European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6214

14.11.2025

Sejħa għall-proposti 2026 — EAC/A15/2025

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

(C/2025/6214)

1.   Introduzzjoni u objettivi

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (1), kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2026 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (C(2025) 7014). Il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2021 u l-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri l-azzjonijiet li ġejjin tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:

Proġetti ta’ Volontarjat

Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja

Proġetti ta’ Solidarjetà

Tikketta tal-Kwalità għall-attivitajiet ta’ volontarjat ta’ solidarjetà

Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat ta’ għajnuna umanitarja

Volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

3.   Eliġibbiltà

Kwalunkwe entità pubblika jew privata kemm jekk mingħajr skop ta’ qligħ kif ukoll jekk tagħmel profitt, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, tista’ tapplika għall-finanzjament taħt il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għal Proġetti ta’ Solidarjetà.

Il-pajjiżi li ġejjin (2) jistgħu jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej;

il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:

il-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE: l-Iżlanda u l-Liechtenstein,

il-pajjiżi kandidati tal-UE (3): ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq.

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet huma miftuħa għal entitajiet legalment stabbiliti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm meta jkun fl-interess tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2021/888 dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni, ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2026.

4.   Baġit u durata tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 129 595 000.

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti kif ukoll it-tqassim tiegħu jinsabu fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2026 għall-implimentazzjoni tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà adottat fit-23 ta’ Novembru 2025, u jistgħu jiġu emendati. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources

L-għotjiet mogħtija u d-durata tal-proġetti huma speċifikati fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ppubblikata fuq:

https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources

5.   Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Proġetti ta’ Volontarjat

It-18 ta’ Frar 2026

(sessjoni fakultattiva) L-1 ta’ Ottubru 2026

Proġetti ta’ Solidarjetà

It-18 ta’ Frar 2026

(sessjoni fakultattiva) Is-7 ta’ Mejju 2026

L-1 ta’ Ottubru 2026

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sal-17.00, ħin ta’ Brussell.

Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja

It-3 ta’ Marzu 2026

Volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

It-23 ta’ April 2026

Tikketta tal-Kwalità għall-Volontarjat fil-qasam tal-għajnuna umanitarja

It-22 ta’ Settembru 2026 (4)

L-applikazzjonijiet għat-Tikketti tal-Kwalità għall-Volontarjat fl-attivitajiet ta’ solidarjetà jistgħu jitressqu kontinwament.

Ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2026 għall-istruzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji kollha

Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inkluż il-prijoritajiet, jinsabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2026 fuq l-indirizz tal-internet li ġej:

https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/calls-for-proposals

Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2026 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 (ĠU L 202, 8.6.2021, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/888/oj).

(2)  Entitajiet legalment stabbiliti u persuni legalment residenti f’dawn il-pajjiżi.

(3)  Soġġetti għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.

(4)  Applikabbli għall-proġetti taħt is-sejħa għall-2027. L-applikazzjoni għall-proġetti taħt is-sejħa għall-2026 trid titressaq sat-23 ta’ Settembru 2025.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6214/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)