European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C

C/2025/6574

10.12.2025

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) flimkien mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(C/2025/6574)

Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta proċedura ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Ravenna”

PGI-IT-A0523-AM03

Data tal-applikazzjoni: 19.10.2016

Tip ta’ emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Grupp applikant u interess leġittimu

CONSORZIO VINI DI ROMAGNA (ASSOĊJAZZJONI TAL-INBID TAR-ROMAGNA)

—

Deskrizzjoni tal-emenda u raġunijiet għaliha

1.   Introduzzjoni ta’ żewġ kategoriji ġodda ta’ prodotti tad-dwieli: Inbid “Passito” (imqadded) u “Most tal-għeneb iffermentat parzjalment”

Wara din l-emenda, huwa meħtieġ li t-terminu “nbejjed” jiġi ssostitwit bit-terminu aktar xieraq “prodotti tad-dwieli”, kif indikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. L-emenda hija purament editorjali u tikkonċerna l-Artikoli 1, 2 u 9.

Fir-rigward tal-kategorija tal-prodott “Most tal-għeneb iffermentat parzjalment”, li ġiet miżjuda mal-Artikoli 2 sa 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott (u t-taqsimiet rilevanti tad-dokument uniku), li fihom ir-regoli għad-diversi tipi ta’ most tal-għeneb parzjalment iffermentat u t-tipi ta’ nbejjed korrispondenti, din hija emenda editorjali biex tiġi introdotta mill-ġdid din il-kategorija tal-prodott, li tradizzjonalment kienet tiġi prodotta taħt l-IĠP Ravenna. Din diġà kienet prevista f’verżjonijiet preċedenti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda bi żball tħalliet barra meta tfasslet l-ispeċifikazzjoni konsolidata fl-2011.

Fir-rigward tal-kategorija “Passito”, maż-żmien stabbilixxa ruħu segment tas-suq li japprezza t-tip ta’ prodott miksub bl-użu tat-teknika tat-tnixxif tal-għeneb, u għalhekk l-inklużjoni ta’ dan il-prodott fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tippermettilu jiġi promoss kif xieraq.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 u artikoli oħra tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott (l-Artikoli 3 sa 9) u t-taqsimiet rilevanti tal-applikazzjoni unika.

2.   Introduzzjoni/tneħħija ta’ tipi varjetali

It-tip varjetali “Terrano” tneħħa mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott minħabba l-fatt li teżisti d-DOP Teran, f’konformità mal-Artikolu 100(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 u artikoli oħra tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsimiet 5b (Rendimenti) u 7 (Varjetajiet prinċipali tad-dwieli) tad-dokument uniku.

L-isem tat-tip varjetali “Pignoletto” ġie ssostitwit b’dak tas-sinonimu tiegħu “Grechetto Gentile”, sabiex l-inbejjed tal-IĠP miksuba minn din il-varjetà, li tradizzjonalment tintuża fil-provinċja ta’ Ravenna, jiġu promossi b’mod xieraq.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 (tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott) u t-Taqsimiet 5b (Rendimenti) u 7 (Varjetajiet prinċipali tad-dwieli) tad-dokument uniku.

3.   Regoli tal-vitikultura

Ir-rendimenti tal-għeneb għal kull ettaru (tunnellati/ettaru) u l-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-għeneb ġew miżjuda għat-tip “Most tal-għeneb iffermentat parzjalment”.

Ġie stabbilit rendiment massimu tal-għeneb ta’ 24 tunnellata għal kull ettaru għat-tip varjetali “Grechetto Gentile”.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 5b tad-dokument uniku.

4.   Regoli dwar il-produzzjoni tal-inbid

Ġie miżjud rendiment massimu ta’ nbid mill-għeneb ta’ 50 % għat-tip il-ġdid “Passito”.

F’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ, ġiet miżjuda l-għażla li jitwettqu operazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-inbid u pproċessar f’inbid spumanti barra miż-żona ta’ produzzjoni sabiex jiġu ssalvagwardjati prattiki li issa saru tradizzjonali u li permezz tagħhom dawn it-tipi ta’ nbejjed jiġu prodotti u pproċessati f’unitajiet amministrattivi fejn hemm faċilitajiet li huma teknoloġikament adattati għall-fermentazzjoni sekondarja.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 9 (Rekwiżiti oħra applikabbli — Derogi dwar iż-żona ta’ produzzjoni tal-inbid) tad-dokument uniku.

L-emenda saret biex tagħmilha ċara li l-prattiki enoloġiċi previsti fil-leġiżlazzjoni (Ewropea u nazzjonali) eżistenti huma permessi matul il-proċess tal-produzzjoni kollu.

Din l-emenda tikkonċerna biss l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

5.   Karatteristiċi dwar il-konsum

Il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ġew deskritti għat-tipi l-ġodda “Passito” u “Most tal-għeneb iffermentat parzjalment”, kif ukoll għat-tip rożè b’indikazzjoni tal-varjetà tad-dwieli. Dan l-aħħar tip diġà kien inkluż iżda ma kienx deskritt kif suppost.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 4 tad-dokument uniku.

6.   Deskrizzjoni u preżentazzjoni tal-inbejjed: żieda ta’ dispożizzjoni speċifika għat-tip “Passito” l-ġdid

Żdiedet dispożizzjoni speċifika dwar it-tip “Passito” biex jiġi permess l-użu fakultattiv tat-terminu “appassimento” (tqaddid) fuq it-tikketta, f’karattri tal-istess daqs jew iżgħar mill-isem Ravenna, f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 9 (Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar) tad-dokument uniku.

7.   Rabta maż-żona ġeografika

Sar titjib fid-deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali u storiċi/kulturali li huma kruċjali għall-karatterizzazzjoni tal-kwalità tal-prodotti tad-dwieli b’rabta mal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona u mat-tradizzjoni tat-tkabbir u tal-kultivazzjoni li ġiet stabbilita matul sekli ta’ żvilupp fil-kultivazzjoni u l-ipproċessar tal-għeneb.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 8 (Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet) tad-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Ravenna

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

11.

Most tal-għeneb iffermentat parzjalment

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

1.   Ravenna Bianco (abjad)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: noti ta’ fjuri jew frott skont il-varjetajiet tal-għeneb użat u l-ambjent tat-tkabbir;

Togħma: minn xotta għal ħelwa, bnina;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 13,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

2.   Ravenna Bianco Vivace (abjad vivaċi)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben;

Aroma: noti ta’ fjuri jew ta’ frott;

3.   Ravenna Bianco Frizzante (abjad semifrizzanti)

4.   Ravenna Bianco Spumante (abjad spumanti)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben;

Aroma: b’noti ta’ fjuri u ta’ frott friski li jistgħu jingħaqdu ma’ aromi ta’ qxur tal-ħobż ta’ intensità li tvarja skont it-tul ta’ żmien li jitħallew joqogħdu fuq in-naqal;

Togħma: minn brut nature sa ħelwa, friska, li għandha tendenza tkun bnina;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 12,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

5.   Ravenna Rosso (aħmar)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Riħa: ta’ dwieli, b’noti ta’ frott ta’ diversi gradi ta’ sajran, xi drabi akkumpanjati minn noti ta’ fjuri, normalment ta’ vjoletti, u noti ta’ ħwawar, skont il-varjetajiet tal-għeneb użati u ż-żona tat-tkabbir;

Togħma: minn xotta għal ħelwa, pjaċevolment ħafifa, u aċiduża biżżejjed;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

6.   Ravenna Rosso Passito (aħmar imqadded)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Riħa: b’noti ta’ frott ta’ diversi gradi ta’ sajran, xi kultant akkumpanjati minn noti ta’ fjuri u/jew ta’ ħwawar;

Togħma: minn xotta sa ħelwa, distintiva, bilanċjata;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,0 g/l.

7.   Ravenna Rosso Vivace (aħmar vivaċi)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Riħa: ta’ dwieli, b’noti ta’ frott u ta’ fjuri friski, ta’ kompożizzjonijiet differenti skont it-taħlita ta’ varjetajiet u ż-żona tat-tkabbir;

Togħma: minn xotta għal ħelwa, pjaċevolment ħafifa, u aċiduża biżżejjed;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

8.   Ravenna Rosso Frizzante (aħmar semifrizzanti)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Riħa: ta’ dwieli, b’noti friski ta’ frott u ta’ fjuri;

Togħma: minn xotta għal ħelwa, bnina bi freskezza pjaċevoli;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

9.   Ravenna Rosso Novello (aħmar ġdid)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: aħmar jgħajjat lewn ir-rubini;

Riħa: ta’ dwieli u b’noti distinti ta’ frott;

Togħma: ħafifa u aċiduża biżżejjed;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

10.   Ravenna Rosato (rożè)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: roża, b’intensitajiet u sfumaturi varji;

Riħa: b’noti prevalenti ta’ frott;

Togħma: minn xotta għal ħelwa, ħafifa u friska biżżejjed, bnina;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.

11.   Ravenna Rosato Vivace (rożè vivaċi)

Aċidità totali minima: —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

12.   Ravenna Rosato Frizzante (rożè semifrizzanti)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: roża, b’intensitajiet u sfumaturi varji;

Riħa: b’noti ħfief ta’ fjuri, akkumpanjati minn noti aktar prominenti ta’ frott;

Togħma: minn xotta għal ħelwa, ħafifa u friska biżżejjed, bnina;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

13.   Ravenna Rosato Spumante (rożè spumanti)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: roża, b’intensitajiet u sfumaturi varji;

Riħa: b’noti ta’ fjuri u ta’ frott, akkumpanjati minn noti ta’ ħmira skont kemm l-inbid ikun ilu fuq in-naqal;

Togħma: minn brut nature sa ħelwa, friska u bnina;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 12,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

14.   Ravenna, b’indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew tnejn ta’ dwieli bojod (inklużi t-tipi Frizzante, Spumante u Vivace)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Riħa: pjaċevolment qawwija, b’firxa varjata ta’ noti ta’ fjuri u/jew ta’ frott li jvarjaw fil-kompożizzjoni u fl-intensità skont il-varjetà ta’ dwieli u l-ambjent tat-tkabbir. It-tip Spumante jista’ jkollu wkoll noti ta’ ħmira skont kemm l-inbid ikun ilu fuq in-naqal; inbejjed b’indikazzjoni tal-varjetajiet ta’ dwieli Famoso, Moscato u Malvasia jista’ jkollhom noti aktar jew inqas evidenti ta’ muscat u ward;

Togħma: minn xotta sa ħelwa, bi freskezza li tvarja, bnina;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 12,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

15.   Ravenna, b’indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew tnejn ta’ dwieli suwed (inklużi t-tipi Frizzante, Spumante u Vivace)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Aroma: ta’ dwieli, b’noti ta’ frott ta’ diversi gradi ta’ sajran, xi kultant akkumpanjati minn noti ta’ fjuri u/jew ta’ ħwawar;

Togħma: minn xotta sa ħelwa, b’diversi gradi ta’ rtubija u freskezza skont it-tip, bnina u robusta;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

16.   Ravenna Rosato b’indikazzjoni tal-varjetà ta’ għeneb, inklużi t-tipi Frizzante u Vivace

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: roża, b’intensitajiet u sfumaturi varji;

Aroma: b’noti ta’ fjuri u noti ta’ frott frisk, li jistgħu jkunu akkumpanjati minn ħjiel ta’ ħmira skont kemm l-inbid ikun ilu fuq in-naqal;

Togħma: minn brut nature sa ħelwa, friska u bnina;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

17.   Ravenna Passito b’indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew tnejn ta’ għeneb iswed, (Uva Longanesi, Malbo Gentile u Sangiovese)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Riħa: b’noti ta’ frott ta’ diversi gradi ta’ sajran, xi kultant akkumpanjati minn noti ta’ fjuri u/jew ta’ ħwawar;

Togħma: minn xotta sa ħelwa, distintiva, bilanċjata;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

18.   Ravenna Novello (ġdid) b’indikazzjoni ta’ varjetà waħda jew tnejn ta’ għeneb iswed

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: aħmar jgħajjat lewn ir-rubini, ta’ intensità li tvarja u b’noti ta’ aħmar għal vjola skont il-varjetà ta’ dwieli;

Riħa: ta’ dwieli u b’noti distinti ta’ frott;

Togħma: ħafifa u aċiduża biżżejjed;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

19.   Ravenna Rosso Mosto di uve parzialmente fermentato (Most tal-għeneb aħmar parzjalment iffermentat)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: aħmar pjuttost skur fil-vjola;

Riħa: tal-frott b’intensità tajba;

Togħma: ħelwa, armonjuża u bbilanċjata;

Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum trid tkun aktar minn 1 % u inqas minn 3/5 tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

20.   Ravenna Bianco Mosto di uve parzialmente fermentato (Most tal-għeneb abjad parzjalment iffermentat)

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja;

Riħa: tal-frott u tal-fjuri;

Togħma: ħelwa, armonjuża u bbilanċjata;

Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum trid tkun aktar minn 1 % u inqas minn 3/5 tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

21.   Ravenna Rosato Mosto di uve parzialmente fermentato (Most tal-għeneb rożè parzjalment iffermentat)

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: roża, b’intensitajiet u sfumaturi varji;

Riħa: tal-frott u tal-fjuri;

Togħma: ħelwa, armonjuża u bbilanċjata;

Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum trid tkun aktar minn 1 % u inqas minn 3/5 tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali:

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): —

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Arrikkiment – Taħlil u fermentazzjoni sekondarja

Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Ravenna tista’ tiżdied bl-użu ta’ proċess ta’ arrikkiment fil-limiti u bl-użu tal-proċeduri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

5.2.   Rendimenti massimi

1.   Ravenna Bianco (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

2.   Ravenna Rosso (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

208 ettolitri għal kull ettaru

3.   Ravenna Rosato (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

208 ettolitri għal kull ettaru

4.   Ravenna Rosso Passito

130 ettolitru għal kull ettaru

5.   Ravenna Malbo Gentile Passito

110 ettolitri għal kull ettaru

6.   Ravenna Uva Longanesi Passito

115-il ettolitru għal kull ettaru

7.   Ravenna Sangiovese Passito

125 ettolitru għal kull ettaru

8.   Ravenna Alicante (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

160 ettolitru għal kull ettaru

9.   Ravenna Ancellotta (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

160 ettolitru għal kull ettaru

10.   Ravenna Barbera (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

11.   Ravenna Bombino Bianco (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

12.   Ravenna Bonarda (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

13.   Ravenna Cabernet Franc (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

14.   Ravenna Cabernet Sauvignon (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

15.   Ravenna Canina Nera (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

208 ettolitri għal kull ettaru

16.   Ravenna Centesimino (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

120 ettolitru għal kull ettaru

17.   Ravenna Chardonnay (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

192 ettolitru għal kull ettaru

18.   Ravenna Ciliegiolo (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

19.   Ravenna Famoso (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

20.   Ravenna Fortana (inkluż Vivace, Frizzante u Novello)

208 ettolitri għal kull ettaru

21.   Ravenna Garganega (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

22.   Ravenna Grechetto Gentile (inkluż Most parzjalment iffermentat, Vivace, Frizzante u Spumante)

192 ettolitru għal kull ettaru

23.   Ravenna Malvasia (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

24.   Ravenna Malbo Gentile (inkluż Most parzjalment iffermentat, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

25.   Ravenna Marzemino (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

200 ettolitru għal kull ettaru

26.   Ravenna Merlot (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

27.   Ravenna Montù (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

28.   Ravenna Moscato Bianco (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

29.   Ravenna Negretto (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

176 ettolitru għal kull ettaru

30.   Ravenna Pinot Bianco (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

192 ettolitru għal kull ettaru

31.   Ravenna Pinot Nero (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

32.   Ravenna Raboso (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

33.   Ravenna Refosco dal Peduncolo Rosso (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

34.   Ravenna Riesling (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

192 ettolitru għal kull ettaru

35.   Ravenna Sangiovese (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

200 ettolitru għal kull ettaru

36.   Ravenna Sauvignon (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

192 ettolitru għal kull ettaru

37.   Ravenna Syrah (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

176 ettolitru għal kull ettaru

38.   Ravenna Trebbiano (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Spumante)

232 ettolitru għal kull ettaru

39.   Ravenna Uva Longanesi (inkluż Most tal-għeneb iffermentat parzjalment, Vivace, Frizzante u Novello)

184 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika definita

Iż-żona fejn jitkabbar l-għeneb li jintuża biex jiġu prodotti nbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Ravenna tinkludi ż-żona amministrattiva kollha tal-provinċja ta’ Ravenna fir-Reġjun tal-Emilia-Romagna.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Alicante N.

Ancellotta N.

Barbera N.

Bombino Bianco B.

Bonarda N.

Cabernet Franc N. — Cabernet

Cabernet Sauvignon N. — Cabernet

Canina Nera N. — Canina

Centesimino N.

Chardonnay B.

Ciliegiolo N.

Famoso B.

Fortana N.

Malbo Gentile N.

Malvasia Istriana B. — Malvasia

Malvasia Bianca di Candia B. — Malvoisie

Malvasia di Candia Aromatica B. — Malvasia

Marzemino N.

Merlot N.

Moscato Bianco B. — Moscato

Negretto N.

Pignoletto B. — Grechetto Gentile

Pinot Bianco B.

Pinot Nero N.

Raboso Veronese N. — Raboso

Refosco dal Peduncolo Rosso N. — Refosco

Riesling Italico B. — Riesling

Riesling Renano B. — Riesling

Sangiovese N.

Sauvignon B.

Syrah N.

Trebbiano Romagnolo B. — Trebbiano

Trebbiano Toscano B. — Trebbiano

Uva Longanesi N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet

8.1.   Ravenna — Il-kategoriji kollha tal-prodotti tad-dwieli (1, 4, 5, 8, 11)

Fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Żewġ terzi tal-provinċja ta’ Ravenna jinsabu fil-pjanura, filwaqt li t-terz li jifdal huwa magħmula minn għoljiet u muntanji u jibda eżatt minn fuq il-Via Emilia u jestendi lejn il-Lbiċ. Il-muntanji ma humiex partikolarment għoljin u l-parti tal-għoljiet tikkonsisti f’għoljiet baxxi sseparati bil-widien ta’ Senio, Lamone u Marzeno.

F’termini ta’ ġeoloġija, meta nibdew mill-ogħla punti, l-ewwel niltaqgħu mal-formazzjoni tal-lom imrammel, imbagħad ma’ għadd ta’ depożiti mill-aħħar tal-Mijoċene, li huma rrappreżentanti l-aktar mill-Vena del Gesso (“vina tal-ġibs”), imbagħad il-medda ta’ tafal griż-blu, li fiha tista’ tinsab il-formazzjoni “Spungone” (qisha sponża), u fl-aħħar mar-ramel isfar, li huwa segwit mill-pjanura. Il-pjanura tikkonsisti f’depożitu alluvjali antik ta’ oriġini kontinentali magħmul minn materjal oħxon, mgħotti minn depożitu alluvjali aktar reċenti li ġab miegħu materjal bħar-ramel, xaħx u tafal, u li fforma s-saff fertili li jista’ jiġi kkultivat. Minħabba l-ġeoloġija tas-sottostrat, il-ħamrija taż-żona tat-tkabbir tal-għeneb ta’ Ravenna spiss tkun tat-tip tafli jew trab ġulġlieni xaħxi u jkollha kontenut tajjeb ta’ ġebla tal-ġir; huma subalkalini u ma jippreżentaw l-ebda problema kbira f’termini ta’ drenaġġ tal-ilma.

Fit-tranżizzjoni mill-pjanura għall-għoljiet, hemm differenza sinifikanti fil-valur tal-indiċi Winkler (li jikklassifika r-reġjuni f’termini ta’ klima u normalment ikun marbut mal-kwalità tal-most), biż-żona kostali li għandha disponibbiltà medja ta’ enerġija akbar għall-maturazzjoni tal-għeneb milli l-pjanura u l-għoljiet (il-valuri jaqgħu minn 2 000 għal 1 600 grad-jum). Għarfien, inkluż l-għarfien empiriku ta’ dawn il-parametri spiss affettwa l-għażla tal-varjetajiet ta’ għeneb: varjetajiet tardivi fiż-żoni medji-baxxi u bikrija u aromatiċi fiż-żoni l-aktar friski.

Fatturi storiċi u umani rilevanti għar-rabta

Id-dwieli u l-għeneb ilhom preżenti fil-provinċja ta’ Ravenna għal mijiet ta’ snin. Strabo jirreferi għall-kultivazzjoni tad-dwieli madwar Ravenna sa mill-ewwel seklu QK u l-Faventinum kien wieħed mill-inbejjed Taljani fi żmien ir-Rumani bi produzzjoni stabbilita sew u b’ċertu prestiġju. Fil-belt ta’ Russi, sal-lum wieħed għadu jista’ jara l-fdalijiet ta’ villa Rumana bi pressa tal-għeneb eċċezzjonali.

Fl-aħħar seklu, il-preżenza qawwija tal-mezzadrija kienet tikkaratterizza ż-żona ta’ madwar Ravenna, b’farms żgħar separati minn ringieli ta’ dwieli u siġar imkabbra għall-frott jew għall-weraq u l-injam u fejn kull bidwi kien jipproduċi l-inbid għall-konsum personali. Dan l-istrutturar partikolari tas-settur agrikolu, li mbagħad evolva f’farms żgħar ta’ sidien raħħala, bil-kooperazzjoni li dan kien jinvolvi, kien fattur importanti fl-iżvilupp tal-vitikultura f’Ravenna, li mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, saret deċiżament aktar orjentata lejn is-suq. It-titjib fit-tekniki tat-tkabbir u fl-enoloġija mis-snin 80 wassal għal titjib qawwi fil-kwalità tal-vitikultura f’Ravenna.

L-eżistenza, anki llum, tal-Vitis vinifera subsp. silvestris fl-imsaġar storiċi tal-arżnu ta’ Ravenna u l-eżistenza ta’ tradizzjoni tal-vitikultura żviluppata sew sa minn żmien ir-Rumani tissuġġerixxi li kien hemm xi domestikazzjoni tad-dielja fiż-żona, minbarra l-introduzzjoni ta’ varjetajiet diġà ddomestikati mil-Lvant Nofsani. It-taħlit ta’ varjetajiet ta’ dwieli indiġeni ma’ dawk importati minn popolazzjonijiet migranti żgur ħoloq bijotipi ta’ kwalità tajba li kienu adattati sew għal kundizzjonijiet speċifiċi ħafna (kesħa u umdità għolja), u huwa għalhekk li ntgħażlu mill-popolazzjoni lokali.

8.2.   Ravenna — Kategorija: Inbid (1)

Informazzjoni dwar il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għall-oriġini ġeografika tiegħu, u r-rabta kawżali tiegħu maż-żona ġeografika.

Il-karatteristiċi kompożizzjonali tal-mosti għandhom bażi ġenetika, iżda jiddependu wkoll mill-espressjoni fenotipika tal-varjetajiet tal-għeneb, li hija influwenzata mill-ħamrija u mill-kundizzjonijiet tal-klima. B’mod ġenerali, il-kompożizzjoni tal-ħamrija fiż-żona ta’ Ravenna ma tillimitax b’mod partikolari t-tkabbir tad-dwieli; għalhekk, il-kultivazzjoni ta’ din l-ispeċi tirnexxi minħabba l-għażla tal-varjetajiet, b’mod li l-varjetajiet tad-dwieli jitkabbru fiż-żoni li l-aħjar jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom f’termini ta’ temperatura.

Il-ħamrija taż-żona ta’ Ravenna ġeneralment għandha kontenut tajjeb ta’ ġebla tal-ġir u ħafna drabi tkun ħamrija taflija jew magħmula minn trab tafli xaħxi, anki jekk hemm żoni speċifiċi b’kontenut għoli ta’ ramel. Għalhekk, l-inbejjed huma kkaratterizzati minn struttura tajba u profil aromatiku attraenti.

L-eqdem varjetajiet lokali tad-dwieli huma ġenetikament suxxettibbli li jkollhom kontenut aċiduż tajjeb, li huwa parzjalment imtaffi mid-disponibbiltà tajba ta’ potassju fil-ħamrija u mit-tekniki ta’ tkabbir. Huwa għalhekk li ħafna nbejjed huma kkaratterizzati minn freskezza sabiħa.

L-inbejjed bojod Ravenna għandhom firxa ta’ kuluri varji minn isfar lewn it-tiben għal isfar lewn id-deheb, b’riflessi li jvarjaw minn isfar ta’ tonalitajiet differenti, għal aħdar ċar jew lewn ir-ram. Bħala riħa, l-inbejjed huma kkaratterizzati mill-aromi fini tagħhom, b’noti delikati tal-fjuri u noti ta’ frott li ġeneralment jirriflettu l-varjetà ewlenija ta’ dwieli użata. It-togħma tvarja ħafna bejn xotta u ħelwa u hija armonjuża, bi struttura tajba, friska u bnina.

L-inbejjed Ravenna Rosato għandhom kulur roża b’intensità varja skont il-proċess tal-vinifikazzjoni użat. It-togħma hija friska u armonjuża u tvarja minn xotta għal ħelwa b’aċidità bbilanċjata. L-aħħar teknoloġiji issa jagħmluha possibbli li dan it-tip jiġi ddefinit aħjar b’aromi li jvarjaw minn aromi tal-fjuri (vjola, ward, eċċ.) sa noti ta’ frott aħmar (eż. frawli, lampun, ċirasa, ribes).

L-inbejjed ħomor Ravenna għandhom kulur aħmar lewn ir-rubini b’intensità varja skont il-varjetà ta’ dwieli u t-tekniki ta’ vinifikazzjoni u ta’ maċerazzjoni użati; dawn jinfluwenzaw ukoll il-komponent aromatiku, li huwa espress f’noti ta’ frott ta’ diversi gradi ta’ sajran, xi kultant akkumpanjati minn noti ta’ fjuri (prinċipalment vjola, iżda wkoll ward) u/jew noti ta’ ħwawar. It-togħma tista’ tvarja minn xotta sa ħelwa u hija ħafifa bl-ammont ġust ta’ aċidità.

L-inbejjed ħomor Novello jesprimu l-aromi u t-togħmiet assoċjati mat-teknika partikolari tal-maċerazzjoni karbonika użata biex isir l-inbid mill-għeneb, li ssaħħaħ il-profil tad-dwieli tagħhom u n-noti tipiċi tal-varjetà ta’ dwieli.

L-inbejjed Ravenna Passito għandhom kulur aħmar lewn ir-rubini b’intensità varja. F’termini ta’ riħa għandhom noti ta’ frott ta’ diversi gradi ta’ sajran, xi kultant akkumpanjati minn noti ta’ fjuri u/jew pikkanti. It-togħma tista’ tvarja minn xotta sa ħelwa u hija armonjuża bi struttura tajba u b’aċidità bbilanċjata.

Il-karatteristiċi tal-kwalità ta’ dawn l-inbejjed huma ddeterminati mill-ħamrija u mill-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni. Il-klima moderata b’ventilazzjoni tajba, il-ħamrija li l-ilma tagħha jiskula sew b’biżżejjed ilma disponibbli u l-varjazzjonijiet bejn it-temperaturi ta’ billejl u ta’ binhar hekk kif isir l-għeneb jiżguraw l-aħjar maturazzjoni tal-għenieqed tal-għeneb, u dan jirriżulta f’għeneb b’kontenut tajjeb ta’ zokkor u aċidu u espressjoni eċċellenti tal-karatteristiċi kwalitattivi u organolettiċi l-oħrajn kollha li huma speċifiċi għal kull varjetà u li huma riflessi fl-inbejjed magħmula minnhom.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni tal-inbid Passito, l-għażla tal-metodu tat-tnixxif hija importanti; it-tnixxif jista’ jsir jew fuq il-pjanta jew f’loġoġ għat-tnixxif (bini użat tradizzjonalment għal din il-prattika). It-tul tal-perjodu tat-tnixxif ivarja u jiddependi fuq il-karatteristiċi li l-produttur tal-inbid ikun jixtieq joħroġ fil-prodott aħħari permezz ta’ din it-teknika. It-tnixxif huwa megħjun ukoll mill-varjazzjoni fit-temperatura bejn binhar u billejl, b’mod partikolari lejn l-aħħar tas-sajf/fil-ħarifa, u mill-kundizzjonijiet taż-żiffiet fiż-żona tal-produzzjoni. L-għeneb li għandu jitnixxef jiġi ppreparat qabel il-ħsad tal-għeneb maħsub għal tipi oħra ta’ nbid, sabiex ikollu kontenut aċiduż ogħla li jista’ jikkontrobilanċja l-kontenut taz-zokkor tal-inbid miksub.

Għalhekk, ir-rabta kawżali hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għall-oriġini ġeografika tiegħu.

8.3.   Ravenna — Kategoriji: Inbid spumanti (4), Inbid spumanti ta’ kwalità (5), Inbid semifrizzanti (8)

Informazzjoni dwar il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għall-oriġini ġeografika tiegħu, u r-rabta kawżali tiegħu maż-żona ġeografika.

Il-gradjent termali bejn l-għoljiet u l-pjanuri u l-umdità ogħla f’din iż-żona tal-aħħar wasslu lill-bdiewa fl-artijiet baxxi biex jagħżlu varjetajiet ta’ dwieli li jimmaturaw tard b’tolleranza ogħla għat-taħsir, bil-varjetajiet bikrija jinżammu għat-tkabbir f’altitudnijiet ogħla u fuq l-inklinazzjonijiet li jħarsu aktar lejn it-Tramuntana taż-żona tal-vitikultura tar-Romagna. Il-ħsad pjuttost tard, li speċjalment fil-passat kien ikun segwit minn ħarifa kiesħa, kien jippermetti lill-inbid iżomm ċertu ammont ta’ zokkor residwu matul ix-xitwa u, ladarba jiġi bbottiljat, kien jerġa’ jibda jiffermenta mal-ewwel temp sħun tar-rebbiegħa, u dan kien jipproduċi nbejjed frizzanti. Din il-prattika komuni wasslet biex in-nies tar-Romagna japprezzaw kemm l-inbejjed ħelwin kif ukoll l-inbejjed xotti, kemm jekk bla gass, semifrizzanti jew spumanti. Il-produzzjoni tal-inbejjed spumanti u semifrizzanti għandha tradizzjoni stabbilita sew, imsaħħa minn titjib tekniku u teknoloġiku aktar reċenti. L-attenzjoni partikolari li tingħata matul l-istadji tat-tkabbir, tal-ħsad u tal-produzzjoni tal-inbid tagħmilha possibbli li jinkisbu nbejjed bażi friski u nodfa, li, bil-proċess sussegwenti tal-fermentazzjoni sekondarja ġestita tajjeb, trendi nbejjed spumanti u semifrizzanti ta’ finezza u eleganza partikolari. Il-karatteristiċi tal-kwalità ta’ dawn il-kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli huma influwenzati mill-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni. Il-klima moderata, friska u biż-żiffa, il-ħamrija li l-ilma tagħha jiskula sew, b’biżżejjed ilma tax-xita inkluż fix-xhur tas-sajf, u l-varjazzjonijiet bejn it-temperaturi ta’ billejl u ta’ binhar hekk kif isir l-għeneb, jiżguraw l-aħjar sajran tal-għenieqed tal-għeneb, li jirriżulta f’għeneb b’kontenut tajjeb ta’ zokkor u aċidu, flimkien ma’ karatteristiċi tal-kwalità u organolettiċi oħrajn li huma speċifiċi għal kull varjetà u li huma riflessi fl-inbejjed magħmula minnhom. Barra minn hekk, il-kwalità tal-inbejjed spumanti u semifrizzanti hija marbuta mill-qrib mat-taħlita tal-varjetajiet taż-żona, li jipproduċu għeneb li l-karatteristiċi tiegħu jagħmluh teknoloġikament adattat biex isiru dawn it-tipi ta’ nbejjed. Dan, flimkien mal-għarfien prattiku tal-produtturi fl-għażla ta’ tekniki tal-kultivazzjoni u tal-vinifikazzjoni permezz tal-iżvilupp tal-metodi għall-produzzjoni tal-inbid semifrizzanti u spumanti u bit-titjib tal-metodi aktar tradizzjonali (fil-flixkun) u/jew bl-użu ta’ tagħmir tal-ogħla livell, jgħin biex tiżdied il-kwalità tal-prodott finali.

Għalhekk, l-interazzjoni bejn il-fatturi naturali, l-esperjenza tal-operaturi u t-tekniki moderni tal-agrikoltura u tal-vinifikazzjoni jagħmluha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità li l-karatteristiċi tagħhom huma marbutin kemm maż-żona tal-produzzjoni kif ukoll mal-varjetajiet tad-dwieli li huma magħmula minnhom.

8.4.   Ravenna — Kategorija: Most tal-għeneb iffermentat parzjalment (11)

Informazzjoni dwar il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għall-oriġini ġeografika tiegħu, u r-rabta kawżali tiegħu maż-żona ġeografika.

Il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni parzjali tal-most tal-għeneb, li tirriżulta fi prodott li huwa distintiv minħabba l-freskezza u n-noti qawwija ta’ frott tiegħu, kif ukoll il-kontenut baxx tiegħu tal-alkoħol (il-qawwa alkoħolika proprja trid tkun aktar minn 1 % vol. u inqas minn 3/5 tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum). Illum, il-prodott jinkiseb billi titwaqqaf il-fermentazzjoni permezz ta’ filtrazzjoni jew ċentrifugazzjoni, u billi jintuża kwalunkwe trattament u prattika permessa oħra. Il-prodott għandu tradizzjoni twila fis-settur tal-vitikultura fir-Romagna. L-għeneb kien jiġi mgħaffeġ direttament fl-għalqa u mbagħad jiġi ttrasferit fil-kantini tal-inbid fil-btieti (castellata), kundizzjonijiet li inevitabbilment jiskattaw il-proċess tal-fermentazzjoni. It-tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ mosti parzjalment iffermentati hija għalhekk antika ħafna fir-Romagna, u meta l-prodott ġie kummerċjalizzat għall-ewwel darba fuq skala akbar barra mir-reġjun, aktarx kien bħala most, speċjalment tal-varjetà Trebbiano Romagnolo.

Fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, il-mosti ħelwin iffiltrati ta’ Lugo, Bagnacavallo, Massalombarda Cotignola, eċċ. kisbu reputazzjoni tajba (Vite e vino in Romagna (Id-dwieli u l-inbid fir-Romagna), 2007), kif ikkonfermat ukoll mill-ewwel gwida gastronomika Taljana, ippubblikata mill-Klabb tat-Touring Taljan fl-1931, li ddikjarat li: “Fiż-żona ta’ Lugo hemm ukoll inbejjed bojod ħelwin u ffiltrati, magħrufa bħala l-filtrati bojod tar-Romagna, li jinbiegħu ħafna” (il-Klabb tat-Touring Taljan, 1931).

Bħal kull tradizzjoni, dik li jsiru mosti parzjalment iffermentati ġejja wkoll minn drawwiet li nfirxu għax kienu sabu l-kundizzjonijiet ideali biex ikollhom riżultat ta’ suċċess. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet kienu l-kuntest ambjentali u taħlita ta’ varjetajiet partikolarment adattati biex jagħtu freskezza lill-prodott finali, flimkien ma’ qawwa alkoħolika moderata, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ tekniki moderni ta’ kultivazzjoni u ta’ vinifikazzjoni.

Għalhekk, ir-rabta kawżali hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għat-terroir, jiġifieri l-oriġini ġeografika u l-kuntest ambjentali, tal-kultivazzjoni u kulturali tiegħu.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Indikazzjoni mhux obbligatorja fuq it-tikkettar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Għat-tip “Passito”, it-terminu “appassimento” (tqaddid) jista’ jkun indikat fuq it-tikketta, f’karattri tal-istess daqs jew iżgħar mill-isem Ravenna, f’konformità mal-leġiżlazzjoni kurrenti tal-UE.

Derogi fuq il-produzzjoni tal-inbid u l-fermentazzjoni sekondarja

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-operazzjonijiet tal-vinifikazzjoni, inkluż l-ipproċessar f’inbid semifrizzanti u spumanti, iridu jitwettqu ġewwa ż-żona tal-produzzjoni definita, f’konformità mal-prattiki tradizzjonali taż-żona.

Madankollu, wara li tqiesu l-postijiet fejn tradizzjonalment issir il-produzzjoni, dawn l-operazzjonijiet tal-vinifikazzjoni, inkluż l-ipproċessar f’inbid semifrizzanti u spumanti, jistgħu jsiru wkoll, minbarra fiż-żona ta’ produzzjoni definita msemmija hawn fuq, fir-reġjun kollu tal-Emilia-Romagna u, għall-produzzjoni tal-inbid semifrizzanti u spumanti biss, anki f’unitajiet amministrattivi ġirien tal-istess livell.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14279

(1)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6574/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)