European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7051

20.11.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11742 – SENNDER / EST)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7051)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

sennder Technologies GmbH German (“sennder”, il-Ġermanja),

EST Europe Holdings B.V. (“EST”, in-Netherlands), ikkontrollata minn C.H. Robinson Europe B.V. (“CHR,” in-Netherlands).

Sennder takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ EST kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

sennder tipprovdi servizzi tal-merkanzija f’volumi ugwali għat-tagħbija sħiħa tat-trakkijiet, servizzi anċillari għall-ispedizzjoni tal-merkanzija, u offerti bi ħlas skont l-użu għat-trakkijiet elettriċi. Sennder hija attiva l-aktar fl-Ewropa,

EST tipprovdi servizzi tal-merkanzija f’volumi ugwali għat-tagħbija sħiħa tat-trakkijiet u f’volumi inqas, servizzi anċillari għall-ispedizzjoni tal-merkanzija, u spedizzjoni tal-merkanzija bil-ferrovija. EST hija attiva l-aktar fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11742 – SENNDER / EST

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7051/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)