European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2748

20.5.2025

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) flimkien mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(C/2025/2748)

Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tirrapreżenta f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), proċedura ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Vesuvio”

PDO-IT-A0252-AM02

Data tal-applikazzjoni: 24.5.2017

1.   Applikant u interess leġittimu

Vesuvio DOP Consorzio Tutela Vini (assoċjazzjoni tal-protezzjoni tad-DOP Vesuvio)

2.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

Rabta

Restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni

3.   Deskrizzjoni u Raġunijiet: għall-emenda

1.   L-inklużjoni ta’ tipi ġodda ta’ nbid: Superiore, Riserva u Passito, u nbejjed b’referenza għall-varjetà tal-għeneb; u l-inbid spumanti bħala tip ta’ Vesuvio abjad, Vesuvio rożè u Lacryma Christi rożè, u nbejjed b’referenza għall-varjetà tal-għeneb

Deskrizzjoni:

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kienet tinvolvi ż-żieda tat-tipi l-ġodda elenkati hawn fuq (u l-bidliet fit-taħlita tal-varjetajiet tal-għeneb). L-emenda tqieset meħtieġa biex l-Ispeċifikazzjoni ssir konformi mas-sitwazzjoni attwali fiż-żona tal-vitikultura kif żviluppat matul is-snin. Dan kien jinkludi t-tneħħija tal-varjetà tal-għeneb Verdeca B, li ma għadhiex preżenti fil-vinji u għalhekk ma għadhiex fost il-varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-inbejjed. Il-Caprettone B ġie miżjud mal-lista tal-varjetajiet. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti ġie identifikat bi żball bħala sinonimu ta’ Coda di Volpe B.

Raġunijiet:

L-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tmur lura għall-1983. Matul is-snin, is-suq inbidel u s-settur adatta mingħajr ma saru emendi fl-Ispeċifikazzjoni, u b’hekk sar obsolet f’termini ta’ rekwiżiti settorjali u tas-suq.

L-introduzzjoni ta’ tipi ġodda għamlitha possibbli li jintużaw varjetajiet uniċi minn fost il-varjetajiet ewlenin disponibbli. It-tipi l-ġodda ġew inklużi sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġu offruti prodott aktar kumpless u lest, fattur li jtejjeb il-kwalità tad-denominazzjoni.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 2 u 6 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-taqsimiet rilevanti tad-Dokument Uniku: 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, 5.2 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid - rendimenti massimi”, 7 “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed” u 8 “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet”.

2.   L-inklużjoni tal-kategorija l-ġdida ta’ “Inbid spumanti ta’ kwalità” għall-Vesuvio Lacryma Christi abjad, kif ukoll għall-Vesuvio abjad u rożè u l-Lacryma Christi rożè, u għall-inbejjed b’referenza għall-varjetà tal-għeneb

Deskrizzjoni:

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni kienet tinkludi ż-żieda tal-kategorija “Inbid spumanti ta’ kwalità”. Hemm storja ta’ dan it-tip ta’ nbid fir-reġjun iżda qatt ma ngħata l-prominenza dovuta.

Raġunijiet:

L-inklużjoni ta’ “Inbejjed spumanti ta’ kwalità” żiedet il-prestiġju lil tradizzjoni li minn dejjem kellha l-għeruq tagħha fiż-żona. Dan ipprovda ftuħ għal suq niċċa b’riżultat ekonomiku pożittiv għas-settur kollu.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 2 u 6 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-taqsimiet rilevanti tad-Dokument Uniku: 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, 5.2 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid - rendimenti massimi”, 7 “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed” u 8 “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet”.

3.   Reviżjoni tal-lista tal-varjetajiet tal-għeneb u l-inklużjoni tal-varjetà Caprettone B

Deskrizzjoni:

Il-perċentwali tal-varjetajiet ewlenin ġew riveduti, biż-żieda tat-tipi Riserva, Superiore, Spumanti u tal-inbejjed b’varjetà waħda. Għall-inbejjed Lacryma Christi, dan jagħmilha possibbli li 20 % tal-għeneb użat ikun ta’ varjetajiet imkabbra b’mod speċjali fil-provinċja ta’ Napli. Fil-każ tal-inbejjed Vesuvio b’varjetà waħda, issa huwa possibbli li 15 % tal-għeneb użat ikun ta’ varjetajiet imkabbra b’mod speċjali fil-provinċja ta’ Napli. Il-varjetà Verdeca B tneħħiet.

Raġunijiet:

Il-lista tal-varjetajiet ġiet estiża bl-inklużjoni tal-Caprettone B, li minn dejjem kienet il-varjetà tal-għeneb abjad l-aktar komuni mkabbra fuq il-Muntanja Vesuvju. Il-Verdeca B tneħħiet peress li ma għadhiex preżenti fil-vinji u għalhekk ma għadhiex fost il-varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-inbejjed.

Il-lista tal-varjetajiet għall-inbejjed Lacryma Christi taġixxi bħala linja gwida, u tippermetti li l-inbejjed ikollhom tema komuni li l-konsumaturi jistgħu jirrikonoxxu. Dan jikkonsisti mill-varjetà ewlenija ta’ għeneb użata u, naturalment, l-element vulkaniku tal-ħamrija li jikkaratterizza l-inbejjed.

Il-Caprettone B hija rikonoxxuta lokalment bħala varjetà identifikata bid-denominazzjoni. L-inklużjoni tagħha fost il-varjetajiet ewlenin hija meqjusa bħala fattur assoċjat b’mod qawwi mal-kwalità u mal-valur tad-denominazzjoni.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-taqsimiet rilevanti tad-Dokument Uniku: 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, 5.2 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid - rendimenti massimi”, u 7 “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed”.

4.   Ġew deskritti ċerti metodi ta’ vitikultura

Deskrizzjoni:

1)

Il-kliem li ġej tħassar: “u bl-eċċezzjoni ta’ dawk [iż-żoni tal-art] li huma partikolarment umdi”.

2)

Iddaħħlet tabella li turi r-rendimenti massimi u l-qawwa alkoħolika ta’ kull tip.

3)

Ġiet miżjuda deskrizzjoni tat-tip Vesuvio Lacryma Christi Passito.

4)

Il-produzzjoni massima tal-għeneb f’tunnellati/ettaru ġiet stipulata għal snin eċċezzjonalment favorevoli, u l-irrigazzjoni ta’ emerġenza b’installazzjonijiet fissi hija permessa.

5)

Ġew permessi installazzjonijiet fissi għat-tisqija ta’ emerġenza; tneħħa punt speċifiku dwar il-produzzjoni tat-tipi ta’ Vesuvio rożè, ħomor u bojod.

6)

Ġiet speċifikata densità minima ta’ 2 500 pjanta għal kull ettaru, kemm għat-tħawwil ġdid kif ukoll għat-tħawwil mill-ġdid.

Raġunijiet:

1)

Il-kliem imħassar kien żejjed peress li, minħabba l-prossimità għall-baħar u l-klima attwali, ma hemm l-ebda problema ta’ umdità.

2)

Sabiex l-Ispeċifikazzjoni tkun aktar faċli biex tinftiehem, kien meħtieġ li tiddaħħal it-tabella ta’ spjegazzjoni tal-valuri.

3)

Ir-referenza għat-tip Passito b’referenza għall-qawwa alkoħolika naturali trid tiġi ddikjarata fil-mument tal-ħsad sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju fis-settur.

4)

L-istipulazzjoni hija meħtieġa għall-interpretazzjoni korretta tal-Ispeċifikazzjoni.

5)

L-awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet fissi kienet essenzjali peress li, minħabba l-art, ma kienx possibbli li jiġu ttrasferiti u mmuntati f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza biss peress li l-ispejjeż ikunu għoljin wisq.

6)

In-numru speċifiku ta’ ettari ġie inkluż sabiex il-faċilitajiet ta’ produzzjoni jkollhom punt ta’ tluq ugwali fit-territorju kollu.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-Taqsima rilevanti tad-Dokument Uniku: 5.2 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid - rendimenti massimi”.

5.   L-inklużjoni tad-demarkazzjoni taż-żona tal-ibbottiljar

Deskrizzjoni:

Żdied rekwiżit biex l-inbid jiġi bbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-partijiet li tradizzjonalment wettqu l-ibbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata.

Fil-fatt, f’konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tissalvagwardja d-drittijiet eżistenti, hemm dispożizzjoni għal awtorizzazzjonijiet individwali għal partijiet li tradizzjonalment wettqu bbottiljar barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata, li jippermettulhom ikomplu l-ibbottiljar. B’mod partikolari, biex jiksbu awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Foresti, il-kumpaniji tal-ibbottiljar ikkonċernati jridu jissottomettu d-dokumentazzjoni xierqa u juru li bbottiljaw id-DOP jew l-IĠP speċifika għal mill-inqas sentejn mill-aħħar 5 snin (dan ma għandux għalfejn ikun perjodu mhux interrott ta’ sentejn).

Il-proċessi involuti fil-produzzjoni tal-inbid spumanti, inklużi l-formazzjoni tar-ragħwa, l-operazzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ taħlil, issa huma ristretti għaż-żona tal-produzzjoni flimkien mat-territorju amministrattiv tar-Reġjun tal-Campania.

Raġunijiet:

F’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE, ir-rekwiżit li l-ibbottiljar isir fiż-żona demarkata huwa ġġustifikat fl-interess li tiġi ssalvagwardjata l-kwalità tal-prodott, tiġi ggarantita l-oriġini, jiġi żgurat li l-kontrolli jkunu effettivi u tiġi ppreservata l-katina tal-produzzjoni kollha sabiex isir l-aħjar użu possibbli miż-żona lokali u tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott.

Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet distintivi li ż-żona tal-oriġini tagħti lill-inbejjed tad-DOP Vesuvio huma protetti aħjar billi l-inbid jiġi bbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni, peress li dan ifisser li r-regoli tekniċi kollha dwar it-trasport u l-ibbottiljar jiġu applikati u infurzati taħt ir-responsabbiltà u bil-kompetenza professjonali tal-produtturi tal-inbid ta’ dik l-istess żona demarkata.

Dan ir-rekwiżit jevita r-riskji possibbli involuti fit-trasport tal-inbid barra miż-żona, bħall-ossidazzjoni u l-istress termali minn temperaturi għoljin jew baxxi jew id-deterjorament tal-prodott bl-effetti negattivi konsegwenti fuq il-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi tiegħu (l-aċidità, il-polifenoli u s-sustanzi kuluranti), il-karatteristiċi organolettiċi (il-kulur, it-togħma) u l-istabbiltà. Ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika (minn batterji, viruses, fungi, moffa jew ħmira) jitnaqqas ukoll. Dan ir-rekwiżit jibbenefika lill-operaturi, li huma konxji mir-riskji u responsabbli għall-preservazzjoni tal-kwalità tad-DOP, u jagħti lill-konsumaturi assigurazzjoni rigward l-oriġini u l-kwalità tal-inbejjed u l-konformità tagħhom mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Barra minn hekk, il-kontrolli mill-korpi kompetenti huma aktar effettivi f’żona iżgħar.

L-applikazzjoni tal-limitu għaż-żona tal-produzzjoni għall-ibbottiljar tad-DOP Vesuvio, rekwiżit applikat minn ismijiet oħra ta’ nbejjed ta’ suċċess, jikkostitwixxi wkoll pass kbir ’il quddiem fit-titjib tal-kwalità ssuġġerita mill-isem. Din l-emenda proposta għandha l-għan li tqiegħed id-DOP bħala wieħed mill-aktar ismijiet storiċi importanti li jidentifikaw l-inbejjed tal-kategoriji u t-tipi deskritti f’dan id-Dokument Uniku u fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-applikazzjoni tal-limitu għaż-żona tal-produzzjoni tal-inbid spumanti għandha l-għan li tissalvagwardja l-kwalità tal-prodott, tiggarantixxi l-oriġini tiegħu u tiżgura li l-ispezzjonijiet ikunu effettivi u f’waqthom. Għalhekk, dan ir-rekwiżit huwa ta’ benefiċċju għall-operaturi nfushom, li huma konxji tar-riskji u responsabbli għall-preservazzjoni tal-kwalità tal-inbejjed, filwaqt li jagħti lill-konsumaturi assigurazzjoni dwar l-oriġini u l-kwalità tal-inbejjed u l-konformità tagħhom mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-Taqsima rilevanti 9 “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-Dokument Uniku.

6.   Deskrizzjoni tal-karatteristiċi tat-tipi ta’ nbid

Deskrizzjoni:

1)

It-tipi l-ġodda kollha huma dettaljati b’deskrizzjonijiet tal-kulur, it-togħma, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, l-aċidità totali minima u l-estratt minimu mingħajr zokkor.

2)

It-tipi eżistenti ġew riveduti f’termini ta’ riħa u togħma, b’aċidità totali mnaqqsa għal:

4,5 g/l.

3)

L-inklużjoni tad-dispożizzjoni li l-inbejjed immaturati fi btieti tal-injam jista’ jkollhom karatteristiċi u aromi ta’ injam.

4)

Ir-referenza għall-inbejjed li qrasu tħassret.

Raġunijiet:

1)

L-introduzzjoni saret sabiex jiġu deskritti t-tipi l-ġodda kollha b’mod korrett.

2)

L-intenzjoni hija li l-Ispeċifikazzjoni ssir konformi mar-rekwiżiti attwali tal-karatteristiċi tal-inbejjed.

3)

Ġiet spjegata għal finijiet ta’ ċarezza.

4)

Tħassret minħabba li t-tipi spumanti huma deskritti fil-karatteristiċi dwar il-konsum.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni, u t-Taqsima rilevanti 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” tad-Dokument Uniku.

7.   Emendi għal ċerti kundizzjonijiet għad-denominazzjoni u l-preżentazzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni:

1)

Il-projbizzjoni fuq l-użu tat-termini “Superiore” u “Riserva” tneħħiet.

2)

Il-kliem “ad eccezione delle tipologie spumante e liquoroso” [bl-eċċezzjoni tat-tipi spumanti u likuri] tħassar.

3)

Żdiedet l-għażla li l-kliem “Lacryma Christi” jitqiegħed qabel it-terminu ġeografiku “Vesuvio”.

Raġunijiet:

1)

Dan sar neċessarju minħabba li ż-żewġ tipi “Superiore” u “Riserva” ġew inklużi u deskritti fl-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni.

2)

Dan tneħħa għaċ-ċarezza.

3)

Fiż-żona kkonċernata, il-kliem “Lacryma Christi” tradizzjonalment tqiegħdu qabel ir-referenza ġeografika “Vesuvio”.

L-emenda tikkonċerna biss l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni.

8.   Inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-volum tal-kontenituri

Deskrizzjoni:

Ġie inkluż l-Artikolu 8 dwar l-imballaġġ, li jistabbilixxi l-volum tal-kontenituri u t-tip ta’ tappijiet li għandhom, sabiex jipprovdi linja gwida għat-tqegħid tal-prodott għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi.

Raġunijiet:

Għal aktar ċarezza u biex tiġi stabbilita uniformità fil-fliexken disponibbli għall-konsumaturi u fit-tipi ta’ tappijiet.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vesuvio

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.

Inbid spumanti

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda:

22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Vesuvio abjad (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, eleganti; Togħma: xotta, kemxejn aċiduża; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

2.   Vesuvio abjad spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja bi sfumaturi ħodor ċari jew dehbiena; Riħa: eleganti, ta’ fjuri, distintiva; Togħma: fina u bbilanċjata għat-tipi “dosaggio zero” sa “straxott”; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Inbid spumanti: meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bil-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tat-[tieni] proċess tal-fermentazzjoni, maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

3.   Vesuvio rożè (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, b’togħma ta’ frott; Togħma: friska, armonjuża. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

4.   Vesuvio aħmar (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja; Riħa: xotta, armonjuża. Togħma: xotta, armonjuża; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

5.   Vesuvio rożè spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Dehra viżiva: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, b’togħma ta’ frott; Togħma: xotta, armonjuża. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Inbid spumanti Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

6.   Vesuvio Lacryma Christi abjad (kategorija: Inbid u Inbid Likur)

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, eleganti; Togħma: xotta; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

7.   Vesuvio Superiore Lacryma Christi abjad (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, eleganti; Togħma: xotta, ibbilanċjata; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

8.   Vesuvio Lacryma Christi abjad spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Ragħwa: fina u persistenti; Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja bi sfumaturi ħodor ċari jew dehbiena; Riħa: fina, tfuħ; Togħma: fina u bbilanċjata għat-tipi “dosaggio zero” sa “straxott”; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.

Inbid spumanti: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

9.   Vesuvio Lacryma Christi likur abjad

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, eleganti; Togħma: xotta; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

10.   Vesuvio Passito Lacryma Christi abjad (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: isfar dehbi jagħti fl-ambra; Riħa: intensa, eleganti u kumplessa; Togħma: minn xotta għal ħelwa; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 26,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) 12

Aċidità totali minima 5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

11.   Vesuvio Lacryma Christi rożè (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: pjaċevoli ta’ frott; Togħma: xotta, armonjuża; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

12.   Vesuvio Lacryma Christi aħmar (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja; Riħa: ta’ frott, fina; Togħma: xotta, armonjuża; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

13.   Vesuvio Superiore Lacryma Christi aħmar (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja; Riħa: intensa, distintiva; Togħma: xotta, ibbilanċjata; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

14.   Vesuvio Lacryma Christi aħmar Riserva (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja, li għandu tendenza li jxaqleb lejn il-granata; Riħa: intensa, kumplessa; Togħma: xotta, ibbilanċjata; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

15.   Vesuvio Lacryma Christi rożè spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Ragħwa: fina u persistenti; Dehra viżiva: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: fina, tfuħ, intensa; Togħma: fina u bbilanċjata għat-tipi “dosaggio zero”, “extra brut”, “brut” u “straxott”; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.

Inbid spumanti: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

16.   Vesuvio Caprettone (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, distintiva. Togħma: xotta, ibbilanċjata. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

17.   Vesuvio Caprettone spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Ragħwa: fina u persistenti; Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja bi sfumaturi ħodor ċari jew dehbiena; Riħa: fina, tfuħ, intensa; Togħma: fina u bbilanċjata għat-tipi “dosaggio zero”, “extra brut”, “brut” u “straxott”; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Inbid spumanti: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

18.   Vesuvio Falanghina (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; Riħa: delikata, distintiva; Togħma: xotta, ibbilanċjata. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

19.   Vesuvio Falanghina spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Ragħwa: fina u persistenti; Dehra viżiva: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja bi sfumaturi ħodor ċari jew dehbiena; Riħa: fina, tfuħ, intensa; Togħma: fina u bbilanċjata għat-tipi “dosaggio zero”, “extra brut”, “brut” u “straxott”; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Inbid spumanti: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

20.   Vesuvio Piedirosso (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja; Riħa: ta’ frott, distintiva, pjaċevoli; Togħma: xotta, armonjuża. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

21.   Vesuvio Piedirosso rożè (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: ta’ frott, distintiva, pjaċevoli; Togħma: xotta, armonjuża. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

22.   Vesuvio Piedirosso rożè spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Ragħwa: fina u persistenti; Dehra viżiva: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: fina, tfuħ, pjaċevoli; Togħma: fina u bbilanċjata għat-tipi “dosaggio zero”, “extra brut”, “brut” u “straxott”; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Inbid spumanti: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

23.   Vesuvio Aglianico (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: aħmar lewn ir-rubin b’intensità li tvarja, li jxaqleb lejn il-granata maż-żmien; Riħa: intensa, distintiva; Togħma: xotta, robusta, ibbilanċjata. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

24.   Vesuvio Aglianico rożè (kategorija: Inbid)

Dehra viżiva: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: ta’ frott, ta’ fjuri, distintiva; Togħma: xotta, friska, ibbilanċjata; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

25.   Vesuvio Aglianico rożè spumanti/spumanti ta’ kwalità (kategorija: Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità)

Ragħwa: fina u persistenti Kulur: roża ta’ intensità li tvarja; Riħa: ta’ frott, ta’ fjuri, distintiva; Togħma: fina u bbilanċjata għat-tipi “dosaggio zero”, “extra brut”, “brut” u “straxott”; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l.

Inbid spumanti: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Inbid spumanti ta’ kwalità: Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu Charmat, irid jinkiseb minn għeneb ipproċessat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Meta jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali, it-tul tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) —

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) —

Aċidità totali minima 5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) —

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

Il-metodu Taljan tal-produzzjoni tal-inbid spumanti (awtoklava) jew il-metodu klassiku:

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Fermentazzjoni mill-ġdid naturali fl-awtoklavi, bl-użu tal-metodu Charmat jew Martinotti, jew il-metodu tradizzjonali (fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun) f’konformità mar-regoli fis-seħħ dwar il-produzzjoni tal-inbejjed spumanti.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettraru

1.

Abjad, spumanti/spumanti ta’ kwalità abjad, aħmar, rożè, spumanti/spumanti ta’ kwalità rożè, Caprettone, Caprettone Vesuvio spumanti/spumanti ta’ kwalità:

70 ettolitru għal kull ettaru.

2.

Falanghina, Falanghina spumanti/spumanti ta’ kwalità, Piedirosso, Piedirosso rożè, Vesuvio Piedirosso rożè spumanti/spumanti ta’ kwalità:

70 ettolitru għal kull ettaru.

3.

Aglianico, Aglianico rożè, Vesuvio Aglianico rożè spumanti/spumanti ta’ kwalità:

70 ettolitru għal kull ettaru.

4.

Lacryma Christi abjad, Lacryma Christi likur abjad, Vesuvio Lacryma Christi abjad spumanti/spumanti ta’ kwalità:

65 ettolitru għal kull ettaru.

5.

Lacryma Christi aħmar, Lacryma Christi rożè, Lacryma Christi spumanti/spumanti ta’ kwalità

65 ettolitru għal kull ettaru.

6.

Lacryma Christi Superiore abjad, Superiore aħmar, Vesuvio Riserva aħmar:

55,25 ettolitru għal kull ettaru

7.

Vesuvio Lacryma Christi Passito abjad fil-kategorija “Inbid”:

45 ettolitru għal kull ettaru.

6.   Definizzjoni taż-żone demarkata

L-għeneb użat għall-produzzjoni tad-DOP Vesuvio jrid jiġi miż-żona tal-produzzjoni li tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Boscotrecase, Trecase u San Sebastiano al Vesuvio;

u parti mit-territorju amministrattiv ta’ dawn il-muniċipalitajiet: Ottaviano, San Giuseppe Vesuviano, Terzigno, Boscoreale, Torre Annunziata, Torre del Greco, Ercolano, Portici, Cercola, Massa di Somma, Pollena – Trocchia, Sant’Anastasia, Somma Vesuviana, kollha fil-provinċja ta’ Napli. Il-konfini ta’ din iż-żona huwa ddefinit kif ġej: mil-Lvant tar-raħal ta’ Torre del Greco, li jappartjeni għall-villaġġ ta’ Sant’Antonio, il-linja ta’ demarkazzjoni ssegwi t-triq minn Torre del Greco sa Torre Annunziata, tiltaqa’ mat-triq li tgħaddi mill-viċinati ta’ Colle Epitaffio u tkompli matulha, u toħroġ fit-triq prinċipali għal Salerno (altitudni ta’ 55 m) li tgħaddi lejn il-Lvant għal sezzjoni qasira qabel taqsam, qrib Villa Manzo, it-triq għal Boscotrecase, li tkompli lejn it-Tramuntana.

Lejn il-Lvant, il-konfini jaqsam iċ-ċentru residenzjali ta’ Boscotrecase u Boscoreale, u jgħaddi minn altitudnijiet 88, 86, 87 u 61 m sakemm jilħaq il-linja ferrovjarja qrib il-farm Di Lauro.

Ikompli lejn it-Tramuntana tul il-linja ferrovjarja u, fl-Istazzjon San Giuseppe Vesuviano jieħu d-direzzjoni tal-Majjistral billi jsegwi l-[ferrovija] Circumvesuviana sakemm jaqsam it-triq Pollena-Trocchia, qabel ma jasal sa Lagno di Pollena. It-triq tkompli fin-Nofsinhar sakemm tiltaqa’ mal-mogħdija tal-ilma msemmija hawn fuq.

Minn dan il-punt, it-triq tkompli lejn il-Punent lejn Ponte Valente i Catini sakemm tilħaq il-konfini ta’ San Sebastiano al Vesuvio. Tkompli tul il-konfini fuq in-naħa tal-Punent, u tasal sa Lagno del Monaco Aiello qrib l-intersezzjoni. Issegwi l-konfini ta’ San Giorgio a Cremano lejn il-Lbiċ sakemm tiltaqa’ mat-triq prinċipali (altitudni ta’ 85 m), li tkompli fix-Xlokk, sakemm tilħaq it-triq għal Torre del Greco f’Sant’Elena (altitudni ta’ 90 m). Imbagħad tgħaddi lejn in-Nofsinhar biex tiltaqa’ mal-linja tal-ferrovija, imbagħad lejn ix-Xlokk matulha, tgħaddi minn Lamaria qrib l-altitudni ta’ 78 m, u tkompli tul it-triq li tiltaqa’ mat-triq lejn Torre del Greco qrib Sant’Antonio (altitudni ta’ 51 m) fejn bdiet id-demarkazzjoni.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Aglianico N

Caprettone B

Coda di volpe bianca B - Coda di volpe

Falanghina B

Greco Bianco B - Greco

Olivella Nera N

Piedirosso N

Sciascinoso N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Fatturi storiċi

Il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid dejjem kienu parti mill-istorja taż-żona madwar Vesuvius, mill-ewwel insedjamenti Griegi ta’ Ischia u Cuma fis-seklu 18 QK. Bejn l-ewwel u t-tieni sekli QK, iż-żona madwar Vesuvju saret parti mir-reġjun l-aktar għani tal-imperu Ruman. Din iż-żona pproduċiet l-akbar kwantità ta’ nbejjed fl-Imperu, kif ukoll uħud mill-aktar inbejjed prestiġjużi ta’ dak il-perjodu. Saru skavi arkeoloġiċi fost id-diversi siti, speċjalment f’Villa Augustea di Somma Vesuviana li nbniet madwar it-tieni seklu AD u li ndifnet bl-eruzzjoni ta’ 472 AD. L-iskavi kixfu waħda mill-aktar proprjetajiet importanti tal-pajjiż taż-żona ta’ Vesuvio, l-akbar żona tal-produzzjoni tal-inbid fil-qedem magħrufa llum. Din tirrappreżenta evidenza storika fundamentali tal-importanza vitali tal-vitikultura u tal-kummerċ fiż-żona ta’ Vesuvio.

Fatturi naturali

Iż-żona Somma-Vesuvio tikkostitwixxi sistema ta’ valur eċċezzjonali f’termini ta’ ambjent, pajsaġġ, storja, kultura, natura u biedja. Għandha ħamrija ta’ oriġini differenti fejn l-aktar proċess pedoġenetiku ovvju jintwera fil-formazzjoni ta’ saffi tal-wiċċ pjuttost fini, rikki fil-materja organika niedja. Din taqa’ direttament fuq is-substrat pedoġenetiku li jifforma saff li jvarja b’mod sottili. Fis-saffi tal-wiċċ tagħha, il-ħamrija turi alterazzjoni sottili mill-materjal primarju. Dawn ġew iffurmati mill-waqgħa jew mill-fluss ta’ depożiti piroklastiċi, jiġifieri depożiti vulkaniċi ttrasportati lokalment minn ilmijiet tax-xeba’ tal-wiċċ mhux ikkontrollati u mhux inkanalati. Il-parti tan-Nofsinhar taż-żona bażikament tinkludi l-kon ta’ Vesuvius u tirrappreżenta l-aktar formazzjoni u morfoġenesi reċenti. L-iżbroffi frekwenti tal-perjodu medjevali u l-istorja reċenti ħaddmu sistema ta’ tiġdid kontinwu tat-topografija tal-wiċċ. Fost fatturi oħra, dan impedixxa l-iżvilupp ta’ ħamrija kompluta. Din il-ħamrija tippreżenta profil ta’ proprjetajiet Andisol espressi b’mod moderat marbuta mal-attività tal-materjali vulkaniċi primarji; ħamrija tal-ġebla tal-ġir, fuq depożiti piroklastiċi li fihom il-karbonat tal-kalċju; u ħamrija b’minerali mhux maħduma fuq depożiti ta’ lapilli u rmied mill-iżbroff tal-1944.

Iż-żona hija soġġetta għal klima Mediterranja moderata. Ix-xtiewi mhumiex kesħin wisq. Ix-xita annwali hija ta’ madwar 550 mm, l-aktar fir-rebbiegħa u fil-ħarifa, b’perjodi twal ta’ nixfa fis-sajf. Il-borra hija limitata, b’mod ġenerali, għal żoni ’l fuq minn 1 000 metru ta’ altitudni u hija ta’ durata qasira.

Iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma tal-wiċċ hija skarsa ħafna u limitata għal xi nixxigħat fuq ix-xaqliba tat-Tramuntana ta’ Monte Somma. Fil-fatt, il-ħamrija b’bażi ta’ lava permeabbli ħafna tassorbi x-xita kollha. Barra minn hekk, l-għoljiet aktar weqfin jippermettu li l-ilma jinġabar biss fil-widien fondi mħaffra fuq il-ġnub tal-vulkan.

Livell relattivament għoli ta’ umdità, li jista’ jaqbeż il-65 % fix-xhur tas-sajf, jikkumpensa għan-nuqqas ta’ ilma bil-formazzjoni ta’ nida abbundanti. Fuq l-għoljiet fiż-żona, varjazzjonijiet żgħar tal-mikroklima mhumiex rari. Dawn iġġeneraw il-formazzjoni ta’ diversi żoni fitoklimatiċi.

Fatturi umani

Il-vitikultura fiż-żona ta’ Vesuvio żammet il-karatteristiċi partikolari tagħha u l-metodi distintivi tagħha ta’ oriġini antika. Id-dwieli, li jarmu l-għeruq tagħhom f’ħamrija vulkanika, ma ġarrbux l-effetti distruttivi tal-phylloxera u jitkabbru mingħajr tilqim. Mhuwiex diffiċli li jinstabu dwieli ta’ 100 sena. Id-dwieli mhux produttivi jiġu sostitwiti bl-użu tal-metodu antik tas-saffi, bl-inkorporazzjoni ta’ rimjiet sabiex jinħolqu pjanti ġodda. L-għarfien u t-tradizzjonijiet lokali tal-vitikultura jingħaddew lil ġenerazzjonijiet ġodda fil-kuntest tal-ambjent partikolari, li jagħmilha possibbli li jiġu ppreservati l-bijodiversità u l-kombinazzjoni rikka tal-varjetajiet tal-għeneb fiż-żona.

Il-vinji jinsabu fuq art iddominata minn xaqlibiet naturali taħt xemx tiżreġ.

Iż-żiffa tal-baħar tinfirex kontinwament fuq id-dwieli u b’hekk tillimita l-akkumulazzjoni ta’ ndewwa u tipprevjeni l-iżvilupp ta’ moffa jew ta’ kawżi oħra ta’ mard li jagħmlu ħsara lill-prodott u lill-pjanti nfushom.

Fiż-żona madwar il-Vesuvju, minħabba ż-żiffiet mill-muntanji konfinali, bħal Monte Matese u l-muntanji Iripinia, hemm firxa tajba ta’ temperaturi matul il-jum u billejl. Dan jagħti lill-inbejjed livell tajjeb ta’ aċidità, bi freskezza u togħma li ddum fil-ħalq.

Id-dettalji tal-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott jirriżultaw essenzjalment jew esklussivament mill-ambjent ġeografiku.

L-art taż-żona tal-produzzjoni u l-esponiment tal-vinji, li jinsabu f’żoni li huma eċċezzjonalment adattati għall-kultivazzjoni tad-dwieli, jingħaqdu biex joħolqu ambjent b’ventilazzjoni tajba u b’ħafna dawl, li jippermetti lill-pjanta tiżviluppa l-funzjonijiet produttivi kollha tagħha.

L-erba’ kategoriji ta’ nbid inklużi fl-Ispeċifikazzjoni jeżistu bis-saħħa tal-klima moderata eċċellenti. Dan jippermetti maturazzjoni uniformi u gradwali tal-għeneb, li tagħtih il-karatteristiċi ideali għall-produzzjoni tal-kategoriji msemmija hawn fuq.

Għall-kategorija ta’ “Inbid spumanti”, il-produzzjoni ssir bil-metodu Charmat. L-għeneb jinħasad kmieni f’termini ta’ maturità teknoloġika, li jaffettwa l-bilanċ taz-zokkor u l-aċidità, inaqqas iz-zokkor u jżid l-aċidità biex jiġu prodotti nbejjed bażiċi għat-taħlit li jkunu friski, aċidużi u b’livell baxx ta’ alkoħol. Dawn il-karatteristiċi huma possibbli bis-saħħa tal-esponiment tad-dwieli għal ħamrija vulkanika ramlija.

Għall-kategorija ta’ “Inbid spumanti ta’ kwalità”, il-produzzjoni ssir bil-metodu Charmat jew bil-metodu tradizzjonali. It-tul ta’ żmien tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, inkluż it-tqaddim fil-fabbrika tal-inbid fejn jiġi prodott, ma jridx ikun inqas minn 12-il xahar ikkalkulat mill-bidu tal-proċess ta’ fermentazzjoni maħsub biex l-inbid isir spumanti.

L-għeneb irid jinħasad kmieni f’termini ta’ maturità teknoloġika, li jaffettwa l-bilanċ taz-zokkor u l-aċidità, inaqqas iz-zokkor u jżid l-aċidità biex jiġu prodotti nbejjed bażiċi għat-taħlit li huma friski, aċidużi u b’livell baxx ta’ alkoħol. Dawn il-karatteristiċi huma possibbli bis-saħħa tal-esponiment tad-dwieli għal ħamrija vulkanika ramlija.

Il-kategorija “Inbid” tinvolvi l-ħsad tal-għeneb fil-punt li fih jikseb bilanċ teknoloġiku u fenoliku ta’ sajran. Dan jipproduċi nbejjed li għandhom bilanċ fit-togħma u livell alkoħoliku bi struttura ta’ appoġġ. Ir-riżultat huwa nbejjed li huma friski, mimlija togħma u b’aromi intensi. Huma ta’ lewn it-tiben, dejjem bi sfumaturi ħodor. Dan jinkiseb bis-saħħa tal-fatturi klimatiċi li jaffettwaw il-maturazzjoni, pereżempju l-ventilazzjoni li tipprevjeni l-indewwa milli takkumula u li l-arja ssir sħuna wisq, fatturi li jistgħu jbiddlu l-maturazzjoni tal-għeneb.

Il-kategorija tal-“Inbid likur” tiddependi mill-kundizzjonijiet tat-temp stabbli tas-sajf li jdumu sal-aħħar ta’ Ottubru. Dan jippermetti l-konċentrazzjoni taz-zokkor, parzjalment fuq il-pjanta kif ukoll fl-unitajiet tat-tqaddid li huma ħielsa mill-umdità biex jiġi evitat l-iżvilupp ta’ moffa li tista’ tagħmel ħsara lill-għeneb.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, addizzjonali)

Vesuvio

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Żdied rekwiżit biex l-inbid jiġi bbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-partijiet li tradizzjonalment wettqu l-ibbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata.

Barra minn hekk, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet eżistenti, il-bottiljaturi kkonċernati jistgħu jiksbu deroga biex ikomplu l-ibbottiljar fil-bini tagħhom li jinsab barra miż-żona demarkata, dment li jissottomettu applikazzjoni lill-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali, akkumpanjata minn dokumentazzjoni xierqa li turi li ilhom jibbottiljaw id-DOP Vesuvio għal mill-inqas sentejn (mhux neċessarjament konsekuttivi) mill-5 snin qabel id-dħul fis-seħħ tal-emenda li tintroduċi l-obbligu ta’ bbottiljar fiż-żona.

Il-proċessi involuti fil-produzzjoni tal-inbid spumanti, inklużi l-formazzjoni tar-ragħwa, l-operazzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ taħlil, issa huma ristretti għaż-żona tal-produzzjoni flimkien mat-territorju amministrattiv tar-Reġjun tal-Campania.

Reċipjenti u tappijiet

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed bid-DOP Vesuvio jistgħu jsiru disponibbli għall-konsum biss f’reċipjenti tal-ħġieġ b’kapaċità nominali massima ta’ 12-il litru.

Fl-imballaġġ tal-inbejjed bid-DOP Vesuvio, irid jintuża dan li ġej: tappijiet tal-flanġ magħmula minn sufra jew materjal inert, jew tappijiet bil-kamin tat-tip Stelvin. Għall-inbejjed spumanti, l-imballaġġ huwa kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14211


(1)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2748/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)