European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1210

30.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11425 — CVC / KEENSIGHT CAPITAL / SOGELINK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1210)

1.   

Fit-22 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV- FIS S.A. (“CVC”), il-Lussemburgu

Keensight Capital SAS (“Keensight Capital”), Franza

Geo2link Group SAS (“Sogelink”), Franza

CVC u Keensight Capital se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Sogelink, li bħalissa tinsab taħt il-kontroll uniku ta’ Keensight Capital.

 

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

CVC tipprovdi pariri u timmaniġġja fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’firxa ta’ industriji madwar id-dinja, primarjament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fir-Reġjun Asja-Paċifiku.

Keensight Capital huwa investitur Franċiż fl-akkwist ta’ impriżi Ewropej fil-fażi tat-tkabbir b’enfasi fuq it-teknoloġija u l-kura tas-saħħa. Keensight Capital tikkollabora mat-timijiet maniġerjali ta’ kumpaniji profittabbli u li qed jikbru b’rata mgħaġġla u tipprovdilhom kapital, gwida strateġika u appoġġ operazzjonali.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Sogelink huma dawn li ġejjin: Sogelink hija fornitur Franċiż ta’ soluzzjonijiet tas-software, tal-cloud u tal-mobiles għall-professjonisti tal-kostruzzjoni u tal-ġestjoni tal-proprjetà.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11425 — CVC / KEENSIGHT CAPITAL / SOGELINK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1210/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)