment mingħajr liċenzja.

4.4.   In-numri tal-fax u tat-telefon kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenza tas-sajd.

5.   Proċeduri ta’ kontroll

5.1.   Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea-Bissau għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Ginea-Bissau inkarigat mill-ispezzjoni u mill-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

5.2.   Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m’għandhiex taqbeż iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

5.3.   Wara kull spezzjoni u kontroll, tingħata dikjarazzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

6.   Tlugħ abbord

6.1.   Il-Ministeru għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni tagħha fil-Ginea-Bissau, fi żmien massimu ta’ 48 siegħa, b’kull tlugħ abbord u b’kull applikazzjoni ta’ penali fuq bastiment Komunitarju, fl-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea-Bissau.

6.2.   Fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha tingħata rapport fil-qosor dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan it-tlugħ abbord.

7.   Ir-rapport ta’ l-ispezzjoni

7.1.   Il-kaptan tal-bastiment, wara li tinkiteb id-dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat kostali, għandu jiffirmah.

7.2.   Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptani jistgħu jagħmlu użu minnhom f’każ ta’ xi infrazzjoni li tiġi attribwita lilu.

7.3.   B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi fis-seħħ, il-kaptan jista’ jkun mitlub idaħħal il-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet kompetenti.

8.   Laqgħa ta’ informazzjoni f’każ ta’ tlugħ abbord

8.1.   Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tirrigwarda t-tagħbija u l-irkaptu tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta’ informazzjoni, fi żmien jum tax-xogħol minn meta jiġi rċevut dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru, bil-parteċipazzjoni eventwali ta’ rappreżentant ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

8.2.   Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew kwalunkwe informazzjoni utli li tista’ tgħin sabiex tiċċara ċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi mgħarraf bir-riżultat ta’ din il-laqgħa u bil-miżuri kollha li jistgħu jirriżultaw mill-ispezzjoni.

9.   Riżoluzzjoni tat-tlugħ abbord

9.1.   Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux iktar tard minn erbat ijiem tax-xogħol mit-tlugħ abbord.

9.2.   F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond il-liġi tal-Ginea-Bissau.

9.3.   F’każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f’każ li titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, is-sid għandu jagħmel garanzija bankarja ma’ bank magħżul mill-Ministeru, f’ammont li għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni għall-ispejjeż konnessi mat-tlugħ abbord kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur.

9.4.   Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Tiġi rilaxxata f’każ ta’ liberazzjoni. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tingħata lura mill-Ministeru.

9.5.   Il-bastiment jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

kemm meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura bonarja;

kemm wara d-depożitu tal-garanzija bankarja msemmija fil-punt 9.3 aktar ‘il fuq u l-aċċettatazzjoni tagħha mill-Ministeru, waqt li tkun mistennija t-tkomplija tal-proċedura ġudizzjarja.

10.   Osservanza tar-regolamenti

lill-Kummissjoni Kull informazzjoni relatata ma’ l-infrazzjonjiet imwettqa mill-bastimenti Komunitarji għandha tkun ikkomunikata regolarment, permezz tad-Delegazzjoni.

11.   Trasbord

11.1.   Kull bastiment Komunitarju li jixtieq jagħmel trasbord tal-qabdiet fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissau għandu jagħmel dan fil-portijiet tal-Ginea-Bissau.

11.2.   Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-Ministeru bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas minn 24 siegħa minn qabel:

l-isem tal-bastimenti tas-sajd qabel ma jwettqu t-trasbord;

l-isem tal-bastiment tal-merkanzija;

it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun ser jiġi trasbordat;

il-jum tat-trasbord.

11.3.   It-trasbord għandu jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau. Il-bastimenti għandhom għalhekk jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea-Bissau u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau.

11.4.   Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau. Kull persuna li ma tħarisx din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għal penali stabbilita bil-liġi fis-seħħ fil-Ginea-Bissau.

12.   Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt jew ta’ trasbord f’port tal-Ginea-Bissau għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Ginea-Bissau. Wara kull spezzjoni fil-port, għandhu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

KAPITOLU X

Monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd

Iż-żewġ Partijiet jintrabtu fi ħdan il-Kumitat Konġunt li jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim meta jikkonkorru l-kundizzjonijiet tekniċi.

Appendiċijiet

1.

Formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja għas-sajd

2.

Statistika tal-qabdiet u ta’ l-isforz

3.

Ġurnal ta’ abbord tal-bastimenti li jistadu għat-tonn

APPENDIĊI 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

APPENDIĊI 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

APPENDIĊI 3

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

SKEDA 1 — KATEGORIJA TA’ SAJD 1:

BASTIMENTI TAT-TKARKIR BIL-FRIŻA GĦALL-ĦUT U Ċ-ĊEFALOPODI

1.   Żona tas-sajd

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni konġunta bejn il-Ginea-Bissau u s-Senegal, mit-Tramuntana sa l-ażimut 268°.

2.   Irkaptu awtorizzat

Xibka tat-tkarkir standard u rkaptu selettiv ieħor huma awtorizzati.

Is-sajd bl-outriggers huwa awtorizzat.

Huwa pprojbit l-użu, għal kull tip ta’ rkaptu, ta’ mezzi jew tagħmir kollu li jimblukkaw il-malji tax-xibka jew li jnaqqsu l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbiek jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu esklussivament taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir fil-fond, sottovesta ta’ protezzjoni tax-xibka jew materjal ieħor. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta’ quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbiek tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki huwa permess li jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, bil-kundizzjoni li jikkonsisti f’biċċa waħda biss tax-xibka ta’ l-istess materjal tal-manka, bil-malji stirati jkunu talanqas 300 millimetru.

L-irduppjar tal-ħajt, sempliċi jew immaljat, li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir mhuwiex permess.

3.   Malja tax-xibka minima awtorizzata

70 mm

4.   Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Skond il-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau.

F’każ ta’ assenza ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau, iż-żewġ Partijiet jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt u abbażi ta’ l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u approvati mil-laqgħa xjentifika konġunta dwar il-perjodu l-aktar adatt għall-waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi.

5.   Qabdiet inċidentali

Skond il-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau:

Il-bastimenti tal-ħut ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 9 % krostaċji jew 9 % ċefalopodi fuq totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness f’dan il-Protokoll.

Il-bastimenti għaċ-ċefalopodi ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 9 % krostaċji fuq totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness f’dan il-Protokoll.

F’każ li dawn il-perċentwali jaqbżu l-qabdiet inċidentali awtorizzati, għandhom ikunu imposti penali skond il-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex eventwalment jadattaw ir-rata awtorizzata.

6.   Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi

Tunnellaġġ awtorizzat (TG) fis-sena

4 400

Tariffi f’EUR għal kull GRT fis-sena

EUR 229/GRT/sena

Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament sabiex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.

7.   Kummenti

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività ta’ sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness tal-Protokoll

SKEDA 2 — KATEGORIJA TA’ SAJD 2:

BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-GAMBLI

1.   Żona tas-sajd

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni konġunta bejn il-Ginea-Bissau u s-Senegal, mit-Tramuntana sa l-ażimut 268°.

2.   Irkaptu awtorizzat

Xibka tat-tkarkir standard u rkaptu selettiv ieħor huma awtorizzati.

Is-sajd bl-outriggers huwa awtorizzat.

Huwa pprojbit l-użu, għal kull tip ta’ rkaptu, ta’ mezzi jew tagħmir kollu li jimblukkaw il-malji tax-xibka jew li jnaqqsu l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbiek jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu esklussivament taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir fil-fond, sottovesta ta’ protezzjoni tax-xibka jew materjal ieħor. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta’ quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbiek tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki huwa permess li jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, bil-kundizzjoni li jikkonsisti f’biċċa waħda biss tax-xibka ta’ l-istess materjal tal-manka, bil-malji stirati jkunu talanqas 300 millimetru.

L-irduppjar tal-ħajt, sempliċi jew immaljat, li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir mhuwiex permess.

3.   Malja tax-xibka minima awtorizzata

40 mm

Il-Ginea-Bissau tintrabat li temenda l-leġiżlazzjoni tagħha sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll bil-ħsieb li l-malji tax-xibka jkunu 50 mm, skond il-leġiżlazzjonijiet eżistenti fis-sottoreġjun, u li jkun japplika għall-ftotot kollha li jistadu għall-krostaċji u li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau.]

4.   Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Skond il-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau.

F’każ ta’ assenza ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau, iż-żewġ Partijiet jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt u abbażi ta’ l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u approvati mil-laqgħa xjentifika konġunta dwar il-perjodu l-aktar adatt għall-waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi.

5.   Qabdiet inċidentali

Skond il-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau:

Il-bastimenti għall-gambli ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 50 % ċefalopodi jew ħut fuq totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissau fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness f’dan il-Protokoll.

F’każ li dawn il-perċentwali jaqbżu l-qabdiet inċidentali awtorizzati, għandhom ikunu imposti penali skond il-leġiżlazzjoni tal-Ginea-Bissau.

6.   Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi

Tunnellaġġ awtorizzat (TG) fis-sena

4 400

Tariffi f’EUR għal kull GRT fis-sena

EUR 307/GRT/sena

Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament sabiex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.

7.   Kummenti

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività ta’ sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness tal-Protokoll

SKEDA 3 — KATEGORIJA TA’ SAJD 3:

BASTIMENTI LI JISTADU GĦAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF

1.   Żona tas-sajd

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni konġunta bejn il-Ginea-Bissau u s-Senegal, mit-Tramuntana sa l-ażimut 268°.

Il-bastimenti li jistadu għat-tonn bil-qasab u x-xlief għandhom ikunu awtorizzati li jistadu għal-lixka ħajja bil-ħsieb li jwettqu l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.

2.   Irkaptu awtorizzat u miżuri tekniċi

Qasab

Purse seines b’lixka ħajja: 16 mm

Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet migratorji ħafna għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT), għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

3.   Qabdiet inċidentali

Fir-rigward tar-rakkomandazzonijiet ta’ l-ICCAT u tal-FAO f’dan il-qasam, is-sajd ta’ l-ispeċi gabdoll (Cetorhinus maximus), great white shark (Carcharodon carcharias), sand tiger shark (Carcharias taurus) u tope shark (Galeorhinus galeus) mhux permess.

4.   Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi

Tariffa għal kull tunnellata maqbuda

EUR 25/tunnellata

Kontribuzzjoni finanzjarja annwali:

EUR 500 għal 20 tunnellata

Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd

14

5.   Kummenti

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività ta’ sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness tal-Protokoll

SKEDA 4 — KATEGORIJA TA’ SAJD 4:

BASTIMENTI BIL-FRIŻA LI JISTADU GĦAT-TONN BIT-TARTARUN U BASTIMENTI BIL-KONZ

1.   Żona tas-sajd

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni konġunta bejn il-Ginea-Bissau u s-Senegal, mit-Tramuntana sa l-ażimut 268°.

2.   Irkaptu awtorizzat u miżuri tekniċi

tartarun + konz tal-wiċċ

Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet migratorji ħafna għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT), għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-irkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

3.   Malja tax-xibka minima awtorizzata

Standards rakkomandati mill-ICCAT.

4.   Qabdiet inċidentali

Fir-rigward tar-rakkomandazzonijiet ta’ l-ICCAT u tal-FAO f’dan il-qasam, is-sajd ta’ l-ispeċi gabdoll (Cetorhinus maximus), great white shark (Carcharodon carcharias), sand tiger shark (Carcharias taurus) u tope shark (Galeorhinus galeus) mhux permess.

5.   Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi

Tariffa għal kull tunnellata maqbuda

EUR 35/tunnellata

Kontribuzzjoni finanzjarja annwali:

EUR 3 150 għal 90 tunnellata

Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd

23

6.   Kummenti

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività ta’ sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness tal-Protokoll

ANNESS III

Pjan ta’ ġestjoni 2007 — krostaċji u speċijiet demersali

Speċijiet

GRT 2006

GRT 2007

Differenza f’GRT

Differenza f’GRT %

Krostaċji

11 000

8 000

–3 000

–27  %

Ċefalopodi

8 000

5 600

–2 400

–30  %

Ħut demersali

12 000

18 000

6 000

50 %

Ħut pelaġiku

20 000

23 000

3 000

15 %

Tonn

49 000

49 000

0

0 %

TOTAL

100 000

103 600

3 600

0

Matul il-perjodu ta’ validità ta’ dan il-Ftehim u fin-nuqqas ta’ opinjoni xjentifika favorevoli, il-Ginea-Bissau se tikseb tnaqqis ta’ l-isforz ta’ sajd għall-kategoriji tal-gambli u taċ-ċefalopodi, filwaqt li żżomm, fl-2007, il-ftehimiet eżistenti mal-pajjiżi terzi u l-Komunità Ewropea.

Madankollu, f’każ li ma jintużawx l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lil pajjiżi terzi fl-1 ta’ Jannar 2007, dawn l-opportunitajiet ma għandhomx ikunu mobilizzati għas-sena 2008 u għas-snin sussegwenti.

F’dawn il-kategoriji, l-ebda opportunità ta’ sajd mhi se tingħata liċ-charters.

Kull ftehim ma’ kumpanniji jew assoċjazzjonijiet/impriżi Ewropej għandhom ikunu definittivament abbandunati u formalment terminat fi żmien tletin jum li għandhom jiddekorru mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

ANNESS IV

Elementi bażiċi dwar l-għanijiet u l-indikaturi tar-rendiment li għandhom jiġu rispettati fl-ambitu ta’ l-Artikoli 3, 8 u 9 tal-Protokoll

Prijoritajiet strateġiċi u għanijiet

Indikaturi

1.

Titjib tal-kundizzjonijiet sanitarji għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd

 

1.1.

Tħejjija sabiex tinkiseb approvazzjoni għall-esportazzjoni

Żvilupp/adozzjoni mill-Parlament u implimentazzjoni ta’ regolamentazzjoni dwar il-kundizzjonijiet minimi ta’ l-iġjene u sanità applikabbli għall-bastimenti industrijali, għall-kenuri u għall-impriżi tas-sajd.

Twaqqif ta’ l-Awtorità Kompetenti

Konformità tas-Centro de Investigação Pesqueira Aplicada (CIPA) ma’ l-istandards (ISO 9000)

Laboratorju mgħammar sabiex iwettaq l-analiżi mikrobijoloġija u kimika

Pjan ta’ monitoraġġ u ta’ analiżi tal-gambli (PNVAR 2008) adottat u integrat fil-leġiżlazzjoni

Numru ta’ spetturi sanitarji mħarrġa

Numru ta’ uffiċjali sanitarji u tal-Ministeru tas-sajd imħarrġa fl-istandards iġjeniċi

Ksib ta’ l-approvazzjoni għall-esportazzjoni lejn l-UE

1.2.

Modernizzazzjoni u adattament għall-istandards sanitarji tal-flotta industrijali u tal-flotta artiġjanali

Numru ta’ bastimenti industrijali konformi ma’ l-istandards

Numru ta’ kenuri ta’ l-injam sostitwiti b’kenuri magħmula b’materjali adatti (f’valur assolut u f’%)

Numru ta’ kenuri mgħammra b’kessieħ

Żieda fin-numru ta’ punti ta’ ħatt

Bastimenti artiġjanali u bastimenti għas-sajd mal-kosta miġjuba f’konformità ma’ l-istandards sanitarji (numru f’valur assolut u f’%)

1.3.

Żvilupp ta’ l-infrastrutturi, b’mod partikolari l-infrastrutturi tal-port

Rijabilitazzjoni tal-port ta’ Bissau u estensjoni tal-port tas-sajd

Rijabilitazzjoni skond l-istandards tas-suq tal-ħut tal-port għall-ħatt l-art tal-qabdiet tas-sajd artiġjanali u industrijali

Konformità tal-port ta’ Bissau ma’ l-istandards internazzjonali (ratifika tal-Konvenzjoni SOLAS)

Tneħħija ta’ bastimenti mkissrin mill-port

1.4.

Promozzjoni tal-prodotti tas-sajd (kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti mħatta l-art u pproċessati).

Sistema ta’ spezzjoni tal-prodotti tas-sajd adattata u operattiva

Sensibilizzazzjoni ta’ l-atturi għar-regoli ta’ l-iġjene (numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati u numru ta’ persuni mħarrġa)

Laboratorju għall-analiżi operattiv

Numru ta’ siti żviluppati għall-ħatt l-art u l-ipproċessar artiġjanali

Promozzjoni ta’ sħubiji tekniċi u kummerċjali ma’ operaturi privati barranin

Tnedija tal-proċess ta’ tikkettar ekoloġiku tal-prodotti tal-Ginea-Bissau

2.

Titjib tal-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza taż-żona tas-sajd

 

2.1.

Titjib tal-qafas ġuridiku

Adozzjoni ta’ Ftehim bejn il-Ministeru tas-Sajd u dak tad-Difiża rigward is-sorveljanza u l-kontroll.

Adozzjoni u implimentazzjoni ta’ Pjan Nazzjonali ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza

2.2.

Tisħiħ tal-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza

Ħolqien ta’ korp operattiv ta’ kontrolluri indipendenti marbuta b’ġurament (numru ta’ persuni impjegati u mħarrġa) u allokazzjoni korrispondenti tal-baġit imdaħħla fil-liġi finanzjarja

Numru ta’ jiem ta’ sorveljanza fuq il-baħar: 250 jum/sena fi tmiem il-perjodu ta’ żmien tal-Protokoll

Numru ta’ spezzjonijiet fil-port u fuq il-baħar

Numru ta’ spezzjonijiet mill-ajru

Numru ta’ bullettini statistiċi ppubblikati

Rata ta’ kopertura tar-radar

Rata ta’ kopertura tal-VMS tal-flotta kollha

Implimentazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ adattat għat-tekniki ta’ sorveljanza (numru ta’ sigħat ta’ taħriġ, numru ta’ tekniċi mħarrġa, eċċ.)

2.3.

Monitoraġġ tat-tlugħ abbord il-bastimenti

Titjib tat-trasparenza tas-sistema tat-tlugħ abbord, tal-penali u tal-ħlas ta’ multi

Titjib tar-regolamentazzjoni dwar il-ħlas tal-multi u introduzzjoni ta’ projbizzjoni ta’ ħlas tal-multi għajr dawk finanzjarji

Titjib tas-sistema tal-ġbir tal-multi

Pubblikazzjoni ta’ l-istatistika annwali tal-multi miġbura

Twaqqif ta’ lista sewda ta’ bastimenti li fuqhom ġew imposti sanzjonijiet

Żvilupp u pubblikazzjoni annwali ta’ statistika dwar sanzjonijiet

Pubblikazzjoni ta’ rapport annwali tal-FISCAP

3.

Titjib tal-ġestjoni tas-sajd

 

3.1.

Ġestjoni ta’ l-isforz ta’ sajd għall-gambli u ċ-ċefalopodi

Żamma fl-2007 tal-ftehimiet eżistenti mal-pajjiżi terzi u l-Komunità Ewropea. Madankollu, f’każ li ma jintużawx l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lil pajjiżi terzi fl-1 ta’ Jannar 2007, dawn l-opportunitajiet ma għandhomx ikunu mobilizzati għas-sena 2008 u għas-snin sussegwenti.

L-ebda opportunità ta’ sajd mhi se tingħata liċ-charters.

Abbandun definittiv u terminazzjoni formali ta’ kull ftehim ma’ kumpanniji jew assoċjazzjonijiet/impriżi Ewropej fi żmien tletin jum li jiddekorru mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

3.2.

Modernizzazzjoni u tisħiħ tar-riċerka tas-sajd

Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ riċerka tas-CIPA

3.3.

Titjib fl-għarfien fil-qasam tas-sajd

Sajd tat-tkarkir annwali mwettaq

Numru ta’ stokks evalwati

Numru ta’ programmi ta’ riċerka

Numru ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa u segwiti dwar l-istat tar-riżorsi prinċipali (b’mod partikolari miżuri ta’ ffriżar u konservazzjoni ta’ l-istokks sfruttati żżejjed)

Evalwazzjoni ta’ l-isforzi tas-sajd annwali għall-ispeċijiet li huma suġġetti għal pjan ta’ żvilupp

Sistema ta’ ġestjoni ta’ l-isforz tas-sajd operattiv (twaqqif ta’ database, strumenti ta’ monitoraġġ statistiku, twaqqif ta’ netwerks ta’ servizzi responsabbli mill-ġestjoni tal-flotta, pubblikazzjoni tal-bullettini statistiċi, eċċ.)

3.4.

Żvilupp ikkontrollat tas-sajd

Adozzjoni ta’ Pjan Annwali ta’ ġestjoni tas-sajd industrijali qabel il-bidu tas-sena kkonċernata.

Adozzjoni u implimentazzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp dwar riżorsi sfruttati żżejjed

Żamma ta’ skedi tal-bastimenti fiż-Żona Ekonomika Esklussiva, li jinkludu s-sajd artiġjanali

Numru ta’ pjanijiet ta’ żvilupp imfassla, implimentati u evalwati

3.5.

Titjib fl-effikaċja tas-servizzi tekniċi tal-Ministeru tas-Sajd u ta’ l-Ekonomija Marittima u tas-servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tas-settur;

Tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi

Tfassil u applikazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ u riċiklaġġ (numru ta’ aġenti mħarrġa, numru ta’ sigħat ta’ taħriġ, eċċ.)

Tisħiħ ta’ mekkaniżmi ta’ koordinament, konsultazzjoni u koperazzjoni ma’ l-imsieħba

Tisħiħ tas-sistema ta’ ġbir ta’ data u ta’ monitoraġġ statistiku tas-sajd

3.6.

Tisħiħ tas-sistema ta’ ġestjoni tal-liċenzji u ta’ monitoraġġ tal-bastimenti.

Għadd ta’ sigħat ta’ taħriġ għat-tekniċi

Numru ta’ tekniċi mħarrġa.

Tnedija tas-servizzi u ta’ l-istatistika fuq in-netwerk