European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/250

26.10.2023

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi

(C/2023/250)

Relatur:

Åsa ÅGREN WIKSTRÖM (SE/PPE), Kunsillier Reġjonali, Reġjun ta’ Västerbotten

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament tal-ilma mormi urban (riformulazzjoni)

COM(2022) 541 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 2a

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(2a)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ ġestjoni tal-ilma mormi l-iżjed newtrali għall-klima possibbli, f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u b’mod partikolari l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija, tħeġġeġ iċ-ċirkolarità tar-riżorsi, tappoġġja soluzzjonijiet ibbażati fuq, in-natura, tgħin fil-ġestjoni tal-flussi tal-ilma f’żoni urbani, tħeġġeġ id-diġitalizzazzjoni u tadotta miżuri li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ilma mormi. Id-Direttiva jenħtieġ li tkun allinjata mal-Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE, u b’hekk issaħħaħ iż-żoni rurali billi tippromovi l-installazzjoni ta’ sistemi sostenibbli ta’ ġbir u trattament tal-ilma mormi.

Raġuni

Jinkludi referenzi konkreti għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-ekonomija ċirkolari, il-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero, il-pjan ta’ azzjoni rurali, u l-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.

Emenda 2

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(16)

L-evalwazzjoni wriet ukoll li s -settur tat-trattament tal-ilma mormi joffri l-opportunità li jnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-enerġija tiegħu stess u li jipproduċi l-enerġija rinnovabbli, pereżempju permezz ta’ użu aħjar tas-superfiċji disponibbli fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban għall-produzzjoni tal-enerġija solari jew bil-produzzjoni tal-bijogass mill-ħama. […]

(16)

L-evalwazzjoni wriet ukoll li , sa ċertu punt, is -settur tat-trattament tal-ilma mormi joffri l-opportunità li jnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-enerġija tiegħu stess u li jipproduċi l-enerġija rinnovabbli, pereżempju permezz ta’ użu aħjar tas-superfiċji disponibbli fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban għall-produzzjoni tal-enerġija solari , l-irkupru tas-sħana mormija jew bil-produzzjoni tal-bijogass mill-ħama. […]

Meta jsir dan, għandu jiġi kkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda 3

Artikolu 2 punt 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(4)   “agglomerazzjoni” tfsser żona fejn it-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma mormi urban hija konċentrata b’mod suffiċjenti ( 10 e.p. għal kull ettaru jew iktar) sabiex l-ilma mormi urban ikun jista jinġabar u jittieħed f’impjant ta’ trattament tal-ilma mormi urban jew għall-punt ta’ skarikar finali;

(4)   “agglomerazzjoni” tfisser żona fejn it-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma mormi urban tkun konċentrata b’mod suffiċjenti ( bħala parametru referenzjarju ta’ 30 e.p. għal kull ettaru jew aktar) biex l-ilma mormi urban ikun jista’ jinġabar u jittieħed f’impjant ta’ trattament tal-ilma mormi urban jew għall-punt ta’ skarikar finali; jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi linji gwida prattiċi u li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kriterji li jiddeterminaw “konċentrazzjoni suffiċjenti” abbażi tal-karatteristiċi reġjonali u lokali u d-definizzjoni ta’ hawn fuq ;

Raġuni

Is-sistemi individwali f’żoni skarsament popolati, fejn il-ġbir tal-ilma mormi mhuwiex alternattiva minħabba spejjeż eċċessivi b’benefiċċji ambjentali żgħar jew mingħajr benefiċċji ambjentali, għandhom jiġu rregolati fl-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali u reġjonali. Id-determinazzjoni ta’ konċentrazzjoni suffiċjenti għal agglomerazzjoni teħtieġ studju dettaljat li għandu jitwettaq mill-Istati Membri bl-appoġġ ta’ linji gwida prattiċi żviluppati u pprovduti mill-Kummissjoni.

Emenda 4

Artikolu 2 punt 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(10)   “ekwivalenti ta’ popolazzjoni” jew “(e.p.)” tfisser l-unità li tesprimi t-tagħbija potenzjali medja tat-tniġġis tal-ilma kkawżata minn persuna waħda kuljum, fejn 1 e.p. huwa t -tagħbija organika bjiodegradabbli li jkollu domanda biokimika ta’ ossiġnu fuq ħamest ijiem (BOD5) ta’ 60 g ta’ ossiġnu kuljum

(10)   “ekwivalenti ta’ popolazzjoni” jew “(e.p.)” tfisser it -tagħbija organika bjiodegradabbli li jkollu domanda biokimika ta’ ossiġnu fuq ħamest ijiem (BOD5) ta’ 60 g ta’ ossiġnu kuljum

Raġuni

Id-definizzjoni l-ġdida tista’ tinqara bħala definizzjoni teknika ta’ tagħbija għal kull persuna li tista’ tkun f’kunflitt ma’ xi standards nazzjonali li jqisu l-varjazzjoni fit-tagħbijiet ta’ unitajiet. Tista’ tikkawża wkoll problemi fl-interpretazzjoni tal-limiti tal-Artikolu 5 għall-iskariku tal-ilma tal-maltemp.

Emenda 5

Artikolu 2 punt 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(12)   “trattament terzjarju” tfisser trattament ta’ ilma mormi urban bi proċess li jneħħi n- nitroġenu u  l- fosforu mill-ilmijiet urbani mormija ;

(12)   “trattament terzjarju” tfisser trattament ta’ ilma mormi urban li jipprovdi livell ogħla ta’ tnaqqis ta’ nitroġenu u fosforu minn trattament sekondarju bażiku ;

Raġuni

Id-definizzjoni proposta tidher żbaljata. Il-proċessi ta’ trattament sekondarju (trattament bijoloġiku tal-ilma mormi) diġà jipprovdu xi livell ta’ tneħħija tan-nitroġenu u tal-fosforu.

Emenda 6

Artikolu 2 punt 25

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(25)     “operatur”: entità responsabbli għall-ġestjoni tat-trattament tal-ilma mormi urban u s-servizz sanitarju.

Raġuni

Hemm referenzi kontinwi għall-operaturi u hemm bżonn li tiġi definita dik iċ-ċifra.

Emenda 7

Artikolu 2 punt 26

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(26)     “pubbliku” għandu jfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar u, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom.

Raġuni

Definizzjoni f’konformità mal-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Relatata mal-Artikolu 25 tal-Proposta għal Direttiva inkwistjoni.

Emenda 8

Artikolu 2 punt 27

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(27)     “kundizzjonijiet klimatiċi lokali normali” tfisser il-kundizzjonijiet klimatiċi li jikkorrespondu għall-valur medju fuq 30 sena tal-varjabbli tat-temp għal perjodu speċifiku fis-sena f’post speċifiku, aġġornat kull 10 snin.

Raġuni

L-Artikolu 13 jirreferi għal “kundizzjonijiet klimatiċi lokali normali”, iżda n-normalità tista’ tvarja ħafna bejn il-pajjiżi u matul iż-żminijiet ta’ tibdil rapidu fil-klima. Id-definizzjoni proposta hija referenza għad-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO), iżda jistgħu jiġu kkunsidrati definizzjonijiet oħra.

Emenda 9

Artikolu 3(1) punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

is-sorsi kollha tagħhom ta’ ilma domestiku mormi huma konnessi mas-sistema ta’ ġbir.

(b)

is-sorsi kollha tagħhom ta’ ilma mormi urban huma konnessi mas-sistema ta’ ġbir fejn il-konnessjonijiet ser jipprovdu benefiċċju ambjentali .

Raġuni

Evidenti.

Emenda 10

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Sal-31 ta’ Diċembru  2030 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-agglomerazzjonijiet kollha b’e.p. ta’ bejn 1 000 u 2 000 jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir; (b) is-sorsi kollha tagħhom ta’ ilma domestiku mormi huma konnessi mas-sistema ta’ ġbir.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-agglomerazzjonijiet kollha b’e.p. ta’ bejn 1 000 u 2 000 jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir; (b) is-sorsi kollha tagħhom ta’ ilma mormi urban huma konnessi mas-sistema ta’ ġbir.

Raġuni

Huwa meqjus aktar adatt li ssir referenza għall-ilma mormi urban fid-dawl tad-definizzjoni fl-Artikolu 2. L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Emenda 11

Artikolu 4(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi individwali jkunu ddisinjati, operati u miżmuma b’mod li jiżgura mill-inqas l-istess livell ta’ trattament bħat-trattamenti sekondarji u terzjarji msemmija fl-Artikoli 6 u 7 .

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li agglomerazzjonijiet fejn jintużaw is-sistemi individwali jkunu rreġistrati f’reġistru pubbliku u li spezzjonijiet regolari ta’ dawk is-sistemi jitwettqu mill-awtorità xierqa.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw , billi jqisu dak li huwa fattibbli mill-punt tekniku, ambjentali u ekonomiku, li s-sistemi individwali kif ukoll soluzzjonijiet deċentralizzati oħra jkunu ddisinjati, operati u miżmuma b’mod li jiżgura livell adegwat ta’ trattament li jkun ekwivalenti għal mill-inqas l-istess livell ta’ trattament bħat-trattament sekondarju msemmi fl-Artikolu 6 . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li agglomerazzjonijiet fejn jintużaw is-sistemi individwali jew soluzzjonijiet deċentralizzati oħra jkunu rreġistrati f’reġistru pubbliku u li spezzjonijiet regolari ta’ dawk is-sistemi jitwettqu mill-awtorità xierqa.

Raġuni

Mhuwiex koerenti li sistemi individwali għandhom ikunu mitluba jiżguraw l-istess livell bħat-trattament terzjarju, meta f’agglomerazzjonijiet sa 10 000 e.p. huwa meħtieġ biss it-trattament sekondarju. Is-sistemi individwali m’għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ tneħħija ogħla mill-agglomerazzjonijiet. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi ċċarat li mhux biss is-sistemi individwali ta’ dar waħda, iżda wkoll soluzzjonijiet deċentralizzati oħra, jistgħu jintużaw fi ħdan il-qafas tad-Direttiva.

Emenda 12

Artikolu 4(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi dwar id-disinn, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi individwali u  billi tispeċifika r-rekwiżiti għall-ispezzjonijiet regolari msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi dwar id-disinn, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi individwali u  jispeċifikaw i r-rekwiżiti għall-ispezzjonijiet regolari msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

Raġuni

Rekwiżiti dettaljati dwar sistemi xierqa individwali m’għandhomx ikunu regolati b’mod ġenerali. Sabiex jinżamm approċċ ibbażat fuq ir-riskju, hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet differenti skont il-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u l-pressjoni lokali fuq l-ambjent.

Emenda 13

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Sal-31 ta’ Diċembru  2030 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit pjan integrat għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban għall-agglomerazzjonijiet ta’ 100 000 e.p. u aktar.

1.   Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti, għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit pjan integrat għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban għall-agglomerazzjonijiet ta’ 100 000 e.p. u aktar.

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti għandhom jiġu inklużi fl-abbozzar ta’ pjani integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban.

Emenda 14

Artikolu 5(2) punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jirrappreżenta aktar minn 1 % tat-tagħbija annwali miġbura tal-ilma mormi urban, ikkalkulata f’kundizzjonijiet ta’ temp xott; […]

(b)

it-tifwir tal-ilma tal-maltemp jirrappreżenta aktar minn 1 % tat-tagħbija annwali miġbura tal-ilma mormi urban, ikkalkulata f’kundizzjonijiet ta’ temp xott u espressa mill-indikatur BOD5 ; […]

Raġuni

It-test tal-punt (b) joħloq konfużjoni peress li mhuwiex ċar xi tfisser it-tagħbija tad-drenaġġ (eż. it-tagħbija idrawlika jew it-tagħbija tal-inkwinanti?) u għal xiex jirreferu l-kundizzjonijiet ta’ referenza.

Emenda 15

Artikolu 5(7)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban jiġu riveduti kull ħames snin wara l-istabbiliment tagħhom u jiġu aġġornati fejn meħtieġ.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban jiġu riveduti kull sitt snin wara l-istabbiliment tagħhom u jiġu aġġornati fejn meħtieġ , u għandhom jirrispettaw l-iskedar tar-rieżami tal-programmi ta’ miżuri tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar żviluppati skont id-Direttiva 2000/60/KE . Separazzjoni ċara għandha tipprevjeni kwalunkwe duplikazzjoni u sovrapożizzjoni ma’ regoli oħra.

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mad-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 16

Artikolu 6(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Għal agglomerazzjonijiet ta’ 2 000 e.p. u iktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun suġġett għal trattament sekondarju f’konformità mal-paragrafu 3 jew trattament ekwivalenti ieħor qabel l-iskariku. Għal agglomerazzjonijiet ta’ bejn 2 000 e.p. u 10 000 e.p. li qed jiskarikaw f’żoni kostali, l-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu ma għandux japplika qabel l-31 ta’ Diċembru  2027 .

1.   Għal agglomerazzjonijiet ta’ 2 000 e.p. u iktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun suġġett għal trattament sekondarju f’konformità mal-paragrafu 3 jew trattament ekwivalenti ieħor qabel l-iskariku. Għal agglomerazzjonijiet ta’ bejn 2 000 e.p. u 10 000 e.p. li qed jiskarikaw f’żoni kostali, l-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu ma għandux japplika qabel l-31 ta’ Diċembru  2035 .

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 17

Artikolu 6(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.   It-toqol espress f’termini ta’ e.p. għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tat-toqol massimu medju ta’ ġimgħa li jidħol fl-impjant ta’ trattament matul is-sena, esklużi biss sitwazzjonijiet mhux tas-soltu bħal dawk li jiġu kkawżati minn xita qalila .

4.   It-toqol espress f’termini ta’ e.p. għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tat-toqol annwali li jidħol fl-impjant ta’ trattament.

Raġuni

It-test propost ser jissemplifika l-metodu li bih jiġi kkalkulat il-piż f’e.p. u jippermetti li jitneħħa l-kriterju tal-esklużjoni.

Emenda 18

Artikolu 7(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Sal-31 ta’ Diċembru  2030 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskariki minn 50 % tal -impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar u li ma japplikawx trattament terzjarju fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] ikunu soġġetti għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4. Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar ikunu soġġetti għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4.

1.   Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li 50 % tat-tagħbija totali ttrattata mill -impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar u li ma japplikawx trattament terzjarju fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] ikunu soġġetti għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4 qabel l-iskariku . Sal-31 ta’ Diċembru  2040 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar ikunu soġġetti għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4.

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 19

Artikolu 7(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Sal-31 ta’ Diċembru  2025 , l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ żoni fit-territorju tagħhom li huma sensittivi għall-ewtrofikazzjoni u jaġġornaw dik il-lista kull ħames snin li jibdew fil-31 ta’ Diċembru  2030 . Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi ż-żoni identifikati fl-Anness II. Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta Stat Membru jimplimenta trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4 fit-territorju kollu tiegħu.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru  2030 , l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ żoni fit-territorju tagħhom li huma sensittivi għall-ewtrofikazzjoni u jaġġornaw dik il-lista kull sitt snin li jibdew fil-31 ta’ Diċembru  2035 . Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi ż-żoni identifikati fl-Anness II. Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta Stat Membru jimplimenta trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4 fit-territorju kollu tiegħu.

Raġuni

L-iskadenzi għall-implimentazzjoni għandhom jiġu posposti b’ħames snin, peress li l-iskadenzi proposti huma stretti wisq għat-traspożizzjoni tad-Direttiva u l-iskedi ta’ żmien nazzjonali għall-awtorizzazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-proġetti, inklużi l-proċeduri tal-ilmenti. L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE. Il-formulazzjoni tat-tieni paragrafu qed tiġi emendata biex tkun konsistenti mal-ewwel paragrafu.

Emenda 20

Artikolu 7(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.   Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal 50 % tal-agglomerazzjonijiet ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p. li jiskarikaw f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 u li ma japplikawx it-trattament terzjarju fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun soġġett għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4, qabel ma jippermettu l-iskarikar tiegħu f’dawk iż-żoni. Sal-31 ta’ Diċembru  2040 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun soġġett għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4 qabel ma jiġi skarikat f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet kollha ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p.

3.   Sal-31 ta’ Diċembru  2040 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal 50 % tat-tagħbija totali tal-agglomerazzjonijiet ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p. li jiskarikaw f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 u li ma japplikawx it-trattament terzjarju fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] dawn għandhom ikunu soġġetti għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4, qabel ma jippermettu l-iskarikar tiegħu f’dawk iż-żoni. Sal-31 ta’ Diċembru  2045 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun soġġett għal trattament terzjarju f’konformità mal-paragrafu 4 qabel ma jiġi skarikat f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet kollha ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p.

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE. Il-formulazzjoni tat-tieni paragrafu qed tiġi emendata biex tkun konsistenti mal-ewwel paragrafu.

Emenda 21

Artikolu 7(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.   Il-kampjuni meħuda f’konformità mal-Artikolu 21 u mal-Parti D tal-Anness I ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-valuri parametriċi stabbiliti fit-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness I.  L-għadd massimu permess ta’ kampjuni li ma jikkonformawx mal-valuri parametriċi tat-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness I huwa stabbilit fit-tabella 4 tal-Parti D tal-Anness I.

4.   Il-kampjuni meħuda f’konformità mal-Artikolu 21 u mal-Parti D tal-Anness I ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-valuri parametriċi stabbiliti fit-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness I.  Il-medja annwali tal- kampjuni għal kull parametru għandha tkun konformi mal-valuri parametriċi rilevanti stabbiliti fit-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness I.

Raġuni

L-emenda proposta terġa’ lura għas-sistema eżistenti, li nqisuha adatta.

Emenda 22

Artikolu 7(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

5.   B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li impjant tat-trattament tal-ilma mormi individwali li jinsab f’żona inkluża f’lista msemmija fil-paragrafu 2 ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 fejn jista’ jintwera li l-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis tat-tagħhbija ġenerali li tidħol fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban kollha f’dik iż-żona jkun:

5.   B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li impjant tat-trattament tal-ilma mormi individwali li jinsab f’żona inkluża f’lista msemmija fil-paragrafu 2 ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 fejn jista’ jintwera li l-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis tat-tagħhbija ġenerali li tidħol fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban kollha f’dik iż-żona jkun:

(a)

82,5  % għall-fosforu totali u  80 % għan-nitroġenu totali sal-31 ta’ Diċembru  2035 ;

(a)

80 % għall-fosforu totali u  75 % għan-nitroġenu totali b’temperatura ta’ 12 oC sal-31 ta’ Diċembru  2035 ;

(b)

90 % għall-fosforu totali u  85 % għan-nitroġenu totali sal-31 ta’ Diċembru  2040 .

(b)

90 % għall-fosforu totali u  80 % għan-nitroġenu totali b’temperatura ta’ 12 oC sal-31 ta’ Diċembru  2045 . Il-jiem li matulhom it-temperatura effluwenti taqa’ taħt it-12 oC mhumiex rilevanti għall-kalkolu tat-tneħħija tan-nitroġenu.

Raġuni

Hemm ħtieġa għal qafas aktar b’saħħtu li jnaqqas il-piż fuq l-ambjent, iżda jrid ikun immirat, ibbażat fuq ir-riskju u flessibbli biżżejjed biex jadatta għall-kundizzjonijiet naturali, ġeografiċi u demografiċi differenti li jeżistu fl-Istati Membri. B’mod partikolari, huwa importanti li l-ispejjeż assoċjati mal-miżuri jimmassimizzaw il-benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-proposta dwar it-tneħħija ta’ 85 % tan-nitroġenu mhijiex raġonevoli fl-Istati Membri kollha mingħajr eżenzjonijiet fil-każ ta’ klima kiesħa jew l-ikkreditar taż-żamma naturali. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tat-trattament tan-nitroġenu jfissru żieda fl-użu tal-enerġija u tas-sustanzi kimiċi, peress li t-trattament huwa diffiċli fi klima kiesħa. It-tneħħija tal-fosforu teħtieġ investimenti ħafna aktar baxxi u teknikament hija inqas ikkumplikata. L-estensjoni żgħira tal-iskadenzi hija meħtieġa wkoll fir-rigward tal-investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi.

Emenda 23

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Sal-31 ta’ Diċembru  2030 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li 50 % tal-iskariki mill-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar ikunu soġġetti għal trattament kwaternarju f’konformità mal-paragrafu 5.

Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar ikunu soġġetti għal trattament kwaternarju f’konformità mal-paragrafu 5.

1.   Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li 50 % tat-tagħbija kollha ttrattata mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar u li jiskarikaw f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 ikunu soġġetti għal trattament kwaternarju f’konformità mal-paragrafu 5 , dment li l-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur tiġi implimentata bis-sħiħ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 qabel il-bidu tal-fażi tal-ippjanar għall-espansjoni .

Sal-31 ta’ Diċembru  2040 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar u li jiskarikaw f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 ikunu soġġetti għal trattament kwaternarju f’konformità mal-paragrafu 5 qabel l-iskarikar, dment li l-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur tiġi implimentata bis-sħiħ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 qabel il-bidu tal-fażi tal-ippjanar għall-espansjoni .

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-iskema EPR trid tkun fis-seħħ qabel ma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-trattament kwaternarju.

Emenda 24

Artikolu 8(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Fil-31 ta’ Diċembru  2030 , l-Istati Membri għandhom ikunu stabbilixxew lista ta’ żoni fit-territorju nazzjonali tagħhom fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni ta’ mikrosustanzi niġġiesa tirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. L-Istati Membri għandhom jirrevedu dik il-lista kull ħames snin minn hemm ’il quddiem u jaġġornawha jekk ikun meħtieġ.

2.   Fil-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom ikunu stabbilixxew lista ta’ żoni fit-territorju nazzjonali tagħhom fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni ta’ mikrosustanzi niġġiesa tirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. L-Istati Membri għandhom jirrevedu dik il-lista kull sitt snin minn hemm ’il quddiem u jaġġornawha jekk ikun meħtieġ.

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 25

Artikolu 8(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, u l-metodu li għandu jintuża għal dik il-valutazzjoni tar-riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sa [sentejn wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea] li jistabbilixxu l-format tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, u l-metodu li għandu jintuża għal dik il-valutazzjoni tar-riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Raġuni

Nilqgħu b’sodisfazzjon l-implimentazzjoni gradwali tul l-istadji importanti, iżda l-iskadenzi jiġu stabbiliti kmieni wisq. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati fi żmien raġonevoli. Id-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni hija wiesgħa wisq.

Emenda 26

Artikolu 8(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.   Sal-31 ta’ Diċembru  2035 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal 50 % tal-agglomerazzjonijiet ta’ bejn 10 000 p.e u 100 000 e.p. , l-ilma mormi urban li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun soġġett għal trattament kwaternarju f’konformità mal-paragrafu 5 qabel ma jiġi skarikat f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2. Sal-31 ta’ Diċembru  2040 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l -ilma mormi urban li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun soġġett għal trattament kwaternarju f’konformità mal-paragrafu 5 qabel ma jiġi skarikat f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet kollha ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru  2040 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li 50 % tal-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ bejn 10 000 p.e u 100 000 e.p., u li jiskarikaw f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 ikunu soġġetti għal trattament kwaternarju skont il-paragrafu 5, dment li l-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur tiġi implimentata bis-sħiħ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 qabel il-bidu tal-fażi tal-ippjanar għall-espansjoni . Sal-31 ta’ Diċembru  2045 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjanti kollha tat-trattament tal -ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p. u li jiskarikaw f’żoni inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 huma soġġetti għal trattament kwaternarju f’konformità mal-paragrafu 5, dment li l-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur tiġi implimentata bis-sħiħ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 qabel il-bidu tal-fażi tal-ippjanar għall-espansjoni .

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE. Il-formulazzjoni tat-tieni paragrafu trid tkun konsistenti mal-ewwel paragrafu. Ir-rekwiżiti għat-trattament kwaternarju ma għandhomx japplikaw sakemm l-Iskema EPR tiġi implimentata bis-sħiħ.

Emenda 27

Artikolu 8(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

5.   Il-kampjuni meħuda f’konformità mal-Artikolu 21 u mal-Parti D tal-Anness I ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-valuri parametriċi stabbiliti fit-tabella 3 tal-Parti B tal-Anness I. L-għadd massimu permess ta’ kampjuni li ma jikkonformawx mal-valuri parametriċi tat-tabella 3 tal-Parti B tal-Anness I huwa stabbilit fit-tabella 4 tal-Parti D tal-Anness I.

5.   Il-kampjuni meħuda f’konformità mal-Artikolu 21 u mal-Parti D tal-Anness I ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-valuri parametriċi u/jew il-persentaġġ minimu tat-tneħħija stabbiliti fit-tabella 3 tal-Parti B tal-Anness I. L-għadd massimu permess ta’ kampjuni li ma jikkonformawx mal-valuri parametriċi tat-tabella 3 tal-Parti B tal-Anness I huwa stabbilit fit-tabella 4 tal-Parti D tal-Anness I.

Raġuni

It-tabella 3 fil-verżjoni attwali ma tinkludix valuri parametriċi. Qed nipproponu li jiġu inklużi fit-tabella 3 permezz ta’ att delegat (ara l-emenda għall-Artikolu 8(6)). Barra minn hekk, għandha tiġi inkluża r-referenza għall-persentaġġ minimu tat-tneħħija, li hija inkluża fit-tabella 3.

Emenda 28

Artikolu 8(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

6.    Sal-31 ta’ Diċembru 2030, il -Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodi ta’ monitoraġġ u kampjunar li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jiddeterminaw il-preżenza u l-kwantitajiet fl-ilma mormi urban tal-indikaturi stabbiliti fit-tabella 3 tal-Parti B tal-Anness I. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

6.    Il -Kummissjoni għandha , sa [sentejn wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea], tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodi ta’ monitoraġġ u kampjunar , u tistabbilixxi valuri parametriċi għall-mikroinkwinanti li għandhom jintużaw mill-Istati Membri , bħala alternattiva għat-tnaqqis perċentwali, biex jiddeterminaw il-preżenza u l-kwantitajiet fl-ilma mormi urban tal-indikaturi stabbiliti fit-tabella 3 tal-Parti D tal-Anness I. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Raġuni

L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati fi żmien raġonevoli. It-tabella 3 fil-verżjoni attwali ma tinkludix valuri parametriċi. Qed nipproponu li jiġu inklużi fit-tabella 3 permezz ta’ att delegat.

Emenda 29

Artikolu 9(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-produtturi li jqiegħdu fis-suq kwalunkwe wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness III jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi li jqiegħdu fis-suq kwalunkwe wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness III jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur.

Tali miżuri għandhom jiżguraw li dawk il-produtturi jkopru:

Miżuri għandhom jiżguraw li dawk il-produtturi jkopru:

(a)

il-kostijiet sħaħ għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8, inkluż il-kostijiet għat-trattament kwaternarju tal-ilma mormi urban biex jitneħħew il-mikrosustanzi niġġiesa li jirriżultaw mill-prodotti u r-residwi tagħhom li jqiegħdu fis-suq, għall-monitoraġġ tal-mikrosustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a); u

(a)

il-kostijiet sħaħ għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8, inkluż il-kostijiet għall-akkwist, l-implimentazzjoni u l-operazzjoni tat -trattament kwaternarju tal-ilma mormi urban biex jitneħħew il-mikrosustanzi niġġiesa li jirriżultaw mill-prodotti u r-residwi tagħhom li jqiegħdu fis-suq, għall-monitoraġġ tal-mikrosustanzi niġġiesa msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a); u

(b)

il-kostijiet għall-ġbir u l-verifika tad-data dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq; u

(b)

il-kostijiet għall-ġbir u l-verifika tad-data dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq;

(c)

kostijiet oħra meħtieġa biex jeżerċitaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur.

(c)

kostijiet oħra meħtieġa biex jeżerċitaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur ; u

 

(d)

kostijiet oħrajn b’rabta mal-valutazzjonijiet tar-riskju għaż-żoni msemmija fl-Artikolu 8(2) .

Raġuni

Sabiex jintlaħqu l-iskadenzi fl-Artikolu 8 rigward it-trattament kwaternarju, l-investimenti jeħtieġ li jibdew jitwettqu fil-futur qrib. Biex jitwettqu dawn l-investimenti, huwa propost li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw minn qabel l-investimenti meħtieġa u jiġu rimborżati meta l-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur tkun fis-seħħ.

Emenda 30

Artikolu 9(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   L-Istati Membri għandhom jeżoneraw lill-produtturi mir-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom skont il-paragrafu 1 meta l-produtturi jkunu jistgħu juru kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin: (a) il-kwantità tal-prodott li jqiegħdu fis-suq tkun inqas minn 2 tunnellati fis-sena; (b) il -prodotti li jqiegħdu fis-suq ma jiġġenerawx mikrosustanzi niġġiesa fl-ilmijiet mormija fi tmiem ħajjithom .

2.   L-Istati Membri , taħt is-superviżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom jeżoneraw lill-produtturi mir-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom skont il-paragrafu 1 meta l-produtturi jkunu jistgħu juru permezz ta’ dokumentazzjoni rilevanti li l- prodotti li jqiegħdu fis-suq ma jiġġenerawx mikrosustanzi niġġiesa fl-ilmijiet mormija matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom .

Raġuni

L-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur hija fattur essenzjali biex jiġi żgurat li t-trattament kwaternarju jkun jista’ jiġi implimentat u operat skont il-proposta. Sabiex l-operaturi jkollhom ċertezza fl-ippjanar u fil-finanzjament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-funzjonament ta’ din is-sistema. Peress li diversi tipi ta’ kostijiet jiġġarrbu b’rabta mat-trattament kwaternarju, għandu jiġi żgurat li l-irkupru tal-kostijiet mis-setturi industrijali speċifikati jkopri kemm il-kostijiet tal-ippjanar u tal-investiment kif ukoll l-kostijiet tal-operat u l-manutenzjoni. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur tkun applikabbli irrispettivament mill-post tal-produzzjoni, l-uffiċċju rreġistrat tal-produtturi jew il-kummerċ permezz tas-swieq diġitali. L-eżenzjonijiet mill-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur għandhom ikunu strettament limitati. L-eżenzjoni tal-piż ta’ 2 tunnellati fis-sena fis-suq nazzjonali ser tikkawża implimentazzjoni limitata ħafna tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’ħafna mill-Istati Membri. Minħabba li l-limitu tal-piż huwa wkoll speċifiku għall-kumpaniji, ftit kumpaniji ser ikollhom jikkontribwixxu għall-finanzjament u ser ikun possibbli li tiġi evitata r-responsabbiltà. Bħala minimu għandu jiġi ċċarat li l-eżenzjonijiet jirreferu għal 2 tunnellati fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, l-eżenzjoni għal sustanzi li ma jiġġenerawx mikrosustanzi niġġiesa jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis l-emissjonijiet matul il-produzzjoni u l-użu kif ukoll ir-rimi. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li l-bejgħ permezz ta’ pjattaformi online jkun kopert mir-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Emenda 31

Artikolu 9(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.    Il -Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kriterji dettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt (b), għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

3.    Sal-31 ta’ Diċembru [sentejn wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea], il- Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kriterji dettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt (b) għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27 biex jiġi emendat l-Anness III biex tiġi estiża l-lista ta’ setturi koperti mir-responsabbiltà estiża tal-produttur abbażi tal-evalwazzjoni fl-Artikolu 30(1).

Raġuni

Hemm bżonn ta’ atti ta’ implimentazzjoni bi kriterji dettaljati fi żmien raġonevoli wara l-pubblikazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ estensjoni potenzjali futura tal-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li toħroġ att delegat biex tespandi l-Anness III li jelenka s-setturi koperti.

Emenda 32

Artikolu 9(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 jeżerċitaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur b’mod kollettiv billi jaderixxu ma’ organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 jeżerċitaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur b’mod kollettiv billi jaderixxu ma’ organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu kkontrollati minn korp pubbliku skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 10(3). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 darba fis-sena għandhom jipprovdu lill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi b’dan li ġej:

(a)

il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 darba fis-sena għandhom jipprovdu lill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-korp pubbliku kontrollanti tagħhom b’dan li ġej:

 

(i)

il-kwantitajiet annwali tal-prodotti elenkati fl-Anness III li jqiegħdu fis-suq fil-kuntest tal- attività professjonali tagħhom;

 

(i)

il-kwantitajiet annwali tal-prodotti elenkati fl-Anness III li jqiegħdu fis-suq fil-kuntest tal- attivitajiet tagħhom;

 

(ii)

informazzjoni dwar il-periklu tal-prodotti msemmija fil-punt (i) fl-ilmijiet mormija fi tmiem ħajjithom;

 

(ii)

informazzjoni dwar il-periklu tal-prodotti msemmija fil-punt (i) fl-ilmijiet mormija fi tmiem ħajjithom;

 

(iii)

meta rilevanti, lista ta’ prodotti eżonerati f’konformità mal-paragrafu 2;

 

(iii)

meta rilevanti, lista ta’ prodotti eżonerati f’konformità mal-paragrafu 2;

(b)

il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi sabiex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom;

(b)

il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi sabiex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mir-responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom , b’konformità mal-paragrafu 1, subparagrafu 2 ;

(c)

il-kontribuzzjoni ta’ kull produttur, kif imsemmija fil-punt (b), tiġi ddeterminata abbażi tal-kwantitajiet u l-periklu fl-ilmijiet mormija tal-prodotti li jitqiegħdu fis-suq ;

(c)

il-kontribuzzjoni ta’ kull produttur, kif imsemmija fil-punt (b), tiġi ddeterminata skont l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b) ;

(d)

l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma soġġetti għal awditi annwali indipendenti tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom, inkluża l-kapaċità tagħhom li jkopru l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-kwalità u l-adegwatezza tal-informazzjoni miġbura skont il-punt (a) u l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet miġbura skont il-punt (b).

(d)

l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma soġġetti għal awditi annwali indipendenti tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom, inkluża l-kapaċità tagħhom li jkopru l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-kwalità u l-adegwatezza tal-informazzjoni miġbura skont il-punt (a) u l-adegwatezza tal-kontribuzzjonijiet miġbura skont il-punt (b).

Emenda 33

Artikolu 9(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

6.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur u l-organizzazzjonijiet b’responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti skont l-Artikoli 9 u 10 jiġu ssodisfati qabel ma tibda l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għat-trattament kwaternarju stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), (4) u (5). Sakemm jiġu implimentati bis-sħiħ ir-rekwiżiti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-Artikoli 9 u 10, jeħtieġ li l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi ma jkunux obbligati jimplimentaw bis-sħiħ it-trattament kwaternarju kif stabbilit fl-Artikolu 8.

Emenda 34

Artikolu 11(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull erba’ snin isiru awditi tal-enerġija tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u tas-sistemi ta’ ġbir. Dawk l-awditi għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE u jinkludu identifikazzjoni tal-potenzjal għall-użu jew il-produzzjoni kosteffettivi tal-enerġija rinnovabbli, b’enfasi partikolari fuq l-identifikazzjoni u l-użu tal-potenzjal għall-produzzjoni tal-bijogass, filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan. L-ewwel verifiki għandhom jitwettqu:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull erba’ snin isiru awditi tal-enerġija tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u tas-sistemi ta’ ġbir. Dawk l-awditi għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE u jinkludu identifikazzjoni tal-potenzjal għall-użu jew il-produzzjoni kosteffettivi tal-enerġija rinnovabbli, b’enfasi partikolari fuq l-identifikazzjoni u l-użu tal-potenzjal għall-produzzjoni tal-bijogass, filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan. L-ewwel verifiki għandhom jitwettqu:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar u s-sistemi ta’ ġbir konnessi magħhom;

(a)

sal-31 ta’ Diċembru  2030 għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 100 000 e.p. u aktar u s-sistemi ta’ ġbir konnessi magħhom;

(b)

sal-31 ta’ Diċembru  2030 għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p. u s-sistemi ta’ ġbir konnessi magħhom.

(b)

sal-31 ta’ Diċembru  2035 għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ bejn 10 000 e.p. u 100 000 e.p. u s-sistemi ta’ ġbir konnessi magħhom.

Raġuni

L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 35

Artikolu 11(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-enerġija annwali totali minn sorsi rinnovabbli, kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, prodotta fil-livell nazzjonali minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 10 000 e.p. u aktar tkun ekwivalenti mill-inqas għal:

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-enerġija annwali totali minn sorsi rinnovabbli, kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, prodotta fil-livell nazzjonali fuq il-post u mhux fuq il-post b’riżorsi esterni jew riżorsi proprji minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jittrattaw tagħbija ta’ 10 000 e.p. u aktar u indipendentement minn jekk tintużax fuq il-post jew mhux fuq il-post mill-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban, jew mixtrija minn sorsi esterni, tkun ekwivalenti mill-inqas għal:

(a)

50 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru  2030 ;

(a)

50 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru  2040 ;

(b)

75 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru  2035 ;

(b)

75 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru  2045 ;

(c)

100 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru  2040 .

(c)

100 % tal-enerġija annwali totali użata minn impjanti bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru  2050 .

Il-kalkolu tal-miri ta’ hawn fuq għandu jiġi kkalkulat fi tliet partijiet: a) il-konsum u l-produzzjoni tal-enerġija tal-kumpanija tal-ilma mormi prodotta mill-attivitajiet/installazzjonijiet tal-kumpanija stess (ekonomija/regolazzjoni); b) il-produzzjoni tal-enerġija derivata mill-partijiet terzi esterni li jipproduċu l-enerġija minn riżorsi ġejjin mill-kumpanija tal-ilma mormi, u c) l-enerġija rinnovabbli mixtrija minn partijiet terzi esterni.

Raġuni

Dan l-objettiv huwa ta’ min ifaħħru iżda l-kliem attwali mhuwiex fattibbli u hemm ir-riskju li ma tiġix ottimizzata s-sistema ġenerali. Sabiex jiġu żgurati l-kosteffiċjenza u l-fattibbiltà, l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-impjant tat-trattament jew f’assi oħra tas-sistema tal-ilma mormi jew taċ-ċiklu tal-ilma urban. Pereżempju, dan jinkludi l-enerġija termali miksuba mill-inċinerazzjoni tal-ħama tad-drenaġġ u proċessi komparabbli. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti l-ġodda dwar it-trattament ser iwasslu għal żieda ġenerali fl-użu tal-enerġija, u dan jagħmilha aktar diffiċli biex jintlaħaq l-objettiv. Għalhekk jeħtieġ li tiġi indirizzata wkoll l-estensjoni tal-iskadenzi.

Emenda 36

Artikolu 14(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.   L-awtorizzazzjonijiet speċifiċi imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati u,  meta jkun hemm bżonn, adattati mill-inqas kull sitt snin .

4.   L-awtorizzazzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati mill-inqas kull sitt snin u,  jekk ikun hemm bżonn, adattati.

Raġuni

Aktar superviżjoni fuq impjanti privati u l-fatt li l-permessi għall-iskariki minn impjanti tat-trattament għandhom jiġu riveduti kull 6 snin x’aktarx li jwasslu għal żieda fl-ammont ta’ xogħol għall-muniċipalitajiet. Jeħtieġ li l-ispezzjonijiet ma jsirux awtomatikament kull 6 snin, iżda jenħtieġ li jsiru kull meta jiġi aġġornat pjan tal-ilma mormi.

Emenda 37

Artikolu 15(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

4.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni biex jevitaw id-deterjorament tal-istatus ekoloġiku u kimiku tal-korpi tal-ilma affettwati. L-Istati Membri għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-objettivi stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

modi alternattivi biex tiġi indirizzata ż-żieda fl-ammonti tal-ilma mormi domestiku u l-ammonti tal-ilma tax-xeba’, inkluż il-kunsiderazzjoni ta’ punti alternattivi ta’ skariku, ma jipproduċux aktar benefiċċji ambjentali jew ikunu jinvolvu spiża eċċessiva;

(b)

il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli kollha huma stabbiliti fl-awtorizzazzjoni ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi msemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8 u implimentati b’mod effettiv biex jiġu minimizzati l-impatti mill-ilma mormi urban fuq il-korpi tal-ilma affettwati inkluż fejn dan jirrikjedi kontrolli tal-emissjonijiet aktar stretti bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE u l-istandards tal-kwalità ambjentali stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2008/105/KE. Il-konformità ma’ dawn il-kriterji għandha tintwera fil-pjanijiet rilevanti ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara żviluppati skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Raġuni

Il-bliet u r-reġjuni jrid ikollhom il-possibbiltà li jespandu f’konformità mat-tkabbir tal-popolazzjoni. Is-sentenza Weser wasslet għal interpretazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet dwar id-deterjorament tal-istandards tal-kwalità ambjentali. F’termini konkreti, dan jimplika li meta impjant tat-trattament tal-ilma mormi jkun soġġett għal valutazzjoni ambjentali, l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata jekk l-attività tirriskja li tħalli impatt negattiv fuq dawn l-objettivi. Mingħajr permess, l-attività tista’ ma tiġix permessa. Bħalissa, ma hemm l-ebda eżenzjoni għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi fir-Regolamenti. Għalkemm din l-isfida enormi bħalissa hija viżibbli biss fi ftit Stati Membri, jista’ jiġi antiċipat li l-problema ser tkun viżibbli f’ħafna aktar fil-futur prevedibbli hekk kif l-impjanti tat-trattament isiru dejjem aktar effiċjenti. Għal impjanti tat-trattament diġà effiċjenti ħafna ma hemm l-ebda mod kif tiġi kkumpensata ż-żieda fl-ammonti tal-ilma mormi b’effiċjenza ogħla permezz ta’ titjib tekniku. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea regolarment tirrevedi d-Direttiva dwar l-istandards tal-kwalità ambjentali b’għadd akbar ta’ standards ta’ kwalità ambjentali li jkunu aktar stretti dwar l-istatus kimiku. Dan ifisser li l-kwistjoni gradwalment ser issir rilevanti f’għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri hekk kif jiżdied ir-riskju li jinqabżu l-istandards tal-kwalità. Huwa essenzjali li l-bliet u r-reġjuni Ewropej ikunu jistgħu jibnu jew jespandu impjanti tat-trattament eżistenti hekk kif tiżdied il-popolazzjoni tagħhom. Inkella, il-bliet u r-reġjuni jistgħu jiġu mġiegħla jirrinunzjaw l-iżvilupp residenzjali u b’hekk jiġi ostakolat l-iżvilupp ġenerali tal-komunità.

Emenda 38

Artikolu 17(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-preżenza tal-parametri tas-saħħa pubblika li ġejjin fl-ilma mormi urban:

1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-preżenza tal-parametri tas-saħħa pubblika li ġejjin fl-ilma mormi urban:

(a)

Il-virus tas-SARS-CoV-2 u l-varjanti tiegħu;

(a)

Il-virus tas-SARS-CoV-2 u l-varjanti tiegħu;

(b)

il-virus tal-poljo;

(b)

il-virus tal-poljo;

(c)

il-virus tal-influwenza;

(c)

il-virus tal-influwenza;

(d)

patoġeni emerġenti;

(d)

patoġeni emerġenti;

(e)

kontaminanti ta’ tħassib emerġenti;

(e)

kontaminanti ta’ tħassib emerġenti;

(f)

kwalunkwe parametru ieħor tas-saħħa pubblika li jitqies rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-monitoraġġ.

(f)

interferenti endokrinali;

 

(g)

kwalunkwe parametru ieħor tas-saħħa pubblika li jitqies rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-monitoraġġ , inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali .

Raġuni

Bħala kjarifika, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiżdiedu mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-aħħar sottoparagrafu.

Emenda 39

Artikolu 17(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema nazzjonali għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni permanenti bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-saħħa pubblika u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-trattament tal-ilma mormi urban fir-rigward ta’:

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema nazzjonali għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni permanenti bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-saħħa pubblika u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-trattament tal-ilma mormi urban fir-rigward ta’:

 

(a .a)

l-allokazzjoni ċara tar-rwoli u r-responsabbiltajiet, u l-kostijiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

(a)

l-identifikazzjoni ta’ parametri oħra tas-saħħa pubblika minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom jiġu mmonitorjati fl-ilma mormi urban;

(a)

l-identifikazzjoni ta’ parametri oħra tas-saħħa pubblika minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom jiġu mmonitorjati fl-ilma mormi urban;

(b)

id-determinazzjoni tal-post u tal-frekwenza tal-kampjunar u l-analiżi tal-ilma mormi urban għal kull parametru tas-saħħa pubblika identifikat f’konformità mal-paragrafu 1, filwaqt li titqies id-data disponibbli dwar is-saħħa u l-ħtiġijiet f’termini ta’ data dwar is-saħħa pubblika u, fejn rilevanti, is-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi lokali;

(b)

id-determinazzjoni tal-post u tal-frekwenza tal-kampjunar u l-analiżi tal-ilma mormi urban għal kull parametru tas-saħħa pubblika identifikat f’konformità mal-paragrafu 1, filwaqt li titqies id-data disponibbli dwar is-saħħa u l-ħtiġijiet f’termini ta’ data dwar is-saħħa pubblika u, fejn rilevanti, is-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi lokali;

(c)

l-organizzazzjoni ta’ komunikazzjoni xierqa u f’waqtha tar-riżultati tal-monitoraġġ lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa pubblika u lill-pjattaformi tal-Unjoni, fejn tali pjattaformi jkunu disponibbli.

(c)

l-organizzazzjoni ta’ komunikazzjoni xierqa u f’waqtha tar-riżultati tal-monitoraġġ lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-saħħa pubblika u lill-pjattaformi tal-Unjoni, fejn tali pjattaformi jkunu disponibbli.

Raġuni

L-importanza ta’ allokazzjoni ċara u ekwa tar-responsabbiltajiet u d-dmirijiet.

Emenda 40

Artikolu 18(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Sa [l-aħħar jum tat-tieni sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jidentifikaw ir-riskji kkawżati mill-iskariki tal-ilma mormi urban lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem u mill-inqas dawk relatati ma’ dan li ġej: […]

1.    F’konformità mal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jeħtieġ li jippromovu l-kontroll f’ras il-għajn sabiex jiġi prevenut it-tniġġis fl-ilma mormi urban.

Sa [l-aħħar jum tal-ħames sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jidentifikaw ir-riskji kkawżati mill-iskariki tal-ilma mormi urban lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem u mill-inqas dawk relatati ma’ dan li ġej: […]

Raġuni

Jekk jiġu identifikati riskji speċifiċi, jeħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa f’ras il-għajn meta jkun possibbli. L-emenda proposta għandha l-għan li timplimenta approċċ ta’ kontroll f’ras il-għajn f’konformità mal-Artikolu 191(2) tat-TFUE. Tibdil f’konformità mal-iskadenzi proposti.

Emenda 41

Artikolu 18(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Fejn ikunu ġew identifikati riskji f’konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jindirizzawhom, li għandhom jinkludu fejn xieraq il-miżuri li ġejjin:

2.   Fejn ikunu ġew identifikati riskji f’konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jindirizzawhom, li għandhom jinkludu fejn xieraq il-miżuri li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ġbir f’konformità mal-Artikolu 3 għal agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ inqas minn 1 000 ;

(a)

l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ġbir f’konformità mal-Artikolu 3 għal agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ iktar minn 250 u inqas minn 1 000 ;

(b)

l-applikazzjoni ta’ trattament sekondarju f’konformità mal-Artikolu 6 għall-iskariki ta’ ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ inqas minn 1 000 ;

(b)

l-applikazzjoni ta’ trattament sekondarju jew l-ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 6 għall-iskariki ta’ ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ iktar minn 200 u inqas minn 1 000 ;

(c)

l-applikazzjoni ta’ trattament terzjarju f’konformità mal-Artikolu 7 għall-iskariki ta’ ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ inqas minn 10 000 ;

(c)

l-applikazzjoni ta’ trattament terzjarju jew l-ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 7 għall-iskariki ta’ ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ iktar minn 1 000 u inqas minn 10 000 ;

(d)

l-applikazzjoni ta’ trattament kwaternarju f’konformità mal-Artikolu 8 għal skariki ta’ ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ inqas minn 10 000 ;

(d)

l-applikazzjoni ta’ trattament kwaternarju f’konformità mal-Artikolu 8 għal skariki ta’ ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ iktar minn 1 000 u inqas minn 10 000 ;

Raġuni

Mill-perspettiva tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji, iż-żieda fir-rekwiżiti għal faċilitajiet żgħar tal-ilma mormi mhijiex ġustifikata. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm limitu aktar baxx għall-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban koperti mill-estensjoni.

Emenda 42

Artikolu 18(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.   L-identifikazzjoni tar-riskji mwettqa f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi rieżaminata kull ħames snin. Sommarju tar-riskji identifikati flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri adottati f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu inklużi fil-programmi nazzjonali ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 u kkomunikati lill-Kummissjoni fuq talba.

3.   L-identifikazzjoni tar-riskji mwettqa f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi rieżaminata kull sitt snin u tiġi allinjata mal-iskedar tar-rieżami tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar żviluppati skont id-Direttiva 2000/60/KE . Sommarju tar-riskji identifikati flimkien ma’ deskrizzjoni tal-miżuri adottati f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu inklużi fil-programmi nazzjonali ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 u kkomunikati lill-Kummissjoni fuq talba.

Raġuni

Skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 43

Artikolu 19(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex itejbu l-aċċess għas-sanità għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati.

1.    Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u b’kont meħud tal-kuntest lokali u reġjonali u ċ-ċirkostanzi għas-sanità, l -Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex itejbu l-aċċess għas-sanità għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati.

Raġuni

F’konformità mal-formulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb.

Emenda 44

Artikolu 20(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rotot tal-ġestjoni tal-ħama jkunu konformi mal-ġerarkija tal-iskart prevista fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE. Tali rotot għandhom jimmassimizzaw il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tar-riżorsi u jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq l-ambjent.

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rotot tal-ġestjoni tal-ħama jkunu konformi mal-ġerarkija tal-iskart prevista fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE. Tali rotot għandhom jimmassimizzaw il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid , l-irkupru u r-riċiklaġġ tar-riżorsi u jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq l-ambjent.

Raġuni

Ir-rabta mad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart hija milqugħa, iżda d-definizzjoni u l-użu tat-terminu “użu mill-ġdid” fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart ma japplikawx għall-ħama mit-trattament tal-ilma mormi urban, peress li l-ħama mhuwiex prodott jew komponent li jerġa’ jintuża għall-istess skop li nħoloq għalih.

Emenda 45

Artikolu 21(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ 10 000 e.p. u aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw il-konċentrazzjoni u t-tagħbijiet ta’ sustanzi niġġiesa mit-tifwir tal-ilma tal-maltemp u mill-ilma tax-xeba’ urban skarikat fil-korpi tal-ilma.

2.   Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ 10 000 e.p. u aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw jew jistmaw, permezz ta’ fatturi ta’ emissjoni, il-konċentrazzjoni u t-tagħbijiet ta’ sustanzi niġġiesa mit-tifwir tal-ilma tal-maltemp u mill-ilma tax-xeba’ urban skarikat fil-korpi tal-ilma . Il-karatteristiċi ta’ dan il-monitoraġġ ser jiġu definiti fil-Pjanijiet integrati għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban deskritti fl-Anness V. L-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti għandhom jirċievu biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani biex iwettqu dan il-monitoraġġ. Għall-fini ta’ dan il-monitoraġġ, l-Istati Membri jistgħu jużaw taħlita ta’ mudelli vvalidati u kampjuni rappreżentattivi ta’ punti ta’ skariku minn tifwir tal-ilma tal-maltemp u skariki ta’ ilma tax-xeba’ urban.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu garantiti finanzjament suffiċjenti. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni ta’ tagħbijiet ta’ tniġġis għandha tkun tista’ tiġi stmata permezz ta’ metodi vvalidati.

Emenda 46

Artikolu 21(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.   Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 10 000 e.p., l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw, fid-dħul u fl-iżbokk tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, il-konċentrazzjoni u t-tagħbijiet fl-ilma mormi urban tal-elementi li ġejjin: […]

3.   Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 10 000 e.p., l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw b’mod trasparenti , fid-dħul u fl-iżbokk tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, il-konċentrazzjoni u t-tagħbijiet fl-ilma mormi urban tal-elementi li ġejjin: […]

Raġuni

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq b’mod trasparenti.

Emenda 47

Artikolu 22(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri, assistiti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), għandhom:

1.   L-Istati Membri, assistiti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), għandhom:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikolu 21 li tinkludi informazzjoni dwar il-parametri msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a), u r-riżultati tat-testijiet fir-rigward tal-kriterji ta’ aċċettabilità/inaċettabilità stabbiliti fil-Parti D tal-Anness I u taġġorna dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(a)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikolu 21 li tinkludi informazzjoni dwar il-parametri msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (a), u r-riżultati tat-testijiet fir-rigward tal-kriterji ta’ aċċettabilità/inaċettabilità stabbiliti fil-Parti D tal-Anness I u taġġorna dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(b)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li jindika l-perċentwal ta’ ilma mormi urban li jinġabar u jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikolu 3 u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(b)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li jindika l-perċentwal ta’ ilma mormi urban li jinġabar u jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikolu 3 u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(c)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jiġi implimentat l-Artikolu 4(4) u dwar il-perċentwal tat-tagħbija tal-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 2 000 e.p. li jiġi ttrattat f’sistemi individwali u jaġġornaw dak is-sett ta’ data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(c)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jiġi implimentat l-Artikolu 4(4) u dwar il-perċentwal tat-tagħbija tal-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 2 000 e.p. li jiġi ttrattat f’sistemi individwali u jaġġornaw dak is-sett ta’ data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(d)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar l-għadd ta’ kampjuni miġbura u l-għadd ta’ kampjuni meħuda f’konformità mal-Parti D tal-Anness I li ma kinux aċċetabbli ;

(d)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar l-għadd ta’ kampjuni miġbura u l-għadd ta’ kampjuni meħuda f’konformità mal-Parti D tal-Anness I li ma kinux aċċettabbli u wara dan jaġġornaw dan is-sett ta’ data kull sena ;

(e)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bi tqassim skont il-gassijiet differenti u dwar l-enerġija totali użata u l-enerġija rinnovabbli prodotta minn kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ta’ 10 000 e.p. u aktar, kif ukoll kalkolu tal-perċentwal tal-ksib tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(e)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bi tqassim skont il-gassijiet differenti u dwar l-enerġija totali użata u l-enerġija rinnovabbli prodotta minn kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ta’ 10 000 e.p. u aktar, kif ukoll kalkolu tal-perċentwal tal-ksib tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(f)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda f’konformità mal-punt 3 tal-Anness V u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(f)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda f’konformità mal-punt 3 tal-Anness V u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(g)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija f’konformità mal-Artikolu 17(1) u (4) u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(g)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija f’konformità mal-Artikolu 17(1) u (4) u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull sena minn hemm ’il quddiem;

(h)

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , jistabbilixxu sett ta’ data li fih il-lista ta’ żoni identifikati bħala sensittivi għall-ewtrofikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull ħames snin minn hemm ’il quddiem;

(h)

sal-31 ta’ Diċembru [3 snin wara d-dħul fis-seħħ] , jistabbilixxu sett ta’ data li fih il-lista ta’ żoni identifikati bħala sensittivi għall-ewtrofikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) u jaġġornaw dak is-sett tad-data kull ħames snin minn hemm ’il quddiem;

(i)

sal-31 ta’ Diċembru  2030 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih il-lista taż-żoni identifikati bħala żoni fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni tal-mikrosustanzi niġġiesa jirrappreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent f’konformità mal-Artikolu 8(2) u jaġġornaw dak is-sett ta’ data kull ħames snin minn hemm ’il quddiem;

(i)

sal-31 ta’ Diċembru  2033 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih il-lista taż-żoni identifikati bħala żoni fejn il-konċentrazzjoni jew l-akkumulazzjoni tal-mikrosustanzi niġġiesa jirrappreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent f’konformità mal-Artikolu 8(2) u jaġġornaw dak is-sett ta’ data kull ħames snin minn hemm’ il quddiem;

(j)

sat-12 ta’ Jannar  2029 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jittejjeb l-aċċess għas-sanità f’konformità mal-Artikolu 19, inkluża informazzjoni dwar is-sehem tal-popolazzjoni tagħhom li għandha aċċess għas-sanità u jaġġornaw dak is-sett ta’ data kull sitt snin minn hemm’ il quddiem.

(j)

sat-12 ta’ Jannar  2033 , jistabbilixxu sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jittejjeb l-aċċess għas-sanità f’konformità mal-Artikolu 19, inkluża informazzjoni dwar is-sehem tal-popolazzjoni tagħhom li għandha aċċess għas-sanità u jaġġornaw dak is-sett ta’ data kull sitt snin minn hemm’ il quddiem.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi stabbilita sistema ta’ informazzjoni li tagħmilha iżjed faċli li tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu preċedenti.

Raġuni

Tibdil f’konformità mal-iskadenzi proposti.

Emenda 48

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Sa [l-aħħar jum, tat-tlieta u għoxrin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] , l-Istati Membri għandhom iwaqqfu programm ta’ implimentazzjoni nazzjonali għal din id-Direttiva.

1.   Sal- 31 ta’ Diċembru 2027 , l-Istati Membri għandhom iwaqqfu programm ta’ implimentazzjoni nazzjonali għal din id-Direttiva.

Dawk il-programmi għandhom jinkludu:

Dawk il-programmi għandhom jinkludu:

a)

valutazzjoni tal-livell ta’ implimentazzjoni tal-Artikoli 3 sa 8;

a)

valutazzjoni tal-livell ta’ implimentazzjoni tal-Artikoli 3 sa 8;

b)

l-identifikazzjoni u l-ippjanar tal-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għal kull agglomerazzjoni, inkluża stima finanzjarja indikattiva u prijoritizzazzjoni ta’ dawk l-investimenti relatati mad-daqs tal-agglomerazzjoni u l-impatt ambjentali tal-ilma mormi urban mhux ittrattat;

b)

l-identifikazzjoni u l-ippjanar tal-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għal kull agglomerazzjoni , u tiġi ddeterminata l-amministrazzjoni pubblika responsabbli għall-investiment , inkluża stima finanzjarja indikattiva u prijoritizzazzjoni ta’ dawk l-investimenti relatati mad-daqs tal-agglomerazzjoni u l-impatt ambjentali tal-ilma mormi urban mhux ittrattat;

c)

stima tal-investimenti meħtieġa għat-tiġdid tal-infrastrutturi eżistenti tal-ilma mormi urban, inklużi s-sistemi ta’ ġbir, abbażi tal-età u r-rati ta’ deprezzament tagħhom;

c)

stima tal-investimenti meħtieġa għat-tiġdid tal-infrastrutturi eżistenti tal-ilma mormi urban, inklużi s-sistemi ta’ ġbir, abbażi tal-età u r-rati ta’ deprezzament tagħhom , u tiġi ddeterminata l-amministrazzjoni pubblika responsabbli għall-investiment ;

d)

l-identifikazzjoni, jew għall-inqas indikazzjoni, ta’ sorsi potenzjali ta’ finanzjament pubbliku, meta meħtieġa biex jikkomplementaw it-tariffi tal-utent.

d)

l-identifikazzjoni, jew għall-inqas indikazzjoni, ta’ sorsi potenzjali ta’ finanzjament pubbliku, meta meħtieġa biex jikkomplementaw it-tariffi tal-utent.

2.   Sa [l-aħħar jum tal-ħamsa u tletin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] , l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali ta’ implimentazzjoni tagħhom, ħlief meta juru, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 21, li huma konformi mal-Artikoli 3 sa 8. […]

2.   Sal- 31 ta’ Diċembru 2028 , l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali ta’ implimentazzjoni tagħhom, ħlief meta juru, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 21, li huma konformi mal-Artikoli 3 sa 8. […]

3.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-programmi ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom mill-inqas kull ħames snin. Huma għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru, ħlief meta jkunu jistgħu juru li huma konformi mal-Artikoli 3 sa 8.

3.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-programmi ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom mill-inqas kull sitt snin , u f’konformità mal-iskedar tar-rieżami tal-programmi ta’ miżuri tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar żviluppati skont id-Direttiva 2000/60/KE . Huma għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru, ħlief meta jkunu jistgħu juru li huma konformi mal-Artikoli 3 sa 8.

Raġuni

It-test jiġi allinjat mal-iskadenzi proposti. L-estensjoni tal-iskadenza hija konformi mal-ippjanar tal-ilma għar-raba’ ċiklu skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 49

Artikolu 24(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha konnessi mas-sistemi ta’ ġbir jirċievu regolarment u mill-inqas darba fis-sena, fl-aktar forma xierqa, inkluż fuq il-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, l-informazzjoni li ġejja: […]

2.   Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha konnessi mas-sistemi ta’ ġbir f’agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 1 000 e.p., jirċievu regolarment u mill-inqas darba fis-sena, fl-aktar forma xierqa, inkluż fuq il-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, l-informazzjoni li ġejja: […]

Raġuni

Id-dispożizzjoni hija tajba, iżda għandu jkun hemm limitu aktar baxx li fuqu huma koperti l-agglomerazzjonijiet.

Emenda 50

Artikolu 29(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn għandhom jinkludu, kif xieraq, penali finanzjarji proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għas-salarju tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Intrapriżi Żgħar u Medji.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva , għandhom jiddeterminaw l-awtoritajiet kompetenti għall-applikazzjoni tagħha u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn għandhom jinkludu, kif xieraq, penali finanzjarji proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għas-salarju tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Intrapriżi Żgħar u Medji.

Raġuni

Mhix meħtieġa.

Emenda 51

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi relevanti.

Kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi relevanti.

Raġuni

Skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Emenda 52

Artikolu 32(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

5.     Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, irrispettivament mill-ammonti li jittrattaw, li nbnew għaxar snin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jew dawk li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ingħataw kuntratt ta’ xogħlijiet, iridu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva fi żmien ħames snin wara l-iskadenza stabbilita f’din id-Direttiva, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271/KE.

Raġuni

Dan il-moratorju se jippermetti t-tħaddim fil-każi fejn l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jkollhom tagħmir li jkun għad irid jiġi amortizzat u dawk fejn ikun sar impenn sod u irriversibbli lil parti terza.

Emenda 53

Anness I, Tabella 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ħtiġijiet għar-rimi minn makkinarju għat-trattament ta’ skart urban ta’ ilma skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva. Il-valuri għall-konċentrazzjoni jew għall-persentaġġ ta’ tnaqqis għandhom japplikaw.

Ħtiġijiet għar-rimi minn makkinarju għat-trattament ta’ skart urban ta’ ilma skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva. Il-valuri għall-konċentrazzjoni u/ jew għall-persentaġġ ta’ tnaqqis għandhom japplikaw.

Raġuni

Huwa preferibbli li tinżamm din il-formulazzjoni peress li hija konsistenti mal-Anness I punt D(4)(a). Din titqies aktar adatta għall-valutazzjoni tal-funzjonament tajjeb ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi.

Emenda 54

Anness I, D, 3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

In-numru minimu annwali ta’ kampjuni għandu jkun determinat skont il-qies tal-impjant tat-trattament u dawn għandhom jinġabru f’intervalli regolari matul is-sena:

1 000 sa 9 999 e.p.: Kampjun wieħed fix-xahar.

10 000 sa 49 999 e.p.: Żewġ kampjuni fix-xahar. Għall-mikrosustanzi niġġiesa, kampjun wieħed fix-xahar.

50 000 to 99 999 e.p.: Kampjun wieħed fil-ġimgħa. Għall-mikrosustanzi niġġiesa, żewġ kampjuni fil-ġimgħa .

100 000 e.p. jew iktar: Kampjun wieħed kuljum. Għall-mikrosustanzi niġġiesa, żewġ kampjun i fil-ġimgħa.

In-numru minimu annwali ta’ kampjuni għandu jkun determinat skont il-qies tal-impjant tat-trattament u dawn għandhom jinġabru f’intervalli regolari matul is-sena:

1 000 sa 9 999 e.p.: Kampjun wieħed fix-xahar.

10 000 sa 49 999 e.p.: Żewġ kampjuni fix-xahar. Għall-mikrosustanzi niġġiesa, kampjun wieħed fix-xahar.

50 000 sa 99 999 e.p.: Kampjun wieħed fil-ġimgħa. Għall-mikrosustanzi niġġiesa, erbgħa u għoxrin kampjun fis-sena fl-ewwel u fit-tieni sena; tnax-il kampjun fis-sena fis-snin sussegwenti .

100 000 e.p. jew iktar: Kampjun wieħed kuljum. Għall-mikrosustanzi niġġiesa, erbgħa u għoxrin kampjun fis-sena fl-ewwel u fit-tieni sena; tnax-il kampjun fis-sena fis-snin sussegwenti .

Raġuni

Il-kost taż-żieda ta’ kampjuni proposta mill-Kummissjoni huwa eċċessiv (70 darba aktar mill-kost attwali).

Emenda 55

Anness I, Tabella 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Rekwiżiti għal trattament terzjarju ta’ skariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 7(1) u (3). Parametru wieħed jew it-tnejn li huma jistgħu jiġu applikati, skont is-sitwazzjoni lokali. Il-valuri għall-konċentrazzjoni jew għall-persentaġġ ta’ tnaqqis għandhom japplikaw.

Rekwiżiti għal trattament terzjarju ta’ skariki mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban imsemmija fl-Artikolu 7(1) u (3). Parametru wieħed jew it-tnejn li huma jistgħu jiġu applikati, skont is-sitwazzjoni lokali. Il-valuri għall-konċentrazzjoni u/ jew għall-persentaġġ ta’ tnaqqis għandhom japplikaw.

Raġuni

Mhix meħtieġa.

Emenda 56

Anness I, Tabella 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Parametri: Fosforu totali/Konċentrazzjoni: 0,5  mg/L/Persentaġġ minimu ta’ tnaqqis (Ara n-Nota 1): 90

Parametri: Nitroġenu totali/Konċentrazzjoni: 6 mg /L/Persentaġġ minimu ta’ tnaqqis (Ara n-Nota 1): 85

[…]

Parametri: Fosforu totali aktar minn 100 000 e.p. /Konċentrazzjoni: 0,5  mg/L/Persentaġġ minimu ta’ tnaqqis (Ara n-Nota 1 u 2 ): 90

Parametri: Fosforu totali 10 000 e.p. – 100 000 e.p./Konċentrazzjoni: 1 mg/L/Persentaġġ minimu ta’ tnaqqis (Ara n-Nota 1 u 2): 80

Parametri: Nitroġenu totali aktar minn 100 000 e.p. /Konċentrazzjoni: 8 mg /L/Persentaġġ minimu ta’ tnaqqis (Ara n-Nota 1 u 2 ): 80

Parametri: Nitroġenu totali 10 000 e.p. – 100 000 e.p./Konċentrazzjoni: 10 mg/L/Persentaġġ minimu ta’ tnaqqis (Ara n-Nota 1 u 2): 70 […]

Nota 1: Iż-żamma tan-nitroġenu naturali m’għandhiex titqies fil-kalkolu tal-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis.

Nota 1: Iż-żamma tan-nitroġenu naturali tista’ titqies fil-kalkolu tal-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis

Nota 2: Fi kwalunkwe każ, il-medja ta’ kuljum tal-kampjuni kollha tan-nitroġenu totali ma għandhiex taqbeż l-20 mg/l N. Ir-rekwiżit ta’ hawn fuq għandu japplika meta t-temperatura tal-effluwent mir-reattur bijoloġiku tal-impjant tat-trattament tkun ta’ 12 oC jew aktar. Din l-għażla hija valida jekk ikun jista’ jintwera, skont l-Anness I(D)(1), li jinkiseb l-istess livell ta’ protezzjoni. Il-kundizzjoni tat-temperatura tista’ tiġi sostitwita b’limitazzjoni tal-ħin tal-operat biex jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi reġjonali.

Raġuni

Ir-rekwiżiti dwar it-tnaqqis tal-fosforu u n-nitroġenu għandhom jiġu stabbiliti skont id-daqs. It-tneħħija tan-nitroġenu hija ta’ sfida. Hija tuża ħafna enerġija u tiddependi ħafna mit-temperatura. Rekwiżit kemm xejn inqas strett għan-nitroġenu huwa meħtieġ. Barra minn hekk, ir-ritenzjoni naturali tan-nitroġenu għandha tkun kreditabbli.

Emenda 57

Anness V(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.

Objettivi għat-tnaqqis tat-tniġġis mit-tifwir tal-ilma u l-ilma tax-xeba’ urban, inkluż dawn li ġejjin:

2.

Objettivi għat-tnaqqis tat-tniġġis mit-tifwir tal-ilma u l-ilma tax-xeba’ urban, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali, inkluż dawn li ġejjin:

(a)

objettiv indikattiv li t-tifwir tal-ilma mill-maltemp jirrappreżenta mhux aktar minn 1 % tat-tagħbija annwali miġbura tal-ilma mormi urban ikkalkulata f’kondizzjonijiet ta’ temp xott ; din il-mira indikattiva għandha tiġi ssodisfata:

(a)

objettiv speċifiku tat-tnaqqis tat-tniġġis mit-tifwir tal-ilma mill-maltemp ikkalkolat f’kondizzjonijiet ta’ temp xott , għandu jiġi stabbilit u ġustifikat fil-pjan integrat għall-ġestjoni tal-ilma mormi urban , li jikkorrespondi għall-kondizzjonijiet klimatiċi u l-pressjoni lokali fuq l-ambjent; dan l-objettiv għandu jiġi sodisfatt :

 

(i)

sal-31 ta’ Diċembru  2035 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ 100 000 e.p. u iktar;

 

(i)

sal-31 ta’ Diċembru  2040 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ 100 000 e.p. u iktar;

 

(ii)

sal-31 ta’ Diċembru  2040 għall-agglomerazzjonijiet ta’ 10 000 e.p. u iktar identifikati f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 5;

 

(ii)

sal-31 ta’ Diċembru  2045 għall-agglomerazzjonijiet ta’ 10 000 e.p. u iktar identifikati f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 5;

(b)

l-eliminazzjoni progressiva ta’ skariki mhux ittrattati ta’ ilma tax-xeba’ urban permezz ta’ networks tal-ġbir separati, sakemm ma jkunx jista’ jintwera li dawk l-iskariki ma jikkawżawx impatti negattivi fuq il-kwalità tal-ilmijiet riċeventi;

(b)

il-ġestjoni u t-tnaqqis progressiv ta’ skariki mhux ittrattati ta’ ilma tax-xeba’ urban permezz ta’ networks tal-ġbir separati, fejn valutazzjoni tar-riskju turi l-impatt fuq il-kwalità tal-ilma riċeventi.

Raġuni

Hemm bżonn ta’ miżuri ppjanati u ħidma kontinwa rigward it-tniġġis mit-tifwiriet tal-ilma tal-maltemp u l-ilma tax-xeba’ urban. Madankollu, hemm bżonn ta’ flessibbiltà lokali, li tqis l-ispejjeż b’rabta mal-benefiċċji ambjentali miksuba. Hemm riskju li l-mira indikattiva proposta flimkien ma’ skadenzi stabbiliti ser jiġu interpretati bħala rekwiżit vinkolanti. Objettiv ġustifikat speċifiku b’miżuri ppjanati speċifiċi huwa preferibbli.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jilqa’ l-Proposta ta’ riformulazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi peress li hemm bżonn li l-leġiżlazzjoni tiġi adattata għall-isfidi u l-possibbiltajiet tekniċi tal-lum; jiddispjaċih li l-miri tad-Direttiva attwali ma ntlaħqux kompletament, iżda jirrikonoxxi li hija kkontribwiet għat-tnaqqis tat-tniġġis u għat-titjib tal-kwalità tal-ilma fil-lagi, fix-xmajjar u fiż-żoni kostali Ewropej, u b’hekk kienet ta’ benefiċċju għall-ambjent u tejbet il-benesseri u s-saħħa taċ-ċittadini tal-UE;

2.

jenfasizza li r-reviżjoni għandha timmira għal sinerġiji konsistenti mal-Patt Ekoloġiku u b’mod partikolari mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija” billi tidderieġi d-Direttiva lejn in-newtralità enerġetika bħala kontribut għan-newtralità klimatika, u billi tappoġġja t-tranżizzjoni meħtieġa tagħha lejn ekonomija ċirkolari, tniġġis żero, diġitalizzazzjoni u protezzjoni msaħħa tal-bijodiversità. Ir-reviżjoni għandha tkun kompletament konsistenti mal-proposti leġiżlattivi bħar-reviżjonijiet tad-Direttiva dwar l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali, tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u l-Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ; id-Direttiva għandha wkoll timmira li ssaħħaħ il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

3.

jenfasizza li l-qafas jeħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-riskju, orjentat lejn l-għanijiet u flessibbli biżżejjed biex iqis id-differenzi lokali u reġjonali fi ħdan u fost l-Istati Membri. L-approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” jista’ jwassal għal spejjeż sproporzjonati fir-rigward tal-benefiċċji ambjentali miksuba, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti dwar it-tneħħija tan-nitroġenu;

4.

jissottolinja li l-bliet u r-reġjuni jespandu b’mod dinamiku f’konformità mat-tkabbir tal-popolazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura koerenza fil-leġiżlazzjonijiet kollha tal-UE dwar l-ilma sabiex ikunu possibbli l-kostruzzjoni u l-espansjoni tal-impjanti tat-trattament f’reġjuni jew bliet li qed jikbru. In-nuqqas ta’ koerenza diġà wassal għal projbizzjonijiet kontroproduttivi fuq l-espansjonijiet tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi. Sabiex id-Direttiva tibqa’ valida fil-futur, jenħtieġ li tiġi pprovduta eżenzjoni mill-projbizzjoni ta’ nondeterjorament meta l-miżuri ta’ trattament tekniku ma jkunux jistgħu jikkumpensaw aktar għal popolazzjoni li qed tikber;

5.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi dispożizzjonijiet adattati għar-realtà tar-reġjuni ultraperiferiċi biex jitqies il-kuntest partikolari tagħhom fit-trattament tal-ilma urban mormi;

6.

jappoġġja l-introduzzjoni tal-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, li tallinja mal-Patt Ekoloġiku rigward il-kontroll f’ras il-għajn u tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. L-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur hija prekundizzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-affordabbiltà tas-servizzi tal-ilma kif ukoll strument ta’ finanzjament soċjalment ġust biex jiġi indirizzat it-trattament tal-mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi. Dan jista’ joħloq kundizzjonijiet ekwivalenti għall-industriji affettwati, u b’hekk jitnaqqsu d-dumping ambjentali u r-riskji assoċjati. L-iskema ser taġixxi wkoll bħala inċentiv biex jiġu żviluppati prodotti li jirrispettaw aktar l-ambjent, filwaqt li tagħti vantaġġi kompetittivi lill-industriji;

7.

ifakkar fl-esperjenza miksuba bil-monitoraġġ selettiv tas-SARS-CoV-2, u jilqa’ l-espansjoni ppjanata għal monitoraġġ ta’ viruses, patoġeni oħra u sustanzi niġġiesa fl-ilma muniċipali mormi sabiex tiġi żgurata l-aħjar protezzjoni tas-saħħa possibbli għall-popolazzjoni;

8.

iqis li meta jintrema fil-landfills, il-plastik inixxi sustanzi kimiċi tossiċi fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art. Meta jiġi mmaniġġjat ħażin, il-plastik iniġġes l-art, il-passaġġi fuq l-ilma u l-oċeani. L-addittivi tossiċi u l-mikroplastiċi li jinsabu fix-xita, fil-ħamrija, fil-passaġġi fuq l-ilma, fl-oċeani u fuq il-qċaċet tal-muntanji ma jistgħux jiġu eliminati permezz tar-riċiklaġġ, ir-rimi f’landfill jew l-inċinerazzjoni. Huma biss il-limiti legalment vinkolanti fuq il-produzzjoni globali tal-plastik għal użijiet essenzjali li jistgħu jagħmlu differenza;

9.

jemmen li perjodi ta’ żmien ċari, ambizzjużi u realistiċi huma komponent ċentrali għall-implimentazzjoni b’suċċess tad-Direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi; iqis li estensjoni tal-iskadenzi proposti tippermetti l-effiċjenza tagħha kif ukoll il-koordinazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra;

10.

jibża’ li l-indikazzjoni tal-ispejjeż totali fil-valutazzjoni tal-impatt hija sottovalutata ħafna (3). L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u ż-żieda tar-rekwiżiti ser jirriżultaw f’żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-investiment kif ukoll fin-nefqa operattiva; Għalhekk ser ikun meħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ finanzjament għall-awtoritajiet kompetenti biex ikopru dawn l-ispejjeż;

11.

jappoġġja l-objettiv propost biex tintlaħaq in-newtralità enerġetika, iżda jenfasizza li l-Proposta jeħtieġ li tkun aktar flessibbli biex tqis il-kundizzjonijiet differenti madwar ir-reġjuni u l-bliet. L-enerġija rinnovabbli spiss ma tkunx teknikament fattibbli għall-produzzjoni u l-użu fuq il-post. Għalhekk, għandha titqies l-enerġija rinnovabbli prodotta kemm fuq il-post kif ukoll barra minnu, biex jintlaħaq dan l-għan ta’ newtralità. Barra minn hekk, l-użu tal-enerġija rinnovabbli mill-impjanti tat-trattament, irrispettivament mill-oriġini tagħha, għandu jitqies ukoll biex jintlaħaq dan l-għan ta’ newtralità;

12.

jenfasizza li t-tniġġis jeħtieġ li jiġi indirizzat f’ras il-għajn minbarra li jinstabu soluzzjonijiet fl-aħħar tal-katina; jissottolinja li l-kontroll f’ras il-għajn huwa prerekwiżit għas-suċċess tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero kif ukoll pass importanti li jippermetti l-użu mill-ġdid tal-ħama u tal-ilma;

13.

huwa tal-fehma li s-sistemi individwali huma soluzzjoni adegwata għat-trattament tal-ilma mormi f’żoni iżolati u b’popolazzjoni baxxa u fir-reġjuni ultraperiferiċi; jenfasizza li l-ġbir tal-ilma mormi f’dawn iż-żoni huwa għali u ineffiċjenti u mhux neċessarjament jipprovdi benefiċċji ambjentali aħjar. Għal każijiet bħal dawn, jitlob li soluzzjonijiet deċentralizzati b’sistemi individwali li jiffunzjonaw b’mod adegwat jiġu rregolati fl-Istati Membri jew fil-livell reġjonali, fejn ir-rekwiżiti jqisu l-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u l-pressjoni lokali fuq l-ambjent u ma tiġix ipperikolata l-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa;

14.

jaqbel li jintużaw atti delegati biex jiġu ssupplimentati jew emendati d-dispożizzjonijiet biex ikun hemm aġġustament għall-progress tekniku jew xjentifiku, iżda biss jekk jintużaw b’moderazzjoni; iħeġġeġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti sinifikanti kollha fid-Direttiva li jippermettu t-trasparenza u l-iżgurar tal-kontribut rilevanti mill-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet;

15.

jirrimarka li, għal sistemi individwali, it-trattament terzjarju obbligatorju għal sistemi bħal dawn u għal sistemi żgħar tat-trattament tal-ilma mormi jinvolvi spejjeż konsiderevoli tal-kostruzzjoni u tal-operat u jirrikjedi wkoll persunal kwalifikat; dan jista’ jkun sproporzjonat, u għalhekk għandhom ikunu permessi alternattivi bħan-nitrifikazzjoni bħala prova ta’ effiċjenza tajba tat-tindif;

16.

iqis li huwa meħtieġ li jsir impenn sod għall-użu mill-ġdid tal-ilma trattat u, b’mod partikolari, li, fil- pjani integrati għall-ġestjoni tal-ilma urban mormi jiġu inklużi miri biex jittejbu n-networks tal-ġbir tal-ilma mormi sabiex tiġi evitata l-infiltrazzjoni tal-ilma mormi fis-sottoswol u l-infiltrazzjoni tal-ilma salmastru u/jew tal-ilma ħelu fin-networks li jaffettwaw il-kapaċità ta’ purifikazzjoni u tal-użu mill-ġdid tal-ilma urban mormi.

17.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-rekwiżiti dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar, peress li dawn huma ċentrali biex jiġu vverifikati l-konformità u l-progress tal-implimentazzjoni; fir-rigward tal-ispejjeż assoċjati, jenfasizza li huwa importanti li l-monitoraġġ u r-rappurtar jitwettqu biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-għan tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

18.

jenfasizza li l-Proposta essenzjalment hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; għandu d-dubji, madankollu, li l-Artikolu 19 – Aċċess għas-sanità – u r-rekwiżiti ta’ rapportar assoċjati stabbiliti fl-Artikolu 22 – jistgħu jiġu ġġustifikati skont it-tifsira tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li l-aspetti transnazzjonali huma neqsin; huwa mħasseb dwar il-konformità tagħha mal-prinċipju tal-proporzjonalità u mal-approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” propost; għalhekk jappella għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju u aktar flessibbiltà fi ħdan il-qafas biex jiġi żgurat li l-piż fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jkunx eċċessiv fir-rigward tal-objettiv tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

19.

jitlob, sabiex jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu, aċċess għad-dokumenti kollha (b’enfasi speċjali fuq id-dokument ta’ “4 kolonni”) kondiviżi bejn il-koleġiżlaturi fil-laqgħat tat-trilogu għall-proposta leġiżlattiva msemmija hawn fuq;

Brussell, il-5 ta’ Lulju 2023.

Vasco ALVES CORDEIRO

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(2)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(3)  Eureau (2023). Dokument ta’ pożizzjoni p. 12.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/250/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)