European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2043

18.3.2024

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2024 – Goodwill M + G vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1125/23 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Projbizzjoni ta’ manifattura, ta’ tqegħid fis-suq u ta’ użu ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”)

(C/2024/2043)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Goodwill M + G (Kontich, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Van Giel u T. Toremans, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2055 tal-25 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi (ĠU 2023, L 238, p. 67).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2043/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)