European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1118

25.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11360 — DCC / PROGAS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1118)

1.   

Fit-18 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

DCC Germany Holding GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn DCC plc (“DCC”, l-Irlanda),

PROGAS GmbH & Co. KG (“Progas”, il-Ġermanja), li tappartjeni lill-kumpannija holding Familie Julius Thyssen Beteiligungsgesellschaft mbH (il-Ġermanja).

DCC se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Progas.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

DCC hija kumpannija attiva fil-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni taż-żejt u tal-gass likwifikat miż-żejt (“LPG”). Fil-Ġermanja, DCC hija attiva fid-distribuzzjoni ta’ LPG permezz tas-sussidjarja tagħha TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH,

Progas hija kumpannija attiva fil-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-LPG.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.11360 — DCC / PROGAS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1118/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)