European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2723

29.4.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-11 ta’ Diċembru 2023 – N.V.N vs Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců

(Kawża C-761/23, Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců)

(C/2024/2723)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: N.V.N.

Konvenut: Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tostakola lill-qrati milli jiddeċiedu, fi proċeduri ġudizzjarji, dwar il-konsultazzjoni ta’ dokumenti jew atti kklassifikati li, fil-proċedura għal ħruġ ta’ permess uniku, fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/98/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, immexxija quddiem l-awtorità amministrattiva, inżammu separati mill-fajls amministrattivi?


(1)   ĠU 2011, L 343, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2723/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)