European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1719

19.3.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11699 – A-WARE DAIRY & CREAM / THE DAIRY FOOD GROUP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1719)

1.   

Fl-10 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

A-Ware Dairy & Cream B.V. (“A-Ware Dairy & Cream”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Koninklijke A-ware Food Group B.V. (“A-Ware”, in-Netherlands)

The Dairy Food Group (“DFG”, il-Belġju)

A-Ware se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ DFG kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

A-Ware huwa grupp tal-ħalib integrat vertikalment li l-attivitajiet ewlenin tiegħu jinkludu l-produzzjoni u l-ippakkjar tal-ġobon, l-akkwist ta’ ħalib mhux ipproċessat, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-ħalib, il-jogurt, il-butir, ix-xarbiet tal-ħalib, id-deżerti tal-ħalib, it-trab tal-ħalib, il-krema, it-tapas u prodotti oħra tal-ikel.

DFG huwa grupp tal-ħalib integrat vertikalment li jiffoka fuq il-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib friski u ta’ ħajja twila bħall-krema sprejjata, il-ħalib u x-xarbiet b’togħma partikolari miżjuda, il-custards, id-deżerti u t-trab tal-ħalib.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11699 – A-WARE DAIRY & CREAM / THE DAIRY FOOD GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1719/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)