|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2119 |
11.4.2025 |
Opinjoni tal-Kumitat konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tas-18/10/2024 rigward abbozz ta’ Deċiżjoni fil-Każ AT.40401 — Vetturi Ferrovjarji Użati
Laqgħa bil-Vidjokonferenza – permezz ta’ “Skype for Business”
Relatur: Il-Kroazja
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(C/2025/2119)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim antikompetittiv u/jew prattika miftiehma bejn il-partijiet li tikser l-Artikolu 101 tat-TFUE.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kellhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi kartell skont il-punt 1 tal-Avviż ta’ Klemenza, jiġifieri ftehim u/jew prattika miftiehma bejn żewġ kompetituri jew aktar bl-għan li jinfluwenzaw il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni permezz ta’ azzjonijiet antikompetittivi kontra kompetituri oħra.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li jiġi ordnat li jintemm l-ksur kif stabbilit fl-abbozz ta’ deċiżjoni.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.
8.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, abbażi tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.
9.
Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2119/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)