|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4404 |
8.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11457 — HPE / JUNIPER)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4404)
1.
Fis-27 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hewlett Packard Enterprise Company (“HPE”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Juniper Networks, Inc. (“Juniper”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
HPE se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Juniper kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
HPE hija kumpanija globali bil-kwartieri ġenerali f’Texas, l-Istati Uniti, b’offerti li jinkludu l-komputazzjoni, il-ħżin, in-networking, il-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-intelliġenza artifiċjali, u software, |
|
— |
Juniper hija kumpanija multinazzjonali tat-teknoloġija tan-networking li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’California, l-Istati Uniti, li tiżviluppa u tbigħ prodotti ta’ netwerking, inklużi routing, switching, wireless, sigurtà tan-network, u servizzi assoċjati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11457 — HPE / JUNIPER
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4404/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)