|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3698 |
20.8.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Ġunju 2025
li tapprova l-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Belġju
(C/2025/3698)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
|
(1) |
Fit-30 ta' April 2024 daħal fis-seħħ qafas ta' governanza ekonomika tal-UE riformat. Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali, flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2) emendat dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE (3) emendata dwar l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri huma l-elementi ewlenin tal-qafas riformat ta' governanza ekonomika tal-UE. Il-qafas għandu l-għan li jippromwovi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli, u tkabbir sostenibbli u inklużiv u r-reżiljenza permezz ta' riformi u investimenti, u li jipprevjeni defiċits eċċessivi tal-gvern. Jippromwovi s-sjieda nazzjonali u l-fokus jinsab fuq it-terminu medju, flimkien ma' infurzar effettiv u aktar koerenti tar-regoli. |
|
(2) |
Il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni huma fiċ-ċentru tal-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika. Il-pjanijiet għandhom jimmiraw li jintlaħqu żewġ objettivi: i) l-iżgurar li, fost l-oħrajn, sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament, id-dejn tal-gvern estiż ikun fuq trajettorja ta' tnaqqis plawżibbli, jew jibqa' f'livelli prudenti, u li d-defiċit tal-gvern jinġieb u jinżamm taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG fuq it-terminu medju, u ii) l-iżgurar tat-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-UE. Għal dak il-għan, kull pjan għandu jippreżenta impenn fuq terminu medju għal perkors tan-nefqa netta (4), li effettivament jistabbilixxi restrizzjoni baġitarja għad-durata tal-pjan, li tkopri erba' jew ħames snin (skont it-terminu regolari tal-leġiżlatura fi Stat Membru). Barra minn hekk, il-pjan għandu jispjega kif l-Istat Membru ser jiżgura t-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs, inklużi dawk li jappartjenu għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (MIP), jekk applikabbli), u kif l-Istat Membru ser jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni. Il-perjodu għall-aġġustament fiskali huwa ta' erba' snin, li jista' jiġi estiż b'massimu ta' 3 snin jekk l-Istat Membru jimpenja ruħu li jwettaq sett ta' riformi u investimenti rilevanti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(3) |
Wara l-preżentazzjoni tal-pjan, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk jikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(4) |
Fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill irid imbagħad jadotta rakkomandazzjoni biex jistabbilixxi l-perkors tan-nefqa netta tal-Istat Membru kkonċernat u, fejn applikabbli, japprova s-sett ta' impenji ta' riforma u ta' investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali. |
KUNSIDERAZZJONIJIET DWAR IL-PJAN FISKALI-STRUTTURALI NAZZJONALI FUQ TERMINU MEDJU TAL-BELĠJU
|
(5) |
Fit-18 ta' Marzu 2025, il-Belġju ppreżenta il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali tiegħu fuq terminu medju lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Is-sottomissjoni saret wara estensjoni tal-iskadenza kif stabbilita fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2024/1263, kif miftiehem mal-Kummissjoni biex il-Belġju jingħata l-possibbiltà li jippreżenta pjan ibbażat fuq impenn politiku sod tal-gvern federali li għadu kif inħatar. |
Proċess qabel is-sottomissjoni tal-pjan
|
(6) |
Sabiex jiġi inkwadrat id-djalogu li jwassal għas-sottomissjoni tal-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju, fil-5 ta' Frar 2025 il-Kummissjoni bagħtet it-trajettorja referenzjarja (5) lill-Belġju, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-Kummissjoni ppubblikat it-trajettorja referenzjarja fid-19 ta' Marzu 2025 (6). It-trajettorja referenzjarja hi bbażata fuq ir-riskju u tiżgura li, sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament fiskali u fin-nuqqas ta' aktar miżuri baġitarji lil hinn mill-perjodu ta' aġġustament, id-dejn tal-gvern estiż ikun fuq trajettorja plawżibbli 'l isfel jew jibqa' f'livelli prudenti fuq terminu medju, u li d-defiċit tal-gvern estiż jinġieb taħt it-3 % tal-PDG matul il-perjodu ta' aġġustament u jinżamm taħt dak il-valur referenzjarju fuq terminu medju. It-terminu medju huwa definit bħala l-perjodu ta' 10 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' aġġustament. F'konformità mal-Artikoli 6, il-punt (d), 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263, it-trajettorja referenzjarja hija konsistenti wkoll mal-parametru referenzjarju tad-defiċit, mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn u mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit. It-trajettorja referenzjarja tal-Belġju tistabbilixxi li, abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni li jsostnu l-gwida minn qabel trażmessa fi Frar 2025 u jekk wieħed jassumi perjodu ta' aġġustament ta' 7 snin, in-nefqa netta ma għandhiex tikber b'aktar mill-valuri pprovduti fit-Tabella 1. Dan jikkorrispondi għal tkabbir medju nett fin-nefqa ta' 2,5 % kemm matul il-perjodu ta' aġġustament (2025–2031) kif ukoll matul il-perjodu kopert mill-pjan (2025–2029). Tabella 1: Trajettorja referenzjarja pprovduta mill-Kummissjoni lill-Belġju fil-5 ta' Frar 2025
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-Belġju u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom fi djalogu tekniku bejn Diċembru 2024 u Marzu 2025. Id-djalogu ffoka fuq il-perkors tan-nefqa netta previst mill-Belġju u s-suppożizzjonijiet sottostanti tagħha (b'mod partikolari l-isforz fiskali annwali previst u ċ-ċifra tad-deflatur tal-PDG għall-2025), is-sett previst ta' impenji ta' riforma u ta' investiment biex jirfed estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament inkluż ir-riformi tal-pensjonijiet, tat-taxxa u tas-suq tax-xogħol, kif ukoll it-twettiq previst ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, is-sigurtà tal-enerġija u ż-żieda fil-mezzi ta' difiża. |
|
(8) |
Il-pjan ma jirrapportax dwar proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali rilevanti, inkluż is-sħab soċjali, qabel is-sottomissjoni. |
Proċessi oħra relatati
|
(9) |
Fis-26 ta' Lulju 2024, il-Kunsill stabbilixxa l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fil-Belġju minħabba nuqqas ta' konformità mal-kriterju tad-defiċit. (7) |
|
(10) |
Fil-21 ta' Jannar 2025, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) TFUE bil-ħsieb li tintemm is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Belġju. (8) Fin-nuqqas ta' pjan fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju approvat mill-Kunsill, il-perkors tan-nefqa netta korrettiva rrakkomandat irrifletta l-metodoloġija użata għat-trajettorja referenzjarja, b'aġġustament fiskali ta' erba' snin u abbażi tad-data disponibbli. Barra minn hekk, il-Kunsill stabbilixxa l-iskadenza tat-30 ta' April 2025 biex il-Belġju jieħu azzjoni effettiva u jippreżenta l-miżuri meħtieġa flimkien mar-rapport ta' progress annwali tiegħu tal-2025, li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2024/1263. Fir-Rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 126(7) tal-21 ta' Jannar 2025 il-Kunsill innota (ara l-premessa 16) li, mal-preżentazzjoni tal-pjan fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju mill-Belġju, il-valutazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni u l-approvazzjoni mill-Kunsill, perkors korrettiv ġdid tan-nefqa netta jista' jiġi rrakkomandat mill-Kunsill. Fl-20 ta' Ġunju 2025, flimkien ma' din ir-Rakkomandazzjoni li tapprova l-pjan fiskali strutturali nazzjonali fuq terminu medju, il-Kunsill adotta, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, Rakkomandazzjoni tal-Kunsill riveduta skont l-Artikolu 126(7) TFUE bil-ħsieb li tintemm is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-gvern fil-Belġju. L-adozzjoni ta' dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet, li hija mfassla u ġġustifikata mit-tranżizzjoni għall-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika, tiżgura konsistenza bejn il-perkorsi ta' aġġustament rakkomandati. |
|
(11) |
Fit-30 ta' April 2025, il-Belġju ppreżenta l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tiegħu għas-sena 2025. Il-Kummissjoni adottat Opinjoni dwar dan l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju fl-4 ta' Ġunju 2025. (9) |
|
(12) |
Fit-30 ta' April 2025, il-Belġju talab l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali biex jakkomoda nfiq ogħla għad-difiża, f'konformità mal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(13) |
Fil-21 ta' Ottubru 2024, il-Kunsill indirizza lill-Belġju sensiela ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. (10) |
SOMMARJU TAL-PJAN U L-VALUTAZZJONI TIEGĦU MILL-KUMMISSJONI
|
(14) |
F'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-Kummissjoni vvalutat il-pjan kif ġej: |
Kuntest: is-sitwazzjoni u l-prospettiva makroekonomiċi u fiskali
|
(15) |
L-attività ekonomika fil-Belġju kibret b'1,0 % fl-2024, prinċipalment minħabba konsum privat robust. Skont it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni Ewropea, it-tkabbir fl-attività ekonomika huwa mistenni li jonqos għal 0,8 % fl-2025, ikkawżat minn domanda domestika moderata u tnaqqis fl-esportazzjonijiet. Fl-2026, il-PDG reali huwa mistenni li jiżdied b' 0,9 %, hekk kif l-investiment huwa pprojettat li jaċċellera, u l-esportazzjonijiet jiżdiedu appoġġati mit-titjib mistenni tal-ambjent estern. Matul il-perjodu ta' tbassir (jiġifieri 2025-2026), il-PDG potenzjali fil-Belġju huwa mistenni li jonqos, minn rata ta' tkabbir ta' 1,7 % fl-2024 għal 1,3 % fl-2026, ikkawżata mit-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tax-xogħol għat-tkabbir potenzjali. Ir-rata tal-qgħad kienet ta' 5,7 % fl-2024, u hija pprojettata mill-Kummissjoni li tkun 6,1 % fl-2025 u 5,8 % fl-2026. L-inflazzjoni (id-deflatur tal-PDG) hija pprojettata li tiżdied minn 1,9 % fl-2024 għal 2,8 % fl-2025 u li tilħaq 2,1 % fl-2026. |
|
(16) |
Fir-rigward tal-iżviluppi fiskali, fl-2024 id-defiċit tal-gvern estiż tal-Belġju kien żdied għal 4,5 % tal-PDG. Skont it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni Ewropea, huwa mistenni jilħaq 5,4 % tal-PDG fl-2025 u, fuq bażi ta' ebda bidla fil-politika, li tiżdied għal 5,5 % tal-PDG fl-2026. It-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni Ewropea jinkludi l-(abbozzi ta') baġits tal-Belġju għall-2025 li l-entitajiet federali u federati pproponew lill-parlamenti rispettivi fl-2024 u l-2025. Id-dejn tal-gvern estiż kien ta' 104,7 % tal-PDG fi tmiem l-2024. Skont it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni Ewropea, il-proporzjon tad-dejn mistenni jiżdied għal 107,1 % tal-PDG fi tmiem l-2025. Huwa pprojettat li jiżdied aktar għal 109,8 % tal-PDG fi tmiem l-2026. It-tbassir fiskali mill-Kummissjoni ma jqisx l-impenji ta' politika fil-pjan fuq terminu medju bħala tali sakemm ma jkunux sostnuti minn miżuri ta' politika konkreti mħabbra b'mod kredibbli u speċifikati biżżejjed. |
Perkors tan-nefqa netta u suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan
|
(17) |
Il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Belġju jkopri l-perjodu 2025-2029 u jippreżenta aġġustament fiskali fuq 7 snin. |
|
(18) |
Il-pjan fih l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1263, bl-eċċezzjoni ta' informazzjoni dwar konsultazzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali u l-konsultazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 13(g)(vi) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(19) |
Il-pjan jimpenja ruħu għall-perkors tan-nefqa netta indikat fit-Tabella 2, li jikkorrispondi għal tkabbir medju fin-nefqa netta ta' 2,6 % matul is-snin 2025-2029. Barra minn hekk, il-Belġju tagħti impenn għal sett ta' riformi u investimenti bil-għan li jestendi l-perjodu ta' aġġustament għal 7 snin (2025-2031), li matulhom it-tkabbir medju fin-nefqa netta huwa ppjanat li jkun ta' 2,5 %. It-tkabbir medju fin-nefqa netta rrapportat fil-pjan matul il-perjodu ta' aġġustament (2025–2031) huwa ugwali għat-tkabbir medju fin-nefqa netta fit-trajettorja referenzjarja trażmessa mill-Kummissjoni fil-5 ta' Frar 2025. Il-pjan jassumi li t-tkabbir tal-PDG potenzjali ser jonqos għal 1,2 % fl-2029 (minn 1,7 % fl-2024). Barra minn hekk, il-pjan jistenna li r-rata ta' tkabbir tad-deflatur tal-PDG tonqos għal 2,1 % fl-2028 (minn 2,7 % fl-2024), qabel ma jiżdied għal 2,2 % fl-2029. Tabella 2: Perkors tan-nefqa netta u s-suppożizzjonijiet ewlenin fil-pjan tal-Belġju
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għad-dejn tal-gvern estiż
|
(20) |
Jekk il-perkors tan-nefqa netta impenjat fil-pjan u s-suppożizzjonijiet sottostanti jimmaterjalizzaw, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern estiż mal-PDG jiżdied bi 3,9 punti perċentwali sal-2027, li jibda mil-livell tal-2024 (12), skont il-bidla pprojettata fid-dejn gross fil-pjan matul dan il-perjodu, qabel ma jonqos bi 3,0 punti perċentwali sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031), skont it-tabella li ġejja. Il-persistenza ta' defiċits relattivament għoljin fl-ewwel snin tal-perjodu ta' aġġustament tipprekludi li l-proporzjon tad-dejn għall-PDG jonqos sal-2031. Madankollu, fuq terminu medju (jiġifieri sal-2041), id-dejn tal-gvern estiż huwa mistenni li jonqos gradwalment u jilħaq 87,6 % tal-PDG sal-2041. Tabella 3: Żviluppi fid-dejn u fil-bilanċ tal-gvern estiż fil-pjan tal-Belġju
B'hekk, skont il-pjan, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern estiż jitqiegħed f'perkors ta' tnaqqis sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031). Dan huwa plawżibbli peress li, abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-pjan, id-dejn mistenni jonqos matul l-10 snin wara l-perjodu ta' aġġustament skont it-testijiet tal-istress deterministiċi kollha tal-Analiżi tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-Kummissjoni, u l-projezzjonijiet stokastiċi jindikaw li d-dejn jonqos bi probabbiltà għolja biżżejjed. Id-data ogħla tal-eżitu għad-dejn tal-gvern fl-2024 (104,7 % tal-PDG) iżżid il-livell tad-dejn iżda mhijiex mistennija li tbiddel it-trajettorja tal-perkors ta' aġġustament għad-dejn tal-gvern. Id-defiċit ta' 4,5 % fl-2024 irriżulta f'0,1 % inqas milli fil-pjan. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mar-rekwiżit għad-dejn kif stabbilit fl-Artikoli 6, il-punt (a), u 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għall-bilanċ tal-gvern estiż
|
(21) |
Fuq il-bażi tal-perkors u s-suppożizzjonijiet tan-nefqa netta tal-pjan, id-defiċit tal-gvern estiż ikun ta' 4,6 % tal-PDG fl-2024 u jonqos progressivament għal 3,0 % fl-2029 u għal 2,0 % fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031). Għalhekk, skont il-pjan, il-bilanċ tal-gvern estiż ma jaqbiżx il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2031). Barra minn hekk, fl-10 snin ta' wara l-perjodu ta' aġġustament (sal-2041), id-defiċit tal-gvern ma jaqbiżx it-3 % tal-PDG. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mar-rekwiżit għad-defiċit kif stabbilit fl-Artikoli 6, il-punt (b), u 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
Il-profil taż-żmien tal-aġġustament fiskali
|
(22) |
Il-profil taż-żmien tal-aġġustament fiskali, imkejjel bħala l-bidla annwali fil-bilanċ primarju strutturali, kif deskritt fil-pjan, ġie pospost mill-2025 għall-2026-2030 meta mqabbel mal-perkors lineari msemmi bħala regola skont l-Artikolu 6, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Fl-ewwel sena tal-pjan (2025), it-titjib fil-bilanċ primarju strutturali huwa nofs l-isforz sottostanti għat-trajettorja referenzjarja (0,25 % tal-PDG minflok 0,5 %). Dan huwa spjegat fil-pjan mill-gvern federali li ħa l-kariga fit-3 ta' Frar 2025, li dewwem l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali, li għalhekk jaffettwaw biss parti mill-2025. Għas-snin ta' wara, il-Belġju ta impenn għal aġġustament tal-bilanċ strutturali primarju aktar ambizzjuż meta mqabbel mat-trajettorja referenzjarja biex jikkumpensa għall-isforz aktar baxx fl-2025. B'mod korrispondenti, il-backloading jispjega t-tkabbir tan-nefqa netta ogħla fl-2025 fil-pjan meta mqabbel mal-gwida minn qabel tal-Kummissjoni (3,6 % meta mqabbel ma' 3,0 %). Fl-istess ħin, minħabba l-aġġustament aktar b'saħħtu fis-snin ta' wara, it-tkabbir fin-nefqa netta huwa aktar baxx (b' 0,1 punti perċentwali) fil-pjan matul il-perjodu 2026-2030, li jirriżulta fi tkabbir tan-nefqa netta medju identiku matul il-perjodu ta' aġġustament fil-pjan u fil-gwida minn qabel tal-Kummissjoni. B'mod ġenerali, l-aġġustament fiskali matul l-ewwel ħames snin tal-pjan jibqa' proporzjonali għall-isforz totali matul il-perjodu kollu ta' aġġustament. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta propost fil-pjan huwa konsistenti mal-klawżola ta' salvagwardja ta' ebda backloading stabbilita fl-Artikolu 6, il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2024/1263. Tabella 4: Żviluppi fil-bilanċ primarju strutturali fil-pjan tal-Belġju
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Konsistenza tal-pjan mal-proċedura ta' defiċit eċċessiv
|
(23) |
Il-perkors tan-nefqa netta stabbilit fil-pjan huwa meqjus konformi mar-rekwiżiti skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv (b'mod partikolari mal-aġġustament strutturali annwali minimu stabbilit bħala parametru referenzjarju fl-Artikolu 3(4), it-tielet subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (13)), wara li jitqies li l-aġġustament aktar baxx fl-2025 huwa kkumpensat bis-sħiħ minn aġġustament ogħla fis-snin sussegwenti. |
Konsistenza tal-pjan mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit
|
(24) |
Ir-rekwiżit tal-parti preventiva stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263 rigward is-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit, li għandu l-għan li jipprovdi marġni komuni relatat mal-valur referenzjarju tad-defiċit ta' 3 % tal-PDG, japplika għall-Belġju mill-2030, peress li d-defiċit huwa ppjanat li jkun inqas minn 3 % tal-PDG mill-2029. Fl-2030 u fl-2031, f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1263, l-aġġustament annwali fil-bilanċ primarju strutturali jenħtieġ għalhekk li ma jkunx inqas minn 0,25 % tal-PDG jekk id-defiċit strutturali jkun baqa' 'l fuq minn 1,5 % tal-PDG fis-sena preċedenti, biex jinkiseb marġni komuni ta' reżiljenza f'termini strutturali ta' 1,5 % tal-PDG. L-aġġustament fiskali li jirriżulta mill-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan jeċċedi 0,25 % tal-PDG fl-2030 u fl-2031. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mas-salvagwardja tar-reżiljenza tad-defiċit. |
Konsistenza tal-pjan mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn
|
(25) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/1263, peress li d-dejn tal-gvern estiż ser ikun ogħla minn 90 % tal-PDG matul il-perjodu ta' aġġustament skont il-pjan, il-proporzjon tad-dejn huwa meħtieġ li jonqos b'mill-inqas punt perċentwali wieħed (1,0) bħala medja fis-sena sakemm jaqa' taħt id-90 %, u wara dan għandu jonqos għall-inqas b'medja ta' 0,5 punti perċentwali. It-tnaqqis medju huwa kkalkolat matul il-perjodu 2030-2031, jiġifieri jibda fis-sena li fiha l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tiġi abrogata skont il-pjan, u jammonta għal 1,6 punti perċentwali. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tad-dejn. |
Suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan
|
(26) |
Il-pjan huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet li huwa konformi mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni mibgħuta lill-Belġju fil-5 ta' Frar 2025. Dan iqis l-informazzjoni addizzjonali disponibbli meta mqabbla mat-trajettorja referenzjarja u tinkludi kif xieraq suppożizzjoni aġġornata għad-deflatur tal-PDG tal-2025. Il-valutazzjoni tqis ukoll ir-rilaxx tad-data tal-eżitu għall-2024 wara s-sottomissjoni tal-pjan, li ċċaqlaq is-sena bażi tar-rakkomandazzjoni għall-2024. Is-suppożizzjoni aġġornata u l-bidla ma jaffettwawx it-tkabbir tan-nefqa netta annwali medja matul il-perjodu ta' aġġustament. |
Strateġija fiskali tal-pjan
|
(27) |
Skont l-istrateġija fiskali indikattiva fil-pjan, l-impenji fuq in-nefqa netta ser jitwettqu prinċipalment permezz ta' trażżin fin-nefqa u żidiet diskrezzjonali fid-dħul. Il-pjan jiddikjara li 2/3 tal-isforz ta' konsolidazzjoni fiskali matul il-perjodu tal-pjan ġej minn riformi strutturali fis-suq tax-xogħol (limitazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad) u riforma tal-pensjonijiet (introduzzjoni ta' sistema ta' bonus/malus, armonizzazzjoni ta' reġimi differenti tal-pensjonijiet biex jissaħħu s-snin maħduma u l-pensjonijiet riċevuti, indiċizzazzjoni tat-tibdil). Barra minn hekk, 1/3 tal-isforz fiskali huwa preżunt li ġej minn miżuri fiskali diskrezzjonali oħra li minnhom 2/3 fuq in-naħa tan-nefqa u 1/3 mit-tassazzjoni tal-unitajiet domestiċi bl-ogħla introjtu u miżuri oħra ta' dħul. |
|
(28) |
L-ispeċifikazzjoni tal-miżuri ta' politika għandha tiġi kkonfermata jew aġġustata u kkwantifikata fil-baġits annwali. Fl-istess ħin, hemm riskji għall-implimentazzjoni tal-istrateġija fiskali indikattiva fil-pjan, li jirriżultaw mill-fatt li diversi miżuri strutturali mħabbra mill-gvern għadhom ma ġewx speċifikati bis-sħiħ. Barra minn hekk, il-pjan jassumi effetti sekondarji pożittivi sinifikanti, madankollu mhux speċifikati fid-dettall, minn rata ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol li tilħaq 80 % sal-2029, li tkun teħtieġ żieda qawwija mil-livelli attwali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-konsolidazzjoni fiskali ser teħtieġ koordinazzjoni baġitarja aktar mill-qrib u aktar effettiva bejn l-entitajiet federali u federati milli fis-snin reċenti. Dan ir-riskju tal-aħħar huwa mistenni li jiġi mmitigat mill-miżura dwar il-koordinazzjoni baġitarja, li hija parti mis-sett ta' impenji ta' riforma u investiment li jirfdu l-estensjoni (l-Anness II). |
Sett ta' impenji ta' riforma u investiment fil-pjan biex jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali
|
(29) |
Fil-pjan, il-Belġju jagħti impenn għal sett ta' riformi u investimenti, li għandhom l-għan li jtejbu t-tkabbir potenzjali u s-sostenibbiltà fiskali, biex jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali minn 4 għal 7 snin. Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huwa magħmul minn tliet impenji mill-RRP bi speċifikazzjonijiet addizzjonali; kif ukoll erba' riformi u investimenti ġodda. Dan jinkludi l-miżuri li ġejjin (ara wkoll l-Anness II). Ir-riforma fil-qasam tal-pensjonijiet, għandha l-għan li ttejjeb is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tal-pensjonijiet. Dan l-impenn iżid ma' miżura eżistenti fl-RRP (b'mod partikolari taħt il-Komponent 4,4, “Tmiem il-karriera u l-pensjonijiet”). Il-miżuri fil-pjan ser isaħħu r-relazzjoni bejn ix-xogħol u l-akkwist tad-drittijiet tal-pensjoni, u jarmonizzaw ir-reġimi tal-pensjonijiet għall-impjegati, l-impjegati taċ-ċivil u dawk li jaħdmu għal rashom. Il-Gvern jinkludi wkoll miżuri tranżizzjonali għal persuni qrib l-età tal-irtirar biex jittaffa l-impatt soċjali tar-riforma. Il-biċċa l-kbira tal-miżuri huma mistennija li jiġu adottati sar-raba' trimestru tal-2025 u implimentati fl-2026 jew fl-2027 'il quddiem. Ir-riforma fil-qasam tan-nefqa pubblika għandha l-għan li tlesti r-rieżamijiet tal-infiq biex ittejjeb l-effiċjenza u l-kwalità tal-infiq pubbliku. Dan l-impenn iżid ukoll ma' miżura eżistenti fl-RRP (b'mod partikolari taħt il-Komponent 6.1, “Rieżamijiet tal-infiq”). Objettiv importanti tar-riforma huwa li jiġi pprovdut pjan għat-tneħħija gradwali tas-sussidji. L-adozzjoni mistennija ta' dan il-pjan hija sar-raba' trimestru tal-2025. Riformi fil-qasam tas-suq tax-xogħol. Il-pjan jagħti impenn li jinċentiva x-xogħol inkluż billi jillimita l-benefiċċji tal-qgħad maż-żmien, itejjeb il-bilanċ u l-flessibbiltà bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jnaqqas il-mard fit-tul, il-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità tal-SMEs. Ir-riforma tal-benefiċċji tal-qgħad u l-pjan globali ta' prevenzjoni u riintegrazzjoni għall-ħaddiema morda fit-tul huma mistennija li jiġu adottati mill-Parlament sat-tielet trimestru tal-2025. Ir-riformi fil-qasam tat-tassazzjoni għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol, itejbu l-kompetittività u jsaħħu l-investimenti. Biex ix-xogħol jiġi ppremjat, il-pjan jinkludi tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu għal dawk li jaħdmu, li mistenni jiġi adottat sar-raba' trimestru tal-2025 u jiġi implimentat sal-ewwel trimestru tal-2026. Żewġ miżuri fil-pjan ser jappoġġaw il-kompetittività billi jnaqqsu l-kost tal-pagi u jnaqqsu t-tariffi tat-trażmissjoni tal-elettriku tal-industriji intensivi fl-enerġija. Il-finanzjament ta' din ir-riforma tat-taxxa ser jirriżulta parzjalment mit-twessigħ tal-bażi tat-taxxa, inkluż l-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-qligħ kapitali, u huwa kkomplementat minn tnaqqis fin-nefqa fuq l-aġġustamenti tal-benesseri tal-benefiċċji soċjali. Riformi fil-qasam tal-kompetittività u l-ambjent tan-negozju. Il-pjan jagħti impenn li jimplimenta d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-gvern, li hija miżura inkluża fl-RRP (il-Komponent 2.2, “Amministrazzjoni pubblika”). Ir-riformi jinkludu wkoll pjan biex tiżdied il-kompetittività tal-SMEs u ieħor biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq id-ditti. Dawn iż-żewġ miżuri, li huma ġodda meta mqabbla mal-RRP, huma mistennija li jiġu adottati sar-raba' trimestru tal-2025 u implimentati sal-ewwel trimestru tal-2026. Riformi fil-qasam tal-koordinazzjoni baġitarja. Din il-miżura, ġdida wkoll meta mqabbla mal-RRP, għandha l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni tal-baġit bejn il-livelli differenti tal-gvern. L-ewwel pass huwa l-adattament tal-ftehim ta' kooperazzjoni tal-2013, li huwa mistenni li jintlaħaq qbil dwaru sar-raba' trimestru tal-2025. L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni rivedut mar-reġjuni (b'mod retroattiv) huma mistennija sar-raba' trimestru tal-2026. It-tieni pass huwa d-definizzjoni mill-ġdid tal-kompiti tal-Kunsill Għoli tal-Finanzi (istituzzjoni fiskali indipendenti). |
|
(30) |
F'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2024/1263, kull riforma u investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huma ddettaljati biżżejjed, front-loaded, marbuta mal-ħin u verifikabbli. |
|
(31) |
L-impenji tal-RRP li jirfdu l-estensjoni fihom riformi u investimenti sinifikanti mmirati lejn it-titjib tas-sostenibbiltà fiskali u t-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija. Barra minn hekk, il-Belġju jagħti impenn li jkompli l-isforz ta' riforma matul il-perjodu kopert mill-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju u li jżomm il-livelli ta' investiment iffinanzjati fil-livell nazzjonali realizzati matul il-perjodu kopert mill-RRP (ara hawn taħt, it-Tabella 5). L-impenji ser jiġu mmonitorjati matul l-implimentazzjoni tal-pjan. B'hekk, l-impenji skont l-RRP jistgħu jitqiesu għall-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament kif previst mill-Artikolu 36, il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(32) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni huwa mistenni li jtejjeb il-potenzjal tat-tkabbir u tar-reżiljenza tal-ekonomija tal-Belġju b'mod sostenibbli kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-pjan tal-Belġju ma jipprovdix stima tal-impatt ġenerali (potenzjali) mistenni fuq it-tkabbir tas-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni. Madankollu, tali impatt huwa rrapportat fil-pjan għal xi wħud mir-riformi, abbażi ta' analiżijiet mill-Uffiċċju Federali tal-Ippjanar (FPB) (istituzzjoni fiskali indipendenti) u mis-Servizz Federali tal-Pensjonijiet (FPS). Saret valutazzjoni addizzjonali mill-Uffiċċju Federali tal-Ippjanar bl-użu tal-mudell QUEST tal-Kummissjoni li jistma livell ta' PDG ogħla ta' 1,85 % sal-2040 li jirriżulta prinċipalment minn kompetittività mtejba u rata ogħla ta' impjieg li tistimula l-konsum privat. B'mod ġenerali, abbażi tal-informazzjoni pprovduta, l-istrateġija ekonomika wara s-sett ta' riformi u investimenti, inkluż l-impenji tal-RRP, tidher li tindirizza d-dgħufijiet identifikati qabel fil-potenzjal tat-tkabbir u tar-reżiljenza tal-Belġju (eż. fir-Rapporti tal-Pajjiżi tas-Semestru Ewropew). L-oqsma ewlenin ta' intervent jikkonċernaw ir-riformi tal-pensjonijiet, tas-suq tax-xogħol, tat-taxxa u tal-kompetittività, li jwasslu għal rata ogħla ta' parteċipazzjoni fl-impjiegi u investimenti akkumpanjati minn koordinazzjoni baġitarja msaħħa u effiċjenza mtejba tal-infiq pubbliku. |
|
(33) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni mistenni jappoġġa s-sostenibbiltà fiskali kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1263. Il-pjan ma jipprovdix stima tal-impatt ġenerali fiskali mistenni tas-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni. Saret valutazzjoni addizzjonali tal-impatt mill-Uffiċċju Federali tal-Ippjanar bl-użu tal-mudell QUEST li jistma titjib fil-bilanċ strutturali tal-gvern ta' 0,9 % tal-PDG sal-2040. Madankollu, il-pjan jinkludi valutazzjoni tal-impatt fiskali tal-miżuri federali ppjanati kollha għall-perjodu tal-pjan. Skont il-projezzjonijiet ipprovduti fil-pjan, il-Kummissjoni tistma li s-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni għandhom impatt annwali medju dirett li jnaqqas id-defiċit ta' madwar 0,7 % tal-PDG matul il-perjodu tal-pjan, prinċipalment minħabba l-impatt baġitarju tar-riformi strutturali tas-suq tax-xogħol u l-pensjonijiet (0,4 % tal-PDG), miżuri ġodda ta' dħul (“l-aktar mifruxa”, 0,2 % tal-PDG) u nefqa mnaqqsa fuq il-benefiċċji soċjali (pakkett ta' assistenza soċjali, 0,2 % tal-PDG), filwaqt li t-tnaqqis fit-taxxa fuq ix-xogħol għandu kost baġitarju medju (0,2 % tal-PDG). L-ispiża baġitarja tat-tnaqqis fit-taxxa fuq ix-xogħol hija kkonċentrata fl-aħħar sena tal-pjan (0,5 % tal-PDG fl-2029), li għadha tirriżulta f'titjib baġitarju kkombinat fl-2029 ta' 0,9 % tal-PDG li ġej mis-suq tax-xogħol u r-riformi tal-pensjonijiet (0,7 % tal-PDG), miżuri ġodda ta' dħul (0,3 % tal-PDG) u nefqa mnaqqsa fuq il-benefiċċji soċjali (0,4 % tal-PDG). |
|
(34) |
Il-pjan jiddikjara li r-riforma totali tal-pensjonijiet tal-gvern il-ġdid hija mistennija li tnaqqas in-nefqa fuq il-pensjonijiet b'EUR 2,4 biljun fl-2029. Għar-riforma tas-suq tax-xogħol, il-limitazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad, l-istimolu ta' xogħol itwal u l-prevenzjoni u r-riintegrazzjoni ta' ħaddiema morda fit-tul huma mistennija li jnaqqsu n-nefqa (EUR 2,7 biljun sal-2029). (14) Għar-riforma tat-taxxa ma jissemma l-ebda impatt fiskali fit-test iżda jista' jiġi dderivat mit-Tabella 7.1 dwar il-miżuri federali li t-tnaqqis fit-taxxa fuq ix-xogħol inaqqas id-dħul b'EUR 3,7 biljun, li huwa kkumpensat parzjalment miż-żidiet fit-taxxa “l-aktar mifruxa” (EUR 2,3 biljun) kif ukoll mit-tnaqqis fin-nefqa fuq il-pakkett tal-benesseri (EUR 2,8 biljun), kif spjegat fid-deskrizzjoni tal-miżura li l-kostijiet tat-tnaqqis fit-taxxa fuq ix-xogħol huma kkumpensati aktar mill-miżuri l-ġodda ta' dħul u mill-pakkett imnaqqas tal-benesseri. Barra minn hekk, l-estensjoni hija mirfuda minn żewġ riformi li huma mistennija jnaqqsu r-riskju tal-implimentazzjoni tal-konsolidazzjoni fiskali. Riforma waħda hija relatata mar-rieżamijiet tal-infiq bl-objettiv li jittejbu l-effiċjenza u l-kwalità tal-infiq pubbliku. It-tieni riforma għandha l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni baġitarja bejn l-entitajiet federali u federati u li tiddefinixxi mill-ġdid il-kompiti tal-Kunsill Għoli tal-Finanzi. Id-definizzjoni mill-ġdid tal-kompiti tal-Kunsill Għoli tal-Finanzi għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja u tal-persunal tagħhom. Dawn ir-riformi u l-investimenti huma wkoll inklużi fl-Anness II. It-tabella bil-miżuri diskrezzjonali federali tinkludi wkoll stima għall-effetti indiretti ta' EUR 7,9 biljun sa tmiem il-perjodu tal-pjan. Din l-istima hija bbażata fuq żieda fir-rata tal-parteċipazzjoni fl-impjiegi minn 72,3 % fl-2024 għal 80 %, li hija vvalutata bħala ottimista u li x'aktarx ma tintlaħaqx sal-2030. |
|
(35) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-UE kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'mod partikolari, ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tiġi indirizzata mir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet, it-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xogħol, ir-riforma tas-suq tax-xogħol inkluż ir-riintegrazzjoni ta' ħaddiema morda fit-tul, l-effiċjenza u l-kwalità mtejba tal-infiq pubbliku, it-titjib tal-koordinazzjoni baġitarja bejn il-livelli differenti tal-gvern u s-simplifikazzjoni tal-ambjent tan-negozju. Il-prijoritajiet marbuta ma' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta u mas-sigurtà tal-enerġija jiġu indirizzati bit-tnaqqis tat-tariffi tat-trażmissjoni tal-elettriku għall-industriji intensivi fl-enerġija u mid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-gvern. |
|
(36) |
Is-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni għandu l-intenzjoni li jindirizza s-CSRs rilevanti (15) maħruġa bħala parti mis-Semestru Ewropew kif meħtieġ mill-Artikolu 14(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'mod partikolari, ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet, l-effiċjenza u l-kwalità mtejba tal-infiq pubbliku u t-titjib tal-koordinazzjoni baġitarja bejn il-livelli differenti tal-gvern huma relatati mas-CSRs strutturali fiskali fl-2024 u l-2019. Dawn is-CSRs talbu lill-Belġju jiżgura s-sostenibbiltà fiskali tas-sistema tal-pensjonijiet, itejjeb il-kompożizzjoni u l-effiċjenza tal-infiq pubbliku u l-koordinazzjoni tal-politiki fiskali mil-livelli kollha tal-gvern. Ir-riforma tat-taxxa fuq ix-xogħol, ir-riforma tas-suq tax-xogħol inkluża r-riintegrazzjoni ta' benefiċċji tal-mard fit-tul u l-limitazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad fil-ħin huma relatati mas-CSRs fl-2019, fl-2021, fl-2022, fl-2023 u fl-2024, li jitolbu riforma tas-sistema tat-taxxa u tal-benefiċċji biex jitneħħew id-diżinċentivi għax-xogħol. Il-miżura li ttejjeb l-ambjent tan-negozju u tnaqqas il-piż amministrattiv hija relatata mas-CSRs fl-2019, fl-2020 u fl-2024, u titlob li jittejjeb l-ambjent tan-negozju u li jitnaqqsu l-piż regolatorju u l-kumplessità. |
|
(37) |
Il-pjan jiżgura li jinżamm il-livell ġenerali ppjanat ta' investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali mwettaq bħala medja matul il-perjodu kopert mill-RRP, kif meħtieġ mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2024/1263. Tabella 5: Investiment pubbliku ffinanzjat fil-livell nazzjonali skont il-pjan (% tal-PDG)
|
|||||||||||||||||||||
|
(38) |
Fl-aħħar nett, is-sett ta' impenji ta' riforma u investiment li jirfdu estensjoni jista' jitqies bħala konsistenti mal-impenji fl-RRP u l-Ftehim ta' Sħubija miftiehem skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif meħtieġ mill-Artikolu (14)(4) tar-Regolament (UE) 2024/1263. L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali għar-riforma tal-pensjonijiet u r-rieżamijiet tal-infiq huma konsistenti mal-impenji meħuda skont l-RRP. |
|
(39) |
Bħala konklużjoni, is-sett ta' riformi u ta' investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament huwa vvalutat bħala li jissodisfa, b'mod ġenerali, il-kriterji fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2024/1263. B'riżultat ta' dan, il-perjodu ta' aġġustament jista' jiġi estiż minn 4 sa 7 snin, kif ippreżentat fil-pjan. |
Intenzjonijiet oħra ta' riformi u ta' investiment fil-pjan li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni
|
(40) |
Minbarra s-sett ta' riformi u ta' investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, il-pjan jiddeskrivi l-impenji ta' politika li jikkonċernaw riformi u investimenti oħra biex jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, speċjalment is-CSRs, u biex jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-UE. Il-pjan jinkludi 44 riforma u investiment, li minnhom 12 huma appoġġati finanzjarjament mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u 1 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. |
|
(41) |
Rigward il-prijorità komuni ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, inkluż l-objettivi klimatiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), il-pjan jinkludi 20 riforma u investiment. B'rabta mas-CSRs tal-2022 u l-2023 biex titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili, jiżdied it-titjib fl-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-użu tal-fjuwils fossili fil-bini, u tiġi stimulata aktar id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, il-pjan jinkludi miżuri bħaż-żieda fir-rata tal-VAT fuq ċerti fjuwils fossili (livell federali), aktar għotjiet u self għar-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija (inklużi fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza), it-trasferiment tal-imposti mill-elettriku għall-fjuwils fossili, l-iżvilupp ta' pjan ta' tranżizzjoni klimatika industrijali (Flanders), l-investiment fir-rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija tal-bini pubbliku u fi pjattaforma ta' riċerka dwar it-tranżizzjoni ekoloġika (inkluża fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) (il-Komunità Franċiża). B'rabta mas-CSRs tal-2019, l-2022, l-2023 u l-2024 dwar il-mobbiltà mhux motorizzata u ż-żieda fl-użu u l-provvista ta' trasport b'emissjonijiet baxxi, il-miżuri rilevanti jikkonċernaw l-investiment fl-infrastruttura taċ-ċikliżmu u t-trasport pubbliku fi Flanders (inkluż fl-RRF), kif ukoll ir-riforma tat-tassazzjoni tal-vetturi u l-investiment fin-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u r-rinnovazzjoni tal-pontijiet fil-Wallonia. Il-miżuri fil-pjan relatati mal-prijorità tat-tranżizzjoni diġitali jinkludu strateġija diġitali għall-edukazzjoni għolja u d-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-indukrar tat-tfal fil-Komunità Franċiża (inkluża fl-RRF) u investimenti fid-diġitalizzazzjoni u ċ-ċibersigurtà tal-SMEs fi Flanders. |
|
(42) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tar-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan jinkludi 16-il riforma u investiment relatati mas-CSR tal-2019 dwar is-sostenibbiltà fiskali tal-finanzi pubbliċi, bħar-rieżami tad-dħul u l-ispejjeż u t-titjib tal-kura fit-tul fi Flanders, kif ukoll l-investiment fil-prevenzjoni tas-saħħa fil-Wallonia. B'rabta mas-CSRs fl-2019, fl-2022, fl-2023 u fl-2024 biex jiġu indirizzati n-nuqqas ta' ħaddiema u l-ispariġġ fil-ħiliet, il-pjan jinkludi miżuri għar-riforma tas-sistema tal-benefiċċji soċjali (livell federali), biex tissaħħaħ l-attivazzjoni tal-persuni li qed ifittxu impjieg u biex il-kompetenzi tal-persuni li qed ifittxu impjieg jiġu allinjati aħjar mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol (appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) (Flanders), biex tiġi riformata l-politika tal-impjiegi (Wallonia), biex isir investiment fl-indukrar bikri tat-tfal fi Flanders u fil-Wallonia. B'rabta mas-CSRs fl-2019, fl-2022, fl-2023 u fl-2024 biex jittejbu s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-pjan jinkludi miżuri għar-riforma tal-kurrikulu bażiku u għat-tisħiħ tal-għarfien tal-lingwi fis-sistema edukattiva Fjamminga u għall-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola fil-Komunità Franċiża (inkluż fl-RRF). B'rabta mas-CSRs fl-2019 u fl-2024 biex jitnaqqas il-piż regolatorju u amministrattiv għall-kumpaniji, il-pjan jinkludi miżuri biex jiġi ssimplifikat l-ambjent tan-negozju fi Flanders. |
|
(43) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tas-sigurtà tal-enerġija, il-pjan jinkludi tliet miżuri, bħall-istudju u l-iżvilupp ta' reatturi nukleari żgħar (SMRs) u riċerka ulterjuri dwar il-kapaċità nukleari. B'rabta mas-CSR tal-2022 u l-2023 biex jitħaffef l-użu tal-enerġiji rinnovabbli u l-infrastruttura tal-grilja relatata, il-pjan jinkludi miżuri bħas-simplifikazzjoni ulterjuri tal-proċeduri għall-għoti ta' permessi fi Flanders. |
|
(44) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tal-mezzi ta' difiża, il-pjan jinkludi tliet miżuri biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan strateġiku ta' difiża tiegħu STAR (Sigurtà/Servizz, Teknoloġija, Ambizzjoni, Reżiljenza) bil-ħsieb li tissaħħaħ il-politika ta' difiża u jissaħħu l-mezzi ta' difiża tagħha lil hinn min-norma tan-NATO. Il-pjan jinkludi wkoll appoġġ għall-innovazzjoni mmirat lejn l-industrija tad-difiża fi Flanders. |
|
(45) |
Il-pjan jipprovdi informazzjoni dwar il-konsistenza u, fejn xieraq, il-komplementarjetà, mal-fondi tal-politika ta' koeżjoni u mal-RRP tal-Belġju. Il-pjan jissottolinja li l-entitajiet kollha tal-gvern jagħtu impenn biex jimplimentaw l-RRP f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Barra minn hekk, ir-reġjun Fjamming jiddikjara l-impenn tiegħu li jimplimenta l-proġetti tal-politika ta' koeżjoni għall-2021-2027. |
|
(46) |
Il-pjan jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-bżonn ta' investiment pubbliku tal-Belġju b'rabta mal-prijoritajiet komuni tal-UE. Fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, il-pjan jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fl-enerġija rinnovabbli, fin-network ferrovjarju u fiċ-ċibersigurtà. Fir-rigward tar-reżiljenza soċjali u ekonomika, il-pjan jirreferi għall-ħtiġijiet ta' investiment biex tiġi riformata s-sistema tal-pensjonijiet u biex il-Belġju jiġi mħeġġeġ jinvolvi ruħu f'attivitajiet intraprenditorjali billi jipprovdi ambjent attraenti bl-inqas ostakli possibbli. Fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija, il-pjan jenfasizza l-ħtieġa li l-Belġju jsaħħaħ is-sigurtà tat-tagħmir tal-enerġija tiegħu, billi jinvesti fir-riċerka u fil-grilja elettrika tiegħu biex jagħmilha aktar robusta. Fir-rigward taż-żieda fil-mezzi ta' difiża, il-pjan jenfasizza l-ambizzjoni tal-Belġju li jikkonforma mal-impenji tan-NATO. |
Konklużjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni
|
(47) |
B'mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjan tal-Belġju jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
KONKLUŻJONI ĠENERALI TAL-KUNSILL
|
(48) |
Il-Kunsill jilqa' l-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju tal-Belġju u jqis li l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu twassal biex jiġu żgurati finanzi pubbliċi sodi u tiġi appoġġata s-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku kif ukoll tkabbir sostenibbli u inklużiv. |
|
(49) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-pjan mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tal-pjanijiet futuri f'dokument separat mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. |
|
(50) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-perkors tan-nefqa netta u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan, inkluż fir-rigward tal-gwida minn qabel mill-Kummissjoni, kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan għad-defiċit u d-dejn tal-gvern. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi u fiskali, filwaqt li f'xi każijiet huma differenti mis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni billi jipprovdu għal data makroekonomika u fiskali aġġornata, huma ġeneralment debitament ġustifikati u sostnuti minn argumenti ekonomiċi sodi. Il-Kunsill jieħu nota tal-istrateġija fiskali wiesgħa tal-pjan u r-riskji għall-prospettiva, li jistgħu jaffettwaw il-materjalizzazzjoni tax-xenarju makroekonomiku u s-suppożizzjonijiet sottostanti u t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan. Il-Kunsill jinnota wkoll li r-riskji ġeopolitiċi jistgħu jagħmlu pressjoni fuq in-nefqa fid-difiża. |
|
(51) |
Il-Kunsill jistenna li l-Belġju tkun lesta taġġusta l-istrateġija fiskali tagħha kif meħtieġ biex tiżgura t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta tagħha. Il-Kunsill huwa determinat li jissorvelja mill-qrib l-iżviluppi ekonomiċi u fiskali, inkluż dawk sottostanti għax-xenarju tal-pjan. |
|
(52) |
Il-Kunsill iqis li aktar diskussjonijiet biex jinstab fehim komuni dwar l-implikazzjonijiet ta' sorveljanza annwali tar-rati ta' tkabbir kumulattiv tan-nefqa netta huma meħtieġa fil-ħin għaċ-ċiklu li jmiss ta' sorveljanza fiskali. |
|
(53) |
Il-Kunsill japprova s-sett ta' impenji ta' riforma u investiment ippreżentati mill-Belġju fil-pjan fuq terminu medju tagħha li jirfed l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament u jilqa' l-isforzi biex jiġi kkwantifikat l-impatt fuq it-tkabbir u s-sostenibbiltà fiskali. Il-Kunsill jaqbel mal-Kummissjoni li s-sett ta' impenji ta' riformi u investimenti ppreżentati mill-Belġju jiġġustifikaw estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament minn 4 għal 7 snin. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tindika l-issodisfar, meħuda flimkien, tal-kriterji fl-Artikolu 14, b'kont meħud ukoll tad-dispożizzjoni tranżizzjonali tal-Artikolu 36, il-punt (1d), tar-Regolament (UE) 2024/1263 mis-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tindika li l-impenji ta' riforma u investiment huma mistennija jtejbu l-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza tal-ekonomija b'mod sostenibbli u jappoġġaw is-sostenibbiltà fiskali. Il-Kunsill jirrakkomanda li l-Belġju jimplimenta bis-sħiħ is-sett ta' impenji ta' riformi u investimenti biex jippreserva l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament. |
|
(54) |
Il-Kunsill jieħu nota tad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni tar-riformi u l-ħtiġijiet u l-intenzjonijiet ta' investiment, minbarra l-valutazzjoni tas-sett ta' impenji ta' riforma u ta' investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament, b'reazzjoni għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat it-twettiq ta' tali riformi u investimenti. Il-Kunsill, abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni, ser jivvaluta tali riformi u investimenti u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew. |
|
(55) |
Il-Kunsill jistenna b'interess ir-rapporti ta' progress annwali mill-Belġju li għandhom jinkludu, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit mill-Kunsill, u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti usa' fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll l-implimentazzjoni tas-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament. |
|
(56) |
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit fil-pjan jenħtieġ li jiġi rrakkomandat mill-Kunsill lill-Belġju u s-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament għal 7 snin jenħtieġ li jiġi approvat. |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li L-BELĠJU:
|
1. |
Jiżgura li t-tkabbir fin-nefqa netta ma jaqbiżx il-massimi stabbiliti fl-Anness I ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
2. |
Jimplimenta s-sett ta' riformi u investimenti li jirfdu l-estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali għal 7 snin, kif stabbilit fl-Anness II ta' din ir-Rakkomandazzjoni, sal-iskadenzi indikati. |
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1264 tad-29 ta' April 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L, 2024/1264, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1264/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta' April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L, 2024/1265, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1265/oj).
(4) In-nefqa netta kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/1263, jiġifieri n-nefqa tal-gvern netta minn (i) nefqa fuq l-imgħax, (ii) miżuri tad-dħul diskrezzjonali, (iii) nefqa fuq il-programmi tal-Unjoni ffinanzjata kompletament minn dħul minn fondi tal-Unjoni, (iv) nefqa nazzjonali fuq il-kofinanzjament ta' programmi ffinanzjati mill-Unjoni, (v) elementi ċikliċi tan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad u (vi) miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra.
(5) Gwida minn qabel trażmessa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tinkludi trajettorji mingħajr u b'estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament (li jkopri 4 u 7 snin, rispettivament). Dan jinkludi wkoll il-kundizzjonijiet inizjali ewlenin u s-suppożizzjonijiet sottostanti użati fil-qafas tal-projezzjoni tad-dejn tal-gvern fuq terminu medju tal-Kummissjoni Ewropea. It-trajettorja referenzjarja ġiet ikkalkulata abbażi tal-metodoloġija deskritta fid-dokument Debt Sustainability Monitor 2023 tal-Kummissjoni Ewropea (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/debt-sustainability-monitor-2023_en). Hija bbażata fuq it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea u l-estensjoni tiegħu fuq terminu medju sal-2034, u t-tkabbir tal-PDG fit-tul u l-kostijiet tat-tixjiħ huma konformi mar-rapport konġunt 2024 Ageing Report tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/2024-ageing-report-economic-and-budgetary-projections-eu-member-states-2022-2070_en).
(6) Il-Belġju: tabelli ta' gwida minn qabel (https://economy-finance.ec.europa.eu/document/download/a785a06d-962e-4366-9024-e80643258ac5_en?filename=Commission_prior_guidance-belgium_en.pdf&prefLang=sl).
(7) ĠU L, 2024/2125, 1.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2125/oj.
(8) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 5032/25 PDE - Belġju.
(9) Opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta' Ġunju 2025 dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-2025 tal-Belġju.
(10) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2024 dwar il-politiki ekonomiċi, baġitarji, tal-impjiegi u strutturali tal-Belġju (ĠU C, C/2024/6808, 29.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6808/oj).
(11) Ir-rati ta' tkabbir kumulattiv huma kkalkulati b'referenza għas-sena bażi 2024, minħabba li d-data tal-eżitu tal-2024 kienet disponibbli matul il-fażi ta' valutazzjoni.
(12) Id-data tal-eżitu tal-2024 tad-dejn tal-gvern hija ta' 104,7 % tal-PDG skont l-Eurostat (gov_10q_ggdebt) li hija ogħla miċ-ċifra fil-pjan (103,4 %; ara t-Tabella 3).
(*1) Data vvalidata mill-Eurostat għall-2024: dejn 104,7 %, bilanċ ta' -4,5 %.
(*2) Notifika tal-PDE tal-Eurostat: bilanċ ippjanat ta' -5,2 % fl-2025.
(13) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.
(14) It-Tabella 7.1 tiddikjara li r-riforma tal-pensjonijiet u tas-suq tax-xogħol tammonta għal EUR 5,08 biljun sal-2029 bit-tnaqqis ta' EUR 2,4 biljun għar-riforma tal-pensjonijiet ugwali għal EUR 2,7 biljun għar-riformi tas-suq tax-xogħol.
(15) CSRs meqjusa “rilevanti” huma rakkomandazzjonijiet: i) adottati mill-Kunsill mill-2019 'il quddiem, ii) li għalihom l-Istat Membru għadu ma għamilx progress “sħiħ” jew “sostanzjali” fl-indirizzar tagħhom u li mhumiex skaduti (ivvalutati bħala “Mhux Ivvalutati/L-Ebda Input x'Jiżdied”), kif ivvalutat fl-aħħar eżerċizzju ta' sorveljanza tas-Semestru Ewropew (disponibbli f'CeSaR (europa.eu)), iii) mhux marbuta ma' PST purament fiskali u iv) ma jkoprux l-istess sfida iżda b'mod riformulat.
(1) Huwa preżunt u aċċettat li ż-żewġ perjodi ser jikkoinċidu. Ir-rekwiżit li jinżamm il-livell ta' investiment huwa maħsub li japplika għas-snin wara t-tmiem tal-ħajja tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
ANNESS I
Rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta (rati ta' tkabbir annwali u kumulattiv, f'termini nominali)
Il-Belġju
|
Snin |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
|
Rati ta' tkabbir (%) |
Annwali |
3,6 |
2,5 |
2,5 |
2,1 |
2,1 |
|
Kumulattiv (*1) |
3,6 |
6,1 |
8,8 |
11,1 |
13,4 |
|
(*1) Ir-rati ta' tkabbir kumulattiv huma kkalkolati b'referenza għas-sena bażi tal-2024. Ir-rati ta' tkabbir kumulattiv jintużaw fil-monitoraġġ annwali tal-konformità ex post fil-kont ta' kontroll.
ANNESS II
Sett ta' riformi u investimenti li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament għal 7 snin
|
|
Objettiv ewlieni |
Deskrizzjoni u twaqqit tal-passi ewlenin |
Indikatur(i) ta' monitoraġġ |
||||||||||||||||||
|
Riforma tal-pensjonijiet (Żieda mal-miżura R-4.07 tal-RRP) |
Titjib tas-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjoni fuq terminu medju |
Sar-raba' trimestru tal-2025, it-twettiq tal-istadji importanti C44-R-407-M157 u C44-R-407-M158 tal-RRP tal-Belġju, b'mod partikolari billi titnaqqas b'mod permanenti ż-żieda projettata fin-nefqa pubblika fuq il-pensjonijiet b'mill-inqas 0,3 % tal-PDG sal-2029 u b'mill-inqas 1,0 % tal-PDG sal-2040, meta mqabbla mal-projezzjonijiet tar-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2024, filwaqt li jiġi żgurat li l-impatt ġenerali tar-riforma tal-pensjonijiet bejn l-2029 u l-2070 ma jirriżultax f'akkumulazzjoni tad-dejn. Sal-ewwel trimestru tal-2027, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni inkluż dwar il-miżuri li ġejjin
Sar-raba' trimestru tal-2029, it-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt tar-riforma tal-pensjonijiet. |
It-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti C44-R-407-M157 u C44-R-407-M158 tal-RRP tal-Belġju. It-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt tar-riforma tal-pensjonijiet mill-Uffiċċju Federali tal-Ippjanar. |
||||||||||||||||||
|
Rieżamijiet tal-infiq (Żieda mal-miżura R-6 tal-RRP) |
Adozzjoni ta' miri obbligatorji għall-iffrankar għas-snin 2026–2029 |
Sar-raba' trimestru tal-2026, ir-rieżamijiet sħaħ tal-infiq fl-oqsma ta' a) is-sussidji għall-fjuwils fossili u b) l-eżenzjoni mit-taxxa minn ras l-għajn għax-xogħol ta' riċerka u żvilupp, is-sahra u x-xogħol billejl/bix-xift. Mir-raba' trimestru tal-2026, it-twettiq ta' rapport annwali tal-valutazzjoni tal-impatt li jispjega t-tnaqqis ġenerali permanenti tan-nefqa annwali ta' mill-inqas 0,1 % tal-PDG fl-2026, u mir-raba' trimestru tal-2029 ta' mill-inqas 0,3 % fl-2029, meta mqabbel mal-projezzjonijiet tan-nefqa b'politiki mhux mibdula. |
Twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti C61-R-6-M207 tal-RRP tal-Belġju. Tlestija tar-rieżamijiet tal-infiq mill-awtoritajiet Federali fl-oqsma ta' a) is-sussidji għall-fjuwils fossili u b) l-eżenzjoni mit-taxxa minn ras l-għajn għax-xogħol ta' riċerka u żvilupp, is-sahra u x-xogħol billejl/bix-xift. Twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt annwali li tispjega l-kisba ta' tnaqqis permanenti tan-nefqa annwali sal-2029 meta mqabbla mal-projezzjonijiet tan-nefqa b'politiki mhux mibdula. |
||||||||||||||||||
|
Riforma tas-suq tax-xogħol (miżura ġdida) |
Tisħiħ tal-inċentivi għax-xogħol u tnaqqis tal-mard fit-tul |
Sar-raba' trimestru tal-2025, id-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni li tnaqqas b'mod permanenti n-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika fuq il-benefiċċji tal-qgħad u l-liv tal-mard fit-tul b'mill-inqas 0,3 % tal-PDG fis-sena mill-2027 permezz:
Sat-tieni trimestru tal-2027, it-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt li tiġġustifika t-tnaqqis permanenti ta' 0,3 % tal-PDG fin-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad u l-liv tal-mard fit-tul, meta mqabbel mal-projezzjonijiet tan-nefqa b'politiki mhux mibdula. |
Id-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni biex jitnaqqsu l-benefiċċji tal-qgħad u l-mard fit-tul. It-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt li turi t-tnaqqis permanenti tan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad u l-liv tal-mard fit-tul. |
||||||||||||||||||
|
Riforma tat-taxxa (miżura ġdida) |
Iż-żieda tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz tat-tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol u t-tneħħija tan-nefqa tat-taxxa |
Sal-ewwel trimestru tal-2026, id-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni li tnaqqas il-piż tat-taxxa għal dawk attivi fis-suq tax-xogħol, li jammonta għal total ta' 0,5 % tal-PDG fl-2029 inkluż permezz:
Sal-ewwel trimestru tal-2026, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tiffinanzja t-tnaqqis fit-taxxa fuq ix-xogħol ta' 0,5 % tal-PDG fl-2029 permezz:
Twettiq sat-tieni trimestru tal-2029 ta' valutazzjoni tal-impatt li jiġġustifika l-impatt baġitarju ta' 0,5 % tal-PDG tal-miżuri kkombinati tar-riforma tat-taxxa, meta mqabbla ma' politiki mhux mibdula. |
Dħul fis-seħħ ta' liġi għar-riforma tat-tassazzjoni fuq ix-xogħol. Dħul fis-seħħ ta' liġi li tintroduċi taxxa fuq il-qligħ kapitali. Adozzjoni ta' deċiżjoni li tillimita l-pakkett tal-benesseri. Twettiq sat-tieni trimestru tal-2029 ta' valutazzjoni tal-impatt li jiġġustifika l-impatt baġitarju tal-miżuri kkombinati tar-riforma tat-taxxa. |
||||||||||||||||||
|
Koordinazzjoni baġitarja (miżura ġdida) |
Implimentazzjoni ta' koordinazzjoni baġitarja effettiva bejn l-entitajiet federali u federati |
Sar-raba' trimestru tal-2025, id-dħul fis-seħħ ta' leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata:
Sar-raba' trimestru tal-2026, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata koordinazzjoni baġitarja effettiva bejn l-entitajiet federali u federati billi jiġu stabbiliti miri baġitarji pluriennali għall-entitajiet kollha. |
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni effettiva tal-ftehim ta' kooperazzjoni adattat tal-2013 biex tiġi żgurata koordinazzjoni baġitarja effettiva bejn l-entitajiet federali u federati. Adozzjoni ta' Digriet Irjali li jiddefinixxi mill-ġdid il-kompiti tat-Taqsima Rekwiżit ta' Self tas-Settur Pubbliku tal-Kunsill Għoli tal-Finanzi. |
||||||||||||||||||
|
Ambjent u regolamentazzjoni tan-negozju (miżura ġdida) |
Titjib tal-ambjent tan-negozju billi tiġi ssimplifikata r-regolamentazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv |
Sar-raba' trimestru tal-2025, id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri biex jittejjeb l-ambjent tan-negozju permezz ta':
|
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri biex jittejjeb l-ambjent tan-negozju. Twettiq tal-pjan għall-SME. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3698/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)