Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/1550 |
15.12.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11374 – BUCKLAND / HY24 INVESTOR / ICE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1550)
1.
Fil-5 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Buckland Investment Pte. Ltd, (“Buckland”, Singapore), |
— |
Clean H2 Infra Fund S.L.P., (“Hy24 Investor”, Franza), |
— |
Intercontinental Energy Holdings Group Limited (“ICE”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi). |
Buckland u Hy24 Investor se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ICE.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Buckland, bil-kwartieri ġenerali f’Singapore, hija ġestita minn GIC Special Investments Pte Ltd (“GICSI”). GICSI tamministra portafoll globali diversifikat ta’ investimenti fl-ekwità privata, kapital ta’ riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll f'investimenti diretti f’kumpaniji privati. |
— |
Hy24 Investor hija fond ta’ investiment alternattiv Franċiż inkorporat fil-forma ta’ soċjetà limitata speċjali. Dan jiffoka fuq l-iskalar ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ppruvati għal assi maturi tal-infrastruttura. |
— |
ICE, bil-kwartieri ġenerali fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi, hija kumpanija tal-iżvilupp tat-teknoloġija u tal-proġetti ffukata fuq proġetti interkontinentali tal-enerġija rinnovabbli, it-trażmissjoni, il-cables, il-bastimenti, u l-produzzjoni downstream tal-idroġenu u tas-sustanzi kimiċi bbażati fuq l-idroġenu b’portafoll ta’ proġetti madwar l-Awstralja u l-Lvant Nofsani. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11374 – BUCKLAND / HY24 INVESTOR / ICE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1550/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)