|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4186 |
19.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1478, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1476 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2025/4186)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1478 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1476 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar reċenti, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (5).
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) ĠU L, 2025/1478, 19.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1478/oj.
(4) ĠU L, 2025/1476, 19.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1476/oj.
(5) L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq EUR-Lex - 02014R0269-20240314 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4186/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)