European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2455

24.4.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11864 – ZEPPELIN / TEIBO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2455)

1.   

Fl-14 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Zeppelin GmbH (“Zeppelin”, il-Ġermanja),

PEPP Group B.V. (“Teibo”, l-Awstrija), li bħalissa hija kkontrollata minn Pon Holdings B.V. (l-Awstrija) u Tanosa B.V (l-Awstrija) (flimkien, “PON”).

Zeppelin se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Teibo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Zeppelin hija attiva f’ (i) bejgħ u manutenzjoni ta’ magni tal-kostruzzjoni, (ii) bejgħ u manutenzjoni ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni u dak agrikolu, (iii) soluzzjonijiet ta’ kiri u ta’ proġetti għall-kostruzzjoni u l-industrija, (iv) sistemi ta’ sewqan, propulsjoni, trazzjoni, u enerġija, u (v) żvilupp u produzzjoni ta’ impjanti, komponenti u sistemi,

Teibo hija attiva fil-bejgħ u l-kiri ta’ (i) tagħmir tal-kostruzzjoni; (ii) sistemi tal-enerġija, u (iii) makkinarju u tagħmir ieħor. Hija magħmula min-negozju CAT u Trimble/SITECH ta’ PON fin-Netherlands u fin-Norveġja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

 

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11864 – ZEPPELIN / TEIBO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2455/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)