European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/147

12.1.2026

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Novembru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – HZ vs Tribunalul Galaţi

(Kawża C-272/24  (1) , Tribunalul Galați)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 2 TUE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Prinċipju ta’ indipendenza tal-membri tal-ġudikatura - Direttiva 2003/88/KE - Tul ta’ ġimgħa xogħol - Xogħol bis-sahra maħdum mill-imħallfin - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens fil-forma ta’ perijodu ta’ mistrieħ li jeskludi kumpens finanzjarju - Remunerazzjoni adegwata)

(C/2026/147)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HZ

Konvenut: Tribunalul Galaţi

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri fid-dawl tal-Artikolu 2 TUE u tal-punt 5 tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, adottata waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret fi Strasbourg, fid-9 ta’ Diċembru 1989,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-prinċipju tal-indipendenza tal-membri tal-ġudikatura ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, billi tipprevedi biss l-għoti ta’ perijodu kumpensatorju ta’ mistrieħ għall-ħin tax-xogħol li mħallef jaħdem fil-qadi ta’ funzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà ta’ pożizzjoni battala fi ħdan il-qorti tiegħu, minbarra dawk li huwa għandu jaqdi abbażi tal-pożizzjoni li huwa jokkupa, teskludi kull kumpens finanzjarju għax-xogħol maħdum fil-qadi ta’ dawn il-funzjonijiet addizzjonali, kemm-il darba dan l-imħallef ikun jista’ effettivament juża l-perijodu kumpensatorju ta’ mistrieħ li huwa jkun kiseb u kemm-il darba din il-leġiżlazzjoni ma jkollhiex l-effett li tippreġudika l-adegwatezza tar-remunerazzjoni tiegħu skont l-importanza tal-funzjonijiet li huwa jaqdi.


(1)  ĠU C, C/2024/5491.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/147/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)