European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5511

11.9.2024

Notifika preliminari ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11563 – MSC / CLASQUIN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5511)

1.   

Fit-2 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SAS Lux Shipping Agencies Services S.à.r.l. (“SAS Lux”, il-Lussemburgu), indirettament ikkontrollata minn MSC Mediterranean Shipping Company Holding SA (“MSC”, l-Iżvizzera), l-entità umbrella tal-Grupp MSC

Clasquin S.A. (“Clasquin”, Franza)

Permezz tas-sussidjarja tiegħu SAS Lux, il-Grupp MSC, se jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Clasquin.

Il-konċentrazzjoni hija implimentata f’żewġ stadji suċċessivi, minn naħa, permezz tax-xiri ta’ ishma u, min-naħa l-oħra, permezz ta’ offerta pubblika fuq l-ishma li jifdal.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Il-grupp MSC, attiv globalment fis-settur tat-trasport marittimu tal-merkanzija permezz tal-bastiment tal-kontejners, tat-trażbord fil-portijiet u l-loġistika, minn naħa, u tat-trasport marittimu tal-passiġġieri, min-naħa l-oħra,

Clasquin, attiva prinċipalment fl-industrija tal-ispedizzjoni tal-merkanzija transfruntiera, tipprovdi soluzzjonijiet għall-kunsinna internazzjonali ta’ tipi differenti ta’ merkanzija, bl-ajru, bil-baħar u bl-art.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11563 – MSC / CLASQUIN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

L-indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5511/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)