European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1078

15.12.2023

P9_TA(2023)0124

Assistenza makrofinanzjarja mogħtija lill-Moldova

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/563 fir-rigward tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija lir-Repubblika tal-Moldova (COM(2023)0053) – C9-0011/2023 – 2023/0018(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2023/1078)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2023)0053),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0011/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-3 ta’ Mejju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0166/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2023)0018

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Mejju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/563 fir-rigward tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/1165.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1078/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)