![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/7094 |
25.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11711 – JWL / ASIA PULP & PAPER GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7094)
1.
Fil-15 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Is-Sur Jackson Wijaya Limantara (“JWL”, l-Indoneżja), is-sid uniku tal-entitajiet Paper Excellence B.V., Karta Halten B.V., u Hervey Investments B.V. (l-entitajiet kollha tan-Netherlands), kumpaniji azzjonarji aħħarija tal-grupp Paper Excellence (“Paper Excellence”), |
— |
Scotsdale Holding Limited, Austin Premium Group Limited, Capital Holding Strategic Limited, u Global Capital Universal Limited (l-entitajiet kollha tal-Gżejjer Verġni Brittaniċi), kumpaniji azzjonarji aħħarija ta’ Asia Pulp & Paper Group (“APP”), li bħalissa huma kkontrollati mis-Sur Oei Tjie Goan (Singapore). |
JWL se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ APP.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ mezzi kuntrattwali.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
JWL hija persuna fiżika li għandha l-kontroll esklusiv ta’ Paper Excellence. Paper Excellence hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ diversi tipi ta’ polpa tal-injam u prodotti tal-karta downstream, |
— |
APP hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ diversi tipi ta’ polpa tal-injam u prodotti tal-karta downstream. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11711 – JWL / ASIA PULP & PAPER GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
Il-Kummissjoni Ewropea |
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
1049 Bruxelles/Brussell |
BELGIQUE/IL-BELĠJU |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7094/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)