European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1363

24.2.2025

Notifika preliminari ta’ konċentrazzjoni

(Każ M. 11892 - GLOBAL TECHNOLOGIES / NOVARES GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1363)

1.   

Fit-12 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Is-Sur Patrick James (l-Istati Uniti), li jikkontrolla First Brands Group LLC (“FBG”, l-Istati Uniti) u Global Technologies SARL (“Global Technologies”, il-Lussemburgu)

Novares Group SAS (“Novares”, Franza)

Is-Sur Patrick James, permezz ta’ Global Technologies, se jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Novares kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Is-Sur Patrick James jikkontrolla lil FBG, li hija involuta fl-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ soluzzjonijiet fis-settur awtomobilistiku, inklużi sistemi tal-ibbrejkjar, prodotti ta’ filtrazzjoni, xfafar tal-wajpers, pompi tal-ilma u tal-fjuwil u spark plugs.

NOVARES huwa fornitur globali ta’ soluzzjonijiet tal-plastik li jiddisinja u jimmanifattura komponenti u sistemi għall-industrija tal-karozzi.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M. 11892 - GLOBAL TECHNOLOGIES / NOVARES GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

L-indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1363/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)