|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1407 |
10.3.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja) fil-5 ta’ Diċembru 2024 – K.J. vs P.
(Kawża C-831/24, Machski (1) )
(C/2025/1407)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Białymstoku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K.J.
Konvenut: P.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali, meta tiġi adita b’kawża li fiha konsumatur jinvoka l-obbligu, min-naħa tal-kreditur, tal-ħlas lura tal-eċċess tal-ammont b’riżultat tal-fatt li l-konsumatur għamel użu mis-sanzjoni prevista fid-dritt nazzjonali, jiġifieri d-dritt li jibgħat dikjarazzjoni bil-miktub lill-kreditur li bis-saħħa tagħha jiġu estinti l-obbligi tal-konsumatur li jħallas l-interessi fuq il-kapital u l-ispejjeż l-oħra marbuta mal-kreditu, għandha l-obbligu li tivverifika ex officio jekk il-kreditur kisirx dispożizzjonijiet nazzjonali minbarra dawk invokati mill-konsumatur fid-dikjarazzjoni bil-miktub lill-kreditur u li l-ksur tagħhom jippermetti wkoll lill-konsumatur jibbenefika mis-sanzjoni msemmija iktar ’il fuq? |
|
2) |
L-Artikolu 10(2)(r) tad-Direttiva 2008/48 għandu jinftiehem fis-sens li r-rekwiżit ta’ definizzjoni ċara tal-proċedura ta’ rimbors antiċipat iqiegħed fuq il-kreditur l-obbligu ta’ redazzjoni ta’ deskrizzjoni tal-modalitajiet proċedurali b’tali mod li l-konsumatur, meta jiġi eżegwit il-kuntratt, ikollu l-possibbiltà, mingħajr ma jitlob informazzjoni supplimentari lill-kreditur (jew li jagħmel arranġamenti supplimentari miegħu), jiddetermina punt b’punt, min, b’liema mod u f’liema ordni jkollu jwettaq l-atti b’rabta mar-radd antiċipat, b’indikazzjoni ċara tal-avveniment li jikkostitwixxi l-aħħar element ta’ din il-proċedura? |
|
3) |
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ definizzjoni ċara u konċiża tal-proċedura ta’ rimbors antiċipat skont it-tifsira tal-Artikolu 10(2)(r) ta’ din id-direttiva, dejjem jirrikjedi l-ħtieġa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kontra l-kreditur, jew l-impożizzjoni tas-sanzjoni tista’ wkoll tiddependi mil-livell ta’ ksur tal-imsemmi obbligu, b’mod partikolari, huwa permess li ma tiġix applikata sanzjoni f’sitwazzjoni fejn il-proċedura ta’ radd antiċipat tkun tressqet b’mod inkomplet u dan ma jkollux effett negattiv fuq id-drittijiet u fuq l-obbligi tal-konsumatur fiċ-ċirkustanzi tal-każ speċifiku? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU 2008, L 133, p.66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1407/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)