![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/558 |
8.1.2024 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2023 – Schweppes International vs EUIPO – May (MAY TEA)
(Kawża T-1067/23)
(C/2024/558)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Schweppes International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Bloret-Pucci, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: May OOO (Fryazino, ir-Russja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “MAY TEA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 798 721
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2023 fil-Każ R 77/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla u tbiddel id-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti f’dan ir-rikors u fil-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/558/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)