European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5044

15.9.2025

Pubblikazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), flimkien mal-Artikolu 25(4) ta’ dak ir-Regolament

(C/2025/5044)

Wara din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

(l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Colline Pescaresi”

Nru tal-UE: PGI-IT-A0887-CANCEL — 23.5.2025

1.   Isem reġistrat propost għall-kanċellazzjoni

Colline Pescaresi

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP ☐ IĠP ☒ IĠ ☐

3.   Settur

☐

prodotti agrikoli

☒

inbejjed

☐

xarbiet spiritużi

4.   L-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika

L-Italja

5.   L-isem tal-awtorità tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li tissottometti t-talba għall-kanċellazzjoni lill-Kummissjoni jew l-indikazzjoni li t-talba għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni hija sottomessa direttament lill-Kummissjoni mill-produtturi ta’ pajjiż terz tal-prodott ikkummerċjalizzat skont l-isem reġistrat u l-isem tal-aġent b’mandat mill-produtturi biex jibgħat it-talba (l-obbligu li jingħata mandat lil aġent ma japplikax fil-każ ta’ produttur uniku)

L-Italja – Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Forestrija

6.   F’każ ta’ talba minn Stat Membru, indika jekk it-talba għall-kanċellazzjoni fl-istadju nazzjonali tal-proċedura saritx mill-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat skont l-isem reġistrat jew mill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut ta’ dak il-prodott. F’dan il-każ daħħal l-isem tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut

☐

Talba magħmula mill-produtturi

☒

Talba magħmula mill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut:

Consorzio Tutela Vini d’Abruzzo

Corso Matteotti – Palazzo Corvo

66026 Ortona (Chieti) – l-Italja

Tel.: (+ 39) 085 9059679

Indirizz tal-email iċċertifikat: consorzio-viniabruzzo@pec.it

Indirizz tal-email: segreteria@vinidabruzzo.it

Indirizz tal-email: ufficio.tecnico@vinidabruzzo.it

7.   Klassifikazzjoni tal-prodott f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 – Inbejjed tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

8.   Tip ta’ kanċellazzjoni

It-talba għall-kanċellazzjoni ssir f’konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

Talba għall-kanċellazzjoni ffirmata u datata.


(1)   ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5044/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)