European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2042

18.3.2024

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2024 – Marcandita vs EUIPO – Euronext (bnext)

(Kawża T-439/23) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(C/2024/2042)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Marcandita, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Euronext NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ April 2023 (Każ R 2111/2022-4).

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C 321, 11.9.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2042/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)