![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/1153 |
17.2.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11819 — AUDI / QATAR HOLDING / SAUBER HOLDING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1153)
1.
Fis-7 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
AUDI Aktiengesellschaft (“Audi”, il-Ġermanja), proprjetà sħiħa u kkontrollata biss minn Volkwagen Aktiengesellschaft (“Grupp VW”, il-Ġermanja), u |
— |
Qatar Holding LLC (“QH”, il-Qatar), sussidjarja proprjetà sħiħa tal-Awtorità tal-Investiment tal-Qatar (“QIA”, il-Qatar). |
AUDI u QH se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Sauber Holding AG (“SHO”, l-Iżvizzera).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:
— |
Audi: id-disinn, il-manifattura, il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ karozzi u spare parts għall-karozzi, |
— |
QH: QH hija proprjetà ta’ QIA. QIA huwa fond ta’ investiment sovran. Jinvesti f’firxa wiesgħa ta’ klassijiet ta’ assi u reġjuni madwar id-dinja biex tibni portafoll ta’ investiment globali u diversifikat. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża SHO huma dawn li ġejjin: SHO primarjament timmaniġġja u topera t-tim tat-tlielaq tal-Formula One Stake F1 Team Kick Sauber. Il-kamp ta’ applikazzjoni ewlieni tal-attività tagħha jinkludi (i) kompetizzjoni fil-Formula Wieħed tal-FIA (imsejħa wkoll: F1) Kampjonat Dinji bħala kostruttur u żviluppatur ta’ karozzi tat-tlielaq tal-F1, u (ii) promozzjoni tal-marka tat-tim tat-tlielaq.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11819 – AUDI / QATAR HOLDING / SAUBER HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1153/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)