![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/1085 |
5.2.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojskowy Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2023 – Proċeduri kriminali kontra R. S.
(Kawża C-661/23, Jeszek (1))
(C/2024/1085)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojskowy Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-proċeduri prinċipali
R. S., Prokuratura Rejonowa Warszawa-Ursynów w Warszawie
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-valur tal-Istat tad-dritt stabbilit fih, kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – għandhom jiġu interpretati dis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal:
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel domanda, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ipso jure ta’ mħallef ta’ qorti militari nazzjonali fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda huwa mingħajr effett, bir-riżultat li dan l-imħallef jista’ jkompli jpoġġi fil-kulleġġ ġudikanti tal-qorti tar-rinviju, u l-korpi kollha tal-istat, inklużi l-korpi ġudizzjarji, għandhom l-obbligu li jippermettulu jkompli jpoġġi f’tali kulleġġ ġudikanti konformement mar-regoli eżistenti? |
3) |
Id-dritt tal-Unjoni, inkluż, minn naħa, l-Artikolu 2 TUE u l-valur tal-Istat tad-dritt stabbilit fih, l-Artikolu 4(3) TUE u l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fih, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 267 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività u ta’ supremazija, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2 TUE u l-valur tad-demokrazija stabbilit fih, l-Artikolu 4(2) TUE kif ukoll il-prinċipju ta’ separazzjoni tal-poteri, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt, jew l-obbligu, tal-qorti nazzjonali li tissospendi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma s-suġġett tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari, inklużi dispożizzjonijiet ta’ natura leġiżlattiva, jirriżulta direttament mid-dritt tal-Unjoni? Il-fatt li d-dritt nazzjonali ma jipprevedix il-possibbiltà li l-qorti li ressqet ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari tissospendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, kif ukoll li d-deċiżjoni dwar din is-sospensjoni sal-mument meta l-qorti tar-rinviju tikkunsidra l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni inklużi fir-risposta għal dan ir-rinviju hija neċessarja fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, huwa rilevanti għar-risposta li għandha tingħata għal din id-domanda? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1085/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)