|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4094 |
8.7.2024 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2024 – Noster Finance vs EUIPO – Wewi Mobile (finect)
(Kawża T-263/24)
(C/2024/4094)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Noster Finance SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Lorente Berges, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wewi Mobile, SL (Villena, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “finect” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 323 136
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 1965/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobhaT:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
iżżomm ir-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża minħabba li ntwerew it-tipi ta’ użu skont l-Artikolu 58(1) tar-Regolament fil-klassijiet 36, 38 u 42; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’rabta mal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4094/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)