European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2131

25.3.2024

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – DC vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-377/23 (1), Sancra (2))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta li tista’ tiġi dedotta kjarament mill-ġurisprudenza - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (TVA) - Direttiva 2006/112/KE - Kontroll fiskali - Bejgħ ta’ vetturi użati lill-konsumaturi finali - Tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT - Artikoli 73 u 78 - Bażi tat-taxxa - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Fatturazzjoni żbaljata tal-VAT b’rata żero - Applikazzjoni tar-rata normali tal-VAT mill-amministrazzjoni tat-taxxa - Inklużjoni tal-VAT dovuta fil-prezz tal-bejgħ)

(C/2024/2131)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DC

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 78(a) u l-Artikolu 2(2)(b) ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tkun indikat żbaljatament VAT b’rata żero fuq il-fatturi li jkunu ġew indirizzati lill-konsumaturi finali, filwaqt li kellha tiġi applikata rata ikbar, il-prezz jew l-ammont indikat fuq dawn il-fatturi għandu madankollu jitqies bħala prezz li jinkludi diġà l-VAT, ħlief fil-każ, skont id-dritt nazzjonali, li l-persuna taxxabbli jkollha l-possibbiltà ta’ riperkussjoni fuq il-konsumaturi finali u ta’ rkupru mingħandhom tal-VAT li tikkorrispondi għall-applikazzjoni tar-rata mmodifikata.


(1)  Data tal-preżentata: 14/06/2023

(2)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2131/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)