|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-580 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 12.7.2023–13.7.2023 |
|
|
2023/C 349/01 |
||
|
2023/C 349/02 |
||
|
2023/C 349/03 |
||
|
2023/C 349/04 |
||
|
2023/C 349/05 |
||
|
2023/C 349/06 |
||
|
2023/C 349/07 |
||
|
2023/C 349/08 |
||
|
2023/C 349/09 |
||
|
2023/C 349/10 |
||
|
2023/C 349/11 |
||
|
2023/C 349/12 |
||
|
2023/C 349/13 |
||
|
2023/C 349/14 |
||
|
2023/C 349/15 |
||
|
2023/C 349/16 |
||
|
2023/C 349/17 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-580 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 12.7.2023–13.7.2023 |
|
|
2023/C 349/18 |
||
|
2023/C 349/19 |
||
|
2023/C 349/20 |
||
|
2023/C 349/21 |
||
|
2023/C 349/22 |
||
|
2023/C 349/23 |
||
|
2023/C 349/24 |
||
|
2023/C 349/25 |
||
|
2023/C 349/26 |
||
|
2023/C 349/27 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-580 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 12.7.2023–13.7.2023
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Rieżami tal-politika tat-tassazzjoni biex l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u l-gruppi vulnerabbli jiġu protetti mill-effetti negattivi tat-tranżizzjoni ekoloġika”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/01)
|
Relatur: |
Philip VON BROCKDORFF |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
27.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
195/7/10 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE josserva li l-impatt tat-tranżizzjoni ekoloġika mhux se jkun uniformi madwar l-UE u se jvarja b’mod sostanzjali minn pajjiż għal ieħor, kif ukoll fost reġjuni differenti fi ħdan l-Istati Membri. Fid-dawl ta’ dan, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni lill-isfidi soċjali kkawżati mit-tranżizzjoni biex itejbu l-leġittimità tagħha, iżommu l-istabbiltà u jevitaw l-oppożizzjoni populista. |
|
1.2. |
Il-KESE jqis li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni mwettqa b’appoġġ għal diversi atti leġiżlattivi li jikkonċernaw it-tranżizzjoni ekoloġika ġeneralment jieħdu perspettiva ġenerali tal-UE, ta’ spiss mingħajr il-profondità meħtieġa għal approċċ ta’ pajjiż b’pajjiż u reġjun b’reġjun meħtieġ biex jiffoka fuq l-impatt probabbli fuq l-ekonomiji u l-komunitajiet lokali (eċċezzjoni hija l-proposta dwar id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija). |
|
1.3. |
Il-KESE jqis ukoll li analiżi aktar immirata għandha tipprovdi data rilevanti ħafna rigward l-unitajiet domestiċi affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, u b’hekk tippermetti lill-gvernijiet jieħdu miżuri aktar adegwati biex itaffu l-impatt tal-proċess li għaddej fuq unitajiet domestiċi ifqar u vulnerabbli. |
|
1.4. |
Il-KESE jindika żewġ riskji ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika f’termini ta’ implikazzjonijiet negattivi soċjali u ekonomiċi u b’mod partikolari: i) żieda fid-disparitajiet fl-introjtu; and ii) l-ispostament tas-setturi industrijali u l-impjiegi relatati. |
|
1.5. |
Għalhekk, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tiġi segwita tranżizzjoni ġusta li tkun kapaċi tindirizza kemm l-effetti fuq l-impjieg kif ukoll dawk distributtivi ta’ bidla lejn in-newtralità klimatika. F’dan il-kuntest, il-KESE jappella għal miżuri ridistributtivi li jkunu kapaċi jidderieġu riżorsi finanzjarji favur unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u gruppi vulnerabbli biex tiġi minimizzata l-esklużjoni soċjali, billi jiġi evitat li l-inugwaljanzi fl-introjtu jaggravaw aktar matul il-proċess li għaddej. |
|
1.6. |
Dment li t-tassazzjoni relatata mat-tranżizzjoni ekoloġika tkun fil-kompetenza tal-Istati Membri, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ miżuri fiskali nazzjonali biex it-tranżizzjoni ekoloġika ssir aktar sostenibbli u b’inqas impatt fuq l-aktar partijiet dgħajfa tal-popolazzjoni. |
|
1.7. |
Għalhekk, il-politika fiskali għandha tikkonsisti fi tliet komponenti matul it-tranżizzjoni: il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas b’miżuri ridistributtivi komplementari b’appoġġ għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx; appoġġ għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx; u krediti tat-taxxa fuq prodotti tad-dar li jiffrankaw l-enerġija. Dan l-approċċ i) jappoġġja x-xiri ta’ vetturi elettriċi; ii) jinċentiva l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi fid-djar; u iii) itejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bini (ċertament, id-Direttiva riveduta dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija (1) għandha wkoll l-għan li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika u fl-istess ħin tipproteġi l-gruppi vulnerabbli). Għall-unitajiet domestiċi bl-inqas introjtu li jista’ jkollhom obbligazzjoni tat-taxxa insuffiċjenti u li jistgħu ma jibbenefikawx minn krediti tat-taxxa, il-miżura ottimali rakkomandata hija l-appoġġ għall-introjtu. |
|
1.8. |
Il-KESE jemmen ukoll li d-distribuzzjoni ta’ vouchers mill-Istat li jippermettu x-xiri u l-investimenti f’teknoloġiji u prodotti ekoloġiċi tista’ tgħin biex jiġu appoġġjati gruppi vulnerabbli matul it-tranżizzjoni. |
|
1.9. |
Il-każ ta’ krediti tat-taxxa għal individwi li jixtru vetturi elettriċi implimentati fin-Netherlands huwa eżempju tajjeb ta’ inċentiv għax-xiri ta’ vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u fl-istess ħin inaqqsu d-distorsjoni possibbli kkawżata minn sussidji li spiss ikunu ta’ benefiċċju għall-fornituri għad-detriment tal-konsumaturi (2). |
|
1.10. |
Il-KESE jqis ukoll li tista’ tiġi esplorata l-esperjenza ta’ Stati Membri bħall-Ġermanja, Franza u l-Italja, li implimentaw rati tal-VAT aktar baxxi fir-rigward ta’ prodotti effiċjenti fl-enerġija, teknoloġija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u rinnovazzjonijiet tad-djar immirati biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini. Madankollu, il-VAT, mid-definizzjoni tagħha stess, mhijiex progressiva. Biex jitfassal approċċ bħal dan għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta’ akkumpanjament, bħal kumpens ta’ somma f’daqqa, biex jinkoraġġixxu l-użu fost dawn l-unitajiet domestiċi. Barra minn hekk, il-KESE jirrimarka li l-komunitajiet tal-enerġija (id-Direttiva (UE) 2019/944 (3)) u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli (id-Direttiva (UE) 2018/2001 (4)) jistgħu jsiru għodda ewlenija biex jgħinu liċ-ċittadini u lill-gruppi vulnerabbli jlaħħqu mat-tranżizzjoni ekoloġika. |
|
1.11. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol strateġiku tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF). Dan l-istrument finanzjarju għandu jkun immirat b’mod effettiv biex jindirizza l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni fuq l-ekonomiji tal-UE li bħalissa jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra u, fuq kollox, biex itaffi t-tranżizzjoni għall-ħaddiema u l-unitajiet domestiċi milquta mill-bidla attwali. |
|
1.12. |
Kif diġà ġie indikat f’Opinjonijiet preċedenti, il-KESE jirrimarka li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, anke jekk strateġiku, jista’ ma jkunx biżżejjed biex jappoġġja l-bidla ekonomika li għaddejja bħalissa u għalhekk għandu jiġi ssupplimentat minn Fond Soċjali għall-Klima ffinanzjat b’mod adegwat. |
2. Introduzzjoni u kuntest
|
2.1. |
It-tranżizzjoni ekoloġika hija sfida enormi għall-UE u għall-ġenerazzjonijiet futuri, b’mod partikolari bil-gwerra fit-tul fl-Ukrajna li qed tikkawża inċertezza ekonomika f’termini ġenerali, u b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija. Il-KESE jqis li, biex it-tranżizzjoni tirnexxi, jinħtieġ kunsens soċjali, u dan jista’ jinkiseb biss jekk il-miżuri ta’ appoġġ jiġu implimentati b’mod effettiv madwar l-UE u tiġi evitata l-oppożizzjoni populista. |
|
2.2. |
Il-KESE jfakkar li l-Patt Ekoloġiku żied il-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 minn 40 % għal mill-inqas 55 % fir-rigward tal-livelli tal-1990, u fl-istess ħin stabbilixxa l-mira tan-newtralità klimatika sal-2050. |
|
2.3. |
Il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” jinkludi sensiela ta’ proposti ta’ politika biex tintlaħaq il-mira tal-2030, li dwarhom il-KESE jixtieq iressaq il-kontribut tiegħu biex jippromovi tranżizzjoni ekoloġika li tinftiehem u tiġi kondiviża bis-sħiħ mill-partijiet interessati kollha involuti, minn naħa waħda, u li ma tagħmilx ħsara eċċessiva lill-unitajiet domestiċi u lill-gruppi vulnerabbli, min-naħa l-oħra. |
|
2.4. |
Billi tqis li t-tranżizzjoni ekoloġika se ġġib benefiċċji sostanzjali u mistennija ħafna madwar l-UE, din l-Opinjoni tiffoka fuq l-effetti negattivi li t-tranżizzjoni ekoloġika li għaddejja x’aktarx li jkollha fuq terminu qasir, b’enfasi partikolari fuq l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi fl-introjtu, u tħeġġeġ tranżizzjoni ġusta li tkun tista’ tkun proporzjonata lejn unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u gruppi vulnerabbli. |
3. Kummenti ġenerali u speċifiċi
|
3.1. |
Il-KESE josserva li l-implikazzjonijiet tat-tranżizzjoni ekoloġika mhux se jkunu uniformi madwar l-UE u, għall-kuntrarju, fil-fatt se jvarjaw b’mod sostanzjali minn pajjiż għal ieħor, jew saħansitra fost reġjuni u żoni differenti fi ħdan l-Istati Membri, skont diversi elementi ekonomiċi u soċjali varjabbli. |
|
3.2. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jinnota li r-reġjuni b’dipendenza għolja mill-fossili tal-karbonju huma, u se jkunu, partikolarment vulnerabbli għall-impatt tat-tranżizzjoni u għat-telf potenzjali ta’ impjiegi. Għalhekk, ir-reazzjonijiet meħtieġa biex tiġi appoġġjata l-koeżjoni soċjali jeħtieġ li jkunu pjuttost differenzjati bejn l-Istati Membri, jew saħansitra minn reġjun għal ieħor, abbażi tal-kuntesti lokali differenti f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, il-KESE jirrikonoxxi li d-Direttiva riveduta dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija tipproponi perjodu “tranżitorju”, u l-possibbiltà li l-Istati Membri jeżentaw l-unitajiet domestiċi vulnerabbli mit-tassazzjoni fuq it-tisħin għal 10 snin wara l-implimentazzjoni tat-taxxa riveduta. |
|
3.3. |
Minn perspettiva ta’ metodoloġija, il-KESE jemmen li l-analiżijiet tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni s’issa prinċipalment jieħdu perspettiva ġenerali tal-UE, mingħajr il-profondità meħtieġa minn approċċ ta’ pajjiż b’pajjiż u ta’ reġjun b’reġjun li jista’ jiffoka fuq l-impatt probabbli tat-tranżizzjoni fuq l-ekonomiji u l-komunitajiet lokali. F’dan ir-rigward, il-proposta dwar id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija hija eċċezzjoni, peress li kienet antiċipata minn mikroanaliżi mmirata li għandha titħaddan b’mod aktar wiesa’ fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku. |
|
3.4. |
Il-KESE jqis li analiżi aktar immirata, li tkun tista’ tqis bis-sħiħ l-ispeċifiċitajiet lokali, għandha tkun utli fl-għoti ta’ informazzjoni siewja, speċjalment fir-rigward tal-unitajiet domestiċi affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, biex b’hekk il-gvernijiet ikunu jistgħu jieħdu miżuri adegwati biex itaffu l-impatt tal-proċess li għaddej fuq unitajiet domestiċi ifqar u gruppi vulnerabbli li se jiffaċċjaw l-aktar implikazzjonijiet kritiċi. |
|
3.5. |
Il-KESE huwa tal-fehma li hemm żewġ riskji ewlenin relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika f’termini ta’ implikazzjonijiet negattivi soċjali u ekonomiċi: i) żieda fid-disparitajiet fl-introjtu; and ii) l-ispostament tas-setturi industrijali u l-impjiegi relatati. |
|
3.6. |
Il-KESE jirrimarka li l-bidla lejn ekonomija reżiljenti għall-klima u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju hija partikolarment ta’ sfida għall-unitajiet domestiċi u l-komunitajiet b’introjtu baxx, speċjalment f’reġjuni fejn il-livell ta’ żvilupp għadu lura meta mqabbel mal-partijiet urbani. Għalhekk, huwa ta’ importanza kbira li t-tranżizzjoni tkun appoġġjata minn firxa adegwata ta’ miżuri fiskali, inkluż appoġġ finanzjarju, biex jiġi indirizzat it-tħassib espress hawn fuq. |
|
3.7. |
Barra minn hekk, il-KESE jixtieq jindika piżijiet addizzjonali possibbli fuq l-aktar partijiet dgħajfa tal-popolazzjoni kkawżati mit-tranżizzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-prezzijiet tal-prodotti bażiċi li jistgħu jiżdiedu b’mod sinifikanti matul il-proċess tranżitorju. It-tranżizzjoni tista’ tabilħaqq iżżid il-prezzijiet tal-enerġija u tal-fjuwil għal dawk li l-inqas li jistgħu jaffordjawhom, peress li titqies l-ispiża ogħla tal-karbonju. Impatt bħal dan huwa partikolarment ta’ tħassib fil-kuntest makroekonomiku attwali, fejn aktar kmieni din is-sena r-rati tal-inflazzjoni ta’ diversi Stati Membri kienu għoljin (5). |
|
3.8. |
Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda l-ħtieġa li tiġi segwita tranżizzjoni ġusta li tindirizza kemm l-effetti fuq l-impjieg kif ukoll dawk distributtivi ta’ bidla lejn in-newtralità klimatika. Tali approċċ għandu jitqies bħala parti integrali mill-qafas ta’ tranżizzjoni ekoloġika u mhux biss bħala miżuri korrettivi supplimentari. |
|
3.9. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri ridistributtivi li jippermettu li r-riżorsi finanzjarji jiġu diretti lejn l-assistenza lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u lill-gruppi vulnerabbli bl-għan li tiġi evitata l-esklużjoni soċjali u l-approfondiment tal-inugwaljanzi fl-introjtu. Miżuri bħal dawn jistgħu, pereżempju, jieħdu l-forma ta’ tassazzjoni ambjentali bbażata fuq il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, b’dawk li jaqilgħu introjtu ogħla minn livell limitu stabbilit iħallsu tariffi ogħla għall-konsum ta’ enerġija intensiva fil-karbonju. |
|
3.10. |
Dment li, abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, it-tassazzjoni relatata mat-tranżizzjoni ekoloġika tkun parti mill-kompetenza tal-Istati Membri, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ miżuri fiskali adottati fil-livell nazzjonali biex it-tranżizzjoni ekoloġika ssir aktar sostenibbli u b’inqas impatt fuq kategoriji vulnerabbli, u possibbilment jiġu evitati effetti rigressivi li spiss ikunu assoċjati ma’ taxxi ambjentali. |
|
3.11. |
Il-KESE jqis li l-politika fiskali matul it-tranżizzjoni għandha tikkonsisti fi tliet komponenti: il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas b’miżuri ridistributtivi komplementari b’appoġġ għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx; appoġġ għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx; u krediti tat-taxxa fuq prodotti tad-dar li jiffrankaw l-enerġija. Dan l-approċċ i) jappoġġja x-xiri ta’ vetturi elettriċi; ii) jinċentiva l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi fid-djar; u iii) itejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bini. Madankollu, il-KESE jirrikonoxxi li d-Direttiva riveduta dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija għandha wkoll l-għan li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika u fl-istess ħin tipproteġi l-gruppi vulnerabbli. Għall-unitajiet domestiċi bl-inqas introjtu li jista’ jkollhom obbligazzjoni ta’ taxxa insuffiċjenti u li jistgħu ma jibbenefikawx minn krediti tat-taxxa, il-miżura ottimali rakkomandata hija l-appoġġ għall-introjtu. |
|
3.12. |
Il-KESE jemmen ukoll li d-distribuzzjoni ta’ vouchers mill-Istat għall-investiment f’teknoloġiji ekoloġiċi u x-xiri ta’ prodotti ekoloġiċi tista’ tgħin biex jiġu appoġġjati l-gruppi vulnerabbli matul it-tranżizzjoni. |
|
3.13. |
Miżuri fiskali għal individwi li jixtru vetturi elettriċi implimentati fin-Netherlands huma eżempju tajjeb ta’ inċentiv għax-xiri ta’ vetturi ta’ ġenerazzjoni ġdida u li jirrispettaw l-ambjent, u fl-istess ħin jitnaqqsu d-distorsjonijiet possibbli relatati ma’ sussidji aktar mifruxin. L-approċċ favur it-taxxa għall-vetturi elettriċi fin-Netherlands huwa estiż ukoll għat-taxxi tar-reġistrazzjoni u tat-triq, li jikkompletaw qafas legali favorevoli. F’dan ir-rigward, il-krediti tat-taxxa jistgħu jiġu mmirati speċifikament għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx tal-popolazzjoni li huma mistennija li jbatu l-aktar matul it-tranżizzjoni lejn teknoloġiji ekoloġiċi. |
|
3.14. |
Il-KESE jqis li tista’ tiġi rfinuta u esplorata aktar l-esperjenza ta’ Stati Membri bħall-Ġermanja, Franza u l-Italja, li implimentaw rati tal-VAT aktar baxxi fir-rigward ta’ prodotti effiċjenti fl-enerġija, teknoloġija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u rinnovazzjonijiet tad-djar immirati biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini. Madankollu, il-VAT, mid-definizzjoni tagħha stess, mhijiex progressiva. Biex jitfassal approċċ bħal dan għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, jistgħu għalhekk ikunu meħtieġa miżuri ta’ akkumpanjament, bħal kumpens ta’ somma f’daqqa, biex jinkoraġġixxu l-użu fost dawn l-unitajiet domestiċi. |
|
3.15. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, li ma jistax jiġi sottovalutat. Dan l-istrument finanzjarju għandu jkollu l-għan effettiv li jindirizza l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni fuq l-ekonomiji tal-UE li bħalissa jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra u, fuq kollox, li jiffaċilita t-tranżizzjoni għall-ħaddiema u l-unitajiet domestiċi milquta mill-bidla li qed tiġi żviluppata. |
|
3.16. |
Kif diġà indika fl-Opinjoni preċedenti tiegħu dwar Faċilità ta’ self għas-settur pubbliku u emenda għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (6), il-KESE jirrimarka li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, għalkemm importanti, jista’ ma jkunx biżżejjed biex jappoġġja l-bidla ekonomika li għaddejja f’termini tar-riżorsi u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jiġi ssupplimentat minn Fond Soċjali għall-Klima ffinanzjat b’mod adegwat kif rakkomandat fl-Opinjoni tal-KESE dwar Fond ta’ Aġġustament għall-Klima ffinanzjat mill-Koeżjoni u min-NextGenerationEU (7). |
|
3.17. |
Il-KESE jirrimarka li l-għan ta’ tali fond addizzjonali għandu jkun li jipproteġi lill-gruppi b’introjtu baxx u vulnerabbli mill-impatt negattiv tat-tranżizzjoni, dment li l-Fond Soċjali għall-Klima jkun akkumpanjat minn prattiki tajba mmirati biex jiġi evitat kwalunkwe twessigħ tal-inugwaljanzi fl-introjtu. Fl-istess ħin, il-KESE jwissi li, fl-organizzazzjoni u l-kapaċità finanzjarja attwali tiegħu (biex ma nsemmux il-posponiment tal-implimentazzjoni tiegħu b’sena), huwa improbabbli li l-Fond Soċjali għall-Klima jkun biżżejjed biex jappoġġja b’mod effettiv l-aktar partijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni, kif diġà ġie enfasizzat minn diversi partijiet interessati. Bħala eżempju, l-ispiża tal-bidla minn vetturi tradizzjonali għal vetturi elettriċi tista’ tkun għalja wisq, u għalhekk diffiċli wisq, għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u vulnerabbli mingħajr inċentivi fiskali jew appoġġ finanzjarju (8). |
|
3.18. |
Għalhekk, il-KESE jissuġġerixxi li l-awtoritajiet responsabbli fil-livell Ewropew u lokali jiżviluppaw politiki fiskali adegwati biex itaffu l-konsegwenzi negattivi tat-tranżizzjoni, mingħajr ma jikkompromettu l-inċentivi għal bidliet f’termini ta’ investimenti ekoloġiċi u konsum meħtieġa mill-proċess tranżitorju. Huwa importanti li tali mekkaniżmi għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri li jiżguraw governanza inklużiva u l-involviment attiv ta’ dawk l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika. Madankollu, il-KESE jirrikonoxxi li d-Direttiva riveduta dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija tinkludi perjodi ta’ tranżizzjoni għat-tassazzjoni ta’ prodotti magħżula jew investimenti għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija. |
|
3.19. |
Il-KESE jixtieq ifakkar lill-istituzzjonijiet kollha involuti fit-tranżizzjoni ekoloġika dwar l-importanza tad-djalogu soċjali u tal-involviment utli tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew, nazzjonali, settorjali u reġjonali. Id-djalogu soċjali għandu funzjoni kruċjali fil-ġestjoni u l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni ekoloġika, billi jiżgura involviment mifrux tal-partijiet interessati kollha u, fl-istess ħin, jipproteġi l-gruppi vulnerabbli u l-livelli ta’ impjieg madwar l-UE. |
|
3.20. |
Il-KESE jirrimarka li t-tassazzjoni progressiva, is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali mmirati u l-mekkaniżmi ta’ djalogu soċjali adatti diġà huma fis-seħħ f’diversi pajjiżi Ewropej u, għalhekk, l-adozzjoni u t-tisħiħ ulterjuri ta’ tali politiki jistgħu jibnu fuq il-prattiki tajbin eżistenti u jkunu għodda utli ħafna biex jiġi evitat aktar twessigħ tal-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali. |
|
3.21. |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-ħolqien ta’ fehim wiesa’, kif ukoll aċċettazzjoni politika u soċjali, tal-politiki dwar il-klima fil-pajjiżi Ewropej se jwassal għal tranżizzjoni ekoloġika aktar b’saħħitha u aħjar li, għall-kuntrarju, hija fil-periklu li titlef kemm il-leġittimità kif ukoll is-saħħa jekk il-piż u l-implikazzjonijiet negattivi tagħha jaqgħu b’mod sproporzjonat fuq unitajiet domestiċi ifqar. |
|
3.22. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza li l-gvernijiet, f’konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, għandhom jippruvaw inaqqsu l-impatt tat-tranżizzjoni ekoloġika fuq l-impjieg fiż-żoni l-aktar affettwati tal-UE anke permezz ta’ politiki tas-suq tax-xogħol immirati u innovattivi, inklużi programmi edukattivi u ta’ taħriġ għall-ħaddiema f’industriji b’livell għoli ta’ karbonju. |
|
3.23. |
Il-KESE jenfasizza r-riskju ta’ disparitajiet reġjonali li qed jikbru, minħabba l-proċess ta’ tranżizzjoni ekoloġika, bejn ekonomiji aktar avvanzati madwar l-UE u dawk li għadhom jiddependu ħafna minn, industriji intensivi fil-karbonju. Bl-istess mod, jista’ jkun hemm ukoll żieda fid-disparitajiet u d-diskrepanzi kompetittivi bejn il-pajjiżi u bejn iż-żoni urbani, minn naħa, u ż-żoni periferiċi, rurali u remoti, min-naħa l-oħra. |
|
3.24. |
Il-KESE huwa tal-fehma li t-tranżizzjoni ekoloġika titlob li jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u li tiġi segwita l-aġenda dwar il-ġustizzja soċjali tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fl-istess ħin. It-tranżizzjoni ekoloġika tinvolvi bidla strutturali (bil-bidla mistennija kemm fil-livell ekonomiku kif ukoll f’dak soċjali). Biex tirnexxi, trid tkun akkumpanjata minn miżuri soċjali, inkluż investiment soċjali mmirat biex jiffaċilita n-newtralità klimatika u biex tinkiseb tranżizzjoni li twassal għal negozji Ewropej dinamiċi u kompetittivi li jistgħu jiġġeneraw, pereżempju, impjiegi ekoloġiċi u tkabbir ekonomiku. |
|
3.25. |
Għalhekk, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ kollaborazzjoni msaħħa madwar l-UE, li għandha tiġi żviluppata abbażi ta’ djalogu politiku u soċjali effettiv bl-għan li jitfasslu politiki ekonomiċi u soċjali ta’ akkumpanjament biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni li għaddejja, u fl-istess ħin tiġi debitament adattata għall-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi differenti tal-komunitajiet involuti. |
|
3.26. |
Approċċ kollaborattiv bħal dan għandu jitħaddan ukoll fir-rigward tal-pajjiżi Ewropej li mhumiex membri tal-UE, sabiex jiġi evitat it-trasferiment tan-negozju u l-impjieg lejn pajjiżi li ma jsegwux żvilupp ekonomiku aktar ekoloġiku u sostenibbli bħal dak segwit mill-UE. Dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq is-suq intern, kif ukoll fuq it-tranżizzjoni ekoloġika nnifisha kemm f’termini ta’ effettività mnaqqsa kif ukoll ta’ effetti negattivi msaħħa fuq l-aktar partijiet dgħajfa tal-popolazzjoni. |
|
3.27. |
Il-KESE jappella wkoll għal aktar azzjoni min-naħa tal-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-evażjoni u l-evitar fiskali u biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-fondi pubbliċi, peress li dan jipprovdi riżorsi addizzjonali biex jiġu ffinanzjati l-miżuri distributtivi li jappoġġjaw it-tranżizzjoni. |
|
3.28. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jirrimarka li l-komunitajiet tal-enerġija (id-Direttiva (UE) 2019/944) u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli (id-Direttiva (UE) 2018/2001) jistgħu jsiru għodda ewlenija biex jgħinu liċ-ċittadini u lill-gruppi vulnerabbli jlaħħqu mat-tranżizzjoni ekoloġika. Komunitajiet bħal dawn jistgħu jieħdu kwalunkwe forma legali (assoċjazzjonijiet, kooperattivi, sħubijiet, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, jew intrapriżi żgħar/ta’ daqs medju), li jagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini tagħhom, flimkien ma’ atturi oħra tas-suq, biex jingħaqdu flimkien u jinvestu b’mod konġunt f’assi tal-enerġija. Dan jista’ jikkontribwixxi għal sistema tal-enerġija aktar dekarbonizzata u flessibbli, peress li l-komunitajiet tal-enerġija jistgħu jippermettu liċ-ċittadini jaċċessaw is-swieq tal-enerġija adatti kollha b’kundizzjonijiet ekwivalenti ma’ atturi oħrajn, inaqqsu l-kostijiet tal-enerġija tagħhom jew saħansitra jippermettu dħul potenzjali. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
(2) In-Netherlands jinċentivaw ix-xiri ta’ vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Skont rapport mill-Grupp dwar il-Klima, sussidji sa EUR 4 000 huma disponibbli għax-xiri jew il-lokazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri elettriċi bil-batterija ġodda, u EUR 5 000 għall-vannijiet. Hemm ukoll inċentivi tat-taxxa kompetittivi bħal taxxa tat-triq baxxa (MRB), l-ebda taxxa fuq ix-xiri (BPM) u l-ebda taxxa għall-użu/benefiċċju privat. Ara Netherlands: Taking action on zero emission vehicles (In-Netherlands: It-teħid ta’ azzjoni fuq vetturi b’emissjonijiet żero, mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).
(4) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(5) Ir-rata tal-inflazzjoni naqset f’dawn l-aħħar ġimgħat.
(6) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilità ta’ self għas-settur pubbliku skont il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta” (COM(2020) 453 final — 2020/0100 (COD)) u dwar “Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta” (COM(2020) 460 final — 2020/0006 (COD)) (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 240).
(7) Opinion of the European Economic and Social Committee on Climate Adjustment Fund financed by Cohesion and NGEU (own-initiative opinion) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 23).
(8) Joanna Gill, Can Europe's new Social Climate Fund protect poor from rising carbon cost? (Jista’ l-Fond Soċjali għall-Klima jipproteġi l-foqra mill-ispiża tal-karbonju li qed tiżdied?), Reuters, Diċembru 2022.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/7 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tisħiħ tas-setgħa tan-negozjar kollettiv madwar l-Unjoni Ewropea”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/02)
Relatur: Philip VON BROCKDORFF
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
21.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
152/4/9 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jinnota li n-negozjar kollettiv huwa strument essenzjali fir-relazzjonijiet industrijali (naturalment jekk wieħed jassumi li min iħaddem u t-trade unions huma lesti jinnegozjaw) u jirreferi għal riċerka reċenti li tissuġġerixxi li s-sħubija fit-trade unions lil hinn minn livell speċifikat tikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-pajjiżi, u b’hekk ittaffi d-disparitajiet stabbiliti fost l-istrati differenti tas-soċjetà. |
|
1.2. |
Il-KESE jenfasizza s-sejba importanti ta’ rapport tal-OECD li l-koordinazzjoni tal-pagi għandha rwol ewlieni biex tgħin lill-imsieħba soċjali jqisu l-effetti makroekonomiċi tal-ftehimiet dwar il-pagi fuq il-kompetittività. Il-KESE jinnota wkoll li l-istess rapport tal-OECD jenfasizza r-rwol ta’ negozjar kollettiv dinamiku u b’saħħtu fil-promozzjoni tal-produttività, il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku. |
|
1.3. |
Il-KESE huwa tal-fehma li t-trade unions, flimkien mal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, għad għandhom rwol importanti fit-tfassil tal-politika ekonomika, tal-impjieg u soċjali. Madankollu, l-għadd ta’ ħaddiema koperti jew minn ftehimiet fil-livell tal-kumpanija jew minn ftehimiet settorjali qed ikompli jonqos, u b’hekk qed idgħajjef is-setgħa tan-negozjar tat-trade unions. |
|
1.4. |
Għalhekk, jeħtieġ li jinstabu modi biex it-trade unions, dawk li jħaddmu u l-gvernijiet ikollhom iżjed importanza f’suq tax-xogħol dinamiku u biex jiġu identifikati opportunitajiet biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ strutturi sodi u solidi għad-djalogu soċjali, inkluża s-setgħa tan-negozjar kollettiv, u jiġu rrispettati l-awtonomija tal-imsieħba soċjali kif ukoll ir-relazzjonijiet industrijali nazzjonali. |
|
1.5. |
Il-KESE huwa tal-fehma li huwa f’idejn l-imsieħba soċjali li jiddeterminaw strutturi adatti għan-negozjar kollettiv u, fejn meħtieġ, għal djalogu soċjali tripartitiku u bipartitiku. Il-KESE jirrikonoxxi wkoll li l-gvernijiet jaqdu rwol ewlieni fir-rikonoxximent tal-importanza tan-negozjar kollettiv billi jipprovdu l-kundizzjonijiet abilitanti biex jiffaċilitaw l-impriża tagħha, jipproteġu kontra prattiki diskriminatorji u jipprevjenu tentattivi ta’ restrizzjoni tal-ħaddiema milli jeżerċitaw id-dritt legali tagħhom għall-parteċipazzjoni fit-trade unions. |
|
1.6. |
Il-KESE jinnota li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali iħeġġeġ lill-imsieħba soċjali jinnegozjaw ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva (1). |
|
1.7. |
Il-KESE jinnota wkoll li forom ġodda ta’ xogħol bħall-ekonomija tal-pjattaformi joħolqu sfidi ġodda għar-relazzjonijiet industrijali. Din ir-realtà l-ġdida dgħajfet ir-rwol “tradizzjonali” tat-trade unions bħala istituzzjonijiet li jirrappreżentaw ix-xogħol organizzat, kif ukoll dak tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem bħala partijiet interessati ewlenin fis-suq tax-xogħol. |
|
1.8. |
Il-KESE jinnota li l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol hija kruċjali għas-suċċess ta’ kwalunkwe negozju u għalhekk jirrakkomanda li, bħala parti mill-proċess ta’ negozjar kollettiv, il-proċessi ta’ innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol jiġu indirizzati bħala parti min-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali b’mod ġenerali. |
|
1.9. |
Il-KESE huwa tal-fehma li fid-dawl tal-kompetizzjoni globali intensa u ż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija, jista’ jkun meħtieġ li jinstab bilanċ li jqis l-interessi reċiproċi, bħal għoli tal-ħajja ogħla għall-ħaddiema, waqt li jiġi rikonoxxut li d-djalogu soċjali, inkluż in-negozjar kollettiv, jista’ jgħin biex tingħata spinta lill-produttività fuq il-post tax-xogħol. |
|
1.10. |
Il-KESE jemmen ukoll li n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali jistgħu jappoġġjaw l-istrateġija industrijali f’kundizzjonijiet ekonomiċi li qed jinbidlu, f’konformità mar-relazzjonijiet industrijali nazzjonali. Filwaqt li jista’ jkun meħtieġ ċertu livell ta’ flessibbiltà, dan għandu jkun soġġett għal ftehim bejn l-imsieħba soċjali u mingħajr ma jiġu kompromessi d-drittijiet kollettivi jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
|
1.11. |
Il-KESE jinnota li l-aktar kopertura estensiva u stabbli ta’ negozjar kollettiv fl-Ewropa teżisti f’dawk il-pajjiżi li s-sistemi ta’ negozjar tagħhom huma kkaratterizzati minn negozjar bejn għadd ta’ impjegaturi, f’liema każ in-negozjati jsiru prinċipalment fil-livell settorjali jew, f’xi każijiet bħal fil-Belġju, anke fil-livell transsettorjali. |
|
1.12. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jappella lill-gvernijiet biex jużaw l-akkwist pubbliku f’każijiet adatti bħala mezz komplementari biex jippromovu u jirrikonoxxu n-negozjar kollettiv. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
In-negozjar kollettiv huwa proċess ewlieni fir-relazzjonijiet industrijali li jistabbilixxi pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-setturi ekonomiċi kollha. Dan jinvolvi lil min iħaddem, minn naħa waħda, u lit-trade unions, min-naħa l-oħra. Filwaqt li n-negozjar kollettiv ilu fis-seħħ għal ħafna snin, is-sħubija fi trade union naqset b’mod konsistenti matul is-snin. Ir-riċerka turi li hekk kif qed tonqos is-sħubija fi trade unions, is-saħħa ta’ negozjar tal-unions tiddgħajjef, b’implikazzjonijiet għad-drittijiet miksuba tal-ħaddiema u n-negozjar kollettiv (2). Bl-istess mod, huwa importanti li n-negozji jipparteċipaw fl-assoċjazzjonijiet rilevanti ta’ min iħaddem sabiex jissaħħaħ il-proċess tan-negozjar kollettiv; ir-riċerka li tindika li tali organizzazzjonijiet għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-konformità mal-istandards legali, tax-xogħol u tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, b’mod partikolari fi ħdan l-ekonomija informali (3). |
|
2.2. |
Riċerka ulterjuri titfa’ dawl fuq ir-rilevanza tat-trade unions fil-kisba ta’ bilanċ tal-poter li jappoġġja l-ġustizzja soċjali u l-prosperità ekonomika. Ir-riżultati empiriċi juru li l-inugwaljanza fl-introjtu ssegwi trajettorja invertita f’forma ta’ U ħdejn ir-rata ta’ densità tat-trade unions. Inizjalment, l-inugwaljanza fl-introjtu tiżdied hekk kif aktar individwi li għandhom impjieg jissieħbu f’union, tilħaq il-quċċata tat-trajettorja invertita f’forma ta’ U meta d-densità tat-trade unions tkun fil-medda ta’ 35 sa 39 fil-mija, u hija segwita minn tnaqqis fl-inugwaljanza fl-introjtu hekk kif id-densità tal-unjoni tkompli tiżdied. Għalhekk, din ir-riċerka tissuġġerixxi li hekk kif is-sħubija tiżdied lil hinn minn firxa speċifikata, tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu fil-pajjiż (4). |
|
2.3. |
Filwaqt li l-innovazzjoni fl-intrapriża, il-kompetittività u l-produttività huma rikonoxxuti bħala xpruni ewlenin tat-tkabbir ekonomiku f’ambjent globali kompetittiv ħafna, it-tlieta li huma jiddependu ħafna mill-kontribut tax-xogħol u l-valur miżjud li l-ħaddiema jipprovdu fil-kisba tal-innovazzjoni, il-kompetittività u l-produttività. Dan kollu huwa l-bażi tal-involviment attiv u l-kontribut tal-imsieħba soċjali. |
|
2.4. |
Kif qal il-KESE fl-Opinjoni preċedenti tiegħu (5), il-ħolqien ta’ valur fit-tul għadu d-dmir tad-diretturi eżekuttivi permezz tal-insegwiment ta’ interessi fit-tul u, għalhekk, għandu jitħeġġeġ it-titjib tar-responsabbiltà min-naħa tad-diretturi eżekuttivi lejn is-sostenibbiltà tan-negozju. Fil-fatt, dan ġie rikonoxxut b’mod espliċitu mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) bħala parti mir-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-ESG proposti tiegħu skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Soċjali Korporattiv (CSRD), li skonthom il-kumpaniji eliġibbli huma meħtieġa jiddivulgaw il-firxa tal-kopertura tan-negozjar kollettiv u tad-djalogu soċjali fost il-forza tax-xogħol tagħhom, peress li forza tax-xogħol responsabilizzata, impenjata u apprezzata titqies bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin tas-sostenibbiltà fit-tul ta’ negozju (6). |
|
2.5. |
Ir-reżiljenza ekonomika u s-sostenibbiltà jappoġġjaw indirettament il-koeżjoni soċjali peress li r-reżiljenza u s-sostenibbiltà jistgħu jinkisbu biss billi tingħata prijorità lill-valur miżjud li x-xogħol jipprovdi lill-ekonomija. Din il-prijorità hija prevalenti f’ekonomiji fejn in-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali b’mod ġenerali jirnexxu u joħolqu bilanċ ta’ poter ekonomiku li jippromovi l-innovazzjoni fl-intrapriża, il-kompetittività u l-produttività, abbażi tat-teknoloġija u l-forza tax-xogħol. |
|
2.6. |
Minkejja t-tnaqqis fid-densità tat-trade unions madwar l-UE, il-KESE huwa tal-fehma li t-trade unions għad għandhom rwol importanti, għalkemm f’xi Stati Membri, qed jonqos fit-tfassil tal-politika ekonomika, tal-impjieg u soċjali. Madankollu, l-għadd ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi qed jonqos. Ir-rappreżentattività tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem hija wkoll ta’ tħassib f’ċerti Stati Membri. Għalhekk huwa importanti li l-imsieħba soċjali, bl-appoġġ ta’ qafas ta’ abilitazzjoni, isibu modi biex jiżguraw li n-negozjar kollettiv u d- djalogu soċjali jkunu jistgħu jservu l-iskop tagħhom bħala strumenti rilevanti u sinifikanti, skont iċ-ċirkostanzi u l-prattiki nazzjonali. Il-KESE jinnota li n-negozjar kollettiv huwa dritt fundamentali, li għandu l-għeruq tiegħu fil-Kostituzzjoni tal-ILO (7). In-negozjar kollettiv huwa wkoll mezz li permezz tiegħu dawk li jħaddmu, u l-organizzazzjonijiet tagħhom u t-trade unions jistgħu jistabbilixxu pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u fl-istess ħin iqisu wkoll l-interessi ekonomiċi u soċjali nazzjonali. F’dan il-kuntest, il-KESE jirreferi għall-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, li hija wkoll dritt fundamentali kemm tal-ħaddiema kif ukoll ta’ min iħaddem, kif inhu d-dritt ta’ nonassoċjazzjoni. Relazzjonijiet tax-xogħol sodi jassumu wkoll li min iħaddem u t-trade unions huma lesti jinnegozjaw. L-evidenza turi li dan mhux dejjem ikun il-każ (8). |
|
2.7. |
Għalhekk, l-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li jiġu esplorati r-raġunijiet u l-implikazzjonijiet ta’ modi kif jitwaqqaf dan it-tnaqqis, jiġu enfasizzati r-rwoli tat-trade unions, ta’ min iħaddem u tal-gvernijiet f’suq tax-xogħol dinamiku u jiġu identifikati opportunitajiet biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ strutturi sodi u solidi għal negozjar kollettiv, filwaqt li jiġu rrispettati l-awtonomija tal-imsieħba soċjali kif ukoll ir-relazzjonijiet industrijali nazzjonali. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Kif ġie nnotat f’SOC/764 dwar It-tisħiħ tad-djalogu soċjali (9), il-livell ta’ impenn u effettività tad-djalogu soċjali (u b’mod impliċitu n-negozjar kollettiv) ivarja minn pajjiż għal ieħor. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li huwa f’idejn l-imsieħba soċjali nazzjonali li jaqblu dwar it-tfassil tal-iżjed negozjar kollettiv adatt għall-kuntest tal-pajjiż ikkonċernat. |
|
3.2. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-gvernijiet jaqdu rwol ewlieni fir-rikonoxximent tal-importanza tan-negozjar kollettiv billi jipprovdu l-kundizzjonijiet abilitanti biex jiffaċilitawh, jipproteġu kontra prattiki diskriminatorji u jipprevjenu tentattivi ta’ restrizzjoni tal-ħaddiema milli jeżerċitaw id-dritt legali tagħhom għall-parteċipazzjoni fit-trade unions. Dan il-qafas tripartitiku għandu jirrifletti l-punti ewlenin li joħorġu mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali, b’enfasi fuq l-iżgurar tal-ġustizzja soċjali, filwaqt li tingħata spinta lill-prosperità u r-reżiljenza tal-Ewropa. |
|
3.3. |
Il-KESE jinnota li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (10) iħeġġeġ lill-imsieħba soċjali jinnegozjaw ftehimiet kollettivi, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva. Barra minn hekk, il-KESE jitlob li l-imsieħba soċjali jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u dawk soċjali. Madankollu, jiddispjaċih li l-konsultazzjonijiet mhumiex qed jiġu applikati bl-istess konvinzjoni u impenn madwar l-UE. Il-KESE jinnota wkoll li, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u fejn meħtieġ, il-ftehimiet konklużi bejn l-imsieħba soċjali għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-UE u dak tal-Istati Membri tagħha. Dan il-prinċipju jassumi li jiġi pprovdut livell minimu ta’ protezzjoni. |
|
3.4. |
Id-dinja tax-xogħol qed tkompli tinbidel bi prattiki tax-xogħol ġodda li jsawru l-ħajja tax-xogħol ta’ miljuni ta’ Ewropej. Forom ġodda ta’ xogħol bħala parti mill-ekonomija tal-pjattaformi jippreżentaw sfidi formidabbli għar-relazzjonijiet tax-xogħol. Il-KESE huwa tal-fehma li din ir-realtà ġdida kellha impatt kemm fuq it-trade unions kif ukoll fuq l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, u t-tnejn li huma jeħtieġ li jadattaw malajr għal din ir-realtà filwaqt li jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, fl-ispirtu tal-Proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni dwar il-ħaddiema tal-pjattaformi. |
|
3.5. |
In-negozjar kollettiv huwa kruċjali għall-eżistenza u r-rilevanza proprja tat-trade unions u l-iżgurar ta’ bilanċ tal-poter bejn dawk li jħaddmu u l-ħaddiema. Il-KESE jemmen li n-negozjar kollettiv, kif ukoll id-djalogu soċjali b’mod ġenerali, għandhom ikopru wkoll l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol bil-għan li tingħata spinta lill-produttività u jiġu indirizzati l-bidliet potenzjali fil-prattiki tax-xogħol li għandhom impatt fuq il-benesseri u l-ħajja tax-xogħol tal-ħaddiema. Il-KESE jirrikonoxxi li dan joħloq sfida addizzjonali għat-trade unions. Madankollu, dawk li jħaddmu għandhom naturalment jibqgħu responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-intrapriżi. Dak li qed nirrakkomandaw huwa li, waqt li jiġu rispettati s-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali, ir-rwol tat-trade unions fil-proċessi ta’ innovazzjoni tal-post tax-xogħol għandu jiġi rikonoxxut bħala parti mir-rwol rilevanti tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. |
|
3.6. |
Huwa rilevanti li jiġu enfasizzati s-sejbiet ta’ rapport tal-OECD (11) li jtenni li n-negozjar kollettiv huwa dritt ewlieni tax-xogħol li jista’ jtejjeb ukoll il-prestazzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-istess rapport jikkonkludi b’mod inkwetanti li dan id-dritt huwa taħt pressjoni mid-dgħufija ġenerali tar-relazzjonijiet tax-xogħol, u ż-żieda ta’ forom ġodda u ta’ spiss prekarji ta’ impjieg. Ir-rapport jikkonferma li n-negozjar kollettiv madwar l-UE jinsab taħt pressjoni, u kemm hija kbira l-ħtieġa politika għal azzjoni. Ir-rapport jipprovdi l-evidenza kollha meħtieġa biex jissaħħaħ in-negozjar kollettiv b’mod li jsir aktar flessibbli u aktar reattiv għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel. F’dan il-kuntest, il-KESE jemmen li jeħtieġ li jinstab bilanċ li jqis l-interessi reċiproċi, bħaż-żieda fl-għoli tal-ħajja għall-ħaddiema u kompetizzjoni globali intensifikata, u jirrikonoxxi li n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali jistgħu jagħtu spinta lill-produttività permezz tal-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol u jrawmu l-iżvilupp tal-ħiliet. Barra minn hekk, in-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali jistgħu jappoġġjaw l-istrateġija industrijali f’kundizzjonijiet ekonomiċi li qed jinbidlu, abbażi tar-relazzjonijiet industrijali nazzjonali. Għalkemm il-flessibbiltà kif maqbula mill-imsieħba soċjali jeħtieġ li sservi bħala mezz ta’ adattament għal ċirkostanzi li qed jinbidlu u biex jiġu bbilanċjati l-ħtiġijiet tal-kumpaniji u l-ħaddiema, din m’għandhiex tkun f’riskju li tikkomprometti d-drittijiet kollettivi, jew għad-detriment tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Barra minn hekk, il-flessibbiltà tax-xogħol, irregolata b’mod adegwat mil-leġiżlazzjoni jew min-negozjar kollettiv, tfisser benefiċċji kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem. |
|
3.7. |
Fir-rigward tal-ftehimiet fil-livell tal-kumpanija u dawk settorjali fil-proċess ta’ negozjar kollettiv, ma hemm l-ebda formula biex jiġi determinat jekk waħda hijiex applikabbli aktar mill-oħra. Minkejja dan, biex tiżdied il-kopertura tan-negozjar kollettiv, kif iddikjarat fid-Direttiva dwar Pagi Minimi Adegwati (12), hija r-responsabbiltà tal-imsieħba soċjali fl-Istati Membri individwali li jwettqu analiżi tal-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet taż-żewġ forom ta’ ftehim u jiddeterminaw jekk il-ftehimiet settorjali fil-livell tal-kumpaniji, jew taħlita tat-tnejn li huma, jirrappreżentawx l-aħjar triq ’il quddiem biex tiżdied il-kopertura tan-negozjar kollettiv. Pereżempju, ir-riċerka tindika li l-ogħla u l-aktar kopertura stabbli ta’ negozjar kollettiv fl-Ewropa teżisti f’dawk il-pajjiżi li s-sistemi ta’ negozjar tagħhom huma kkaratterizzati minn negozjar bejn għadd ta’ impjegaturi, f’liema każ in-negozjati jsiru prinċipalment fil-livell settorjali jew, f’xi każijiet bħal fil-Belġju, anke fil-livell transsettorjali (13). Naturalment, l-isforzi biex tiżdied il-kopertura jridu jqisu ċ-ċirkostanzi prevalenti f’kull pajjiż. |
|
3.8. |
Il-KESE jirrikonoxxi li żieda fis-sħubija fit-trade unions u f’organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem ser tibqa’ sfida formidabbli, u filwaqt li d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma u għandhom ikunu ta’ natura volontarja, aħna nirrakkomandaw li l-imsieħba soċjali fl-Istati Membri individwali jindirizzaw din l-isfida billi jesploraw metodi adatti biex jiżguraw sħubija vijabbli fl-organizzazzjonijiet tagħhom. |
|
3.9. |
Il-KESE jirrikonoxxi li hemm diversità kbira ta’ sistemi nazzjonali ta’ relazzjonijiet industrijali li jirriflettu s-sitwazzjonijiet ekonomiċi u politiċi differenti tal-Istati Membri. Skont nota tal-Kummissjoni (14), in-negozjar kollettiv qed ikun ikkaratterizzat minn bidla lejn negozjar deċentralizzat fil-livell tal-kumpaniji. L-evidenza turi li l-kopertura tan-negozjar kollettiv għandha t-tendenza li tkun ogħla meta n-negozjar ikun ċentralizzat; fejn ir-rati tal-organizzazzjoni tal-impjegaturi huma ogħla; u fejn tiġi pprattikata l-estensjoni tal-ftehimiet għal partijiet mhux firmatarji. |
|
3.10. |
Il-KESE jenfasizza wkoll is-sejba importanti ta’ rapport tal-OECD li l-koordinazzjoni tal-pagi għandha rwol ewlieni biex tgħin lill-imsieħba soċjali jqisu s-sitwazzjoni taċ-ċiklu tan-negozju u l-effetti makroekonomiċi tal-ftehimiet dwar il-pagi fuq il-kompetittività (15). Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-proċess ta’ negozjar se jiddependi miċ-ċirkostanzi prevalenti fil-livell tal-intrapriża, sew jekk żgħira sew jekk kbira. |
|
3.11. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-imsieħba soċjali biex isaħħu r-rilevanza tas-sistemi tan-negozjar kollettiv billi jevalwaw kif in-negozjar kollettiv fil-livelli kollha jista’, b’mod bilanċjat, jiżgura valur miżjud kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem fis-setturi kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà. F’dan il-kuntest, huwa pertinenti li jkun innotat l-aktar rapport reċenti tal-OECD dwar il-Prospettiva tal-Impjiegi li jenfasizza r-rwol ta’ negozjar kollettiv dinamiku u b’saħħtu fil-promozzjoni tal-produttività, il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku. |
|
3.12. |
Il-KESE jinnota r-rwol importanti li l-gvernijiet jaqdu jew jista’ jkollhom fl-involviment ma’ min iħaddem u mat-trade unions għal kooperazzjoni aktar mill-qrib, u b’appoġġ għall-politiki makroekonomiċi. Naturalment, il-gvernijiet huma entitajiet li jħaddmu ewlenin huma stess u spiss jinnegozjaw ma’ unions li jirrappreżentaw il-ħaddiema, li f’ċerti Stati Membri jistgħu jistabbilixxu xejra għall-ekonomija kollha. Barra minn hekk, il-gvernijiet għandhom rwol ewlieni biex jipprovdu l-kundizzjonijiet tajba għall-paċi industrijali, l-istabbiltà tal-prezzijiet, iż-żieda fil-produttività u xejriet ta’ impjieg mhux diskriminatorji. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, u filwaqt li tiġi rrispettata l-awtonomija tal-imsieħba soċjali, il-KESE jitlob li jissaħħaħ in-negozjar kollettiv sabiex jinkisbu riżultati aħjar għan-negozji u l-ħaddiema. Bħala waħda mill-miżuri, nirrakkomandaw li l-gvernijiet jużaw l-akkwist pubbliku f’każijiet adegwati bħala mezz komplementari biex jippromovu u jappoġġjaw in-negozjar kollettiv, kif deskritt f’żewġ Opinjonijiet preċedenti maħruġa mill-KESE (16). |
|
3.13. |
Kif intqal qabel, tista’ tkun meħtieġa flessibbiltà li jsir qbil dwarha fin-negozjar kollettiv. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li kwalunkwe modifika għall-ftehimiet kollettivi – li jintlaħaq qbil dwarhom – teħtieġ tibbilanċja l-interessi taż-żewġ partijiet u tippreżenta benefiċċji għalihom. Għalkemm għandhom jiġu promossi ftehimiet fil-livell nazzjonali u settorjali, il-KESE jirrikonoxxi li, fir-rigward tan-negozjati fil-livell tal-kumpaniji, il-flessibbiltà tax-xogħol, regolata b’mod adegwat mil-leġiżlazzjoni jew min-negozjar kollettiv, tista’ tkun ta’ benefiċċju kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-ħaddiema. Negozjati bħal dawn għandhom ikunu sostnuti minn fiduċja reċiproka u strutturi ta’ negozjar effettivi, waqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma jitħallewx imorru għall-agħar. Minkejja dan u kull fejn ikun possibbli, jeħtieġ li jinstab kompromess b’mod li s-sistemi deċentralizzati jsiru aktar organizzati u jippermettu li l-ftehimiet settorjali jistabbilixxu kundizzjonijiet ta’ qafas wiesgħa li jħallu dispożizzjonijiet dettaljati għal negozjati fil-livell tal-kumpaniji. Fil-fatt, ir-riċerka tissuġġerixxi li sistemi ibridi ta’ negozjar kollettiv, li jinvolvu sistemi settorjali u f’diversi livelli kkoordinati, jirriżultaw f’eżiti mtejba kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-intrapriżi (17). |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Prinċipju 8.
(2) Schnabel, C. (2020). Union membership and collective bargaining: trends and determinants (pp. 1-37). Springer International Publishing.
(3) ILO (2013). The informal economy and decent work: A policy resource guide supporting transitions to formality. L-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol.
(4) Montebello, R., Spiteri, J., & Von Brockdorff, P. (2022). Trade unions and income inequality: Evidence from a panel of European countries. International Labour Review.
(5) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ebda Patt Ekoloġiku mingħajr patt soċjali” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23).
(6) https://www.efrag.org/?AspxAutoDetectCookieSupport=1.
(7) Huwa affermat mill-ġdid ukoll bħala tali fid-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol.
(8) Pisarczyk, Ł. (2023). Towards rebuilding collective bargaining? Poland in the face of contemporary challenges and changing European social policy. Industrial Relations Journal.
(9) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea” (COM(2023) 38 final — 2023/0012 (NLE)) u dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Insaħħu d-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea: nisfruttaw il-potenzjal kollu tiegħu biex niksbu tranżizzjonijiet ġusti” (COM(2023) 40 final) (ĠU C 228, 29.6.2023, p. 87).
(10) Prinċipju 8.
(11) https://www.oecd.org/employment/negotiating-our-way-up-1fd2da34-en.htm.
(12) Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
(13) https://www.etui.org/services/facts-figures/benchmarks/what-s-happening-to-collective-bargaining-in-europe.
(14) https://commission.europa.eu/system/files/2016-03/social-dialogue-involvement-of-workers_en.pdf.
(15) https://www.oecd.org/employment/negotiating-our-way-up-1fd2da34-en.htm.
(16) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Parlament Ewropew/Kunsill) (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159); u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-akkwist pubbliku bħala għodda biex jinħolqu l-valur u d-dinjità fix-xogħol fis-servizzi tat-tindif u tal-faċilitajiet” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 30).
(17) Braakmann, N., & Brandl, B. (2016). The efficacy of hybrid collective bargaining systems: An analysis of the impact of collective bargaining on company performance in Europe [L-effettività ta’ sistemi ibridi ta’ negozjar kollettiv: Analiżi tal-impatt tan-negozjar kollettiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji fl-Ewropa.]
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/12 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Segwitu għall-inflazzjoni u l-miżuri tal-enerġija u r-reżiljenza enerġetika tal-UE għas-setturi ekonomiċi essenzjali”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/03)
|
Relatur: |
Felipe MEDINA MARTÍN |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
26.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
151/1/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-għan ta’ din l-Opinjoni tal-KESE huwa li tivvaluta l-impatt tal-kriżi tal-enerġija wara l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq il-kumpaniji Ewropej, il-ħaddiema tagħhom u ċ-ċittadini Ewropej kollha. Il-KESE jinnota li fl-ekonomija kollha tfaċċaw problemi ta’ firxa wiesgħa, bħal: żidiet sproporzjonati fl-ispejjeż tal-produzzjoni, ir-riorganizzazzjoni tal-katini tal-provvista, diffikultajiet fil-provvista tal-ikel u prodotti oħra, żieda fl-ispejjeż tal-investiment jew it-telf tal-kapaċità tal-akkwist għall-unitajiet domestiċi Ewropej. |
|
1.2. |
Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-livelli għoljin ta’ inflazzjoni fl-Ewropa minħabba l-ispejjeż tal-enerġija, l-ispejjeż tal-materja prima, segwiti mill-prezzijiet għas-servizzi u l-prodotti industrijali. L-inflazzjoni fl-Ewropa tinsab fl-ogħla livell tagħha mill-ħolqien tal-euro. Il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll bħal dawk stabbiliti fid-dokument imfassal mill-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC). Dan għandu jinkludi, pereżempju, l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri stabbiliti fl-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill, li jipprevedi riforma importanti u t-tfassil mill-ġdid tas-suq tal-elettriku. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri tal-UE jimplimentaw l-atti tal-UE diġà adottati, bħall-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa, li jgħin biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u biex jiġi approfondit is-suq intern. |
|
1.3. |
Il-KESE jemmen li l-Qafas Temporanju ta’ Kriżi rivedut tal-UE jeħtieġ li jiġi riformat b’mod urġenti fid-dawl taż-żidiet enormi fl-ispejjeż li jirriżultaw mill-gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija. Barra minn hekk, huwa jirrakkomanda li l-Qafas Temporanju għall-Għajnuna mill-Istat jiġi applikat b’tali mod li l-għajnuna prevista fir-Regolament dwar l-Emerġenzi tal-Enerġija u fil-kuntest tal-Qafas għall-Irkupru u r-Reżiljenza tapplika għas-setturi kollha affettwati mill-kriżi tal-enerġija, b’enfasi partikolari fuq is-setturi essenzjali, sabiex ma tiġix imminata l-kapaċità ta’ ħafna kumpaniji li jkampaw, jiġi evitat impatt negattiv fuq l-għoli tal-ħajja għall-konsumaturi u ma tiġix affettwata b’mod negattiv il-kapaċità tagħhom li jsibu prodotti bażiċi ta’ kuljum. Barra minn hekk, il-KESE għal darb’oħra jappella biex tiġi introdotta “regola tad-deheb” li tippermetti li jitwettqu l-investimenti pubbliċi meħtieġa. |
|
1.4. |
Il-KESE jqis li l-unitajiet domestiċi u s-setturi ewlenin għandhom jibbenefikaw mill-pjani biex jitnaqqas l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija. Minkejja li f’xi setturi ġew irreġistrati profitti għoljin ħafna, b’żieda sostanzjali ta’ 26,8 % meta mqabbla mat-trimestru preċedenti, id-dikjarazzjonijiet ta’ falliment fl-UE laħqu l-113,1, l-ogħla livell li qatt ġie rreġistrat, skont indiċi użat mill-Eurostat biex jitkejjel il-livell ta’ falliment fl-UE meta mqabbel mal-punt ta’ riferiment ta’ 100 fl-2015. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu biex jiżguraw li l-unitajiet domestiċi u s-setturi ewlenin ikunu jistgħu jakkwistaw l-enerġija b’mod kostanti meta jiġu implimentati miżuri biex titnaqqas id-domanda fil-ħinijiet ta’ domanda massima. Fl-istess ħin, xi kumpaniji, prinċipalment fis-settur tal-enerġija, żiedu l-profitti tagħhom fix-xifer tal-inflazzjoni eżistenti, kif jindika l-BĊE (1). Il-profitti f’dan is-settur komplew jixprunaw l-inflazzjoni fl-UE u jridu jiġu indirizzati. |
|
1.5. |
Il-kriżi tal-enerġija kellha impatt fuq l-ekonomija mil-lat ta’ inflazzjoni għolja, tkabbir ekonomiku dgħajjef, pressjoni qawwija fuq il-finanzi pubbliċi, u l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji, kif ukoll it-telf tal-kompetittività ekonomika esterna. Huwa u jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-BĊE, il-KESE jissuġġerixxi l-istabbiliment tal-kriterju “Green triple-T” (tailored, targeted and transition-proof) sabiex l-interventi futuri jkunu mfassla apposta, immirati u reżistenti għat-tranżizzjoni. Il-miżuri ta’ prezzijiet mhux selettivi, bħal-limitu massimu tal-prezz ta’ ċertu ikel, ma jagħmlu xejn ħlief itawlu l-perjodu ta’ inflazzjoni elevata fuq perjodu twil ta’ żmien. |
|
1.6. |
L-inflazzjoni għolja persistenti, b’mod partikolari minħabba l-prezzijiet tal-enerġija, toħloq telf ġenerali tal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema, il-konsumaturi u l-kumpaniji Ewropej, li jaffettwa l-kundizzjonijiet tal-għajxien ta’ ħafna familji, id-domanda interna u t-tkabbir. Dan, flimkien maż-żamma tal-politika monetarja ta’ żieda fir-rati tal-imgħax, jaffettwa wkoll b’mod negattiv ħafna kumpaniji. Il-KESE jemmen li d-djalogu soċjali fis-settur tal-enerġija huwa importanti biex jinstabu d-deċiżjonijiet adatti fil-livell nazzjonali. |
|
1.7. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-gvernijiet biex jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ffrankar u effiċjenza tal-enerġija fin-negozji u fl-unitajiet domestiċi li jippermettu li titnaqqas b’mod permanenti d-domanda għall-enerġija. F’dan ir-rigward, l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli għandha tiġi mħeġġa (billi jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet legali u fiskali meħtieġa, inkluża l-introduzzjoni ta’ “regola tad-deheb tal-investiment”) biex titnaqqas id-dipendenza tagħna mill-fjuwils fossili. Is-sitwazzjoni attwali għandha tintuża bħala lieva biex titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE. Dawn il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn garanziji ta’ nonrilokazzjoni marbuta ma’ għajnuna finanzjarja. Wasal iż-żmien li jsiru l-investimenti meħtieġa (u jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ qafas fiskali meħtieġa) fit-trasformazzjoni tal-enerġija tal-Ewropa biex titnaqqas id-dipendenza mill-fjuwils fossili. Barra minn hekk, il-KESE jqis li għandhom jitkomplew il-bidliet proposti fir-REPowerEU biex jiġi ssemplifikat u aċċellerat l-għoti ta’ permessi għall-installazzjoni ta’ infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli. F’dan il-kuntest, il-KESE jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jistudjaw x’għandu jsir biex il-prezz imħallas għall-enerġija eċċessiva fornuta fil-grilja jippermetti investimenti vijabbli biex tiġi massimizzata l-kapaċità li tiġi ġġenerata enerġija rinnovabbli u tiġi kondiviża meta taqbeż il-ħtiġijiet għall-użu proprju. It-tiġdid tad-disinn tas-suq tal-enerġija għandu jiġi inkluż fl-aġenda fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet futuri fil-provvista tal-enerġija u prezzijiet eżorbitanti. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-mewġa tal-inflazzjoni fl-Ewropa hija mifruxa u tista’ ssir distinzjoni b’mod ċar bejn żewġ fażijiet. L-ewwel waħda ġiet mill-perjodu ta’ rkupru wara l-lockdown tal-popolazzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-qawmien mill-ġdid tas-setturi kollha f’daqqa waħda kkawża konġestjonijiet fil-ktajjen tal-provvista li żiedu l-kostijiet tal-materja prima u tat-trasport tal-merkanzija. Il-materja prima żdiedet b’101 % bejn Jannar 2020 u Marzu 2022 (2) u l-merkanzija b’545 % fl-istess perjodu (3). |
|
2.2. |
It-tieni fażi inflazzjonarja ġiet skattata mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-gwerra sussegwenti minn Frar 2022. F’din l-okkażjoni, ix-xokk kien jirrigwarda l-enerġija u xi prodotti li l-fornituri ewlenin tagħhom għall-UE kienu kemm ir-Russja kif ukoll l-Ukrajna: il-gass naturali, il-qamħ, iż-żejt tal-ġirasol u l-fertilizzanti. Bejn Frar u April 2022 il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti żdiedu bi 18,6 %, 16,8 %, 38,6 % u 16,7 % rispettivament (4). Sussegwentement, dawn l-ispejjeż ġew ikkontrollati, għalkemm f’Marzu 2023 l-indiċi tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi tal-FMI kien 40,9 % ogħla mil-livelli ta’ Jannar 2020; u r-rati tal-merkanzija kienu 3,6 % ogħla. |
|
2.3. |
Dawn l-iżviluppi ġew riflessi fl-ekonomija globali u Ewropea fil-forma ta’ inflazzjoni. Ir-rata annwali ta’ bidla fl-HICP (5) taż-żona tal-euro laħqet il-11,5 % (Eurostat) f’Ottubru. Valuri li kien ilhom ma jintlaħqu sa mis-seklu li għadda u li, minkejja li mmoderaw f’dawn l-aħħar xhur (f’Marzu 2023 ir-rata kienet ta’ 8,3 %), jidher li huma diffiċli ħafna biex jitrażżnu. L-evidenza li x-xokk fil-prezzijiet mhuwiex temporanju, kif kien maħsub oriġinarjament, hija li l-inflazzjoni sottostanti (eskluża l-enerġija) qed tkompli tiżdied fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa. Dan jista’ jfisser li l-politika monetarja mnedija mill-BĊE mhijiex qed tagħti r-riżultati mistennija. |
3. L-impatt tal-inflazzjoni fuq l-ekonomija Ewropea
|
3.1. |
Il-KESE jinnota li l-perspettiva ekonomika marret għall-agħar wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fi Frar 2022. Ix-xenarju ekonomiku previst għas-snin li ġejjin huwa mistenni (6) li jbatti meta mqabbel mal-2022, għalkemm dawn il-projezzjonijiet qed jitjiebu matul ix-xhur. Għalkemm fix-xitwa l-Kummissjoni Ewropea stmat żieda fil-PDG għall-UE kollha ta’ 0,8 % fl-2023 u żieda modesta ta’ 1,6 % fl-2024, fit-tbassir reċenti tar-rebbiegħa dawn il-perċentwali żdiedu għal 1,0 % u 1,7 % rispettivament. B’mod parallel, l-inflazzjoni hija mistennija li tonqos gradwalment, għalkemm b’pass aktar bil-mod milli kien previst fil-bidu (9,2 % fl-2022, 6,7 % fl-2023, 3,1 % fl-2024). Is-suq tax-xogħol ser ikun taħt piż minħabba r-rata baxxa tat-tkabbir u d-dejn tal-gvern qed jikber minħabba, fost l-oħrajn, iż-żieda rapida fir-rati tal-imgħax tal-BĊE, li ser titfa’ pressjoni fiskali fuq il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. |
|
3.2. |
Is- 96,5 miljun Ewropew li jgħixu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali huma l-aktar milquta mill-inflazzjoni għolja. 41 % tar-rispondenti tal-Ewrobarometru jsemmu l-prezzijiet, l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja bħala waħda mill-aktar problemi importanti li qed jiffaċċja pajjiżhom, qabel is-saħħa (32 %) u s-sitwazzjoni ekonomika (19 %). |
|
3.3. |
L-UE esperjenzat qtugħ kważi totali fil-provvisti tal-gass mir-Russja minħabba d-deċiżjonijiet politiċi adottati, u kważi nofs l-Istati Membri ġew affettwati mit-tnaqqis fil-kunsinni b’xi mod jew ieħor. Iż-żieda fl-inflazzjoni u l-prezzijiet tal-prodotti bażiċi, in-nuqqas ta’ ħaddiema u t-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista globali qed jaffettwaw b’mod negattiv il-ktajjen tal-provvista fl-Ewropa, kemm dawk tal-prodotti tal-ikel kif ukoll oħrajn. Skont il-perspettiva ekonomika tal-OECD, it-tkabbir globali huwa mistenni li jonqos drastikament għal madwar 2,2 % fl-2023. |
|
3.4. |
Skont il-BĊE, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija din kienet responsabbli għal żewġ terzi tad-divenzjali tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro. Skont il-Kummissjoni, bejn l-2019 u l-2022, iż-żieda fil-marġini tal-profitti kienet ta’ 54 % fis-settur tal-enerġija, fejn il-pagi żdiedu biss b’6 %. It-telfien ġenerali tal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema, il-konsumaturi u l-kumpaniji Ewropej mhux biss qed jaffettwa l-kundizzjonijiet tal-għajxien ta’ ħafna familji, iżda jekk din, is-sitwazzjoni ma tiġix rettifikata, tista’ taffettwa wkoll id-domanda domestika u t-tkabbir u b’hekk setturi tan-negozju oħrajn; dan kollu minħabba wkoll il-kontinwità tal-politika monetarja taż-żieda fir-rati tal-imgħax. Il-KESE jemmen li d-djalogu soċjali fis-settur tal-enerġija huwa importanti biex jinstabu d-deċiżjonijiet adatti fil-livell nazzjonali. |
|
3.5. |
Fl-istess ħin li l-prezzijiet tal-konsumatur għolew b’mod ġenerali fl-Ewropa, il-pagi kienu inqas volatili, u naqqru mill-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini Ewropej, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, li m’għandhomx l-għodod biex jipproteġu lilhom infushom kontra l-inflazzjoni. Fil-fatt, il-bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi diġà huma osservati minħabba t-telf tal-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi li qed jiffaċċjaw kriżi kbira fl-għoli tal-ħajja marbuta maż-żieda fil-kontijiet tal-enerġija u l-impatt tal-inflazzjoni. L-istrumenti applikati mill-Istati Membri biex jipproteġu lill-konsumaturi domestiċi vulnerabbli huma varjabbli ħafna u, f’xi każijiet, l-effettività tagħhom tista’ tkun limitata. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis il-possibbiltà li tesplora standards minimi li għandhom jiġu applikati mir-regolaturi u minn dawk li jfasslu l-politika biex jipproteġu u jappoġġjaw lill-konsumaturi domestiċi vulnerabbli. |
|
3.6. |
Wieħed mis-setturi li qiegħed ibati minn impatt prinċipali tal-effett ikkombinat tal-pandemija u tal-gwerra kien dak tal-produzzjoni tal-ikel — l-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem u l-industrija tal-ikel — u d-distribuzzjoni tal-ikel lill-konsumatur finali. Il-prossimità tal-gwerra u l-impatt tagħha fuq is-swieq tal-enerġija u tal-materja prima qed jikkawżaw distakk fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli bejn l-Ewropa u s-swieq internazzjonali, meta wieħed iqis li l-prezzijiet Ewropej għolew l-aktar. Għalhekk, skont il-Commodity price dashboard (id-dashboard tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi) ta’ April 2023, ir-rata ta’ żieda fil-prezzijiet għall-biċċa l-kbira tal-prodotti agrikoli Ewropej hija aktar minn dik tad-dinja, speċjalment għall-prodotti tal-laħam. Din l-imġiba tiġġenera tliet effetti importanti. L-ewwel wieħed huwa li l-popolazzjoni Ewropea qed tesperjenza inflazzjoni b’mod aktar intensiv bil-firxa ta’ prodotti bażiċi. It-tieni huwa li l-prodotti tal-ikel Ewropej qed jitilfu l-kompetittività fuq livell internazzjonali. It-tielet huwa li l-prezzijiet imħallsa lill-bdiewa għolew minħabba spejjeż tal-produzzjoni ogħla. |
|
3.7. |
Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wasslet għal sfidi enormi fil-katina tal-provvista tal-ikel, lil hinn mill-ispirall tal-ispejjeż tal-enerġija: iż-żieda fil-prezzijiet ta’ inputs ewlenin (għalf, fertilizzant) u n-nuqqas ta’ ċerti prodotti bażiċi (eż. żjut veġetali u qamħ) meħtieġa biex tinżamm katina tal-provvista li tiffunzjona bis-sħiħ. L-effett domino taż-żieda fl-ispejjeż qed iwassal għal deċiżjonijiet biex titnaqqas il-produzzjoni tal-fertilizzanti, li se tkompli tixpruna żieda fil-prezzijiet. In-nixfiet esperjenzati matul is-sajf tal-2022 u x-xhur li għaddew fl-2023 fl-Ewropa kollha qed jitfgħu pressjonijiet akbar fuq il-prezzijiet billi jnaqqsu l-provvista disponibbli. |
|
3.8. |
Xi setturi ewlenin, inklużi n-negozji u l-ħaddiema, li ma jistgħux iwaqqfu l-attività tagħhom tkun xi tkun is-sitwazzjoni, qed iġarrbu piż doppju: inqas konsumaturi lesti jħallsu u spejjeż li qed jiżdiedu, b’mod partikolari l-kontijiet tal-enerġija għoljin m’għola s-sema. In-negozji tas-settur tal-ikel ippruvaw jillimitaw iż-żieda fl-ispejjeż biex jiżguraw prezzijiet kompetittivi għall-konsumaturi u issa qed jibżgħu minn kriżi tal-konsum (Hidalgo, M., 2023 (7); Eurocommerce, 2023). Dan l-aħħar, il-gvern ta’ Spanja ppubblika (8) fl-ewwel rapport tiegħu tal-osservatorju tal-marġnijiet li l-marġnijiet fost il-katina alimentari naqsu b’25 % mill-2021, u b’hekk huwa ċar li l-evoluzzjoni tal-marġnijiet tal-profitt hija eteroġenja ħafna. |
Fl-istess ħin, xi kumpaniji, prinċipalment fis-settur tal-enerġija, żiedu l-profitti tagħhom fix-xifer tal-inflazzjoni eżistenti, kif jindika l-BĊE (9). Il-profitti f’dan is-settur komplew jixprunaw l-inflazzjoni fl-UE u jridu jiġu indirizzati.
|
3.9. |
Il-Bank ta’ Spanja (10) jirreferi għall-effetti pożittivi ħafna li l-hekk imsejħa “eċċezzjoni Iberika” jew “mekkaniżmu Iberiku” kellhom fuq is-sistema tal-ipprezzar tas-suq tal-elettriku. Huwa jitkellem ukoll dwar l-impatt pożittiv, għalkemm aktar limitat, tat-tnaqqis tal-VAT fuq il-prezzijiet tal-ikel u tal-fjuwil, għalkemm iżid li l-miżura kien ikollha kost aktar baxx kieku ffukat fuq l-għajnuna għall-familji b’introjtu aktar baxx. Il-Bank ta’ Spanja jirreferi wkoll għall-impatt pożittiv li ż-żidiet li għamel il-Gvern ta’ Spanja fil-paga interprofessjonali minima, il-pensjonijiet u l-introjtu vitali minimu kellhom itaffu l-effetti tal-inflazzjoni fuq l-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx. |
4. L-impatt taż-żidiet fl-ispejjeż tal-enerġija fuq il-profittabbiltà tal-kumpaniji Ewropej
|
4.1. |
Il-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku u l-gass żdiedu sa bi 15-il darba mill-bidu tal-2021, b’effetti serji fuq il-konsumaturi u n-negozji. Il-gvernijiet Ewropej bdew jimplimentaw sett ta’ politiki b’risposta għal dan. Tip wieħed ta’ politika għandu l-għan li jtaffi l-impatt taż-żieda fl-ispejjeż fuq il-konsumaturi u n-negozji. Tip ieħor ta’ miżura jfittex li jistabbilizza u jnaqqas il-prezzijiet bl-ingrossa u jiżgura s-sigurtà tal-enerġija. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jwettqu riforma komprensiva tad-disinn tas-suq tal-elettriku u tas-sistema li tikkalkula l-prezz tal-elettriku f’konformità mal-Opinjoni TEN/793 (11). |
|
4.2. |
Il-mod li bih il-prezzijiet tal-enerġija jaffettwaw l-ispejjeż tan-negozji huwa varjat ħafna: l-ewwel nett, permezz tal-ispiża tal-provvista tal-elettriku nnifisha, it-tieni nett, indirettament permezz tal-impatti fuq il-bqija tal-katina tal-provvista u, it-tielet nett, permezz tal-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu jirriżultaw minn dan. Bħala eżempju, studju mill-Bank ta’ Spanja ppubblikat ex ante fir-rebbiegħa tal-2022 (12) stima li żieda kumulattiva ta’ 25 % fl-ispiża tal-enerġija għan-negozji jkollha effett fuq it-tnaqqis tal-valur miżjud gross tagħhom b’1,6 % fl-2023. Madankollu, dan huwa l-impatt medju. L-istudju sab li xi setturi qed ibatu aktar minn oħrajn. Is-settur tal-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali qed jibbenefika l-aktar. Is-setturi li jsofru l-aktar ħsara huma: is-sajd u l-akkwakultura, it-trasport fuq l-art, it-trasport fuq l-ilma, il-kummerċ u t-tiswija tal-vetturi bil-mutur, l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem, l-edukazzjoni, it-trasport bl-ajru, l-attivitajiet tal-proprjetà immobbli, il-manifattura tal-kokk u tal-prodotti taż-żejt raffinat, is-servizzi tas-saħħa u soċjali, u s-servizzi tal-ospitalità. Xi wħud minn dawn is-setturi wrew l-importanza tagħhom għall-funzjonament bla xkiel tal-ekonomija tal-UE matul il-pandemija.}afna mis-setturi l-aktar affettwati mhumiex intensivi fl-użu tal-elettriku fl-attività tal-produzzjoni tagħhom, iżda huma konsumaturi kbar. |
|
4.3. |
Minbarra l-impatt dirett u indirett fuq il-valur miżjud gross tal-kumpaniji (il-marġnijiet), hemm mod ieħor kif wieħed jiġi affettwat fil-forma ta’ vulnerabbiltà finanzjarja akbar. Ir-rapport tal-Bank ta’ Spanja jidentifika l-aktar setturi milquta. Hemm grupp ta’ setturi partikolarment vulnerabbli, li mhux biss ikollhom dejn eċċessiv, iżda jkollhom ukoll rendiment negattiv fl-2023: il-kummerċ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur; it-trasport bl-art u bil-pipelines; is-sajd u l-akkwakultura; l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem; u l-industrija tat-tessuti, il-manifattura tat-tessuti, tal-ħwejjeġ, tal-ġilda u taż-żraben. |
|
4.4. |
Peress li l-istokkijiet kumulattivi tal-gass naturali fl-Ewropa qed jonqsu — il-volum maħżun f’Mejju 2023 kien ta’ 68 % (13) — se niffaċċjaw sfidi addizzjonali fil-ġestjoni tal-politika tagħna dwar l-enerġija. Id-differenza bejn il-kwantitajiet fornuti preċedentement mir-Russja u l-fornituri alternattivi għadha ma ġietx eliminata, u għalhekk il-prezzijiet x’aktarx li mhux ser jitbaxxew fl-immedjat. Dak li ġara, min-naħa l-oħra, huwa tnaqqis sinifikanti fid-domanda. Il-prezzijiet għoljin tal-enerġija jwasslu għal tnaqqis fil-kompetittività tal-industrija u l-ktajjen tal-provvista tagħna, li min-naħa tiegħu jiffavorixxi l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet barra mill-UE u b’hekk inaqqas l-indipendenza strateġika tal-Unjoni. L-impatt fuq l-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli, huwa partikolarment sinifikanti, b’perċentwal dejjem akbar ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew f’sitwazzjoni ta’ faqar. Dan ser ikun il-każ mill-inqas sal-2024 (14). Sabiex jiġu miġġielda dawn il-kwistjonijiet, il-KESE jirrakkomanda għadd ta’ miżuri li jinkludu garanziji ta’ lokalizzazzjoni marbuta ma’ appoġġ finanzjarju, aktar miżuri meħtieġa għall-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika għall-kumpaniji biex inaqqsu d-domanda, investimenti massivi u l-kundizzjonijiet ta’ qafas fiskali meħtieġa fl-espansjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. |
|
4.5. |
B’riżultat ta’ dan, minħabba l-isplużjoni fl-ispejjeż tal-enerġija, ħafna kumpaniji u unitajiet domestiċi qegħdin dejjem aktar f’sitwazzjoni li potenzjalment thedded l-eżistenza tagħhom. Minkejja li x-xitwa kienet relattivament sħuna, ma nistgħux nistennew li l-kundizzjonijiet ambjentali dejjem ikunu favorevoli għalina. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jipproteġu lill-unitajiet domestiċi partikolarment vulnerabbli b’miżuri speċifiċi għalihom f’dan il-qasam. |
|
4.6. |
Fil-każ tal-kumpaniji, iż-żidiet massivi fl-ispejjeż tan-negozju, flimkien mal-fatt li l-konsumaturi qed joqogħdu lura milli jonfqu, jistgħu jwasslu għar-rilokazzjoni obbligatorja f’xi każijiet. Iżda dan ma jistax isir minn kumpaniji li jipprovdu servizz essenzjali għall-klijenti u għall-bqija tal-katina tal-provvista u ma jistgħux sempliċiment iwaqqfu l-operat tagħhom minħabba żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija. |
|
4.7. |
Għalkemm għadd kbir ta’ setturi u l-ħaddiema tagħhom tqiesu bħala essenzjali matul il-pandemija tal-COVID-19, jispikka l-fatt li dan ir-rikonoxximent ma ngħatax ukoll fil-kriżi tal-enerġija attwali. S’issa, l-Istati Membri ma pprovdewx appoġġ speċifiku lil ħafna minn dawn is-setturi. Il-kumpaniji li jappartjenu għal dawn is-setturi u l-ħaddiema tagħhom għamlu sforzi biex jipproteġu lill-konsumaturi mill-marġni tagħhom stess u huwa diffiċli għalihom li jgħaddu lill-klijenti l-ispiża totali taż-żieda eżorbitanti fil-kontijiet tal-enerġija. Din mhijiex sitwazzjoni li tista’ tinżamm fit-tul. Bl-istess mod, il-KESE jqis li l-protezzjoni tan-nies mill-gvernijiet mhijiex qed isseħħ bl-istess intensità bħal fiż-żmien tal-pandemija. |
|
4.8. |
Ħafna kumpaniji qed jagħmlu bosta investimenti biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u jkollhom kapaċità akbar biex iżidu l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli. Il-KESE jemmen li l-kumpaniji jistgħu jaġixxu wkoll bħala aċċeleraturi għall-elettrifikazzjoni tat-trasport u jissostitwixxu l-gass għat-tisħin, u jaqdu rwol ewlieni fit-tranżizzjoni tal-enerġija u fil-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-UE għall-2030. Madankollu, dan ser jirrikjedi qafas regolatorju favorevoli, bħall-għoti ta’ permessi u l-ġlieda kontra d-diżinċentiv tal-prezzijiet għall-produzzjoni ta’ aktar enerġija. |
|
4.9. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-obbligi tar-REPowerEU u r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jiġu allinjati mal-appoġġ u l-kapaċità tal-operaturi li jġarrbu l-kost tal-investimenti konsiderevoli li jinvolvu. Dawn il-miżuri ser ikunu importanti biex titnaqqas id-dipendenza mill-fjuwils fossili, iżda l-obbligi għandhom ikunu marbuta mad-disponibbiltà tal-finanzjament, kemm pubbliku kif ukoll privat. It-tiġdid tad-disinn tas-suq tal-enerġija għandu jiġi inkluż fl-aġenda fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet futuri fil-provvista tal-enerġija u prezzijiet eżorbitanti. Dan it-tiġdid għandu jikkunsidra t-taħriġ għall-forza tax-xogħol li se tkun involuta fis-settur. |
Bl-istess mod, il-KESE jemmen li ż-żewġ programmi għandhom jirriflettu wkoll l-aspetti prattiċi relatati mad-disponibbiltà ta’ tagħmir u ħaddiema tas-sengħa fl-obbligi li jiġu installati stazzjonijiet tal-iċċarġjar veloċi għall-vetturi jew għal infrastruttura għall-fjuwils alternattivi. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-fondi żborżati permezz tal-proposti l-ġodda jkunu jistgħu jintużaw biex jiġi żgurat li din it-tranżizzjoni tkun tista’ titwettaq fil-ħin.
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Studju tal-BĊE dwar l-inflazzjoni, 2023.
(2) Indiċi tal-prezz primarju tal-prodotti tal-FMI, disponibbli fuq https://www.imf.org/en/Research/commodity-prices.
(3) Indiċi ta’ Freightos Baltic, disponibbli fuq https://fbx.freightos.com/.
(4) Indiċi tal-prezz primarju tal-prodotti tal-FMI, disponibbli fuq https://www.imf.org/en/Research/commodity-prices.
(5) Eurostat, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/eurostat.
(6) https://economy-finance.ec.europa.eu/economic-forecast-and-surveys/economic-forecasts/spring-2023-economic-forecast-improved-outlook-amid-persistent-challenges_en.
(7) Margins and profits of Spanish food retailers in 2022 (Il-marġnijiet u l-profitti tal-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel Spanjoli fl-2022 — mhux disponibbli bil-Malti).
(8) OME Informe Trimestral 2023/T3 (bde.es) (Rapport Trimestrali 2023/T3 tal-OME — mhux disponibbli bil-Malti).
(9) Studju tal-BĊE dwar l-inflazzjoni, 2023.
(10) https://www.bde.es/f/webbe/SES/Secciones/Publicaciones/PublicacionesAnuales/InformesAnuales/22/Files/InfAnual_2022_En.pdf.
(11) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolamenti (UE) 2019/943 u (UE) 2019/942 kif ukoll id-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 biex jittejjeb id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni” (COM(2023) 148 final — 2023/0077 (COD)) (ĠU C 293, 18.8.2023, p. 112).
(12) Disponibbli fuq: https://www.bde.es/f/webbde/Secciones/Publicaciones/InformesBoletinesRevistas/InformesEstabilidadFinancera/22/IEF_2022_1_Rec1_4.pdf
(13) Informazzjoni disponibbli fuq https://agsi.gie.eu/data-overview/eu
(14) EIU (2023): Energy crisis will erode Europe’s competitiveness in 2023 (Il-kriżi tal-enerġija ser tnaqqar il-kompetittività tal-Ewropa fl-2023 — mhux disponibbli bil-Malti), disponibbli fuq: https://www.eiu.com/n/energy-crisis-will-erode-europe-competitiveness-in-2023/.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/18 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-konsum effiċjenti tal-ilma u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impronta tagħhom fuq l-ilma”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/04)
|
Relatur: |
Milena ANGELOVA |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
29.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
190/2/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-ilma huwa essenzjali għall-ħajja, għall-ambjent u għall-ekonomija, u għaldaqstant, huwa ġid komuni li mhux biss għandu jkun aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd, iżda, l-aktar importanti, għandu jiġi rispettat u protett. Minħabba l-impatt tal-bniedem u t-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tal-ilma qed tiżdied — globalment, kif ukoll fl-Ewropa, fejn l-istress idriku jaffettwa madwar 20 % tat-territorju u 30 % tal-popolazzjoni (1). Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-leġiżlazzjoni komprensiva tal-UE li ġiet introdotta f’dan il-qasam (2) u jitlob l-implimentazzjoni rapida u effiċjenti tagħha, sabiex jiġi żgurat konsum effiċjenti tal-ilma, u li kull ċittadin tal-UE jkollu aċċess għall-ilma. |
|
1.2. |
Il-KESE jitlob li jitfasslu u jiġu implimentati fil-pront miżuri speċifiċi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-konsum effiċjenti fl-użu tal-ilma u biex jiġu promossi innovazzjonijiet teknoloġiċi biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-ilma fis-sistemi tal-produzzjoni, kif ukoll għall-minimizzazzjoni tal-iskart u strateġiji għar-riċiklaġġ. F’konformità mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, huwa jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni deċiżiva biex jiżguraw il-konformità mill-partijiet ikkonċernati kollha (3). |
|
1.3. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza vitali li l-konsumaturi jiġu infurmati, sensibilizzati, imħeġġa fir-rigward tal-konsum effiċjenti fl-użu tal-ilma u ggwidati biex jagħmlu dan. Dawk li jfasslu l-politika, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati kollha għandhom responsabbiltà kondiviża biex jikkomunikaw b’mod ċar dwar il-valur tal-ilma u l-impronta tiegħu, jippromovu l-użu ta’ apparati effiċjenti fl-użu tal-ilma u jipprovdu inċentivi biex il-konsumaturi jimpenjaw ruħhom għal xejriet ta’ ffrankar tal-ilma u biex jistinkaw għal eċċellenza kostanti. |
|
1.4. |
Il-KESE jistieden lill-UE, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi tal-ilma, u lill-partijiet kollha involuti fil-proċess biex jagħmlu ħilithom, fi ħdan il-kompetenzi tagħhom, biex itejbu kontinwament id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-effiċjenza tal-ilma. Il-protezzjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb, it-tranżizzjoni lejn ilma ċirkolari, l-iżgurar tal-provvista pubblika tal-ilma bi prezz ġust għas-servizzi, u l-prevenzjoni tal-faqar tal-ilma huma elementi essenzjali ta’ dan il-proċess. |
|
1.5. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-miżuri li ġejjin jiġu implimentati malajr sabiex itejbu l-konsum effiċjenti fl-użu tal-ilma u l-għarfien tal-konsumaturi dwar l-impronta fuq l-ilma tagħhom u biex jikkontribwixxu għal Soċjetà intelliġenti fir-rigward tal-ilma (4): |
1.5.1. Miżuri ffukati biex iħeġġu u jiggwidaw lill-konsumaturi lejn konsum effiċjenti fl-użu tal-ilma
|
1.5.1.1. |
Komunikazzjoni ċara dwar il-valur tal-ilma (implimentata mill-awtoritajiet kompetenti, mill-operaturi tal-ilma). Għandhom isiru kampanji ta’ komunikazzjoni biex tinbidel l-imġiba fit-tul biex il-konsumaturi jiġu edukati dwar il-valur tal-ilma u s-servizzi tal-ilma kif ukoll biex jiġu indirizzati b’mod speċifiku miżuri ta’ emerġenza għal żmien qasir b’reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi kkawżati mit-tibdil fil-klima (nixfa, għargħar). Grupp fil-mira importanti huwa t-tfal. Is-sostituzzjoni tal-użu tal-ilma tax-xorb b’sorsi tal-ilma mhux konvenzjonali għandha ssir in-norma (eż., kull meta jkun possibbli, jintuża l-ilma tax-xita miġbur għat-tisqija tal-ġonna, il-ħasil tal-karozzi, eċċ.). |
|
1.5.1.2. |
Il-promozzjoni ta’ tagħmir domestiku/apparati effiċjenti fl-użu tal-ilma (implimentata mill-UE u mill-Istati Membri). Illum il-ġurnata, l-unitajiet domestiċi privati jużaw diversi tagħmir domestiku/apparati li jikkunsmaw l-ilma. Wara l-avvanz fit-teknoloġija, ħafna minnhom naqqsu b’mod konsiderevoli l-użu tal-ilma tagħhom matul dawn l-aħħar snin, u b’hekk appoġġjaw xejra ġenerali ta’ tnaqqis fl-użu tal-ilma per capita. Huma meħtieġa aktar inċentivi biex il-produtturi jiġu mmotivati jjkomplu jinnovaw biex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, u biex il-klijenti jixtruhom u jużawhom. Kull tagħmir domestiku/apparat bħal dan għandu jinkludi tikketta dwar il-konsum tal-ilma. |
|
1.5.1.3. |
Il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-impronta fuq l-ilma tagħhom (implimentata mill-UE u mill-Istati Membri). Il-konsum reali tal-ilma tal-unitajiet domestiċi privati jmur ferm lil hinn mill-użu tal-ilma tax-xorb. Kull prodott u servizz ikkonsmat fih ċertu ammont ta’ ilma (5), u spiss parti sostanzjali mill-impronta fuq l-ilma tal-konsumaturi tinsab barra mir-reġjun/pajjiż ta’ oriġini tagħhom, jew saħansitra barra mill-UE. Għalhekk, l-għażliet tal-konsumaturi għandhom impatt fuq l-użu reġjonali, nazzjonali u globali tal-ilma. L-impronta fuq l-ilma hija parametru effettiv minn perspettiva edukattiva — li dan l-aħħar ġiet inkluża wkoll fil-programmi żviluppati minn ħafna kumpaniji tal-utilitajiet għall-iskejjel. Hemm ħafna kalkolaturi tal-impronta disponibbli online, fejn il-konsumatur jista’ jdaħħal id-data tiegħu u jikseb iċ-ċifra tal-impronta tiegħu. Il-konsumaturi għandhom isiru jafu bihom permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni. |
1.5.2. Miżuri ffukati biex itejbu d-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-effiċjenza tal-ilma
|
1.5.2.1. |
L-iżgurar tal-provvista pubblika tal-ilma (implimentata mill-Istati Membri u mill-operaturi tal-ilma). Bħala parti minn approċċ olistiku, għandhom jittieħdu miżuri biex jittejbu l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistema tal-provvista u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb permezz ta’ kontroll aħjar tat-tnixxija, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta’ sorsi alternattivi tal-ilma tax-xorb u miżuri oħra adegwati. Dan jinvolvi wkoll, bil-għan li jiġu protetti s-saħħa u l-benesseri tal-pubbliku, li l-Istati Membri jikkunsidraw miżuri biex jiżguraw li l-provvista pubblika tal-ilma jkollha prijorità fuq użi oħra tal-ilma f’perjodi ta’ skarsezza akuta tal-ilma. |
|
1.5.2.2. |
L-iżgurar ta’ prezz ġust għas-servizzi tal-ilma bbażat fuq irkupru sħiħ tal-ispejjeż filwaqt li tiġi ggarantita l-affordabbiltà għall-gruppi vulnerabbli (implimentati mill-awtoritajiet kompetenti). Id-Direttiva 2000/60/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jqisu l-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, tal-anqas fir-rigward tal-industrija, tal-unitajiet domestiċi u tal-agrikoltura. Skont id-data tal-Kummissjoni u tal-OECD, l-irkupru sħiħ tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma qed jinkiseb biss f’disa’ Stati Membri (6). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa limitat għal unitajiet domestiċi privati. Għalkemm l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi tal-ilma għall-aktar gruppi vulnerabbli (7), huwa importanti li t-tariffa tal-ilma tirrifletti l-kost reali tas-servizzi tal-ilma. Dan, flimkien mal-kejl preċiż tal-konsum, se jiżgura li l-konsumaturi jkunu aktar konxji tal-kost tas-servizzi tal-ilma. L-Istati Membri għandhom jiddiskutu l-possibbiltà ta’ tariffi bbażati fuq il-“valur tal-ilma”, li jiżguraw li din ir-riżorsa skarsa tiġi ppreservata wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-tariffi tal-ilma jista’ jkun fihom sinjali tal-prezzijiet biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-ilma. Pereżempju, it-tariffi jistgħu jiżdiedu meta ċertu ammont ta’ konsum per capita jinqabeż f’unità domestika, jew meta l-provvista tal-ilma tkun mhedda minn skarsezza temporanja tal-ilma. |
|
1.5.2.3. |
Kejl effiċjenti tal-konsum tal-ilma billi tiżdied l-akkuratezza tal-kejl (implimentata mill-Istati Membri, mill-muniċipalitajiet, u mill-fornituri tal-ilma):
|
|
1.5.2.4. |
Protezzjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb (implimentata mill-UE u mill-Istati Membri). Ir-riżorsi tal-ilma tax-xorb għandhom jiġu protetti minn kontaminazzjoni antropoloġika. Sabiex jinkiseb dan, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal Tniġġis Żero għandu jiġi implimentat b’mod rigoruż billi jiġu applikati l-prinċipji ta’ prekawzjoni u kontroll fis-sors, konsistenti mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, għas-sustanzi kollha ta’ tħassib li jistgħu jidħlu fl-ilma tax-xorb. Il-kontaminanti jistgħu joriġinaw minn sorsi industrijali (PFAS, farmaċewtiċi, diżinfettanti, eċċ.) jew minn sorsi agrikoli (pestiċidi, nitrati). L-UE qed tirrevedi l-atti leġiżlattivi rilevanti li jistgħu jipprevjenu t-tniġġis fis-sors, fosthom id-Direttiva 2010/75/UE (8), ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (9), id-Direttiva 2009/128/KE (10), ir-Regolament 726/2004 (11) u d-Direttiva 2001/83/KE (12). Irid jiġi żgurat li dawn ir-regoli futuri jipproteġu b’mod effettiv ir-riżorsi tal-ilma tagħna. |
|
1.5.2.5. |
Nimxu lejn ġestjoni ċirkolari tal-ilma (implimentata mill-UE, mill-Istati Membri u mill-operaturi tal-ilma). L-effiċjenza fl-użu tal-ilma tista’ tiżdied bl-użu mill-ġdid tal-ilma. Minn naħa, l-unitajiet domestiċi privati għandhom jiġu mħeġġa jiġbru l-ilma tax-xita kull meta jkun possibbli u jużawh għal skopijiet adatti, inkluż it-tisqija tal-ġonna u t-tindif). Min-naħa l-oħra, għandhom jittieħdu miżuri effettivi ta’ kontroll fis-sors biex jiġi żgurat li l-ilma mormi prodott mill-unitajiet domestiċi ma jkunx fih kontaminanti li jistgħu jipperikolaw l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat għat-tisqija u għal skopijiet oħra. |
|
1.5.2.6. |
Adattament għat-tibdil fil-klima (implimentat mill-Istati Membri, mill-muniċipalitajiet u mill-operaturi tal-ilma mormi). Ir-reġjuni huma affettwati b’mod differenti mit-tibdil fil-klima. Huwa importanti li l-miżuri jiġu aġġustati għall-kundizzjonijiet lokali. B’mod ġenerali, l-ippjanar urban se jkollu bżonn jerġa’ jiġi maħsub billi l-bliet jiġu ttrasformati fi “bliet sponża” (13). Dan se jtejjeb il-klima urbana, jippermetti lill-ilma tax-xita jiskula u jnaqqas in-numru ta’ avvenimenti ta’ fluss eċċessiv tad-drenaġġ ikkombinat. |
|
1.5.2.7. |
L-iżgurar ta’ governanza tajba (implimentata mill-Istati Membri, mir-reġjuni u mill-muniċipalitajiet). Hemm bżonn ta’ strutturi ta’ governanza ċari u effiċjenti biex ikun hemm bidla. Dan għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-atturi kollha u jiddetermina r-responsabbiltajiet. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq previżjonijiet preċiżi tal-impatti reġjonali tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp ta’ xejriet tad-domanda għall-ilma (l-agrikoltura, l-industrija, l-iżvilupp fil-popolazzjoni eċċ.) għad-deċennji li ġejjin. |
|
1.5.2.8. |
L-awtoritajiet pubbliċi bħala pijunieri (implimentati mill-Istati Membri u mill-muniċipalitajiet). Peress li huma responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni kemm tal-miżuri ta’ politika kif ukoll tal-arranġamenti prattiċi, l-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-istituzzjonijiet Ewropej, għandhom jassumu rwol minn ta’ quddiem nett fit-tnaqqis tal-impronta fuq l-ilma tagħhom. |
2. Premessa
|
2.1. |
Bħala parti mill-inizjattiva ewlenija tal-KESE għall-2023 biex l-ilma jiġi indirizzat bħala prijorità importanti fil-livell Ewropew u globali, din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tesplora l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat konsum aktar effiċjenti tal-ilma fl-UE mill-konsumaturi, billi jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, lakuni fl-għarfien u s-sitwazzjoni attwali fit-teknoloġiji relatati. Hija tippreżenta ideat dwar kif għandhom jiġu ottimizzati l-konsum u r-rilaxx tal-ilma domestiku, abbażi ta’ viżjoni komprensiva tar-rwol tal-konsumaturi u l-ħtiġijiet tagħhom f’termini ta’ kwantità u kwalità tal-ilma u tagħmel proposti speċifiċi għal dak il-għan. |
|
2.2. |
L-ilma huwa essenzjali għall-ħajja, għall-ambjent u għall-ekonomija, u, għaldaqstant, huwa ġid komuni li għandu jiġi rrispettat u protett. Madankollu, ir-riżorsi tal-ilma tal-Ewropa huma mhedda minħabba t-tibdil fil-klima — peress li f’ħafna baċiri tal-ilma (u b’mod partikolari l-Mediterran (14)) qed jiġi osservat tnaqqis ġenerali fil-preċipitazzjoni u perjodi itwal ta’ nixfa, mentri fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni hemm avvenimenti ta’ xita aktar qawwija b’għargħar katastrofiku. Barra minn hekk, iż-żieda fil-livelli tal-baħar tfisser li l-ilma mielaħ jista’ jippenetra akwiferi tal-ilma ħelu. |
|
2.3. |
Hemm żbilanċ dejjem akbar bejn id-disponibbiltà tar-riżorsa lokali u d-domanda għall-ilma mill-utenti finali, li joħloq theddida sinifikanti ta’ nuqqas ta’ ilma fil-futur. Għalkemm id-disponibbiltà tal-ilma hija ddeterminata minn fatturi essenzjali bħall-preċipitazzjoni, il-ġeografija, ix-xejriet klimatiċi u l-kontaminazzjoni, il-konsum u d-domanda tal-ilma huma ddeterminati prinċipalment mill-imġiba tal-bniedem. Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-bniedem, inklużi dawk ta’ unitajiet domestiċi privati, jaffettwaw il-kwalità tar-riżorsi tal-ilma disponibbli. It-tniġġis tal-ambjent akkwatiku kkawżat mill-bniedem inaqqas id-disponibbiltà ta’ riżorsi tal-ilma li jistgħu jintużaw u jżid il-kost u l-impatti ambjentali tat-trattament tal-ilma għal-livelli ta’ kwalità meħtieġa għal ċerti attivitajiet (ilma tax-xorb, użu industrijali, tisqija, eċċ.). L-istudji (15) jidentifikaw in-nuqqas ta’ monitoraġġ avvanzat tal-kwalità tal-ilma fil-korpi tal-ilma tal-UE bħala waħda mill-kawżi ewlenin tad-diżastri ekoloġiċi minħabba t-tniġġis tal-ilma. |
|
2.4. |
Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), bħala medja, l-istress fuq l-ilma jaffettwa madwar 20 % tat-territorju Ewropew kull sena u 30 % tal-popolazzjoni totali (16). L-EEA tiddikjara li l-istress fuq l-ilma jseħħ meta ma jkunx hemm biżżejjed ilma disponibbli biex jiġu ssodisfati d-domandi tal-ambjent u tas-soċjetà u tal-ekonomija tagħna, f’termini ta’ kwantità jew kwalità. L-istress fuq l-ilma huwa terminu ġenerali li jgħaqqad in-nixfa, l-iskarsezza kwantitattiva, il-kwalità tal-ilma u l-aċċessibbiltà għall-ilma (17). |
|
2.5. |
L-ilma għax-xorb jirrappreżenta madwar 10 % tal-użu totali tal-ilma. L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd jammontaw għal 58 %, u l-provvista tal-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kkundizzjonata jammontaw għal 18 % (18). |
|
2.6. |
L-ilma għax-xorb jirrappreżenta madwar 20 % tal-ammont totali tal-astrazzjoni tal-ilma. L-astrazzjoni għat-tkessiħ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (19) (32 %) u l-astrazzjoni għall-agrikoltura (28 %) huma l-akbar kontributuri għall-astrazzjoni annwali totali (20). |
|
2.7. |
Minħabba li l-kontaminazzjoni tar-riżorsi tal-ilma b’nutrijenti (nitroġenu u fosforu) u b’ħafna sustanzi perikolużi (bħal dawk bi proprjetajiet karċinoġeniċi jew mutaġeni kumulattivi) toħloq riskju serju għas-saħħa u għall-ambjent, u minħabba li t-trattament meħtieġ għall-purifikazzjoni tal-ilma jiswa l-flus u huwa intensiv fir-riżorsi, il-KESE jitlob implimentazzjoni rapida tal-leġiżlazzjoni komprensiva tal-UE attwalment fis-seħħ. Huwa jtenni li l-politiki industrijali u agrikoli tal-UE għandhom inaqqsu l-emissjonijiet li jniġġsu u jappoġġjaw it-tkabbir u l-kompetittività. Peress li l-ilma huwa ben komuni, il-KESE jitlob li l-ilma tax-xorb ikun disponibbli liberament għaċ-ċittadini kollha tal-UE permezz ta’ funtani u sorsi tal-ilma aċċessibbli f’postijiet pubbliċi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2020/2184. Fil-każ ta’ konċessjonijiet tal-ilma minerali, għandu jsir sforz biex jiġi pprovdut sors tal-ilma tal-vit disponibbli għall-pubbliku. |
|
2.8. |
Għalkemm l-enfasi ta’ din l-Opinjoni hija prinċipalment fuq il-konsum u d-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ilma, hija għandha wkoll l-għan li tindirizza problemi relatati mal-kwalità, peress li dawn jinfluwenzaw kemm verament tista’ tintuża din ir-riżorsa. Għalhekk, l-objettiv ta’ politika huwa li jiġi evitat aktar deterjorament, u li jiġi protett u msaħħaħ l-istatus tal-ekosistemi akkwatiċi, li jiġi żgurat it-tnaqqis progressiv tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art u li jiġi evitat tniġġis ulterjuri tiegħu. |
|
2.9. |
Sabiex jiġi garantit ilma ta’ kwalità u kwantità suffiċjenti għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri, hemm bżonn ta’ għarfien ġenerali tal-problemi kollha u tal-kawżi ewlenin tagħhom. Kull ċittadin/konsumatur għandu jkun konxju tal-importanza tal-ilma u tal-valur tiegħu bħala riżorsa finita, u jeħtieġ li tiġi kkultivata sensibilizzazzjoni mifruxa dwar il-kwistjonijiet relatati mar-riżorsi tal-ilma, b’miżuri adottati kif xieraq, li jibdew mill-isfera privata. Għal dan il-għan, id-Direttiva reċenti (UE) 2020/2184 tirrakkomanda miżuri lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu sensibilizzazzjoni dejjem akbar dwar il-kwalità u l-konsum tal-ilma tax-xorb. |
|
2.10. |
Hemm diversi fatturi u aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati, li jaffettwaw, direttament u indirettament, is-sinifikat u l-impatt tal-konsum tal-ilma domestiku, inklużi:
|
3. Indikaturi tal-użu tal-ilma
|
3.1. |
Filwaqt li l-approċċ ġenerali lejn l-ottimizzazzjoni tal-konsum tal-ilma għandu jkun komprensiv, l-indikaturi użati għandhom ikunu ftit u sempliċi kemm jista’ jkun. Il-valur miżjud taż-żieda fl-għadd ta’ indikaturi jew tal-użu ta’ indikaturi aggregati kkumplikati (bħall-impronti u l-indiċijiet) jista’ ma jkunx għoli fir-rigward tar-riżorsi meħtieġa għall-monitoraġġ, l-analiżi u l-ipproċessar tagħhom. Għalhekk huwa kruċjali li jinstabu l-aktar indikaturi rilevanti u influwenti, filwaqt li jitqies l-għan tal-informazzjoni meħtieġa. Għandha ssir distinzjoni bejn l-indikaturi użati mill-ekonomisti/xjenzati/dawk li jfasslu l-politika biex jiddefinixxu l-problemi, jiżviluppaw strateġiji u jkejlu l-progress lejn għanijiet definiti, u l-indikaturi użati għal skopijiet ta’ komunikazzjoni mal-konsumaturi. Għall-finijiet ta’ politika, huwa importanti li tiġi evalwata serje ta’ indikaturi direttament jew indirettament marbuta mal-konsum tal-ilma li se jippermettu li tiġi vvalutata l-effettività tal-politika, b’attenzjoni partikolari għall-konsistenza u l-kontinwità tal-monitoraġġ tal-parametri. L-indikaturi użati mill-EEA jipprovdu referenza hawnhekk. |
|
3.2. |
L-iżvilupp tal-indikaturi tal-EEA ġie ggwidat mill-ħtieġa li jiġu identifikati għadd żgħir ta’ indikaturi rilevanti għall-politika li huma stabbli (iżda mhux statiċi) fiż-żmien u li jistgħu jipprovdu tweġibiet għal mistoqsijiet ta’ prijorità magħżula (ambjentali, soċjali, ekonomiċi, eċċ.). |
|
3.3. |
L-aktar indikatur rilevanti biex jitkejjel l-użu tal-ilma mill-konsumaturi (unitajiet domestiċi privati) huwa l-konsum tal-ilma f’litri per capita għal kull jum (l/cap/d). Id-data disponibbli turi varjazzjonijiet kbar li jvarjaw minn 77 għal 220 l/cap/d (21). |
|
3.4. |
Il-miżuri biex jiġi stimulat il-konsum effiċjenti fl-użu tal-ilma għandhom iħarsu lejn iċ-ċiklu sħiħ tal-ilma u jkopru kemm l-aspetti kwalitattivi kif ukoll dawk kwantitattivi. Dawn m’għandhomx iħarsu biss lejn l-astrazzjoni/il-konsum tal-ilma tax-xorb, iżda għandhom jinkludu wkoll il-benefiċċji tal-ilma ċirkolari (l-użu mill-ġdid tal-ilma) u jiżviluppaw il-fehim li l-ilma huwa inkorporat ukoll fi prodotti u f’servizzi kkonsmati. Dan se jgħin lill-unitajiet domestiċi privati jifhmu aħjar l-impatt tal-għażliet tal-konsum tagħhom fuq il-kwalità u l-kwantità tar-riżorsi tal-ilma fir-reġjun, fil-pajjiż u madwar id-dinja tagħhom. Se jgħin ukoll liċ-ċittadini jiżviluppaw kultura ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aspetti kollha tax-xejriet individwali tagħhom tal-konsum tal-ilma — kemm domestiku kif ukoll mhux domestiku — u biex ikunu konxji ta’ kif jagħmlu l-konsum tagħhom effiċjenti. Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa vitali biex jgħinhom jagħżlu u jimplimentaw strateġiji biex iżidu l-effettività u l-effiċjenza tal-konsum tagħhom. |
|
3.5. |
Filwaqt li l-konsum effiċjenti fl-użu tal-ilma huwa ħtieġa fil-partijiet kollha tal-Ewropa, l-urġenza hija akbar f’żoni li jbatu minn skarsezza tal-ilma jew minn avvenimenti aktar frekwenti ta’ nixfa. L-effiċjenza tas-sistema tal-provvista tal-ilma għandha tiġi inkluża fl-istrateġija ġenerali bil-għan li jiġi żgurat approċċ olistiku. Għandhom jinstabu wkoll soluzzjonijiet possibbli fi strateġiji li jħarsu aktar ’il quddiem tal-fornituri tal-ilma, inklużi l-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista u l-ġestjoni tar-riskju, il-ġestjoni tat-tnixxija, sorsi alternattivi tal-ilma, eċċ |
|
3.6. |
Għalkemm it-teorija tissuġġerixxi l-użu ta’ għadd kbir ta’ parametri indikaturi oħra, (it-tema tal-ilma hija adatta ħafna għal dan); għandu jitqies li mhux biss it-tfittxija għal data addizzjonali, iżda wkoll il-validazzjoni tagħhom u t-tixrid tagħhom jinvolvu xogħol sinifikanti. Dawn l-attivitajiet ulterjuri jaqgħu taħt il-kompetenza tal-istrutturi ċentrali Ewropej, iżda wkoll tal-Istati Membri u tal-aġenziji rispettivi tagħhom jew tal-kumpaniji operattivi li jfittxu u jipproduċu tali data. Mhux dejjem ikun il-każ li ż-żieda ta’ vjolin żejjed f’orkestra diġà kbira neċessarjament ittejjeb il-kwalità tal-mużika. Għalhekk, aktar milli jiżdiedu indikaturi ġodda, ikun aħjar li jsir l-aħjar użu possibbli minn dawk eżistenti. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ir-Rapport tal-EEA Nru 12/2021 dwar Water resources across Europe — confronting water stress: an updated assessment (Ir-Riżorsi tal-ilma fl-Ewropa — il-ġlieda kontra l-istress fuq l-ilma: valutazzjoni aġġornata), 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) Pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, ir-Regolament dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma, eċċ.
(3) Pereżempju, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_14_1151 u https://www.politico.eu/article/italy-biggest-steel-mill-mockery-eu-environmental-rules/
(4) https://watereurope.eu/wp-content/uploads/WE-Water-Vision-2023_online.pdf
(5) Water Footprint Network, Water Footprint Assessment (Network tal-Impronta fuq l-Ilma, Valutazzjoni tal-Impronta fuq l-Ilma) (mhux disponibbli bil-Malti), ikkonsultat fit-22 ta’ Mejju 2023.
(6) OECD, Background note: Cost recovery April 2022 (Nota ta’ sfond: Irkupru tal-Kost) (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).
(12) Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(13) “Bliet sponża” huma żoni urbani b’żoni naturali abbundanti bħal siġar, lagi u parks — jew disinji tajbin oħra maħsuba biex jassorbu x-xita u jipprevjenu l-għargħar. https://climatechampions.unfccc.int/what-are-sponge-cities-and-how-can-they-prevent-floods/ (mhux disponibbli bil-Malti), ikkonsultat fis-7 ta’ Ġunju 2023.
(14) Ir-Rapport tal-IPCC (Cross-Chapter Paper 4: Mediterranean Region. In: Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability) (Dokument ta’ Kapitoli Trasversali 4: Ir-Reġjun tal-Mediterran: It-Tibdil fil-Klima 2022: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà) (mhux disponibbli bil-Malti) jgħid li r-reġjun tal-Mediterran huwa hotspot għal riskji klimatiċi interkonnessi ħafna.
(15) EEA, Pollution in Europe’s rivers (Tniġġis fix-xmajjar tal-Ewropa).
(16) Ir-Rapport tal-EEA Nru 12/2021 dwar Water resources across Europe — confronting water stress: an updated assessment (Ir-Riżorsi tal-ilma fl-Ewropa — il-ġlieda kontra l-istress fuq l-ilma: valutazzjoni aġġornata), 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).
(17) Idem.
(18) QEA, Special Report 12/2021, The Polluter Pays Principle: Inconsistent application across EU environmental policies and actions (Rapport Speċjali 12/2021 — Il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas: Applikazzjoni inkonsistenti fil-politiki u fl-azzjonijiet ambjentali tal-UE, mhux disponibbli bil-Malti) (abbażi taċ-ċifri tal-EEA).
(19) Madankollu, l-impatt fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-użu tal-ilma għall-impjanti tat-tkessiħ mhuwiex partikolarment ċar. Normalment, l-ilma jittieħed minn korpi tal-ilma tal-wiċċ jew mill-baħar, u normalment jiġi rritornat kollu (jew kważi kollu) f’dawn il-korpi tal-ilma.
(20) EEA, Water abstraction by source and economic sector (L-astrazzjoni tal-ilma skont is-settur tas-sors u dak ekonomiku) (mhux disponibbli bil-Malti), 1 ta’ Ġunju 2022.
(21) Eureau, The governance of water services in Europe, 2020 (Il-governanza tas-servizzi tal-ilma fl-Ewropa, 2020, mhux disponibbli bil-Malti).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/24 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Reviżjoni tar-Regolament dwar it-tikkettar tat-tessuti”
(opinjoni esploratorja)
(2023/C 349/05)
|
Relatur: |
Antje Sabine GERSTEIN |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 20.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
29.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
196/1/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li, bħala l-punt tat-tluq għar-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti, tibbaża prinċipalment fuq il-possibbiltà ta’ teknoloġiji ġodda ta’ tikkettar diġitali, teknoloġiji ġodda tal-fibri u l-klassifikazzjoni tagħhom u teknoloġiji ġodda ta’ riċiklaġġ, u b’hekk tirrikonoxxi l-kuntest regolatorju ġdid u estensiv tal-UE għat-tessuti b’mod ġenerali. |
|
1.2. |
Il-konsumaturi għandhom aspettattivi differenti tal-livell ta’ dettall li jingħata fit-tikketti tat-tessuti. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti trid tissodisfa dawn il-livelli differenti ta’ aspettattivi billi l-ewwel nett toffri informazzjoni bażika u li tinftiehem faċilment, u fl-istess ħin tagħti aktar aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata. |
|
1.3. |
Billi jqis li s-settur tat-tessuti huwa wieħed mill-aktar setturi globalizzati, il-KESE jemmen li huwa tal-akbar importanza li l-Kummissjoni Ewropea tistinka għal allinjament globali u mifrux mal-UE kollha tar-rekwiżiti tat-tikkettar fir-rigward tal-indikazzjonijiet tal-oriġini, l-istruzzjonijiet tal-kura, id-daqs u l-kompożizzjoni tal-fibri. |
|
1.4. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea żżomm f’moħħha l-ħtiġijiet speċjali tal-SMEs f’dan is-settur. Sabiex tiġi evitata aktar delokalizzazzjoni, u minħabba l-fatt li s-settur jimpjega 1,3 miljun impjegat fl-UE kollha, ir-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti jridu jipprovdu biżżejjed flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-SMEs sabiex l-impjiegi u l-ħiliet f’dan is-settur tal-ekonomija mhux biss jinżammu iżda jkunu jistgħu jevolvu aktar. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
L-Istrateġija tal-UE għal Tessuti Sostenibbli u Ċirkolari ħabbret ir-rieżami tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti (Regolament (UE) Nru 1007/2011 (1)), li jitlob li t-tessuti mibjugħa fis-suq tal-UE jkollhom tikketta li tidentifika b’mod ċar il-kompożizzjoni tal-fibri u tindika kwalunkwe parti mhux magħmula minn tessuti li toriġina mill-annimali. Bħala parti minn dan ir-rieżami, l-Istrateġija ssemmi l-possibbiltà li tiġi introdotta divulgazzjoni obbligatorja ta’ tipi oħra ta’ informazzjoni, bħall-parametri tas-sostenibbiltà u taċ-ċirkolarità, id-daqs tal-prodotti u, fejn applikabbli, il-pajjiż fejn iseħħu l-proċessi tal-manifattura (“magħmul fi”). |
|
2.2. |
F’din l-Opinjoni, il-KESE jesplora l-għażliet biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament attwali billi jitqiesu ċerti elementi diġà elenkati fl-Artikolu 24 tar-Regolament biex isirilhom rieżami, u jitqiesu parametri oħra dwar is-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità b’koerenza mal-proposti leġiżlattivi attwali bħall-proposta leġiżlattiva dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli. L-Opinjoni ser tqis il-perspettiva industrijali, inklużi l-kostijiet u l-iskambju mtejjeb tal-informazzjoni tul il-katina tal-valur, u l-perspettiva tal-konsumatur, sabiex tiġi żgurata informazzjoni korretta, preċiża u ċara. |
|
2.3. |
Il-KESE jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li, bħala l-punt tat-tluq, tibbaża prinċipalment fuq il-possibbiltà ta’ teknoloġiji ġodda ta’ tikkettar diġitali, teknoloġiji ġodda tal-fibri u l-klassifikazzjoni tagħhom u teknoloġiji ġodda ta’ riċiklaġġ, u b’hekk tirrikonoxxi l-kuntest regolatorju ġdid u estensiv tal-UE għat-tessuti b’mod ġenerali inkluża l-inizjattiva dwar Asserzjonijiet Ekoloġiċi min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea (2). |
|
2.4. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza li ħafna aspetti fis-settur tat-tessuti diġà huma indirizzati fi proposti regolatorji orizzontali kumplessi ħafna li fil-biċċa l-kbira tagħhom diġà jinsabu fil-proċess leġiżlattiv. Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u kwistjonijiet relatati max-xogħol huma indirizzati fid-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u fir-Regolament dwar ix-Xogħol Furzat. Id-Direttiva dwar l-Għoti tas-Setgħa lill-Konsumaturi u d-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi dalwaqt ser jirregolaw il-komunikazzjoni tal-asserzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, waqt li d-Direttiva Qafas riveduta dwar l-Iskart ser tindirizza l-kunċetti bażiċi relatati mal-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja. |
|
2.5. |
Il-konsumaturi għandhom aspettattivi differenti tal-livell ta’ dettall li jingħata fit-tikketti tat-tessuti. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti għandha tissodisfa dawn il-livelli differenti ta’ aspettattivi billi l-ewwel nett toffri informazzjoni bażika u li tinftiehem faċilment, u fl-istess ħin tagħti aktar aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata, pereżempju permezz tal-forniment volontarju ta’ informazzjoni standardizzata dwar il-proċess tal-produzzjoni. |
|
2.6. |
Il-KESE jirrimarka li r-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti huwa inizjattiva REFIT bl-għan ċar li l-liġi tal-UE ssir aktar sempliċi, adatta għall-iskop tagħha u inqas għalja għan-negozji u l-konsumaturi. Għall-kumpaniji dan irid jinkludi t-tnaqqis tal-kostijiet ta’ konformità kif ukoll iċ-ċarezza u konsistenza regolatorja. Il-konsumaturi għandhom bżonn informazzjoni preċiża, komprensiva u komparabbli dwar il-prodotti tat-tessuti. Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ armonizzazzjoni massima sabiex is-settur jiġi megħjun fit-tranżizzjoni lejn ċirkolarità komprensiva li tirnexxi. |
|
2.7. |
Il-KESE jappella għal azzjoni urġenti dwar is-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-fibri, peress li s-sistema attwali mhijiex flessibbli biżżejjed biex tindirizza l-iżvilupp ta’ fibri innovattivi, li spiss ikollhom impatt ambjentali aktar baxx mill-fibri konvenzjonali. Għal ħafna produtturi ta’ fibri ġodda, dan l-istatus quo huwa sitwazzjoni frustranti minħabba li ma jistgħux jittikkettaw il-fibri tagħhom b’mod preċiż. Barra minn hekk, dawn il-fibri ġodda għadhom ma jistgħux jiġu indikati fuq it-tikketti tat-tessuti u, għalhekk, l-identifikazzjoni tagħhom għadha sfida kbira għar-riċiklaturi, li bħalissa qed ixxekkel iċ-ċirkolarità fis-settur. Il-KESE jirrimarka li dan id-distakk regolatorju jaffettwa wkoll b’mod negattiv il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi, peress li xi prodotti jistgħu fir-realtà jkunu ħafna aktar sostenibbli minn kif indikat fuq it-tikketti attwali. |
|
2.8. |
Il-KESE jemmen li huwa tal-akbar importanza li l-Kummissjoni Ewropea tistinka għal allinjament globali u mifrux mal-UE kollha tar-rekwiżiti tat-tikkettar fir-rigward tal-indikazzjonijiet tal-oriġini, l-istruzzjonijiet tal-kura, id-daqs u l-kompożizzjoni tal-fibri. Is-settur tat-tessuti huwa wieħed mill-aktar setturi globalizzati. Il-ħwejjeġ li jsiru f’kull post huma destinati għal diversi żoni ġeografiċi madwar id-dinja (l-UE, l-Istati Uniti, eċċ.), b’ħafna rekwiżiti differenti ta’ tikkettar (3). Ir-rekwiżiti globali tat-tikkettar u l-istandards armonizzati globali jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fejn applikabbli. |
|
2.9. |
Ir-rekwiżit għal armonizzazzjoni massima huwa marbut ma’ talba ċara ta’ politika mill-KESE biex ma jkomplix jiġi pperikolat aktar is-suq intern, peress li jidher li qed ifiġġu dejjem aktar rekwiżiti differenti dwar it-tikkettar fid-diversi Stati Membri. Għalhekk, il-KESE jqis li huwa essenzjali u f’waqtu li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi r-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti fl-2023, li taħbat it-30 anniversarju tas-suq uniku. |
|
2.10. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm f’moħħha l-ħtiġijiet speċjali tal-SMEs f’dan is-settur. Sabiex tiġi evitata aktar delokalizzazzjoni, u minħabba l-fatt li s-settur jimpjega 1,3 miljun impjegat fl-UE kollha (4), ir-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti jridu jipprovdu biżżejjed flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-SMEs sabiex l-impjiegi u l-ħiliet f’dan is-settur tal-ekonomija mhux biss jinżammu iżda jkunu jistgħu jevolvu aktar. Pereżempju, kontroll tal-konformità ġeneralizzat imwettaq minn korp ta’ ċertifikazzjoni mhuwiex fattibbli għall-SMEs, li huma s-sinsla tal-produzzjoni tat-tessuti industrijali fl-UE. Approċċ raġonevoli jkun li jiġu previsti proċeduri ta’ “awtoċertifikazzjoni”, bħall-kontrolli interni tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 768/2008/KE (5), fejn l-SMEs jinfurmaw u jipprovdu garanziji lill-konsumaturi. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. Klassifikazzjoni tal-fibri
|
3.1.1. |
F’dawn l-aħħar snin, l-industrija tat-tessuti żviluppat għadd ta’ fibri ġodda li taw prova li għandhom impronti ambjentali aktar baxxi meta mqabbla mal-għażliet ta’ fibri aktar tradizzjonali. Għalkemm dawn il-materjali jistgħu jkunu bbażati fuq materja prima simili, it-teknoloġija u l-proprjetajiet tal-manifattura tagħhom spiss ivarjaw b’mod sinifikanti minn dawk użati fil-fibri konvenzjonali. Il-fibri ġodda bħalissa mhumiex rikonoxxuti mill-klassifikazzjonijiet eżistenti tal-fibri ġeneriċi fl-Anness I. Konsegwentement, it-tipi ta’ fibri innovattivi huma kklassifikati taħt ismijiet ta’ fibri differenti, jew bħala fibra “oħra”. Fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika u ċirkolari, ir-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti rivedut għandu jippermetti li fibri b’karatteristiċi distintivi jiġu rikonoxxuti bħala tali fl-Anness I. Ir-reviżjoni antiċipata tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti għandha tiġi adattata aħjar biex tirrifletti l-progress dinamiku rigward il-fibri innovattivi. |
|
3.1.2. |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ġodda ta’ fibri b’karatteristiċi distintivi diġà waslet biex tiġi kummerċjalizzata jew ser issir disponibbli fis-suq fil-futur. Madankollu, il-proċess attwali tal-aġġornar tal-Anness I mhuwiex trasparenti u ma fihx ċertezza għall-applikanti. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-UE jivvalutaw u jirrevedu kif il-proċess ta’ aġġornar jista’ jsir aktar trasparenti u teknikament preċiż. |
3.2. Marġni ta’ tolleranza tal-kompożizzjoni tal-fibri
|
3.2.1. |
Fid-dawl tat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari, l-industrija tat-tessuti qed tuża dejjem aktar fibri u materjali riċiklati fil-produzzjoni tal-ħwejjeġ. Ir-Regolament attwali mhuwiex adatt għal kollox biex tiġi ttikkettata b’mod preċiż il-kompożizzjoni tal-fibri li jkun fiha kontenut riċiklat, u dan ixekkel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. L-Artikolu 20(3) jippermetti devjazzjoni massima ta’ 3 % bejn il-kontenut tal-fibri ddikjarat fuq it-tikketta u l-kompożizzjoni tal-fibri stabbilita abbażi tal-ittestjar mill-awtorità. Madankollu, l-istat attwali tal-iżvilupp tekniku fit-teknoloġija tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ tat-tessuti jiġġenera varjanza fil-kompożizzjoni tal-fibri li xi drabi taqbeż il-livell ta’ tolleranza ta’ 3 %. Dan għaliex, b’mod partikolari fir-riċiklaġġ mekkaniku, mhuwiex possibbli li jiġi żgurat bis-sħiħ li l-materja prima għar-riċiklaġġ tkun ħielsa minn impuritajiet ta’ materjali ta’ tessuti oħra. Dan iwassal għall-ħtieġa li jiġi esplorat marġni ta’ tolleranza ta’ kompożizzjoni ogħla fir-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti rivedut. Abbażi tal-kontribut tal-esperti, il-KESE jirrakkomanda li l-livell aġġornat ikun ta’ 3-5 %. Livell ogħla ta’ tolleranza għandu jqis biss il-limitazzjonijiet eżistenti fit-teknoloġija tar-riċiklaġġ, u ma għandux jiġġustifika prattika inferjuri tal-manifattura. Żieda żgħira fil-livelli ta’ tolleranza hija pass pożittiv biex jitneħħew l-ostakli għall-użu ta’ materjali riċiklati fil-produzzjoni tal-ħwejjeġ. |
3.3. Armonizzazzjoni mal-istandards u l-proċessi globali
3.3.1.
|
3.3.1.1. |
L-industrija tat-tessuti hija industrija globali ħafna li spiss tapplika standards internazzjonali. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti hija opportunità biex il-metodi tal-ittestjar tal-kompożizzjoni tal-fibri jiġu allinjati mal-istandards globali. Bħalissa, skont l-Artikolu 19, l-istandards tal-UE (EN) biss huma permessi għall-ittestjar tal-kompożizzjonijiet tal-fibri. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-istandards tal-EN huma simili ħafna għall-istandards internazzjonali tal-ISO, iżda differenzi żgħar eżistenti fil-parametri tal-metodu jwasslu għal diskrepanzi bejn ir-riżultati tat-testijiet ISO u EN. Minħabba l-ktajjen tal-valur globali tal-industrija, l-istandards tal-ISO huma applikati u ppreferuti ħafna mis-settur. B’riżultat ta’ dan, in-negozji qed jiffaċċjaw żieda fl-ittestjar għal prodotti destinati għas-suq Ewropew, li jżid b’mod sinifikanti l-kostijiet. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li r-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti rivedut jirrikonoxxi l-istandards ISO bħala standards tal-ittestjar aċċettati. Barra minn hekk, il-KESE jirrikonoxxi passi kbar li qed iseħħu fl-innovazzjoni rigward metodi ġodda ta’ detezzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis dan il-progress meta tirrevedi r-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti. |
3.3.2.
|
3.3.2.1. |
Il-KESE jappoġġja l-idea li r-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti jiġi ttrasformat f’ġabra ta’ regoli dwar standards armonizzati għal għadd ta’ rekwiżiti (klassifikazzjoni ta’ fibri ġodda, ittestjar tal-kompożizzjoni tal-fibri, kejl tad-daqs, struzzjonijiet ta’ kura). Kemm jista’ jkun, dawn l-istandards għandu jkollhom firxa globali. Dan iwassal għal armonizzazzjoni akbar tar-rekwiżiti tat-tikkettar kemm fis-suq uniku kif ukoll mal-bqija tad-dinja. |
|
3.3.2.2. |
Minħabba l-ambitu globali tas-settur tat-tessuti, huwa kruċjali li fir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti jitqiesu l-allinjament u l-kollaborazzjoni internazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura koerenza mal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u mar-reviżjoni attwali tal-kodiċijiet tas-sistema armonizzata, kif ukoll mal-impenji fil-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ tad-WTO dwar l-użu ta’ standards internazzjonali. |
3.4. Tikkettar diġitali
|
3.4.1. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddiġitalizza t-tikkettar tal-kompożizzjoni fir-Regolament rivedut dwar it-Tikkettar tat-Tessuti. Barra minn hekk, fil-kuntest tar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli, il-KESE jilqa’ l-inizjattivi ta’ tikkettar diġitali u ta’ komunikazzjoni tal-konsumatur bħall-Passaport Diġitali tal-Prodotti. Madankollu, huwa kruċjali li l-Kummissjoni Ewropea tallinja dawn l-inizjattivi diġitali biex toħloq qafas ta’ politika koerenti u effettiv. |
|
3.4.2. |
Bħalissa t-tikketti fiżiċi, għal diversi raġunijiet, mhumiex effettivi daqs kemm mixtieq. It-tikketti spiss jinqatgħu wara li l-prodott ikun inxtara. It-test fuq it-tikketti jista’ jitlaq wara diversi ċikli tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Barra minn hekk, il-fatt li t-tikketti fiżiċi kbar isiru f’diversi lingwi differenti jiswa ħafna flus u jikkontribwixxi għall-iskart tal-plastik. It-test huwa żgħir u jinkludi diversi traduzzjonijiet, li jagħmilha wkoll diffiċli għall-konsumaturi biex jifhmuh. |
|
3.4.3. |
It-tikketti diġitali jagħmlu l-affarijiet aktar faċli għall-kumpaniji, kif ukoll itejbu l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi billi joffrulhom test ċar fil-verżjonijiet lingwistiċi adatti. Għad hemm il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni lil konsumaturi b’livell ta’ teknoloġija inqas avvanzat, iżda jeżistu għażliet oħra, pereżempju billi tiġi pprovduta informazzjoni wara li tintalab fil-punt tal-bejgħ. Biex ikun durabbli, l-immarkar b’tip ta’ “trasportatur tad-data” li ma jitħassarx fuq il-prodott jista’ jiggarantixxi aċċess faċli għall-informazzjoni diġitali. |
|
3.4.4. |
Anke jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tħalli xi informazzjoni fuq it-tikketti fiżiċi, dan l-approċċ għandu madankollu jwassal għal tnaqqis ġenerali sinifikanti fid-daqs tat-tikketta. Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li għandu jsir aktar diffiċli biex jitneħħew it-tikketti fiżiċi jew il-portaturi fiżiċi tal-informazzjoni diġitali. Diġà huma disponibbli metodi ta’ tikkettar li ma jirritawx il-ġisem. Il-metodi biex it-tikketti jsiru aktar diffiċli li jinqatgħu għandhom jiżguraw id-durabbiltà tal-informazzjoni (eż. l-informazzjoni stampata direttament fuq il-materjal tista’ titlaq mal-ħasil) u ma għandhomx inaqqsu l-funzjonalità tal-prodott (eż. tikketta meħjuta sħiħa fuq l-ilbies tista’ tnaqqas il-funzjonalità tiegħu). |
|
3.4.5. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta kif il-Passaport Diġitali tal-Prodotti jista’ jiġi applikat fil-kuntest ta’ tikketta diġitali skont ir-Regolament dwar it-Tikkettar tat-Tessuti rivedut. Sabiex tippermetti l-konsistenza u tiffaċilita l-implimentazzjoni, tikketta diġitali tista’ titqiegħed ukoll fuq l-istess portatur tad-data bħall-Passaport Diġitali tal-Prodotti. |
3.5. Eżenzjoni tat-tikkettar għal ċerti tipi ta’ prodotti
|
3.5.1. |
L-Anness V fir-Regolament attwali dwar it-Tikkettar tat-Tessuti jeżenta 42 tip ta’ prodott tat-tessuti mill-obbligu tat-tikkettar. Dawn huma oġġetti żgħar (bħal ċineg tal-arloġġi) fejn iż-żieda ta’ tikketta tnaqqas il-funzjonalità tal-prodott. Madankollu, l-approċċ tal-lista ma jipprovdix gwida ċara dwar kif l-operaturi għandhom jittikkettaw prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness V, iżda li għandhom ukoll funzjonalità mnaqqsa minħabba tikketta. Il-KESE jirrakkomanda li r-Regolament rivedut jipprovdi ċarezza dwar kif għandhom jiġu ttikkettati b’mod korrett il-prodotti (bħal tights u kalzetti) fejn it-tikkettar obbligatorju jxekkel il-funzjonalità tal-prodott. Pereżempju, l-approċċ tal-lista attwali jista’ jiġi sostitwit b’definizzjoni ta’ prodotti eżentati mit-tikkettar obbligatorju. |
Brussell, 12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1).
(2) COM(2023) 166 final – 2023/0085(COD).
(3) Eżempji ta’ rekwiżiti bħal dawn huma r-Regolamenti tal-Kanada dwar it-Tikkettar u r-Reklamar tat-Tessuti u l-Att tal-Istati Uniti dwar l-Identifikazzjoni tal-Prodotti tal-Fibri tat-Tessuti.
(4) https://euratex.eu/wp-content/uploads/EURATEX_FactsKey_Figures_2022rev-1.pdf
(5) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/28 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Strateġija Ewropea għall-Anzjani”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 349/06)
|
Relatur: |
Miguel Ángel CABRA DE LUNA |
|
Talba għall-konsultazzjoni mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill |
Ittra, 8.12.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
21.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
189/01/02 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-isfida demografika li qed tiffaċċja s-soċjetà Ewropea jeħtieġ li tiġi indirizzata permezz ta’ politiki li jġibu bidla fil-paradigma, li jagħtu aktar viżibbiltà lill-anzjani u li jitbiegħdu mill-approċċ ibbażat fuq il-kura biex jiffokaw fuq l-awtonomizzazzjoni tagħhom u jkissru l-approċċi diskriminatorji bbażati fuq l-età. L-isfida demografika attwali teħtieġ li jitneħħew l-ostakli u li jinħatfu l-opportunitajiet inerenti għat-tixjiħ tal-popolazzjoni. |
|
1.2. |
L-anzjani għadhom jiffaċċjaw rati għolja ta’ qgħad, riskji akbar ta’ diskriminazzjoni u iżolament u inugwaljanza fl-aċċess għal introjtu deċenti, li jagħmel it-tixjiħ attiv iktar diffiċli. Peress li r-rata ta’ impjieg fost il-ħaddiema akbar fl-età fl-UE għadha taħt il-medja, huma meħtieġa miżuri biex l-impjieg jiġi adattat, jiġi pprovdut taħriġ u jiġi promoss l-impjieg sal-età uffiċjali tal-irtirar. |
|
1.3. |
Is-sistemi tas-saħħa, tal-prevenzjoni u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa huma fatturi ewlenin biex tittawwal il-lonġevità f’kundizzjoni psikofiżika tajba. F’dan ir-rigward, l-aċċessibbiltà – speċjalment tad-dar proprja u tal-madwar – hija fattur kritiku fil-prevenzjoni ta’ korrimenti li jwasslu għal dipendenza, indeboliment fiżiku u mentali, u li jxekklu ħajja attiva u b’saħħitha (1). |
|
1.4. |
L-investiment fir-riċerka, fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji, prodotti u servizzi li huma aċċessibbli għal kulħadd u li jissodisfaw il-varjetà wiesgħa ta’ ħtiġijiet ta’ persuni anzjani, huwa meħtieġ biex jappoġġja t-tixjiħ b’saħħtu u attiv. |
|
1.5. |
Fis-27 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Green Paper tagħha dwar it-Tixjiħ. Wieħed mill-akbar nuqqasijiet tal-Green Paper tal-Kummissjoni huwa l-enfasi fuq l-età u l-anzjani bħala spiża għas-soċjetà, filwaqt li jiġu injorati l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li ser jinkisbu permezz ta’ inklużjoni attiva akbar tal-anzjani, kif ukoll id-dimensjoni emozzjonali tat-tixjiħ. |
|
1.6. |
Peress li sal-lum ma ġiet proposta l-ebda politika komprensiva dwar it-tixjiħ jew iffokata esklużivament fuq l-anzjani, jeħtieġ li l-UE tadotta Strateġija Ewropea ġdida għall-Anzjani, bl-objettivi fundamentali jkunu l-protezzjoni tad-drittijiet kollha tagħhom, kif ukoll il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà u l-ekonomija. Strateġija Ewropea ġdida għall-Anzjani se tikkontribwixxi għall-bidla meħtieġa fl-enfasi tal-politiki attwali u futuri dwar l-età u l-anzjani. |
|
1.7. |
L-Istrateġija għandha tiżviluppa proposti u miżuri fl-oqsma tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, id-dimensjoni tal-ġeneru, id-drittijiet u l-aċċess għalihom, il-parteċipazzjoni fis-soċjetà, l-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu deċenti u l-inklużjoni soċjali. Barra minn hekk, din għandha twassal ukoll biex l-Istati Membri jfasslu pjani nazzjonali, li jinkludu miri u indikaturi speċifiċi. |
|
1.8. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-Istrateġija l-ġdida mill-aktar fis, qabel tmiem il-mandat attwali, appoġġjata minn Garanzija għall-Anzjani – simili għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ jew il-Garanzija għat-Tfal – biex isservi bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija l-ġdida. |
|
1.9. |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw Garanzija ġdida, li tippermetti lill-Istati Membri jużaw oqfsa differenti ta’ finanzjament tal-UE, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, għal programmi li jappoġġjaw lill-anzjani, kif ukoll biex jintegraw id-demografija bħala element ewlieni fil-proċess tas-Semestru Ewropew u fil-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. |
|
1.10. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jfasslu, jiżviluppaw, jiffirmaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw mill-aktar fis Dikjarazzjoni Ewropea dwar l-Anzjani biex tirrifletti l-impenn li titfassal Strateġija Ewropea għall-Anzjani matul il-mandat attwali (2019-2024). |
|
1.11. |
Kif stabbilit fl-Opinjoni tal-KESE Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19 (2), il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea torganizza Sena Ewropea tal-Anzjani bħala rikonoxximent tad-drittijiet fundamentali tal-anzjani – u l-aċċess għalihom – u bħala espressjoni tal-kontribut tagħhom għas-soċjetà. |
|
1.12. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol tal-imsieħba soċjali u tad-djalogu soċjali, f’konformità mal-Ftehim Qafas Awtonomu tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar it-Tixjiħ Attiv u Approċċ Interġenerazzjonali (3). |
|
1.13. |
Il-KESE jħeġġeġ biex jinfetħu konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-anzjani, qrabathom u l-organizzazzjonijiet professjonali li jappoġġjawhom, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tal-ugwaljanza, ir-rappreżentanti tal-persuni b’diżabilità, il-fornituri tas-servizzi, l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, eċċ. |
|
1.14. |
Il-KESE jitlob li s-sħubijiet pubbliċi-privati jintużaw bħala mezz komplementari biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-parteċipazzjoni attiva tal-anzjani f’oqsma bħall-kultura, l-edukazzjoni, l-isport, it-turiżmu, eċċ. |
|
1.15. |
Sabiex jitħeġġu l-iskambju ta’ prattiki tajbin, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi u azzjonijiet konkreti rigward l-oqsma ta’ azzjoni tal-Istrateġija, il-KESE jappella biex tinħoloq Aġenzija Ewropea għall-Anzjani, it-Tixjiħ u l-Isfida Demografika (4). |
|
1.16. |
Il-KESE jħeġġeġ il-koordinazzjoni tal-ombudsmen għall-anzjani bejn l-Istati Membri u bejn l-amministrazzjoni u s-settur privat. Dawn jistgħu jgħinu lill-anzjani fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi, jirċievu lmenti dwar diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi bażiċi jew jiżguraw introjtu minimu għall-anzjani (5). |
|
1.17. |
Fil-livell internazzjonali, il-KESE jħeġġeġ l-adozzjoni ta’ Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Anzjani għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem ugwali fl-anzjanità, abbażi tal-eżempju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal jew il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (6), li tiżgura l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-anzjani u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti. |
|
1.18. |
Il-KESE jilqa’ l-ħolqien ta’ unità fi ħdan id-DĠ Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea ddedikata għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni abbażi tal-età; il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq servizz iddedikat għal kwistjonijiet relatati mat-tixjiħ u mal-isfida demografika, li jippermetti l-koordinazzjoni tal-politiki għall-anzjani. |
|
1.19. |
Biex jiġu appoġġjati dawn il-miżuri kollha u sabiex jiġi rifless l-appoġġ tal-KESE għall-progress tal-politiki għall-anzjani, il-Kumitat jagħraf li jkun utli li jiġi kkunsidrat li jinħoloq grupp ad hoc biex iwettaq inizjattivi relatati mat-tixjiħ u l-isfidi u l-opportunitajiet demografiċi, b’konformità mal-Opinjoni tal-KESE dwar “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19” (7). |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
L-isfida demografika (iż-żieda fil-lonġevità u tnaqqis fil-fertilità f’dawn l-aħħar deċennji) hija kwistjoni ċentrali fir-rikonfigurazzjoni tal-futur tas-soċjetà, flimkien mat-tibdil fil-klima u r-rivoluzzjoni teknoloġika marbuta mal-intelliġenza artifiċjali. |
|
2.2. |
Huwa stmat li l-popolazzjoni tal-pajjiżi tal-UE li għandha aktar minn 65 sena ser tiżdied minn 90,5 miljun fil-bidu tal-2019 għal 129,8 miljun fl-2050. Matul dan il-perjodu, l-għadd ta’ persuni fl-UE ta’ bejn il-75 u l-84 sena ser jiżdied b’56,1 %, filwaqt li l-għadd ta’ persuni ta’ bejn il-65 u l-74 sena ser jiżdied b’16,6 %. B’kuntrast ma’ dan, huwa stmat li fl-2050 l-għadd ta’ persuni ta’ inqas minn 55 sena li jgħixu fl-UE ser jonqos bi 13,5 %. |
|
2.3. |
Madankollu, ir-rata ta’ impjieg fost il-ħaddiema akbar fl-età fl-UE għadha taħt il-medja. 59,1 % biss ta’ dawk li għandhom bejn il-55 u l-64 sena kienu impjegati fl-2019 meta mqabbel mat-73,1 % ta’ dawk li għandhom bejn l-20 u l-64 sena. Ir-rata ta’ faqar u esklużjoni soċjali fost il-persuni qabel l-età tal-irtirar (55-64 sena) hija waħda mill-ogħla rati fl-UE. |
|
2.4. |
L-età medja tal-irtirar fl-UE hija ta’ madwar 65 sena, u l-istennija tal-għomor medja hija ta’ madwar 84 sena, li jimplika li l-biċċa l-kbira tal-individwi jgħixu madwar għoxrin sena irtirati. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi promossa l-lonġevità fi stat tajjeb ta’ saħħa. |
|
2.5. |
Skont ir-rapport tal-Ewrobarometru tal-2019 dwar id-diskriminazzjoni fl-UE, id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, flimkien mad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, hija l-aktar forma prevalenti ta’ diskriminazzjoni fl-UE. |
|
2.6. |
L-anzjani huma grupp ta’ persuni f’riskju akbar li jiżviluppaw diżabilità, peress li t-tixjiħ iżid ir-riskju għad-diżabilità. 48,5 % tal-persuni b’diżabilità għandhom aktar minn 65 sena. |
|
2.7. |
Għalkemm ir-rati aggregati ta’ sostituzzjoni tal-pensjonijiet fl-UE huma ta’ 58 % (8), huwa stmat li f’ħafna pajjiżi 40 % tal-ġid u sehem tal-kapaċità tal-akkwist huma f’idejn l-anzjani, imqassam b’mod mhux uniformi bejn in-nisa u l-irġiel u bejn il-gruppi ta’ introjtu. Dan jirrappreżenta potenzjal sinifikanti tal-anzjani bħala konsumaturi kbar. |
|
2.8. |
Il-konsumaturi anzjani jifformaw parti kbira mill-ekonomija u s-sehem tagħhom fil-konsum ser ikompli jikber. L-ekonomija tal-anzjani hija mistennija li tikber fl-UE kollha b’madwar 5 % fis-sena biex tilħaq EUR 5,7 triljun fl-2025 (9). |
|
2.9. |
Jeħtieġ li l-UE tkun attrezzata bi strateġiji effettivi li għandhom jintegraw id-dinamika demografika u l-iżvilupp ekonomiku ta’ kull reġjun, u jindirizzaw ukoll l-opportunitajiet li jistgħu joħorġu mill-ekonomija tal-anzjani (10). |
3. Politika ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tal-anzjani
|
3.1. |
Fl-aħħar Assemblea Dinjija dwar it-Tixjiħ li saret f’Madrid fl-2002, in-NU ppreżentat il-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali dwar it-Tixjiħ, l-ewwel ftehim internazzjonali li jqis lill-anzjani bħala kontributuri għall-iżvilupp tas-soċjetà u ħolqot il-Grupp ta’ Ħidma b’kompożizzjoni miftuħa dwar it-Tixjiħ. |
|
3.2. |
Fis-27 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Green Paper dwar it-tixjiħ: Inrawmu solidarjetà u responsabbiltà bejn il-ġenerazzjonijiet (11), li fiha ħejjiet il-pedamenti għall-politiki futuri ta’ appoġġ għall-anzjani. |
|
3.3. |
Il-Green Paper tikkonkludi li t-tixjiħ b’saħħtu u attiv għandu impatt pożittiv fuq is-suq tax-xogħol, ir-rata tal-impjieg u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, u għalhekk fuq it-tkabbir u l-produttività tal-ekonomija. |
|
3.4. |
Il-Green Paper tikkonferma l-ħtieġa għal azzjoni konkreta u deċiżiva biex l-anzjani jiġu appoġġjati fl-oqsma kollha ta’ politika, iżda madankollu ma tfassalx programm konkret ta’ inizjattivi li għandhom jiġu żviluppati mill-UE u l-Istati Membri. |
|
3.5. |
Il-politiki l-ġodda tal-UE għandhom iwasslu għal bidla fil-paradigma, jagħtu aktar viżibbiltà lill-anzjani u jitbiegħdu mill-approċċ ibbażat fuq il-kura biex jiffokaw fuq l-awtonomizzazzjoni tagħhom u jkissru l-approċċi diskriminatorji bbażati fuq l-età. |
4. Lejn Strateġija Ewropea
|
4.1. |
Għalkemm il-Green Paper kienet pass ieħor lejn l-implimentazzjoni tal-impenji li saru fil-Pjan ta’ Madrid għoxrin sena ilu, hija għandha għadd ta’ nuqqasijiet li jeħtieġ li jimtlew, peress li s’issa għadha ma ġiet proposta l-ebda politika komprensiva dwar it-tixjiħ jew li tiffoka esklużivament fuq l-anzjani. |
|
4.2. |
Wieħed mill-akbar nuqqasijiet tal-Green Paper tal-Kummissjoni huwa l-enfasi fuq l-età u l-anzjani bħala spiża għas-soċjetà, u li jiġu injorati l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li ser jinkisbu permezz ta’ inklużjoni attiva akbar tal-anzjani. Il-Green Paper tkompli torbot l-età mad-deterjorament, il-passività u l-vulnerabilità. Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-tixjiħ, hija kruċjali viżjoni bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-benesseri, il-kontribut tal-anzjani għas-soċjetà u l-ekonomija u l-għodod li jippermettu l-kontribut tagħhom. |
|
4.3. |
Matul dawn l-aħħar snin, ġew ippreżentati u diskussi għadd ta’ inizjattivi marbuta mill-qrib mal-età, bħall-Istrateġija Ewropea għall-Kura, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-impenji li saru mill-Istati Membri dwar l-inizjattiva tan-NU dwar l-impatt tal-COVID fuq l-anzjani, u d-diversi konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Parteċipazzjoni u l-Benesseri ta’ Persuni Akbar fl-Età fl-Era tad-Diġitalizzazzjon (12), dwar l-Integrazzjoni tat-Tixjiħ fil-Politiki Pubbliċi (13) jew dwar irkupru wara l-COVID-19 ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem (14). |
|
4.4. |
Strateġija Ewropea ġdida għall-Anzjani se tikkontribwixxi għall-bidla meħtieġa fl-enfasi tal-politiki attwali u futuri dwar l-età u l-anzjani, u se tenfasizza l-opportunitajiet mil-lat uman, soċjali u ekonomiku u ttejjeb il-perspettivi taċ-ċittadini u għall-parteċipazzjoni, peress li l-anzjani spiss ikollhom kapital intellettwali, ekonomiku u soċjali mhux sfruttat. L-Istrateġija ser tappoġġja s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja sabiex jiġu pprevenuti u jitnaqqsu l-isfidi relatati mal-età, billi tikkoreġi l-approċċ attwali li jqis it-tixjiħ bħala kost. |
|
4.5. |
Ser tagħmilha possibbli wkoll li jiġu kkonsolidati l-prinċipji fundamentali tal-inizjattivi mfassla mill-UE u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali minn meta ġie ffirmat il-Pjan ta’ Madrid fl-2002, u fl-istess ħin ser tipproponi azzjonijiet u pjani konkreti biex jitfasslu politiki fil-qasam tal-anzjani. |
|
4.6. |
L-Istrateġija Ewropea għall-Anzjani ser twassal biex jimmaterjalizza patt interġenerazzjonali bbażat fuq ir-rispett u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, li l-għanijiet fundamentali tiegħu huma l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità tajba u tul il-ħajja, l-impjieg deċenti u sistemi ta’ protezzjoni soċjali żviluppati ta’ natura universali (15). |
|
4.7. |
Barra minn hekk, l-Istrateġija se sservi mhux biss għall-anzjani iżda għall-popolazzjoni kollha, inklużi l-ħaddiema li jindukraw lill-anzjani, u se tħejji wkoll lil ġenerazzjonijiet iżgħar għat-tixjiħ tagħhom stess. |
5. Pilastri tal-Istrateġija Ewropea l-ġdida għall-Anzjani
|
5.1. |
L-Istrateġija Ewropea l-ġdida għandha tindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw l-anzjani bħala grupp eteroġenu u, fl-istess ħin, tippromovi l-azzjoni politika meħtieġa biex jinħatfu l-opportunitajiet kollha offruti mit-tixjiħ attiv u b’saħħtu. |
|
5.2. |
L-Istrateġija Ewropea għandha tinbena fuq politiki għat-tħejjija, il-prevenzjoni u l-antiċipazzjoni tal-konsegwenzi tal-età avvanzata, kif ukoll fuq politiki li jiżguraw il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva, bħat-tagħlim tul il-ħajja, it-tixjiħ b’saħħtu u l-parteċipazzjoni attiva. Dawn huma l-aħjar oqsma ta’ investiment biex jiġu minimizzati l-inugwaljanzi relatati mal-età u l-piżijiet soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw mit-tixjiħ (16). L-Istrateġija se tħeġġeġ lin-nies biex jieħdu azzjoni adatta biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tixjiħ tagħhom. |
|
5.3. |
Bħala parti mill-Istrateġija, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw il-pjani nazzjonali tagħhom dwar it-tixjiħ b’għanijiet u indikaturi speċifiċi biex ikejlu l-effettività tal-politiki li jappoġġjaw lill-anzjani. Għandhom jipproponu wkoll miżuri konkreti li jappoġġjaw l-għanijiet u l-pilastri tal-Istrateġija Ewropea. |
5.4. L-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni
|
5.4.1. |
L-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni bbażati fuq l-età huma prinċipji fundamentali stabbiliti sew fit-Trattati u fil-leġiżlazzjoni Ewropea. Madankollu, id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tippersisti f’wisq oqsma ta’ ħajjitna, u dan joħloq ostakli għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-anzjani fis-soċjetà tagħna. |
|
5.4.2. |
L-Istrateġija futura għall-Anzjani għandha għalhekk tintuża biex: |
|
5.4.2.1. |
issaħħaħ l-ugwaljanza irrispettivament mill-età bħala prinċipju fundamentali u bħala dimensjoni li għandha tiġi inkluża fil-politiki kollha tal-UE, u tappoġġja l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (17); |
|
5.4.2.2. |
tipproponi azzjonijiet konkreti biex iżżid l-għarfien dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, l-anzjani u d-drittijiet tagħhom u l-opportunitajiet biex jiġu inklużi, kif ukoll tippromovi immaġni pożittiva tal-età; |
|
5.4.2.3. |
tiżgura li l-Istati Membri u l-qrati nazzjonali u Ewropej jimplimentaw id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi b’mod rigoruż u imparzjali u tipproponi linji gwida biex jiġi definit aħjar il-prinċipju tal-ugwaljanza irrispettivament mill-età fi kwistjonijiet ta’ impjieg; |
|
5.4.2.4. |
tagħti attenzjoni speċjali lin-nisa anzjani, peress li jgawdu minn stennija tal-għomor itwal mill-irġiel, jistgħu jibqgħu attivi għal aktar żmien u min-naħa tagħhom huma aktar esposti għal diskriminazzjoni jew solitudni; |
|
5.4.2.5. |
tipproponi miżuri biex jiġu indirizzati l-forom multipli u intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni fix-xjuħija, inklużi, iżda mhux biss, il-problemi li jiffaċċjaw l-anzjani b’diżabilità, l-anzjani LGBTI+, l-anzjani minn minoranzi etniċi jew l-anzjani migranti; |
|
5.4.2.6. |
tirrettifika l-esklużjoni attwali tal-anzjani mid-data, l-istatistika u l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika mfassla minn korpi pubbliċi, inkluż l-Eurostat jew l-Ewrobarometru, fejn jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet tal-età fis-sondaġġi, is-segmentazzjoni skont l-età fil-kategorija tal-“anzjani” jew in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-anzjani li jgħixu fid-djar tax-xjuħ; tiżgura li d-data tinġabar, tiġi diżaggregata, analizzata, użata u mxerrda għall-etajiet kollha u karatteristiċi oħra u li l-Istati Membri jiġbru data adegwata, komparabbli u affidabbli; |
|
5.4.2.7. |
tiżgura li l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tintegra aħjar l-aspetti tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u d-drittijiet tal-bniedem tal-anzjani fil-ħidma tagħha. |
5.5. Il-parteċipazzjoni fis-soċjetà
|
5.5.1. |
Li l-anzjani jitħeġġu jipparteċipaw, speċjalment fil-ħajja ekonomika, se jkun strumentali biex jinħatfu l-opportunitajiet li l-inklużjoni akbar tagħhom toffri f’termini soċjali u ekonomiċi. |
|
5.5.2. |
Biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva sħiħa tal-anzjani, l-Istrateġija l-ġdida għandha tipproponi inizjattivi speċifiċi, fil-livell ta’ kompetenzi adegwat, biex: |
|
5.5.2.1. |
tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-ambjent mibni — inkluża l-aċċessibbiltà tad-dar proprja — u tas-servizzi u l-oġġetti diġitali billi jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ strumenti legali bħall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web, il-leġiżlazzjoni dwar l-aċċessibbiltà għat-trasport jew id-diversi obbligi inklużi fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) f’termini ta’ aċċessibbiltà; |
|
5.5.2.2. |
jiġu promossi inizjattivi u politiki li jikkonformaw mal-Artikolu 19 tas-CRPD, billi jiġi żgurat l-għajxien indipendenti u l-inklużjoni fil-komunità għall-etajiet kollha; |
|
5.5.2.3. |
jiġi appoġġjat il-kunċett ta’ “Bliet għal Kulħadd”, mudelli ta’ ppjanar urban intelliġenti, ekoloġiku u inklużiv, bħala rispons għar-riskji ta’ iżolament u solitudni mhux mixtieqa kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f’dawk rurali. Id-disinn għal kulħadd, il-mobbiltà u r-relazzjonijiet interpersonali huma kruċjali għal ħajja soċjali; |
|
5.5.2.4. |
fejn meħtieġ, jitneħħew l-ostakli li jeskludu lill-anzjani mill-proċessi demokratiċi jew kostitwenti, bħall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, peress li huma forza elettorali sinifikanti bi drittijiet sħaħ; |
|
5.5.2.5. |
jingħeleb id-“distakk diġitali u l-faqar diġitali” billi jiġi allokat appoġġ finanzjarju u jitnedew inizjattivi biex jittejbu l-infrastruttura, it-tagħmir ta’ appoġġ u t-taħriġ biex jikkontribwixxu għal-litteriżmu diġitali fl-etajiet kollha, u fl-istess ħin jinżamm l-obbligu li l-oġġetti u s-servizzi essenzjali jibqgħu aċċessibbli wkoll barra mill-isfera diġitali; |
|
5.5.2.6. |
jiġu żgurati servizzi essenzjali oħra minbarra t-trasport pubbliku, bħall-kura, is-saħħa, l-akkomodazzjoni, il-kultura, id-divertiment, il-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja soċjali, eċċ.; |
|
5.5.2.7. |
jiġu appoġġjati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi miġġielda s-solitudni, bil-għan li jiġi żgurat li fil-kuntest tal-bidliet demografiċi attwali, is-servizzi tas-saħħa mentali, soċjali u tal-kura fit-tul ikunu aċċessibbli, affordabbli, integrati, ibbażati fil-komunità u faċli li jintużaw. Barra minn hekk, l-Istati Membri jiġu appoġġjati permezz tal-ġbir u t-tixrid ta’ prattiki tajbin bis-saħħa tal-Aġenzija Ewropea l-ġdida għall-Anzjani, it-Tixjiħ u l-Isfida Demografika (18); |
|
5.5.2.8. |
jiġu proposti miżuri għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi anzjani minħabba li huma meqjusa bħala konsumaturi vulnerabbli mill-acquis Ewropew; |
|
5.5.2.9. |
jiġu proposti miżuri li jippromovu l-volontarjat b’valur miżjud għall-anzjani, u jiġu offruti programmi ta’ mentoraġġ lill-anzjani interessati li jgħaddu l-esperjenzi tax-xogħol tagħhom lill-ġenerazzjonijiet iżgħar; |
|
5.5.2.10. |
isir investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp sabiex jiġi appoġġjat tixjiħ b’saħħtu u attiv, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji, prodotti u servizzi aċċessibbli għal kulħadd u bil-parteċipazzjoni diretta tal-anzjani biex iwieġbu għad-diversità wiesgħa tal-ħtiġijiet tal-anzjani, kif ukoll il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali; |
|
5.5.2.11. |
ikompli jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali biex jappoġġja lill-Istati Membri fil-ħolqien tal-kundizzjonijiet adatti għall-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali avvanzati u speċjalizzati fit-tagħlim tul il-ħajja (19), aktar milli marbuta biss mal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u biex jistabbilixxu l-pedamenti għal miżuri speċifiċi li jimmiraw lill-anzjani u l-ambjent tagħhom. |
5.6. L-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ
|
5.6.1. |
L-isfida demografika attwali teħtieġ li jitneħħew l-ostakli u jinħatfu l-opportunitajiet għall-inklużjoni tal-anzjani fis-suq tax-xogħol, u ta’ dawk li jixtiequ jagħmlu dan wara li jirtiraw. L-Istrateġija għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri biex jittejjeb l-impjieg tal-anzjani. |
|
5.6.2. |
L-Istrateġija għandha tinbena fuq mudell flessibbli fejn hemm diversi perjodi ta’ tranżizzjoni bejn it-tagħlim, ix-xogħol, il-kura tal-familja, l-inattività/l-irtirar fi stadji differenti fil-ħajja ta’ persuna, anke wara l-età statutorja tal-irtirar. Is-servizzi ta’ kura għall-ġenerazzjonijiet kollha, inklużi l-indukrar tat-tfal u l-kura fit-tul, għandhom jippermettu lill-persuni ta’ kull età, kemm nisa kif ukoll irġiel, jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà. L-Istrateġija għandha tinkludi miżuri speċifiċi biex jiġu appoġġjati l-persuni li jindukraw b’mod informali minħabba r-rwol kruċjali li għandhom għall-anzjani li jirċievu kura. F’dan ir-rigward, jistgħu jitfasslu rakkomandazzjonijiet speċifiċi fl-oqsma tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, il-kumpens tal-pagi jew l-appoġġ finanzjarju, diversi alternattivi ta’ arranġamenti ta’ kura ta’ solliev għal dawk li jieħdu ħsieb qraba anzjani, l-aċċessibbiltà għal konsulenza u servizzi ta’ taħriġ, eċċ. |
|
5.6.3. |
Għal dan l-għan, l-Istrateġija Ewropea għandha, f’konformità mal-kompetenzi tal-Istati Membri: |
|
5.6.3.1. |
tivvaluta l-impatt tad-derogi bbażati fuq l-età inklużi fid-Direttiva dwar l-Impjiegi u dwar il-Pagi Minimi, tipproponi linji gwida biex jiġu implimentati l-prinċipji ta’ ugwaljanza abbażi tal-età fl-impjiegi, u fejn meħtieġ, tidentifika modi oħra biex ittejjeb l-implimentazzjoni tad-direttivi jew bidliet speċifiċi għal dan il-għan u tevita d-diskriminazzjoni kontra l-anzjani li jixtiequ jibqgħu fis-suq tax-xogħol; |
|
5.6.3.2. |
tħeġġeġ il-mentoraġġ interġenerazzjonali permezz ta’ programmi speċifiċi; |
|
5.6.3.3. |
f’konformità mal-politiki attwali, tiġġieled kontra u tipprevjeni r-riskji fiżiċi u psikosoċjali, bħall-istress u l-eżawriment fil-qafas li jmiss tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; |
|
5.6.3.4. |
tippromovi l-ispirtu intraprenditorjali tal-anzjani billi jiġu vvalutati l-ostakli eżistenti, bħat-telf tad-drittijiet tal-pensjoni, l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament u l-promozzjoni tal-inkubaturi għall-kointraprenditorija interġenerazzjonali jew it-trasferiment ta’ kumpaniji minn intraprendituri jew negozjanti aktar anzjani lil intraprendituri aktar żgħażagħ (20) jew l-inkoraġġiment ta’ inizjattivi fi ħdan l-ekonomija soċjali; |
|
5.6.3.5. |
tippromovi l-ekonomija soċjali bħala settur iċċentrat fuq il-bniedem u fuq il-benefiċċji għas-soċjetà, peress li tista’ toffri opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u intraprenditorija għall-anzjani (21); |
|
5.6.3.6. |
tippromovi u ttejjeb l-aċċessibbiltà għall-programmi Erasmus+ u l-programmi tat-teknoloġija edukattiva għall-anzjani, billi jsir użu sħiħ mis-sensibilizzazzjoni interġenerazzjonali tagħhom, u jiġu offruti opportunitajiet ta’ tagħlim u mobbiltà akkademika għall-anzjani, inkluż f’postijiet fejn l-aċċess għall-edukazzjoni huwa diffiċli, bħall-postijiet ta’ kura fit-tul. Għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ ukoll l-opportunitajiet offruti mill-mikrokredenzjali u mill-għodod ta’ apprendiment diġitali, bħall-Korsijiet Online Miftuħa; |
|
5.6.3.7. |
tipproponi miżuri li jtejbu l-edukazzjoni finanzjarja tal-anzjani, li jistgħu jwasslu għall-użu ta’ riżorsi inattivi u t-titjib tal-kompetittività. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp tal-ħiliet tal-anzjani biex ikunu jistgħu jaġixxu bħala investituri infurmati u biex jiġu evitati investimenti finanzjarji jew konsum mhux adatt; |
|
5.6.3.8. |
tiżviluppa proposti biex jiġi evitat l-eżodu ta’ mħuħ mill-ġenerazzjonijiet kollha, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll barra mill-UE, li jibnu fuq l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (22). |
5.7. Introjtu li jiggarantixxi l-għajxien u inklużjoni soċjali
|
5.7.1. |
Fl-2019, il-proporzjon ta’ persuni rtirati ta’ aktar minn 65 sena f’riskju ta’ faqar fl-UE kien ta’ 15,1 %. Fl-UE, bejn l-2010 u l-2019, il-proporzjon ta’ nisa anzjani ta’ aktar minn 65 sena li rċevew pensjoni u li kienu f’riskju ta’ faqar kien bejn 3 u 4 punti perċentwali ogħla minn dak tal-irġiel. |
|
5.7.2. |
Sabiex tissolva din is-sitwazzjoni u jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji tal-faqar u l-esklużjoni soċjali tal-anzjani, f’konformità mal-kompetenzi esklużivi tal-Istati Membri u b’kont meħud tar-rwol tal-imsieħba soċjali, l-Istrateġija għandha tippromovi introjtu deċenti għall-anzjani billi tipproponi inizjattivi biex: |
|
5.7.2.1. |
jiġu żviluppati sistemi tal-pensjonijiet biex jiġu pprovduti pensjonijiet adegwati sabiex il-pensjonanti ma jkollhomx għalfejn jiddependu mill-appoġġ għall-introjtu minimu, kif iddikjarat fl-Opinjoni tal-KESE dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura l-inklużjoni attiva (23); f’konformità ma’ dan, tevalwa flimkien mal-Istati Membri l-possibbiltà għal miżuri konverġenti biex jiġi żgurat introjtu minimu għall-anzjani kollha u tgħinhom jibqgħu impjegati jekk jixtiequ; |
|
5.7.2.2. |
tiġi żviluppata Garanzija għall-anzjani li tipproteġihom mill-faqar u tippermettilhom jgħixu ħajja deċenti u parteċipattiva mill-età ta’ 65 sena ’il quddiem, inkluż appoġġ speċifiku għal dawk li għandhom aktar minn 75/80 sena, skont il-karatteristiċi tal-Istati Membri; |
|
5.7.2.3. |
jiġi żgurat li l-pensjonijiet jibqgħu adegwati matul iż-żmien, billi fejn meħtieġ, jiġi żgurat li jiġu indiċjati f’konformità mal-għoli tal-ħajja, u li jitqiesu l-ispejjeż speċifiċi tal-anzjani (bħas-saħħa, il-kura fit-tul, eċċ.); |
|
5.7.2.4. |
titnaqqas id-differenza bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa u, fejn meħtieġ, tiġi promossa l-introduzzjoni ta’ krediti ta’ kura fil-protezzjoni soċjali u/jew fis-sistemi tat-taxxa; |
|
5.7.2.5. |
jinħoloq qafas għall-aċċess universali għad-drittijiet tal-pensjoni, inkluż għall-irġiel u n-nisa, għal dawk li jaħdmu għal rashom, u għall-persuni f’forom ġodda ta’ impjieg bħall-ekonomija soċjali, il-persuni b’diżabilità (inklużi dawk f’impjieg protett) u l-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol; |
|
5.7.2.6. |
jiġu proposti miżuri biex ikun hemm għarfien u ġlieda kontra l-vjolenza u t-trattament ħażin tal-anzjani, speċjalment in-nisa anzjani. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Pereżempju, Il-pjan kontra l-waqgħat imniedi fi Franza: “Plan antichute des personnes âgées”.
(2) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 194, 12.5.2022, p. 19).
(3) European social partners' autonomous framework agreement on active ageing and an inter-generational approach (2017), (Ftehim Qafas Awtonomu tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar it-Tixjiħ Attiv u Approċċ Interġenerazzjonali, mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Friends of Europe.
(5) Current and future challenges for ombudsman institutions (Sfidi attwali u futuri għall-istituzzjonijiet tal-ombudsman, mhux disponibbli bil-Malti) – Network in Focus 2019 (europa.eu)
(6) Kif inkluż fir-Rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-anzjani ta’ Marzu 2022 (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 194, 12.5.2022, p. 19).
(8) Eurostat.
(9) Silver Economy Study: How to stimulate the economy by hundreds of millions of Euros per year | Shaping Europe’s digital future (europa.eu) (Studju dwar l-ekonomija tal-anzjani: kif nistimolaw l-ekonomija b’mijiet ta’ miljuni ta’ euro fis-sena | It-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa, mhux disponibbli bil-Malti).
(10) L-Atlas tad-Demografija tal-Kummissjoni Ewropea.
(11) COM(2021) 50 final.
(12) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Parteċipazzjoni u l-Benesseri ta’ Persuni Akbar fl-Età fl-Era tad-Diġitalizzazzjoni (2020).
(13) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Integrazzjoni tat-Tixjiħ fil-Politiki Pubbliċi (2021).
(14) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar irkupru wara l-COVID-19 ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem (2021).
(15) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 194, 12.5.2022, p. 19).
(16) UN report on the Decade of Healthy Ageing, 2021-2030 (Rapport tad-WHO dwar Deċennju għat-Tixjiħ b’Saħħtu, 2021-2030, mhux disponibbli bil-Malti).
(17) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Intejbu l-ugwaljanza fl-UE” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 75, 28.2.2023, p. 56), u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008) 426 finali) (Opinjoni addizzjonali) (ĠU C 182, 4.8.2009, p. 19).
(18) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar approċċ komprensiv lejn is-saħħa mentali, COM (2023) 298 final.
(19) Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-forniment tal-ħiliet diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, COM(2023) 206 final.
(20) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Trasferimenti ta’ negozji bħala promoturi tat-tkabbir tal-irkupru sostenibbli fis-settur tal-SMEs” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 9).
(21) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 194, 12.5.2022, p. 19).
(22) COM(2020) 274 final.
(23) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura l-inklużjoni attiva”(COM(2022) 490 final — 2022/0299 (NLE)) (ĠU C 184, 25.5.2023, p. 64) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura l-inklużjoni attiva (ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/36 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea u r-rwol tal-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni biex jixprunawha”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 349/07)
|
Relatur: |
Andrés BARCELÓ DELGADO |
|
Korelatur: |
Monika SITÁROVÁ |
|
Konsultazzjoni mitluba mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill |
Ittra tat-8 ta’ Diċembru 2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Opinjoni esploratorja |
|
Deċiżjoni tal-Bureau |
13.12.2022 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
22.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
185/3/7 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li d-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-UE trid tkun akkumpanjata minn diġitalizzazzjoni msaħħa. |
|
1.2. |
L-innovazzjoni hija essenzjali jekk l-industrija trid tiġi dekarbonizzata għalkollox, peress li ħafna teknoloġiji għadhom qed jiġu żviluppati. |
|
1.3. |
L-UE ma tistax tikseb dekarbonizzazzjoni mingħajr involviment qawwi tal-ħaddiema u d-djalogu soċjali, u l-programmi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet iridu jkunu prijorità ewlenija bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri. Id-djalogu soċjali u l-involviment tar-rappreżentanti tal-ħaddiema jridu jaqdu rwol fil-programmi ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet li se jkunu prerekwiżit għas-suċċess ta’ teknoloġiji u metodi ta’ ħidma ġodda. |
|
1.4. |
Jeħtieġ li l-UE tidentifika t-teknoloġiji li jirrikjedu appoġġ speċifiku biex jiġu żviluppati attivitajiet ta’ manifattura, kif ukoll tipproponi miżuri addizzjonali. |
|
1.5. |
Għandhom jiġu żviluppati tekniki għall-qbid, l-użu u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju biex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffiċli sabiex jitrażżnu f’industriji bħas-siment u r-raffineriji; il-karbonju stess jista’ jintuża bħala materja prima għall-e-Fjuwils. |
|
1.6. |
L-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-Amerka huwa sfida serja għall-UE u l-industrija tagħha. Il-Proposta tal-Kummissjoni dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti tista’ tkun tweġiba effettiva għat-theddida ta’ rilokazzjoni massiva ta’ attivitajiet industrijali mill-UE lejn pajjiżi terzi. Il-proposti tal-UE m’għandhomx jinjoraw il-kundizzjonalità soċjali tal-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni. |
|
1.7. |
Il-kumpaniji industrijali jeħtieġu appoġġ pubbliku matul il-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni (eż. iż-żieda tal-livell limitu de minimis, ir-rieżami tal-politiki tat-taxxa), iżda jridu jirrispettaw ukoll il-prinċipji tas-suq uniku. |
|
1.8. |
Il-KESE jinnota li l-eżempji attwali ta’ tewmin diġitali fl-industrija, kif indikat fl-Opinjoni CCMI/206, huma inkoraġġanti f’termini ta’ titjib fil-prestazzjoni industrijali. |
|
1.9. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ewropej u lill-Istati Membri biex jaċċelleraw il-proċessi tal-għoti ta’ permessi għall-enerġija rinnovabbli u l-attivitajiet industrijali. Il-proċedura twila attwali involuta biex jingħataw il-permessi kif ukoll il-burokrazija eċċessiva jiskoraġġixxu investimenti ġodda. |
|
1.10. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Bank tal-Idroġenu, u jittama li din tgħin biex tiġi skjerata t-teknoloġija tal-idroġenu, b’mod partikolari fl-industriji li huma diffiċli sabiex jitrażżnu. |
|
1.11. |
L-infrastruttura attwali għandha tiġi mantnuta b’mod adatt sabiex jiġu żviluppati proċessi industrijali ġodda. Iridu jiġu żviluppati programmi infrastrutturali speċifiċi biex jakkumpanjaw id-dekarbonizzazzjoni industrijali. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-Presidenza Spanjola futura tal-Kunsill tal-UE talbet lill-KESE jfassal Opinjoni esploratorja dwar id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea u r-rwol tad-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni f’dal-proċess. |
|
2.2. |
Il-KESE diġà ħareġ Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar it-teknoloġiji tad-dekarbonizzazzjoni b’enfasi fuq l-industriji fl-ambitu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) (1). |
|
2.3. |
Is-soċjetà Ewropea ħadet id-deċiżjoni radikali meħtieġa biex tkun għalkollox dekarbonizzata sal-2050. L-industrija se tiġi affettwata l-aktar minn dan, u xi attivitajiet industrijali se jsibuha diffiċli ħafna biex jadattaw. |
|
2.4. |
Xi industriji għamlu investimenti kbar f’dawn l-aħħar snin u se jkunu mġiegħla jagħmlu bidliet aktar radikali biex jilħqu l-mira ta’ emissjonijiet żero netti. Għalhekk, is-soċjetà Ewropea trid tappoġġjahom fit-trażizzjoni tagħhom mill-fjuwils fossili għal produzzjoni newtrali għall-klima. |
|
2.5. |
Ċerti attivitajiet industrijali li huma diffiċli biex jitrażżnu għandhom jadottaw teknoloġiji għall-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS). Fil-futur, l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jintużaw biex jipproduċu oġġetti ta’ valur miżjud għoli. |
|
2.6. |
Il-livell tad-dipendenza tal-UE minn pajjiżi terzi għall-provvista ta’ xi teknoloġiji nodfa tagħmilha estremament diffiċli għall-UE biex tilħaq il-mira tagħha li, sal-2030, 40 % tal-enerġija tkun minn sorsi rinnovabbli. L-Ewropa tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet fir-rigward tat-teknoloġija nadifa; fl-istess ħin, l-UE se jkollha taċċellara b’mod drammatiku l-iskjerament tat-teknoloġija nadifa biex jintlaħqu l-objettivi “lesti għall-mira ta’ 55 %”. Jeħtieġ li l-UE tidentifika t-teknoloġiji li jeħtieġu appoġġ speċifiku biex jiġu żviluppati attivitajiet ta’ manifattura, kif ukoll tipproponi miżuri addizzjonali. |
|
2.7. |
L-industrija Ewropea tinsab taħt pressjoni kostanti mill-kompetizzjoni internazzjonali, u teħtieġ rispons rapidu u żvilupp u adattament kontinwi tan-negozju sabiex il-produzzjoni fl-UE tibqa’ profittabbli. Dan diġà huwa fattur importanti fil-produzzjoni moderna, iżda b’teknoloġiji diġitali ġodda, il-kumpaniji tal-manifattura jistgħu jwasslu għal titjib kbir fl-effiċjenza u jisfruttaw opportunitajiet kompletament ġodda għall-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi u mudelli ta’ negozju. |
|
2.8. |
It-tranżizzjoni diġitali prevista mill-Patt Ekoloġiku tal-UE hija prerekwiżit biex tintlaħaq il-mira tad-dekarbonizzazzjoni. |
|
2.9. |
Xejn ma jista’ jinkiseb mingħajr in-nies. Il-forza tax-xogħol Ewropea hija kkwalifikata ħafna f’termini tat-teknoloġija attwali, iżda trid tiġi mħarrġa mill-ġdid biex taħtaf l-opportunità offruta mit-teknoloġiji l-ġodda li se jiġu żviluppati u implimentati fil-futur qrib. |
|
2.10. |
Skont il-prinċipju ġeneralment aċċettat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, trid tingħata attenzjoni speċjali lill-komunitajiet lokali fejn huma stabbiliti l-faċilitajiet industrijali, minħabba l-bidliet li se jseħħu fis-snin li ġejjin u l-impatt li dawn il-bidliet se jkollhom, fi żmien qasir, fuq l-impjiegi fiż-żoni kkonċernati. |
3. Xenarju ġdid fl-UE u bnadi oħra
|
3.1. |
Sadanittant, l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tiffaċċja l-isfidi l-ġodda maħluqa mill-implimentazzjoni tal-Att il-ġdid dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-Amerka (2), li jista’ jipprovdi inċentiv għar-rilokazzjoni ta’ parti kbira mill-katina tal-valur industrijali Ewropea lejn l-Istati Uniti, b’mod partikolari dawk relatati mat-teknoloġiji rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. L-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni jikkonsisti f’taħlita ta’ għotjiet, inċentivi fiskali u garanziji ta’ self, akkumpanjati minn diversi kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi. Fil-biċċa l-kbira tagħha l-leġiżlazzjoni tikkonċerna krediti tat-taxxa korporattiva li jammontaw għal madwar USD 216-il biljun. |
|
3.2. |
Krediti tat-taxxa għall-produzzjoni huma disponibbli wkoll għal proġetti eoliċi u solari. Il-kumpaniji li jridu jaċċessaw dawn il-krediti tal-produzzjoni jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kontenut domestiku: il-ħadid, l-azzar u l-prodotti manifatturati tal-faċilitajiet li jiġġeneraw l-enerġija jridu jiġu prodotti domestikament. Il-proċessi kollha tal-manifattura tal-ħadid u tal-azzar iridu jsiru fl-Istati Uniti, u l-prodotti manifatturati jitqiesu prodotti domestikament jekk perċentwal limitu tal-kostijiet totali tal-manifattura tal-prodotti jiġu minn proċessi ta’ estrazzjoni, produzzjoni jew manifattura bbażati fl-Istati Uniti. Dan il-limitu huwa ta’ 40 % u se jiżdied għal 55 % fl-2026. |
|
3.3. |
Il-Kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni ġdida biex tlaħħaq mal-isfida li tirrappreżenta l-kompetizzjoni mill-Amerka u ċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea. Il-KESE qed ifassal Opinjoni dwar dan is-suġġett. |
|
3.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-proposta miexja fid-direzzjoni t-tajba; madankollu, ftit li xejn hija adegwata biex tintlaħaq il-mira ambizzjuża u hemm bżonn ta’ titjib fil-proċess leġiżlattiv. |
|
3.5. |
Id-distakk bejn il-prezzijiet tal-gass fl-Ewropa u fl-Istati Uniti huwa enormi, anke meta jitqies it-tnaqqis reċenti fil-prezzijiet Ewropej. Xi fornituri tal-istess fehma qed jużaw l-approċċ tal-kost tal-opportunità fir-rigward tal-provvista u l-prezzijiet tal-gass naturali, u l-UE, ladarba tkun kważi ħielsa mid-dipendenza tagħha mill-gass Russu, se tkun maqbuda f’qafas saħansitra aktar għali tal-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku. Dan qed idgħajjef kemm il-kompetittività tal-industrija tal-UE kif ukoll l-elettrifikazzjoni. |
|
3.6. |
Il-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni se jżid id-domanda għall-elettriku; il-KESE jappella għal teknoloġija newtrali għall-klima li tagħti prijorità lil provvista tal-enerġija affordabbli mingħajr karbonju u s-sigurtà tal-enerġija. |
|
3.7. |
Il-kumpaniji Ewropej jeħtiġilhom jixtru ċertifikati tal-karbonju skont il-qafas tal-ETS. Iċ-ċertifikati tal-karbonju jiswew aktar minn EUR 80, u l-primjum tal-prezz fuq il-prezzijiet spot tal-elettriku minħabba l-ispejjeż dejjem jiżdiedu taċ-ċertifikati tal-karbonju huwa ta’ aktar minn EUR 40. Bi ftit eċċezzjonijiet, l-imsieħba kummerċjali ewlenin l-oħra tal-UE ma għandhomx dan it-tip ta’ prezz tal-karbonju, u għalhekk fil-futur se jkun diffiċli għall-industrija tal-UE biex tikkompeti fis-swieq internazzjonali, anke bit-tarka tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) għas-suq uniku. |
|
3.8. |
Il-provvista ta’ enerġija dekarbonizzata affordabbli hija kruċjali għall-iżvilupp ta’ attivitajiet industrijali ġodda fl-Ewropa. L-impatt tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti fuq il-prezzijiet tal-enerġija se jkun limitat fil-perjodu qasir, u l-impatt fit-tul tiegħu jibqa’ inċert. L-ambizzjoni li l-Ewropa ssir inqas dipendenti mill-enerġija importata u inqas esposta għall-volatilità tas-suq globali mhux se timmaterjalizza mil-lum għal għada. Madankollu, l-industrija teħtieġ soluzzjonijiet immedjati biex tlaħħaq mal-prezzijiet tal-enerġija li għadhom ogħla fl-Ewropa milli f’ħafna partijiet oħra tad-dinja. Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-UE jirnexxi biss jekk l-UE tirriforma wkoll il-politika tal-enerġija tagħha, b’mod partikolari b’Direttiva riveduta dwar id-Disinn tas-Suq tal-Elettriku li tħaffef biex tiżgura provvista ta’ elettriku affordabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li tikkorrispondi għall-ħtieġa dejjem akbar għall-elettrifikazzjoni. |
|
3.9. |
L-UE tidher li tinsab maqbuda bejn żewġ approċċi: qed tirsisti għal konverġenza mal-Istati Uniti u biex iżżomm impronta industrijali fl-Ewropa, u fl-istess ħin qed tipprova żżomm mar-regoli tad-WTO li xi kultant imorru kontra l-approċċ Amerikan. |
|
3.10. |
Li s-suq uniku tal-UE jinżamm ħaj hija sfida oħra li qed tiffaċċja l-UE. Kif indikat il-Kummissjoni, il-flessibbiltà fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat ġiet ikkonċentrata f’żewġ Stati Membri li jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-approvazzjoni totali pprovduta mill-Kummissjoni permezz tal-eċċezzjoni tranżizzjonali (fil-kuntest tal-COVID-19 u l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna). |
|
3.11. |
L-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jeħtiġilhom jevitaw li jipprovdu lill-kumpaniji b’għajnuna mill-Istat eċċessiva sabiex jissalvagwardjaw is-suq uniku, il-pedament tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jsiru diġitalizzati u tiġi promossa l-innovazzjoni, il-livell limitu de minimis jista’ jiżdied peress li rarament ifixkel il-kompetizzjoni. L-esperjenza taċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni Diġitali (3) trid tinfirex fl-UE. |
4. Ir-rwol tal-innovazzjoni
|
4.1. |
L-innovazzjoni hija essenzjali biex l-UE tkun tista’ tilħaq il-miri ta’ emissjonijiet żero netti, u jeħtieġ li fis-suq jitqiegħdu teknoloġiji aktar kummerċjalment disponibbli. Ir-rwol tal-innovazzjoni fi ħdan il-kumpaniji huwa għodda ewlenija għall-iskjerament ta’ teknoloġiji ġodda u ekoloġiċi li huma kemm teknikament kif ukoll ekonomikament vijabbli. |
|
4.2. |
Min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jitħeġġeġ suq ġust għal prodotti ekoloġiċi reali u affidabbli, u li fi ħdanu l-akkwist pubbliku jintuża bħala l-mutur ewlieni, trid tikkontribwixxi għall-espansjoni tal-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi ġodda. |
|
4.3. |
L-Ewropa m’għandhiex materja prima, iżda l-Att propost dwar il-Materja Prima Kritika se jippromovi materja prima riċiklata prodotta domestikament għall-industrija. Il-vantaġġ kompetittiv ewlieni tal-industrija tal-UE huwa l-kapaċità teknoloġika u l-forza tax-xogħol b’ħiliet għolja tagħha, li jippermettulha tkun minn ta’ quddiem fis-swieq globali. |
|
4.4. |
Dan il-vantaġġ kompetittiv issa qed jiġi sfidat minn pajjiżi terzi, peress li l-unika għodda biex tinżamm it-tmexxija hija li titħares l-innovazzjoni, jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-ħarsien tal-ambjent, in-nies u l-innovazzjoni u t-tħaffif tal-awtorizzazzjonijiet regolatorji, mhux biss f’oqsma speċjali bħal fil-Proposta tal-Kummissjoni, iżda bnadi oħra wkoll. Hemm eżempji flagranti ta’ dewmien mhux ġustifikabbli fl-għoti tal-approvazzjoni għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet industrijali ġodda. |
|
4.5. |
L-SMEs huma s-sinsla tal-manifattura Ewropea u, sabiex jixprunaw id-dekarbonizzazzjoni, iridu jingħataw attenzjoni speċjali, bi programmi speċifiċi għall-promozzjoni ta’ innovazzjoni u diġitalizzazzjoni effettivi. |
|
4.6. |
Peress li d-dekarbonizzazzjoni se tirrikjedi investimenti kbar, il-KESE jissuġġerixxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jużaw kemm il-fondi tat-Tranżizzjoni Ġusta kif ukoll dawk tan-NextGenerationEU biex jipprovdu appoġġ adatt għall-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni. |
|
4.7. |
L-infrastruttura attwali mhijiex adegwata għall-bidliet meħtieġa fl-industrija u s-soċjetà, u l-KESE jħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet pubbliċi biex iniedu programm għall-manutenzjoni u t-titjib tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġu skjerati mingħajr xkiel it-teknoloġiji l-ġodda. |
|
4.8. |
L-idroġenu jidher li huwa l-aħjar għażla għad-dekarbonizzazzjoni tal-industriji diffiċli sabiex jitrażżnu li mhumiex eliġibbli għal elettrifikazzjoni sħiħa. L-inizjattiva reċenti tal-UE dwar il-Bank tal-Idroġenu tgħin biex din it-teknoloġija tintuża b’mod adatt, f’termini ta’ kwantità u prezz Xi esperjenzi reġjonali ta’ innovazzjoni bl-idroġenu huma utli ħafna, peress li jlaqqgħu flimkien kumpaniji kbar, ċentri ta’ riċerka, universitajiet u SMEs. |
5. Ir-rwol tad-diġitalizzazzjoni
|
5.1. |
Id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea. Fil-fatt, l-industrija, li fi ħdanha jikkonverġu t-teknoloġija diġitali u l-produzzjoni fiżika tal-oġġetti, tista’ titqies bħala attur ewlieni fit-trasformazzjoni diġitali u d-dekarbonizzazzjoni industrijali, peress li tiffavorixxi l-modernizzazzjoni tal-proċessi, il-prodotti u l-mudelli tan-negozju industrijali, b’effett pożittiv fuq il-produttività. |
|
5.2. |
Teknoloġiji bħas-sensuri, il-komunikazzjoni bejn magna u oħra, l-analiżi tad-data u r-robotika joħolqu opportunitajiet għall-kumpaniji tal-manifattura. Permezz tal-ottimizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-produzzjoni, it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jagħmluha possibbli għall-kumpaniji Ewropej biex jikkompetu ma’ pajjiżi bi spejjeż tal-produzzjoni tradizzjonalment aktar baxxi. |
|
5.3. |
Ħafna setturi diġà ġew awtomatizzati ħafna u huma affettwati ulterjorment mit-teknoloġiji diġitali, pereżempju r-robotika intelliġenti għall-assemblaġġ, il-kompjuters għall-kontroll tal-proċessi fis-settur tas-sustanzi kimiċi, u l-istampar 3D għall-produzzjoni ta’ komponenti u spare parts. It-tieni mewġa ta’ trasformazzjoni diġitali xprunata mill-intelliġenza artifiċjali, l-Internet industrijali tal-oġġetti u l-big data x’aktarx li tkun aktar ta’ tfixkil u tista’ tikkawża inugwaljanzi bejn il-kumpaniji u bejn ir-reġjuni tal-UE. |
|
5.4. |
Bis-saħħa tat-teknoloġija tas-sensuri, il-produzzjoni tista’ tiġi mmonitorjata u ottimizzata, pereżempju billi jiġu mmonitorjati kontinwament l-użu tat-tagħmir tal-produzzjoni, l-input tal-enerġija, il-ħtieġa għall-materja prima u l-ispare parts, il-kwalità u l-emissjonijiet tal-prodott. L-analiżi tad-data miġbura tista’ tagħti lill-kumpanija għarfien dwar liema proċessi jaħdmu bl-aħjar mod u liema jistgħu jittejbu, kif ukoll dwar l-impronta klimatika. |
|
5.5. |
Id-diġitalizzazzjoni għandha potenzjal kbir biex tnaqqas l-impatt tal-industrija fuq il-klima, iżda d-diġitalizzazzjoni u l-ġestjoni tad-data jridu jqisu l-perspettiva klimatika. |
6. Taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet
|
6.1. |
It-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali trid titqies bħala opportunità biex jinħolqu u jiġu promossi impjiegi ta’ kwalità għolja, u fl-istess ħin biex tiġi attirata d-diversità lejn l-industrija, u b’mod partikolari t-talent femminili, jiġi promoss il-ftuħ għal ħaddiema tas-sengħa minn pajjiżi terzi u jsir sforz intensiv biex l-industrija ssir attraenti għaż-żgħażagħ. |
|
6.2. |
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat katalgu wiesa’ ta’ inizjattivi żviluppati fil-qafas tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, inklużi l-Patt Ewropew għall-Ħiliet u s-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023. Se jinħolqu jew jiġu estiżi sħubijiet għall-ħiliet. Se jiġu stabbiliti Akkademji tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti biex jappoġġjaw programmi ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid fl-industriji strateġiċi għat-tranżizzjoni ekoloġika. L-għajnuna mill-Istat u l-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs) għandhom jipprovdu wkoll riżorsi finanzjarji addizzjonali biex jappoġġjaw l-objettivi fir-rigward tal-ħiliet, u l-baġit tal-UE u n-NextGenerationEU diġà qed jipprovdu EUR 64,8 biljun biex jappoġġjaw l-Aġenda għall-Ħiliet tal-UE. Ċerti proġetti attwali, taħt l-umbrella tal-Erasmus +, bħall-ESSA (4), huma promettenti ħafna. |
|
6.3. |
Id-djalogu soċjali huwa kruċjali sabiex jiġu skjerati sew it-teknoloġiji l-ġodda u tiġi ffaċilitata l-aċċettazzjoni soċjali u tal-ħaddiema fir-rigward tal-bidliet futuri fil-proċessi tax-xogħol. |
|
6.4. |
Madankollu, sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji diġitali fil-produzzjoni, huwa importanti li ma ssirx enfasi biss fuq it-teknoloġija, iżda pjuttost li naħsbu dwar in-negozju u l-organizzazzjoni b’mod globali. Hemm bżonn ta’ strateġija diġitali u pjani ta’ azzjoni biex id-diġitalizzazzjoni tkun tista’ tiġi ġestita. |
|
6.5. |
L-isfida hija li jiġi żgurat li it-trasformazzjoni diġitali twassal għal aktar progress soċjali u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. Il-ħaddiema għandhom ikunu kapaċi jantiċipaw il-konsegwenzi ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ta’ min iħaddem permezz ta’ dritt imtejjeb ta’ parteċipazzjoni. Il-konsegwenzi tat-teknoloġiji diġitali jridu jiġu diskussi u jridu jwasslu għal soluzzjonijiet negozjati fil-livelli kollha: il-livell tal-kumpanija, tas-settur, dak nazzjonali u dak Ewropew. |
|
6.6. |
Il-forza tax-xogħol tal-UE jeħtiġilha tkun imħarrġa mill-ġdid u b’ħiliet imtejba sabiex ikollha l-ħiliet ġodda meħtieġa biex tikseb ir-rekwiżiti l-ġodda tal-impjiegi. Il-ħiliet attwali għandhom jiġu vvalutati, fil-qafas tad-djalogu soċjali, fir-rigward ta’ jekk humiex ta’ valur jew le għal żviluppi futuri. |
|
6.7. |
Iż-żamma ta’ djalogu soċjali mqanqal u effettiv żgur li se tikkontribwixxi għal użu u aċċettazzjoni aħjar ta’ teknoloġiji ġodda, u timminimizza l-ispejjeż soċjali. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tat-teknoloġiji tal-assorbiment tal-karbonju għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 486, 21.12.2022, p.53).
(2) L-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-2022.
(3) https://european-digital-innovation-hubs.ec.europa.eu/
(4) https://www.estep.eu/essa/
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/41 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Dekarbonizzazzjoni tal-flotta tas-sajd”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 349/08)
|
Relatur: |
Javier GARAT PÉREZ |
|
Konsultazzjoni |
Ittra mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill, 30.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
28/06/2023 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
38/6/1 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
155/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-istrateġija dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE (1). Il-KESE jagħraf il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, u jappoġġja bis-sħiħ li jinstabu alternattivi ta’ enerġija sostenibbli, rinnovabbli u kummerċjalment vijabbli, kif ukoll li titnaqqas id-dipendenza enerġetika minn pajjiżi terzi. Il-KESE jappella lis-soċjetà, lin-negozji u, b’mod partikolari, lis-settur tas-sajd biex jikkontribwixxu għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050. |
|
1.2. |
Il-KESE jfakkar li l-industrija tas-sajd hija parti mis-soluzzjoni biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima: is-sajjieda jipprovdu waħda mill-aktar proteini tal-annimali tajbin għas-saħħa b’waħda mill-aktar impronti tal-karbonju baxxi. Fil-fatt, skont id-data tal-UNCTAD, l-emissjonijiet fis-settur jirrappreżentaw bejn 0,1 % u 0,5 % tat-total globali fl-2023. Il-flotta Ewropea b’mod partikolari naqqset l-emissjonijiet tagħha b’50 % mill-1990 ’il hawn (2). Għalhekk, huwa settur strateġiku ewlieni għas-soċjetà tagħna u essenzjali għall-provvista lill-popolazzjoni u biex jippromovi dieta tajba għas-saħħa. Madankollu, il-KESE jappella għal aktar sforzi biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u jitnaqqsu l-emissjonijiet. |
|
1.3. |
Il-KESE jappella għal skeda ta’ dekarbonizzazzjoni adegwata u realistika li fiha l-avvanzi teknoloġiċi, loġistiċi u leġiżlattivi jimxu id f’id. Jekk dan ma jseħħx, se jkun hemm żieda sproporzjonata fl-ispejjeż (li ma tistax tiġi assorbita mill-prezz tal-ħut, inkella l-ħut isir oġġett ta’ lussu), telf tan-negozju, xogħol prekarju u qgħad. L-ispiża tat-tranżizzjoni m’għandhiex tkun intollerabbli għal min iħaddem u għall-ħaddiema fis-setturi marittimi differenti u ħadd m’għandu jitħalla jibqa’ lura. |
|
1.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-iżvilupp u d-disponibbiltà globali ta’ teknoloġiji ekoloġiċi alternattivi u innovattivi, karburanti ġodda u sorsi ta’ enerġija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju huma l-akbar sfida li qed jiffaċċja s-settur tas-sajd. L-iżvilupp ta’ karburanti bħal dawn u l-infrastruttura meħtieġa huma essenzjali biex id-dekarbonizzazzjoni ssir realtà. Il-KESE jqis l-ibridizzazzjoni bħala soluzzjoni intermedja, għalkemm ma ssarrafx fl-abbandun immedjat tal-fjuwils fossili. |
|
1.5. |
Il-KESE jenfasizza li l-amministrazzjonijiet Ewropej u nazzjonali għandhom diversi soluzzjonijiet tal-enerġija disponibbli għalihom biex jindirizzaw l-isfida klimatika. Illum il-ġurnata, 100 % tal-bastimenti tas-sajd jaħdmu bid-diżil. Skont l-ispeċjalisti, fjuwils rinnovabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li mhumiex ibbażati fuq il-pjanti huma l-aktar alternattiva vijabbli fi żmien qasir sabiex is-settur tas-sajd ikun jista’ jimxi lil hinn mill-fjuwils fossili, għalkemm il-prezz tal-ekofjuwils bħalissa huwa kważi d-doppju ta’ dak tad-diżil, u d-disponibbiltà għadha baxxa ħafna. Filwaqt li l-avjazzjoni qed issegwi perkors separat bl-iżvilupp ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), u peress li teknoloġiji oħrajn bħall-idroġenu u l-elettriku huma aktar adatti għal setturi bħat-trasport marittimu u bit-triq rispettivament milli għall-bastimenti tas-sajd, il-KESE jappella għal sinjal politiku ċar li jagħti prijorità lil dawn il-fjuwils ta’ sostituzzjoni fuq dawk tal-ewwel. Il-KESE jenfasizza li, sakemm dawn il-karburanti alternattivi ma jiġux żviluppati, il-miri ambizzjużi stabbiliti kemm fil-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll fil-pakkett ta’ miżuri “lesti għall-mira ta’ 55 %” ma jistgħux jintlaħqu (3). |
|
1.6. |
Il-KESE jqis li l-ispiża enormi għad-dekarbonizzazzjoni ta’ settur li huwa diffiċli biex jiġi elettrizzat bħas-settur tas-sajd tmur ferm lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-finanzjament Ewropew. L-isfida se tkun kif ser jinżammu ħajjin is-settur tas-sajd u l-kontribut tiegħu għas-sigurtà tal-ikel. Huwa essenzjali li jkun hemm appoġġ istituzzjonali u miżuri speċifiċi ta’ finanzjament u kreditu li jilħqu l-Istati Membri kollha u l-flotot tagħhom. F’dan ir-rigward, il-KESE jinsab imħasseb dwar il-limitazzjonijiet attwali tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) li, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni stess, mhuwiex utli biex titwettaq din it-tranżizzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati dawn il-kostijiet, il-KESE jitlob li jiġu eżaminati sorsi oħra ta’ finanzjament bħall-Bank Ċentrali Ewropew, li jintużaw it-tariffi għall-aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri li jinġabru, u li jiġu mobilizzati riżorsi relatati mat-tassazzjoni tal-enerġija billi jiġu riallokati lis-settur tas-sajd. Il-KESE jfakkar li, fl-Ewropa, il-flotta għandha età medja ta’ 31,5 sena (4) u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-ħolqien ta’ fond ta’ emerġenza biex jitħaffef il-pass tad-dekarbonizzazzjoni. Il-Kumitat jappella wkoll għal komplementarjetà akbar bejn il-politiki eżistenti u l-fondi ta’ koeżjoni u ta’ żvilupp reġjonali sabiex tidderieġi l-fondi u tiġi evitata l-kompetizzjoni bejn ir-reġjuni. |
|
1.7. |
Il-KESE jinnota li kwalunkwe bidla fis-sors tal-enerġija se teħtieġ bastimenti ġodda iddisinjati b’mod kompletament ġdid u b’kapaċità akbar abbord (“tunnellaġġ gross”) biex jakkomodaw il-makkinarju l-ġdid. Madankollu, id-definizzjoni u l-limiti tal-kapaċità tas-sajd stabbiliti fil-Politika Komuni tas-Sajd jagħmlu dan il-progress diffiċli. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi d-definizzjoni tal-kapaċità tas-sajd sabiex timplimenta teknoloġiji ġodda relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija. |
|
1.8. |
Il-KESE jitlob li, sakemm it-teknoloġiji l-ġodda ta’ propulsjoni jsiru disponibbli kummerċjalment u l-qafas leġiżlattiv jippermetti l-modernizzazzjoni, l-installazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji bħal dawn, l-UE m’għandhiex tintroduċi taxxi fuq il-fjuwil (diżil) użat għall-operazzjonijiet tas-sajd. |
|
1.9. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta’ sħubija multilaterali ġdida għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija. Il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġu kkonsultati mhux biss is-settur tas-sajd iżda wkoll il-unions tal-ħaddiema, l-ispeċjalisti tekniċi, it-tarzni, l-inġiniera u l-portijiet biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti, prattiċi u sostenibbli. Il-KESE jappella għal pjan komprensiv biex tissaħħaħ il-kapaċità Ewropea biex jinbnew bastimenti tas-sajd li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u li fih jiġi previst trattament fiskali partikolarment favorevoli għat-tarzni. |
|
1.10. |
B’mod partikolari, il-KESE jappella għall-promozzjoni ta’ proġetti pilota dwar sorsi ġodda tal-enerġija, il-ħolqien ta’ ktajjen ta’ valur innovattivi tal-industrija tal-baħar, il-provvista għall-utenti ta’ teknoloġiji ġodda mhux magħrufa, il-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli bis-saħħa tal-iżvilupp ta’ attività industrijali ġdida u l-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari. Il-KESE jitlob ukoll li jiġu allokati riżorsi għat-taħriġ tal-ekwipaġġi sabiex ikunu jistgħu jħaddmu t-teknoloġiji l-ġodda abbord b’mod sikur u effettiv. L-uniku mod biex l-impatti tat-tranżizzjoni jiġġarrbu b’mod ġust huwa li jiġi evitat piż sproporzjonat fuq il-ħaddiema jew il-kumpaniji. |
|
1.11. |
Il-KESE jixtieq jieħu l-opportunità biex, permezz ta’ din l-Opinjoni esploratorja, il-problema tad-dekarbonizzazzjoni titqiegħed f’qafas strateġiku usa’. L-aħħar taqsima tal-Opinjoni tiddeskrivi viżjoni għall-futur ta’ settur tas-sajd sostenibbli fl-UE li għandha tiggwida l-ħidma futura tal-Kumitat. |
2. Sfond
|
2.1. |
Fil-21 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-istrateġija dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE. L-istrateġija tenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza mill-fjuwils fossili u li nimxu mill-aktar fis possibbli lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju, f’konformità mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE sal-2050. |
|
2.2. |
Il-Kummissjoni tinnota li l-enerġija hija waħda mill-komponenti ewlenin tal-ispejjeż operatorji tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura tal-UE. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija wasslet biex il-prezz tad-diżil marittimu jiżdied b’aktar mid-doppju fl-2022 meta mqabbel mal-prezz medju tal-2021, u dan poġġa l-vijabbiltà ekonomika tal-flotta u l-attivitajiet tal-akkwakultura tal-UE taħt pressjoni enormi. F’dan il-kuntest, madwar 40 % tal-flotta kostali, 66 % tal-flotta tal-baħar fond u 87 % tal-flotta ta’ distanzi twal ma kinux profittabbli bil-prezzijiet tal-enerġija fl-2022. Għalhekk, sabiex ikompli jopera, il-biċċa l-kbira tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura kellu jiddependi mill-appoġġ finanzjarju mill-Istati Membri u mill-istrumenti finanzjarji disponibbli tal-UE. |
|
2.3. |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea tenfasizza l-vulnerabbiltà strutturali tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura tal-UE. Biex tbiddel din is-sitwazzjoni, il-Komunikazzjoni tipproponi diversi linji ta’ azzjoni:
|
3. Kummenti ġenerali
Emissjonijiet
|
3.1. |
Il-KESE jappoġġja l-impenn li sal-2050 tinkiseb in-newtralità karbomika u jenfasizza l-ħtieġa li titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tas-sajd. Din it-tranżizzjoni għandha tkun ibbilanċjata b’tali mod li l-piżijiet ta’ adattament jitqassmu fost l-operaturi kollha b’mod li ma jtellifx l-operabilità. Barra minn hekk, għandha tkun fattibbli u tissodisfa l-ispeċifiċitajiet tal-flotta (speċjalment id-daqs u t-tħaddim tal-bastimenti), sabiex l-istruttura produttiva tkun tista’ tadotta teknoloġiji ġodda biex timplimenta metodi ġodda ta’ propulsjoni. |
|
3.2. |
Għalkemm l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur tat-trasport marittimu żdiedu globalment f’dawn l-aħħar snin, l-emissjonijiet mill-flotta tas-sajd tal-UE naqsu sa 50 % (5) bis-saħħa ta’ effiċjenza mtejba fl-enerġija (ara pereżempju l-punti 4.11 u 4.12) u tnaqqis fid-daqs tal-flotta. Fir-rigward tal-punt tal-aħħar, minkejja t-tkabbir tal-UE, l-għadd ta’ bastimenti tal-UE fl-2020 kien ta’ 73 716 (6) meta mqabbel mal-103 834 fl-1996, li jfisser 30 000 bastiment tas-sajd inqas f’25 sena, b’56 111-il bastiment biss attivi (75 % taħt it-12-il metru). Iċ-ċifri Ewropej jidhru saħansitra iċken meta mqabbla maċ-ċifri globali, peress li l-flotta dinjija kienet stmata li tammonta għal 4,1 miljun bastiment tas-sajd fl-2020 (7). Huwa stmat li, b’564 000 bastiment, iċ-Ċina għandha l-akbar flotta tas-sajd fid-dinja. F’termini ta’ produzzjoni tal-ħut, iċ-Ċina kienet responsabbli għal kważi 15 % tal-qabdiet globali fl-2020, mentri l-UE kienet responsabbli għal 4 % tal-qabdiet globali. Għalhekk, huwa vitali li tinżamm flotta Ewropea tas-sajd moderna u kompetittiva. |
|
3.3. |
Sabiex jiġi vvalutat il-progress fit-tnaqqis tas-CO2 tal-flotta, il-KESE jemmen li huwa essenzjali li tiġi definita sena bażi ta’ referenza li ma tippenalizzax lis-settur, li tirrikonoxxi l-isforzi tiegħu u tkompli timbuttah lejn in-newtralità. Il-KESE jirrikonoxxi l-progress tal-flotta tal-UE mill-1990 ’l hawn fit-triq lejn in-newtralità klimatika. Għalhekk, iqis li l-istabbiliment tal-2005 jew l-2008 bħala s-sena bażi ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur tas-sajd sempliċiment ma jirrikonoxxix il-progress li sar u jippenalizza lill-industrija minħabba l-ispeċifiċitajiet u l-limitazzjonijiet assoċjati mal-industrija tas-sajd. |
Bidla għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’emissjonijiet baxxi jew żero tal-karbonju
|
3.4. |
Is-settur tas-sajd huwa totalment dipendenti mill-fjuwils fossili, li jfisser li kwalunkwe soluzzjoni għandha titqies fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil. Madankollu, minħabba l-ħtieġa li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u li jittieħed vantaġġ mill-progress teknoloġiku f’setturi oħra, it-tfittxija għal soluzzjonijiet għas-settur tas-sajd għandha tibda mingħajr dewmien u għandha tkun appoġġjata minn fond ta’ emerġenza bil-għan li jitħaffef il-pass tad-dekarbonizzazzjoni. |
|
3.5. |
Il-KESE jenfasizza, bħala miżuri aktar realistiċi fil-perjodu qasir, soluzzjonijiet imħallta bħall-introduzzjoni ta’ magni ibridi, teknoloġiji rinnovabbli eżistenti b’mod komplementari jew awżiljarju (solari, mir-riħ, elettriku), kif ukoll l-użu ta’ karburanti alternattivi avvanzati (mhux prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf). |
|
3.6. |
Il-KESE jenfasizza b’mod partikolari fjuwils rinnovabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-kompatibbiltà tagħhom mal-magni ta’ kombustjoni konvenzjonali u mas-sistemi ta’ provvista attwali u l-produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, id-distribuzzjoni tagħhom tista’ ssir bl-użu ta’ faċilitajiet industrijali eżistenti bħar-raffineriji. Bl-istess mod, huma jżidu l-indipendenza enerġetika tal-Ewropa peress li biex jiġu prodotti tintuża materja prima indiġena, għall-kuntrarju taż-żejt jew il-minerali li huma meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji. Dawn il-fjuwils joħolqu wkoll opportunitajiet kbar għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-ġid industrijali u r-rwol tagħhom jista’ jkun kruċjali għall-momentum ekonomiku tal-Ewropa. Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat li fjuwils rinnovabbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju illum jiswew aktar mid-diżil, u d-disponibbiltà tagħhom għadha baxxa ħafna. |
|
3.7. |
Il-KESE jenfasizza li wħud mis-sorsi alternattivi l-ġodda ta’ propulsjoni, bħall-elettriku, saru aktar għaljin qabel l-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja. Għalhekk, l-UE għandha żżomm f’moħħha li l-bidla minn fjuwils fossili għal sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli mhux dejjem se twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż. |
Il-ħtieġa għat-tiġdid tal-flotta u mekkaniżmi ta’ finanzjament adegwati
|
3.8. |
Minbarra l-ħtieġa li jingħalqu l-lakuni fl-għarfien teknoloġiku u l-innovazzjoni, jeżisti fattur limitanti intrinsiku għall-flotta tas-sajd Ewropea attwali: bħala medja, il-bastimenti għandhom iktar minn tletin sena. Dan iżomm lill-kumpaniji sidien tal-bastimenti milli jikkunsidraw ħafna mill-investimenti possibbli ta’ modernizzazzjoni. Il-KESE jqis li s-sempliċi bidla fil-magna mhijiex biżżejjed jew fattibbli fil-każ ta’ bastimenti tant qodma. Dan jagħmilha essenzjali li jiġi stabbilit pjan ta’ tiġdid tal-flotta tal-Unjoni, li jippermetti t-tlestija tal-proċess ta’ bidla għal sajd sostenibbli b’bastimenti moderni tas-seklu 21. Din l-istrateġija tgħin ukoll biex jitjiebu l-prospetti soċjoekonomiċi tal-flotta. |
|
3.9. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi żviluppata gwida u bażi tad-data speċifika dwar l-istrumenti ta’ finanzjament u finanzjament tal-UE għat-tranżizzjoni tal-enerġija. Madankollu, bħalissa l-programm tal-UE Orizzont Ewropa m’għandux sejħa speċifika għas-sajd. Barra minn hekk, il-finanzjament fil-qafas tal-FEMSA l-ġdid huwa limitat ħafna, peress li jipprovdi biss perċentwali baxxi ta’ għajnuna għall-investimenti u s-sussidji tal-flotta huma kkundizzjonati mid-daqs tal-bastimenti (eż. il-miżuri ta’ finanzjament ta’ sostituzzjoni tal-magni huma limitati għal bastimenti ta’ inqas minn 24 metru). Barra minn hekk, il-finanzjament jiddependi ħafna minn fatturi bħall-bilanċ tal-flotta, in-nuqqas ta’ ksur serju u l-kapaċità tas-sajd, li sfortunatament għadha ma titkejjilx tajjeb. Għalhekk, il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġu stabbiliti fond speċifiku u linji ta’ kreditu għall-modernizzazzjoni u t-tiġdid tal-flotta. |
Ostakli għat-tranżizzjoni tal-enerġija
|
3.10. |
Bħala regola ġenerali, is-sorsi alternattivi ta’ enerġija jeħtieġu aktar spazju u joħolqu periklu addizzjonali għas-sikurezza abbord. Madankollu, għall-kuntrarju tal-industrija tal-bastimenti, is-settur tas-sajd huwa soġġett għal restrizzjonijiet ta’ kapaċità fl-UE f’termini ta’ tunnellaġġ gross (spazju), u dan jagħmilha aktar diffiċli għall-bastimenti biex jinstallaw teknoloġiji ġodda u jagħmlu investimenti. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-applikazzjoni ta’ ċerti teknoloġiji ta’ dekarbonizzazzjoni għal bastimenti tas-sajd artiġjanali hija aktar diffiċli. |
|
3.11. |
Il-KESE jenfasizza li d-definizzjoni inadegwata tal-kapaċità tas-sajd fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) mhux biss tagħmilha ġeneralment diffiċli biex tiġi modernizzata l-flotta biex jiġu installati teknoloġiji ġodda, iżda wkoll biex isir titjib soċjali u titjib fis-sikurezza. L-ispazju abbord intiż għall-kċina, il-kabini, il-faċilitajiet sanitarji jew iż-żoni ta’ rikreazzjoni, li m’għandu x’jaqsam xejn mal-kapaċità li jinqabad jew jinħażen il-ħut, fil-preżent jingħadd għall-iskop tal-kapaċità tas-sajd. Il-PKS tikkontradixxi b’mod ċar ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni soċjali (8), bħall-Konvenzjoni Nru 188 dwar ix-Xogħol fis-Sajd tal-ILO. |
|
3.12. |
Il-KESE jemmen li l-istrateġija tat-tranżizzjoni tal-enerġija għandha tqis dawn il-fatturi u, għalhekk, jipproponi reviżjoni tal-miżuri ta’ kapaċità sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti teknoloġiji ġodda u l-flotta tiġi modernizzata. Il-miżuri l-ġodda li jistgħu jintużaw huma t-“tunnellaġġ nett” jew il-formuli użati fin-Norveġja u l-Iżlanda, li jeskludu mill-kalkolu ż-żoni destinati għall-ħin liberu u l-mistrieħ tal-ħaddiema abbażi ta’ fatturi bħall-kwota allokata jew id-daqs tal-bastiment. Din ir-reviżjoni tagħmilha aktar faċli wkoll li jiġi inkluż titjib fl-abitabilità meħtieġa biex is-settur isir aktar attraenti għall-ħaddiema żgħażagħ, biex jiġi indirizzat id-distakk ġenerazzjonali u biex tiġi ffaċilitata l-inkorporazzjoni tan-nisa fis-settur tas-sajd. |
Tassazzjoni fuq il-fjuwils tradizzjonali
|
3.13. |
Peress li struttura ġdida tfisser li s-sidien tal-bastimenti tal-UE ikollhom jagħmlu eżerċizzju tar-riskju ekonomiku, il-KESE jitlob li l-politiki jipprovdu ċertezza legali għas-sidien tal-bastimenti. Għalhekk huwa importanti li tiġi ffriżata l-introduzzjoni ta’ taxxi ġodda fuq il-fjuwil tas-sajd tradizzjonali (diżil) sakemm teknoloġiji ġodda ta’ propulsjoni u tal-fjuwil ma jkunux disponibbli kummerċjalment u l-oqfsa leġiżlattivi biex jindirizzaw ir-rinnovazzjonijiet meħtieġa jkunu stabbiliti perfettament; inkella ma jagħmlu xejn ħlief jippenalizzaw is-settur. |
Is-Sħubija għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija għas-Sajd u għall-Akkwakultura tal-UE
|
3.14. |
Is-settur m’għandu l-ebda linji gwida, la mill-fornituri tat-teknoloġija u lanqas minn dawk li jfasslu l-politika, dwar liema direzzjoni għandu jieħu għad-dekarbonizzazzjoni. Għalhekk, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li twaqqaf grupp ta’ esperti biex jipprovdi pariri dwar l-alternattivi differenti disponibbli, l-iżviluppi futuri, is-suq, eċċ. Partikolarment rilevanti jkun li jiġu identifikati t-teknoloġiji li jaħdmu l-aħjar għal kull segment u reġjun tal-flotta, u jista’ jkun meħtieġ li jiġu kkombinati sorsi differenti ta’ enerġija. Barra minn hekk, se jkun utli li jitwettqu kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-katina tal-industrija tal-baħar biex titħeġġeġ id-dekarbonizzazzjoni. |
Ekonomija blu
|
3.15. |
L-ekonomija blu tinkludi l-attivitajiet ekonomiċi kollha li jiddependu mill-baħar. Is-setturi differenti li jiffurmaw l-ekonomija blu huma interdipendenti (is-sajd, il-bijoteknoloġija, in-navigazzjoni, it-trasport marittimu, l-akkwakultura, it-tarzni, il-katina tal-provvista, il-loġistika u t-trasport) peress li huma bbażati fuq ħiliet komuni u infrastrutturi kondiviżi (portijiet, networks tal-loġistika u d-distribuzzjoni tal-elettriku) u fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tiġi applikata strateġija olistika tad-dekarbonizzazzjoni li tfittex li ssib sinerġiji bejn il-ħoloq differenti fil-katina. Barra minn hekk, il-KESE jappella għal riżorsi umani u kwalifiki adegwati biex jitfasslu, jinbnew u jitħaddmu bastimenti moderni. Huwa indispensabbli li jiġu attirati ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati. |
4. Kummenti speċifiċi
Fjuwils avvanzati
|
4.1. |
Il-KESE jenfasizza l-potenzjal li għandhom il-fjuwils avvanzati mhux prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari, il-ġlieda kontra d-depopolazzjoni rurali kostali u, naturalment, it-tisħiħ tal-indipendenza enerġetika tal-UE. Fil-fatt, b’konformità mal-miri tan-newtralità karbonika tal-UE, l-emissjonijiet netti ta’ CO2 ta’ tali fjuwils alternattivi meta jinħarqu fil-magni jistgħu jinżlu għal żero jekk huma prodotti b’elettriku rinnovabbli. |
|
4.2. |
Għal diversi raġunijiet, il-Kummissjoni tillimita l-użu tal-bijokarburanti bbażati fuq il-pjanti, li l-KESE laqa’ tajjeb f’diversi Opinjonijiet. Madankollu, m’hemm l-ebda strateġija ċara għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ fjuwils alternattivi, li tkun importanti mhux biss għas-settur tas-sajd iżda wkoll għal industriji oħra. Hemm ukoll nuqqas ta’ prijoritizzazzjoni dwar liema setturi li huma diffiċli li jiġu dekarbonizzati (li minnhom is-sajd huwa wieħed) għandu jkollhom prijorità biex jaċċessaw dawn il-fjuwils. Dan jikkomplika l-isforzi tas-settur tas-sajd biex javvanza d-dekarbonizzazzjoni malajr kemm jista’ jkun. Il-KESE jinnota li fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju huma għażla ta’ sens komun fit-triq lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-setturi li huma diffiċli biex jiġu elettrifikati, bħas-sajd. Il-fjuwils alternattivi avvanzati li mhumiex prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf se jkunu aktar għaljin, minħabba l-iskarsezza u minħabba teknoloġija aktar eżiġenti. Għalhekk, kif enfasizza l-KESE fil-passat (9), id-distakk fil-prezz bejn il-fjuwils fossili u dawk alternattivi jeħtieġ li jitnaqqas, u l-fjuwils aktar nodfa jeħtieġ li jsiru aktar affordabbli u disponibbli b’mod usa’. |
|
4.3. |
Il-KESE jenfasizza li l-bijodiżil li jeżisti bħalissa ġej mill-uċuħ tar-raba’ (iż-żejt tal-palm, iż-żerriegħa tal-kolza, is-sojja u l-ġirasol) u ma jiżgurax dekarbonizzazzjoni sħiħa; barra minn hekk, ma hemmx biżżejjed materja prima. Is-soluzzjoni (li għadha mhix disponibbli) tkun li d-diżil attwali jitħallat ma’ ammonti dejjem jiżdiedu ta’ elettrodiżil, li huwa fjuwil sintetiku magħmul minn idroġenu elettrolitiku u CO2 maqbud. Dawn l-ekokarburanti huma prodotti mid-dijossidu tal-karbonju li jkun inqabad mill-atmosfera jew minn proċessi industrijali li jipproduċu s-CO2, qabel ma jiġi rilaxxat. |
|
4.4. |
Għall-ewwel mhux se jiġu prodotti fjuwils avvanzati sostenibbli fi kwantitajiet suffiċjenti biex tiġi sodisfata d-domanda tas-settur tas-sajd, li hija stmata għal madwar 50 miljun tunnellata globalment fl-2050 (Fjuwils avvanzati bil-baħar illum jikkonsma madwar 300 miljun tunnellata u t-trasport bit-triq b’vetturi tqal madwar 900 miljun tunnellata). Madankollu, sa dak iż-żmien, it-trakkijiet huma mistennija li jkunu elettriċizzati, u għalhekk wieħed jista’ jistenna li l-bijodiżil kollu jkun destinat għall-użu marittimu. Fl-2020, is-settur Ewropew tas-sajd ikkonsma madwar 1 900 miljun litru ta’ diżil marittimu. Jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet politiċi biex jiġi żgurat li tali prijoritizzazzjoni sseħħ. |
|
4.5. |
Għalhekk, il-KESE jitlob għall-iżvilupp u l-produzzjoni aċċellerati ta’ fjuwils avvanzati li mhumiex ibbażati fuq għelejjel tal-ikel u tal-għalf (10) u għal deċiżjoni politika ċara li tagħti lill-bastimenti tas-sajd aċċess prijoritarju għal dawn il-fjuwils avvanzati bi prezz raġonevoli. |
Alternattivi għad-dekarbonizzazzjoni: sistemi ta’ propulsjoni alternattivi
|
4.6. |
Ġew żviluppati inizjattivi differenti tal-enerġija fid-dinja kollha; madankollu, ħafna minnhom huma proġetti pilota li jiġu b’serje ta’ sfidi għall-installazzjoni u l-użu tagħhom fis-settur tas-sajd. Sfida oħra li trid tingħeleb hija l-ħtieġa li tiġi żviluppata l-infrastruttura fl-Ewropa u fil-portijiet tas-sajd f’pajjiżi terzi għall-iċċarġjar ta’ bastimenti tas-sajd, bħal fil-każ tal-vetturi tal-art. F’dan ir-rigward, il-KESE jilqa’ l-proġetti pilota mnedija għall-iċċarġjar fil-baħar permezz tal-użu ta’ bagi jew parks eoliċi lil hinn mill-kosta (11). B’dan il-mod bastimet elettriku jew ibridu jista’ jiċċarġja l-batteriji tiegħu mingħajr ma jkollu jidħol f’port. |
|
4.7. |
Il-gass naturali likwifikat (LNG) bħala fjuwil tal-baħar diġà huwa realtà, peress li huwa prodott u għandu infrastruttura, speċjalment fl-Ewropa. Madankollu, studju reċenti (12) juri li għalkemm il-magni tal-LNG jarmu 25 % anqas ta’ CO2 mid-diżil għal kull unità ta’ potenza tal-magna, dan il-gass huwa magħmul prinċipalment mill-metan, li l-effett serra tiegħu huwa ħafna akbar minn dak tas-CO2. L-istudju jistma li, fuq perjodu ta’ mitt sena, il-benefiċċji tal-użu tal-LNG f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra jkunu biss ta’ 15 %. Għalhekk, l-LNG huwa pass importanti ’l quddiem, iżda ma jistax jitqies bħala soluzzjoni definittiva fuq perjodu twil. Barra minn hekk, ikun jeħtieġ li jitħallat mal-bijometan u l-metan elettroniku, li huma fjuwils skarsi u għaljin. It-tankijiet huma tliet darbiet akbar min-normal u huma installati fuq il-gverta, li joħloq problemi ta’ kapaċità u tas-sikurezza. |
|
4.8. |
Għalkemm mhijiex alternattiva vijabbli bħala mezz ta’ propulsjoni, il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-ammonijaka fil-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni. Ir-refriġerazzjoni permezz tal-ammonijaka tintuża ħafna f’bastimenti tas-sajd kbar, b’mod partikolari dawk li jiffriżaw jew jipproċessaw il-qabda tagħhom abbord. Dan is-sors ta’ enerġija ma jagħmilx ħsara lill-ambjent għaliex m’għandu l-ebda effett magħruf fuq is-saff tal-ożonu. Madankollu, huwa gass, għalhekk huwa essenzjali li tissaħħaħ is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd u li jiġu evitati t-tnixxijiet. |
|
4.9. |
L-idroġenu (H2) ukoll ma jidhirx vijabbli fis-settur tas-sajd u saħansitra huwa diffiċli għall-bastimenti kummerċjali. Ir-raġuni ewlenija hija li dan ikun jeħtieġ tankijiet tal-ħżin erba’ darbiet akbar milli għall-fjuwils fossili. Madankollu, ta’ minn jirreferi b’mod partikolari għall-magni b’ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu. Dawn huma apparati elettrokimiċi li jittrasformaw direttament l-enerġija kimika f’enerġija elettrika. Il-proċess elettrokimiku li jseħħ huwa ta’ effiċjenza għolja u impatt ambjentali minimu, speċjalment jekk l-elettroliżi (li teħtieġ l-enerġija) hija prodotta minn sorsi solari jew mir-riħ. Il-KESE jqis li huwa interessanti li jiġu analizzati l-possibbiltajiet li tiġi żviluppata din it-teknoloġija għall-bastimenti tas-sajd, inkluż l-użu tagħha bħala enerġija awżiljari abbord. |
|
4.10. |
Fir-rigward tal-bastimenti li għadhom kemm inbnew, il-KESE jħeġġeġ l-esplorazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi applikabbli għall-bastimenti tal-merkanzija. Pereżempju, jidher li jista’ jintuża l-metanol f’magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, billi jintuża d-diżil u miegħu tiżdied taħlita tal-metanol, hekk kif isir disponibbli l-metanol ekoloġiku. Teknoloġiji u oqsma oħra ta’ titjib li jistgħu jirnexxu jinkludu bastimenti tas-sajd assistiti mill-qlugħ, idrodinamika mtejba, sistemi tal-enerġija mtejba, bħal bidla minn mekkaniżmi mekkaniċi u idrawliċi għal mekkaniżmi elettriċi, u materjali u kostruzzjoni ħfief (eż. diriġenti mhux metalliċi). |
|
4.11. |
Ta’ min jinnota wkoll li l-industrija tas-sajd ilha taħdem flimkien mal-komunità xjentifika għal għexieren ta’ snin biex ittejjeb id-disinn u l-effiċjenza tal-irkaptu tas-sajd. Diġà sar progress tekniku kbir b’ħafna tekniki tas-sajd innovattivi bħala riżultat ta’ selettività dejjem akbar, tnaqqis tal-kuntatt ma’ qiegħ il-baħar u/jew ir-reżistenza tan-navigazzjoni, kif ukoll tnaqqis fl-użu tal-fjuwil (13). Eżempju ta’ rkaptu innovattiv huwa diriġenti semipelaġiċi li jistgħu jeliminaw il-kuntatt ma’ qiegħ il-baħar u li joperaw 2-5 metri mill-qiegħ. Din it-teknika għandha impatt ferm aktar baxx fuq l-ekosistemi ta’ qiegħ il-baħar u tirriżulta f’qabdiet aċċessorji aktar baxxi. Din it-teknoloġija l-ġdida tnaqqas ukoll il-konsum tal-fjuwil, u għalhekk it-tniġġis u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
|
4.12. |
Il-KESE jfakkar li t-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tas-sajd mhux ser jiddependi biss minn azzjonijiet relatati mal-propulsjoni. Għal dan l-għan, l-UE għandha tinvesti f’użi kummerċjali ġodda tal-prodotti tal-baħar (farmaċewtiċi, kożmetiċi, eċċ.) biex tagħmel użu massimu mill-ħut maqbud. B’mod parallel, l-UE għandha tħeġġeġ ukoll lill-kumpaniji biex jixtru materjali li jistgħu jiġu riċiklati, tippromovi inizjattivi ta’ ekonomija ċirkolari abbord il-bastimenti biex dawn jerġgħu jużaw l-iskart u tiffinanzja programmi ta’ ġbir tal-iskart marittimu bħall-iskema “Sajd għall-Iskart” (14). It-titjib fl-istat tal-istokkijiet tal-ħut wassal ukoll għal tnaqqis fl-isforz tas-sajd u, għalhekk, fil-ħin tas-sajd, kif ukoll fil-konsum tal-fjuwil. Bl-istess mod, it-tnaqqis tal-emissjonijiet jista’ jinkiseb billi jiġu ottimizzati l-ġestjoni u l-loġistika tal-flotta (tnaqqis ta’ 5-50 % tal-gassijiet serra) u l-ottimizzazzjoni tal-ivvjaġġar (tnaqqis ta’ 1-10 % tal-gassijiet serra) (15). |
|
4.13. |
Il-KESE jinnota li xi teknoloġiji ġodda joffru awtonomija limitata għall-bastimenti tas-sajd. Pereżempju, il-prototipi attwali li jaħdmu bl-enerġija elettrika joffru firxa ta’ bejn ħames u sitt sigħat li mhijiex biżżejjed għal ġurnata sħiħa ta’ sajd (li tista’ ddum bejn tnax sa erbatax-il siegħa), biex ma nsemmux il-vjaġġi tas-sajd ta’ diversi ġimgħat. It-titjib tad-disinn u l-effiċjenza tal-bastiment huma daqstant ieħor importanti. |
5. “Ħbieb tal-ħut u tas-sajjieda”: viżjoni għall-futur ta’ settur tas-sajd sostenibbli fl-UE
|
5.1. |
F’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew żviluppa viżjonijiet strateġiċi f’diversi oqsma: il-politika komprensiva dwar l-ikel (16), l-iżvilupp rurali-urban sostenibbli (17) u l-ekonomija tal-benesseri (18). Wasal iż-żmien li l-KESE jiżviluppa wkoll viżjoni globali fit-tul għal settur tas-sajd sostenibbli fl-UE. Flimkien mal-isforzi kollha fl-oqsma tal-bijodiversità, il-politika dwar ikel sostenibbli, is-saħħa u l-benesseri, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, l-iżvilupp rurali u urban sostenibbli u l-awtonomija strateġika, din il-viżjoni għandha timpenja lill-UE jaħdem favur id-dekarbonizzazzjoni tas-settur sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika meħtieġa biex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiġi implimentata l-Aġenda 2030. F’konformità mal-istrateġija tat-Trasformazzjoni Blu tal-FAO u fil-kuntest tas-sejħa usa’ tal-KESE għal Ftehim Blu tal-UE, il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat u jiżdied b’mod sostenibbli l-kontribut tas-sistemi tal-ikel akkwatiku għal dieti tajbin għas-saħħa, nutrittivi u affordabbli għal kulħadd, bil-għan aħħari li titnaqqas id-dipendenza tas-suq tal-UE mill-importazzjonijiet tal-ħut. |
|
5.2. |
Il-KESE jixtieq jieħu l-opportunità biex, permezz ta’ din l-Opinjoni esploratorja, il-problema tad-dekarbonizzazzjoni titqiegħed f’qafas strateġiku usa’. Approċċ komprensiv għal settur tas-sajd sostenibbli għandu jiġi implimentat fis-sitt oqsma li ġejjin: |
5.2.1.
F’konformità mal-14-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli dwar “Ħajja taħt l-ilma” u b’rabta mal-ftehim storiku tal-COP15 dwar il-bijodiversità (19), il-KESE jafferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu li jżomm stokkijiet b’saħħithom u produttivi ta’ ħut, kif ukoll li jippromovi aspetti oħra relatati mal-bijodiversità fis-settur tas-sajd. L-istokkijiet kollha sfruttati kummerċjalment għandhom jiksbu rendiment massimu sostenibbli (MSY) jew livelli ogħla fl-iqsar żmien possibbli kompatibbli maż-żamma tal-vijabbiltà ekonomika fit-tul tal-flotot tas-sajd differenti. F’dan ir-rigward, ix-xjenzjati li jwettqu l-valutazzjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) jeħtieġ li jkunu mgħammra bir-riżorsi meħtieġa biex ikunu jistgħu jikkompletaw id-data nieqsa. Fin-nuqqas ta’ data xjentifika suffiċjenti, il-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu jiġi applikat b’mod sistematiku għall-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut, inkluż it-tnaqqis tal-qabdiet meta jkun rakkomandat mix-xjenzjati. Fejn ikun hemm bżonn, l-iskemi għall-iskrappjar, li għandhom ikunu mgħammra b’riżorsi baġitarji adegwati biex id-daqs tal-flotta jiġi aġġustat għall-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, se jipprovdu possibbiltajiet ta’ taħriġ mill-ġdid vokazzjonali għall-membri tal-ekwipaġġ.
5.2.2.
Is-settur tas-sajd tal-UE għandu jimpenja ruħu li jikseb bilanċ newtrali fir-rigward tas-CO2 sal-2050 billi jilħaq il-miri tat-tranżizzjoni tal-enerġija stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u appoġġjati mill-innovazzjoni u t-teknoloġija. Studju komprensiv dwar il-livell tat-teknika u t-teknoloġiji disponibbli huwa l-ewwel pass biex tinstab soluzzjoni mfassla apposta (minflok soluzzjoni unika) għal kull segment tal-flotta.
5.2.3.
Is-sajjieda se jirċievu l-għodod u l-gwida meħtieġa biex jiffukaw fuq it-tranżizzjoni li dalwaqt isseħħ u li hija meħtieġa, iżda jenħtieġ li jiġu appoġġjati kemm matul il-proċessi ta’ dekarbonizzazzjoni kif ukoll matul il-proċessi ta’ trasformazzjoni strutturali usa’. Hija prijorità li jiġġeddu l-bastimenti tas-sajd sabiex jittejbu l-abitabbiltà, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u s-sikurezza abbord, u b’hekk is-settur isir aktar attraenti u jkun jista’ jsir tiġdid ġenerazzjonali. Titjib ieħor meħtieġ relatat mad-dekarbonizzazzjoni jinkludi l-bidla minn sistemi ta’ propulsjoni u sistemi awżiljarji għal dawk aktar avvanzati u effiċjenti u l-użu ta’ rkaptu tas-sajd modern, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, selettiv u li ma jkollux impatt negattiv – jew jekk ikollu, ikun negliġibbli – fuq is-saħħa u l-bijodiversità tal-ekosistema b’mod ġenerali. Dan jeħtieġ studju komprensiv fil-livell tal-UE dwar it-teknoloġiji disponibbli għat-tranżizzjoni tal-enerġija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kostijiet u l-benefiċċji rispettivi tagħhom għal kull segment tal-flotta u l-ispeċifiċità nazzjonali. It-taħriġ mill-ġdid vokazzjonali u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol huma daqstant importanti biex il-ħaddiema fl-industrija marittima jitħarrġu u jitħejjew għat-tranżizzjoni tal-enerġija (f’konformità mal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza). Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika prekarja tal-industrija tas-sajd f’ħafna partijiet tal-Ewropa u t-tnaqqis kontinwu tal-flotta, għandhom jiġu żviluppati pjani u strumenti strateġiċi biex itejbu l-kompetittività tas-settur, billi jappoġġjaw l-iżvilupp u l-innovazzjoni tiegħu biex jikkontribwixxu għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd.
5.2.4.
Għalkemm setturi oħra ta’ attività, bħas-sajd rikreattiv jew setturi oħra tat-turiżmu sostenibbli, jistgħu jiġu diversifikati jew konvertiti parzjalment ladarba jippermetti l-ippjanar spazjali, huwa inkontestabbli li s-settur tas-sajd għadu s-sors ewlieni ta’ impjieg u introjtu f’ħafna reġjuni u lokalitajiet kostali, mhux biss għall-persunal abbord iżda għall-ħaddiema fl-industriji u s-servizzi relatati kollha. L-abbandun tas-sajd ikun ifisser mhux biss it-tnaqqis u d-depopolazzjoni gradwali ta’ dawn ir-reġjuni, iżda wkoll telf irreparabbli tal-wirt kulturali li jiddefinixxi u jiddetermina l-essenza proprja tas-soċjetajiet Ewropej tagħna. L-atturi kollha involuti għandhom jaħdmu b’mod li jsarraf f’narrattiva aktar pożittiva għas-settur tas-sajd. Barra minn hekk, l-akkwakultura interna tista’ toffri opportunitajiet ekonomiċi ġodda għaż-żoni rurali.
5.2.5.
Is-sajd sostenibbli jipprovdi proteini tal-annimali mhux biss bl-inqas impronta tal-karbonju, iżda wkoll bi kwalitajiet nutrittivi eċċellenti. Għalkemm ix-xejriet attwali tal-konsum tal-laħam tal-Ewropej għandhom jagħtu prijorità lill-kwalità fuq il-kwantità, dan mhuwiex il-każ fir-rigward tal-konsum tal-ħut li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa f’livell iktar baxx mir-rakkomandazzjonijiet djetetiċi. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu prijorità lill-promozzjoni tal-konsum tal-ħut bi prezzijiet affordabbli għall-popolazzjoni kollha kemm hi, pereżempju billi jippromovu l-apprezzament ta’ speċijiet inqas magħrufa. Bħala l-pedament ta’ dieta tajba għas-saħħa u bbilanċjata (20), il-ħut għandu jkun soġġett għal tnaqqis tal-VAT.
5.2.6.
L-Unjoni Ewropea timporta tliet kwarti tal-ħut li tikkonsma. Apparti l-iżbilanċ kummerċjali, hemm ukoll il-problema tal-garanziji inugwali fir-rigward tas-sigurtà tas-saħħa ta’ dawn l-importazzjonijiet, li mhumiex soġġetti għat-traċċabbiltà “mix-xibka sal-platt”. Biex tindirizza dan in-nuqqas, l-UE għandha tuża strumenti kummerċjali bilaterali u multilaterali biex timporta biss prodotti tal-baħar sostenibbli prodotti f’pajjiżi terzi li l-istandards tagħhom huma ekwivalenti għal dawk tal-UE, u b’hekk tiżgura kompetizzjoni ġusta b’kundizzjonijiet ekwivalenti. Bl-istess mod, is-settur tal-akkwakultura għandu potenzjal inkontestabbli li jissodisfa d-domandi tas-suq tal-ħut tal-UE. It-tkabbir sostenibbli jista’ jinkiseb billi jiġi pprovdut lok għal operazzjonijiet ġodda permezz ta’ ppjanar spazjali adegwat u billi jiġi ssemplifikat il-proċess ta’ liċenzjar, li spiss jiddependi minn diversi dipartimenti jew saħansitra minn livelli differenti (nazzjonali, reġjonali, lokali) tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Biex l-UE tiżgura s-sovranità tal-ikel tagħha, trid taħtaf kull opportunità biex iżżid b’mod sostenibbli l-produzzjoni tal-ħut u tal-frott tal-baħar bil-qoxra.
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2023) 100 final.
(2) Ara d-data annwali dwar l-emissjonijiet mibgħuta kull sena mill-Kummissjoni Ewropea lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (Protokoll ta’ Kjoto) skont il-linji gwida definiti mill-IPCC, li jidentifikaw l-evoluzzjoni tal-emissjonijiet bejn l-1990 u l-2020 f’tunnellati ta’ CO2, CH4 u N2O għas-settur tas-sajd tal-UE (ara t-Tabelli 1.A(a)s4, 3s1 u 3s2, 1.A(a)s3, 1.D)
(3) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE”(COM(2021) 562 final — 2021/0210 (COD)) (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 145).
(4) https://oceans-and-fisheries.ec.europa.eu/facts-and-figures/facts-and-figures-common-fisheries-policy/fishing-fleet_en
(5) https://ebcd.org/wp-content/uploads/2021/11/Je%CC%81ro%CC%82me-UAPF.pptx
(6) https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/bba413d1-484c-11ed-92ed-01aa75ed71a1
(7) https://www.fao.org/3/cc0461en/online/sofia/2022/capture-fisheries-production.html
(8) Studju dwar l-impatt soċjali tal-livelli limiti tat-tunnellaġġ gross u l-qawwa tal-propulsjoni u l-alternattivi possibbli, imwettaq fil-qafas ta’ proġett ta’ djalogu soċjali.
(9) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE”(COM(2021) 562 final — 2021/0210 (COD)) (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 145).
(10) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Settur tal-Algi tal-UE B’Saħħtu u Sostenibbli” (COM(2022) 592 final) (ĠU C 228, 29.6.2023, p. 126).
(11) https://www.maersksupplyservice.com/2022/01/25/maersk-supply-service-launches-venture-company-stillstrom/
(12) https://theicct.org/sites/default/files/publications/LNG%20as%20marine%20fuel%2C%20working%20paper-02_FINAL_20200416.pdf
(13) https://www.ices.dk/news-and-events/news-archive/news/Pages/InnovativeFishingGear.aspx
(14) https://fishingforlitter.org/
(15) Parir tal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, Ref. 17-2122 NSAC Advice on decarbonisation of fishing fleet (Parir tal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana dwar id-dekarbonizzazzjoni tal-flotta tas-sajd, mhux disponibbli bil-Malti).
(16) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp ta’ politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 129, 11.4.2018, p. 18).
(17) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew “Lejn strateġija olistika dwar l-iżvilupp rurali/urban sostenibbli” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 49).
(18) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ekonomija sostenibbli li neħtieġu” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 106, 31.3.2020, p. 1).
(19) Deċiżjoni 15/4 Kunming-Montreal Global Biodiversity Framework (Qafas Globali għall-Bijodiversità ta’ Kunmin-Montreal, mhux disponibbli bil-Malti).
(20) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-UE” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 190, 5.6.2019, p. 9).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/50 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ekonomija ta’ ‘Patt Blu tal-UE’ — ħtiġijiet ta’ investiment relatat mal-ilma fl-UE”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/09)
|
Relatur: |
Florian MARIN |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
27.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
181/6/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat iqis l-aċċess għal ilma sikur, nadif u ta’ kwalità tajba bħala dritt fundamentali, u jqis li huwa totalment inaċċettabbli li għad hemm persuni li m’għandhomx aċċess għall-ilma fl-UE. |
|
1.2. |
L-iżvilupp tal-ekonomija tal-ilma fl-UE għandu jkun inklużiv, regolat tajjeb, trasparenti, diġitalizzat ħafna, reżiljenti, sostenibbli, prevedibbli u sigur, ipoġġi lin-nies l-ewwel u jiġġenera valur miżjud. Huwa essenzjali għall-industriji kollha li jġarrbu l-kost soċjetali tal-konsum tal-ilma tagħhom b’mod ġust. |
|
1.3. |
Il-Kumitat iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħtu sinifikat u enfasi ugwali lill-Patt Blu tal-UE bħalma għamlu fil-każ tal-Patt Ekoloġiku tal-UE, peress li t-tnejn huma kompletament komplementari. |
|
1.4. |
Il-qafas regolatorju futur tal-Ekonomija Blu tal-UE għandu:
|
|
1.5. |
Il-KESE jappella għal:
|
|
1.6. |
Huwa u jirrikonoxxi li sabiex jinkiseb progress lejn industriji newtrali għall-klima, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-emissjonijiet industrijali fl-ilma, l-impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, u l-kostijiet soċjali li jirriżultaw għas-soċjetà, il-KESE jappella biex jiġu żviluppati standards speċifiċi dwar l-użu tal-ilma f’setturi ekonomiċi differenti, bħall-agrikoltura jew l-industrija. Dan jista’ jsir billi jiġi stabbilit grupp ta’ esperti li jkun inkarigat biex ifassal linji gwida speċifiċi għas-settur għall-użu tal-ilma. |
|
1.7. |
Il-KESE jipproponi li:
|
|
1.8. |
Il-Kumitat iqis li l-fondi tal-UE huma essenzjali għat-tranżizzjoni sostenibbli tal-ilma, u jitlob:
|
|
1.9. |
Il-Kumitat iqis li huwa kruċjali li r-reżiljenza tiġi inkorporata fil-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-investiment relatat mal-ilma, peress li din tista’ tnaqqas l-ispejjeż assoċjati mal-irkupru minn avvenimenti imprevedibbli, flimkien ma’ investimenti ottimali f’miżuri għat-tnaqqis tar-riskju. |
|
1.10. |
Għandu jkun hemm koordinazzjoni u komplementarjetà effiċjenti bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) f’termini ta’ finanzjament tal-investimenti fl-ilma, flimkien mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni komuni fil-qafas strateġiku tal-UE. |
2. Politika u qafas strateġiku
|
2.1. |
L-iżvilupp tal-ekonomija tal-ilma għandu jkun inklużiv, regolat tajjeb u trasparenti, u jqis il-bosta differenzi bejn ir-reġjuni u l-komunitajiet. L-ekonomija tal-ilma għandha tkun ukoll diġitalizzata ħafna, reżiljenti, sostenibbli, prevedibbli u sigura, tiżgura l-komplementarjetà bejn is-setturi u l-atturi industrijali, tqiegħed lin-nies l-ewwel, tipproteġi l-ħajja u tiġġenera valur miżjud permezz ta’ approċċ imfassal apposta f’ekosistema sostenibbli u ġusta. |
|
2.2. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ perspettivi ġodda dwar l-oqfsa ta’ politika, l-arranġamenti istituzzjonali u l-ippjanar tal-investiment, inkluża trasparenza akbar fir-rigward tal-inizjattivi ta’ sostenibbiltà u l-ħolqien ta’ linji gwida u klassifikazzjonijiet preċiżi għal investimenti sostenibbli u innovattivi. Peress li l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar huma fost is-sitt objettivi ambjentali stabbiliti fir-Regolament tat-Tassonomija (6), huma meħtieġa atti delegati speċifiċi għall-użu sostenibbli tal-ilma (tikketti ekoloġiċi, restawr tal-ekosistema). Il-KESE jenfasizza l-valuri komuni tal-Unjoni dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif definiti mill-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u deskritti fil-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE (7). |
|
2.3. |
L-ispeċifiċità tal-ilma tirrikjedi li l-ekonomija tal-ilma tiġi rregolata b’rispett sħiħ għad-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem, tintegra b’mod trasversali l-kundizzjonalitajiet soċjali, l-ekwitabbiltà u l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem u tas-soċjetà. Il-KESE jappella għal sistema ġudizzjarja adattata għas-settur tal-ilma, mibnija f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bi proċeduri rapidi biex jiġi indirizzat tilwim relatat mal-ilma. Għandhom jiġu stabbiliti strutturi ta’ monitoraġġ u korpi ta’ governanza sovranazzjonali u multisettorjali ddedikati għal kontroll aktar effiċjenti u adegwat tan-negozji fis-settur tal-ilma u l-użu tal-ilma b’mod ġenerali. Ir-rwol tas-settur pubbliku fil-ġestjoni tal-ilma għandu jiżdied, meta s-suq ma jkunx kapaċi jiggarantixxi aċċess ġust għall-ilma għal kulħadd. |
|
2.4. |
Il-KESE jikkonkludi li għandhom jiġu stabbiliti istituzzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri kollha bl-għan li jiġi żgurat li jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-użu tal-ilma u li l-ilma jintuża b’mod responsabbli u effiċjenti. Sabiex iċ-ċittadini jeżerċitaw bis-sħiħ il-kontroll demokratiku, jeħtieġ li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jafu ċ-ċiklu tal-ilma u l-prezz tiegħu. Il-Kumitat jitlob li l-Patt Blu tal-UE jkollu l-istess livell ta’ importanza u attenzjoni bħall-Patt Ekoloġiku tal-UE. |
3. L-Ekonomija Blu
|
3.1. |
Il-KESE jemmen li l-futur tal-ekonomija tal-ilma għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta’ ekonomija tal-benesseri, u jappella sabiex il-kunċetti ekonomiċi bażiċi bħar-regoli tas-suq, il-vijabbiltà ekonomika jew il-produttività jqisu d-diversi valuri tal-ilma. Il-kompetittività għandha tiġi definita mill-ġdid sabiex tiġġenera prosperità, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-bniedem u l-aċċess ġust għall-ilma għan-nies, il-komunitajiet u l-industriji. L-aspetti soċjali għandhom jiġu integrati b’mod trasversali fl-ekonomija tal-ilma. |
|
3.2. |
Hemm ħtieġa ċara għal bidla fundamentali fil-governanza biex tiġi kkonsolidata l-ekonomija tal-ilma, inkluż li jinstab bilanċ bejn it-tħassib ambjentali, soċjali u ekonomiku. Huma meħtieġa mudelli ta’ governanza innovattivi transnazzjonali li jinkoraġġixxu l-finanzjament u jirregolaw l-involviment etiku tas-settur privat, itejbu l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, u jistimulaw il-kompetittività tal-UE. |
|
3.3. |
Il-pressjoni fuq il-mudelli tan-negozju tal-ekonomija tal-ilma hija xprunata mill-effetti tat-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-urbanizzazzjoni rapida, il-migrazzjoni, it-tkabbir tal-popolazzjoni f’żoni urbani industrijalizzati u l-attivitajiet industrijali, iżda wkoll setturi innovattivi bħall-bijoekonomija blu, il-bijoteknoloġija u d-desalinizzazzjoni. In-negozji għandhom jintegraw mudelli ta’ negozju kollaborattiv u prinċipji ta’ ekonomija kondiviża biex jirrispondu aħjar għall-isfidi soċjetali u ambjentali attwali relatati mal-ilma. L-interazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, huma u jitqiesu l-ħafna tipi ta’ partijiet ikkonċernati preżenti fis-settur tal-ilma u d-djalogu transsettorjali, għandhom jiġu intensifikati. |
|
3.4. |
Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas ta’ kompetizzjoni ġusta għall-kumpaniji bbażati fl-UE fir-rigward tal-kontropartijiet globali tagħhom, u jħeġġiġha wkoll issaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali dwar il-kollaborazzjoni ekonomika, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni ambjentali. |
4. L-Ekonomija tal-Ilma
|
4.1. |
Il-KESE jemmen li l-mudell ekonomiku attwali li jinkoraġġixxi l-konsum tal-ilma permezz tat-taxxi u l-inċentivi għandu jitreġġa’ lura biex isir wieħed aktar sostenibbli li jkun kompletament konsistenti mal-SDGs. L-użu tal-ilma mhux biss għandu jkun sostenibbli, iżda għandu jikkontribwixxi wkoll għar-restawr tan-natura fuq medda qasira u twila ta’ żmien. Il-KESE jappella għal ftehim fiskali globali għall-finanzjament tal-isforzi klimatiċi u l-investimenti fl-ilma. |
|
4.2. |
Għandha tiġi ffaċilitata l-koerenza ċara u effiċjenti bejn id-diversi taxxi imposti fuq l-ilma fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew. Il-KESE jappella għal:
|
|
4.3. |
L-UE qed tiffaċċja domanda akbar għall-ilma, sitwazzjoni li se ssir aktar prominenti fil-futur. Id-differenzi bejn il-provvista tal-ilma u d-domanda għall-ilma jistgħu jkunu jew minħabba l-iskarsezza tal-ilma jew minħabba l-għargħar, li jista’ jkollhom konsegwenzi devastanti. L-iżbilanċi bejn il-provvista tal-ilma u d-domanda għall-ilma jaffettwaw b’mod negattiv lill-industriji, lill-konsumaturi u liċ-ċittadini. Il-progress lejn il-kisba ta’ industriji newtrali għall-klima għandu jqis l-emissjonijiet industrijali fl-ilma (9), kif ukoll l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-kostijiet soċjali li jirriżultaw għas-soċjetà. Huwa essenzjali għall-industriji kollha li jġarrbu l-kost soċjetali tal-emissjonijiet fl-ilma tagħhom. |
|
4.4. |
Il-KESE jitlob leġiżlazzjoni koerenti fl-Istati Membri kollha dwar mekkaniżmu tal-UE għall-ħżin tal-ilma matul il-perjodi tax-xita, jiġifieri permezz tal-kostruzzjoni ta’ tankijiet tal-ħżin u sistemi għall-mili mill-ġdid tal-akwifer taħt l-art. Il-KESE jappella għal strateġija fit-tul biex tiżdied ir-reżiljenza kontra l-iskarsezza tal-ilma, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet klimatiċi reġjonali u l-karatteristiċi industrijali. |
|
4.5. |
Ir-ristrutturar tat-tfassil tal-prezzijiet tal-ilma fl-Ewropa jeħtieġ li jqis il-kondiviżjoni tal-piż għas-servizzi tal-ekosistema fost il-partijiet ikkonċernati u approċċ differenzjat fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ipprezzar tal-kost sħiħ. Wieħed mill-approċċi huwa li l-ilma għall-użu domestiku u għas-servizzi pubbliċi essenzjali għandu jkollu prezz ferm aktar baxx mill-ilma użat għal attivitajiet ta’ produzzjoni. L-inċentivi fil-livell tal-prezzijiet għandhom iqisu r-rabta bejn l-ipprezzar tal-ispejjeż marġinali u l-effiċjenza ekonomika, l-ekwitabbiltà u s-sostenibbiltà, u jkunu parti minn pakkett akbar li jinkoraġġixxi l-konsum sostenibbli tal-ilma. |
|
4.6. |
Il-Kumitat jitlob trasparenza sħiħa tal-ispejjeż u tal-prezz tal-ilma fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati kollha. Il-KESE jappella għal prezzijiet amministrati f’ċerti sitwazzjonijiet definiti sew u jeħtieġ monitoraġġ bir-reqqa biex jiġi żgurat li l-konsumaturi domestiċi jirċievu s-servizzi li qed iħallsu għalihom. L-ispekulazzjoni kummerċjali tal-ilma għandha tiġi evitata. |
|
4.7. |
Il-KESE jinnota li l-impatt tat-tniġġis u l-isfruttament żejjed tal-akwiferi ta’ taħt l-art ipoġġi piż kbir b’mod spropoorzjonat uq il-persuni foqra u soċjalment vulnerabbli. It-tariffi tal-ilma jridu jiġu evalwati b’attenzjoni kbira, peress li jista’ jkollhom effetti distorsivi, jiġġeneraw il-faqar tal-ilma u joħolqu diffikultà soċjali fost il-popolazzjoni. Il-KESE jitlob li tinbeda diskussjoni kostruttiva fil-livell tal-UE dwar tfassil ġust tal-prezzijiet tal-ilma. It-tfassil tal-prezz għandu jinkludi rekwiżit minimu ta’ ilma b’xejn biex jiġu żgurati d-drittijiet tal-bniedem. L-istruttura tal-prezzijiet għandha tqis l-isfidi attwali u futuri tas-soċjetà, tal-klima u tal-industrija. Il-KESE issuġġerixxi li t-tfassil tal-prezzijiet iqis b’mod trasversali s-sigurtà tal-ilma fit-tul. |
|
4.8. |
Il-KESE jemmen li r-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tiġi estiża għall-ġestjoni tal-ilma residwu, u jappoġġja r-reviżjoni attwali tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (10) (11). Għandha tiġi introdotta sinerġija bejn l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-ekodisinn u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti kampanji ta’ sensibilizzazzjoni apposta, li jgħaqqdu flimkien partijiet ikkonċernati distinti u diversi għall-konsumaturi sabiex dawn jifhmu u jirrikonoxxu l-użu sostenibbli tal-ilma. |
|
4.9. |
Sabiex tiġi żgurata manutenzjoni adegwata tas-sistemi tal-ilma u titħeġġeġ provvista akbar tal-ilma, huwa kruċjali li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ilma li jintilef billi tingħata prijorità lill-inizjattivi ta’ manutenzjoni li għaddejjin, bil-għan li jnaqqsu b’mod sinifikanti t-tnixxijiet tal-ilma. Sabiex inizjattivi bħal dawn jiġu ffinanzjati b’mod adegwat, hija meħtieġa l-introduzzjoni ta’ “regola tad-deheb” għall-investimenti pubbliċi. Il-KESE jenfasizza li l-manutenzjoni ġestita ħażin u mhux iffinanzjata biżżejjed, flimkien ma’ ġestjoni inadegwata tal-assi, qed jikkawżaw telf ekonomiku sinifikanti. Teknoloġiji ġodda għad-detezzjoni ta’ tnixxijiet għandhom jiġu żviluppati immedjatament u għandu jiġi żviluppat appoġġ speċifiku f’dan ir-rigward. |
|
4.10. |
Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar valutazzjonijiet insuffiċjenti tal-kundizzjoni tas-sistemi tad-drenaġġ taħt l-art f’ħafna Stati Membri, u jitlob evalwazzjoni bir-reqqa u immedjata, inkluża ċ-ċentralizzazzjoni tad-data fil-livell tal-UE. L-ispiża tan-nuqqas ta’ intervent hija ħafna akbar mill-ispiża tat-tiswijiet fin-networks tad-drenaġġ. |
5. Implikazzjonijiet reġjonali tal-ilma
|
5.1. |
L-aċċess għal ilma sikur, nadif u ta’ kwalità tajba huwa dritt fundamentali u vitali għas-saħħa, id-dinjità u l-prosperità ta’ kulħadd. Il-Kumitat iqis li huwa totalment inaċċettabbli li għad hemm persuni li m’għandhomx aċċess għall-ilma fl-UE. |
|
5.2. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li l-ilma jiġi integrat fil-politiki relatati kollha (l-enerġija, il-kummerċ, l-industrija, l-agrikoltura, eċċ.), u li l-Istati Membri jiżguraw sinerġiji bejn l-investimenti f’diversi setturi marbuta mar-riżorsi tal-ilma, bħall-iżvilupp urban, l-ikel, l-agrikoltura u l-enerġija. L-ilma huwa ta’ importanza kruċjali għall-iżvilupp urban u rurali. |
|
5.3. |
Il-KESE jipproponi li jiġu żviluppati Patt Blu tal-UE u Aġenda tal-UE dwar l-Ilma bbażati fuq sħubija għall-investiment fl-ilma, f’sinerġija mill-qrib mal-Aġenda Urbana tal-UE, flimkien ma’ sħubija tematika dwar l-ilma f’konformità mal-Ftehim ta’ Ljubljana u f’komplementarjetà sħiħa mal-Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali. L-iżgurar tas-solidarjetà territorjali, l-istrutturi ta’ governanza multilaterali adattati biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn iż-żoni rurali u urbani u l-konsolidazzjoni tal-operaturi reġjonali tal-ilma huma importanti. |
|
5.4. |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-gżejjer fiż-żona tal-Mediterran u għar-reġjuni ultraperiferiċi li qed jaffaċċjaw skarsezzi fil-provvista tal-ilma matul perjodi speċifiċi ta’ nixfa minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Għal dawn iż-żoni, il-provvista tal-ilma neċessarja trid tiġi żgurata permezz ta’ sistema li tiggarantixxi l-provvista lill-familji u lill-operaturi ekonomiċi. |
|
5.5. |
Il-KESE jipproponi li jiġi adottat ippjanar pubbliku esklużivament fil-livell tal-baċin tax-xmara (inkluż l-ilma ta’ taħt l-art) b’tali mod li l-interess ġenerali tal-UE jiġi protett, u billi jiġi żgurat li l-fluss tal-ilma ekoloġiku meħtieġ jinżamm fil-korp tal-ilma minn fejn joriġina. Il-miżuri u l-investimenti fl-ilma biex jipproteġu ż-żoni mill-għargħar jew, jantiċipaw in-nixfiet u jipproteġu n-navigabbiltà, jimmiraw li jżommu aktar ilma, għandhom jimmiraw fl-istess ħin li jtejbu l-bijodiversità u jirrispettaw il-karatteristiċi ġeomorfoloġiċi tal-baċin tax-xmara. |
|
5.6. |
Meta titqies in-natura pubblika tiegħu, il-KESE jissuġġerixxi li d-dritt tal-użu tal-ilma għandu jiġi definit, imkejjel u mmonitorjat sew, u li jitqiesu l-forom legali kollha bħall-konċessjonijiet, il-permessi, il-liċenzji, id-drittijiet kuntrattwali u s-sjieda totali, flimkien mar-rispett tal-ilma bħala ġid komuni. Id-drittijiet tal-użu għandhom ikunu jistgħu jitkejlu faċilment permezz ta’ termini definiti sew. |
|
5.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-UE tadotta u ssaħħaħ l-oqfsa regolatorji dwar il-ftehimiet ta’ konċessjoni tal-ilma sabiex l-ilma jiġi mmaniġġjat bħala ben pubbliku, aktar milli bħala komodità li tista’ tiġi kummerċjalizzata. Il-prezzijiet għall-popolazzjoni għandhom jirriflettu wkoll il-fatt li l-ilma huwa ben pubbliku b’rispett sħiħ għall-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll 26 anness mat-TUE u mat-TFUE. Il-KESE jappella għal regoli restrittivi sabiex ir-riżorsi tal-ilma tal-UE jiġu protetti milli jintużaw fl-interess ta’ partijiet ikkonċernati mhux tal-UE. |
6. Fondi tal-UE
|
6.1. |
Il-KESE jitlob għal aktar sinerġija fil-livell tas-sejħa għal proposti u l-programmi operazzjonali biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tal-investimenti fil-qasam tal-ilma u jiġi massimizzat l-assorbiment tal-kwalità tal-fondi tal-UE ddedikati għall-ilma u l-ekonomija blu. Għandhom jitqiesu l-karatteristiċi staġjonali u ċikliċi tal-attivitajiet tal-ilma fis-sejħiet għall-proposti u fil-programmazzjoni. Il-Kumitat jistieden lill-Istati Membri jittrattaw l-investiment fl-ilma bħala prijorità għolja fir-riallokazzjonijiet fi ħdan id-diversi programmi, u li jadattaw ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-karatteristiċi tal-investiment fl-ilma. |
|
6.2. |
Il-KESE jqis li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (12) mhuwiex biżżejjed biex jappoġġja l-iżvilupp u t-tranżizzjoni tal-ekonomija blu. Huwa urġenti li jiġu diversifikati l-attivitajiet eliġibbli, tiżdied il-komplementarjetà bejn il-FSIE (13), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, InvestEU, Interreg Europe u fondi oħra. Barra minn hekk, il-prinċipju tal-kompetizzjoni tal-proġetti tal-ilma tal-FSIE għandu jqis il-ħtiġijiet bażiċi li l-ilma qed jissodisfa. |
|
6.3. |
Il-KESE jinnota li l-Iżviluppi Lokali Mmexxi mill-Komunità, il-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd u l-Investimenti Territorjali Integrati (ITI) huma strumenti li jkopru biss parzjalment il-ħtiġijiet ta’ investiment fis-settur tal-ilma. Il-KESE jappella għal programm operazzjonali ddedikat għall-ilma u għal ITI għall-ekonomija blu, korrelazzjoni bejn sejħiet differenti għal proposti u valutazzjoni tal-impatt tal-investiment iffinanzjat mill-fondi tal-UE li huma mmirati lejn l-infrastruttura tal-ilma. Il-KESE jissuġġerixxi li għandu jiġi stabbilit Fond għal Tranżizzjoni Blu billi jew tiġi żgurata konċentrazzjoni tematika tal-fondi eżistenti, jew jiġu miżjuda fondi ġodda. Dan il-fond għandu jkun iddedikat għar-reġjuni li huma fqar fir-riżorsi tal-ilma, u għandu jkopri t-tranżizzjoni lejn ġestjoni tal-ilma sostenibbli, jevita l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-ilma, u jappoġġja l-miri tal-UE għall-2050 f’konformità sħiħa mal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. |
|
6.4. |
Il-KESE jikkonkludi li s-setturi tal-ilma għandhom jiġu rikonoxxuti bħala strateġiċi fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2028-2034 tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, u, minħabba r-rwol rikonoxxut tiegħu bħala l-vuċi tas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE, il-KESE għandu jkun involut fil-Pjattaforma ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti għal Ekonomija Blu Sostenibbli (14). Il-KESE jipproponi li tiżdied kundizzjonalità ex ante obbligatorja għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2028-2034. |
7. Il-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn mudelli ġodda ta’ negozju sostenibbli
|
7.1. |
Il-KESE jagħti parir lill-Istati Membri biex jinvestigaw kif il-baġits pubbliċi u l-għodod ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħall-garanziji u l-istrumenti għat-titjib tal-kreditu, jistgħu jintużaw b’mod strateġiku biex itejbu l-profil tar-riskju/redditu tal-investimenti u jattiraw finanzjament kummerċjali, finanzjament kollettiv, u investimenti ta’ ekwità. Il-Kumitat jinsab imħasseb li l-allokazzjoni tal-fondi pubbliċi se tkun problematika f’ċerti Stati Membri minħabba l-livell attwali ta’ dejn pubbliku, iż-żieda fir-rati tal-imgħax u d-deterjorament tal-klassifikazzjoni sovrana tal-kreditu. Il-KESE jinnota li l-finanzjament ta’ investimenti privati fil-kostruzzjoni tan-networks tal-ilma jista’ jiġi skoraġġut minħabba r-riskju ta’ korruzzjoni u nuqqas ta’ ċarezza regolatorja, kif ukoll, min-naħa l-oħra, mill-fatt li tali investimenti għandhom medda ta’ żmien medju u twil. |
|
7.2. |
Il-KESE jemmen li l-investimenti sostenibbli relatati mal-ilma għandhom jissaħħu bl-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament sostenibbli bħall-bonds ekoloġiċi, il-bonds soċjali u s-self ekoloġiku, akkumpanjati minn definizzjonijiet konsistenti ta’ sostenibbiltà f’diversi ġuriżdizzjonijiet, u livell akbar ta’ standardizzazzjoni u trasparenza fid-data. Il-KESE jipproponi r-regolamentazzjoni tal-bonds blu għall-investimenti fl-ilma fil-livell tal-UE, flimkien ma’ strumenti ta’ investiment imfassla apposta għall-ilma ddedikat għall-SMEs (eż. permezz ta’ krediti staġjonali). Il-KESE jappella ukoll lill-Eurostat biex iħejji kapitolu u statistika apposta għad-data dwar l-ekonomija tal-ilma. |
|
7.3. |
L-inkorporazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (15) fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment tippermetti firxa usa’ ta’ opportunitajiet ta’ investiment u tippromovi l-istabbiltà finanzjarja. Il-KESE jitlob investimenti fl-infrastruttura, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fl-impjiegi u fit-taħriġ ta’ kwalità tajba, u jappella għal attivitajiet u kampanji speċifiċi għall-għarfien dwar l-ilma, speċjalment immirati lejn il-ġenerazzjoni żagħżugħa. L-iżgurar ta’ karriera prevedibbli u fit-tul u pagi adegwati huwa kruċjali biex jinżammu r-riżorsi umani fis-settur tal-ilma. |
|
7.4. |
L-Istati Membri jeħtiġilhom jifhmu, jippromovu u jappoġġjaw l-investimenti fil-qasam tal-ilma, inkluż bl-użu ta’ fondi ta’ assistenza teknika, u għandu jingħata appoġġ apposta mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward, speċjalment fir-rigward tal-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid tal-ilma. Il-KESE jqis li huwa kruċjali li r-riżorsi finanzjarji jiġu diretti lejn proġetti li jnaqqsu l-konsum tal-ilma u jiġġeneraw l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-Istati Membri kollha, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (16). |
|
7.5. |
Koordinazzjoni u komplementarjetà effiċjenti bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI u l-BERŻ f’termini ta’ finanzjament tal-investimenti fl-ilma. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni komuni fil-qafas strateġiku tal-UE, kif ukoll il-monitoraġġ ċikliku fis-Semestru Ewropew. Il-banek pubbliċi madwar l-UE għandhom ukoll rwol importanti fir-rigward tal-investimenti fl-ilma, u għandha tiġi kkonsolidata l-kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati mal-banek privati. |
8. Investimenti
|
8.1. |
Id-deċiżjonijiet ta’ investiment fl-UE jridu jsegwu evalwazzjoni bir-reqqa tad-domanda għall-ilma fit-tul, id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ilma u l-għażliet ta’ finanzjament, filwaqt li jitqiesu wkoll l-isfidi li jirriżultaw mill-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-Kumitat jemmen li l-ippjanar tal-investiment fit-tul għandu jikkwantifika wkoll xejriet demografiċi speċifiċi u għandu jkun allinjat ma’ inizjattivi f’setturi oħra, bħall-ippjanar urban, l-użu tal-art jew l-agrikoltura. It-titjib fil-faċilitajiet tal-ilma għandu jqis ukoll il-massimizzazzjoni tal-ħżin tal-karbonju blu. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw inizjattivi sinkronizzati marbutin mal-ġestjoni tat-territorju u sistemi analitiċi tal-big data. L-investiment u l-finanzjament fis-settur tal-ilma għandhom iqisu l-ispejjeż operattivi b’mod integrat. |
|
8.2. |
Il-KESE jitlob standards apposta dwar l-użu tal-ilma f’diversi setturi ekonomiċi, pereżempju l-agrikoltura u l-industrija, billi jitwaqqaf grupp ta’ esperti biex jiġu żviluppati linji gwida settorjali dwar l-użu tal-ilma, li jkun jinkludi l-KESE. |
|
8.3. |
L-innovazzjoni u t-teknoloġija huma kruċjali biex tiġi xprunata l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-ilma. L-iskambju ta’ innovazzjonijiet sinifikanti relatati mal-ilma fost l-Istati Membri u l-inkoraġġiment ta’ esperimentazzjoni minn isfel għal fuq huma kruċjali. Huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex jiġu evalwati l-ispejjeż u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ diversi perkorsi ta’ investiment, li jvarjaw mil-livell lokali sal-livell tal-baċiri, u l-livell nazzjonali, transfruntier u anke globali. L-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi, bħal sistemi ta’ monitoraġġ bis-satellita bi prezz baxx li jirreġistraw parametri kritiċi tal-ilma, tista’ ttejjeb il-ġbir u l-analiżi tad-data dwar l-ilma. L-involviment tal-Istati Membri għandu jitqies f’dan ir-rigward. |
|
8.4. |
Sabiex jinġabar kapital adegwat fit-tul allinjat mal-SDGs, il-proġetti ta’ kapital naturali relatati mal-ilma li jiffaċċjaw riskji strutturali ogħla spiss jeħtieġu t-tnaqqis tar-riskji. Spejjeż ogħla, qligħ aktar baxx u telf finanzjarju relatat mar-riskji tal-ilma jeħtieġ li jiġu kkunsidrati bir-reqqa. Għandhom jintużaw ukoll is-self u l-għotjiet tradizzjonali, il-kapital ta’ riskju, l-ekwità privata u pubblika, u l-fondi tal-pensjonijiet u tal-investiment. Il-possibbiltà ta’ greenwashing tippersisti bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ standards konsistenti għall-bonds ekoloġiċi u l-fondi ta’ investiment ambjentali, soċjali u ta’ governanza. |
|
8.5. |
Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-użu tal-fondi rilevanti kollha tal-UE u l-opportunitajiet ta’ sħubija permezz tal-imsieħba soċjali u n-networks tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jilħqu lill-partijiet ikkonċernati kollha, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs. Il-finanzjament imħallat jista’ jkollu rwol importanti minħabba r-redditu baxx tal-proġetti tal-infrastruttura tal-ilma; madankollu, il-kumpaniji tas-servizzi tal-ilma għadhom mezz tajjeb ta’ investiment. |
|
8.6. |
Il-KESE jqis li huwa kruċjali li r-reżiljenza tiġi inkorporata fil-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-investiment relatat mal-ilma. Ir-reżiljenza tista’ tnaqqas l-ispejjeż assoċjati mal-irkupru minn avvenimenti imprevedibbli bħal maltempati, għargħar, nirien fil-foresti, nixfiet, attakki ċibernetiċi jew pandemiji meta mqabbla ma’ investimenti ottimali f’miżuri tat-tnaqqis tar-riskji. Il-proġetti transfruntiera dwar l-ilma għandhom jibbenefikaw minn attenzjoni u finanzjament speċifiċi. |
|
8.7. |
L-investiment insuffiċjenti u n-nuqqas ta’ nefqa effiċjenti fi proġetti relatati mal-ilma huma r-raġuni ewlenija għaliex l-UE u l-bqija tad-dinja mhumiex qed jagħmlu progress sinifikanti fil-kisba tal-SDG 6 dwar l-ilma u s-sanità. Il-KESE jenfasizza li l-Ewropa għandha l-opportunità li tittrasforma l-isfidi relatati mal-ilma fi prospetti ġodda għall-iżvilupp tat-teknoloġija, l-avvanz tas-soċjetà u t-tkabbir tan-negozju, bl-għan aħħari li tinkiseb ekonomija li tiggarantixxi s-sigurtà tal-ilma u li tkun reżiljenti, b’opportunitajiet ta’ impjieg sħiħ u produttiv, u impjiegi ta’ kwalità tajba għal kulħadd. L-UE tista’ tkun minn ta’ quddiem nett fid-dinja fil-qasam tal-użu mill-ġdid tal-ilma. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ilma li jintilef (non-revenue water – NRW) huwa ilma li jintilef fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma, li qatt ma jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu. Dan ifisser ilma mhux użat jew mhux imħallas, li jaffettwa l-ekonomiji lokali kif ukoll ir-riżorsi lokali disponibbli.
(2) Aġenda Urbana tal-UE
(3) Ljubljana Agreement and Multiannual Working Programme – Renewing the Urban Agenda for the EU (Il-Ftehim ta’ Ljubljana u l-Programm ta’ Ħidma Pluriennali – It-tiġdid tal-Aġenda Urbana tal-UE (mhux disponibbli bil-Malti)).
(4) Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali: għal żoni rurali tal-UE aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi
(5) Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020
(6) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(7) ĠU C 202, 7.6.2016, p. 307
(8) Id-Direttiva 2010/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17)
(9) Industrial pollutant releases to water in Europe (Rilaxxi industrijali li jniġġsu fl-ilma fl-Ewropa), Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
(10) Proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(12) Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura
(13) Il-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej tal-2014-2020
(14) https://s3platform.jrc.ec.europa.eu/blue-growth.
(15) ESG – kriterji ambjentali, soċjali u ta’ governanza.
(16) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 74(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Emenda 8
Punt 1.4
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-qafas regolatorju futur tal-Ekonomija Blu tal-UE għandu:
|
Il-qafas regolatorju futur tal-Ekonomija Blu tal-UE għandu:
|
Raġuni
Din l-emenda hija konformi mal-modifika diġà proposta u spjegata għall-punt 4.9. L-introduzzjoni ta’ “regola tad-deheb” għall-investimenti pubbliċi hija meħtieġa għall-konsolidazzjoni tal-pożizzjoni tal-ilma bħala ġid komuni, kif diġà jissemma fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur: |
84 |
|
Kontra: |
93 |
|
Astensjonijiet: |
17 |
Il-punt li ġej tal-Opinjoni tas-Sezzjoni ġie modifikat biex jirrifletti l-emenda adottata mill-assemblea, iżda rċieva aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Emenda 6
Punt 4.9
Ibdel it-test kif ġej:
|
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
|
Sabiex tiġi żgurata manutenzjoni adegwata tas-sistemi tal-ilma u titħeġġeġ provvista akbar tal-ilma, huwa kruċjali li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ilma li jintilef billi tingħata prijorità lill-inizjattivi ta’ manutenzjoni li għaddejjin, bil-għan li jnaqqsu b’mod sinifikanti t-tnixxijiet tal-ilma. Il-KESE jenfasizza li l-manutenzjoni ġestita ħażin u mhux iffinanzjata biżżejjed, flimkien ma’ ġestjoni inadegwata tal-assi, qed jikkawżaw telf ekonomiku sinifikanti. Teknoloġiji ġodda għad-detezzjoni ta’ tnixxijiet għandhom jiġu żviluppati immedjatament u għandu jiġi żviluppat appoġġ speċifiku f’dan ir-rigward. |
Sabiex tiġi żgurata manutenzjoni adegwata tas-sistemi tal-ilma u titħeġġeġ provvista akbar tal-ilma, huwa kruċjali li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ilma li jintilef billi tingħata prijorità lill-inizjattivi ta’ manutenzjoni li għaddejjin, bil-għan li jnaqqsu b’mod sinifikanti t-tnixxijiet tal-ilma. Sabiex inizjattivi bħal dawn jiġu ffinanzjati b’mod adegwat, hija meħtieġa l-introduzzjoni ta’ “regola tad-deheb” għall-investimenti pubbliċi. Il-KESE jenfasizza li l-manutenzjoni ġestita ħażin u mhux iffinanzjata biżżejjed, flimkien ma’ ġestjoni inadegwata tal-assi, qed jikkawżaw telf ekonomiku sinifikanti. Teknoloġiji ġodda għad-detezzjoni ta’ tnixxijiet għandhom jiġu żviluppati immedjatament u għandu jiġi żviluppat appoġġ speċifiku f’dan ir-rigward. |
Riżultat tal-votazzjoni
|
Favur: |
93 |
|
Kontra: |
76 |
|
Astensjonijiet: |
12 |
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/60 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-aċċess għall-ilma: nindirizzaw il-faqar tal-ilma u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-politika soċjali”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/10)
|
Relaturi: |
Kinga JOÓ u Carlos Manuel TRINDADE |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
21.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
171/19/22 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE japprova bis-sħiħ ir-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti li jaffermaw li l-ilma huwa dritt tal-bniedem (1) u li huwa fundamentali għat-tgawdija sħiħa tal-ħajja u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem (2). L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, fl-Għan 6, u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-Prinċipju 20, jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali tad-dritt għall-aċċess għall-ilma. F’xenarju ta’ tibdil fil-klima, il-faqar tal-ilma jieħu importanza akbar u jeħtieġ politiki pubbliċi biex jindirizzawh. F’sitwazzjoni ta’ skarsezza tal-ilma, hija l-popolazzjoni vulnerabbli li tiġi affettwata aktar. |
|
1.2. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri japplikaw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-politiki kollha dwar l-ilma u jindirizzaw in-nuqqas tal-ilma, u b’hekk jallinjaw ruħhom ukoll mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Is-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità għandhom ikunu sostenibbli, ekwi, effettivi, ta’ kwalità għolja u affordabbli għal kulħadd, u għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-gruppi soċjali vulnerabbli. |
|
1.3. |
Il-KESE jemmen li l-aċċess universali għall-ilma tax-xorb u għas-sanità ta’ kwalità għolja bi prezzijiet ġusti għall-popolazzjoni għandu jiġu ttrattat bħala ben pubbliku u mhux biss bħala komodità, u għalhekk ma għandux jiġi mmaniġġjat skont ir-regoli tas-suq uniku. |
|
1.4. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tippromovi approċċ komuni għall-fehim tal-faqar tal-ilma fil-livell tal-UE u tiżviluppa definizzjoni komprensiva tal-faqar tal-ilma li tippermetti fehim tanġibbli u kondiviż tal-faqar tal-ilma (3), u li abbażi tagħha kull Stat Membru jista’ jiżviluppa d-definizzjoni tiegħu li tiddependi mill-kuntest, f’konformità ma’ dik Ewropea. |
|
1.5. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida komuni biex timmonitorja l-aċċess għal servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità ta’ kwalità tajba u affordabbli (4), u d-disparitajiet spazjali, soċjali u bejn il-ġeneri tagħhom fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE, u timmappja s-sitwazzjoni attwali u timmonitorja regolarment l-iżviluppi. Id-data għandha tkun affidabbli, valida u disponibbli għall-pubbliku. Dan huwa meħtieġ ukoll għall-konformità mal-Artikolu 16(a) tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (5) (minn hawn ’il quddiem id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb), u l-KESE jistenna li tiġi adottata l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (6), li tintroduċi l-Artikolu 19 dwar l-aċċess għas-sanità. |
|
1.6. |
Il-KESE jipproponi lill-Kummissjoni li r-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb għandha tinkludi l-garanzija ta’ aċċess universali għas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità, kif stabbilit fl-SDG 6 tan-NU. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta linji gwida komuni għall-ipprezzar tas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità, li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw l-oqfsa regolatorji tagħhom skont il-kuntest. Il-linji gwida għandhom jirrispettaw id-dritt tal-bniedem għall-ilma u l-prinċipju tan-nuqqas ta’ degradazzjoni simili għal dak rakkomandat min-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-aċċess għall-ilma tax-xorb u s-sanità. |
|
1.7. |
Il-KESE jenfasizza li l-ħlas għas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità ma għandux jikkomprometti l-issodisfar ta’ ħtiġijiet soċjali oħra. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri applikati fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-affordabbiltà u b’mod speċifiku dwar il-konsumaturi vulnerabbli. Abbażi ta’ din il-ħarsa ġenerali, nistiednu lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida komuni għall-Istati Membri biex jidentifikaw unitajiet domestiċi bi problemi ta’ affordabbiltà, u b’mod aktar speċifiku konsumaturi vulnerabbli, kif ukoll miżuri biex jindirizzawhom. Il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-ebda utent f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà ma jkollu l-provvista tal-ilma tiegħu maqtugħa (7). Il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq perspettiva olistika tas-sitwazzjonijiet tal-unitajiet domestiċi affettwati u għandhom japplikaw strumenti ta’ politika soċjali, miżuri ta’ politika tal-akkomodazzjoni, u miżuri speċifiċi li jikkonċernaw is-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità b’mod speċifiku għall-kuntest. Il-prinċipju tas-solidarjetà għandu jitqies fil-finanzjament ta’ tali miżuri; flimkien mal-finanzjament pubbliku, għandhom jiġu esplorati forom innovattivi ta’ finanzjament, eż. l-istabbiliment ta’ fondi ddedikati inkorporati fil-kontijiet tal-ilma. |
|
1.8. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-UE tadotta u ssaħħaħ l-oqfsa regolatorji dwar il-ftehimiet ta’ konċessjoni tal-ilma sabiex l-ilma jiġi mmaniġġjat bħala ben pubbliku, aktar milli bħala komodità li tista’ tiġi kummerċjalizzata. Oqfsa regolatorji bħal dawn għandhom:
|
|
1.9. |
Il-KESE jinnota li hemm differenza fundamentali bejn il-ġestjoni pubblika u privata tal-ilma u eżempji tajbin u ħżiena jistgħu jinstabu fiż-żewġ tipi ta’ ġestjoni. Madankollu, il-ġestjoni privata, minħabba l-enfasi tagħha fuq il-profitt, jista’ jkollha diffikultà biex tissodisfa r-rekwiżit fundamentali tal-universalità tas-servizz, jiġifieri li taqdi 100 % tal-popolazzjoni. Il-KESE jemmen li l-ġestjoni pubblika tal-ilma tinsab f’pożizzjoni aħjar biex tiggarantixxi aċċess universali għas-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ bi prezz ġust u bi standards ta’ kwalità adegwati u r-restawr u l-protezzjoni tal-ekosistemi. |
|
1.10. |
Il-KESE jemmen li l-UE u l-Istati Membri kollha għandhom jadottaw viżjoni ambjentali u jiżviluppaw programmi li jiffinanzjaw lid-distributuri tal-ilma biex jiksbu tnaqqis fit-tnixxijiet u t-telf, wieħed mill-akbar flaġelli tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw u jappoġġjaw soluzzjonijiet tekniċi ġodda u innovattivi biex jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma, bħal żieda fl-użu tal-ilma griż u tal-ilma mormi trattat, u faċilitajiet deċentralizzati għat-trattament tal-ilma mormi fuq skala żgħira. |
|
1.11. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament pubbliku għall-iżvilupp tal-infrastruttura, b’attenzjoni speċifika għas-sidien ta’ proprjetà b’nuqqas ta’ riżorsi u l-viċinati urbani u rurali soċjalment żvantaġġati bi ħtiġijiet estiżi ta’ rinnovazzjoni tal-infrastruttura. Għandu jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ilma u tas-sanità relatata mal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Barra minn hekk, fil-ġestjoni tat-territorju, għandu jiġi kkunsidrat il-forniment sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali tas-servizzi tal-provvista tal-ilma u s-sanità. |
|
1.12. |
Fid-dawl tal-fatt li fl-Ewropa hemm bosta baċiri idrografiċi li jinvolvu diversi Stati Membri, il-KESE jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ qafas ta’ governanza politika u teknika u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili għal kull wieħed mill-baċiri eżistenti fl-UE (ara l-punti 6.4 u 6.5). Il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tivvaluta l-prestazzjoni tal-ġestjoni tal-baċiri idrografiċi u tintroduċi mekkaniżmi politiċi, tekniċi u parteċipattivi li jtejbuha. Il-Kummissjoni għandha tintroduċi Kunsill tal-Baċiri Idrografiċi li jirrappreżenta lill-partijiet interessati kollha bħala korp biex jassisti lill-Awtorità tal-Baċiri Idrografiċi u jkollu rwol ta’ medjatur f’kunflitti transkonfinali. |
|
1.13. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha:
|
|
1.14. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-UE tfassal politiki biex tipproteġi lill-konsumaturi, u tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb bi prezz ġust u għal sistemi adegwati tad-drenaġġ. Dawn il-politiki għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tad-diversi partijiet interessati kkonċernati (konsumaturi, ħaddiema, negozji) fil-korpi ta’ konsultazzjoni. |
|
1.15. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex itejbu l-għarfien tar-residenti tal-UE dwar il-valur tal-ilma, l-importanza tal-aċċess għall-ilma u s-sanità għal kulħadd. Il-potenzjal tal-komunikazzjoni u l-edukazzjoni biex jiżdied l-għarfien għandu jintuża għall-promozzjoni ta’ użu aktar sostenibbli tas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità (8). It-tfal u ż-żgħażagħ għandhom jitqiesu atturi ewlenin fl-użu sostenibbli tas-servizzi ta’ provvista tal-ilma u tas-sanità fil-futur, madankollu, iż-żieda tal-għarfien għandha tinkludi l-gruppi ta’ età kollha. Fil-każ ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar tal-ilma, iż-żieda fl-għarfien għandha tiġi integrata ma’ miżuri oħra biex jittejjeb l-aċċess tal-unitajiet domestiċi għal provvista tal-ilma u sanità ta’ kwalità tajba u affordabbli. |
|
1.16. |
Il-KESE jenfasizza li l-politiki tal-UE u tal-Istati Membri dwar l-ilma għandhom jiġu akkumpanjati minn stħarriġ sistematiku tar-rekwiżiti tal-persunal fis-settur tal-ilma inklużi l-kwalifiki meħtieġa, l-iżvilupp tal-forza tax-xogħol u l-ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. Dawn għandhom jitwettqu flimkien mal-imsieħba soċjali fis-settur. |
2. Introduzzjoni u kamp ta’ applikazzjoni tal-Opinjoni
|
2.1. |
L-ilma huwa fundamentali għall-aspetti kollha tal-ħajja. Huwa wkoll parti ewlenija tal-iżvilupp sostenibbli u huwa essenzjali għall-paċi taċ-ċivilizzazzjoni tagħna. It-tibdil fil-klima diġà aggrava l-problemi relatati mal-ilma, u se jkompli jagħmel dan fuq skala saħansitra akbar fil-futur. Il-provvisti inadegwati tal-ilma ħelu qed ipoġġu pressjoni dejjem akbar fuq il-komunitajiet tal-bniedem, speċjalment il-gruppi vulnerabbli. |
|
2.2. |
Fl-2010 (9), l-Assemblea Ġenerali tan-NU rrikonoxxiet b’mod espliċitu d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità, imsaħħaħ mill-Konferenza tan-NU dwar l-Ilma 2023 (10). In-NU tirrikonoxxi wkoll li l-ilma tax-xorb nadif u s-sanità huma essenzjali għat-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem kollha. Is-17-il SDG tan-NU maqbula internazzjonalment jinkludu l-Għan 6 — L-iżgurar tad-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u s-sanità għal kulħadd. Flimkien ma’ dawn l-impenji globali, il-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jgħid li “kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inklużi l-ilma u l-faċilitaijet sanitarji”. |
|
2.3. |
L-UE stabbiliet qafas legali u ta’ governanza komprensiv biex tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma tagħha, u għamlet progress fl-implimentazzjoni tiegħu (11), (12). Opinjonijiet preċedenti tal-KESE jippromovu r-rabta tal-isfidi assoċjati mal-ilma ma’ miżuri biex jiġi indirizzat il-faqar u l-għan li dan jinqered (13), il-promozzjoni tal-provvista tal-ilma u s-sanità bħala servizzi pubbliċi vitali għal kulħadd (14), u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-ilma tax-xorb għal gruppi vulnerabbli u persuni li jgħixu f’postijiet iżolati u f’żoni rurali żvantaġġati jew periferiċi (15). |
|
2.4. |
Din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tiġbed l-attenzjoni għall-isfidi attwali li jikkonċernaw l-aċċess għall-ilma nadif u għas-sanità. Din tesplora wkoll miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali u r-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata fil-ġlieda kontra l-faqar tal-ilma u l-effetti tiegħu, b’mod partikolari fuq dawk l-aktar vulnerabbli. Fl-aħħar nett, din teżamina modi kif jittaffew l-effetti soċjali, politiċi u ekonomiċi tal-faqar tal-ilma u l-impatt tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
2.5. |
Il-faqar tal-ilma huwa preżenti fl-UE, minkejja l-pożizzjoni relattivament favorevoli tal-UE f’termini globali. In-nuqqas ta’ aċċess għall-ilma u s-sanità ta’ kwalità tajba u affordabbli, sitwazzjoni li tista’ tiġi deskritta bħala faqar tal-ilma, hija esperjenza ta’ kuljum għal miljuni ta’ ċittadini tal-UE. Fi kliem ieħor, miljuni ta’ Ewropej huma mċaħħda mid-dritt li jaċċessaw ilma u sanità affordabbli u ta’ kwalità tajba. |
|
2.6. |
Madankollu, il-faqar tal-ilma għandu konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali estensivi, inklużi riskji għas-saħħa fil-livell individwali u komunitarju, nuqqas fil-livell tal-impjegabbiltà, u d-deterjorament tal-ekonomija lokali, l-esklużjoni soċjali, it-tniġġis ambjentali, il-movimenti/migrazzjoni tal-popolazzjoni, u l-instabbiltà politika. Konsegwenzi bħal dawn huma ferm sproporzjonati għas-sehem tal-unitajiet domestiċi fl-użu tal-ilma u l-produzzjoni tal-ilma mormi meta mqabbla mal-industrija u l-agrikoltura. Dan huwa rifless fil-fatt li l-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess tikkonċerna l-aċċess għall-ilma u għas-sanità, li titlob servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità garantiti għal kulħadd fl-UE, li d-drittijiet tal-bniedem jingħataw aktar importanza mill-interessi tas-suq fil-provvista tal-ilma, u li jiżdiedu l-isforzi tal-UE biex jiġi żgurat aċċess universali għall-ilma u għas-sanità (16). L-indirizzar tal-faqar tal-ilma huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-prijoritajiet politiċi tal-KE, speċifikament fir-rigward tal-Patt Ekoloġiku u l-wegħda tiegħu li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. |
|
2.7. |
Id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat l-aċċess għall-ilma tax-xorb għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati. Madankollu, tonqos milli tirrikonoxxi d-dritt universali għall-aċċess għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, kif inkluż fl-SDGs. Il-KESE jistieden lill-KE tinkludi dan ir-rikonoxximent fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb. |
|
2.8. |
Il-KESE jinnota b’dispjaċir li d-data disponibbli hija limitata u frammentata, u dan jagħmilha diffiċli li tinkiseb ħarsa ġenerali komprensiva tal-iskala u l-karatteristiċi tal-fenomenu. |
3. Aċċess għal ilma u sanità ta’ kwalità tajba
|
3.1. |
2,2 % tal-popolazzjoni tal-UE, madwar 9,8 miljun persuna, ma jużawx ilma tax-xorb immaniġġjat b’mod sikur minn sors imtejjeb, aċċessibbli fil-bini tagħhom (17). 2 % oħra, madwar 9,4 miljun persuna, jistgħu jaċċessaw biss servizzi bażiċi tal-ilma tax-xorb barra mill-bini tagħhom (18). Madwar 450 000 persuna residenti fl-UE (19) ma għandhomx aċċess għal servizzi bażiċi tal-ilma tax-xorb. 6,7 miljun persuna fl-UE, 1,5 % tal-popolazzjoni, jgħixu mingħajr faċilitajiet sanitarji, jiġifieri mingħajr banju, doċċa jew tojlit li jifflaxxja fl-unità domestika, u 84,5 miljun persuna, 19 % tal-popolazzjoni, jgħixu mingħajr aċċess għal mill-inqas trattament sekondarju tal-ilma mormi (20). |
|
3.2. |
Il-faqar tal-ilma jaffettwa b’mod partikolari lill-individwi u lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli.
|
|
3.3. |
Id-disparitajiet spazjali fl-infrastruttura tal-ilma u s-sanità huma fattur importanti — għalkemm mhux l-uniku wieħed — fl-aċċess soċjalment inugwali. F’ħafna oqsma, hemm intersezzjoni ta’ problemi infrastrutturali u problemi soċjali. Il-komunitajiet rurali emarġinati jistgħu jkunu f’sitwazzjoni partikolarment żvantaġġata. Barra minn hekk, f’viċinati foqra fir-riżorsi bi ħtiġijiet ta’ rinnovazzjoni fit-tul, infrastruttura ta’ kwalità baxxa tikkontribwixxi għall-faqar tal-ilma u l-problemi ambjentali. |
|
3.4. |
Sadanittant, il-bidliet demografiċi jaffettwaw id-distribuzzjoni spazjali tad-domanda għas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità. L-urbanizzazzjoni żżid il-pressjoni fuq is-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità f’ħafna żoni urbani b’densità għolja ta’ popolazzjoni. F’partijiet oħra tal-UE, speċjalment — iżda mhux esklużivament — iż-żoni rurali, it-tnaqqis fil-popolazzjoni joħloq sfidi għat-tħaddim tan-networks. |
|
3.5. |
Filwaqt li l-problemi msemmija hawn fuq dwar in-nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità jaffettwaw primarjament lill-gruppi soċjali, proporzjon ferm ogħla tal-popolazzjoni tal-UE — medja ta’ 30 % — huwa affettwat minn xi forma ta’ stress idriku, jiġifieri diskrepanza bejn id-domanda u l-provvista tal-ilma (26). In-nies fin-Nofsinhar tal-Ewropa jħabbtu wiċċhom ma’ problemi serji ta’ stress idriku matul is-sena. F’partijiet oħra tal-Ewropa, l-iskarsezzi tal-ilma jseħħu okkażjonalment u f’hotspots speċifiċi. B’kollox, 8 miljun persuna fl-Ewropa jgħixu f’żoni ta’ frekwenza għolja ta’ nixfa jew ta’ stress idriku (27). It-tibdil fil-klima huwa mistenni li jikkawża tnaqqis staġjonali ulterjuri fid-disponibbiltà tal-ilma fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa. |
|
3.6. |
Barra minn hekk, billi jbiddel iċ-ċikli idroloġiċi, ibiddel ix-xejriet tax-xita, u jżid it-temperaturi, it-tibdil fil-klima huwa fattur ewlieni li jaffettwa l-istress idriku, u għandu impatt dirett fuq il-WASH b’diversi modi. In-nixfiet, iż-żieda fit-temperatura u saħansitra x-xita estrema jnaqqsu d-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma, u jagħmlu ħsara lill-infrastruttura, u dan iwassal għal diffikultajiet fiż-żamma tal-imġiba tal-iġjene u tas-sanità. Iż-żieda fil-livell tal-baħar tista’ tnaqqas id-disponibbiltà tal-ilma tax-xorb minħabba l-għargħar u l-intrużjoni tal-melħ. L-evidenza speċifika għall-Ewropa hija skarsa; madankollu, abbażi tax-xejriet globali, jista’ jiġi preżunt b’mod raġonevoli li t-tibdil fil-klima għandu effetti sproporzjonati fuq individwi, unitajiet domestiċi u komunitajiet vulnerabbli (28). |
|
3.7. |
L-ammont ta’ ilma użat mill-unitajiet domestiċi jvarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor — bejn 77 litru għal 220 litru kuljum per capita (29). Fl-Istati Membri tal-Lvant, il-konsum għandu tendenza li jkun inqas minn dak fl-Istati Membri tal-Punent, u ċerti Stati Membri tan-Nofsinhar huma l-akbar konsumaturi; madankollu, hemm eċċezzjonijiet (30). |
|
3.8. |
Għalkemm il-kwalità tal-ilma fl-UE hija ġeneralment tajba, għad hemm problemi ta’ kwalità f’xi oqsma, kif muri mill-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mnedija kontra xi Stati Membri abbażi tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ilma tax-xorb immaniġġjat b’mod sikur, speċjalment is-servizzi bażiċi tal-ilma, iġib miegħu riskju għoli ta’ użu mhux sikur tal-ilma tax-xorb. |
|
3.9. |
Is-sodisfazzjon bil-kwalità tal-ilma tax-xorb huwa ġeneralment għoli, għalkemm mhux universali. Id-data tal-istħarriġ min-nofs is-snin 2010 turi li 82 % tar-residenti tal-UE qiesu l-kwalità tal-ilma tax-xorb fiż-żona fejn jgħixu bħala tajba (31), u madwar 7 % ma jaqblux. Il-valutazzjoni ġenerali tal-ilma tax-xorb fl-UE kienet ferm inqas favorevoli, b’ 27 % biss jaqblu mad-dikjarazzjoni li hemm aċċess tajjeb għal ilma nadif u tajjeb għas-saħħa fl-UE b’mod ġenerali. |
|
3.10. |
Filwaqt li l-maġġoranza kbira tar-residenti tal-UE jużaw l-ilma tal-vit għall-ħasil, l-iġjene personali u t-tisjir, il-proporzjon ta’ nies li jużaw l-ilma tal-vit għax-xorb huwa kemxejn aktar baxx. F’nofs is-snin 2010, aktar minn 90 % rrappurtaw li jużaw l-ilma tal-vit għat-tisjir, filwaqt li 55 % biss qalu li dejjem jużaw l-ilma tal-vit għax-xorb direttament, u 10 % oħra dejjem jixorbu l-ilma tal-vit wara li jiffiltrawh. |
|
3.11. |
Matul dawn l-aħħar deċennji, l-ilma għadda minn proċess ta’ kommodifikazzjoni, u s-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità għaddew minn proċess ta’ privatizzazzjoni u finanzjalizzazzjoni. F’dawn l-aħħar snin, tqajjem dubju dwar dawn il-proċessi, u diġà hemm eżempji ta’ muniċipalitajiet li ħadu lura f’idejhom il-ġestjoni tas-servizzi tal-ilma. L-ilma huwa essenzjali għall-ħajja, u huwa ben komuni, u dritt tal-bniedem. F’dan il-kuntest, il-KESE jemmen li, bħala servizzi ta’ interess pubbliku, is-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità għandhom ikunu soġġetti għal regolament ċar li jiggarantixxi l-obbligi ta’ servizz, sabiex jiġi żgurat li l-ġestjoni tal-ilma u tal-ilma mormi tinkiseb b’mod universali bi prezz affordabbli u bi kwalità suffiċjenti ta’ servizz. Il-Kummissjoni għandha żżomm eżenzjonijiet għall-ilma u l-ilma mormi fid-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet (2014/23/UE) (32) mogħtija bħala riżultat tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Right2Water”. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżenta s-servizzi tal-ilma mir-regoli tas-suq uniku. |
4. Affordabbiltà
|
4.1. |
L-affordabbiltà tas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità hija ta’ tħassib dejjem akbar għar-residenti tal-UE — fost raġunijiet oħra, minħabba ż-żieda reċenti fil-prezz tal-enerġija — u n-nefqa għal dawn is-servizzi hija mistennija li tiżdied. Għalkemm b’mod ġenerali, il-kostijiet tas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità ma joħolqux piż eċċessiv fuq l-unitajiet domestiċi, spiss huma ta’ piż eċċessiv għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx, u l-għadd ta’ unitajiet domestiċi affettwati x’aktarx li jiżdied. Bl-użu ta’ limitu ta’ 3 %, fi 13-il pajjiż tal-UE, l-ifqar 5 % tal-popolazzjoni jiffaċċjaw problemi ta’ affordabbiltà għall-provvista tal-ilma u s-sanità, u f’ċerti pajjiżi huma affettwati saħansitra l-ifqar 10 % tal-popolazzjoni (33). Sadanittant, tali approċċ għall-kejl tal-problemi ta’ affordabbiltà jista’ jiġi diskuss, jista’ jkun diffiċli li jitkejjel, u jista’ ma jindikax l-iskala sħiħa tal-problema jekk ma jqisx l-unitajiet domestiċi li ma jikkonsmawx biżżejjed, id-differenzi fl-ipprezzar tal-ilma (34) u s-sitwazzjoni relattiva tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi. |
|
4.2. |
Il-prezz tas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità juri grad għoli ta’ disparità spazjali bejn u fi ħdan il-pajjiżi (35) u, minħabba n-nuqqas ta’ statistika dettaljata, ma tista’ ssir l-ebda ħarsa ġenerali komprensiva. Madankollu, is-sistemi ta’ distribuzzjoni fiż-żoni rurali huma kkaratterizzati minn networks itwal u kostijiet operattivi ogħla, li jwasslu għal tariffi ogħla. |
|
4.3. |
Minbarra introjtu aktar baxx, l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għal kwistjonijiet ta’ affordabbiltà minħabba tagħmir ta’ kwalità inferjuri, inqas effiċjenti, u aktar ħin imqatta’ d-dar. In-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ emarġinati, kif ukoll il-persuni qiegħda, huma affettwati b’mod sproporzjonat. |
|
4.4. |
Filwaqt li l-problemi prevalenti ta’ affordabbiltà jirrikjedu miżuri soċjali mmirati u effettivi, bħalissa ma tista’ tinkiseb l-ebda idea komprensiva dwar il-miżuri tal-Istati Membri tal-UE biex jindirizzaw problemi ta’ affordabbiltà, inklużi miżuri li jikkonċernaw konsumaturi vulnerabbli. Barra minn hekk, mhi disponibbli l-ebda idea komprensiva dwar il-possibbiltà — jew in-nuqqas tagħha — ta’ twaqqif tas-servizz, u dwar servizz minimu. Madankollu, hemm informazzjoni parzjali disponibbli għal ċerti pajjiżi (36), li turi varjetà ta’ miżuri bħal dawn biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ affordabbiltà. |
|
4.5. |
Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma approfondiet il-kunċett tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas permezz tal-objettiv tal-irkupru sħiħ tal-ispejjeż biex tiġi ggarantita s-saħħa tal-ekosistemi. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju tikser b’mod sfaċċat il-prinċipju ta’ aċċess universali għal ilma tax-xorb ta’ kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli u fil-prattika tipproduċi konsegwenzi soċjali serji, b’mod partikolari żieda fl-inugwaljanzi, peress li l-ifqar popolazzjonijiet jew jiffaċċjaw tariffi proporzjonalment ogħla jew mhumiex soġġetti għall-prinċipju stabbilit hawn fuq. Il-KESE jemmen li l-prinċipju ta’ aċċess universali għal ilma tax-xorb ta’ kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli għandu jkun fundamentali u jingħata l-istess importanza daqs il-preokkupazzjonijiet ambjentali, li jinsabu wara l-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas u tal-irkupru sħiħ tal-ispejjeż. |
|
4.6. |
Sabiex tkun konformi mad-dritt tal-bniedem għall-ilma, il-protezzjoni tal-ekosistemi, u t-tħassib soċjali, l-istruttura tariffarja tal-ilma hija lieva importanti għall-affordabbiltà, l-effiċjenza, l-ekwità u l-konservazzjoni tal-ilma. Għal dawn id-diversi għanijiet, jeżistu diversi strutturi tariffarji, inkluża dik proposta mir-Rapporteur Speċjali (37) dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità fis-76 Assemblea Ġenerali tan-NU (38). |
5. Sostenibbiltà
|
5.1. |
F’din l-Opinjoni, mhux qed inħarsu lejn il-problemi ambjentali, bħall-intrużjoni tal-melħ jew it-tniġġis, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jkunu responsabbli għall-problemi soċjali. L-enfasi hija fuq l-attivitajiet tal-bniedem li jwasslu għal sfruttament żejjed u jikkawżaw kunflitti ta’ użu. L-aktar problema simili magħrufa hija meta l-użu tal-ilma proprju tiegħu jipprevjeni l-użu ta’ parti oħra. Il-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali jippruvaw jittrattaw dan permezz tal-ġestjoni tal-baċiri idrografiċi (39), li kellha livelli differenti ta’ implimentazzjoni u kisba madwar l-Ewropa. |
|
5.2. |
L-isfruttament żejjed iwassal għal żieda fl-iskarsezza u d-degradazzjoni tal-kwalità tal-ilma u l-kwalità tas-servizz. Madankollu, id-degradazzjoni tal-kwalità tal-ilma żżid ukoll l-iskarsezza, mhux bħala nuqqas tal-ammont tal-ilma nnifsu, iżda billi jitnaqqas l-ammont ta’ ilma adattat għal kwalunkwe skop jew tal-anqas jiżdiedu l-fondi meħtieġa biex dak l-ilma jinġieb lura għal standards aċċettabbli. Biex nindirizzaw il-problema tal-isfruttament żejjed, għandna niffukaw fuq il-kawżi minflok il-konsegwenzi, li ġew diskussi fil-punt preċedenti. L-isfruttament żejjed jikkawża problemi ambjentali, li huma responsabbli għal problemi soċjali, peress li l-attivitajiet tal-bniedem jiddependu mill-ekosistemi, b’mod partikolari dawk b’saħħithom. |
|
5.3. |
Qed tfeġġ problema partikolari, jiġifieri l-iżvilupp ta’ proġetti agrikoli u industrijali b’intensità għolja ħafna f’żoni li huma fqar fl-ilma; dawn il-proġetti huma possibbli biss bit-trasferiment tal-ilma minn baċiri oħra u mill-isfruttament żejjed tal-ilmijiet tal-wiċċ, li jwassal għal problemi ambjentali u soċjali downstream. Pereżempju, l-isfruttament żejjed ta’ xmara jwassal għal tnaqqis fis-sedimenti u n-nutrijenti li jilħqu l-baħar, iżid id-degradazzjoni taż-żoni kostali u jnaqqas l-istokkijiet tal-ħut. B’mod ġenerali, l-isfruttament żejjed iwassal għall-eżawriment tal-ekosistemi, li jaffettwa l-aktar lill-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli. |
|
5.4. |
Il-problemi soċjali jirriżultaw mit-tnaqqis fis-sajd u, potenzjalment, minn tnaqqis fit-turiżmu max-xatt tal-baħar. Filwaqt li nistgħu ntaffu l-problemi ta’ degradazzjoni kostali biex insostnu t-turiżmu permezz ta’ investimenti kbar, ma jistax jingħad l-istess għall-istokkijiet tal-ħut. Min-naħa l-oħra, jekk l-UE tilleġiżla sabiex ittemm il-proġetti responsabbli għall-isfruttament żejjed, ikollha tiffaċċja l-qgħad tal-ħaddiema involuti. |
|
5.5. |
It-tnixxijiet u t-telf (40) ma jinvolvux sfruttament żejjed, iżda jikkostitwixxu użu ineffiċjenti u inaċċettabbli tal-ilma. Madankollu, din hija kwistjoni li teħtieġ viżjoni unika. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ tnixxijiet u telf, il-viżjoni ewlenija tad-distributuri tal-ilma għall-konsum mill-bniedem hija waħda ekonomika (41). It-tnixxijiet u t-telf huma indirizzati sal-punt fejn huwa aktar għali li nkomplu nindirizzawhom milli ngħixu bihom. Tipikament, dan il-punt huwa madwar 15 % tat-tnixxijiet u tat-telf (42). Viżjoni oħra hija possibbli u, illum il-ġurnata, b’żieda fl-iskarsezza, viżjoni bħal din hija wkoll meħtieġa ħafna biex tmur lil hinn minn 15 %. |
6. Governanza
|
6.1. |
Il-KESE jinnota li d-distribuzzjoni tal-ilma u s-sanità madwar id-dinja huma kompetenza muniċipali, b’tipi differenti ta’ distributuri (kumpaniji jew servizzi muniċipali) li jaqdu muniċipalità waħda jew aktar, kif ukoll il-fatt li fl-Unjoni Ewropea u madwar id-dinja l-biċċa l-kbira tan-nies jingħataw is-servizz minn kumpaniji pubbliċi tal-ilma. Flimkien mal-forom differenti tad-distributuri tal-ilma, hemm distinzjoni waħda ewlenija: il-ġestjoni pubblika u privata. Taħt kull wieħed minnhom, nistgħu nsibu tipi differenti ta’ ġestjoni. Nistgħu nsibu wkoll eżempji tajbin u ħżiena ta’ ġestjoni kemm pubblika kif ukoll privata. Madankollu, il-ġestjoni privata, bl-enfasi tagħha fuq il-profitt, jista’ jkollha diffikultajiet biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-universalità tas-servizz, dimensjoni li s-servizz pubbliku jinsab f’pożizzjoni aħjar biex jikseb b’mod effiċjenti bi prezz affordabbli u bi kwalità suffiċjenti ta’ servizz. Il-KESE jinnota li din il-konklużjoni hija appoġġjata mill-eżempji ta’ rimuniċipalizzazzjoni tas-servizzi tal-provvista tal-ilma u tas-sanità f’dawn l-aħħar għoxrin sena. |
|
6.2. |
Sabiex jiġu żgurati l-kwalità tas-servizz, l-affordabbiltà u s-servizzi universali, il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha, fil-livell maniġerjali u fil-korpi regolatorji, hija l-aħjar mezz biex id-distribuzzjoni tal-ilma u s-sanità jinżammu fit-triq it-tajba biex jikkonformaw mal-SDG 6 f’xenarju ta’ skarsezza dejjem tikber u żieda fil-prezzijiet. Fil-livell tad-distributuri tal-ilma, hemm storja ta’ suċċess f’Córdoba, fejn il-kumpanija muniċipali EMACSA għandha bord kondiviż li jinvolvi l-partijiet interessati, li huwa eżempju ta’ ġestjoni parteċipattiva (43). Il-korpi regolatorji, minflok ma jkunu mmexxija minn persuna waħda, għandu jkollhom bord li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati, sabiex tiġi żgurata regolamentazzjoni aktar effettiva. |
|
6.3. |
Ix-xmajjar u l-korpi tal-ilma internazzjonali jistgħu jkunu sors ta’ tensjonijiet u fl-aħħar mill-aħħar kunflitti bejn l-Istati, anke ġewwa l-UE. Il-KESE jqis u jipproponi li l-UE għandha tkun involuta fis-segment tal-governanza tal-baċiri idrografiċi li fih huma involuti diversi Stati Membri, filwaqt li tiddefinixxi prinċipji ġenerali, objettivi tanġibbli u monitoraġġ kwalifikat, bħala l-aħjar mod biex tikkontribwixxi għall-ġestjoni tal-ilma fi żminijiet ta’ skarsezza, li tipprovoka kriżijiet ta’ diversi tipi. |
|
6.4. |
Bħalissa, il-mudell ta’ governanza tal-ilma (it-tixrid u n-nuqqas ta’ korpi superviżorji ġerarkiċi u l-opaċità burokratika) huwa ineffiċjenti. Hemm ħtieġa urġenti li jinstab mudell ġdid ta’ governanza għall-ekosistemi idrawliċi, b’mod partikolari dawk li jinvolvu diversi Stati Membri. Hemm bosta awtoritajiet fis-settur tal-ilma b’responsabbiltajiet fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ilma, b’viżjonijiet u objettivi konfliġġenti u, xi drabi, b’responsabbiltajiet li jikkoinċidu. Il-KESE jipproponi lill-Kummissjoni li għandu jkun hemm qafas ta’ governanza tal-baċiri tax-xmajjar b’korpi politiċi u tekniċi fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar biex jiġu żgurati, bl-akbar effiċjenza, gwida politika ġenerali u ġestjoni teknika, kif ukoll l-involviment tal-partijiet interessati kollha permezz ta’ mekkaniżmi effettivi ta’ parteċipazzjoni. |
|
6.5. |
B’mod partikolari, il-KESE jipproponi mudell ta’ governanza li huwa kemm politiku kif ukoll tekniku, demokratiku u miftuħ, immirat lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ aċċess universali għall-ilma tax-xorb ta’ kwalità tajba bi prezzijiet affordabbli għall-pubbliku. Il-KESE jipproponi li għandu jkun hemm “kumitati ta’ governanza” magħmula minn membri mill-pajjiżi kollha kkonċernati, bil-kompitu ta’ ġestjoni politika u r-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess bejn il-pajjiżi. Dawn il-kumitati ta’ governanza tal-baċiri idrografiċi għandhom jiġu assistiti minn kumitat tekniku ta’ esperti u jipprovdu l-ġestjoni teknika tal-baċiri idrografiċi. Il-“kumitat ta’ governanza” għandu jistabbilixxi pubblikament u b’mod rigoruż il-ġerarkija tar-responsabbiltajiet bejnu u l-entitajiet differenti li jeżistu fil-pajjiżi involuti fil-baċir idrografiku sabiex ma jkunx hemm inkompatibbiltajiet u l-ebda konfużjoni rigward ir-responsabbiltajiet. Flimkien mal-kumitat ta’ governanza tal-baċiri idrografiċi għandu jopera “kunsill konsultattiv”. Dan il-kunsill ikun magħmul minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari organizzazzjonijiet ambjentali, klimatiċi u tal-konsumatur u l-imsieħba soċjali, u jkollu r-rwol li jkollu djalogu ċivili strutturat mal-“kumitat ta’ governanza” u jgħin biex jiġu solvuti kunflitti potenzjali ta’ interess. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.ohchr.org/en/water-and-sanitation
(2) https://digitallibrary.un.org/record/687002
(3) Ara wkoll l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-indirizzar tal-faqar enerġetiku u r-reżiljenza tal-UE: l-isfidi minn perspettiva ekonomika u soċjali” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Ċeka) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 88).
(4) Li jikkomplementaw il-monitoraġġ stabbilit fid-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (id-Direttiva (UE) 2020/2184).
(5) ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1. “Jidentifikaw persuni mingħajr aċċess, jew b’aċċess limitat, għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluż gruppi vulnerabbli u emarġinati, u r-raġunijiet għal tali nuqqas ta’ aċċess” https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32020L2184
(6) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament tal-ilma mormi urban COM(2022) 541 final, 2022/0345 (COD).
(7) Ara wkoll: https://www.aquapublica.eu/article/news/access-water-and-sanitation-must-be-priority-commission-action-plan-implement-pillar
(8) Kif enfasizzat ukoll, fost l-oħrajn, fil-messaġġi u r-rakkomandazzjonijiet tal-politika tas-Summit ta’ Budapest dwar l-Ilma tal-2016 (https://www.budapestwatersummit.hu/hu/Vilagtalalkozo/Letoltheto_dokumentumok), u l-Appell ta’ Budapest għas-Summit dwar l-Ilma tal-2019 (https://www.budapestwatersummit.hu/en/Summit/Budapest_Appeal).
(9) Riżoluzzjoni 64/292: The human right to water and sanitation (Id-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità) (2010), https://www.un.org/waterforlifedecade/human_right_to_water.shtml (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) https://sdgs.un.org/sites/default/files/2023-03/Closing%20press%20release_waterconference_FINAL_24Mar.pdf.
(11) Riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (2018).
(12) Proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (2022).
(13) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-integrazzjoni tal-politika tal-ilma fil-politiki Ewropej l-oħra” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Ungeriża) (ĠU C 248, 25.8.2011, p. 43).
(14) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini “L-Ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità!”(COM(2014) 177 final) (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 12, 15.1.2015, p. 33).
(15) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017) 753 final — 2017/0332(COD)) (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 107).
(16) https://right2water.eu/
(17) https://data.worldbank.org/indicator/SH.H2O.SMDW.ZS?locations=EU (sena ta’ referenza: 2020). Il-perċentwal ta’ persuni li ma jużawx l-ilma tax-xorb minn sors imtejjeb li huwa aċċessibbli fuq il-post, disponibbli meta meħtieġ u ħieles mill-kontaminazzjoni fekali u kimika ta’ prijorità. Sorsi tal-ilma mtejba jinkludu ilma bil-pajpijiet, spieri jew tubewells, bjar imħaffra protetti, għejun protetti, u ilma ppakkjat jew ikkonsenjat.
(18) https://data.worldbank.org/indicator/SH.H2O.BASW.ZS?locations=EU (sena ta’ referenza: 2020). Dan l-indikatur jinkludi kemm persuni li jużaw servizzi bażiċi tal-ilma kif ukoll dawk li jużaw servizzi tal-ilma ġestiti b’mod sikur. Is-servizzi bażiċi tal-ilma tax-xorb huma definiti bħala ilma tax-xorb minn sors imtejjeb, sakemm il-ħin tal-ġbir ma jkunx aktar minn 30 minuta għal vjaġġ bir-ritorn. Sorsi tal-ilma mtejba jinkludu ilma bil-pajpijiet, spieri jew tubewells, bjar imħaffra protetti, għejun protetti, u ilma ppakkjat jew ikkonsenjat.
(19) Eurostat, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/sdg_06_10/default/table?lang=mt https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/demo_pjan/default/table?lang=en.
(20) Eurostat, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/sdg_06_20/default/table?lang=mt https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/demo_pjan/default/table?lang=en.
(21) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_mdho05/default/table?lang=mt
(22) https://fra.europa.eu/mt/content/fra-opinions-eu-midis-ii-roma
(23) https://www.europarl.europa.eu/news/en/headlines/society/20200918STO87401/roma-what-discrimination-do-they-face-and-what-does-eu-do.
(24) http://www.errc.org/uploads/upload_en/file/thirsting-for-justice-march-2017.pdf.
(25) https://eeb.org/wp-content/uploads/2020/04/Pushed-to-the-Wastelands.pdf.
(26) https://www.eea.europa.eu/publications/water-resources-across-europe-confronting
(27) L-ewwel seduta dwar “Wasal iż-żmien għal Patt Blu”, 27 ta’ Frar 2023.
(28) https://www.preventionweb.net/understanding-disaster-risk/risk-drivers/poverty-inequality
(29) Eureau, The governance of water services in Europe (Il-governanza tas-servizzi tal-ilma fl-Ewropa), 2020 (mhux disponibbli bil-Malti) https://www.eureau.org/resources/publications/5268-the-governance-of-water-services-in-europe-2020-edition-2/file.
(30) https://smartwatermagazine.com/news/locken/water-ranking-europe-2020
(31) https://circabc.europa.eu/sd/a/0070b535-5a6c-4ee4-84ba-6f6eb1682556/Public%20Consultation%20Report.pdf
(32) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(33) https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/blue_deal_fiasconaro.pdf
(34) https://www.oecd-ilibrary.org/sites/e1b8a4b6-en/index.html?itemId=/content/component/e1b8a4b6-en
(35) https://www.eureau.org/resources/publications/eureau-publications/5824-europe-s-water-in-figures-2021/file
(36) https://www.wareg.org/documents/affordability-in-european-water-systems/, https://www.oecd.org/env/resources/15425332.pdf
(37) Ir-Rapporteur Speċjali ppropona tariffa b’diversi stadji: l-ewwel stadju għandu jkun affordabbli, u saħansitra b’xejn f’ċerti ċirkostanzi, b’konformità mad-dritt tal-bniedem għall-ilma; it-tieni stadju għandu jkun tariffa għall-irkupru tal-kost; u t-tielet stadju bi prezzijiet ħafna ogħla, li jiġġenera sussidju trażversali minn lussu għal użi bażiċi u jipprevjeni l-isfruttament żejjed ta’ din ir-riżorsa. Il-KESE jqis li d-definizzjoni tal-valuri ta’ kull stadju għandha tiġi stabbilita minn kull Stat Membru jew saħansitra minn kull servizz tal-ilma u tas-sanità.
(38) “Risks and impacts of the commodification and financialisation of water on the human rights to safe drinking water and sanitation” (Ir-riskji u l-impatti tal-kommodifikazzjoni u l-finanzjalizzazzjoni tal-ilma fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità), Rapport imressaq quddiem is-76 Assemblea Ġenerali tan-NU mir-Rapporteur Speċjali dwar id-dritt tal-bniedem għall-ilma tax-xorb u s-sanità, Pedro Arrojo Agudo, A/76/159 (mhux disponibbli bil-Malti).
(39) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1) (Direttiva Qafas dwar l-Ilma).
(40) B’mod ġenerali, it-tnixxijiet u t-telf jirreferu għal ilma fiżikament mitluf u ilma mhux iffatturat, u wieħed dejjem għandu jżomm f’moħħu li xi ftit mill-ilma mhux iffatturat huwa madankollu awtorizzat. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta bilanċ idriku.
(41) Hawnhekk, fil-każ ta’ telf, ma aħniex qed nirreferu għall-konsum awtorizzat mhux iffatturat.
(42) Dan huwa l-valur ta’ mira tipiku li jintuża fil-Portugall. Pajjiżi oħra tal-UE jista’ jkollhom valuri fil-mira differenti, iżda l-valur innifsu ma għandu l-ebda rilevanza għall-iżvilupp tal-idea tagħna.
(43) Enrique Ortega de Miguel u Andrés Sanz Mulas, “Water Management in Córdoba (Spain): A Participative, efficient and Effective Public Model in Reclaiming Public Water” (Il-Ġestjoni tal-Ilma f’Córdoba (Spanja): Mudell Pubbliku Parteċipattiv, Effiċjenti u Effettiv fir-Reklamazzjoni tal-Ilma Pubbliku), TNI ed., 2005 (mhux disponibbli bil-Malti).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/69 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Kif nistgħu nidħlu f’kuntatt mal-pubbliku destinatarju u nużaw b’mod effettiv ir-riżultati tal-ħidma tal-panels taċ-ċittadini?”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/11)
|
Relatur: |
Christophe QUAREZ |
|
Konsultazzjoni |
Opinjoni fuq inizjattiva proprja, 23.1.2023 |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
21.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
780 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
163/4/8 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jfakkar li d-demokrazija parteċipattiva tista’ biss tikkomplementa d-demokrazija rappreżentattiva, li tibqa’ l-pilastru fundamentali tas-sistemi politiċi tagħna. Fil-fehma tal-KESE, it-tisħiħ mill-ġdid tal-fiduċja fil-politika jirrikjedi li jittejjeb kontinwament il-mod li bih taħdem id-demokrazija fl-UE, b’mod partikolari billi jiġu żviluppati mekkaniżmi parteċipattivi u deliberattivi miftuħin għaċ-ċittadini, li jibnu fuq is-sett eżistenti ta’ strumenti tal-UE. F’dan ir-rigward, huwa jtenni li l-fehma ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta eluf ta’ membri għandha tgħodd ħafna aktar minn dik ta’ ċittadin individwali. |
|
1.2. |
Fl-Istati Membri kollha, inkisbet esperjenza tad-demokrazija parteċipattiva bis-saħħa tal-panels taċ-ċittadini, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ għodod diġitali. Inizjalment limitati għal kwistjonijiet lokali jew reġjonali, il-kontributi mill-panels taċ-ċittadini għad-dibattiti pubbliċi koprew gradwalment l-oqsma kollha ta’ politika, bħal fl-Irlanda (iż-żwieġ għal kulħadd u l-abort) u fi Franza (il-konvenzjoni taċ-ċittadini dwar il-klima), jew pereżempju bil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. |
|
1.3. |
Bħala d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata u rappreżentattiva, il-KESE għandu għarfien espert speċifiku u jipprovdi forum uniku u permanenti għad-djalogu ċivili, li fih jiġu proposti soluzzjonijiet abbażi ta’ kunsens fost il-partijiet interessati differenti. Bħala tali, għandu jkollu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ strumenti parteċipattivi. |
|
1.4. |
Il-KESE, bħala l-vuċi istituzzjonali stabbilita tas-soċjetà ċivili organizzata u rappreżentattiva, għandu jkun fil-qalba tal-proċess tat-tisħiħ tad-demokrazija parteċipattiva fl-istituzzjonijiet Ewropej. Għalhekk, qed jiġi propost li permezz tal-esperimentazzjoni tiġi kkunsidrata l-firxa ta’ strumenti parteċipattivi li l-KESE jista’ jagħmel użu minnhom, bħall-panels taċ-ċittadini, fil-ħidma konsultattiva tiegħu. F’dan il-każ, jeħtieġ li r-Regoli ta’ Proċedura tal-KESE jiġu adattati biex jinkorporaw dan l-approċċ. |
|
1.5. |
Bħala parti minn din ir-riflessjoni, il-KESE jista’ janalizza r-rwol il-ġdid tiegħu fl-iżvilupp tal-għarfien espert dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-demokrazija parteċipattiva. B’mod partikolari, il-Bureau tal-KESE jista’ jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet bħall-kamp ta’ applikazzjoni u l-metodoloġija tal-parteċipazzjoni tal-gruppi taċ-ċittadini fil-ħidma tal-KESE, kif ukoll is-suġġetti li dwarhom għandhom jiġu kkonsultati l-panels taċ-ċittadini. Il-KESE jqis li huwa utli li jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma apposta bil-għan li jiddetermina kwalunkwe arranġament meħtieġ, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji u wara li ssir deliberazzjoni u tittieħed deċiżjoni mill-Bureau tal-KESE (1). Dan il-grupp ta’ ħidma jista’ jaħdem, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet, bħal dawn li ġejjin:
|
|
1.6. |
Il-KESE jimpenja ruħu favur id-dimensjoni deliberattiva tal-panels taċ-ċittadini, li jkunu involutu fil-ħidma tiegħu b’mod komplementari, u b’hekk jiġi arrikkit is-sett ta’ għodod parteċipattivi eżistenti tal-UE. |
2. It-tiġdid demokratiku indispensabbli
|
2.1. |
Is-soċjetajiet Ewropej huma kważi kollha sistemi demokratiċi rappreżentattivi. Huma rappreżentattivi għaliex il-metodu tal-għażla ta’ min jiggverna huwa bbażat prinċipalment fuq l-elezzjonijiet b’vot dirett universali, inklużi l-elezzjonijiet parlamentari iżda wkoll l-elezzjonijiet presidenzjali. |
|
2.2. |
Is-seklu 21 huwa kkaratterizzat fl-Ewropa minn nuqqas dejjem jikber ta’ fiduċja fil-politiċi u fl-azzjoni tagħhom, bi gradi differenti ta’ intensità skont il-pajjiż. Id-demokraziji qodma u ġodda jidhru li qed jonqsu, kif muri mill-Brexit, mid-diffikultajiet iffaċċjati mid-demokraziji Ewropej biex ilaħħqu mal-pandemija tal-COVID-19, mill-movimenti ta’ protesta tal-Indignatos u tal-gilets jaunes, li nqatgħu mill-mezzi istituzzjonali ta’ espressjoni demokratika, u miż-żieda ta’ populiżmu awtoritarju. Barra minn hekk, ir-rivoluzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda inkoraġġixxiet id-diżintermedjazzjoni u d-deregolamentazzjoni tar-relazzjonijiet politiċi. |
|
2.3. |
Tliet indikaturi oġġettivi jkejlu r-reċessjoni demokratika prevista mill-perspettiva tal-kriżi tal-leġittimità demokratika li qed nosservaw fl-Ewropa: żieda fl-astensjoni; żieda fil-volatilità elettorali; u tnaqqis fin-numru tal-membri fil-partiti politiċi. Dawn l-indikaturi oġġettivi huma kkomplementati minn indikaturi suġġettivi bħat-tnaqqis tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi. |
|
2.4. |
Fil-fehma tal-KESE, biex terġa’tissaħħaħ il-fiduċja fil-politika jenħtieġ titjib fil-mekkaniżmi demokratiċi. Dan ifisser l-ewwel nett li d-demokrazija rappreżentattiva, li hija l-bażi tas-sistema politika tagħna, trid issib nifs ġdid. |
|
2.5. |
Barra minn hekk, l-arranġamenti parteċipattivi jew deliberattivi jistgħu jgħinu biex tissaħħaħ ir-rabta bejn iċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom, u biex ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom ikunu effettivi. |
|
2.6. |
Il-KESE jirrimarka li f’demokrazija rappreżentattiva, iċ-ċittadini kollha huma fil-libertà li jinvolvu ruħhom billi jingħaqdu mal-partit politiku, it-trade union jew l-assoċjazzjoni tal-għażla tagħhom. Għalhekk, din il-libertà hija l-ewwel garanti ta’ sistema demokratika. |
3. Hemm bżonn li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tiġi istituzzjonalizzata?
|
3.1. |
L-għadd ta’ skemi parteċipattivi żdied b’mod esponenzjali fl-Ewropa, fejn twettqu eluf ta’ esperimenti, l-ewwel fil-livell lokali jew reġjonali, b’mod partikolari b’baġits parteċipattivi, u mbagħad dwar suġġetti ambjentali, soċjetali jew istituzzjonali fil-livell reġjonali jew nazzjonali. |
|
3.2. |
M’għadhomx ikunu l-istrutturi lokali biss li jiġu istituzzjonalizzati fil-liġijiet u r-regolamenti ta’ ħafna pajjiżi, qed jiġu istituzzjonalizzati wkoll l-iżjed skemi innovattivi. |
|
3.3. |
Dan huwa l-każ fil-Belġju, fejn il-kunsilli permanenti ta’ ċittadini magħżula b’mod aleatorju għadhom kif inħolqu bil-liġi fi Brussell. Bl-istess mod, fl-Irlanda, fejn l-assembleji taċ-ċittadini, xi drabi flimkien ma’ referenda, illegalizzaw iż-żwieġ għal kulħadd u l-abort, jew fi Franza bl-organizzazzjoni tal-konvenzjonijiet taċ-ċittadini dwar il-klima u t-tmiem tal-ħajja. |
|
3.4. |
Fil-livell Ewropew, l-akbar eżerċizzju ta’ demokrazija parteċipattiva u deliberattiva sal-lum kien il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li fi ħdanha ġew organizzati erba’ panels taċ-ċittadini Ewropej biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jirriflettu flimkien dwar il-futur li jridu għall-Unjoni Ewropea. Il-KESE kien involut formalment f’din l-inizjattiva. Huwa jilqa’ l-fatt li dan il-proġett pilota qed jiġi evalwat bir-reqqa sabiex ikunu jistgħu jittieħdu tagħlimiet dwar kif jistgħu jittejbu inizjattivi futuri possibbli. |
|
3.5. |
B’mod partikolari, il-KESE jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ viżibbiltà u interess f’din il-konferenza fl-Istati Membri, kif ukoll dwar il-konfużjoni dwar l-objettivi tagħha. |
|
3.6. |
Fir-rapport finali (2) tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-proposta 36 dwar l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, u l-proposta 39 dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, jagħtu lill-KESE mandat ċar biex isaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tiegħu bħala garanti u faċilitatur tal-attivitajiet tad-demokrazija parteċipattiva, bħad-djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini. Mil-lat istituzzjonali, il-KESE jinsab f’pożizzjoni ideali biex jaqdi rwol fit-tisħiħ tad-demokrazija parteċipattiva, billi jaġixxi b’mod koerenti u komprensiv. |
|
3.7. |
L-UE diġà għandha sett elaborat ta’ strumenti ta’ parteċipazzjoni tal-UE, li jinkludu, pereżempju, l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, id-Djalogi taċ-Ċittadini u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, il-Petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, u l-Ombudsman Ewropew. Barra minn hekk, fit-tħejjija ta’ inizjattivi leġiżlattivi, il-Kummissjoni torganizza konsultazzjonijiet pubbliċi bl-għan li tagħti lill-partijiet ikkonċernati – inklużi ċ-ċittadini – l-opportunità li jsemmgħu leħinhom dwar suġġett partikolari. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi huma ankrati fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar u jsiru permezz tal-portal Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni. |
|
3.8. |
L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), li nħolqot fl-2012, hija waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin tad-demokrazija parteċipattiva fil-livell tal-UE. Din tippermetti li grupp ta’ ċittadini jpoġġu kwistjoni fuq l-aġenda tal-korpi leġiżlattivi Ewropej. |
|
3.9. |
Iżda l-erba’ IĊE li rnexxielhom jiġbru l-miljun firma meħtieġa biex il-Kummissjoni Ewropea twieġeb kellhom impatt relattivament żgħir s’issa, bi proposti leġiżlattivi adottati bħala segwitu għall-inizjattivi “Id-dritt għall-ilma” u “Projbizzjoni tal-glifosat”, u proposta mħabbra għall-2023 biex jiġu pprojbiti l-gaġeġ għall-annimali kollha. Fil-fehma tal-KESE, l-IĊE ma tissodisfax bis-sħiħ l-aspettattivi u għalhekk bla dubju trid tiġi riformata, u l-KESE għandu jkun involut fir-riforma. |
|
3.10. |
Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ġiet iffaċilitata minn pjattaformi diġitali. L-Internet għamilha possibbli li s-soċjetà ċivili tiġi involuta fuq skala kbira u li jiġu involuti gruppi pubbliċi li kienu ’l bogħod minn dan it-tip ta’ approċċ, b’mod partikolari ż-żgħażagħ. |
|
3.11. |
Madankollu, filwaqt li l-qasam diġitali jgħin biex jiffaċilita u jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-parteċipazzjoni, għandu wkoll il-limitazzjonijiet tiegħu. Il-konsultazzjonijiet online jippermettu l-ġbir ta’ fehmiet iżda mhux dejjem għal deliberazzjoni reali. |
|
3.12. |
Il-ħolqien ta’ panels taċ-ċittadini futuri sostenibbli jeħtieġ komponent online b’saħħtu – element ewlieni għal diskussjonijiet transnazzjonali li jinvolvu l-akbar għadd possibbli ta’ ċittadini. Abbażi tal-esperjenza u t-tagħlimiet miksuba mill-pjattaforma multilingwi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-KESE jipproponi li tinħoloq pjattaforma online/app mobbli multilingwi mtejba. Dan jippermetti parteċipazzjoni ferm akbar milli huwa possibbli f’avvenimenti wiċċ imb wiċċ, dment li l-għodda online tkun imfassla biex tkun aċċessibbli għall-akbar numru possibbli ta’ ċittadini. L-avvenimenti fiżiċi jibqgħu għodda komplementari importanti għall-konsultazzjonijiet online, iżda għandhom ikunu limitati għal għadd raġonevoli u mmirati ħafna lejn suġġetti attwali ta’ interess orizzontali. Għandhom jiġu allokati riżorsi adegwati għall-ħolqien ta’ tali pjattaforma diġitali bl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku (3). |
|
3.13. |
Fil-fehma tal-KESE, għandha titqajjem il-kwistjoni tar-rappreżentattività u l-għarfien espert tal-kontributi taċ-ċittadini għad-dibattitu pubbliku. Il-fehma ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta eluf ta’ membri tgħodd daqs l-espressjoni ta’ ċittadini iżolati? |
|
3.14. |
Il-KESE jfakkar li l-valur miżjud tal-Opinjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tiegħu jirriżulta mill-bini ta’ kunsens fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata, u l-bini ta’ pontijiet bejn l-interessi diverġenti tad-diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà. |
|
3.15. |
It-termini ta’ referenza għall-konsultazzjoni taċ-ċittadini għandu jkun ċar. Għall-KESE, huwa essenzjali li jiġi ċċarat, fi stadju bikri, kif il-kontributi mitlubin se jiġu integrati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
3.16. |
Kwalunkwe proċess ta’ involviment ġenwin maċ-ċittadini jeħtieġ mekkaniżmu ta’ feedback biex tiġi żgurata l-leġittimità tiegħu. Għalhekk huwa tant importanti li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi mekkaniżmu għall-monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet magħmula miċ-ċittadini. Dan għandu jsir billi tinħoloq tabella ta’ valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika u mbagħad tintuża biex jiġi ddeterminat is-segwitu għall-proposti, kif mitlub mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. |
|
3.17. |
Il-KESE għandu jitqies bħala strument importanti biex jitnaqqas id-defiċit demokratiku tal-UE, titnaqqas id-distanza u tiġi promossa identità politika Ewropea fost iċ-ċittadini tagħha. |
4. Ir-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-organizzazzjoni tal-konsultazzjoni taċ-ċittadini
|
4.1. |
Id-dispożizzjoni fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għal “djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili” għandha tiġi implimentata bis-sħiħ fl-oqsma kollha ta’ azzjoni tal-Unjoni. |
|
4.2. |
Matul is-snin, il-KESE saħħaħ il-pożizzjoni tal-inizjattivi taċ-ċittadini u l-viżibbiltà tagħhom fil-ħidma ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet. Mit-tnedija tal-IĊE ’l hawn, il-KESE organizza konferenza annwali ta’ livell għoli fl-okkażjoni tal-Jum l-IĊE. Il-Grupp Ad Hoc dwar l-IĊE tal-KESE twaqqaf biex jipprovdi gwida politika dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini u jimmonitorja l-iżviluppi f’dan il-qasam. |
|
4.3. |
Il-KESE jipprovdi wkoll informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini. Il-pubblikazzjoni l-aktar mifruxa tiegħu, il-“Passaport Demokratiku Ewropew”, saret sors popolari ta’ informazzjoni għall-pubbliku ġenerali u hija ppreżentata u użata f’diversi avvenimenti organizzati mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
4.4. |
Ir-rwol istituzzjonali tal-KESE għandu jissaħħaħ u l-korp innifsu jkollu l-kompetenza ta’ rappreżentant stabbilit tas-soċjetà ċivili organizzata biex jipprovdi pariri għat-tfassil ta’ politki tal-UE, iżda wkoll bħala faċilitatur u garanti ta’ attivitajiet ta’ demokrazija parteċipattiva bħal djalogu strutturat ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u panels taċ-ċittadini. Soċjetà ċivili mimlija ħajja hija kruċjali għall-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea. |
|
4.5. |
Bħala d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata, il-KESE għandu għarfien espert speċifiku u jipprovdi forum uniku u permanenti għad-djalogu ċivili, li fih jiġu proposti soluzzjonijiet abbażi ta’ kunsens fost il-partijiet interessati differenti. Il-membri tiegħu għandhom mandat mill-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom. |
|
4.6. |
L-esperjenza tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ġġenerat aspettattivi u titlob li l-istituzzjonijiet Ewropej jipprovdu segwitu adatt għal din il-konsultazzjoni. |
|
4.7. |
Il-KESE jimpenja ruħu favur id-dimensjoni deliberattiva tal-panelstaċ-ċittadini, li jkunu involuti fil-ħidma tiegħu, b’mod komplementari għall-konsultazzjonijiet online imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea, li huma strument siewi imma ma jippermettux dibattitu dirett bejn il-partijiet interessati li jikkontribwixxu. |
|
4.8. |
Fil-manifest tal-President tal-KESE, ser jiġu stabbiliti panels taċ-ċittadini qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2024, li jikkontribwixxu għal riżoluzzjoni trasversali tas-sezzjonijiet kollha tal-KESE li tinkludi t-talbiet ewlenin tal-KESE għall-PE l-ġdid u l-Kummissjoni l-ġdida. |
|
4.9. |
Barra minn hekk, bħala parti miċ-Ċiklu ta’ Djalogu tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-KESE għall-2023, ġie stabbilit grupp ta’ ħidma dwar il-“Panels taċ-Ċittadini” bħala parti minn djalogi tematiċi regolari bejn il-membri tal-KESE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti tal-Grupp ta’ Kuntatt, kif previst fl-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-KESE 2022-2027. Ir-riżultat ta’ dan id-djalogu ser ikun dokument ta’ riflessjoni li jista’ jikkontribwixxi għall-inizjattivi tal-KESE mmirati lejn il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. |
|
4.10. |
Bħala parti minn din ir-riflessjoni, il-KESE jista’ jistudja r-rwol il-ġdid tiegħu fl-iżvilupp ulterjuri tal-għarfien espert tiegħu dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-demokrazija parteċipattiva. B’mod partikolari, il-Bureau tal-KESE huwa l-korp li jista’ jieħu deċiżjonijiet rigward kwistjonijiet bħall-kamp ta’ applikazzjoni u l-metodoloġija għall-involviment tal-panels taċ-ċittadini fil-ħidma tal-KESE, kif ukoll is-suġġetti li dwarhom se jiġu kkonsultati l-panels taċ-ċittadini. |
|
4.11. |
Ser ikollhom jiġu allokati fondi speċifiċi, riżorsi umani u għodda diġitali għal din ir-responsabbiltà ġdida tal-KESE. |
|
4.12. |
Għandha tiġi speċifikata firxa ta’ regola applikabbli għall-kampjun tal-pubbliku mtella’ bil-polza: il-modus operandi, il-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet mal-media, ir-relazzjoni bejn il-KESE jew il-grupp ta’ ħidma rilevanti tiegħu u l-kampjun tal-pubbliku. |
|
4.13. |
Il-KESE jqis li huwa utli li jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma apposta bil-għan li jiddetermina kwalunkwe arranġament meħtieġ, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji u wara li ssir deliberazzjoni u tittieħed deċiżjoni mill-Bureau tal-KESE (4). Dan il-grupp ta’ ħidma jista’ jaħdem, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet, bħal dawn li ġejjin:
|
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Kif ġie nnutat fl-istudju tal-KESE, “Nagħmlu lill-KESE faċilatur u garanti tal-attivitajiet tad-demokrazija parteċipattiva, inkluż djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini” (2023), kwalunkwe forma ġdida ta’ attività tal-KESE fir-rigward tad-demokrazija parteċipattiva għandha tingħata ż-żmien, ir-riżorsi u l-attenzjoni li teħtieġ biex tkun effettiva.
(2) Ara r-Rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.
(3) Kif ġie nnutat fl-istudju tal-KESE, “Nagħmlu lill-KESE faċilatur u garanti tal-attivitajiet tad-demokrazija parteċipattiva, inkluż djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini” (2023), id-domanda għad-diġitalizzazzjoni hija ovvja, madankollu għandhom jiġu allokati riżorsi li jippermettu l-parteċipazzjoni fiżika.
(4) Kif ġie nnutat fl-istudju tal-KESE, “Nagħmlu lill-KESE faċilatur u garanti tal-attivitajiet tad-demokrazija parteċipattiva, inkluż djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-panels taċ-ċittadini” (2023), kwalunkwe forma ġdida ta’ attività tal-KESE fir-rigward tad-demokrazija parteċipattiva għandha tingħata ż-żmien, ir-riżorsi u l-attenzjoni li teħtieġ biex tkun effettiva.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/74 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Industriji intensivi fl-użu tal-ilma u teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/12)
|
Relatur: |
Paul RÜBIG |
|
Korelatur: |
John BRYAN |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
22.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
200/0/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Bħala parti mill-Patt Blu tal-UE, hemm bżonn urġenti li l-UE tiżviluppa politika ġdida tal-UE dwar l-ilma, li tinkludi politika komprensiva ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma għall-industrija u tibbaża fuq it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-ilma, it-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, u tinkludi enfasi fuq l-industriji intensivi fl-użu tal-ilma u fuq l-introduzzjoni u l-użu inkrementali ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Minħabba r-rabta bejn l-enerġija, l-ilma u l-materja prima kritika, il-politika dwar l-ilma għandha ssir wieħed mill-pilastri tal-istrateġija industrijali tal-UE. |
|
1.2. |
L-UE għalhekk teħtieġ pjan direzzjonali li jappoġġja lill-industriji biex isiru effiċjenti fl-użu tal-ilma b’mod inkrementali, bi stadji intermedji u approċċ settorjali, waqt li titqies b’mod sħiħ ir-rabta bejn l-enerġija, l-ilma u l-materja prima kritika. Dan jirrikjedi reviżjoni tal-Istrateġija Industrijali tal-UE u tad-dokumenti tal-perkors għat-tranżizzjoni tagħha fis-sentejn li ġejjin. Dan l-approċċ settorjali għandu jinkorpora l-karatteristiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma u l-isfidi tal-ilma speċifiċi għal kull settur u jkun ibbażat fuq approċċ ta’ prospettiva b’għażliet, valutazzjoni tal-impatt u tar-riskju b’analiżi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja. |
|
1.3. |
Fid-dawl tal-iżvilupp tas-settur emerġenti tat-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma, qasam li fih l-UE jista’ jkollha rwol prominenti, politika komprensiva tal-UE dwar l-ilma għandha tkun akkumpanjata minn pjan ambizzjuż ta’ finanzjament tal-UE biex l-industrija tkun tista’ tagħmel l-investimenti essenzjali f’teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Għandhom jiġu adottati inċentivi pożittivi ta’ finanzjament bħal krediti tat-taxxa, rati ogħla ta’ deprezzament u mekkaniżmi oħra. Jistgħu jiġu kkunsidrati mezzi innovattivi ta’ finanzjament, bħall-finanzjament kollettiv, biex jikkomplementaw l-appoġġ pubbliku. |
|
1.4. |
Jeħtieġ li l-UE tkun minn ta’ quddiem nett fid-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma, u jeħtieġ ukoll tistabbilixxi reputazzjoni globali bħala żona ta’ produzzjoni b’impronta tal-ilma żgħira. It-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma jikkostitwixxu settur industrijali li huwa parti mit-teknoloġiji nodfa. Bħala tali, it-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma għandhom ikunu wkoll effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Peress li t-teknoloġija nadifa bħala tali tikkostitwixxi ekosistema industrijali, il-KESE jissuġġerixxi li fis-sentejn li ġejjin jinħoloq perkors għat-tranżizzjoni lejn din l-ekosistema, b’miri ambizzjużi iżda realistiċi, inkluż pjan għall-ġestjoni u l-ħiliet. |
|
1.5. |
Hemm bżonn ta’ enfasi akbar fuq il-konsum tal-ilma, ir-riċiklaġġ u l-isforzi ta’ ġbir tal-ilma fil-proċessi ta’ approvazzjoni għal installazzjonijiet industrijali ġodda, u enfasi fuq sistemi ta’ inċentivi għal proġetti ta’ ffrankar tal-ilma f’impjanti eżistenti. Madankollu, industriji differenti għandhom ħtiġijiet differenti tal-użu tal-ilma, u għandhom anke opportunitajiet differenti biex isiru effiċjenti fl-użu tal-ilma. Il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” għandu jiġi kkombinat ma’ dritt għal attivitajiet ekonomiċi li jikkunsmaw l-ilma, u anke jiġi akkopjat ma’ impenn min-naħa tal-industrija biex l-effiċjenza fl-użu tal-ilma tittejjeb b’mod inkrementali permezz ta’ pjan direzzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma. |
|
1.6. |
Id-domanda, il-konsum u l-ħżin tal-ilma jeħtieġ li jingħataw prijorità ħafna akbar fl-istrateġiji tal-UE għall-iżvilupp ekonomiku tas-setturi industrijali. Il-KESE jenfasizza r-rwol ewlieni tal-ilma fl-ekonomija ċirkolari. |
|
1.7. |
Peress li l-użu tal-ilma jvarja madwar l-UE u minn settur għal ieħor, hemm bżonn li tiġi rreġistrata u rrappurtata d-data dwar l-użu tal-ilma fl-industrija fl-Istati Membri kollha, u li jiġu mmappjati t-teknoloġiji eżistenti. Hemm ukoll il-ħtieġa li tinġabar din id-data fil-livell tal-impjanti, peress li dan huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ proċessi effiċjenti fl-użu tal-ilma. Id-drittijiet tal-proprjetà industrijali jeħtieġ li jiġu allinjati mar-rekwiżiti applikabbli tat-trasparenza tad-data. |
|
1.8. |
L-UE għandha tikkunsidra li tistabbilixxi Pjattaforma tal-Patt Blu għar-rappreżentanti tal-industrija u tal-agrikoltura u għaċ-ċittadini sabiex timmassimizza l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni fir-rigward tal-proċess tal-iżvilupp ta’ politika ġdida dwar l-ilma. Din il-konsultazzjoni permanenti għandha b’mod partikolari tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakli leġiżlattivi għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma fil-proċessi industrijali u agrikoli u mill-unitajiet domestiċi, u tikkontribwixxi għal aġġornament regolari tal-pjani ta’ azzjoni li għandhom jiġu stabbiliti — bħall-perkorsi għat-tranżizzjoni għall-industrija. |
2. Introduzzjoni u kummenti ġenerali
|
2.1. |
B’mod ġenerali, ir-riżorsi tal-ilma għal kull abitant huma relattivament kbar fl-Ewropa, iżda b’differenzi sinifikanti bejn it-Tramuntana tal-Ewropa/l-Ewropa Ċentrali u r-reġjuni tan-Nofsinhar. Xi wħud mill-isfidi ewlenin li jikkonċernaw iċ-ċikli tal-ilma jinkludu: 1) perjodi itwal ta’ nixfa segwiti minn xita qawwija u għargħar, li t-tnejn jillimitaw l-aċċess għal ilma nadif u li jista’ jintuża; 2) żieda fil-konsum tal-ilma bħala konsegwenza ta’ popolazzjoni li qed tikber jew li hija aktar ikkonċentrata u żvilupp ekonomiku, kif ukoll żieda fid-domanda għall-ilma għall-użu industrijali, agrikolu u privat; u 3) żieda fit-tniġġis tas-sorsi tal-ilma minħabba nuqqas ta’ trattament tal-effluwenti. Firxa wiesgħa ta’ sustanzi niġġiesa ġodda bħall-mikroplastiċi, is-sustanzi farmaċewtiċi, eċċ. qed jsibu ruħhom fis-sorsi tal-ilma, u, sa ċertu punt, huma identifikati biss ladarba jkunu akkumulaw f’livelli dannużi. Iridu jiġu identifikati, indirizzati u implimentati miżuri biex jiġu indirizzati dawn it-tliet oqsma ewlenin ta’ sfidi. |
|
2.2. |
L-istress idriku huwa ta’ tħassib ewlieni li kulma jmur qed jiżdied fl-Ewropa. Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), medja ta’ madwar 20 % tat-territorju Ewropa u 30 % tal-Ewropej jintlaqtu minn stress idriku (1) kull sena. L-użu mhux sostenibbli tal-ilma huwa t-teħid tal-ilma mir-riżorsi naturali b’rata aktar mgħaġġla minn kif jista’ jinradd lura min-natura. Madwar 60 % tal-bliet Ewropej kbar (b’aktar minn 100 000 abitant) għandhom 140 miljun ruħ li jgħixu f’żoni ta’ tali sfruttar żejjed tal-ilma ta’ taħt l-art jew fiż-żoni tal-madwar tagħhom (2). Fattur essenzjali huwa l-impatt negattiv fuq il-provvista tal-ilma minn episodji ta’ għargħar ikkawżati minn xita qawwija relatata mal-klima (bliet kbar spiss jiddependu mis-sorsi tal-ilma ta’ taħt l-art alimentati mix-xmajjar). |
|
2.3. |
F’ħafna reġjuni tan-Nofsinhar tal-Ewropa, matul perjodi ta’ nixfa jeħtieġ li jsiru għażliet bejn iż-żamma tal-użu tal-ilma għall-industrija, l-agrikoltura u l-użu tal-ilma għall-unitajiet domestiċi. F’ċerti żoni hemm riskju li l-industriji jiġu spustati lil hinn miż-żoni milqutin mill-istress idriku, u dan iwassal għal telf ta’ impjieg u ekonomiji destabbilizzanti u bidliet industrijali. |
|
2.4. |
Il-politika tal-UE dwar l-ilma għandha t-tendenza li tikkonċentra fuq il-qafas legali għall-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma, b’enfasi fuq it-tniġġis u l-prevenzjoni. Il-politiki eżistenti ewlenin tal-UE dwar l-ilma li għandhom impatt fuq l-industrija jinkludu d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero bħala parti mill-Patt Ekoloġiku tal-UE. Madankollu, id-dimensjoni tal-ilma bilkemm tissemma fil-perkorsi tranżitorji industrijali tal-UE jew fir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022. |
|
2.5. |
Il-viżjoni tal-UE għal tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tal-industrija u l-ekosistemi tagħha ma tagħmel l-ebda referenza għall-ilma. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku (3) ssemmi l-provvista tal-ilma u s-sistema tad-drenaġġ bħala setturi ewlenin għat-tranżizzjoni ekoloġika f’nota f’qiegħ il-paġna, iżda d-dokument ma fih l-ebda referenza ulterjuri għall-ilma. Jeħtieġ li l-UE tindirizza l-politika dwar l-ilma bl-istess determinazzjoni li biha indirizzat il-kriżi klimatika. |
3. Il-ħtieġa li l-ilma jiġi integrat fil-politika industrijali tal-UE waqt li jiġi adottat approċċ settorjali
|
3.1. |
Il-politika dwar l-ilma u l-ġestjoni tal-ilma jiġu applikati b’mod differenti ħafna f’bosta Stati Membri tal-UE, u dan joħloq diffikultajiet sinifikanti għaċ-ċittadini u l-industriji. Peress li 60 % tal-ilma tal-wiċċ tal-UE huwa transfruntiera, għandha tiġi kkunsidrata politika komuni tal-UE għall-ilma. |
|
3.2. |
F’Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew adotta l-konklużjoni li ġejja: “Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-Konferenza tan-NU tal-2023 dwar l-Ilma u l-Aġenda ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Ilma. Huwa jirrikonoxxi l-ħtieġa għal azzjoni msaħħa tal-UE u dinjija dwar l-ilma u jissottolinja l-importanza ta’ approċċ strateġiku tal-UE għas-sigurtà tal-ilma” (4). |
|
3.3. |
Jeħtieġ li l-UE tippreżenta politika komprensiva għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma għall-industrija u li tkun ibbażata fuq it-tnaqqis, l-irkupru, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, b’enfasi fuq l-industriji intensivi fl-użu tal-ilma u l-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Il-ġerarkija kaskata tal-ilma jrid ikollha prijorità. |
|
3.4. |
L-industriji kollha jiddependu mill-ilma. L-industrija tirrappreżenta madwar 40 % tal-estrazzjoni totali tal-ilma fl-Ewropa (5). L-industriji ewlenin intensivi fl-użu tal-ilma fl-UE jinkludu l-estrazzjoni mill-minjieri u l-barrieri, il-manifattura, il-produzzjoni tal-elettriku, il-kostruzzjoni, il-kimiki, l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u x-xorb, it-tessuti, il-karta u l-polpa, il-farmaċewtika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inklużi ċ-ċentri tad-data, l-industrija tal-karozzi, l-azzar, il-fertilizzanti, u t-trasport. Madankollu, id-data dwar l-astrazzjonijiet u l-użu tal-ilma fl-UE hija antika u fqira. Strateġija tal-UE għall-ilma fl-industrija jeħtieġ li tkun ibbażata fuq data miġbura fil-livell tal-UE, bl-involviment tal-Eurostat, biex tippermetti ħarsa ġenerali wiesgħa u komprensiva. Hemm ukoll il-ħtieġa li tinġabar din id-data fil-livell tal-impjanti, peress li dan huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ proċessi effiċjenti fl-użu tal-ilma. Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija qed taħdem fuq pjattaforma ta’ interoperabbiltà għal maħżen tad-data globali. |
|
3.5. |
Hemm ħtieġa ċara għal approċċ integrat tal-UE għall-politiki dwar l-ilma li jinkludi koordinazzjoni aħjar tal-ħafna rekwiżiti leġiżlattivi li jirriżultaw minn diversi setturi u użi, inklużi s-setturi industrijali. Barra minn hekk, hija meħtieġa ħafna aktar ambizzjoni politika biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-ilma u jitnaqqsu t-tniġġis u l-konsum tal-ilma fl-industriji Ewropej, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni inkrementali ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Madankollu, huwa meħtieġ approċċ settorjali, peress li l-possibbiltà għal effiċjenza akbar fl-użu tal-ilma tvarja ħafna bejn is-setturi, skont id-disponibbiltà ta’ teknoloġiji adattati għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma. |
|
3.6. |
Fir-rigward tas-setturi industrijali differenti, jeħtieġ li titwettaq analiżi bir-reqqa fil-livell Ewropew biex jiġu stabbiliti parametri referenzjali, linji gwida u sistemi ta’ rappurtar għall-iżvilupp sostenibbli futur taċ-ċikli tal-ilma. Għandu jiġi rikonoxxut li fl-Unjoni Ewropea diġà jeżistu ċerti riżorsi li jindirizzaw iċ-ċikli tal-ilma fl-industrija direttament jew indirettament, bħall-istudju tal-2021 dwar il-Perspettivi tal-Ekonomija Ċirkolari fis-Settur tat-Tessuti tal-UE (6), iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu koperti s-setturi industrijali differenti kkonċernati. Il-KESE jappella għal reviżjoni tal-perkorsi tranżitorji industrijali fis-sentejn li ġejjin biex tiġi inkluża d-dimensjoni tal-effiċjenzja fl-użu tal-ilma u pjan direzzjonali ambizzjuż iżda realistiku biex l-effiċjenza fl-użu tal-ilma tiżdied b’mod inkrementali. |
|
3.7. |
Hemm bżonn ta’ enfasi akbar fuq il-konsum tal-ilma u fuq l-isforzi ta’ riċiklaġġ tal-ilma fil-proċessi ta’ approvazzjoni għal installazzjonijiet industrijali ġodda, u enfasi fuq sistemi ta’ inċentivi għal proġetti ta’ ffrankar tal-ilma f’impjanti eżistenti. Madankollu, industriji differenti għandhom ħtiġijiet differenti fir-rigward tal-użu tal-ilma u opportunitajiet/possibbiltajiet differenti biex isiru effiċjenti fl-użu tal-ilma. Il-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” għandu jiġi kkombinat ma’ dritt għal attivitajiet ekonomiċi jikkunsmaw l-ilma. Dan id-dritt għandu jiġi rikonoxxut bil-kundizzjoni li l-installazzjoni industrijali timpenja ruħha li ttejjeb b’mod inkrementali l-effiċjenza fl-użu tal-ilma tagħha permezz ta’ pjan direzzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma, imkejjel mill-parametru referenzjarju industrijali. |
|
3.8. |
L-industriji se jkunu qed jiffaċċjaw pressjoni dejjem akbar biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom u jtejbu l-effiċjenza tar-riżorsi tal-ilma, inkluż kemm l-użu dirett kif ukoll indirett tal-ilma. Bħal fil-każ tad-dekarbonizzazzjoni u l-enerġija, ħafna industriji jiffaċċjaw il-ħtieġa għal investimenti fuq skala kbira biex jagħmlu l-proċessi ta’ produzzjoni u l-ktajjen tal-valur tagħhom aktar effiċjenti fl-użu tal-ilma u biex inaqqsu l-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-ilma. |
|
3.9. |
Fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tal-ilma, huwa essenzjali li l-industriji li joperaw fl-UE jibqgħu kompetittivi u ma jkollhomx żvantaġġ fil-konfront ta’ nħawi oħra tad-dinja fejn jiġu adottati politiki inqas responsabbli u inqas restrittivi, li jnaqqsu l-produzzjoni, l-output u l-impjieg fl-UE mingħajr ma jsir progress fir-rigward tal-ilma f’livell globali. Jeħtieġ li nipproteġu l-prodotti u s-servizzi futuri li jsiru fl-UE u li jikkunsidraw l-aspetti tal-ilma minn importazzjonijiet inqas effiċjenti fl-użu tal-ilma. |
4. Teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma li jippermettu ġestjoni sostenibbli tal-ilma
|
4.1. |
L-adozzjoni b’suċċess ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma fl-industrija u f’oqsma oħra hija essenzjali biex il-politika sostenibbli tal-UE dwar l-ilma tirnexxi. Dawn it-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma għandhom il-potenzjal li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-użu tal-ilma u jippromovu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, kif ukoll itejbu l-kwalità tal-ilma u jimminimizzaw l-iskariku tal-ilma mormi. Is-sigurtà tal-provvista volatili tal-ilma għandha tiżdied permezz ta’ sistemi mfassla tajjeb għaż-żamma tal-ilma (tax-xita u l-għargħar). |
|
4.2. |
Diġà jeżistu diversi teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Xi wħud mit-teknoloġiji ewlenin li huma effiċjenti fl-użu tal-ilma u li qed jintużaw bħalissa fl-industrija jinkludu: ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-ilma — it-trattament u l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi f’operazzjonijiet industrijali, li jnaqqsu d-domanda għall-ilma ħelu; il-valutazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi industrijali biex jitnaqqas l-użu tal-ilma u jiġi minimizzat l-iskart; l-applikazzjoni ta’ stadju ta’ osmosi inversa minflok stadju ta’ skambju ta’ joni għall-ilma li jintuża biex jalimenta s-sistema tat-tisħin sabiex jitnaqqas il-kontenut ta’ melħ fl-iskariku tal-ilma mormi wara r-riġenerazzjoni; filtrazzjoni b’membrana — it-tneħħija tal-impuritajiet mill-ilma biex ikun jista’ jerġa’ jintuża għal skopijiet industrijali; l-estrazzjoni mid-drenaġġ u mill-ilma mormi; attrezzaturi ta’ fluss baxx — it-tnaqqis tal-użu tal-ilma fil-bini permezz tal-installazzjoni ta’ viti tal-ilma, showerheads u toilets effiċjenti fl-użu tal-ilma; it-tisqija bid-dripp u l-agrikoltura ta’ preċiżjoni — il-minimizzazzjoni tal-użu tal-ilma fl-agrikoltura u l-ottimizzazzjoni tar-rendiment tal-għelejjel; it-trattament anaerobiku tal-ilma mormi (produzzjoni ta’ gass bi proċess bijolġiku fin-nuqqas ta’ ossiġnu għall-produzzjoni tal-enerġija — l-użu ta’ mikroorganiżmi biex jiddiżintegraw is-sustanzi niġġiesa fl-ilma mormi li jipproduċi effluwent li jista’ jerġa’ jintuża); il-ġbir u l-ħżin tal-ilma tax-xita għall-użu fit-tisqija, it-tindif jew użi oħra mhux għax-xorb; sistemi b’ċirkwit magħluq — il-minimizzazzjoni tal-użu tal-ilma u l-iskart permezz tar-riċiklaġġ tal-ilma tal-proċess fi ħdan proċess industrijali; sostituzzjoni tal-materjali — bl-użu ta’ materjali alternattivi li jirrikjedu inqas ilma għall-produzzjoni u li għandhom impronta tal-ilma aktar żgħira. |
|
4.3. |
Ħafna industriji diġà jużaw teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Pereżempju, meta wieħed iħares lejn l-industrija tal-ħalib, eżempju tajjeb huwa dak tal-Irlanda, fejn l-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib għandhom valur ta’ EUR 6,8 biljun minn 11-il biljun litru ta’ ħalib ipproċessati kull sena. Tirlan, l-akbar kooperattiva tal-ħalib tal-bdiewa fl-Irlanda, tieħu madwar 11 000 m3 ta’ ilma kuljum mix-xmara lokali u mill-ispieri fl-akbar impjant tal-ipproċessar tagħha f’Ballyragget, Co. Kilkenny. Madankollu, minħabba t-teknoloġiji tal-ipproċessar u tat-trattament tal-ilma, l-impjant fil-fatt jirritorna madwar 14 500 m3 ta’ ilma nadif kuljum lejn ix-xmara Nore tal-lokal, li hija Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni. Dan ifisser li l-impjant tal-ħalib jirriġenera madwar 30 % addizzjonali ta’ ilma nadif lura fix-xmara lokali. Dan l-ilma rritornat huwa ta’ kwalità tant tajba li maż-żmien għen biex titjieb il-kwalità tax-xmara u għen biex jinżamm l-istatus tax-xmara bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni u bħala Żona ta’ Protezzjoni Speċjali. Kien hemm investiment sinifikanti fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi u f’teknoloġiji adatti. |
|
4.4. |
L-industrija tat-tessuti, għalkemm iddominata mill-produzzjoni Asjatika, timpjega aktar minn 1,6 miljun ruħ fl-UE. Is-settur għandu impatt kbir fuq ir-riżorsi tal-ilma. It-tessuti fihom ħafna sustanzi niġġiesa potenzjali li jidħlu fiċ-ċiklu tal-ilma fil-fażi tal-użu tat-tessuti, u għalhekk jeħtieġ li jiġu indirizzati b’qafas regolatorju b’saħħtu. Dawn jinkludu mikropartijiet ta’ fibri, aġenti/kimika biex irendu prodott reżistenti għall-ilma u kuluri tat-tessuti. Barra minn hekk, jista’ jiġi antiċipat li l-iskarsezza tal-ilma fil-pajjiżi tal-produzzjoni se jkollha impatt dejjem akbar fuq l-ispejjeż u l-limitazzjonijiet fuq il-kapaċitajiet. Hemm bżonn li wieħed jifhem il-ktajjen tal-valur u l-flussi tal-materjali fl-Ewropa u madwar id-dinja. Hemm ukoll sfidi u obbligi futuri li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar tat-tessuti wara l-fażi tal-konsum. |
|
4.5. |
Il-qafas regolatorju tal-aspetti rilevanti għall-ilma tal-ekonomija ċirkolari għandu jibni fuq l-istrateġija tal-UE għal tessuti sostenibbli, u jiġi żviluppat f’aktar dettall fi stadju bikri. L-Istrateġija ssemmi l-ħtieġa li tiġi żviluppata ekonomija ċirkolari iżda ma tindirizzax b’mod espliċitu l-ħtieġa għar-riżorsi tal-ilma. Madankollu, ma hemm l-ebda dubju li l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari fl-industrija tat-tessuti se tirrikjedi ammonti kbar ta’ ilma. L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-edukazzjoni relatati maċ-ċiklu tal-ilma, flimkien mal-finanzjament rispettiv tal-gvern, huma kruċjali. Jeħtieġ li jiġu definiti wkoll miri u limiti għad-domanda għall-ilma ħelu, li għandha tiġi minimizzata bl-ottimizzazzjoni tal-proċessi (riċiklaġġ). Barra minn hekk, l-UE għandha tikkunsidra li tistabbilixxi pjan direzzjonali biex gradwalment issir it-tranżizzjoni lejn mira ta’ skariku żero, li tal-inqas tindirizza l-firxa ta’ kontenut potenzjali ta’ tniġġis. |
|
4.6. |
Eżempju ieħor huwa l-industrija tal-karta li wriet potenzjal kbir għal miżuri mmirati biex jimminimizzaw jew saħansitra jevitaw l-impatti negattiv fuq is-sorsi tal-ilma. L-industrija tal-karta fl-Ewropa diġà għandha standard relattivament tajjeb għall-użu tal-ilma (7), iżda hemm lok għal aktar titjib. Dan jista’ jintlaħaq billi tiżdied l-implimentazzjoni tal-proċessi tal-użu mill-ġdid tal-ilma, jiġu implimentati l-aktar teknoloġiji ġodda ta’ trattament u tiġi stabbilita mira potenzjali ta’ skariku qrib iż-żero, fi ħdan skeda ta’ żmien ambizzjuża iżda realistika. L-appoġġ tal-gvern għall-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-industrija tal-karta fl-Ewropa u miżuri biex jottimizzaw l-użu tal-ilma jistgħu jwasslu għal vantaġġ ekonomiku. Pereżempju, l-għarfien espert fl-ottimizzazzjoni tal-użu tal-ilma fl-industrija tal-karta diġà huwa fattur ekonomiku għall-produzzjoni Ewropea tal-makkinarju, u s-soluzzjonijiet identifikati ġew implimentati f’setturi oħra. Fi nħawi oħra tad-dinja, siti kbar ta’ impjanti tal-produzzjoni tal-karta kellhom jagħlqu minħabba l-impatt negattiv għall-aħħar tagħhom fuq l-ilma fiż-żona tal-madwar. |
|
4.7. |
L-industriji tal-ilma (ix-xogħlijiet relatati mal-ilma u l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi) għandhom jikkostitwixxu infrastruttura kritika li tkun kemm newtrali (jew saħansitra pożittiva) fir-rigward tal-klima u l-enerġija, kif ukoll ċibersigura. Jeżistu eżempji tajbin fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha. Min-naħa l-oħra, ir-reġjuni b’riżorsi tal-ilma limitati ħafna għandhom potenzjal kbir għal titjib (ġestjoni, desalinizzazzjoni, ċirkolarità tal-ilma, effiċjenza). |
|
4.8. |
Bl-istess mod bħall-isfida tal-klima u l-enerġija li qed tiġi indirizzata fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE permezz tar-rekwiżiti tal-iżolament u l-modifika retroattiva tal-bini, għandha tiġi introdotta politika dwar il-ġbir u l-użu mill-ġdid tal-ilma fil-bini l-ġdid kollu. Għall-industrija, trid tiġi żviluppata politika dwar l-użu tal-ilma griż (ilma domestiku mormi mingħajr drenaġġ) għall-ilma mhux maħsub għax-xorb. Pereżempju, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) żviluppa linji gwida tekniċi għall-applikazzjoni ta’ prinċipji ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent marbuta ma’ sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma (8). Madankollu, huma meħtieġa applikazzjonijiet aktar sistematiċi ta’ teknoloġiji eżistenti u ġodda, u dawn għandhom jiġu implimentati billi jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu sħiħ tal-ilma. |
|
4.9. |
Jeħtieġ li l-UE tkun minn ta’ quddiem nett fid-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma kif ukoll tistabbilixxi reputazzjoni globali bħala żona ta’ produzzjoni b’impronta tal-ilma żgħira. L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp se jkunu essenzjali, l-istess bħar-rwol ta’ ġestjoni u l-ħiliet tal-industrija tal-ilma. Se jkunu meħtieġa professjonijiet ġodda u ħaddiema mħarrġa speċjalizzati fil-qasam tal-ilma biex jappoġġjaw l-għarfien espert u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda tal-użu tal-ilma, inkluż l-użu tal-IA f’dan il-qasam. L-UE tista’tkun minn ta’ quddiem nett fil-produzzjoni blu u s-suq tat-trattament tal-ilma industrijali, b’enfasi fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda b’livell għoli ta’ ħiliet fl-Ewropa. L-għarfien espert relatat mal-proċessi tal-iffrankar tal-ilma se jkun kompetenza ewlenija u indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) għall-industrija fil-futur. It-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma jikkostitwixxu settur industrijali li huwa parti minn teknoloġiji nodfa. Peress li t-teknoloġija nadifa tikkostitwixxi ekosistema minnha stess, il-KESE jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ perkors ta’ tranżizzjoni lejn din l-ekosistema fis-sentejn li ġejjin, b’miri ambizzjużi iżda realistiċi, inkluż pjan għall-ħiliet. |
|
4.10. |
Il-konsultazzjoni u l-involviment tal-mexxejja u r-rappreżentanti tal-industrija huma essenzjali għall-formulazzjoni ta’ politika sostenibbli tal-UE dwar l-ilma. Barra minn hekk, hija meħtieġa wkoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-UE fl-implimentazzjoni tal-politika dwar l-ilma. F’ħafna setturi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix l-użu mill-ġdid tal-ilma, u b’hekk tipprevjeni l-proċess tal-ekonomija ċirkolari. Biex tegħleb dan, jeħtieġ li l-UE tintroduċi rekwiżiti minimi għall-kwalità u l-monitoraġġ tal-ilma. Għal dan l-għan, tista’ tiġi stabbilita Pjattaforma tal-Patt Blu għall-industrija tal-UE u għar-rappreżentanti tal-agrikoltura u ċ-ċittadini, li fiha jkunu jista’ jsir skambju ta’ ideat u kwistjonijiet relatati mal-kondiviżjoni tal-ilma, l-użi u l-innovazzjoni tal-proġetti. Il-pjattaforma tkun tista’ tinkorpora strutturi mil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE. L-għan ta’ din il-Pjattaforma tal-Patt Blu tal-UE jkun li tgħin lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi meħtieġa dwar il-politika tal-ilma malajr kemm jista’ jkun. Huwa importanti wkoll li jiżdied id-djalogu dwar l-ilma mal-istituzzjonijiet lokali u nazzjonali sabiex jitħeġġu l-għarfien, l-informazzjoni u l-edukazzjoni strutturati u ffokati fuq l-azzjoni dwar l-importanza strateġika tal-ilma bħala riżorsa skarsa. Din il-konsultazzjoni permanenti tista’ tiffaċilita wkoll it-tneħħija ta’ ostakli leġiżlattivi għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma fil-proċessi industrijali u agrikoli u mill-unitajiet domestiċi. |
|
4.11. |
Politika komprensiva tal-UE dwar l-ilma għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ finanzjament tal-UE daqstant ieħor ambizzjuż sabiex l-industrija u l-awtoritajiet muniċipali jkunu jistgħu jagħmlu l-investiment essenzjali f’teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Għandhom jiġu introdotti inċentivi pożittivi ta’ finanzjament bħal krediti tat-taxxa, rati ogħla ta’ deprezzament u mekkaniżmi oħra. L-għodod u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament ekoloġiku (eż. il-kriterji ambjentali, soċjali u ta’ governanza, u t-Tassonomija) jeħtieġ li jiġu kkomplementati b’dimensjonijiet akbar u aktar profondi tal-użu tal-ilma. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://www.eea.europa.eu/highlights/water-stress-is-a-major
(2) https://www.eea.europa.eu/publications/92-9167-025-1/page003.html
(3) COM/2023/62 final.
(4) Laqgħa tal-Kunsill Ewropew (23 ta’ Marzu 2023) — Konklużjonijiet.
(5) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Archive:Water_use_in_industry&oldid=196132
(6) Repożitorju tal-pubblikazzjonijiet tal-JRC — Circular Economy Perspectives in the EU Textile sector (europa.eu) (Perspettivi tal-Ekonomija Ċirkolari fis-Settur tat-Tessuti tal-UE (mhux disponibbli bil-Malti)).
(7) https://www.africapulpaper.com/en/articles/water-usage-in-paper-mills
(8) https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC129596
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/80 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-ġestjoni tal-ilma sostenibbli u l-emerġenza klimatika: iċ-ċirkolarità u soluzzjonijiet oħra għas-sistema agroalimentari tal-UE fil-‘Patt Blu’ futur”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/13)
|
Relatur: |
Josep PUXEU ROCAMORA |
|
Korelatur: |
John COMER |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
23.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
28.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
181/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
It-tibdil fil-klima qed ibiddel ix-xejriet tax-xita fl-Unjoni Ewropea, b’impatt konsegwenti fuq l-ammont ta’ ilma disponibbli għall-agrikoltura. Dan iwassal mhux biss għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-għelejjel, iżda wkoll għal żieda fil-kompetizzjoni bejn l-użi konsumattivi differenti (il-popolazzjoni, l-industrija u l-agrikoltura). Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-bniedem qed jaffettwaw ukoll il-kwalità tal-ilma, u qed jikkawżaw żieda fil-preżenza ta’ nutrijenti u sustanzi niġġiesa. |
|
1.2. |
Il-politika Agrikola Komuni, l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Istrateġija għall-Bijodiversità kollha stabbilew objettivi għall-ksib ta’ produzzjoni sostenibbli tal-ikel u għall-protezzjoni tal-ekosistemi. Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, is-settur agroalimentari jeħtieġ iż-żamma taż-żoni rurali u l-istrutturi tal-produzzjoni, l-appoġġ għall-produtturi fil-livell lokali, il-ġestjoni sostenibbli tal-art u tal-ilma kif ukoll l-awtonomija strateġika miftuħa. L-ilma huwa riżorsa fundamentali għall-produzzjoni tal-ikel u għalhekk l-iżgurar tal-aċċess għal ilma ta’ kwalità suffiċjenti u l-ġestjoni sostenibbli tiegħu huma essenzjali biex tiġi garantita produzzjoni tal-ikel adegwata u sostenibbli fl-Unjoni Ewropea. L-iskemi kollha tal-PAK għandhom jinkoraġġixxu ġestjoni sostenibbli u effiċjenti tal-ilma, billi jinkorporaw indikaturi f’kull Stat Membru sabiex jiġi mmonitorjat il-progress fil-ġestjoni tal-ilma. |
|
1.3. |
Il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma trid tiffoka fuq il-ġestjoni tal-provvista, filwaqt li tieħu miżuri biex tiżgura d-disponibbiltà tal-ilma għall-utenti kollha. Il-ġestjoni tal-provvista trid neċessarjament tinvolvi l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza, it-tnaqqis tat-telf, il-prijoritizzazzjoni tal-użi, l-eliminazzjoni tal-użi illegali, l-adozzjoni ta’ miżuri biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistema kollha u, fl-aħħar nett, l-adozzjoni ta’ sett ta’ approċċi f’konformità mal-istrateġiji biex tiġi kkonsolidata biżżejjed produzzjoni tal-ikel fl-UE. |
|
1.4. |
Il-KESE jitlob standards apposta dwar l-użu tal-ilma f’diversi setturi ekonomiċi, pereżempju l-agrikoltura u l-industrija, billi tinbena struttura ta’ governanza biex jiġu żviluppati linji gwida settorjali dwar l-użu tal-ilma, li għandha tinkludi lill-KESE. |
|
1.5. |
It-teknoloġiji għandhom rwol deċiżiv fl-iżgurar tal-ilma għall-produzzjoni agrikola. Iridu jiġu pprovduti riżorsi baġitarji adegwati u suffiċjenti għar-riċerka u l-adattament tal-għarfien fil-ġenomika, immirati lejn l-iżvilupp ta’ għelejjel li huma aktar reżistenti u adattati għall-kundizzjonijiet klimatiċi. Se jkunu meħtieġa wkoll riżorsi għall-promozzjoni ta’ tekniki ġodda ta’ trasformazzjoni tal-ilma, bħall-użu mill-ġdid u d-desalinizzazzjoni. F’dan ir-rigward, il-KESE jipproponi li jiġu promossi l-miżuri meħtieġa biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda, mentri jiġu rispettati l-ekosistemi li jinsabu fihom u tingħata prijorità lill-kunsiderazzjonijiet ambjentali. |
|
1.6. |
Il-prezzijiet tal-enerġija jikkundizzjonaw l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, li t-tħaddim tagħhom huwa marbut mill-qrib mal-użu tal-fjuwils fossili. Il-KESE jappella għad-dekarbonizzazzjoni tal-agrikoltura, l-aġġustament tal-prezzijiet agrikoli fis-settur primarju, u l-użu intensiv ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-enerġija u l-ilma u l-ikel. |
|
1.7. |
It-tibdil fil-klima jimplika temperaturi ogħla, żieda fl-evapotraspirazzjoni, u żieda konsiderevoli f’avvenimenti estremi tat-temp, li jikkawżaw nixfiet, għargħar, maltempati u nirien. Dawn il-problemi huma distruttivi ħafna għall-produzzjoni tal-għelejjel u tal-bhejjem. Huwa meħtieġ pjan strateġiku li juża l-għarfien espert xjentifiku u teknoloġiku biex jiżgura li l-ilma sikur ikun disponibbli għall-agrikoltura fl-UE kollha. Iridu jitħejjew pjani speċifiċi għaż-żoni lokali u r-reġjuni li jsofru minn nixfa u għargħar persistenti. Se jkunu meħtieġa baġit speċjali awtonomu u linji baġitarji ta’ appoġġ, kif ukoll Regolament tal-UE li jidderieġi r-riżorsi biex jippermettu u jiffaċilitaw pjani ċentrali, reġjonali u lokali għall-provvista ta’ ilma adegwat. Pjani bħal dawn għandhom jiżguraw il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ infrastruttura tal-ilma adattata għall-iskop tagħha fil-partijiet kollha tal-UE. |
2. Il-kuntest tal-agrikoltura Ewropea
|
2.1. |
L-għan ta’ din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja huwa li tanalizza l-interazzjonijiet bejn l-ilma u l-agrikoltura fil-livell tal-UE fir-rigward tal-emerġenza klimatika u l-impatt fuq is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-ikel fil-futur. L-Opinjoni tqajjem punti għal riflessjoni dwar l-impatt ta’ avvenimenti estremi tat-temp u l-effetti tad-diversi politiki u regoli tal-UE. Din tiddeskrivi l-urġenza tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma kif ukoll il-problemi speċifiċi li jaffettwaw l-ilma fl-agrikoltura tal-UE u tressaq proposti biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-ikel tal-UE kif ukoll il-kwalità u l-kwantità tal-provvisti tal-ilma tagħha sabiex jintlaħaq dan l-objettiv. |
|
2.2. |
L-agrikoltura hija settur strateġiku fl-Unjoni Ewropea, lil hinn mill-importanza soċjoekonomika tagħha. Huwa stmat li 30 % taż-żona agrikola produttiva tal-UE tissaqqa, għalkemm dan il-perċentwal huwa ogħla fl-Istati Membri tan-Nofsinhar minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari tagħhom, u jilħaq 70 % f’xi reġjuni (1). |
3. L-iskarsezza tal-ilma u l-isfidi ewlenin għas-sistema agroalimentari tal-UE
|
3.1. |
Il-produzzjoni agrikola tiddependi mid-disponibbiltà tal-ilma. L-agrikoltura, min-naħa tagħha, għandha impatt kemm fuq il-kwantità kif ukoll fuq il-kwalità tal-ilma, kemm permezz ta’ tniġġis diffuż permezz tal-użu ta’ fertilizzanti u pestiċidi, kif ukoll billi tikkawża intrużjoni tal-melħ f’akwiferi kostali sfruttati żżejjed. Huwa stmat li 20 % tal-art tal-Ewropa u 30 % tal-popolazzjoni tagħha huma affettwati mill-iskarsezza tal-ilma kull sena (2), u l-istress fuq l-ilma mistenni jiżdied b’mod sinifikanti fil-livell tal-UE matul l-għaxar snin li ġejjin (3). |
|
3.2. |
Skont data mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, ir-riżorsi tal-ilma rinnovabbli fil-livell tal-UE naqsu minn 3 219 km3 fl-2010 għal 2 833 km3 fl-2020 (4). Din is-sitwazzjoni se tiġi affettwata b’mod negattiv miż-żieda mistennija fit-temperaturi u minn evapotraspirazzjoni ogħla, li se taggrava d-domanda għall-ilma għall-agrikoltura u l-kompetizzjoni bejn l-użi differenti. |
|
3.3. |
Matul dawn l-aħħar 55 sena, l-UE kollha rat tnaqqis ta’ 17 % fir-riżorsi tal-ilma rinnovabbli tagħha per capita (5). Filwaqt li dan jista’ jiġi spjegat parzjalment mit-tkabbir tal-popolazzjoni, huwa minnu wkoll li l-pressjoni mill-attività ekonomika – inkluża l-agrikoltura – u t-tibdil fil-klima qed taggrava l-iskarsezza tal-ilma staġunali u annwali f’ħafna reġjuni tal-UE. |
|
3.4. |
Bejn l-2010 u l-2016, l-ilma tal-wiċċ kien jammonta għal 54 % tal-ilma użat għall-agrikoltura fl-UE, filwaqt li l-ilma ta’ taħt l-art kien jammonta għal 39 %. L-ilma riċiklat ammonta għal 4 % u d-desalinizzazzjoni għal 3 % (6). Dawn il-perċentwali jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor, skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tagħhom. L-impenn għall-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ppurifikat huwa element tal-ekonomija ċirkolari, speċjalment peress li 1 100 hm3 biss ta’ ilma mormi jerġgħu jintużaw fl-UE kull sena (madwar 0,4 % tat-total tal-ilma ħelu maqbud fl-UE) (7). |
|
3.5. |
L-agrikoltura hija kemm kawża ewlenija kif ukoll vittma tal-iskarsezza tal-ilma. Skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), il-biedja tammonta għal kważi 70 % tal-irtirar kollu tal-ilma, u din iċ-ċifra tista’ titla’ sa 95 % f’xi pajjiżi li qed jiżviluppaw (8). Madankollu, f’ħafna pajjiżi, l-effiċjenza tal-irrigazzjoni hija baxxa. |
|
3.6. |
Għalkemm l-impronta tal-ilma tal-produzzjoni agrikola tal-UE qed tonqos, din għadha sinifikanti f’żoni b’intensifikazzjoni agrikola u fejn hemm pressjoni akbar fuq ir-riżorsi tal-ilma. Dan jista’ jżomm lura wkoll l-emerġenza ta’ attivitajiet ta’ diversifikazzjoni bħall-akkwakultura interna u l-algakultura, li jistgħu jipprovdu sorsi ta’ dħul addizzjonali f’ċerti żoni rurali tal-UE, iżda huma soġġetti għad-disponibbiltà ta’ mill-inqas ammont minimu ta’ ilma. |
|
3.7. |
L-iskarsezza tal-ilma qed tbiddel il-kunċett tal-ilma bħala riżorsa, kif ukoll il-mudelli ta’ ġestjoni eżistenti. L-ilma jrid jinftiehem li huwa riżorsa bażika għall-ħajja u għalhekk għandu jiġi ġestit bħala oġġett ekonomiku skars u ta’ valur għoli. Fil-preżent, il-paradigmi ta’ ġestjoni bbażati fuq id-domanda huma diffiċli biex jiġu applikati u jridu jevolvu lejn il-ġestjoni tal-provvista, skont kriterji ta’ sigurtà u sostenibbiltà. |
|
3.8. |
Il-problemi fil-ġestjoni tar-riżorsi mhumiex biss minħabba nuqqas ta’ għodod ta’ ppjanar jew ta’ ġestjoni, jew minħabba interessi konfliġġenti bejn atturi differenti, iżda ħafna drabi huma kkawżati mill-kundizzjoni fqira tal-infrastruttura tal-irrigazzjoni u tas-sistemi tad-drenaġġ, li jwasslu għat-telf tal-ilma u l-użu ineffiċjenti tal-ilma. |
|
3.9. |
L-agrikoltura fl-Istati Membri tan-Nofsinhar tal-UE qed tiffaċċja għadd ta’ sfidi relatati direttament mal-iskarsezza tal-ilma, b’mod partikolari n-nixfiet fit-tul, li huma aktar intensi fir-reġjun tal-Mediterran; disponibbiltà u distribuzzjoni inugwali tal-ilma; kompetizzjoni għall-ilma, speċjalment għall-użu urban u bħala riżultat tal-intensità tat-turiżmu. Fl-Istati Membri tat-Tramuntana tal-UE, il-problema marbuta mat-tniġġis tal-ilma kkawżat mill-agrikoltura intensiva u l-użu ta’ nutrijenti u pestiċidi hija predominanti. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ passaġġi fuq l-ilma u rotot tat-trasport li jeħtieġu flussi minimi biex tinżamm l-effettività tagħhom tintroduċi kompetizzjoni akbar bejn użi alternattivi possibbli ta’ riżorsa dejjem aktar skarsa. |
|
3.10. |
L-awtonomija strateġika miftuħa fis-settur agroalimentari, kif definit preċedentement mill-KESE (9), hija kunsiderazzjoni rilevanti ħafna. Jistgħu jintużaw indikaturi differenti biex tiġi kkwantifikata l-awtonomija alimentari tal-UE. Madankollu, għalkemm ir-rata tal-awtonomija tal-ikel tal-UE hija għolja, id-determinazzjoni tagħha hija ġeneralizzata żżejjed, peress li tvarja ħafna skont it-tipi differenti ta’ ikel u reġjuni, b’defiċits sinifikanti fil-produzzjoni taċ-ċereali, il-fażola tas-sojja u ż-żjut veġetali. |
|
3.11. |
Fir-rapport ta’ Prospettiva Strateġika tagħha tal-2021, il-Kummissjoni Ewropea tindika li “l-iżgurar ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli u reżiljenti” huwa wieħed mill-oqsma strateġiċi ewlenin biex tissaħħaħ it-tmexxija tal-UE, billi ssemmi l-ħtieġa li jsir investiment fl-innovazzjoni biex jiġu ssalvagwardjati sistemi tal-ikel reżiljenti u sostenibbli. |
|
3.12. |
L-użu effiċjenti tal-ilma aħdar, mifhum bħala l-parti tax-xita li tinħass u tinfiltra fl-art, għandu jiġi żgurat. Ir-rwol ewlieni tal-ħamrija fil-filtrazzjoni u l-assorbiment tal-ilma jrid jissaħħaħ billi jiġu appoġġjati l-politiki ta’ riġenerazzjoni tal-ħamrija. |
|
3.13. |
Id-deċiżjoni li tintgħażel ekonomija ċirkolari fir-rigward tal-użu tal-ilma (ir-riċiklaġġ tal-ilma iswed jew l-ilma mormi urban għat-tisqija) u għal sistemi aktar teknoloġiċi (desalinizzazzjoni) hija l-mudell favorit f’xi Stati Membri produtturi fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Madankollu, iż-żewġ soluzzjonijiet huma intensivi ħafna f’termini ta’ konsum tal-elettriku u huma potenzjalment ta’ ħsara għall-ħamrija u għall-għelejjel. L-ilma riċiklat għandu jiġi ttrattat kif suppost u l-iżgurar ta’ ilma sikur għall-agrikoltura għandu jkun il-prijorità. Barra minn hekk, l-enerġija meħtieġa ġejja minn sistemi differenti, li mhux dejjem ikunu rinnovabbli. Il-KESE jappella għad-dekarbonizzazzjoni tal-ġestjoni ċirkolari tal-ilma, u l-ġeneralizzazzjoni tal-użu ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija sabiex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-enerġija u l-ilma u l-ikel. |
|
3.14. |
Din id-dipendenza fuq l-elettriku ġiet ippenalizzata fl-2022 miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, li kellha influwenza deċiżiva fuq il-kost tal-produzzjoni, b’mod partikolari fir-reġjuni kostali tal-Mediterran fejn id-defiċit strutturali tal-ilma jagħmel l-użu ta’ dawn is-soluzzjonijiet teknoloġiċi neċessità. |
|
3.15. |
Il-ġestjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ transkonfinali taffettwa mhux biss il-kwantità tar-riżorsa downstream, iżda wkoll il-kwalità tagħha. Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (10) u l-obbligu eżistenti li jiġi stabbilit ippjanar integrat fil-livell tal-baċini tax-xmajjar, huwa ċar li hemm lok għal titjib fil-mekkaniżmi ta’ ġestjoni għal dan it-tip ta’ ilma, jew permezz ta’ korpi speċjalizzati ġodda jew billi tiġi żviluppata aktar il-leġiżlazzjoni regolatorja. |
|
3.16. |
L-emissjonijiet mhux ikkontrollati fil-korpi tal-ilma bħala riżultat ta’ ċerti attivitajiet industrijali għandhom effetti negattivi fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel, kif ukoll huma spiża għas-soċjetà kollha kemm hi. Il-KESE jibqa’ impenjat favur l-iżvilupp ta’ industriji newtrali għall-klima, b’emissjonijiet ikkontrollati, li jġarrbu l-ispejjeż ambjentali tal-produzzjoni tagħhom. |
4. Politiki eżistenti tal-UE u nazzjonali
|
4.1. |
Il-qafas regolatorju ewlieni tal-UE għall-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi tal-ilma u l-agrikoltura jinkludi d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) (11). L-objettivi speċifiċi proposti mill-PAK il-ġdida jinkludu l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ħamrija, l-arja u, naturalment, l-ilma. Barra minn hekk, l-ilma huwa s-suġġett tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 6 tan-Nazzjonijiet Uniti, li l-miri tiegħu huma relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-ilma u l-ġestjoni integrata tal-ilma. |
|
4.2. |
Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tistabbilixxi li l-ilma huwa riżorsa naturali li trid tiġi protetta, ikkonservata u ġestita b’mod sostenibbli. Għal dan l-għan, jiġi stabbilit qafas ta’ ġestjoni, direttament jew taħt konċessjoni, skont it-territorji differenti; dan il-qafas ta’ ġestjoni għandu l-għan li jiżgura ġestjoni tal-ilma integrata u sostenibbli fil-livell tal-UE. |
|
4.3. |
Il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 jalloka total ta’ EUR 386,6 biljun għall-PAK, li għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri differenti u jiġu applikati għal diversi politiki tal-ewwel u t-tieni pilastru. Il-KESE jappella għall-ħolqien ta’ baġit u fondi speċifiċi għall-ilma, kif żviluppat mill-Opinjoni L-ekonomija ta’ “Patt Blu tal-UE” (12). |
|
4.4. |
Il-biċċa l-kbira tal-pagamenti diretti tal-PAK, kif ukoll xi pagamenti tal-Pilastru 2, huma soġġetti għal regoli ta’ kundizzjonalità li jkopru r-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni, u għal standards ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (KAAT) li jimponu prattiki agrikoli sostenibbli, inklużi proċeduri ta’ ġestjoni tal-ilma integrati għall-irrigazzjoni. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-pagamenti nstabu li kienu newtrali fir-rigward tal-irrigazzjoni (13). L-iskemi kollha tal-PAK għandhom jinkoraġġixxu ġestjoni sostenibbli u effiċjenti tal-ilma, billi jinkorporaw indikaturi f’kull Stat Membru sabiex jiġi mmonitorjat il-progress fil-ġestjoni tal-ilma. |
|
4.5. |
Xi Stati Membri jużaw il-finanzjament tal-UE biex jappoġġjaw għelejjel intensivi fl-użu tal-ilma f’żoni taħt stress tal-ilma, mingħajr ma jintroduċu salvagwardji, billi jużaw appoġġ akkoppjat volontarju biex iżommu jew iżidu l-produzzjoni tal-għelejjel f’setturi intensivi fl-użu tal-ilma bħar-ross li huma kkonċentrati ħafna fl-Istati Membri tan-Nofsinhar. Il-KESE jemmen li huwa meħtieġ li jiġu rispettati l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji biex tiġi żgurata mhux biss is-sostenibbiltà iżda wkoll l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tal-ilma. |
|
4.6. |
L-Istati Membri kollha għandhom iżommu reġistru tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art astratt kif ukoll tal-ħżin tal-ilma tal-wiċċ; bl-istess mod, l-utenti tal-ilma jenħtieġ li jkunu meħtieġa jfittxu awtorizzazzjoni qabel l-estrazzjoni jew il-ħżin tal-ilma. L-Istati Membri kollha għandhom isaħħu u jifforzaw is-sistemi ta’ monitoraġġ fis-seħħ biex jidentifikaw u jippenalizzaw l-użu illegali tal-ilma. |
|
4.7. |
Il-Qorti tal-Awdituri tal-UE tqis li l-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma fl-agrikoltura mhumiex irkuprati kompletament, prinċipalment minħabba li l-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi mhumiex riflessi b’mod adegwat fil-prezzijiet tal-ilma. Skont il-Kummissjoni, dan jimplika spiża moħbija għas-soċjetà u jillimita d-dħul potenzjali li jista’ jintuża biex jiffinanzja miżuri mmirati biex jiżguraw l-implimentazzjoni effiċjenti tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. |
|
4.8. |
Il-prinċipju tal-unità tas-suq Ewropew mhuwiex issodisfat fil-każ tal-ilma. L-utenti jħallsu prezzijiet differenti ħafna għal servizzi simili, skont l-Istat Membru u anke skont il-post speċifiku tal-operazzjoni fi Stat Membru. Fid-dawl ta’ din il-kwistjoni, ikun ta’ benefiċċju li tiġi promossa metodoloġija tal-UE għar-razzjonalizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tas-sistemi tal-ipprezzar tal-ilma (14). |
|
4.9. |
B’mod partikolari, il-KESE jappella għal standards dedikati dwar l-użu tal-ilma f’diversi setturi ekonomiċi, bħall-agrikoltura u l-industrija, billi tinbena struttura ta’ governanza biex jiġu żviluppati linji gwida settorjali dwar l-użu tal-ilma, li għandhom jinkludu l-KESE (15). |
|
4.10. |
Iż-żieda medja fil-prezzijiet tal-ikel u tal-input tista’ tiġi attribwita għal diversi ċirkostanzi (16). Madankollu, is-sitwazzjoni inflazzjonarja attwali timplika li l-kontribuzzjonijiet tal-PAK tnaqqsu f’termini reali, b’mod sinifikanti ħafna. Għandhom jittieħdu azzjonijiet baġitarji adegwati biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni u jitreġġa’ lura l-kamp ta’ applikazzjoni ekonomiku tal-objettivi tal-UE. |
5. Proposti, soluzzjonijiet u tweġibiet fit-tul
|
5.1. |
L-iskarsezza tal-ilma u l-emerġenza klimatika huma tnejn mill-akbar sfidi li qed tiffaċċja s-sistema agroalimentari tal-UE llum. Biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa, huma meħtieġa soluzzjonijiet ċirkolari u soluzzjonijiet innovattivi oħra. Il-kunċett tal-Patt Blu ġie propost bħala qafas biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, li jibni fuq l-esperjenza u l-prinċipji tal-Patt Ekoloġiku tal-UE. |
|
5.2. |
L-iżgurar ta’ awtonomija strateġika miftuħa fis-settur agroalimentari fil-livell tal-UE għandu jkun objettiv prijoritarju. Għalhekk jeħtieġ li ssir enfasi fuq iż-żamma tal-produzzjoni agrikola tal-UE, li jiġu żviluppati politiki li jippromovu t-tipi ta’ għelejjel fejn ġew identifikati defiċits, u li tiġi bbilanċjata l-produzzjoni żejda. |
|
5.3. |
Din il-garanzija tal-produzzjoni agrikola neċessarjament tinvolvi l-iżgurar tal-kwantità u l-kwalità tal-ilma, mingħajr ma jiġu abbandunati politiki li jippromovu t-tnaqqis tal-impronta tal-ilma. Il-politiki li jippromovu l-iffrankar tal-ilma fil-produzzjoni se jippermettu li jsiru disponibbli aktar riżorsi, mingħajr ma tiġi affettwata s-sostenibbiltà taċ-ċiklu idroloġiku. |
|
5.4. |
It-tnaqqis tal-impronta fuq l-ilma tal-agrikoltura fl-UE jeħtieġ taħlita ta’ teknoloġiji, prattiki tal-biedja sostenibbli, ġestjoni sostenibbli u effiċjenti tal-ilma, u politiki pubbliċi effettivi li jippromovu s-sostenibbiltà fis-settur agroalimentari. |
|
5.5. |
F’dan il-kuntest, huwa meqjus neċessarju li jiġu promossi aktar politiki li jinċentivaw l-effiċjenza fl-irrigazzjoni u fl-użu tal-ilma b’mod ġenerali, kemm fl-isfera tal-PAK kif ukoll f’fondi oħra tal-UE. Għandu jsir progress fl-implimentazzjoni ta’ prattiki tal-biedja sostenibbli, fl-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu użu aktar effiċjenti tal-ilma, u fl-iżvilupp ta’ għelejjel li huma aktar reżistenti għan-nixfa. Mingħajr ir-riżorsi baġitarji meħtieġa, mhux se jkun possibbli li jinbnew sistemi agroalimentari reżiljenti u sostenibbli fl-Ewropa. |
|
5.6. |
Il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma fiż-żoni rurali, permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri bħar-restawr tal-artijiet mistagħdra, il-ħolqien ta’ żoni ta’ lqugħ u t-titjib tal-kwalità tal-ilma tax-xmajjar u l-lagi, tista’ tgħin biex titnaqqas l-impronta tal-ilma tal-agrikoltura fl-UE. Dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati fil-pjani ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara għad-diversi baċini tax-xmajjar, u l-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-konformità ma’ dawn l-obbligi. |
|
5.7. |
L-innovazzjoni u r-riċerka, iffokati fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u prattiki tal-biedja li huma aktar effiċjenti u sostenibbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-ilma, għandhom jiġu bbaġitjati b’mod adegwat. Huwa importanti wkoll li jiġu żviluppati politiki u prattiki li jippromovu l-agrikoltura ta’ preċiżjoni, il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma, u l-adattament tal-għarfien ġenomiku tal-pjanti u ż-żrieragħ. |
|
5.8. |
It-tnaqqis tal-ħela tal-ikel jista’ jnaqqas l-ammont ta’ ilma meħtieġ għall-produzzjoni tal-ikel. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ kampanji li jinkoraġġixxu l-edukazzjoni tal-konsumatur, ġestjoni mtejba tal-katina tal-provvista, u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għall-preservazzjoni tal-ikel. |
|
5.9. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw politiki trasparenti tal-ipprezzar tal-ilma li jinċentivaw l-effiċjenza u l-iffrankar u jiżguraw li l-kategoriji kollha tal-utenti tal-ilma jikkontribwixxu b’mod adegwat għall-irkupru tal-kostijiet, f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. |
|
5.10. |
Huwa mifhum li l-ipprezzar volumetriku f’livell adegwat jista’ jinċentiva bidla lejn prattiki u teknoloġiji tal-irrigazzjoni effiċjenti fl-użu tal-ilma jew għelejjel li jeħtieġu inqas ilma. Għalhekk, l-Istati Membri li għadhom iżommu l-prattika li jiffatturaw l-ilma għat-tisqija abbażi taż-żona msaqqija jenħtieġ li jabbandunawh gradwalment. |
|
5.11. |
Il-Qorti tal-Awdituri tal-UE sabet li l-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma fl-agrikoltura mhumiex irkuprati kompletament. Raġuni waħda għal dan hija li l-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi (għadhom) mhumiex riflessi fl-ipprezzar tal-ilma. Dan ifisser li hemm għadd kbir ta’ eżenzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-prezzijiet tal-ilma tat-tisqija, li jagħmlu l-ilma għall-agrikoltura irħas milli għal użi oħra. Mingħajr ma neċessarjament ikollhom għalfejn jabbandunaw dan l-approċċ, huwa mifhum li dawn il-politiki ġenerali għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid, billi l-eżenzjonijiet jiġu diretti mill-ġdid lejn inċentivi u premjijiet għall-iffrankar tal-ilma. |
|
5.12. |
Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għandha 23 sena u tfasslet f’kuntest ekonomiku, soċjali u klimatoloġiku li kien differenti ħafna minn dak attwali. Għandha tiġi kkunsidrata kunsiderazzjoni mill-ġdid ta’ xi wħud mill-kontenut tagħha, sabiex id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tkun tista’ ssir strument effettiv li jappoġġja s-sigurtà tal-ikel. |
|
5.13. |
Meta jitqies li, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri huma liberi li jimplimentaw u jinfurzaw l-obbligu li jfittxu awtorizzazzjoni għall-estrazzjoni tal-ilma skont kriterji individwali (fil-livell statali jew reġjonali), instab li din l-eteroġeneità twassal għal nuqqas ta’ kontroll fuq l-aċċess għal ċerti korpi tal-ilma ta’ taħt l-art. Għal din ir-raġuni, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar kriterju aktar selettiv u japplikaw rekwiżiti regolatorji u ta’ kundizzjonalità stretti kemm għall-astrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ kif ukoll għall-ilma ta’ taħt l-art. |
|
5.14. |
Il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ irrigazzjoni jeħtieġ li tissaħħaħ u titħeġġeġ, b’mod partikolari biex jitnaqqas it-telf minħabba tnixxijiet fin-networks u l-evaporazzjoni f’kanali miftuħa u f’pixxini. Il-PAK u l-fondi l-oħra tal-UE għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ strutturi ġodda ta’ irrigazzjoni, u jevitaw li jappoġġjaw sitwazzjonijiet li jmorru kontra l-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. |
|
5.15. |
F’konformità mal-punt 3.4, ir-Regolament dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma ġie adottat f’Mejju 2020 (17). Dan ir-Regolament il-ġdid dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi għat-tisqija agrikola jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-kwalità u l-monitoraġġ tal-ilma, il-ġestjoni tar-riskju u t-trasparenza, u se japplika mill-2023. Skont l-analiżi mwettqa, dan se jippermetti li aktar minn 50 % tal-volum totali ta’ ilma teoretikament disponibbli għat-tisqija minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi fl-UE jerġa’ jintuża, filwaqt li jiġu evitati aktar minn 5 % tal-astrazzjoni diretta mill-korpi tal-ilma u mill-ilma ta’ taħt l-art. Dan se jirriżulta fi tnaqqis ġenerali tal-istress tal-ilma ta’ aktar minn 5 %. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ il-finanzjament ta’ tali faċilitajiet ta’ użu mill-ġdid, kif ukoll miżuri ta’ prekawzjoni biex jiġi evitat it-tniġġis tal-ħamrija u jiġi żgurat ilma sikur għall-agrikoltura. |
|
5.16. |
Il-promozzjoni tal-agrikoltura urbana u periurbana tista’ tnaqqas il-ħtieġa li l-ikel jiġi ttrasportat minn żoni rurali, li titnaqqas il-marka tal-karbonju (proċess ta’ dekarbonizzazzjoni tal-agrikoltura) kif ukoll l-użu tal-ilma fl-agrikoltura. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ irrigazzjoni urbana jistgħu jieħdu vantaġġ mill-ilma tax-xita u l-ilma minn sistemi ta’ riċiklaġġ tal-irrigazzjoni. |
|
5.17. |
L-użu tal-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija solari u mir-riħ, jista’ jipprovdi sors ta’ enerġija sostenibbli għas-sistemi tal-użu mill-ġdid tal-ilma, sistemi ta’ desalinizzazzjoni, u irrigazzjoni u tagħmir agrikolu ieħor, u b’hekk titnaqqas il-marka tal-karbonju (proċess ta’ dekarbonizzazzjoni tal-agrikoltura) u l-konsum tal-ilma. |
|
5.18. |
Dawn is-soluzzjonijiet ċirkolari u oħrajn jistgħu jikkontribwixxu għal Patt Blu futur għall-UE, li jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma u l-emerġenza klimatika fis-sistema agroalimentari tal-UE. Huwa importanti li jkomplu jiġu esplorati teknoloġiji ġodda u prattiki innovattivi sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-ilma u jiġu żgurati s-sostenibbiltà u r-reżiljenza fit-tul tal-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa. |
|
5.19. |
Huwa meqjus essenzjali li tiġi żgurata l-infrastruttura li tippermetti l-ħżin, id-distribuzzjoni u l-purifikazzjoni tal-ilma, kif ukoll li jiġu evitati l-konsegwenzi ta’ fenomeni estremi tat-temp. Il-mudell ta’ ġestjoni għall-infrastruttura msemmija hawn fuq għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tal-integrità u s-sostenibbiltà, u li tiġi żgurata l-vijabbiltà ambjentali tagħhom. Fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji possibbli tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, jistgħu jiġu analizzati formuli finanzjarji u ta’ kollaborazzjoni alternattivi. |
|
5.20. |
Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tobbliga lill-Istati Membri jfasslu u jġeddu pjani ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara. Il-KESE jqis li l-implimentazzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell ta’ konformità ma’ dawn il-pjani ma kinux uniformi. Għalhekk, il-KESE jqis li l-Istati Membri għandhom iżidu l-pjani strateġiċi li għandhom l-għan li jiggarantixxu s-sigurtà tal-ilma u qafas għall-agrikoltura li jista’ jiżgura r-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel tal-UE. Il-pjani strateġiċi għandhom ikunu mogħnija b’riżorsi baġitarji Ewropej suffiċjenti, skont il-linji stabbiliti fil-punt 4.3. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll skedi ta’ żmien speċifiċi u għandhom jiġu stabbiliti objettivi u prijoritajiet b’kunsens, f’konformità mal-kunsiderazzjonijiet u l-proposti stabbiliti f’din l-Opinjoni. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Eurostat, Kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura mir-reġjuni NUTS 2 u Eurostat, Agriculture, forestry and fishery statistics (Statistika dwar l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, mhux disponibbli bil-Malti).
(2) EEA, Water stress is a major and growing concern in Europe (L-istress idriku huwa ta’ tħassib ewlieni li kulma jmur qed jiżdied fl-Ewropa, mhux disponibbli bil-Malti).
(3) QEA, Rapport Speċjali 20/2021: L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura:
(4) EEA, Waterbase – Water Quantity (Waterbase – Il-kwantità tal-ilma, mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Bank Dinji, Renewable internal freshwater resources per capita (cubic meters) (Riżorsi interni rinnovabbli tal-ilma ħelu per capita (metri kubi)) – Unjoni Ewropea, mhux disponibbli bil-Malti).
(6) Eurostat, Annual freshwater abstraction by source and sector (Astrazzjoni annwali tal-ilma ħelu skont is-sors u s-settur, mhux disponibbli bil-Malti) u EEA, European waters – Assessment of status and pressures 2018 (Ilmijiet Ewropej – Valutazzjoni tal-istatus u l-pressjonijiet 2018, mhux disponibbli bil-Malti).
(7) BIO by Deloitte, Optimising water reuse in the EU (L-ottimizzazzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma fl-UE, mhux disponibbli bil-Malti), Parti I.
(8) FAO, Water Scarcity – One of the greatest challenges of our time (Skarsezza tal-Ilma – Waħda mill-akbar sfidi ta’ żmienna, mhux disponibbli bil-Malti).
(9) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew “L-awtonomija strateġika u s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-ikel” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 56).
(10) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(11) Il-Politika Agrikola Komuni: 2023-2027.
(12) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ekonomija ta’ ‘Patt Blu tal-UE’ — ħtiġijiet ta’ investiment relatat mal-ilma fl-UE” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ara l-paġna 50 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(13) QEA, Rapport Speċjali 20/2021: L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura:
(14) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-aċċess għall-ilma: nindirizzaw il-faqar tal-ilma u l-implikazzjoni tiegħu għall-politika soċjali” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ara l-paġna 60x ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ekonomija ta’ ‘Patt Blu tal-UE’ — ħtiġijiet ta’ investiment relatat mal-ilma fl-UE” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ara l-paġna 50 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(15) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Industriji intensivi fl-użu tal-ilma u teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ara l-paġna 74 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali) u u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ekonomija ta’ ‘Patt Blu tal-UE’ — ħtiġijiet ta’ investiment relatat mal-ilma fl-UE” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ara l-paġna 50 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(16) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-kriżi tal-prezzijiet tal-ikel: ir-rwol tal-ispekulazzjoni u proposti konkreti għal azzjoni minħabba l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 100, 16.3.2023, p. 51).
(17) Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/87 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Infrastrutturi u networks ta’ distribuzzjoni tal-ilma sostenibbli u reżiljenti”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2023/C 349/14)
|
Relatur: |
Thomas KATTNIG |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
26.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
199/10/17 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE huwa konvint, li minħabba l-kriżi klimatika u l-iskarsezza tar-riżorsi tal-ilma li ġġib magħha, iridu jiġu implimentati l-miżuri kollha meħtieġa biex jitnaqqas it-telf tal-ilma, tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tar-riżorsi tal-ilma u tiġi ffaċilitata l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma. Il-provvista ta’ ilma tax-xorb nadif u affordabbli lill-membri tal-pubbliku trid dejjem tkun l-ewwel prijorità fil-kuntest tad-distribuzzjoni u tal-użu tal-ilma, speċjalment fil-każ ta’ skarsezza tal-ilma, u trid tieħu preċedenza fuq l-użu tal-ilma mill-industrija, it-turiżmu u l-agrikoltura. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-politiki kollha dwar l-ilma u jindirizzaw in-nuqqas tal-ilma, u b’hekk jallinjaw ruħhom ukoll mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-KESE jipproponi li jiġi promoss approċċ komuni għall-fehim dwar il-faqar tal-ilma fil-livell tal-UE u li tiġi żviluppata definizzjoni komprensiva tal-faqar tal-ilma, fejn kull Stat Membru jkun jista’ jiżviluppa d-definizzjoni kuntestwali tiegħu stess b’konformità mad-definizzjoni Ewropea. |
|
1.2. |
Il-KESE jemmen li l-provvista tal-ilma hija ben pubbliku, peress li tiffoka fuq l-interessi ta’ servizzi tajbin, ta’ kwalità għolja u affordabbli. L-isfidi ppreżentati mill-kriżi klimatika, kif ukoll l-investimenti meħtieġa fl-infrastrutturi tal-ilma, jinvolvu spejjeż sinifikanti. Il-KESE jinnota li hemm differenza bejn il-ġestjoni pubblika u privata tal-ilma u fiż-żewġ tipi hemm eżempji tajbin u ħżiena. Il-ġestjoni privata, minħabba l-enfasi tagħha fuq il-profitt, tista’ ssibha diffiċli tissodisfa r-rekwiżit fundamentali tal-universalità tas-servizz, jiġifieri li taqdi 100 % tal-popolazzjoni. Il-KESE jemmen li, minkejja l-limiti finanzjarji stretti u l-limiti burokratiċi, il-ġestjoni pubblika tal-ilma tinsab f’pożizzjoni aħjar biex tiggarantixxi aċċess universali għas-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ bi prezz affordabbli u bi standards ta’ kwalità adegwati, tiggarantixxi r-restawr u l-protezzjoni tal-ekosistemi, u sabiex jiġu żgurati l-investimenti meħtieġa fl-infrastruttura. Il-KESE jirrakkomanda għal darb’oħra (1) li tiġi introdotta r-“regola tad-deheb” għall-investimenti fl-infrastruttura pubblika, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-produttività u l-bażi soċjali u ekoloġika għall-benesseri tal-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
1.3. |
L-ilma huwa essenzjali għall-ħajja, huwa ben komuni u dritt tal-bniedem, kif rikonoxxut mill-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess “Right2Water” li wasslet għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb li ġiet adottata mill-UE fl-2020, inkluż artikolu speċifiku dwar l-aċċess għall-ilma. F’dan il-kuntest, il-KESE jirrakkomanda li l-UE tadotta u ssaħħaħ l-oqfsa regolatorji dwar il-ftehimiet ta’ konċessjoni tal-ilma, biex tiggarantixxi l-aċċess għas-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ bi prezz affordabbli u bi standards ta’ kwalità adegwati, tiggarantixxi r-restawr u l-protezzjoni tal-ekosistemi, u sabiex jiġu żgurati l-investimenti meħtieġa fl-infrastruttura. L-eżenzjonijiet għall-ilma u l-ilma mormi stabbiliti fid-Direttiva 2014/23/UE (2), mogħtija bħala riżultat tas-suċċess tal-IĊE dwar “Right2Water”, għandhom jinżammu fil-futur. Il-KESE jopponi wkoll kwalunkwe obbligu ta’ liberalizzazzjoni fis-settur tal-ilma u tal-ilma mormi, speċjalment fil-kuntest tal-kriżi klimatika. |
|
1.4. |
Fost distribuzzjoni li qed tmur għall-agħar tar-riżorsi tal-ilma, il-KESE jirrimarka li l-ekonomija, b’mod partikolari l-agrikoltura u l-industriji li jużaw ħafna ilma, għandhom jiġu organizzati b’mod li jnaqqsu l-konsum tal-ilma tagħhom u jtejbu l-użu mill-ġdid tiegħu. Dan se jirrikjedi wkoll rekwiżiti u rakkomandazzjonijiet nazzjonali u tal-UE sabiex il-konsum tal-ilma jiġi rregolat aħjar u jkun jista’ jingħata appoġġ finanzjarju aktar effettiv għall-infrastruttura tal-ilma. Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jibdew jagħtu prijorità lill-kwistjoni tal-ilma u jiżviluppaw “Patt Blu” tal-UE. |
|
1.5. |
Il-KESE huwa impenjat li jsaħħaħ il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, waqt li jindirizza s-sustanza niġġiesa fis-sors minflok ineħħihom mill-ilma mormi bl-użu ta’ soluzzjonijiet “fil-punt tar-rimi”. L-iskariku ta’ sustanzi niġġiesa fil-korpi tal-ilma u fl-ilma ta’ taħt l-art irid jitnaqqas b’mod permanenti biex jiġi żgurat li l-provvista tal-ilma tax-xorb kif ukoll ir-rimi tal-ilma mormi u s-servizzi ta’ purifikazzjoni jibqgħu affordabbli. It-titjib immirat tat-trattament tal-ilma mormi filwaqt li jintrabat mill-qrib ma’ skema bbażaata fuq ir-responsabbiltà tal-produttur, kif ġie propost mill-Kummissjoni fid-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, huwa pass importanti u huwa appoġġjat mill-KESE, għalkemm huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu kkontrollati pubblikament u li l-investimenti kollha fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jsiru b’mod indipendenti u mhux influwenzati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
|
1.6. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw il-muniċipalitajiet fir-rigward tal-iżvilupp u taż-żamma tal-korpi tal-ilma. Sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, il-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet għandha tiġi żviluppata aktar u ffaċilitata b’mod sostanzjali. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex twessa’ l-ispazju legali għall-immanuvrar, speċjalment fir-rigward tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku. |
|
1.7. |
L-investiment fil-ġestjoni tal-ilma u tal-ilma mormi meħtieġ biex tinħoloq “tranżizzjoni blu” sostenibbli, kompetittiva u ġusta jrid ikun immirat lejn l-iżgurar ta’ proporzjonijiet kostijiet-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi ottimali, b’enfasi partikolari fuq gruppi vulnerabbli fil-popolazzjoni. Ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-kampanji ta’ informazzjoni għall-industrija, għall-agrikoltura u għall-unitajiet domestiċi huma essenzjali wkoll sabiex jiġu promossi l-ekonomiji u l-imġiba għall-iffrankar tal-ilma. |
|
1.8. |
Il-KESE jenfasizza t-telf tal-bijodiversità b’konsegwenza tal-kriżi klimatika, li qed ikompli jiġi aggravat minn miżuri bħar-riċirkolazzjoni tal-ilma sħun wisq fix-xmajjar. Dawn il-fallimenti jridu jitqiesu fit-tfassil futur tal-infrastruttura tal-ilma tagħna sabiex jiġi żgurat li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati kemm jista’ jkun, minflok ma jkomplu jiġu ffaċilitati. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jittieħdu miżuri komprensivi biex jintlaħaq l-għan ta’ 1,5 oC sal-2050. |
|
1.9. |
Il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika madwar l-Ewropa kollha, li, billi jivvaluta l-ħtiġijiet Ewropej tal-ilma, se jservi bħala l-pedament għall-interventi futuri tal-“Patt Blu tal-UE”. |
2. Sfond
|
2.1. |
L-ilma huwa assi vitali u huwa essenzjali għan-nies, għan-natura u għall-funzjonament tal-ekonomija u tas-soċjetà. Il-biċċa l-kbira tal-proporzjon tal-ilma jintuża fl-agrikoltura (70 %), segwit mill-industrija (22 %) u mill-unitajiet domestiċi (8 %). Fl-istess ħin, in-nefqa annwali medja fuq l-ilma u s-sanità madwar l-UE tammonta għal EUR 100 biljun. Din mistennija tiżdied għal madwar EUR 250 biljun sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tal-UE dwar it-trattament tal-ilma mormi u l-provvista tal-ilma tax-xorb (3). |
|
2.2. |
Sabiex ikun hemm biżżejjed ilma fil-futur, se jkun meħtieġ li tittejjeb l-infrastruttura tal-ilma u tiżdied il-kapaċità tal-ħżin. Dan jirrikjedi firxa wiesgħa ta’ miżuri, li jvarjaw mill-ġbir tal-ilma tax-xita fiċ-ċisterni u l-kostruzzjoni ta’ ġibjuni u pajpijiet ċirkolari magħluqa biex jitnaqqas l-issiġillar tal-ħamrija sabiex tiżdied il-kapaċità tal-ħżin tal-ħamrija. F’każ ta’ għargħar ta’ tipi differenti ta’ flussi tal-ilma, jeħtieġ li l-ilma żejjed jiġi dirett u maħżun f’ġibjuni kkontrollati. Il-kapaċità mewwieta għandha tiġi pprovduta b’mod intermittenti tul il-flussi tal-ilma biex l-ilma żejjed ikun jista’ jiskula maż-żmien u biex jittaffew il-livelli massimi żejda tal-ilma. It-tħejjija għal tali sitwazzjonijiet jeħtieġ li ssir minn qabel permezz ta’ investimenti infrastrutturali. |
|
2.3. |
L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet b’mod espliċitu d-dritt tal-bniedem għall-ilma u għas-sanità bħala dritt separat fl-2010 (4). L-ewwel passi lejn it-traspożizzjoni ta’ dan id-dritt, stabbilit fid-Direttiva (UE) 2020/2184 (5) u bħala proposta tal-Kummissjoni fil-kuntest tar-riformulazzjoni tad-Direttiva 91/271/KEE (6), huma meħtieġa b’mod urġenti. L-Istati Membri b’hekk jimpenjaw ruħhom li jtejbu l-aċċess għal ilma tax-xorb nadif u affordabbli u għas-servizzi tas-sanità għal kulħadd fl-UE sal-2030. Skont id-data tal-Kummissjoni (7), madwar 10 miljun persuna fl-UE bħalissa ma għandhomx aċċess għall-faċilitajiet sanitarji. Jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu kont biżżejjed ta’ dan fil-proċess ta’ implimentazzjoni. L-inizjattiva tal-Patt Blu għandha l-għan li tapprofondixxi aktar dawn l-isforzi. |
|
2.4. |
Il-kriżi klimatika diġà qed ikollha impatt konsiderevoli fuq il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma globali. Wieħed mill-effetti huwa ż-żieda fil-livelli tal-baħar, li qed iżid id-dħul tal-ilma fiż-żoni kostali. Fl-istess ħin, dan iwassal għal tnaqqis fil-livelli tax-xmajjar u tal-ilma ta’ taħt l-art f’ħafna reġjuni. Dan qed jaggrava l-iskarsezza tal-ikel, peress li ma hemm l-ebda alternattiva ħlief li jintuża l-ilma ħelu meta tiġi kkultivata firxa ta’ prodotti tal-ikel (8). |
|
2.5. |
Il-kriżi klimatika qed tnaqqas ir-riżorsi tal-ilma eżistenti u qed twassal għal nixfa, evaporazzjoni (9), tisħin tal-oċeani u l-qerda tal-ħabitats, li jaffettwaw l-ekosistema kollha. |
|
2.6. |
Il-provvista tal-ilma hija vitali għaċ-ċittadini u hija parti mill-infrastruttura kritika tagħna. Sabiex l-ilma tax-xorb jiġi ttrasportat liċ-ċittadini, normalment hija meħtieġa l-enerġija biex jitħaddmu l-pompi tal-ilma. Il-fornituri tal-ilma tax-xorb diġà qed jużaw sistemi li m’għadhomx rilevanti u ċ-ċikli tal-enerġija tagħhom stess sabiex ikomplu jipprovdu lin-nies bl-ilma tax-xorb f’każ ta’ qtugħ tal-provvista. |
|
2.7. |
F’dawn l-aħħar snin, ħafna pajjiżi tal-UE għaddew minn proċess ta’ muniċipalizzazzjoni mill-ġdid fis-servizzi tal-ilma u tal-ilma mormi. B’mod partikolari, esperjenzi negattivi fil-privatizzazzjoni tas-servizzi wasslu biex il-bliet u l-muniċipalitajiet jerġgħu jġibu lura s-servizzi pubbliċi fis-sjieda pubblika. L-effetti sekondarji li dehru spiss inkludew investiment aktar baxx fl-infrastruttura, kundizzjonijiet tax-xogħol ifqar, spejjeż ogħla għall-konsumaturi, u telf ta’ kontroll u għarfien prattiku (10). Bis-saħħa tal-muniċipalizzazzjoni mill-ġdid, il-bliet u l-muniċipalitajiet jistgħu jerġgħu jiksbu l-kompetenza biex jieħdu azzjoni politika kif ukoll il-kontroll demokratiku u l-influwenza fuq il-provvista tal-ilma (11). |
|
2.8. |
L-ilma huwa kwistjoni politika u soċjali ħafna li teħtieġ approċċ fit-tul li huwa inkompatibbli maċ-ċikli elettorali u jitlob sforz kbir minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet pubbliċi f’termini ta’ investiment u spejjeż operattivi u ta’ manutenzjoni. Sabiex iċ-ċittadini jeżerċitaw bis-sħiħ il-kontroll demokratiku, jeħtieġ li jiġi żgurat li jkunu jafu ċ-ċiklu tal-ilma u l-prezz tiegħu. |
3. Kummenti ġenerali
Id-dimensjoni soċjetali tal-ilma
|
3.1. |
L-ilma huwa riżorsa vitali iżda dejjem aktar skarsa minħabba l-effetti tal-kriżi klimatika. Għalhekk, il-KESE jappella għal Patt Blu tal-UE biex titqajjem kuxjenza dwar din ir-riżorsa vitali. Il-KESE jirrakkomanda l-immappjar tas-sitwazzjoni attwali tal-infrastruttura tal-ilma u d-disponibbiltà tal-ilma f’kull Stat Membru sabiex tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar l-istat tal-infrastruttura tal-ilma eżistenti u jiġu identifikati ħtiġijiet urġenti tal-investiment. |
|
3.2. |
Il-KESE jisħaq li l-ilma mhuwiex komodità bħal kwalunkwe prodott ieħor iżda, pjuttost, wirt li għandu jiġi protett u difiż (12). Il-KESE jemmen li l-aċċess universali għall-ilma tax-xorb u s-sanità ta’ kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli għall-popolazzjoni għandhom jiġu ttrattati bħala ben pubbliku u mhux biss bħala komodità, b’rispett sħiħ tal-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll 26 anness mat-TUE u t-TFUE. F’dan il-kuntest, il-KESE jirrakkomanda li l-UE tadotta u ssaħħaħ l-oqfsa regolatorji dwar il-ftehimiet ta’ konċessjoni tal-ilma, biex tiggarantixxi aċċess universali għas-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ bi prezz affordabbli u bi standards ta’ kwalità adegwati, tiggarantixxi r-restawr u l-protezzjoni tal-ekosistemi, u sabiex jiġu żgurati l-investimenti meħtieġa fl-infrastruttura. L-eżenzjonijiet għall-ilma u l-ilma mormi stabbiliti fid-Direttiva 2014/23/UE dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, mogħtija bħala riżultat tas-suċċess tal-IĊE dwar “Right2Water” (13), iridu jinżammu fil-futur, b’rispett sħiħ tal-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll 26 anness mat-TUE u t-TFUE. Fid-dawl tal-kriżi klimatika, il-KESE jopponi b’mod partikolari kwalunkwe obbligu ta’ liberalizzazzjoni fis-setturi sensittivi tal-ilma u tal-ilma mormi, u minflok jappella li jissaħħu s-servizzi pubbliċi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-ilma u lil hinn minnu. |
|
3.3. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-politiki kollha dwar l-ilma u jindirizzaw in-nuqqas tal-ilma, u b’hekk jallinjaw ruħhom ukoll mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-KESE jipproponi li jiġi promoss approċċ komuni għall-fehim dwar il-faqar tal-ilma fil-livell tal-UE u li tiġi żviluppata definizzjoni komprensiva tal-faqar tal-ilma, fejn kull Stat Membru jkun jista’ jiżviluppa d-definizzjoni kuntestwali tiegħu stess b’konformità mad-definizzjoni Ewropea. Il-fondi pubbliċi għandhom ikunu disponibbli għall-iżvilupp tal-infrastruttura biex jindirizzaw b’mod partikolari s-sidien ta’ proprjetà b’nuqqas ta’ riżorsi u ż-żoni urbani u rurali soċjalment żvantaġġati li jeħtieġu rinnovazzjoni tal-infrastruttura. |
|
3.4. |
Il-KESE jenfasizza li t-“tranżizzjoni ġusta” mhijiex biss kwistjoni ta’ finanzjament; din tinkludi wkoll l-għan li jinħoloq xogħol deċenti, impjiegi ta’ kwalità u sigurtà soċjali, kif ukoll li tinżamm il-kompetittività tan-negozji Ewropej, u tirrikjedi azzjoni speċifika fil-livelli kollha, b’mod partikolari dak reġjonali. |
|
3.5. |
Aktar u aktar reġjuni tal-UE qed jiffaċċjaw nuqqas ta’ ilma (14). Dan jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata infrastruttura tal-ilma reżiljenti, b’mod partikolari dik tal-kapaċità tal-ħżin. F’każ ta’ nuqqas possibbli ta’ ilma, il-provvista tal-ilma għall-bnedmin u l-ħtiġijiet bażiċi umani tagħhom iridu jiġu żgurati u jingħataw prijorità fuq l-użu tal-ilma għall-industrija, għat-turiżmu u għall-agrikoltura. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiggarantixxu dan. Dan huwa meħtieġ biex jiġu evitati kunflitti dwar l-ilma, li diġà naraw f’żoni oħra tad-dinja. Minn hawn tinbet l-urġenza tal-Patt Blu tal-UE, anke sabiex tingħata aktar attenzjoni lid-disponibbiltà u d-distribuzzjoni tal-ilma fil-futur, kif ukoll biex jissaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni. |
Il-kwalità u l-purifikazzjoni tal-ilma
|
3.6. |
Il-KESE jappella għal implimentazzjoni aħjar tal-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ “min iniġġes iħallas” sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ilma u l-ispejjeż jiġu mgħoddija lil min iniġġes aktar milli lill-konsumaturi. L-ilma ta’ taħt l-art għandu jkun tal-istess kwalità tal-ilma tax-xorb biex tiġi evitata l-ħtieġa ta’ trattament tal-ilma tax-xorb li jiswa ħafna flus u li juża ħafna enerġija. |
|
3.7. |
B’mod partikolari, l-inputs mill-agrikoltura, mis-settur tal-ikel u mill-industrija jikkontribwixxu għat-tixrid tat-tniġġis min-nitrati u mill-pestiċidi, bir-riżultat li l-ilma ta’ taħt l-art spiss jonqos milli jikseb status kimiku tajjeb. Il-leġiżlazzjoni fl-oqsma tal-agrikoltura (eż. il-PAK), l-industrija u l-kimika (eż. ir-Regolament dwar il-Pestiċidi) trid għalhekk titfassal b’tali mod li l-ekosistemi tal-ilma ma jiġux affettwati b’mod negattiv. |
L-użu tal-ilma u l-iskart
|
3.8. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw il-muniċipalitajiet fir-rigward tal-iżvilupp u ż-żamma tal-korpi tal-ilma. Sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, il-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet għandha tiġi żviluppata aktar u ffaċilitata b’mod sostanzjali biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-provvista tal-ilma u s-servizzi ta’ rimi u trattament tal-ilma mormi u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-korpi tal-ilma u biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ dawn is-servizzi ta’ interess ġenerali fiż-żoni rurali. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi spazju legali akbar għall-immanuvrar, b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku. |
|
3.9. |
Il-Kummissjoni tistma l-ispiża totali tar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi għal aktar minn EUR 3,8 biljuni fis-sena. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-ispejjeż ikollhom jitħallsu mill-unitajiet domestiċi (15), u dan ikompli jżid l-ispiża tas-sanità, li min-naħa tagħha tkun partikolarment severa fuq l-aktar gruppi finanzjarjament vulnerabbli fis-soċjetà. Għalhekk, il-KESE jappella li l-ispejjeż u l-benefiċċji li jirriżultaw jiġu kondiviżi b’tali mod li ma jpoġġux piż sproporzjonat fuq l-unitajiet domestiċi. |
|
3.10. |
Il-KESE jemmen li t-telf tal-ilma minħabba tnixxijiet min-networks, li f’xi pajjiżi tal-UE jammontaw għal aktar minn 20 % (16), kif ukoll l-ħela tal-ilma fl-agrikoltura, fl-industrija, fil-kostruzzjoni u fit-turiżmu, jeħtieġ li jitnaqqsu b’mod sinifikanti. Dawn is-setturi jistgħu jikkontribwixxu għas-soluzzjoni billi jżidu r-riċerka u l-innovazzjoni relatati ma’ prattiki effiċjenti fl-użu tal-ilma u billi jimplimentaw aħjar l-għarfien eżistenti (eż. bl-użu ta’ tisqija bil-qatra, il-kultivazzjoni ta’ għelejjel li ma jeħtiġux ħafna ilma għat-tisqija, it-tisħiħ tal-ekonomija ċirkolari, l-adattament tal-produzzjoni tal-ikel għall-kundizzjonijiet lokali, eċċ.). |
|
3.11. |
Iċ-ċittadini infurmati jużaw l-ilma mingħajr ħela fi djarhom. Għalhekk, il-KESE jilqa’ r-rekwiżiti estiżi għall-fornituri tal-ilma tax-xorb u l-operaturi tal-ilma mormi biex jipprovdu lill-unitajiet domestiċi informazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. |
Passaġġi fuq l-ilma
|
3.12. |
Il-kriżi klimatika qed ikollha impatt sinifikanti fuq ir-rotot tat-trasport fuq l-ilma madwar id-dinja. B’mod partikolari, il-livelli baxxi tal-ilma fix-xmajjar, il-bidliet fix-xejriet tax-xita, iż-żieda fl-avvenimenti estremi tat-temp u ż-żieda fil-livelli tal-baħar qed ikollhom impatt fuq it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri. |
|
3.13. |
Il-fond fil-kanal navigabbli qed jonqos u l-infrastruttura tal-portijiet u tal-magħlaq jeħtieġ li tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. Dan ifisser spejjeż ogħla u ħinijiet ta’ stennija itwal għall-vapuri, li jnaqqsu r-ritmu tat-trasport tal-merkanzija. |
|
3.14. |
Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex l-infrastruttura tal-portijiet u tal-magħlaq tiġi adattata u biex jitjieb l-ippjanar tal-kanali u tar-rotot tat-tbaħħir sabiex it-trasport fuq l-ilma jkun jista’ jseħħ b’mod sikur u effiċjenti fil-futur. |
|
3.15. |
Il-KESE jqis li l-iżvilupp u l-interkonnessjoni aħjar tal-passaġġi fuq l-ilma fl-UE huma kruċjali. Kif imsemmi fl-Opinjoni TEN/764 (17), l-intermodalità għandha titqies ukoll f’dan ir-rigward. |
Enerġija
|
3.16. |
Is-sitwazzjoni fis-swieq tal-enerġija f’Awwissu 2022 uriet li, minħabba l-kriżi klimatika, ma hemm l-ebda sors ta’ enerġija affidabbli 100 %. Pereżempju, nistgħu nosservaw l-impatt tan-nixfa fuq il-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika u l-enerġija nukleari. |
|
3.17. |
Il-KESE jilqa’ l-isforzi biex tintuża l-enerġija idroelettrika biex tiġi ġġenerata u tinħażen l-enerġija rinnovabbli, iżda jinnota li n-nuqqas ta’ ilma li jirriżulta mill-kriżi klimatika se jaffettwa b’mod negattiv il-produzzjoni u l-ħżin tal-elettriku fit-tul. Dan inaqqas il-produzzjoni, li tista’ wkoll tagħmel ħsara lill-grilja elettrika. L-espansjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandha tkompli tiġi promossa malajr, speċjalment fis-setturi solari u tar-riħ, biex tikkumpensa għal nuqqasijiet potenzjali minn impjanti idroelettriċi. |
|
3.18. |
Il-KESE jinnota li l-elettrifikazzjoni tat-trasport tista’ żżid ukoll l-użu tal-ilma, peress li l-elettroliti użati fil-produzzjoni tal-batteriji jirrikjedu ammont sinifikanti ta’ ilma. Għalhekk, il-lokalizzazzjoni tal-fabbriki tal-batteriji teħtieġ ippjanar bir-reqqa. |
|
3.19. |
Il-KESE jinnota li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli ġeneralment jeħtieġu inqas ilma mill-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-fjuwils fossili tradizzjonali, madankollu, il-bijokarburanti, li huma sors ta’ enerġija rinnovabbli, jinvolvu konsum sinifikanti tal-ilma. L-irrigazzjoni u l-ipproċessar tal-għelejjel imkabbra għall-produzzjoni tal-bijokarburanti jeħtieġu ammont kbir ta’ ilma, li jrid jiġi pprovdut bl-għajnuna tal-infrastruttura tal-ilma u n-networks tad-distribuzzjoni. |
|
3.20. |
Il-KESE jirrimarka li l-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari teħtieġ kwantitajiet kbar ta’ ilma għal skopijiet ta’ tkessiħ. Il-kriżi klimatika qed iżżid it-temperaturi u fl-istess ħin qed tnaqqas il-livell tax-xmajjar. Hekk kif it-temperaturi jogħlew, l-impjanti tal-enerġija nukleari jkollhom inaqqsu l-produzzjoni tagħhom minħabba l-iskarsezza tal-ilma. Barra minn hekk, l-iskariku ta’ ilma tat-tberrid li jkun sħun wisq iżid il-kontenut tal-ossiġenu tax-xmajjar, li għandu impatt negattiv fuq l-ekoloġija tal-ilma u l-bijodiversità (18). |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jikkritika n-nuqqas ta’ konsistenza bejn il-politika tal-UE dwar l-ilma u politiki oħra tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel titjib sabiex jiġu evitati politiki u objettivi konfliġġenti. |
|
4.2. |
Il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb biex jitnaqqas kemm jista’ jkun it-telf tal-ilma mill-pajpijiet tal-ilma (19). Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa urġenti ta’ miżuri rapidi u investiment pubbliku u privat fl-infrastrutturi tal-ilma biex jiġi evitat it-telf tal-ilma u biex jiġu żgurati r-reżiljenza u s-sostenibbiltà fit-tul tal-infrastruttura ewlenija tal-ilma. Meta jkun hemm tnixxijiet ta’ ilma, dawn għandhom jiġu ttrattati bħala emerġenza. Għal każijiet bħal dawn, il-persunal espert u t-tagħmir huma kruċjali biex iwaqqfu t-tnixxijiet fil-pront. |
|
4.3. |
Ir-regoli baġitarji stretti kemm-il darba wrew li huma l-akbar ostaklu għas-settur pubbliku fil-qasam tal-finanzjament tal-proġetti infrastrutturali. L-għan għalhekk irid ikun li l-proġetti relatati mal-Patt Ekoloġiku tal-UE, l-indipendenza enerġetika u s-settur diġitali jiġu eżentati mir-regoli kollha li jimpedixxu tali investiment pubbliku. F’konformità ma’ Opinjonijiet preċedenti (20), il-KESE għalhekk jirrakkomanda l-applikazzjoni tar-“regola tad-deheb” għall-investiment pubbliku. |
|
4.4. |
Il-KESE jappoġġja r-reviżjoni proposta tad-Direttiva 2006/118/KE (21) u tad-Direttiva 2008/105/KE (22) u l-introduzzjoni ta’ valuri ta’ limitu għall-komposti perfluworurati u l-mikroplastiċi. Rapport speċjali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jenfasizza l-applikazzjoni inkonsistenti tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” fis-settur tal-ilma, minkejja l-ispejjeż operattivi u ta’ investiment sinifikanti (23). |
|
4.5. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni li, sabiex jinżammu u jiġu żviluppati infrastrutturi u networks ta’ distribuzzjoni tal-ilma sostenibbli u reżiljenti, hemm bżonn ta’ ħaddiema tas-sengħa u, fuq kollox, ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati, kif ukoll ġestjoni adatta tal-għarfien, jiġifieri attivitajiet strateġiċi u operattivi li jottimizzaw l-użu tal-għarfien. Il-KESE jappella li jiġu stabbiliti l-istrutturi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol meħtieġa biex jiġu evitati r-restrizzjonijiet f’dan il-qasam u jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed persunal speċjalizzat disponibbli biex jimplimenta l-miżuri meħtieġa. |
|
4.6. |
Il-KESE jinnota li l-proċess kontinwu tad-diġitalizzazzjoni fis-settur tal-ilma qed iżid ukoll ir-riskji fl-oqsma tas-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data. Huwa importanti li jiġi żgurat li d-data miġbura tiġi ttrattata f’konformità mar-regoli l-aktar stretti possibbli dwar il-protezzjoni tad-data. Fl-istess ħin, iċ-ċibersigurtà jrid ikollha wkoll rwol ewlieni fl-infrastrutturi tal-ilma u fin-networks tad-distribuzzjoni, minħabba t-theddid dejjem akbar li joħolqu l-attakki ċibernetiċi fuq l-infrastruttura kritika. |
|
4.7. |
Ftit li xejn hemm integrazzjoni ta’ kumpaniji involuti fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb kif ukoll fil-ġestjoni tal-ilma mormi u fil-purifikazzjoni tal-ilma f’ħafna Stati Membri. Il-KESE jemmen li jekk id-direzzjoni u l-ġestjoni jitqiegħdu f’idejn organizzazzjoni pubblika waħda, dan għandu jgħin biex jiġu ffrankati l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ara, pereżempju, l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Pjan REPowerEU” [COM(2022) 230 final)] u “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/2115, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 231– 2015/1814” [COM(2022) 231 final – 2022/0164(COD)] (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 185), l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-investiment pubbliku fl-infrastruttura tal-enerġija bħala parti mis-soluzzjoni għal kwistjonijiet klimatiċi” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 67) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Viżjoni strateġika dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija li tippermetti l-awtonomija strateġika tal-UE” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 75, 28.2.2023, p. 102), eċċ.
(2) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(3) https://www.aquapublica.eu/sites/default/files/article/file/20230310_Joint%20statement_EPR%20scheme.pdf
(4) https://www.un.org/Depts/german/gv-64/band3/ar64292.pdf
(5) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(7) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/qanda_22_6281
(8) https://wires.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.1002/wat2.1633
(9) Europe’s next crisis: Water – POLITICO (Il-kriżi li jmiss tal-Ewropa: l-ilma – POLITICO (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) Getzner, Köhler, Krisch, Plank (2018) – Rapport finali (verżjoni twila): Vergleich europäischer Systeme der Wasserversorgung und Abwasserentsorgung [Tqabbil tas-sistemi Ewropej tal-provvista tal-ilma u tas-sanità]. F’Informationen zur Umweltpolitik, 197.
https://emedien.arbeiterkammer.at/viewer/ppnresolver?id=AC15177626
(11) https://www.epsu.org/search?f%5B0%5D=policies%3A56
(12) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1), premessa 1.
(13) https://right2water.eu/
(14) https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC133025
(15) Distribuzzjoni skont il-valutazzjoni tal-impatt: 51 % l-unitajiet domestiċi, 22 % in-nefqa pubblika u 27 % l-industrija.
(16) https://emedien.arbeiterkammer.at/viewer/ppnresolver?id=AC15249737
(17) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp ta’ network tat-trasport trans-Ewropew li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013” (COM(2022) 384 final/2 — 2021/0420 (COD)) (ĠU C 75, 28.02.2023, p. 190).
(18) https://www.dw.com/de/wie-k%C3%BChlen-hei%C3%9Fe-l%C3%A4nder-ihre-kernkraftwerke/a-49758541
(19) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32020L2184
(20) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.
(21) Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(22) Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
(23) https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR21_12/SR_polluter_pays_principle_MT.pdf
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/94 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-reklamar permezz ta’ influwenzaturi u l-impatt tiegħu fuq il-konsumaturi”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 349/15)
|
Relatur: |
Bernardo HERNÁNDEZ BATALLER |
|
Korelatur: |
Stefano PALMIERI |
|
Konsultazzjoni |
Il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 07/02/2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Finanzjament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
29.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
179/0/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Wieħed mill-aktar fenomeni karatteristiċi tat-trasformazzjoni esperjenzata fis-settur awdjoviżiv u tal-komunikazzjoni elettronika huwa s-suċċess kbir miksub mill-hekk imsejħa “influwenzaturi”, li huma tip ta’ utenti li jiġġeneraw kontenut online, ixerrdu l-messaġġi tagħhom b’mod sistematiku u f’formati differenti (filmati, kummenti, ritratti) u jiksbu relevanza sinifikanti fost l-udjenza fil-mira li lejha huma indirizzati. |
|
1.2. |
Għalkemm fil-livell Ewropew ma hemm l-ebda regolamentazzjoni speċifika għall-attività tal-ħalllieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi, il-leġiżlazzjoni eżistenti tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għall-attività doppja li l-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi jistgħu jwettqu fis-suq intern: prinċipalment bħala reklamaturi (u kummerċjanti) u bħala bejjiegħa/produtturi. |
|
1.3. |
Abbażi ta’ din il-leġiżlazzjoni, diversi Stati Membri żviluppaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess b’reazzjoni għall-isfida ppreżentata minn dan il-fenomenu, li tippermetti lir-regolaturi nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta’ superviżjoni, kontroll u, fejn xieraq, ta’ sanzjonar. |
|
1.4. |
Fi kwalunkwe każ, minħabba l-evoluzzjoni kostanti f’dan il-qasam, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iqis li huwa meħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġi garantit trattament armonizzat għall-attivitajiet illegali “speċifiċi” tal-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi fl-UE b’obbligi ugwalment speċifiċi għall-amministraturi tal-pjattaformi u n-networks soċjali li joperaw fuqhom, u għall-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi (residenti tal-UE u mhux residenti tal-UE). |
|
1.5. |
Il-KESE jistieden lill-amministraturi tal-pjattaformi u tal-media soċjali biex:
|
|
1.6. |
Il-KESE jemmen li dan it-trattament armonizzat tal-influwenzaturi fil-livell Ewropew għandu tal-anqas iqis kriterji bħal dawn li ġejjin:
|
|
1.7. |
Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali għall-użu ta’ dark patterns, l-użu ħażin jew dispreġattiv mit-trademarks, il-promozzjoni ta’ prodotti finanzjarji mhux awtorizzati, is-serq tal-identità jew influwenzaturi foloz li jieħdu vantaġġ mill-immaġni ta’ persuni magħrufa mingħajr l-għarfien tagħhom, li qed isiru dejjem aktar spissi fil-qasam tal-investimenti finanzjarji u l-kriptovaluti. Din hija mġiba illeċita li tirriskja li ssir dejjem aktar sofistikata u mifruxa b’tekniki tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u trid tiġi miġġielda b’mod effettiv. |
|
1.8. |
Il-KESE jipproponi li din l-armonizzazzjoni regolatorja tiġi ċċarata u implimentata mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment komplementarju ta’ oqfsa koregolatorji. Din il-koregolamentazzjoni għandha tinvolvi lill-influwenzaturi, l-aġenti tagħhom u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-industrija u r-reklamaturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ awtoregolamentazzjoni tar-reklamar, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-utenti, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-awtoritajiet regolatorji. |
|
1.9. |
Il-KESE għandu għadd ta’ mistoqsijiet li jikkonċernaw l-attività tal-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi bħall-post tagħhom fil-liġi tax-xogħol, kwistjonijiet relatati mat-taxxi fuq l-introjtu u t-taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll l-attività speċifika tal-influwenzaturi li huma tfal, li aħna nqisu li għandhom jiġu analizzati bir-reqqa fil-livell tal-UE. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Wieħed mill-aktar fenomeni tipiċi tat-trasformazzjoni diġitali esperjenzati fil-qasam tal-komunikazzjoni awdjoviżiva u elettronika matul l-aħħar għaxar snin huwa l-proliferazzjoni ta’ ċerti ħallieqa ta’ kontenut li, apparentement fil-kapaċità personali tagħhom, ixerrdu l-messaġġi tagħhom b’mod sistematiku u f’formati differenti (filmati, kummenti, ritratti) permezz ta’ pjattaformi tal-Internet, networks soċjali u messaġġi elettroniċi. Meta dawn il-ħallieqa ta’ kontenut ikollhom ammonti kbar ta’ segwaċi leali, isiru influwenzaturi, li fil-qasam tar-reklamar jistgħu jiġu definiti bħala ħallieqa ta’ kontenut b’intenzjoni kummerċjali, li jibnu relazzjoni bbażata fuq il-fiduċja u l-awtentiċità mal-udjenza tagħhom (prinċipalment fuq pjattaformi tal-media soċjali) u l-involviment online ma’ atturi kummerċjali permezz ta’ mudelli ta’ negozju differenti għal skopijiet ta’ monetizzazzjoni (1). |
|
2.2. |
Ir-relazzjoni bejn l-influwenzaturi u s-segwaċi — ikkaratterizzata mill-perċezzjoni ta’ prossimità, awtentiċità u fiduċja — għandha impatt dirett u indirett fuq l-attitudni tas-segwaċi lejn it-trademarks u fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ xiri tagħhom bħala konsumaturi. Dan huwa partikolarment il-każ għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-konsumaturi b’livell baxx ta’ edukazzjoni u/jew b’introjtu baxx u litteriżmu medjatiku u ta’ informazzjoni baxx. |
|
2.3. |
Fil-qasam speċifiku tal-komunikazzjoni kummerċjali, l-użu ta’ influwenzaturi bħala promoturi ta’ prodotti u trademarks mhux biss jagħmilha possibbli għar-reklamaturi li jibbenefikaw mill-impatt u r-reputazzjoni tagħhom, fil-kuntest tal-hekk imsejħa kummerċjalizzazzjoni mill-influwenzaturi, speċjalment fil-każ taż-żgħażagħ, li huma aktar diffiċli li jintlaħqu permezz ta’ media tal-massa aktar tradizzjonali. Iżda jippermetti wkoll lil dawn il-kumpaniji aktar libertà fl-iżvilupp ta’ argumenti ta’ bejgħ li normalment ma jużawx fir-reklamar konvenzjonali tagħhom, li xi drabi jevitaw il-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, ir-reklamaturi stess jenfasizzaw li l-pekuljarità tal-influwenzaturi tfisser li għandhom grad għoli ta’ awtonomija fil-kostruzzjoni tal-messaġġ kummerċjali, li r-reklamatur mhux dejjem jista’ jikkontrolla. |
|
2.4. |
Fi kliem ieħor, għalkemm m’hemm l-ebda regolamentazzjoni speċifika għall-attività tal-influwenzturi fil-livell Ewropew, il-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti, bħalissa, tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għall-attività doppja li l-influwenzaturi jistgħu jiżviluppaw fis-suq intern: prinċiplament bħala reklamaturi (u kummerċjanti) u bħala bejjiegħa/produtturi. |
|
2.4.1. |
Il-leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-influwenzaturi prinċiplament bħala reklamaturi (u kummerċjanti) tinkludi:
|
|
2.4.2. |
Il-leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-influwenzaturi bħal bejjiegħa jew produtturi tinkludi:
|
|
2.4.3. |
Dawn iż-żewġ oqsma speċifiċi ta’ intervent tal-leġiżlazzjoni tal-UE huma kkomplementati mill-Pakkett dwar is-Servizzi Diġitali li jinkludi:
|
|
2.4.3.1. |
Fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali, l-UE tiddefinixxi “kontenut illegali” hekk: “kwalunkwe informazzjoni, li, fiha nnifisha jew f’relazzjoni għal attività, inklużi l-bejgħ ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi, mhix konformi mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi ta’ kwalunkwe Stat Membru, irrispettivament mis-suġġett preċiż jew in-natura ta’ dik il-liġi”. Din id-definizzjoni l-ġdida tfisser li n-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-regoli jagħmel il-kontenut illegali fl-UE. |
|
2.5. |
Minkejja l-eżistenza ta’ xi regoli Ewropej, li fil-qafas tagħhom l-imġiba mhux legali tal-influwenzaturi (bħala reklamaturi jew bħala bejjiegħa/produtturi) tista’ tkun irregolata mid-diversi Stati Membri, hemm bżonn ta’ intervent b’modi differenti:
|
|
2.6. |
Minħabba l-kuntest partikolari li qed jevolvi b’mod kostanti li fih joperaw il-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi, il-KESE jemmen li, minkejja l-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti, hija meħtieġa azzjoni biex jiġi żgurat infurzar uniformi tar-regoli ad hoc biex jiġu miġġielda l-attivitajiet illegali speċifiċi tal-influwenzaturi fl-UE. Din il-pożizzjoni tal-KESE tinbet mill-fatt li l-Kummissjoni qed tivvaluta jekk għandhiex tipproċedi b’leġislazzjoni ad hoc. |
|
2.7. |
Din il-possibbiltà ilha tiġi analizzata għal diversi snin mill-gvernijiet, l-awtoritajiet regolatorji Ewropej u nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-utenti u l-korpi tas-soċjetà ċivili (12). Dan wassal għal diversi inizjattivi legali f’diversi pajjiżi (13), bħal fi Franza, il-Belġju (Flanders) u Spanja, kif ukoll fil-qasam tal-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni fil-livell Ewropew (14) u tal-Istati Membri. Dan jispjega wkoll l-interess muri mill-Gvern Spanjol, fil-kuntest tal-Presidenza tiegħu tal-Unjoni Ewropea, li jitlob lill-KESE għal din l-Opinjoni esploratorja dwar ir-reklamar permezz ta’ influwenzaturi u l-impatt tiegħu fuq il-konsumaturi. |
|
2.8. |
Fit-talba tiegħu għal Opinjoni, il-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet tal-Konsumatur jirreferi għall-perċezzjoni ta’ prossimità, awtentiċità u fiduċja li tikkaratterizza r-relazzjoni bejn l-influwenzaturi u l-konsumaturi, li spiss ma tkunx tal-istess intensità f’mudelli oħra ta’ komunikazzjoni soċjali, u jiffoka t-tħassib tiegħu fuq żewġ raġunijiet:
|
3. Proposti
|
3.1. |
Fid-dawl tal-problemi eżistenti, il-KESE jqis li hemm il-kundizzjonijiet biex jiġu żgurati kemm it-titjib kif ukoll l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea għal dawk l-attivitajiet illegali speċifiċi li jinvolvu l-influwenzaturi u l-armonizzazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew, b’obbligi speċifiċi għall-amministraturi tal-pjattaformi li joperaw fuqhom, u għall-ħallieqa ta’ kontenut u/jew l-influwenzaturi (residenti tal-UE u mhux tal-UE). |
3.2. Pjattaformi ta’ video-sharing u media soċjali
|
3.2.1. |
Għalkemm il-leġiżlazzjoni Ewropea (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u l-Pakkett dwar is-Servizzi Diġitali) teħtieġ li l-amministraturi ta’ pjattaformi ta’ video-sharing u tal-media soċjali, li fuqhom joperaw il-ħallieqa ta’ kontenut u l-influwenzaturi, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet kummerċjali u l-protezzjoni tal-minorenni, il-KESE jinnota li:
|
|
3.2.2. |
Għalhekk, il-KESE jistieden lill-amministraturi tal-pjattaformi u tal-media soċjali biex:
|
3.3. Ħallieqa ta’ kontenut/influwenzaturi
|
3.3.1. |
Meta jitressqu proposti dwar ir-regolamentazzjoni effettiva tal-forniment ta’ kontenut mill-utenti permezz ta’ pjattaformi ta’ video-sharing u n-networks soċjali, u b’mod aktar speċifiku dwar l-attività ta’ reklamar tal-influwenzaturi, jista’ jkun ta’ interess li jitqiesu r-rapporti ppubblikati fl-2021 u fl-2022 mill-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) (15), li jressaq rakkomandazzjonijiet dwar it-trattament tal-hekk imsejħa vloggers. |
|
3.3.2. |
Essenzjalment, l-ERGA jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont it-tifsira tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, l-attività tal-influwenzaturi tista’ titqies bħala servizz tal-media awdjoviżiva, dment li tissodisfa simultanjament għadd ta’ rekwiżiti:
|
|
3.3.3. |
F’dan il-kuntest, għandha tiġi kkunsidrata armonizzazzjoni fil-livell Ewropew, li tinkludi b’mod espliċitu r-regolamentazzjoni tal-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi u r-responsabbiltà tagħhom meta jiġġeneraw u/jew ixerrdu komunikazzjonijiet kummerċjali, billi tiġi żgurata aktar trasparenza u responsabbiltà akbar fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom. |
|
3.3.3.1. |
Hemm katina sħiħa ta’ atturi involuta fl-attività tal-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi: trademarks, kumpaniji tal-multimedia u dawk li jaħdmu għal rashom, aġenziji u aġenti ta’ talent/ġestjoni, pjattaformi analitiċi tal-media soċjali, networks b’ħafna kanali, kumpaniji ta’ relazzjonijiet pubbliċi/reklamar li l-kuntratti tagħhom iridu jipprovdu għar-responsabbiltajiet speċifiċi tal-partijiet interessati kollha, inkluża r-responsabbiltà konġunta għall-imġiba illegali tal-ħallieqa ta’ kontenut/influwenzaturi. |
|
3.4. |
Il-KESE jħeġġeġ kemm lill-amministraturi tal-pjattaformi kif ukoll tal-media soċjali u lill-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi biex jiżguraw:
|
|
3.5. |
Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali għall-użu ta’ dark patterns, l-użu ħażin jew dispreġattiv mit-trademarks, il-promozzjoni ta’ prodotti finanzjarji mhux awtorizzati, is-serq tal-identità jew influwenzaturi foloz li jieħdu vantaġġ mill-immaġni ta’ persuni magħrufa mingħajr l-għarfien tagħhom, li qed isiru dejjem aktar spissi fil-qasam tal-investimenti finanzjarji u l-kriptovaluti. Din hija mġiba illeċita li qed issir dejjem aktar sofistikata u mifruxa minħabba l-użu tal-IA u li jeħtieġ li tiġi miġġielda b’mod effettiv. |
|
3.6. |
L-armonizzazzjoni regolatorja proposta mill-KESE tista’ tiġi kkomplementata minn oqfsa koregolatorji, li jinvolvu lill-influwenzaturi, l-aġenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-industrija u r-reklamaturi, l-assoċjazzjonijiet awtoregolatorji tar-reklamar, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-utenti, l-imsieħba soċjali u entitajiet oħra tas-soċjetà ċivili, u l-awtoritajiet regolatorji. |
|
3.7. |
Il-KESE għandu għadd ta’ mistoqsijiet pendenti li jikkonċernaw l-attività tal-ħallieqa ta’ kontenut/l-influwenzaturi, bħall-post tagħhom fil-liġi tax-xogħol, kwistjonijiet relatati mat-taxxi fuq l-introjtu u t-taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll l-attività speċifika ta’ influwenzaturi li huma tfal, li aħna nqisu li għandhom ikunu soġġetti għal analiżi bir-reqqa fil-livell tal-UE. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) The impact of influencers on advertising and consumer protection in the Single Market(L-impatt tal-influwenzaturi fuq ir-reklamar u l-protezzjoni tal-konsumatur fis-Suq Uniku, mhux disponibbli bil-Malti), Parlament Ewropew, 2022, p. 9.
(2) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(3) L-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU C 526, 29.12.2021, p. 1), Taqsima 4.2.6.
(4) Ara r-Rieżami tal-liġi dwar il-konsumatur – Patt Ġdid għall-Konsumaturi (europa.eu).
(5) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(6) Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69).
(7) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(8) Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).
(9) Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).
(10) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).
(12) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(13) Mapping report on the rules applicable to video-sharing platforms (Rapport ta’ mmappjar dwar ir-regoli applikabbli għall-pjattaformi ta’ video-sharing, mhus disponibbli bil-Malti), Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, 2022.
(14) EASA Best Practice Recommendation on Influencer Marketing 2023 (Rakkomandazzjoni tal-Aħjar Prattika tal-EASA dwar il-Kummerċjalizzazzjoni mill-Influwenzaturi 2023, mhux disponibbli bil-Malti), Alleanza Ewropea għall-Istandards tar-Reklamar, 2023
(15) Analysis and recommendations concerning the regulation of vloggers (Analiżi u rakkomandazzjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni tal-vloggers, mhux disponibbli bil-Malti, ERGA, 2021, u ERGA Vloggers Report 2 (It-Tieni Rapport tal-ERGA dwar il-Vloggers, mhux disponibbli bil-Malti), ERGA, 2022.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/100 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Miżuri għat-titjib tas-saħħa mentali”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 349/16)
|
Relatur: |
Milena ANGELOVA |
|
Korelatur: |
Ivan KOKALOV |
|
Talba għall-konsultazzjoni mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill |
Ittra, 8.12.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
|
Opinjoni esploratorja |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
21.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
205/0/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Is-saħħa mentali għandha natura kumplessa. Hija affettwata minn għadd kbir ta’ fatturi: bijoloġiċi, psikoloġiċi, edukattivi, soċjali, ekonomiċi, okkupazzjonali, kulturali u ambjentali. It-titjib u l-promozzjoni b’suċċess tas-saħħa mentali (1) u l-prevenzjoni ta’ inċidenti tas-saħħa mentali jeħtieġu approċċ kumpless, multidixxiplinari u tul il-ħajja, li għandu jiġi applikat u inkorporat b’mod sod bħala prijorità trasversali ewlenija fit-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE u dak nazzjonali (reġjonali u settorjali) sabiex: |
|
1.1.1. |
Jinkoraġġixxi r-riforma tas-sistemi tas-saħħa madwar l-UE biex jiġi żgurat li dawn iwasslu għal interventi u kura fit-tul integrati u ppjanati, mhux biss għall-kura, iżda biex jiġu evitati kundizzjonijiet mediċi bl-użu ta’ timijiet multidixxiplinari, minflok ma jiġu organizzati madwar mudelli episodiċi ta’ kura. L-għan aħħari għandu jkun li d-direzzjoni dominanti tas-sistema tas-saħħa fil-qasam tas-saħħa mentali tiġi allinjata mill-ġdid lejn prattiki bijopsikosoċjali kumplessi u msejsa fuq id-drittijiet tal-bniedem, u b’hekk jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-iskrinjar tal-mard mentali u l-ġestjoni effettiva tal-każijiet kif ukoll il-forniment ta’ approċċ iċċentrat fuq l-individwu fil-komunità. |
|
1.1.2. |
Jiffoka fuq il-promozzjoni kostanti tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni tal-mard mentali u l-bini ta’ reżiljenza li hija integrata fil-politiki kollha tal-UE, nazzjonali, reġjonali u settorjali. B’rabta mal-komunikazzjoni li jmiss tagħha dwar approċċ olistiku għas-saħħa mentali, il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar approċċ komprensiv għas-saħħa mentali (2), jappoġġja bil-qawwa l-“għan ewlieni tal-politika pubblika li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura, li ċ-ċittadini jkollhom aċċess ugwali għas-servizzi tal-prevenzjoni u tas-saħħa mentali madwar l-UE, u li r-riintegrazzjoni u l-inklużjoni soċjali jiggwidaw l-azzjoni kollettiva li tindirizza l-mard tas-saħħa mentali”, u jappella għat-traspożizzjoni rapidu tieħu fi Strateġija tal-UE dwar is-Saħħa Mentali li jkollha skeda ta’ żmien, tkun iffinanzjata biżżejjed, tiddefinixxi r-responsabbiltajiet u tinkludi indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress madwar l-UE u l-Istati Membri – inkluż fil-qafas tal-proċess tas-Semestru Ewropew. Is-Semestru għandu jagħti aktar konsiderazzjoni lill-impatt tal-fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali fuq is-saħħa mentali, inklużi l-benefiċċji importanti tat-titjib tal-aċċess għal servizzi ta’ interess ġenerali affordabbli u ta’ kwalità (akkomodazzjoni, enerġija, skart/ilma, eċċ.). Idealment, dan imexxi l-ħidma fil-livell nazzjonali billi, pereżempju, jirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw pjani ta’ azzjoni li l-Kummissjoni tista’ perjodikament tirrevedi u tlaqqa’ l-pajjiżi flimkien biex jiskambjaw u jispiraw lil xulxin biex jimmiraw għal azzjonijiet ambizzjużi. Il-fatturi ta’ riskju ambjentali u soċjali ewlenin għandhom jiġu mmonitorjati b’mod kostanti u l-istrateġiji u l-miżuri rilevanti għandhom jiġu adottati malajr biex jiġu minimizzati u eliminati dawn ir-riskji. |
|
1.1.3. |
Jiġu pprovduti possibbiltajiet għal dijanjożi bikrija, trattament adegwat, psikoterapija u riabilitazzjoni għal persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali u diżabilitajiet psikoloġiċi u inklużjoni soċjali abbażi tar-rispett tad-dinjità personali, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u l-ugwaljanza. |
|
1.1.4. |
Is-saħħa mentali għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha bħala suġġett serju li jeħtieġ livell adegwat ta’ attenzjoni u rispons olistiku, koordinat, strutturat u ċċentrat fuq il-bniedem. Il-koerċizzjoni, l-istigma, is-segregazzjoni u d-diskriminazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali jeħtieġ li jitneħħew. Finanzjament xieraq għas-servizzi tas-saħħa biex jiġu indirizzati l-problemi tas-saħħa mentali huwa essenzjali biex dawk is-servizzi jsiru aċċessibbli b’mod universali u affordabbli. Dan jinkludi investimenti f’għadd suffiċjenti ta’ persunal tal-kura tas-saħħa mħarreġ kif xieraq. Livelli adegwati ta’ paga, titjib kostanti tal-ħiliet u livelli suffiċjenti ta’ persunal jiżguraw biżżejjed attenzjoni u ħin iddedikat mhux biss għall-pazjenti, iżda wkoll għal persuni li jfittxu parir mediku, opinjoni jew trattament. L-aspett ta’ finanzjament, kemm fl-infrastrutturi fiżiċi kif ukoll f’dawk soċjali fis-settur tas-saħħa, għandu jiġi żviluppat aħjar fl-NRRPs fejn ir-rappreżentanza u l-kopertura ta’ proġetti relatati mas-saħħa huma neqsin b’mod sinifikanti fil-forma attwali tagħhom. Ħafna NRRPs ma jindirizzawx b’mod adegwat diversi kriżijiet reċenti li jaggravaw ir-riskju ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali b’effett ta’ kaskata u għalhekk għandhom jiġu aġġornati minnufih. |
|
1.1.5. |
Għandu jiġi pprovdut aċċess imtejjeb għal servizzi ta’ appoġġ, trattament, psikoterapija, riabilitazzjoni medika u soċjali, kura speċjali u ġenerali u attivitajiet relatati mal-appoġġ psikosoċjali. Dan għandu jsir billi jiġu żviluppati u implimentati interventi innovattivi, personalizzati u bbażati fuq l-evidenza, it-titjib u l-iżgurar ta’ aċċess ugwali u soċjalment aċċettabbli għall-medikazzjoni, l-appoġġ għal persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali, it-titjib tal-kapaċità u l-kwalifika ta’ dawk li jipprovdu kura ġenerali u speċjalizzata u l-bini ta’ sistema għal kura integrata, inkluż dik ibbażata fil-komunità, mogħtija minn timijiet multidixxiplinari. |
|
1.1.6. |
Jiżviluppa u jimplimenta approċċi komplementari sabiex jiġi pprovdut appoġġ adatt f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ emerġenza. Huwa neċessarju li tiġi stabbilita “piramida ta’ interventi” bbażata fuq l-inkorporazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet soċjali u kulturali f’miżuri ewlenin biex jiġu indirizzati kundizzjonijiet mediċi, it-tisħiħ tar-rabtiet komunitarji u l-appoġġ għall-familja permezz ta’ appoġġ iffukat mhux speċifiku u l-għoti ta’ servizzi speċjalizzati u assistenza minn diversi professjonisti tas-saħħa għal ċittadini b’kundizzjonijiet aktar severi. Fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, il-kurrikuli tal-promozzjoni tas-saħħa għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ mġiba adegwata u l-iżgurar ta’ kura tas-saħħa bażika, kif ukoll fuq perikli għas-saħħa mentali u kif jiġi evitat jew jitnaqqas l-impatt tagħhom, b’enfasi fuq każijiet speċjali bħal pandemiji jew diżastri naturali. |
|
1.1.7. |
Jippermetti sistemi tas-saħħa mentali bbażati fuq id-drittijiet, iċċentrati fuq il-persuna, orjentati lejn l-irkupru, ibbażati fil-komunità li jipprijoritizzaw ir-realizzazzjoni personali u l-parteċipazzjoni attiva tal-persuna fl-irkupru tagħhom stess bl-għan aħħari li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali. Jippromovi l-isforzi biex jiġu implimentati kura u appoġġ inklużivi fi ħdan is-sistema tas-saħħa mentali biex jiffokaw fuq il-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi u vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani, ir-refuġjati u l-migranti, il-LGBTIQ+, kif ukoll persuni f’sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi żvantaġġati. |
|
1.1.8. |
Jipprovdi kooperazzjoni globali, interstatali u intersettorjali fil-qasam tas-saħħa mentali, jibni kapaċitajiet ta’ diversi partijiet ikkonċernati u garanzija ta’ parteċipazzjoni inklużiva fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi. Dan għandu: jinvolvi l-koordinazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni, l-esperjenza u l-prattiki tajba, isaħħaħ ir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni; jimmira lejn eżiti pożittivi tas-saħħa u dawk soċjali kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi; jippromovi l-ħidma f’networks/pjattaformi tal-imsieħba soċjali, ir-riċerkaturi u x-xjentisti, il-professjonisti tas-saħħa, il-ħaddiema soċjali, l-NGOs tal-pazjenti u s-servizzi soċjali. |
|
1.1.9. |
Il-postijiet tax-xogħol jitqiesu bħala benniena għat-trawwim tas-saħħa mentali u l-appoġġ tas-saħħa mentali. Għalhekk, għandhom jiġu promossi inizjattivi komuni u azzjonijiet konġunti tal-imsieħba soċjali mmirati lejn it-titjib kontinwu tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż permezz ta’ finanzjament suffiċjenti. Ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol iridu jiġu vvalutati u eliminati, u jrid isir kull sforz biex jiġu evitati l-vjolenza u l-fastidju mentali (3). |
|
1.2. |
Minħabba l-importanza dejjem tikber tas-saħħa mentali, u sabiex jintbagħat sinjal qawwi għall-ħtieġa li tiġi ffurmata alleanza b’saħħitha biex tittejjeb u tiġi promossa s-saħħa mentali, il-KESE jistieden lill-KE tiddikjara l-2024 bħala s-Sena Ewropea tas-Saħħa Mentali. |
|
1.3. |
Hemm rabta diretta bejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-mard mentali peress li l-persuni b’diżabilitajiet mentali, diżabilitajiet intellettwali u problemi ta’ abbuż minn sustanzi sikwit jesperjenzaw trattament ħażin, ksur tad-drittijiet tal-bniedem u diskriminazzjoni f’ambjenti tal-kura tas-saħħa. F’ħafna pajjiżi, il-kwalità tal-kura kemm fil-faċilitajiet tal-kura in-patient kif ukoll f’dawk out-patient hija fqira jew saħansitra ta’ ħsara u tista’ tfixkel b’mod attiv l-irkupru (4). Huwa meħtieġ li jiġu mmonitorjati s-servizzi tal-kura tas-saħħa soċjali u mentali eżistenti kontra l-istandards tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, jiġu żviluppati prattiki bbażati fuq id-drittijiet u jsir investiment f’servizzi u appoġġ li jirrispettaw il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna, u sikuri mill-koerċizzjoni u t-trattament furzat. Jeħtieġ li jiġu adottati linji gwida u protokolli, kif ukoll li jiġi pprovdut taħriġ dwar approċċi bbażati fuq id-drittijiet għall-ħaddiema tas-saħħa u tal-kura soċjali. |
2. Sfond
|
2.1. |
Is-saħħa mentali hija ta’ tħassib dejjem jikber madwar l-UE peress li mhijiex biss pedament tal-benesseri u l-istil ta’ ħajja Ewropew, iżda tiswa wkoll 4 % tal-PDG tal-UE kull sena. Għalhekk, il-KESE ddeċieda li jiddedika Opinjoni fuq inizjattiva proprja għaliha. Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-UE f’Settembru 2022, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret l-intenzjoni tal-KE li tippreżenta approċċ komprensiv ġdid għas-saħħa mentali fl-2023 (inkluż fil-Programm ta’ Ħidma tal-KE għall-2023). L-importanza dejjem tikber tas-saħħa mentali ġiet enfasizzata wkoll fil-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li appellaw – fuq talba speċjali miż-żgħażagħ – għal inizjattivi biex jittejjeb il-fehim ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali u kif għandhom jiġu indirizzati. Ir-rapport rivedut CultureForHealth f’Diċembru 2022 (5) ukoll jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq is-saħħa mentali bħala prijorità strateġika. |
|
2.2. |
Fuq talba taċ-ċittadini Ewropej, il-PE (6) u l-Kunsill ukoll appellaw għal azzjoni f’dan il-qasam. Reċentement, il-Presidenza Spanjola li jmiss talbet Opinjoni esploratorja mill-KESE, flimkien mal-proposta inizjali għal Opinjoni fuq inizjattiva proprja. |
3. Determinanti tas-saħħa mentali
|
3.1. |
L-aktar fatturi determinanti importanti tas-saħħa mentali huma l-mikroambjent u l-makroambjent, il-fatturi soċjopsikoloġiċi individwali u dawk kulturali-ambjentali, eż. l-istatus tal-familja, il-ġeneru, in-nuqqas ta’ relazzjonijiet ta’ appoġġ, livell baxx ta’ edukazzjoni, introjtu u/jew status soċjoekonomiku baxx, il-problemi okkupazzjonali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena jew prekarji, il-qgħad, diffikultajiet finanzjarji, l-istigma u d-diskriminazzjoni perċepiti, is-saħħa somatika ħażina, is-solitudni, awtostima baxxa, kundizzjonijiet ħżiena tal-għajxien, it-tixjiħ, avvenimenti negattivi tal-ħajja, eċċ. Il-vulnerabbiltajiet u l-inċertezza għall-futur, flimkien ma’ bidliet fis-sistemi tal-valur u l-aderenza magħhom mill-ġenerazzjonijiet il-ġodda jaggravaw ukoll ir-riskju ta’ problemi mentali. Il-valutazzjoni tar-riskji psikosoċjali individwalizzati hija ta’ importanza kbira fid-dinja tax-xogħol – speċjalment meta jkun involut xogħol ta’ responsabbiltà għolja, b’inċertezza, prekarjetà, f’ambjent perikoluż jew ikun xogħol atipiku. Il-karatteristiċi individwali, eż. it-tolleranza għall-istress, il-mard kroniku, eċċ., iridu jitqiesu wkoll. |
|
3.2. |
Fil-livell tal-popolazzjoni, il-fatturi ta’ riskju huma assoċjati ma’ esperjenza negattiva fit-tfulija, faqar, governanza ħażina, diskriminazzjoni, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, edukazzjoni fqira, qgħad, kura tas-saħħa fqira, nuqqas ta’ akkomodazzjoni u servizzi soċjali u tas-saħħa adegwati, il-kwalità tal-politiki ta’ protezzjoni soċjali, nuqqas ta’ opportunitajiet, eċċ. Hemm interdipendenza bejn il-faqar u l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali u jseħħ ċirku vizzjuż – il-kundizzjonijiet mentali jwasslu għall-faqar, u l-faqar huwa fattur ta’ riskju għad-deterjorament tas-saħħa mentali. |
|
3.3. |
Il-fatturi ambjentali jaffettwaw ukoll is-saħħa mentali. L-influwenza tagħhom hija dejjem kumplessa u tiddependi mill-kuntest jew l-isfond prevalenti li fih iseħħu l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali. Ħafna minnhom huma relatati mal-klima, fenomeni naturali u diżastri bħal uragani jew terremoti. Oħrajn huma marbuta mad-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma tax-xorb, id-disponibbiltà tar-rimi tad-drenaġġ, il-grad ta’ urbanizzazzjoni, eċċ. |
|
3.4. |
Il-fatturi determinanti tas-saħħa mentali jaffettwaw gruppi differenti ta’ persuni fi gradi differenti. Normalment, aktar ma l-grupp ikun vulnerabbli, aktar ikunu b’saħħithom l-effetti fuqu. Gruppi aktar vulnerabbli jinkludu ż-żgħażagħ u l-anzjani waħedhom, il-persuni li jħossuhom waħedhom u dawk li jgħixu b’kundizzjonijiet preeżistenti jew b’diżabilitajiet intellettwali jew ta’ mobbiltà, u l-migranti. |
|
3.5. |
Kwalunkwe forma ta’ vizzju u dipendenza – kemm jekk relatata ma’ sustanzi kif ukoll mal-imġiba, tipperikola saħħa mentali tajba. Flimkien mal-vizzju tal-alkoħol, it-tabakk u d-droga, xi mediċini jistgħu jikkawżaw ukoll dipendenza – inklużi dawk preskritti biex itaffu kundizzjonijiet marbuta mas-saħħa mentali. Għalhekk, huwa importanti għal dawk kollha fil-bżonn li jkollhom aċċess rapidu għal psikjatri u psikoterapisti professjonali li jistgħu jgħinu biex dawn il-problemi jiġu indirizzati fil-fond. Il-mediċini jistgħu jkunu soluzzjoni temporanja waqt li tingħata għajnuna professjonali. Id-dipendenzi tal-imġiba jeħtieġu attenzjoni speċjali, speċjalment dawk li jirriżultaw mill-użu eċċessiv ta’ apparati diġitali (“no mobile phobia” (7)), peress li jaffettwaw b’mod speċjali lit-tfal u lill-adoloxxenti. L-algoritmi li jintużaw għall-personalizzazzjoni tal-kontenut fil-media soċjali jistgħu joħolqu wkoll riskji ta’ aggravar ta’ kundizzjonijiet tas-saħħa mentali billi jkomplu jissuġġerixxu l-kontenut li jikkawża kwistjonijiet ta’ saħħa mentali – ħafna drabi ansjetà u dipressjoni. Fir-rigward tat-terapiji psikedeliċi, li qed jitfaċċaw bħala klassi ġdida ta’ trattamenti rivoluzzjonarji għal kundizzjonijiet bħal dipressjoni severa, PTSD u disturbi fl-użu tal-alkoħol, hija meħtieġa aktar riċerka f’ambjent terapewtiku kkontrollat. Il-KESE jirrikonoxxi l-potenzjal ta’ dawn it-trattamenti u jitlob finanzjament iddedikat għall-promozzjoni tar-riċerka, l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni eventwali tagħhom. |
|
3.6. |
L-indiċi tas-Saħħa Mentali Headway (8) jiddeskrivi l-impatti, inklużi żieda fil-mortalità, imġiba impulsiva u aggressiva u rati ogħla ta’ suwiċidju. Żvela wkoll li fatturi li ftit ġew diskussi qabel bħal żieda medja kull xahar fit-temperatura ta’ grad wieħed kienu assoċjati ma’ żieda ta’ 0,48 % fiż-żjarat ta’ emerġenza tas-saħħa mentali u żieda ta’ 0,35 % fis-suwiċidji. |
|
3.6.1. |
L-indiċi jiżvela li madwar 22,1 % tal-persuni f’ambjent ta’ kunflitt jesperjenzaw kundizzjoni ta’ saħħa mentali (13 % għandhom forom ħfief ta’ dipressjoni, ansjetà u disturb minn stress postrawmatiku, 4 % għandhom forom aktar moderati, 5,1 % għandhom dipressjoni u ansjetà kbira, skiżofrenija jew disturb bipolari). Madwar persuna minn kull ħamsa tgħix b’kundizzjoni ta’ saħħa mentali marbutin ma’ sitwazzjonijiet ta’ wara l-kunflitti. |
|
3.6.2. |
B’27 kunflitt li għaddejjin bħalissa (9) madwar id-dinja u 68,6 miljun persuna spostati madwar id-dinja (10), l-indirizzar tal-ħtiġijiet tas-saħħa mentali ta’ persuni affettwati minn kunflitt u migrazzjoni huwa prijorità ewlenija u jeħtieġ aktar monitoraġġ tas-saħħa – għal mill-inqas tliet snin wara l-avveniment. |
|
3.6.3. |
L-indiċi jkompli jiddeskrivi l-opportunitajiet ewlenin għas-sistemi tas-saħħa biex itejbu jew iżommu l-eżiti tas-saħħa mentali fil-futur. Id-data tiżvela lakuna sinifikanti fl-istrateġiji, il-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa mentali, u hemm differenzi kbar fl-infiq fil-kura tas-saħħa bejn Stat Membru u ieħor (eż. Franza 14,5 % vs il-Lussemburgu 1 %) (11). Fuq nota pożittiva, qed isiru passi ’l quddiem u l-faċilitajiet tas-saħħa mentali għal kura outpatient żdiedu minn 3,9 għal 9,1 għal kull miljun persuna. |
4. L-effett ta’ kriżijiet multipli reċenti fuq is-saħħa mentali
|
4.1. |
Qabel il-COVID-19, id-data kienet tissuġġerixxi li aktar minn 84 miljun persuna (jew waħda minn kull sitta) fl-UE kienu affettwati minn mard mentali – ċifra li ċertament żdiedet minn dak iż-żmien ’il hawn (12). Madwar 5 % tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol kellha ħtiġijiet għoljin minħabba kundizzjoni ta’ saħħa mentali u 15 % oħra kellhom ħtiġijiet moderati ta’ saħħa mentali li naqqsu l-prospetti ta’ impjieg, il-produttività u l-pagi tagħhom. Is-saħħa mentali u l-kundizzjonijiet tal-imġiba jammontaw għal madwar 4 % tal-imwiet kull sena fl-Ewropa u huma t-tieni l-aktar kawża komuni ta’ mewt fost iż-żgħażagħ. |
|
4.2. |
Is-saħħa mentali kompliet tiddeterjora mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 ’l hawn b’mod ġenerali, iżda l-impatt jinħass b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni li tilfu lil xi ħadd għażiż minħabba l-COVID-19 u gruppi vulnerabbli oħra. L-iżolament soċjali u l-istress soċjetali jaffettwaw is-saħħa mentali u l-benesseri tan-nies b’mod negattiv. Persuni bi kwistjonijiet sottostanti tas-saħħa huma esposti għal riskju ta’ deterjorament tas-saħħa fiżika u mentali. Għall-kuntrarju taż-żieda fid-domanda għas-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali, l-aċċess għall-kura tas-saħħa ġie mfixkel ħafna fil-kuntest tal-pandemija, tal-inqas fl-ewwel fażi tagħha. Iż-żieda fid-domanda għall-kura tas-saħħa mentali tenfasizza l-importanza dejjem tikber tat-telemediċina u tas-soluzzjonijiet diġitali fil-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-monitoraġġ tal-problemi tas-saħħa mentali. |
|
4.3. |
L-avvenimenti stressanti li jakkumpanjaw il-pandemija tal-COVID-19 jinkludu: ir-riskju ta’ infezzjoni u trażmissjoni tal-virus lil persuni oħra, il-biża’ mill-konsegwenzi fit-tul tal-pandemija (inklużi dawk ekonomiċi), sintomi ta’ mard ieħor (speċjalment respiratorju) li qed jiġu interpretati b’mod skorrett bħala sintomi tal-COVID-19, l-għeluq tal-iskejjel u l-kindergartens li jżid l-istress tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw, is-sentimenti ta’ rabja u n-nuqqas ta’ sodisfazzjon bil-gvern u l-persunal mediku, jew in-nuqqas ta’ fiduċja fl-informazzjoni pprovduta mill-gvern u minn korpi uffiċjali oħra. |
|
4.4. |
Barra minn hekk, il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa tal-ewwel linja (inklużi infermiera, tobba, sewwieqa tal-ambulanzi, tekniċi tal-laboratorju u paramediċi) jesperjenzaw stress addizzjonali matul il-pandemija, bħall-istigmatizzazzjoni tax-xogħol ma’ pazjenti f’riskju, tagħmir protettiv personali insuffiċjenti u nuqqas ta’ tagħmir għall-kura ta’ pazjenti gravi, ħtieġa għal viġilanza kostanti, żieda fis-sigħat tax-xogħol, żieda fl-għadd ta’ pazjenti, ħtieġa għal titjib tal-ħiliet u taħriġ kostanti, tibdil fil-protokolli għad-dijanjożi u t-trattament tal-pazjenti bil-COVID-19, appoġġ soċjali mnaqqas, kapaċità personali insuffiċjenti għall-awtokura, informazzjoni medika insuffiċjenti dwar l-effetti fit-tul tal-infezzjoni u l-biża’ li jiġu infettati l-familji u dawk għeżież tagħhom. |
|
4.5. |
Reċentement, l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha għall-għajxien u l-inċertezza dwar il-futur ħolqu xokkijiet ġodda b’effetti fit-tul fuq is-saħħa mentali. Ċittadini mhux tal-UE bħal dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna jistgħu jiffaċċjaw sfidi partikolari tas-saħħa mentali minħabba esperjenzi trawmatiċi f’pajjiżhom jew li qed jaħarbu lejn l-UE. Fl-istess ħin, il-gwerra toħloq effetti konsegwenzjali u piż fuq il-popolazzjoni tal-UE soċjoekonomikament, u b’hekk tiġġenera riskji addizzjonali fit-tul għas-saħħa mentali madwar l-UE. |
5. Gruppi vulnerabbli
|
5.1. |
Tfal u adoloxxenti L-interventi għall-promozzjoni tas-saħħa mentali fit-tfulija bikrija għandhom ikunu parti integrali mill-kura tas-saħħa ġenerali għat-tfal u għall-ġenituri tagħhom u għal dawk li jindukrawhom. Dawn jibdew matul it-tqala u jkomplu bl-appoġġ għal pariri dwar it-trobbija responsabbli tat-tfal u dwar l-iżvilupp bikri tat-tfal. Is-sistemi edukattivi għandhom jiffukaw fuq l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, il-prevenzjoni u l-iskrinjar għall-vjolenza – kemm fiżika kif ukoll online, l-abbuż mill-alkoħol, it-tabakk jew id-droga, eċċ. L-użu tal-media soċjali jhedded is-saħħa mentali meta jkun eċċessiv, iżda dawn il-media joffru wkoll opportunitajiet għat-trattament ta’ kundizzjonijiet mentali. L-influwenza tal-istress fl-iskola u l-prestazzjoni skolastika jistgħu jikkawżaw ukoll pressjoni fuq is-saħħa mentali. |
|
5.1.1. |
Għandhom jiġu introdotti programmi għall-promozzjoni tal-benesseri mentali fl-iskejjel u għandu jiġi avvanzat l-għarfien dwar is-saħħa mentali. Għandhom jiġu żviluppati perkorsi effettivi lejn is-settur tal-kura tas-saħħa biex it-tfal jiġu appoġġjati minn età żgħira jirrikonoxxu s-sentimenti tagħhom u dawk ta’ oħrajn, u biex jindirizzaw emozzjonijiet u sitwazzjonijiet diffiċli billi jagħżlu strateġiji effettivi biex jindirizzawhom. Il-pjattaformi online għall-promozzjoni tas-saħħa mentali fl-istituzzjonijiet edukattivi u s-siti web interattivi adattati għall-età għaż-żgħażagħ huma essenzjali. |
|
5.1.2. |
Il-protezzjoni tas-saħħa mentali tat-tfal teħtieġ mhux biss miżuri mediċi biex jiġi żgurat in-nuqqas ta’ sintomi kliniċi, iżda wkoll sforzi mmirati għal kwalità tajba tal-ħajja u adattament soċjali sħiħ. Huwa meħtieġ approċċ kollaborattiv (li jgħaqqad il-forzi tas-settur edukattiv, tal-kura tas-saħħa u soċjali) fl-iskejjel biex tiġi promossa s-saħħa mentali, tiġi indirizzata t-trawma, u għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ problemi tas-saħħa mentali, l-użu u l-abbuż ta’ sustanzi, is-suwiċidju, il-vjolenza fost iż-żgħażagħ u diversi forom ta’ bullying. |
|
5.2. |
Persuni f’età avvanzata. L-istennija medja tal-għomor fl-Istati Membri qed tiżdied b’mod kostanti, u dan jagħti prominenza lill-kwistjoni tax-xjuħija. Il-proċessi tat-tixjiħ spiss jistgħu jikkawżaw bidliet fil-ħajja (inklużi dawk psikosensorji) u l-iżvilupp ta’ ħtiġijiet relatati ma’ kundizzjonijiet mentali. Vjolazzjonijiet fl-isferi psikomotorji u sensorji u t-telf gradwali tal-akutezza tal-perċezzjoni u d-diffikultajiet fl-adattament għall-ambjent li qed jinbidel iwasslu għal ansjetà u dipressjoni. Disturbi newroloġiċi li jinvolvu l-kortiċi, taħlita ta’ bidliet fil-moħħ relatati mal-età, flimkien ma’ fatturi ġenetiċi, ambjentali u tal-istil tal-ħajja ukoll qed jikkawżaw effetti. Filwaqt li hemm ħtiġijiet dejjem akbar għal titjib tal-ħiliet biex wieħed jitgħallem juża apparat domestiku dejjem aktar kumpless, b’età avvanzata l-kapaċitajiet ta’ tagħlim u akkwist ta’ ħiliet ġodda jonqsu u dan jista’ jikkawża stress fil-ħajja ta’ kuljum. Barra minn hekk, l-esperjenza ta’ ċerti bidliet fil-ħajja, diffikultajiet, telfien u iżolament iżidu wkoll pressjoni fuq is-saħħa mentali f’età akbar. Biex wieħed jilqa’ dawn l-isfidi kollha, jeħtieġ li jiġu żviluppati standards għal kura strutturata li tmur lil hinn mil-livell istituzzjonali u tindirizza l-ħtiġijiet personali tal-anzjani. L-iżvilupp ta’ programmi ta’ kura ċċentrati fuq l-individwu fil-komunità huwa vitali sabiex is-servizzi ma jiġux limitati biss għal istituzzjonijiet bħad-djar għall-anzjani jew l-ospizji. Għandu jsir aktar sforz biex jiġu mfittxija b’mod attiv persuni li jeħtieġu appoġġ, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew wara avveniment trawmatiku. |
|
5.3. |
Perspettivi tal-ġeneru. L-iżbilanċi bejn il-ġeneri marbuta mas-saħħa mentali wkoll joħolqu problema. L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) permezz tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2022 (13) tiegħu sab li n-nisa rrappurtaw livelli aktar baxxi ta’ benesseri mentali mill-irġiel f’kull waħda mit-tliet mewġiet tal-pandemija. Kien hemm ukoll żieda sinifikanti fil-vjolenza domestika matul il-pandemija, imsejħa l-“pandemija parallela”. Barra minn hekk, in-nisa huma darbtejn aktar probabbli mill-irġiel li jesperjenzaw is-sindromu tal-COVID-19 fit-tul, b’sintomi newroloġiċi u livelli ogħla ta’ dipressjoni u ansjetà (14). L-Istrateġija Ewropea għall-Kura (15) tindirizza wkoll il-ħtiġijiet relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata speċjalment fir-rigward tan-nisa (16). |
|
5.3.1. |
Għandu jkun hemm valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri fil-politiki kollha dwar is-saħħa mentali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri. Hemm differenzi bijoloġiċi, iżda fatturi psikoloġiċi u soċjali għandhom ukoll rwol importanti. Għalkemm diġà magħruf xi ftit dwar id-differenzi fil-prevalenza, ħafna drabi ftit huwa ċar dwar l-influwenza li dan jista’ jkollu fuq il-prevenzjoni, ir-riskji, id-dijanjożi u t-trattamenti. Għalhekk, hija meħtieġa aktar riċerka. Eżempju importanti huwa x-xejra ta’ deterjorament ħafna aktar qawwi tas-saħħa mentali għall-bniet adoloxxenti meta mqabbla mas-subien, u l-pressjonijiet fuq il-bniet huma tliet darbiet aktar b’saħħithom issa minn 20 sena ilu. |
|
5.3.2. |
Hemm ħtieġa urġenti għal appoġġ u trattament tas-saħħa mentali mfassla skont il-ġeneru. Matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ mara, hemm ħafna episodji li jistgħu jwasslu għal kwistjonijiet ta’ saħħa mentali. Pereżempju, disturb disforiku premestruwali (PMDD); l-effett mentali, fiżiku, psikjatriku u farmakokinetiku tal-menopawża jew tal-kontraċezzjoni orali; in-nuqqas ta’ terapija marbuta mal-mediċini għal nisa tqal jew li qed ireddgħu; in-nuqqas ta’ kura mentali u tas-saħħa mfassla apposta u trattament wara vjolenza domestika u/jew sesswali, żwieġ bikri u esponiment (bikri) għal pornografija (vjolenti), jew traffikar. Dawn ilkoll jistgħu jwasslu għad-deterjorament tas-saħħa u l-benesseri mentali. |
|
5.4. |
Persuni b’vizzji u dipendenzi. Għandha ssir enfasi speċjali fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali relatati mal-alkoħol u/jew id-dipendenza minn drogi illeċiti. Ir-riskji relatati mal-alkoħol huma ta’ importanza partikolari minħabba l-użu mifrux tiegħu. Il-preludju għall-alkoħoliżmu huwa xorb eċċessiv u ta’ ħsara, li jibda bl-iskuża li jintuża biex inaqqas l-istress u spiss iwassal għal vizzju u dipendenza. Sfortunatament, l-istudju tal-UE ESPAD juri li dan l-użu riskjuż tal-alkoħol huwa viżibbli wkoll fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa. L-użu ta’ drogi illeċiti oħra sar ukoll problema serja tas-saħħa pubblika f’dawn l-aħħar deċennji, b’aspett ġenerazzjonali partikolarment qawwi. |
|
5.5. |
Persuni b’diżabilitajiet intellettwali u psikosoċjali. Persuni bi ħtiġijiet għoljin ta’ kura tas-saħħa mentali jeħtieġu katina ta’ servizzi ta’ kwalità tajba u aċċessibbli ċċentrata fuq il-persuna u bbażata fuq id-drittijiet fis-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-persuni b’diżabilità li kienu jgħixu f’istituzzjonijiet “inqatgħu mill-bqija tas-soċjetà” u kien hemm rapporti li r-residenti kienu medikati żżejjed, taħt sedazzjoni jew maqfulin u ġew rapportati wkoll inċidenti ta’ awtoħsara (17). Matul il-pandemija tal-COVID-19, kien hemm rati ogħla ta’ mortalità fost il-persuni b’diżabilità intellettwali, li huma wkoll inqas probabbli li jirċievu servizzi ta’ kura intensiva (18). F’kundizzjonijiet ta’ kriżi huwa ferm aktar diffiċli li f’istituzzjonijiet fuq skala kbira jingħataw kura u appoġġ individwalizzati ċċentrati fuq il-persuna, u dan ipoġġi lill-persuni b’diżabilitajiet intellettwali u psikosoċjali f’riskju konsiderevoli ta’ inugwaljanzi fil-kura u t-trattament (19). Għalhekk il-prattiki ta’ segregazzjoni għandhom jiġu aboliti, u d-deistituzzjonalizzazzjoni għandha tkun fil-qalba tal-politiki soċjali biex il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgawdu d-dritt tagħhom li jgħixu fil-komunità. |
5.6. Esponiment għal stress eċċessiv – eż. pandemija, diżastri naturali, kunflitti
|
5.6.1. |
Il-pandemija tal-COVID-19 u s-sindromu tal-COVID-19 fit-tul aggravaw ħafna fatturi ta’ riskju li jaffettwaw lill-individwi, u dan wassal għal deterjorament tas-saħħa mentali, kif ukoll dgħajfu ħafna mekkaniżmi protettivi, li wassal għal prevalenza bla preċedent ta’ ansjetà u dipressjoni. F’ċerti Stati Membri, din il-prevalenza rduppjat (20). Is-saħħa mentali kellha t-tendenza li tkun fl-agħar livell tagħha madwar l-ogħla livelli tal-pandemija, b’sintomi ta’ dipressjoni normalment l-ogħla matul iż-żmien ta’ miżuri stretti ta’ konteniment. |
|
5.6.2. |
Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat il-perkorsi possibbli għal interazzjoni pożittiva bejn kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u s-saħħa pubblika (21). Irriżulta wkoll li xi okkupazzjonijiet kienu esposti għal fatturi psikosoċjali li jistgħu jżidu l-esponiment għall-istress (22) u jipproduċu impatti negattivi. Pereżempju, l-eżawriment tal-persunal u l-bidliet demografiċi jheddu tnaqqis permanenti fil-forza tax-xogħol Ewropea fil-qasam tas-saħħa (23). Xi professjonijiet huma aktar esposti minn oħrajn għall-prekarjat (24) u għar-riskju ta’ fastidju fiżiku – eż. il-ħaddiema f’dawn l-oqsma: il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni (14,6 %), it-trasport u l-komunikazzjoni (9,8 %), l-ospitalità (9,3 %), u l-bejgħ bl-imnut (9,2 %). Dawk is-setturi jirrapportaw ukoll attenzjoni sesswali mhux mixtieqa: l-ospitalità (3,9 %), il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni (2,7 %) u t-trasport u l-komunikazzjoni (2,6 %) (25). Tali avvenimenti stressanti jistgħu jikkawżaw kwistjonijiet u kundizzjonijiet mentali u jridu jiġu evitati. |
|
5.6.3. |
Persuni li esperjenzaw l-ambjent perikoluż ta’ diżastri naturali li ma jistgħux jiġu kkontrollati, eż., terremoti, uragani, nirien u għargħar, vittmi tat-traffikar tal-bnedmin kif ukoll persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali. Hemm ukoll tipi differenti ta’ reazzjonijiet (26) wara avveniment ta’ trawma potenzjali:
|
6. Eżempji ta’ prattiki tajbin
|
6.1. |
Matul il-pandemija, ħafna Stati Membri ħadu passi biex iżidu l-appoġġ għas-saħħa mentali. Il-biċċa l-kbira minnhom żviluppaw informazzjoni ġdida dwar is-saħħa mentali u/jew linji telefoniċi għall-għajnuna li jagħtu pariri dwar miżuri ta’ rkupru matul il-kriżi tal-COVID-19, u ħafna pajjiżi żiedu wkoll l-isforzi ta’ prevenzjoni u promozzjoni u żiedu l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali u l-finanzjament għal dawn is-servizzi (27). Xi eżempji jinkludu:
|
|
6.2. |
Stati Membri oħra introduċew ukoll strateġiji nazzjonali biex jindirizzaw l-isfidi tas-saħħa mentali. Pereżempju, Spanja ddedikat kapitolu sħiħ tal-istrateġija nazzjonali tagħha għall-perjodu 2022-2026 għall-isfidi tas-saħħa mentali bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, u introduċiet sett ta’ linji gwida dwar l-indirizzar ta’ tali sfidi matul u wara l-kriżi. Fil-Litwanja, fl-2020, ġie żviluppat pjan ta’ azzjoni b’rispons għall-COVID-19 biex jissaħħaħ il-forniment tal-kura tas-saħħa mentali u jittaffew il-konsegwenzi negattivi potenzjali tal-pandemija (29). Il-pjan ta’ azzjoni fil-Litwanja jistabbilixxi wkoll sensiela ta’ miżuri biex jespandu u jadattaw is-servizzi eżistenti, jintroduċu servizzi ġodda bħal timijiet ta’ kriżi psikoloġika tal-komunità, id-disponibbiltà ta’ konsulenza psikoloġika b’limitu baxx fil-livell muniċipali u għamlu s-servizzi għall-promozzjoni tas-saħħa mentali aktar aċċessibbli. |
|
6.3. |
Il-psikoterapija, il-konsulenza psikoloġika, diversi tipi ta’ terapiji permezz tat-taħdit u fi gruppi huma trattamenti bbażati fuq l-evidenza, li jridu jitjiebu sabiex ikunu affordabbli, aċċessibbli u disponibbli għal persuni li jeħtiġuhom sabiex jibbilanċjaw il-metodi tradizzjonali prevalenti ta’ trattament. |
|
6.4. |
L-impatti fuq terminu medju sa twil tal-pandemija fuq il-ħtieġa għal servizzi tas-saħħa mentali għad iridu jiġu osservati. Hemm xi indikazzjonijiet li s-saħħa mentali u l-benesseri tjiebu fl-ewwel ftit xhur tal-2022, iżda sinjali ta’ deterjorament tas-saħħa mentali għadhom għoljin. Id-data nazzjonali limitata disponibbli turi sintomi ogħla ta’ dipressjoni u ansjetà fost l-adulti minn dawk ta’ qabel il-pandemija (30). |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) C. Winslow (1923) iddefinixxa l-promozzjoni tas-saħħa bħala sforz organizzat mis-soċjetà biex teduka lill-individwu dwar kwistjonijiet ta’ saħħa personali u tiżviluppa sistema soċjali li tipprovdi lil kull individwu bi standard ta’ għajxien adegwat biex iżomm u jtejjeb is-saħħa tiegħu.
(2) COM(2023) 298 final.
(3) Elementi speċifiċi rigward ix-xogħol prekarju u s-saħħa mentali huma indirizzati fid-dettall fl-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ix-“Xogħol prekarju u saħħa mentali” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola) (ĠU C 228, 29.6.2023, p. 28).
(4) Sett ta’ għodod QualityRights tad-WHO biex jiġu vvalutati u mtejba l-kwalità u d-drittijiet tal-bniedem fil-faċilitajiet tas-saħħa mentali u tal-kura soċjali. Ġinevra, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2012.
(5) https://www.cultureforhealth.eu/knowledge/.
(6) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19 (2020/2691(RSP) (ĠU C 371, 15.9.2021, p. 102) https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0205_MT.html
(7) Biża’ li ma jkunx hemm aċċess għal mowbajl jew apparat ieħor, relatat ukoll mal-media soċjali u d-dipendenza mill-Internet.
(8) https://eventi.ambrosetti.eu/headway/wp-content/uploads/sites/225/2022/09/220927_Headway_Mental-Health-Index-2.0_Report-1.pdf.
(9) https://eventi.ambrosetti.eu/headway/wp-content/uploads/sites/225/2022/09/220927_Headway_Mental-Health-Index-2.0_Report-1.pdf, p. 60.
(10) Data tan-NU.
(11) https://www.angelinipharma.com/media/press-releases/new-headway-report-highlights-environmental-determinants-of-mental-health/.
(12) https://health.ec.europa.eu/system/files/2022-12/2022_healthatglance_rep_en_0.pdf.
(13) Aqra r-rapport fuq https://eige.europa.eu/sites/default/files/documents/gender_equality_index_2022_corr.pdf Ara wkoll https://eige.europa.eu/publications/gender-equality-index-2021-report/women-report-poorer-mental-well-being-men
(14) https://timesofindia.indiatimes.com/life-style/health-fitness/health-news/females-twice-more-likely-to-suffer-from-long-covid-who-releases-alarming-data-on-sufferers-and-symptoms/photostory/94194227.cms?picid=94194317.
(15) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_5169
(16) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=89&furtherNews=yes&newsId=10382#navItem-relatedDocuments
(17) Brennan, C.S., Disability Rights During the Pandemic: A Global Report on Findings of the COVID-19 Disability Rights Monitor [Id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità Matul il-Pandemija: Rapport Globali dwar is-Sejbiet tal-Monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tal-COVID-19]. 2020, COVID-19 Disability Rights Monitor.
(18) https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/disability-and-health.
(19) https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/333964/WHO-EURO-2020-40745-54930-eng.pdf.
(20) Health at a Glance: Ewropa 2022 © OECD/Unjoni Ewropea, 2022.
(21) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021DC0323
(22) https://osha.europa.eu/mt/themes/health-and-social-care-sector-osh
(23) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Strateġija dwar il-forza tax-xogħol u l-kura fil-qasam tas-saħħa għall-futur tal-Ewropa” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 37).
(24) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ix-“Xogħol prekarju u saħħa mentali” (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola) (ĠU C 228, 29.6.2023, p. 28).
(25) https://osha.europa.eu/mt/themes/health-and-social-care-sector-osh
(26) Flore Gil Bernal, Università Iberoamerikana fil-Messiku, www.fearof.net
(27) Uffiċċju għall-Istatistika Nazzjonali (2021), Coronavirus and depression in adults (Il-coronavirus u d-dipressjoni fl-adulti), il-Gran Brittanja: minn Lulju sa Awwissu 2021.
(28) Sindromu tal-COVID fit-tul – https://www.oeb.org.cy/egcheiridia-long-covid-cyprus
(29) Wijker, Sillitti u Hewlett (2022), The provision of community-based mental health care in Lithuania (Il-forniment ta’ kura tas-saħħa mentali bbażata fil-komunità fil-Litwanja), https://doi.org/10.1787/18de24d5-en
(30) Sciensano, 2022; Santé publique Franza, 2022.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/108 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Miżuri biex titnaqqas l-obeżità tat-tfal”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola)
(2023/C 349/17)
|
Relatur: |
Josep PUXEU ROCAMORA |
|
Korelatur: |
Isabel CAÑO AGUILAR |
|
Konsultazzjoni |
Ittra mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill, 8.12.2022 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
1.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
197/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Is-saħħa hija dritt fundamentali. Barra minn hekk, li t-tfal jitrabbew f’saħħithom u ferħanin, u li jkunu jistgħu jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, huwa dritt indikat mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. |
|
1.2. |
Bħalissa, il-piż żejjed u l-obeżità fit-tfal għadhom waħda mill-isfidi ewlenin tas-saħħa pubblika fil-pajjiżi tal-UE fejn jikkonverġu numru kbir ta’ fatturi: ambjentali, soċjali u ekonomiċi. L-obeżità fit-tfal hija assoċjata ma’ problemi ta’ saħħa fiżika, mentali u soċjali fit-tfulija u fl-età adulta. |
|
1.3. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fit-tfulija, minħabba li huma relatati direttament mal-piż żejjed fost it-tfal. F’xi każijiet, il-perċentwal ta’ tfal u adolexxenti obeżi huwa d-doppju f’unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx. |
|
1.4. |
Il-KESE jinnota li l-Istati Membri għandhom kriterji differenti dwar kif jindirizzaw l-obeżità fit-tfal (b’rabta ma’ diversi aspetti bħall-komunikazzjoni, it-tikkettar dwar in-nutrizzjoni, il-promozzjoni tal-attività fiżika u dieti sostenibbli, jew l-inklużjoni ta’ aspetti aktar ġodda bħall-użu san tal-iskrins jew il-promozzjoni tas-saħħa psikoemozzjonali). Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew jaqdu rwol aktar proattiv f’dan il-qasam u jaħdmu għal aktar standardizzazzjoni u qafas aktar effettiv. |
|
1.5. |
Il-KESE jinnota bi tħassib li l-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet nazzjonali dwar il-promozzjoni u r-reklamar tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku intiżi għat-tfal huma dgħajfa wisq u l-approċċi volontarji eżistenti mhumiex biżżejjed biex jipproteġu lit-tfal u lill-adoloxxenti; Iqis li l-profil nutrizzjonali tad-WHO jista’ jintuża bħala bażi biex jillimita r-reklamar ta’ prodotti b’livell għoli ta’ zokkor, xaħam jew melħ. Iqis li huwa importanti li nitgħallmu mill-miżuri u l-prattiki tajbin f’pajjiżi li fihom intweriet l-effettività ta’ politiki differenti, inklużi regolamenti, biex jiġi ristrett l-esponiment tat-tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar ikel u xorb b’livell għoli ta’ melħ, zokkor, xaħam, xaħam saturat jew aċidi xaħmin trans. Huwa wkoll essenzjali li jiġi żgurat li l-ħinijiet tax-xandir għat-tfal jiġu dejjem rispettati, u li kwalunkwe reklamar jikkonforma mal-prinċipju tal-akkuratezza tar-reklamar. Ta’ min ifakkar li d-WHO hija favur ir-restrizzjoni tal-forom rilevanti kollha ta’ reklamar tal-ikel immirati lejn it-tfal. |
|
1.6. |
Il-KESE jappella wkoll għat-tiġdid tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfal 2014-2020, billi jitqiesu l-proposti ta’ din l-Opinjoni. |
|
1.7. |
Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-KESE jqis li l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu spinta lill-konsum ta’ ikel li huwa meqjus bħala parti essenzjali minn dieti sani u sostenibbli (frott u ħxejjex friski, staġjonali u lokali, legumi, qmuħ sħaħ u proteini tal-annimali bħall-ħut). Dan jista’ jinkiseb pereżempju billi jiġu enfasizzati l-politiki għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli tal-UE, jiġu żviluppati offerti pubbliċi li jippromovu dieti sani u sostenibbli, jew billi jintużaw l-inċentivi fiskali (bħal tnaqqis tal-VAT) bħala strument li jappoġġja x-xiri u l-konsum ta’ ikel bħal dan. Barra minn hekk, f’kuntest ta’ inflazzjoni u prezzijiet li qed jiżdiedu, iż-żewġ miżuri jistgħu jgħinu biex jagħmluha aktar faċli għal ħafna aktar familji, speċjalment dawk l-aktar żvantaġġati, li jkollhom aċċess għal ikel nutrittiv u ta’ kwalità tajba. Bl-istess mod, il-KESE jħeġġeġ biex titkompla l-ħidma għar-riformulazzjoni u t-titjib tal-kompożizzjoni tal-ikel u x-xorb fis-suq Ewropew. |
|
1.8. |
Il-KESE jitlob li l-familji jingħataw għodod sempliċi biex ikollhom l-għarfien meħtieġ biex jifhmu l-oriġini b’diversi fatturi tal-obeżità fit-tfal u l-konsegwenzi tagħha fuq is-saħħa fit-tfulija u fl-età adulta. Il-KESE jqis ukoll li huwa essenzjali li s-soċjetà kollha kemm hi tippromovi l-użu tajjeb tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u r-rakkomandazzjonijiet diġà fis-seħħ f’dan ir-rigward. L-użu eċċessiv tal-iskrins iwassal għal stil ta’ ħajja sedentarja, żieda fl-esponiment għar-reklamar ta’ ikel u xorb b’livell għoli ta’ zokkor, xaħam u melħ, kif ukoll għal riskji għas-saħħa mentali tat-tfal u l-adolexxenti. |
|
1.9. |
Il-KESE jitlob li l-ambjent edukattiv ikun ċentru li jippromovi l-attività fiżika, in-nutrizzjoni sana u s-saħħa psikoemozzjonali. Iċ-ċentri edukattivi huma spazju ideali għall-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja sani u biex l-obeżità fit-tfal tiġi miġġielda b’mod pożittiv, mingħajr ma tinħoloq stigma soċjali jew is-sens li ċerti aspetti fiżiċi ma jkunux aċċettati mis-soċjetà minħabba ċerti sterjotipi tal-ġisem ikkunsidrati bħala ideali. Għal dan il-għan, il-KESE jqis li waħda mill-miżuri hija t-trasformazzjoni tal-kurrikuli attwali, billi jiżdied il-ħin previst għall-attività fiżika, kif ukoll permezz ta’ investiment fl-edukazzjoni dwar l-ikel u l-gastronomija. Il-kantins tal-iskejjel huma element ewlieni fil-promozzjoni ta’ drawwiet tal-ikel sani għat-tfal u l-adolexxenti, u għalhekk il-KESE jqis li huwa importanti ħafna li jkunu disponibbli fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u li jiġi żgurat li l-ikel offrut ikun san, ibbilanċjat u ta’ kwalità tajba. Ifakkar ukoll li tista’ tingħata spinta akbar lill-implimentazzjoni tal-iskema tal-UE għall-provvista ta’ frott, ħaxix u ħalib fl-iskejjel (l-iskema tal-iskejjel), u li jistgħu jiġu promossi għotjiet ta’ ikel fl-iskejjel lil tfal f’sitwazzjoni ta’ inugwaljanza. |
|
1.10. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jespandu u jtejbu l-ispazji u l-infrastrutturi pubbliċi b’modi li jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-mobbiltà attiva, speċjalment f’żoni viċin l-iskejjel jew fit-toroq li jwasslu għall-iskejjel. Jemmen ukoll li huwa neċessarju li jinħolqu spazji urbani li jkollhom żoni sportivi, żoni tal-logħob u spazji ħodor li jkunu aċċessibbli, sikuri u intiżi għat-tfal u l-adolexxenti. |
|
1.11. |
Il-KESE jipproponi li l-ambjent diġitali jintuża bħala faċilitatur ta’ stili ta’ ħajja, relazzjonijiet u mġiba sani. F’dan ir-rigward, il-KESE jerġa’ jitlob li jsiru kampanji ta’ reklamar viżwali, ispirati minn kampanji pożittivi ta’ reklamar soċjali mmirati lejn it-tfal, favur ikel u dieti aktar sani, ħajja attiva u użu san tal-iskrins. |
|
1.12. |
Il-KESE jfakkar fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu inklużi fir-rapport ta’ evalwazzjoni dwar Evalwazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskejjel (1), l-Opinjonijiet dwar Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-UE u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, u jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-Qafas li jmiss dwar Sistemi tal-Ikel Sostenibbli, tinkludi miżuri tiġi miġġielda l-obeżità fit-tfal, pereżempju fir-rigward tat-tikkettar u l-akkwist pubbliku. |
|
1.13. |
Il-KESE huwa konvint ukoll, kif irrimarka f’Opinjonijiet oħra, li l-innovazzjonijiet demokratiċi bħall-kunsilli għall-politika tal-ikel u l-promozzjoni ta’ approċċi parteċipattivi, jgħinu biex jippromovu l-kwalità tajba u l-leġittimità tat-tfassil tal-politiki dwar l-ikel. Huwa jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ strument fil-livell Ewropew bħall-Kunsill Ewropew għall-Politika l-Ikel. |
|
1.14. |
Fil-qosor, il-KESE jimpenja ruħu li jindirizza l-obeżità b’mod globali, billi jqis it-trasformazzjoni sana tal-istili ta’ ħajja, iżda wkoll il-kundizzjonijiet soċjali kollha relatati magħha, u jirrakkomanda li jiġu promossi strateġiji pubbliċi li jiggarantixxu aċċess universali għal ikel san, attività fiżika u sport, mistrieħ tajjeb, u benesseri psikoemozzjonali, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni. |
2. Is-saħħa bħala l-assi ċentrali tal-politiki kollha
|
2.1. |
Is-saħħa hija dritt fundamentali (2) u prekundizzjoni għall-funzjonament tas-soċjetà u l-ekonomija tagħna. B’mod partikolari, li t-tfal jitrabbew f’saħħithom u ferħanin, u li jkunu jistgħu jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, huwa dritt rikonoxxut mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (3). Il-KESE jappoġġja l-approċċ “Saħħa Waħda” promoss mill-Kummissjoni Ewropea bħala approċċ integrat li jfittex li jibbilanċja u jtejjeb b’mod sostenibbli s-saħħa tan-nies. |
|
2.2. |
L-indirizzar tal-obeżità fit-tfal huwa vitali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), speċjalment l-SDG 3 biex tiġi żgurata ħajja f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa u jiġi promoss il-benesseri f’kull età, u jittejjeb l-istatus tas-saħħa tal-Ewropej kollha fil-futur. Ix-xjenza turina li l-prevenzjoni tal-obeżità fi stadji kritiċi matul il-ħajja, bħas-snin bikrin tal-ħajja u l-adolexxenza, x’aktarx li għandha l-akbar benefiċċji għas-saħħa, tnaqqas l-ispejjeż assoċjati u hija l-aktar mod promettenti biex jitkisser iċ-ċiklu interġenerazzjonali tal-obeżità u l-inugwaljanzi fid-dieta. |
|
2.3. |
B’konformità ma’ dan, il-KESE jilqa’ t-talba tal-Presidenza Spanjola futura għal Opinjoni esploratorja tal-KESE dwar miżuri possibbli biex titnaqqas l-obeżità fit-tfal. Din hija konformi mat-tendenza tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE li jfasslu u jiżviluppaw strateġiji mmirati biex irażżnu u jipprevjenu l-obeżità u l-piż żejjed fit-tfal:
|
3. L-obeżità fit-tfal fl-Ewropa: is-sitwazzjoni attwali
|
3.1. |
Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) (6), l-obeżità hija marda kumplessa, b’diversi fatturi u mhux komunikabbli, definita minn adipożità eċċessiva li tista’ tagħmel ħsara lis-saħħa. L-obeżità hija wkoll fattur ta’ riskju fl-iżvilupp ta’ mard mhux komunikabbli ieħor, bħall-mard kardjovaskulari, metaboliku, osteoartikulari jew il-kanċer (7), l-indeboliment mentali u kwalità tal-ħajja mnaqqsa, li jnaqqas l-istennija tal-għomor u jżid ir-riskju ta’ mewta prematura. Dawn il-konsegwenzi fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għal żieda sinifikanti fin-nefqa tas-saħħa tal-pajjiżi, kif ukoll infiq individwali, soċjali u ekonomiku ieħor. |
|
3.2. |
Illum, il-piż żejjed u l-obeżità fit-tfal għadhom waħda mill-isfidi ewlenin tas-saħħa pubblika fil-pajjiżi tal-UE. Fil-ħames edizzjoni tal-istudju tal-Inizjattiva ta’ Sorveljanza tal-Obeżità fit-Tfulija tad-WHO (li saret bejn l-2018 u l-2020) (8), 29 % tat-tfal ta’ bejn 7 u 9 snin fit-33 pajjiż parteċipanti kellhom piż eċċessiv (9) u 12 % kienu obeżi. Mil-lat tal-ġeneru, is-subien kellhom rati kemxejn ogħla mill-bniet (31 % vs 28 % fil-każ ta’ piż żejjed; u 14 % vs 10 % fil-każ ta’ obeżità). |
|
3.3. |
Il-KESE jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 setgħet aggravat il-problema tal-obeżità fit-tfal. Kulma jmur hemm dejjem iktar indikazzjonijiet li l-pandemija tal-COVID-19 setgħet aggravat iċ-ċifri tal-obeżità fit-tfal, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà akbar (10). |
|
3.4. |
Il-KESE jinnota li hemm kriterji differenti dwar kif għandha tiġi indirizzata l-obeżità fit-tfal fl-Istati Membri differenti (b’rabta ma’ aspetti differenti bħall-komunikazzjoni, it-tikkettar dwar in-nutrizzjoni, il-promozzjoni tal-attività fiżika u dieti sostenibbli, jew l-inklużjoni ta’ aspetti aktar ġodda bħall-użu san tal-iskrins jew il-promozzjoni tas-saħħa psikoemozzjonali) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew jaqdu rwol aktar proattiv f’dan il-qasam u jaħdmu għal aktar standardizzazzjoni u qafas aktar effettiv. |
4. Il-fatturi determinanti tal-obeżità fit-tfal
L-oriġini tal-obeżità ma tistax tiġi attribwita għal kawża waħda, iżda tirriżulta minn interazzjoni kumplessa bejn diversi fatturi (11). Dawn jinkludu fatturi individwali (bijoloġiċi/ġenetiċi, fiżjoloġiċi u stil ta’ ħajja), fatturi ambjentali (influwenza tal-ambjenti differenti li fihom il-persuna tiżviluppa: familja, skola, komunità), fatturi psikosoċjali (livell edukattiv jew klassi soċjali) u fatturi ekonomiċi (livell ta’ dħul tal-familji (12)).
|
4.1. |
Il-fatturi psikosoċjali u r-riżorsi ekonomiċi jsegwu l-mudelli soċjali, jistgħu jagħmlu lil familji b’introjtu baxx aktar vulnerabbli għal esponiment ambjentali ta’ ħsara fl-istadji kollha tal-ħajja, u għandhom effett kumulattiv matul il-ħajja. |
|
4.2. |
Hemm biżżejjed provi u evidenza li juru li l-esponiment għal nutrizzjoni u piż tal-ġisem ħżiena għas-saħħa qabel il-konċepiment u waqt it-tqala għandu rwol importanti fl-iżvilupp tal-kompożizzjoni tal-ġisem fl-ewwel snin tal-ħajja u fis-suxxettibilità għall-obeżità. |
|
4.3. |
Bl-istess mod, l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fit-tfulija, li ġew aggravati minħabba l-pandemija, iż-żieda fl-inflazzjoni u l-kriżi ekonomika, huma direttament relatati mal-piż eċċessiv fit-tfal, fejn f’xi każijiet il-perċentwal ta’ tfal obeżi huwa d-doppju f’unitajiet domestiċi bi dħul baxx, minħabba li dawn għandhom drawwiet tal-għajxien differenti meta mqabbla ma’ unitajiet domestiċi b’introjti ogħla. |
|
4.4. |
L-attività fiżika hija pilastru tas-saħħa tul il-ħajja. L-attività fiżika hija wkoll fattur determinanti importanti fil-prevenzjoni u t-trattament tal-obeżità fit-tfal u l-fatturi ta’ riskju metaboliku bikri (13), kif ukoll komponent essenzjali għall-iżvilupp ta’ ħiliet konoxxittivi, motorji u soċjali bażiċi. Madankollu, 81 % tal-minorenni ta’ bejn 11 u 17-il sena mhumiex fiżikament attivi biżżejjed (14). Qabel il-pandemija, wieħed biss minn kull seba’ adolexxenti ta’ 15-il sena fir-Reġjun Ewropew tad-WHO (14 %) irrapporta li ddedika mill-inqas siegħa għal attività fiżika minn moderata sa vigoruża kuljum (15). Bl-istess mod, 25 % biss tas-subien ta’ 15-il sena u 15 % tal-bniet tal-istess età kisbu l-livelli rakkomandati ta’ attività fiżika fl-2014 (16). |
|
4.5. |
Id-dieti żbilanċjati, ikkaratterizzati minn konsum għoli ta’ ikel u xorb b’livell għoli ta’ xaħam, zokkor u melħ, huma assoċjati ma’ livelli ogħla ta’ obeżità u ma’ saħħa ġenerali aktar fqira. Min-naħa l-oħra, id-drawwiet li jxeqilbu lejn mudelli bħad-dieta Mediterranja, Atlantika jew Nordika, jew sempliċement lejn dieti bi predominanza ta’ ikel frisk u li joriġina mill-pjanti huma assoċjati ma’ riżultati aħjar tas-saħħa (17) (18). Skont l-aħħar edizzjoni tal-istudju tal-Inizjattiva ta’ Sorveljanza tal-Obeżità fit-Tfulija (19), inqas minn nofs (43 %) it-tfal ta’ bejn 6 u 9 snin fir-Reġjun Ewropew jikkunsmaw frott frisk kuljum. Barra minn hekk, 7 % minnhom qatt ma jikkunsmaw frott, jew jikkunsmawh inqas minn darba fil-ġimgħa Fir-rigward tal-konsum tal-ħaxix, terz biss (34 %) tat-tfal ta’ bejn 6 u 9 snin jieklu l-ħaxix kuljum. |
|
4.6. |
Minn perspettiva ekonomika u soċjali, il-KESE jinnota wkoll li ż-żieda globali fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel qed ikollha impatt fuq il-prezzijiet tal-konsumatur fl-UE u b’hekk qed tikkundizzjona x-xejriet tax-xiri u d-drawwiet tal-ikel tal-familji u tat-tfal u l-adolexxenti Ewropej, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli. |
|
4.7. |
Il-benesseri emozzjonali u l-obeżità huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin. Minn naħa, minħabba li l-benesseri emozzjonali huwa essenzjali għall-prevenzjoni tal-obeżità fit-tfal. Min-naħa l-oħra, minħabba li l-obeżità fit-tfal iżżid il-possibbiltà li jsofru diskriminazzjoni, stigmatizzazzjoni u bullying fl-iskola, u, għalhekk, taffettwa l-benesseri emozzjonali tagħhom. |
|
4.8. |
Intwera li l-mogħdija ta’ ħin eċċessiv quddiem l-iskrins huwa wieħed mill-fatturi determinanti fil-ħolqien ta’ piż żejjed/obeżità, u ż-żewġ fenomeni huma korrelatati (20) (21). Għalkemm l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji pubbliċi jirrakkomandaw li l-ħin quddiem l-iskrins għandu jiġi limitat għal massimu ta’ 120 minuta kuljum, it-tfal u l-adolexxenti Ewropej jidhru li ma jikkonformawx ma’ din ir-rakkomandazzjoni (22). |
5. Miżuri li għandhom jittieħdu
|
5.1. |
L-indirizzar tal-obeżità fit-tfal jirrikjedi approċċ li jħaddan iċ-ċiklu kollu tal-ħajja u, fl-istess ħin, li tingħata risposta għall-kawżi multipli tiegħu. Il-KESE jipproponi approċċ olistiku u parteċipattiv. L-ilħuq u l-ksib tat-tnaqqis taċ-ċifri tal-obeżità u l-piż żejjed fit-tfal u l-adolexxenti Ewropej jeħtieġu l-kollaborazzjoni u l-impenn ta’ kulħadd (23): l-amministrazzjonijiet pubbliċi, is-settur privat/tan-negozju, il-media, iċ-ċentri edukattivi u tas-saħħa u l-familji. Barra minn hekk, dan ir-rispons komprensiv għandu jinbena fuq approċċ pożittiv u li ma jistigmatizzax. |
|
5.2. |
Il-KESE jappella għat-tiġdid tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfal 2014-2020, li għandu jkollu l-għan li: jippromovi nutrizzjoni adegwata, l-attività fiżika, u ambjenti edukattivi u soċjali sani, jiżgura l-kura tas-saħħa, jipproteġi lill-aktar gruppi vulnerabbli, irawwem u jippromovi r-responsabbiltà soċjali fir-rigward tas-saħħa fi ħdan il-kumpaniji u l-qasam tar-reklamar, iħeġġeġ lid-diversi amministrazzjonijiet pubbliċi jaħdmu f’sinerġija, u jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ miżuri li, b’mod globali u intersettorjali, iħeġġu t-trasformazzjoni sana tal-ambjenti li fihom jgħixu u jikbru t-tfal u l-adolexxenti. |
|
5.3. |
Il-KESE jfakkar fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu inklużi fir-rapport ta’ evalwazzjoni dwar Evalwazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskejjel (24), l-Opinjonijiet dwar Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-UE u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, u jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-Qafas li jmiss dwar Sistemi tal-Ikel Sostenibbli, tinkludi miżuri tiġi miġġielda l-obeżità fit-tfal, pereżempju fir-rigward tat-tikkettar u l-akkwist pubbliku. |
|
5.4. |
Il-KESE jtenni wkoll l-importanza tat-tisħiħ tad-demokrazija tal-ikel u huwa konvint, kif indikat f’Opinjonijiet oħra, li l-innovazzjonijiet demokratiċi bħall-kunsilli għall-politika tal-ikel u l-promozzjoni ta’ approċċi parteċipattivi jgħinu fil-promozzjoni tal-kwalità tajba u l-leġittimità tat-tfassil tal-politiki dwar l-ikel. Huwa jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ strument fil-livell Ewropew bħall-Kunsill Ewropew għall-Politika l-Ikel. |
5.5. L-ambjent makrosoċjali
|
5.5.1. |
F’dan l-ambjent, il-KESE jirrakkomanda li l-azzjonijiet ta’ kulħadd jiġu allinjati sabiex tinħoloq ekosistema soċjali li tippromovi bidla kulturali li tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi, u ssaħħaħ stili ta’ ħajja aktar sani. |
|
5.5.2. |
Il-KESE jtenni t-talba tiegħu li jiġu żviluppati miżuri li jżidu l-kapaċità tas-sistemi pubbliċi għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà partikolari li jxekklu l-adozzjoni ta’ stili ta’ ħajja sani. |
|
5.5.3. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jitressqu miżuri soċjali li jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja u l-koresponsabbiltà fi ħdan il-familji u li jippermettu lill-familji jaċċessaw u jiddedikaw aktar ħin għal attivitajiet sani. |
|
5.5.4. |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġu promossi strateġiji pubbliċi li jiggarantixxu l-aċċess għall-faċilitajiet sportivi mingħajr ebda diskriminazzjoni, u li tiġi ffaċilitata l-prattika tajba tal-eżerċizzju fiżiku. Il-KESE jirrakkomanda li titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri u dik soċjali fil-prattika tal-attività u l-eżerċizzju fiżiku, billi jiġu żgurati spazji inklużivi u tiġi promossa d-diversità tal-provvista. |
|
5.5.5. |
Il-KESE jqis li l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jiffokaw aktar fuq il-ġlieda kontra l-obeżità fil-fażijiet tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet regolatorji u l-politiki, fl-oqsma kollha ta’ azzjoni, billi jqisu l-fatturi determinanti li joħolqu predispożizzjoni għall-piż żejjed u l-obeżità. |
|
5.5.6. |
Il-KESE jinnota bi tħassib li l-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet nazzjonali dwar il-promozzjoni u r-reklamar tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku intiżi għat-tfal huma dgħajfa wisq u l-approċċi volontarji eżistenti mhumiex biżżejjed biex jipproteġu lit-tfal u lill-adoloxxenti. Iqis li l-profil nutrizzjonali tad-WHO jista’ jintuża bħala bażi biex jiġi llimitat ir-reklamar ta’ prodotti b’livell għoli ta’ zokkor, xaħam jew melħ. Iqis li huwa importanti li nitgħallmu mill-miżuri u l-prattiki tajbin f’pajjiżi li fihom intweriet l-effettività ta’ politiki differenti, inklużi regolamenti, biex jiġi ristrett l-esponiment tat-tfal għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi dwar ikel u xorb b’livell għoli ta’ melħ, zokkor, xaħam, xaħam saturat jew aċidi xaħmin trans. dejjem billi jiġu rispettati l-ħinijiet tax-xandir għat-tfal u billi jiġi żgurat li kwalunkwe reklamar jikkonforma mal-prinċipju tal-akkuratezza tar-reklamar. Ta’ min ifakkar li d-WHO hija favur ir-restrizzjoni tal-forom rilevanti kollha ta’ reklamar tal-ikel immirati lejn it-tfal. |
|
5.5.7. |
Il-KESE jqis essenzjali li l-istituzzjonijiet isaħħu l-konsum ta’ ikel li huwa meqjus bħala parti essenzjali minn dieti sani u sostenibbli (frott u ħxejjex friski, staġjonali u lokali, legumi, qmuħ sħaħ u proteini tal-annimali bħall-ħut). Dan jista’ jinkiseb pereżempju billi jiġu enfasizzati l-politiki għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli tal-UE, jiġu żviluppati offerti pubbliċi li jippromovu dieti sani u sostenibbli, jew billi jintużaw l-inċentivi fiskali (bħal tnaqqis tal-VAT) bħala strument li jappoġġja x-xiri u l-konsum ta’ ikel bħal dan. |
|
5.5.8. |
Il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri u lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jinkoraġġixxu titjib fil-kompożizzjoni tal-prodotti bħala mezz għall-promozzjoni ta’ dieti aktar sani. Fin-nuqqas ta’ tnaqqis f’ċerti nutrijenti kritiċi fuq bażi volontarja, il-gvernijiet għandhom jikkunsidraw inċentivi u miżuri addizzjonali, inklużi miżuri fiskali progressivi skont il-kontenut tan-nutrijenti inkwistjoni. |
|
5.5.9. |
Il-KESE jqis li huwa meħtieġ li l-amministrazzjonijiet pubbliċi, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiżguraw li l-ilma tax-xorb ikun disponibbli mingħajr ħlas, billi jinstallaw funtani tal-ilma li jkunu indikati sew fl-ispazji pubbliċi, iċ-ċentri edukattivi, u l-postijiet ta’ rilassament, divertiment, sports u rikreazzjoni. |
|
5.5.10. |
Il-KESE jemmen li għandha tiġi promossa r-riċerka dwar il-fatturi determinanti tal-piż żejjed u l-obeżità, kif ukoll il-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-għarfien miksub dwarhom, bħala element strateġiku għal azzjoni koordinata fis-saħħa. |
|
5.5.11. |
Fir-rigward tad-domanda, il-KESE jerġa’ jenfasizza li l-politiki pubbliċi għandhom jawtonomizzaw lill-konsumaturi biex jagħżlu dieti aktar sani, permezz ta’ taħriġ u informazzjoni mgħoddija bis-saħħa ta’ kampanji sempliċi u diretti ta’ sensibilizzazzjoni, jew it-tixrid ta’ linji gwida djetetiċi ta’ natura pedagoġika. |
|
5.5.12. |
Il-KESE jirrakkomanda approċċ mifrux mas-soċjetà kollha, u għalhekk jippromovi t-twaqqif ta’ strument bħall-Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel, kif ġie indika f’diversi Opinjonijiet tiegħu, u li dan il-korp jindirizza l-obeżità fit-tfal. |
5.6. L-ambjent familjari
|
5.6.1. |
Billi jaf li l-familja hija aġent li jittrażmetti l-għarfien u d-drawwiet, kif ukoll l-ewwel mudell li fi ħdanu hija perċepita r-realtà tal-ħajja ta’ kuljum, u jiġu mgħallma l-ewwel xejriet ta’ mġiba (25), il-KESE jitlob li l-popolazzjoni tingħata informazzjoni preċiża u utli dwar l-importanza li titnaqqas is-sedentarjetà diġitali, dwar ir-rutini ta’ rqad tajbin u l-ħtiġijiet nutrittivi għal kull età, u tiġi promossa l-attività fiżika. |
|
5.6.2. |
B’mod speċifiku, il-KESE jqis li għandhom jiġu implimentati programmi u azzjonijiet biex jiżdiedu l-kapaċitajiet u l-għarfien għall-ġestjoni tal-piż eċċessiv fost it-tfal, biex tiġi evitata l-istigmatizzazzjoni u tiġi evitata dinamika negattiva dwar il-ġisem. Bl-istess mod, iqis li huwa essenzjali li l-familji jitħarrġu dwar l-użu tajjeb tal-ICT (26), speċjalment fir-rigward tat-tul tal-ħin ta’ użu u l-kontenut. |
|
5.6.3. |
Huwa importanti wkoll li jitħeġġu miżuri bħall-promozzjoni tat-treddigħ, l-iżvilupp ta’ linji gwida dwar dieti komplementari għat-trabi li jkunu qed jitreddgħu, it-titjib tal-ħiliet tal-ġenituri, jew l-organizzazzjoni u t-tixrid ta’ korsijiet tat-tisjir ta’ ikel san u aċċessibbli, speċjalment għal familji b’introjtu baxx. |
5.7. L-ambjent edukattiv
|
5.7.1. |
L-ambjent edukattiv huwa post fejn it-tfal iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom. Mhux biss fil-qafas purament edukattiv, iżda wkoll fil-ħin ta’ divertiment jew wara l-iskola. |
|
5.7.2. |
F’dan ir-rigward, huwa essenzjali li sa mill-ambjent edukattiv jiġi adottat approċċ biex l-obeżità fit-tfal tiġi miġġielda b’mod pożittiv, mingħajr ma tinħoloq stigma soċjali jew is-sens li ċerti aspetti fiżiċi ma jkunux aċċettati mis-soċjetà minħabba ċerti sterjotipi tal-ġisem ikkunsidrati bħala ideali. Għall-KESE, huwa essenzjali li tiġi promossa perċezzjoni pożittiva tal-ġisem, u li tingħata attenzjoni speċjali lil kwalunkwe mġiba diskriminatorja jew li tindika l-bidu ta’ kwalunkwe disturb fil-konsum tal-ikel. |
|
5.7.3. |
Il-KESE għandu wkoll l-għan li jiżgura li l-ambjent tal-iskola jkun promotur tal-attività fiżika u tal-ikel san. Għal dan il-għan, huwa jqis li waħda mill-miżuri essenzjali hija t-trasformazzjoni tal-kurrikuli attwali, permezz taż-żieda fil-ħin previst għall-attività fiżika, il-promozzjoni tad-diversità tal-attivitajiet sportivi, kif ukoll l-investiment fl-edukazzjoni dwar l-ikel u l-gastronomija. |
|
5.7.4. |
Il-KESE jqis li l-kantins tal-iskejjel huma element ewlieni fil-promozzjoni ta’ drawwiet nutrittivi sani għat-tfal u l-adolexxenti, u għalhekk iqis li huwa importanti ħafna li jkunu disponibbli fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u li jiġi żgurat li l-ikel offrut ikun san, ibbilanċjat u ta’ kwalità tajba. |
5.8. Spazji għar-rikreazzjoni. Id-disinn ta’ ambjenti urbani sani
|
5.8.1. |
Għall-KESE, id-disinn u l-użu tal-ambjent fiżiku (inklużi l-iskejjel, is-sistemi tat-trasport, il-viċinati, jew iċ-ċentri sportivi) għandhom jipprovdu opportunitajiet adegwati u sikuri għar-rikreazzjoni u l-logħob attiv, kif ukoll għat-twettiq ta’ eżerċizzju fiżiku (27). |
|
5.8.2. |
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jespandu u jtejbu l-ispazji u l-infrastrutturi pubbliċi b’mod li jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-mobbiltà attiva, b’aktar spazji pedonali u l-faċilità tal-użu tar-roti, speċjalment f’żoni viċin l-iskejjel jew fit-toroq li jwasslu għal ċentri edukattivi. Jemmen ukoll li huwa neċessarju li jinħolqu spazji urbani li jkollhom żoni sportivi, żoni tal-logħob u spazji ħodor li jkunu aċċessibbli, sikuri u intiżi għat-tfal u l-adolexxenti. |
|
5.8.3. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li ż-żoni ħodor, il-parks u ż-żoni rikreattivi jiġu estiżi biex jinkludu attivitajiet fiżiċi u li jiġi promoss l-użu tat-turġien bħala alternattiva għal-liftijiet jew l-iskali mobbli fi spazji ta’ rikreazzjoni, kif ukoll li jiġi ffaċilitat l-aċċess bla ħlas għall-ilma tax-xorb. |
5.9. L-ambjent diġitali u awdjoviżiv
|
5.9.1. |
Il-KESE jfakkar fl-importanza tat-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva tal-UE dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u jipproponi li l-ambjent diġitali, li jinkludi xandiriet tar-radju u tat-televiżjoni u forom aktar ġodda ta’ media, bħan-networks soċjali, Instagram u TikTok, jintuża bħala faċilitatur ta’ stili ta’ ħajja, relazzjonijiet u mġiba sani. F’dan ir-rigward, il-KESE qed jerġa’ jitlob, kif għamel f’okkażjonijiet preċedenti (28), li jitwettqu kampanji ta’ reklamar viżwali ispirati minn kampanji ta’ reklamar li jippromovu ikel u dieti sani, ħajja attiva u użu san tal-iskrins. |
5.10. L-ambjent tal-kura tas-saħħa
|
5.10.1. |
Għall-KESE, huwa essenzjali li l-amministrazzjonijiet kompetenti tas-saħħa jżommu aġġornati r-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq evidenza xjentifika dwar attivitajiet u interventi li wrew li huma effettivi għall-prevenzjoni, l-indirizzar u l-monitoraġġ tal-persuni b’piż żejjed u obeżi. |
|
5.10.2. |
Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat aċċess ġust għal servizzi tas-saħħa komprensivi, għal konsulenza u għoti ta’ pariri sistematizzati u personalizzati għall-promozzjoni tal-attività fiżika u n-nutrizzjoni bilanċjata mill-persunal tas-saħħa lil persuni f’sitwazzjonijiet ta’ piż żejjed u obeżità jew fir-riskju li jsofru minnha, bħala parti mill-kopertura universali tas-saħħa. F’dan ir-rigward, se jiġi promoss il-monitoraġġ tal-istat tas-saħħa tat-tfal mit-twelid sal-adolexxenza, inkluż il-monitoraġġ tal-piż żejjed u l-obeżità, u se jiġu promossi l-edukazzjoni dwar is-saħħa u s-sensibilizzazzjoni dwar stili ta’ ħajja sani fost it-tfal u l-adolexxenti u l-familji tagħhom. |
|
5.10.3. |
Huwa essenzjali li l-familji soċjoekonomikament vulnerabbli jingħataw appoġġ immirat mill-professjonisti tas-saħħa li jkun kulturalment adatt, prattiku u ta’ responsabilizzazzjoni, u li jippromovi trobbija pożittiva fir-rigward tal-obeżità u l-piż żejjed u l-istili ta’ ħajja assoċjati. |
|
5.10.4. |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-letteratura eżistenti, il-KESE jqis li huwa meħtieġ li jkun hemm impenn proattiv fil-konfront tan-nisa u l-koppji li jkunu qed jippjanaw it-tqala, u li jingħatalhom appoġġ f’waqtu u kulturalment sensittiv għall-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja sani matul it-tqala u t-treddigħ, billi tiġi żgurata komunikazzjoni pubblika li tippromovi nutrizzjoni aħjar u attività fiżika qabel il-konċepiment u billi jiġu organizzati faċilitajiet u appoġġ għat-treddigħ. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Rapport ta’ evalwazzjoni tal-KESE: Evalwazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskejjel
(2) Id-dritt għas-saħħa ġie artikolat għall-ewwel darba fil-Kostituzzjoni tad-WHO (1946), li tgħid li t-tgawdija tal-ogħla standard ta’ saħħa li jista’ jintlaħaq hija wieħed mid-drittijiet fundamentali ta’ kull bniedem. Il-preambolu tal-Kostituzzjoni jiddefinixxi s-saħħa bħala stat ta’ benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux sempliċement in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet jew mard. Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 semmiet is-saħħa bħala parti mid-dritt għal livell ta’ għajxien adegwat (Artikolu 25). Dan reġa’ ġie rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem fl-1966 fl-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali.
(3) Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, 1989.
(4) Kummissjoni Ewropea, 2021, Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal. COM(2021) 142 final: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52021DC0142
(5) https://health.ec.europa.eu/system/files/2016-11/childhoodobesity_actionplan_2014_2020_en_0.pdf.
(6) Draft recommendations for the prevention and management of obesity over the life course, including potential targets (Abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet għall-prevenzjoni u t-trattament tal-obeżità tul il-ħajja kollha, inklużi miri possibbli, mhux disponibbli bil-Malti). Dokument ta’ diskussjoni tad-WHO, 2021. Disponibbli hawnhekk: https://cdn.who.int/media/docs/default-source/obesity/who-discussion-paper-on-obesity---final190821.pdf?sfvrsn=4cd6710a_24&download=true.
(7) Weihrauch-Blüher, S., Wiegand, S.,“Risk Factors and Implications of Childhood Obesity”, Curr Obes Rep, 2018 Dec; 7(4):254-259.
(8) Report on the fifth round of data collection, 2018–2020: WHO European Childhood Obesity Surveillance Initiative (COSI), Copenhagen, WHO Regional Office for Europe, 2022.
(9) Piż eċċessiv = piż żejjed + obeżità.
(10) WHO European Regional Obesity Report 2022 u https://www.who.int/europe/news/item/11-05-2021-high-rates-of-childhood-obesity-alarming-given-anticipated-impact-of-covid-19-pandemic.
(11) World Health Organization (2012), Population-based approaches to childhood obesity prevention, Geneva, WHO.
(12) Kansra, A.R., Lakkunarajah, S., Jay, M.S., Childhood and Adolescent Obesity: A Review, 2021; 8:581461.
(13) Whiting, S., et. al., “Physical Activity, Screen Time, and Sleep Duration of Children Aged 6-9 Years in 25 Countries: An Analysis within the WHO European Childhood Obesity Surveillance Initiative (COSI) 2015-2017”, Obes Facts, 2021; 14(1):32-44.
(14) Guthold R., Stevens G.A., Riley L.M., Bull F.C., “Global trends in insufficient physical activity among adolescents: a pooled analysis of 298 population-based surveys with 1· 6 million participants”, Lancet Child Adolesc Heal, 2020; 4(1):23-35.
(15) OECD/European Union (2022), Health at a Glance: Europe 2022: State of Health in the EU Cycle, OECD Publishing, Paris.
(16) Adolescent obesity and related behaviours: trends and inequalities in the WHO European Region, 2002–2014, Copenhagen, WHO Regional Office for Europe, 2017.
(17) Willett, W. et al., “Food in the Anthropocene: the EAT-Lancet Commission on healthy diets from sustainable food systems”, 2019, the Lancet, vol. 393, pp. 447-492.
(18) Afshin, Ashkan et al., “Health effects of dietary risks in 195 countries, 1990–2017: a systematic analysis for the Global Burden of Disease Study 2017”, the Lancet, Volume 393, Issue 10184, 1958-1972.
(19) Report on the fifth round of data collection, 2018–2020: WHO European Childhood Obesity Surveillance Initiative (COSI), Copenhagen, WHO Regional Office for Europe, 2022.
(20) Fang, K., Mu, M., Liu, K., He, Y., “Screen time and childhood overweight/obesity: A systematic review and meta-analysis”, Child Care Health Dev, 2019 Sep; 45(5):744-753.
(21) Haghjoo, P., Siri, G., Soleimani, E., Farhangi, M.A., Alesaeidi, S., “Screen time increases overweight and obesity risk among adolescents: a systematic review and dose-response meta-analysis”, BMC Primary Care, 2022; 23(1):161.
(22) Report on the fifth round of data collection, 2018–2020: WHO European Childhood Obesity Surveillance Initiative (COSI), Copenhagen, WHO Regional Office for Europe, 2022.
(23) Dobbs, R., Sawers, C., Thompson, F., Manyika, J., Woetzel, J.R., Child, P. et al., Overcoming obesity: An initial economic analysis, McKinsey Global Institute, 2014.
(24) Rapport ta’ evalwazzjoni tal-KESE: Evalwazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskejjel
(25) Hebestreit, A., Intemann, T., Siani, A., et al., “Dietary Patterns of European Children and Their Parents in Association with Family Food Environment: Results from the I.Family Study”, Nutrients, 2017; 9(2):126.
(26) Teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.
(27) Tackling obesity by creating healthy residential environments, WHO, 2007.
(28) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-UE” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 190, 5.6.2019, p. 9).
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-580 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 12.7.2023–13.7.2023
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/116 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jonqos il-kost tal-introduzzjoni tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika tal-gigabits u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits)”
(COM(2023) 94 final — 2023/0046 (COD))
(2023/C 349/18)
|
Relatur: |
Maurizio MENSI |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 3.4.2023 Parlament Ewropew, 29.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, Enerġija, Infrastruttura u Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
26.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
173/1/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament (l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits) u japprova l-objettivi u l-kontenut tagħha. |
|
1.2. |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ proċeduri rapidi, effettivi u semplifikati, flimkien ma’ termini, kundizzjonijiet u prezzijiet adatti, li jistgħu jiġu applikati kullimkien b’mod konsistenti, fl-UE kollha. F’dan ir-rigward, linji gwida tal-Kummissjoni huma partikolarment utli. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-kondiviżjoni tal-infrastruttura eżistenti hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Deċennju Diġitali tal-UE 2030, u jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu żgurati s-sigurtà u r-robustezza tan-networks u l-protezzjoni tagħhom. L-ilħuq tal-miri tal-konnettività tal-UE jirrikjedi strateġija komprensiva li tikkombina l-aħħar teknoloġiji ma’ ktajjen tal-provvista reżiljenti, awtonomi u siguri. Għal dan l-għan, l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits għandu jħeġġeġ lill-fornituri tan-network biex jagħżlu komponenti teknoloġiċi li jiggarantixxu livell għoli ta’ sigurtà diġitali, inaqqsu r-riskju ta’ interruzzjonijiet tan-network u jindirizzaw b’mod adegwat din l-eventwalità. |
|
1.4. |
Il-KESE jqis li huwa importanti li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jżommu jew jintroduċu miżuri konformi mal-liġi tal-UE li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits, kif iddikjarat b’mod espliċitu fil-Premessa 11 tal-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits. |
|
1.5. |
Il-KESE jemmen li l-implimentazzjoni ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna u konnettività tal-gigabits hija kruċjali għall-iżvilupp u l-koeżjoni soċjoekonomika, peress li hija fattur essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku ugwali tal-SMEs u s-servizzi professjonali, tal-postijiet tax-xogħol diġitali u tal-forniment ta’ servizzi elettroniċi f’żoni remoti. |
|
1.6. |
Il-KESE jemmen li l-punti uniċi ta’ informazzjoni dwar informazzjoni minima dwar l-infrastruttura fiżika, li s-sidien tal-infrastruttura pubblika jeħtieġ li jipprovdu, għandhom jiġu integrati u konnessi ma’ bażijiet tad-data oħra li diġà huma disponibbli fil-livell nazzjonali, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu ffrankati l-ispejjeż. |
|
1.7. |
Il-KESE jemmen li s-semplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċess ta’ liċenzjar huma element importanti fl-introduzzjoni tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika; madankollu, li jsir obbligatorju li tiġi prevista approvazzjoni taċita għad-drittijiet ta’ passaġġ jista’ ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jista’ jkun ta’ detriment għad-dritt għall-proprjetà, kif stabbilit fl-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
1.8. |
Il-KESE jemmen li l-bini rapidu tal-infrastruttura, il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili, il-ħolqien ta’ sinerġiji bejn id-diversi operaturi tan-network u l-użu konġunt tal-infrastruttura fiżika eżistenti jgħinu biex jiġi ffrankat l-investiment permezz tat-tnaqqis tal-piż ambjentali bl-evitar ta’ aktar xogħlijiet ta’ inġinerija u b’hekk jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali. |
|
1.9. |
Il-KESE jqis li l-proposta għandha tispeċifika miżuri u azzjonijiet verifikabbli li jiżguraw żvilupp ibbilanċjat u aċċess ugwali għan-networks b’kapaċità għolja ħafna, biex jiġi evitat li jitwessa’ d-distakk bejn il-pajjiżi u r-reġjuni b’veloċitajiet u kapaċitajiet ta’ żvilupp differenti, f’konformità mad-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali, u sabiex kull persuna fl-UE jkollha aċċess għal konnettività ta’ kwalità għolja, b’aċċess għall-Internet disponibbli, inklużi l-persuni b’introjtu baxx. |
2. Sfond
|
2.1. |
L-implimentazzjoni ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna, inklużi l-fibra ottika u l-5G, hija prijorità strateġika fil-livell tal-UE, bħala parti mill-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi u l-miri diġitali tal-UE sal-2030. L-aċċess għal networks b’kapaċità għolja ħafna huwa essenzjali għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet innovattivi, li għandhom il-potenzjal li jittrasformaw u jgħinu biex ħafna setturi tal-ekonomija tal-UE bħall-industrija tal-karozzi, il-kura tas-saħħa, it-trasport u l-utilitajiet jibqgħu validi fil-futur. |
|
2.2. |
Fost l-inizjattivi mnedija biex jitneħħew l-ostakli u tingħata spinta lill-introduzzjoni ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna, fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea introduċiet id-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband (1) biex tiffaċilita u tinċentiva l-introduzzjoni tan-network billi tnaqqas il-kostijiet tal-introduzzjoni permezz ta’ miżuri armonizzati fil-livell tal-UE. Madankollu, tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, id-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband għadha ’l bogħod milli tilħaq l-objettivi tagħha. Il-ħtieġa li tiġi riveduta id-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband hija riflessa sew fir-rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll fil-kontributi tal-partijiet ikkonċernati ewlenin għall-konsultazzjoni pubblika dwar id-Direttiva, imnedija mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020. Minn din il-konsultazzjoni ħareġ li 20 % biss ta’ dawk li wieġbu jqisu li d-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband hija effettiva biex tiffaċilita l-introduzzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja bi spiża aktar baxxa, u 11 % biss qiesu li d-Direttiva naqqset il-ħin involut fl-għoti tal-permessi u l-kost tiegħu. |
|
2.3. |
Id-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband laħqet biss parzjalment l-objettivi tagħha li żżid il-kopertura tal-broadband. Fil-fatt, għalkemm il-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi koperti minn veloċità tal-Internet ta’ 30 Mbps żdied minn 58,1 % fl-2013 għal 90 % fl-2022 skont l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI), id-Direttiva ġiet implimentata b’mod mhux uniformi fi Stati Membri differenti, b’interpretazzjonijiet xi kultant diverġenti. |
|
2.4. |
Konxja mill-ħtieġa li tittejjeb l-effettività tad-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband, il-Kummissjoni bdiet proċess ta’ reviżjoni u pproponiet regolament (Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits). L-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits għandu l-għan li jindirizza n-nuqqasijiet tal-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband u jikkontribwixxi għall-introduzzjoni kosteffiċjenti u f’waqtha ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-UE tilħaq l-objettivi u l-miri diġitali tagħha sal-2030. |
|
2.5. |
Il-proposta hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjoni tas-Sett ta’ Għodod għall-Konnettività adottata f’Settembru 2020 biex twieġeb għall-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-konnettività li rriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, bil-għan li jitnaqqsu l-kostijiet tal-introduzzjoni tan-networks tal-gigabits u tiġi żgurata l-introduzzjoni rapida tal-ispettru tar-radju għall-5G. Għal dan l-għan, f’Marzu 2021, l-Istati Membri identifikaw 39 prattika tajba (li 22 minnhom kienu jikkonċernaw it-tnaqqis tal-kostijiet tal-introduzzjoni) li għandhom jiġu inklużi fis-Sett ta’ Għodod għall-Konnettività. |
|
2.6. |
Skont il-Kummissjoni, l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits tfassal biex itejjeb il-konnettività fl-UE, iħeġġeġ l-innovazzjoni, u jinċentiva l-investimenti. Se jgħin biex titħaffef l-introduzzjoni tal-infrastruttura fiżika użata għan-networks tal-gigabits permezz tat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili bejn l-operaturi tan-network, li tirrappreżenta sa 70 % tal-kostijiet tal-introduzzjoni tan-network. L-Att għandu wkoll l-għan li jissemplifika l-proċeduri amministrattivi għall-introduzzjoni ta’ networks ġodda, billi jtejjeb l-aċċess għall-infrastruttura fiżika u t-trasparenza dwar ix-xogħlijiet ċivili ppjanati, jiżgura kundizzjonijiet aktar ċari għall-aċċess għall-infrastruttura fiżika (inkluża l-infrastruttura fil-bini), u billi jħaffef u jiddiġitalizza l-proċeduri għall-għoti tal-permessi, li t-talbiet għalihom għandhom jirċievu tweġiba fi żmien 15-il jum, u għandhom jitqiesu approvati b’mod taċitu fi żmien erba’ xhur mill-wasla tagħhom. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-objettiv tal-Kummissjoni li tadatta d-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband għall-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u regolatorji reċenti u attwali u li trawwem introduzzjoni aktar effiċjenti u rapida ta’ networks aktar sostenibbli, u li tiżgura allinjament mal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (KEKE) (2), u tikkontribwixxi għall-ekoloġizzazzjoni tas-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
|
3.2. |
Il-KESE japprezza d-deċiżjoni li jintuża regolament bħala l-istrument legali, aktar milli direttiva, minħabba r-riskji ta’ dewmien u inkonsistenzi fil-proċessi ta’ traspożizzjoni nazzjonali fil-każ ta’ direttiva. Regolament jiżgura l-uniformità u jillimita l-frammentazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, li hija kruċjali biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi ta’ konnettività tal-Kummissjoni sal-2030. Direttiva probabbilment ma tkunx applikabbli qabel l-iskadenza, u għalhekk ma tilħaqx l-objettiv tal-Kummissjoni li toħloq qafas legali favorevoli b’mod rapidu. Dewmien fis-semplifikazzjoni tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni għat-tnedija jista’ jipperikola wkoll l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali. L-aħħar żviluppi fis-settur diġitali għandhom il-potenzjal li jieħdu l-integrazzjoni tas-suq intern f’livell ġdid permezz tal-ħolqien ta’ atturi li joperaw bejn il-fruntieri, li se jistimula l-investimenti. |
|
3.3. |
L-użu limitat u inkonsistenti tad-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband, kif ukoll in-nuqqas ta’ gwida f’din il-materja, wasslu għal liġijiet nazzjonali frammentati u inċertezza regolatorja. Dan ħoloq ostakli għall-investiment u l-operat transfruntier, u ħoloq ostakli għall-kumpaniji li jfittxu li jilħqu ekonomiji ta’ skala fil-livell tal-UE u b’hekk jibbenefikaw mill-benefiċċji tas-suq uniku tal-UE. B’konsegwenza ta’ dan, hemm bżonn ta’ aktar armonizzazzjoni, sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ attivitajiet transfruntiera f’dan is-settur u tiġi evitata Ewropa b’żewġ veloċitajiet. |
|
3.4. |
Essenzjalment, il-miżuri fil-proposta għandhom l-għan li: itejbu l-koordinazzjoni bejn is-setturi; jissemplifikaw u jħaffu l-proċeduri għall-għoti tal-permessi; jagħmlu l-proċedura għall-aċċess għall-informazzjoni dwar l-infrastruttura eżistenti u x-xogħlijiet ċivili ppjanati, kif ukoll għas-sottomissjoni ta’ talbiet għal permessi, kompletament diġitali; jissemplifikaw l-użu mill-ġdid tal-infrastruttura pubblika u l-installazzjoni tal-infrastruttura tan-network għall-operaturi; iħejju għall-innovazzjoni sabiex il-binjiet ġodda kollha u l-binjiet li jiġu rinnovati bil-kbir jiġu mgħammra b’infrastruttura tal-fibra u lesta għall-fibra; u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà billi jnaqqsu l-impatt ambjentali tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi permezz tal-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-infrastruttura u tal-użu ta’ teknoloġiji aktar effiċjenti, l-użu mill-ġdid ta’ infrastruttura eżistenti u koordinazzjoni aħjar tax-xogħlijiet ċivili. |
|
3.5. |
L-operaturi se jkunu jistgħu jissottomettu talbiet għal permessi u jaċċessaw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-infrastruttura eżistenti u x-xogħlijiet ċivili ppjanati b’mod diġitali. L-UE tqis li dan se jippermetti lill-operaturi jintroduċu networks bi spejjeż aktar baxxi; skont il-valutazzjoni tal-impatt, dan jirriżulta fi frankar ta’ EUR 4,5 biljun, bi tnaqqis fis-sussidji pubbliċi ta’ EUR 2,4 biljun. |
|
3.6. |
Id-definizzjonijiet fi ħdan il-proposta twessgħu wkoll meta mqabbla mal-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband. Il-proposta tapplika għall-operaturi tan-network li jagħtu aċċess biex jinkludu wkoll fornituri ta’ faċilitajiet assoċjati bħal pajpijiet, arbli u infrastruttura fiżika biex jinkludu infrastruttura li tkun proprjetà ta’ istituzzjonijiet pubbliċi bħall-awtoritajiet lokali, u jinkludu bini u daħliet għall-bini, u kwalunkwe assi oħra, inkluż għamara tat-toroq bħall-arbli tad-dawl, sinjali tat-toroq, dwal tat-traffiku, billboards, waqfiet tal-karozzi tal-linja u tat-tramm u stazzjonijiet tal-metro. |
|
3.7. |
Il-proposta tintroduċi miżuri ġodda biex tiżdied it-trasparenza tal-infrastruttura fiżika eżistenti. Pereżempju, hija tirrikjedi li s-sidien tal-infrastruttura pubblika jagħmlu disponibbli informazzjoni minima dwar l-infrastruttura fiżika permezz tal-hekk imsejħa punti uniċi ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, hija tistabbilixxi regoli aktar stretti dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili ppjanati, kif diġà previst mid-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband, iżda fil-proposta hija estiża b’mod konsiderevoli f’termini ta’ kamp ta’ applikazzjoni u applikazzjoni. Pereżempju, l-informazzjoni dwar ix-xogħlijiet ċivili meħtieġa skont il-proposta trid tkun disponibbli f’format diġitali mill-fornitur tan-network permezz ta’ punti uniċi ta’ informazzjoni mill-inqas tliet xhur qabel l-ewwel talba għal permess. F’dan ir-rigward, peress li l-bażijiet tad-data li fihom din l-informazzjoni diġà huma disponibbli f’ħafna pajjiżi tal-UE, il-KESE jemmen li l-punt uniku ta’ informazzjoni għandu jiġi integrat u marbut ma’ bażijiet tad-data oħra, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu ffrankati l-ispejjeż. |
|
3.8. |
Il-proposta tinkludi wkoll miżuri li jikkonċernaw il-proċeduri tal-permessi, li jridu jiġu standardizzati fil-livell nazzjonali u jsiru kompletament aċċessibbli permezz tal-introduzzjoni ta’ approvazzjoni taċita, li titqies li sseħħ erba’ xhur wara li titressaq talba. Barra minn hekk, tikketta ta’ “lest għall-fibra” hija prevista sabiex jiġi vverifikat jekk bini jissodisfax ir-rekwiżiti għall-installazzjoni faċli ta’ network b’kapaċità għolja ħafna bħall-fibra ottika, li għandha tkun kundizzjoni għall-għoti ta’ permessi tal-bini għal binjiet ġodda. Madankollu, il-KESE jenfasizza li jkun importanti li n-network b’kapaċità għolja ħafna jinġieb f’dak il-bini, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom u jsir l-aħjar użu mill-investimenti li saru. |
|
3.9. |
Il-KESE jqis li huwa importanti li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jżommu jew jintroduċu miżuri konformi mal-liġi tal-UE li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits, kif iddikjarat b’mod espliċitu fil-Premessa 11, li ġustament tiddikjara li dan ir-Regolament ma għandux jipprjeveni l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali b’konformità mad-dritt tal-UE mmirati biex jippromovu l-użu konġunt tal-infrastruttura fiżika eżistenti jew biex jippermettu l-introduzzjoni aktar effiċjenti ta’ infrastruttura fiżika ġdida, li jikkomplementaw id-drittijiet u l-obbligi skont l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-proposta hija konformi mal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi li daħal fis-seħħ f’Diċembru 2020, li aġġorna l-qafas regolatorju tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, u tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tiegħu biex jiġi inċentivat l-investiment f’networks avvanzati ta’ konnettività. Il-Kodiċi jiffoka prinċipalment fuq it-titjib tal-kompetizzjoni, jinkludi rekwiżiti għan-negozji b’saħħa sinifikanti fis-suq u jikkonċerna mhux biss l-infrastruttura fiżika iżda wkoll in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħall-kejbils tal-fibra, min-naħa l-oħra, l-għan ewlieni tal-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits huwa li jitneħħew l-ostakli għall-introduzzjoni tan-network, billi jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi, regolatorji u tas-suq attwali. |
|
4.2. |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits, il-KESE jilqa’ l-allinjament tat-test mad-definizzjonijiet tal-Kodiċi, u jenfasizza li d-disponibbiltà ta’ proċeduri rapidi, effettivi u semplifikati hija fundamentali, flimkien ma’ termini, kundizzjonijiet u prezzijiet adatti li jistgħu jiġu applikati kullimkien b’mod konsistenti madwar l-UE. Il-KESE jqis li f’dan ir-rigward linji gwida tal-Kummissjoni huma partikolarment utli. |
|
4.3. |
F’konformità mal-għan stabbilit mid-Deċennju Diġitali tal-UE 2030, li jiddikjara li, sal-2030, l-unitajiet domestiċi Ewropej kollha għandhom ikunu koperti minn networks mobbli b’gigabits u veloċi, u għall-kuntrarju tad-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband, il-proposta għal Regolament tippromovi l-introduzzjoni ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna b’obbligi ta’ aċċess għas-sidien ta’ infrastruttura fiżika, irrispettivament mill-pożizzjoni tagħhom fis-suq. Il-KESE jappoġġja l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, li jippermetti lill-entitajiet kollha li jipprovdu l-infrastruttura jibbenefikaw mill-proċeduri rapidi tal-permessi li jirriżultaw mill-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits. Madankollu, huwa jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-qafas regolatorju jkun komprensiv biżżejjed biex jaqdi l-ħtiġijiet differenti tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti fl-iskjerament tal-networks b’kapaċità għolja ħafna madwar l-UE. |
|
4.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi li l-kondiviżjoni tal-infrastruttura eżistenti hija kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Deċennju Diġitali tal-UE 2030, u jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu żgurati s-sigurtà u r-robustezza tan-networks u l-protezzjoni tagħhom. L-ilħuq tal-miri tal-konnettività tal-UE jirrikjedi strateġija komprensiva li tikkombina l-aħħar teknoloġiji ma’ ktajjen tal-provvista reżiljenti, awtonomi u siguri. Dan biex jiġu evitati interruzzjonijiet fis-servizz li jirriżultaw minn fallimenti jew attakki ċibernetiċi. Għal dan l-għan, l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits għandu jħeġġeġ lill-fornituri tan-network biex jagħżlu komponenti teknoloġiċi li jiggarantixxu livell għoli ta’ sigurtà diġitali, inaqqsu r-riskju ta’ interruzzjonijiet tan-network u jindirizzaw b’mod adegwat din l-eventwalità. Ir-robustezza, ir-reżiljenza u ċ-ċibersigurtà tan-network huma kruċjali għall-effettività tal-objettivi segwiti mill-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits, f’konformità mal-qafas regolatorju attwali tal-UE u l-aspetti rilevanti, anke fil-perspettiva ta’ kwalunkwe azzjoni futura tal-UE dwar is-suġġett, li għandhom jiġu inklużi fil-mandat il-ġdid tal-Kummissjoni mill-2024. |
|
4.5. |
Il-KESE jenfasizza li, flimkien ma’ proċeduri rapidi, effettivi u semplifikati, termini, kundizzjonijiet u prezzijiet adatti huma elementi importanti tal-aċċess għall-infrastruttura. F’dan ir-rigward, peress li huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-effiċjenza fis-sistema, pereżempju billi jiġu evitati prezzijiet eċċessivament għoljin li jkollhom l-effett li jiskoraġġixxu l-użu ta’ network b’kapaċità għolja ħafna, il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida speċifiċi. |
|
4.6. |
Il-KESE jemmen li s-semplifikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-proċess ta’ liċenzjar huma element importanti fl-introduzzjoni tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika. Madankollu, il-KESE jqis li jekk isir obbligatorju li tiġi prevista approvazzjoni taċita għad-drittijiet ta’ passaġġ dan jista’ ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jista’ jkun ta’ detriment għad-dritt għall-proprjetà, kif stabbilit fl-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
4.7. |
Il-KESE jemmen li l-bini rapidu tal-infrastruttura, il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili, il-ħolqien ta’ sinerġiji bejn id-diversi operaturi tan-network u l-użu konġunt tal-infrastruttura fiżika eżistenti jgħinu biex jiġi ffrankat l-investiment permezz tat-tnaqqis tal-piż ambjentali billi jiġu evitati aktar xogħlijiet ta’ inġinerija u b’hekk jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali. |
|
4.8. |
Il-KESE jemmen li l-introduzzjoni ta’ networks b’veloċità għolja huwa kruċjali għall-iżvilupp u l-koeżjoni soċjoekonomika. F’dan ir-rigward, huwa jqis li l-proposta għandha tispeċifika miżuri u azzjonijiet verifikabbli li jiżguraw żvilupp bilanċjat u aċċess ugwali għan-network b’kapaċità għolja ħafna, biex jiġi evitat li jikber id-distakk bejn il-pajjiżi u r-reġjuni b’veloċitajiet u kapaċitajiet ta’ żvilupp differenti, f’konformità mad-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali (3), li skontha l-atturi kollha tas-suq li jibbenefikaw mit-trasformazzjoni diġitali għandhom jassumu r-responsabbiltajiet soċjali tagħhom u jagħtu kontribut ġust u proporzjonat għall-ispejjeż tal-infrastruttura, tal-beni u tas-servizzi pubbliċi, u li kull persuna fl-UE jkollha aċċess għal konnettività ta’ kwalità għolja, b’aċċess għall-Internet disponibbli, inklużi l-persuni b’introjtu baxx (4). |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, 23.5.2014, p. 1).
(2) Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(3) Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali (ĠU C 23, 23.01.2023, p. 1).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/121 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deterġenti u aġenti tensjoattivi, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 648/2004”
[COM(2023) 217 final – 2023/0124 (COD)]
(2023/C 349/19)
|
Relatur: |
Violeta JELIĆ |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 1.6.2023 Kunsill, 7.6.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
29.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
193/1/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-aġġornament u s-semplifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 (1) dwar id-deterġenti, it-tneħħija ta’ elementi superfluwi jew obsoleti, u ż-żamma ta’ dawk li jiffunzjonaw tajjeb. Madankollu, il-KESE jqis li l-opportunitajiet għas-semplifikazzjoni huma kkumpensati jew issuperati minn piż amministrattiv akbar li jirriżulta minn aspetti oħra tal-proposta ta’ reviżjoni. |
|
1.2. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza bejn ir-reviżjoni tar-Regolament dwar id-deterġenti u żviluppi leġiżlattivi u tekniċi oħra, bħal dawk marbuta mar-Regolament ((KE) Nru 1272/2008) (2) dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi kimiċi (ir-Regolament CLP) u r-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli. |
|
1.3. |
Il-KESE jimpenja ruħu bis-sħiħ li jiżgura s-sikurezza tal-konsumaturi u tal-utenti professjonali, iżda jqis li r-rekwiżiti l-ġodda dwar id-deterġenti li jkun fihom il-mikroorganiżmi huma prudenti żżejjed, huma inflessibbli u huma kontradittorji. Il-KESE jirrakkomanda li dawn ir-regoli jiġu adattati biex ikunu aktar konsistenti, kemm bejniethom kif ukoll ma’ politiki oħra, u biex jappoġġjaw aktar milli jipprevjenu l-innovazzjoni f’din il-kategorija ta’ prodotti emerġenti. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ l-kundizzjonijiet ekwivalenti stabbiliti għas-sorveljanza tas-suq ta’ deterġenti u aġenti tensjoattivi manifatturati fl-UE u dawk importati. Madankollu, il-KESE jqis li l-obbligu li jinħoloq u jiġi nnotifikat passaport tal-prodotti għal kull lott ta’ deterġent/aġent tensjoattiv huwa eċċessivament oneruż, u jirrakkomanda li jiġi stabbilit mekkaniżmu aktar adegwat għall-aġġornament tal-passaport tal-prodotti. |
|
1.5. |
Il-KESE jitlob kjarifika ulterjuri dwar il-valur miżjud tal-passaport tal-prodotti u l-markatura CE għas-sorveljanza tas-suq, peress li din l-informazzjoni mhijiex inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni. Il-KESE jinnota li l-markatura CE frodulenti tista’ tipperikola s-sikurezza tal-konsumaturi u tal-utenti u tikkomprometti l-kundizzjonijiet ekwivalenti għall-operaturi ekonomiċi li jikkonformaw. |
|
1.6. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li rekwiżiti speċifiċi u tekniċi jkunu fis-seħħ fi żmien tajjeb biex jippermettu l-implimentazzjoni, u għalhekk jirrakkomanda li l-perjodi tranżitorji jibdew biss wara l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni addizzjonali rilevanti. |
|
1.7. |
Il-KESE jappoġġja t-titjib taċ-ċarezza u l-leġġibbiltà tat-tikketti tal-prodotti bit-tneħħija ta’ duplikazzjonijiet bejn leġiżlazzjonijiet, semplifikazzjoni tal-kontenut tat-tikketti u jsir użu effettiv tat-tikkettar diġitali. Il-KESE jirrakkomanda li jiġu applikati l-istess possibbiltajiet għad-diġitalizzazzjoni tat-tikkettar għal prodotti b’imballaġġ preparat minn qabel bħal fil-każ tal-bejgħ ta’ prodotti li jinbiegħu f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jimtela, u li d-deterġenti jistgħu jiġu ttikkettati b’mod aktar ċar bl-użu ta’ pittogrammi/ikoni minflok test. |
2. Kuntest tal-Opinjoni
|
2.1. |
Il-Proposta taġġorna r-regoli eżistenti dwar id-deterġenti b’referenza għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni adottata reċentement dwar il-kompetittività fit-tul tal-UE. Il-Proposta għandha l-għan li tissemplifika r-regoli tas-suq billi tneħħi r-rekwiżiti li huma meqjusa mhux meħtieġa jew superfluwi, tintroduċi tikkettar diġitali volontarju billi tagħmel distinzjoni bejn prodotti b’imballaġġ preparat minn qabel u prodotti li jinbiegħu f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jimtela, tiffaċilita l-bejgħ ta’ prodotti sikuri innovattivi billi tintroduċi rekwiżiti ta’ sikurezza għall-mikroorganiżmi, u ssaħħaħ l-infurzar permezz tal-introduzzjoni ta’ passaport tal-prodotti. |
|
2.2. |
Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Proposta jinkludu definizzjonijiet għal “deterġenti”, “aġenti tensjoattivi” u kunċetti oħra msemmija fit-test tal-Proposta għal Regolament, li wħud minnhom ġew aġġornati u ċċarati. |
|
2.3. |
Il-Proposta tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-prodotti għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi, fir-rigward tal-moviment liberu, il-bijodegradabbiltà, l-użu ta’ mikroorganiżmi fid-deterġenti u l-limitazzjonijiet fuq il-kontenut tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru. L-aħħar tliet aspetti huma elaborati aktar fl-Annessi tal-Proposta għal Regolament. |
|
2.4. |
L-Anness I jinkludi kriterji finali ta’ bijodegradabbiltà u metodi ta’ ttestjar għall-aġenti tensjoattivi, bħala tali u li jinsabu fid-deterġenti. Dawn essenzjalment ma jinbidlux mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, peress li dawn il-kriterji u l-metodi ta’ ttestjar għadhom adattati għall-iskop tagħhom u huma tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. Tneħħew il-kriterji ta’ bijodegradabbiltà primarja obsoleti, kif ukoll il-proċedura ta’ deroga għal aġenti tensjoattivi li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ bijodegradabbiltà finali, li ntużat darba biss, b’entrata fl-Anness V preċedenti, li skada fl-2019, u għalhekk titqies li ma għadhiex meħtieġa. |
|
2.5. |
L-Anness II tal-Proposta jintroduċi rekwiżiti għad-deterġenti li jkun fihom il-mikroorganiżmi, bil-għan li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jirregolaw is-sikurezza ta’ tali prodotti u l-metodi ta’ ttestjar rilevanti biex tintwera l-konformità ma’ dawn ir-regoli. Ir-rekwiżiti jippreskrivu l-(varjanti ta’) mikroorganiżmi li jistgħu jintużaw, abbażi tal-identifikazzjoni formali tagħhom, kif ukoll rekwiżit li huma jappartjenu kemm għall-Grupp ta’ Riskju I kif definit mid-Direttiva 2000/54/KE (3) (aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol) kif ukoll għal-lista ta’ Preżunzjoni ta’ Sikurezza Kwalifikata (QPS) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). L-Anness jipprojbixxi wkoll l-użu ta’ organiżmi patoġeniċi speċifiċi jew mikroorganiżmi ġenetikament modifikati, dikjarazzjonijiet ta’ effett antimikrobiku jew diżinfettanti dment li d-deterġenti ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (4) dwar il-Prodotti Bijoċidali, u t-tqegħid fis-suq ta’ deterġenti li jinbiegħu f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jimtela li fihom il-mikroorganiżmi. Barra minn hekk, l-Anness jistabbilixxi rekwiżiti obbligatorji ta’ ttestjar għal deterġenti li fihom mikroorganiżmi, inkluż l-ittestjar minn partijiet terzi biex tiġi appoġġjata kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula dwar l-azzjoni tal-mikroorganiżmi u test in vivo tat-tossiċità akuta mill-inalazzjoni (Test B.2 skont ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 (5), jiġifieri l-linja gwida tal-OECD TG 403). |
|
2.6. |
Il-Proposta ma tbiddilx il-limitazzjonijiet dettaljati dwar il-kontenut tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru previsti mir-Regolament (KE) Nru 648/2004. |
|
2.7. |
Il-Proposta tiddeskrivi l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, jiġifieri l-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri, u r-rwol li għadu kif ġie introdott ta’ rappreżentant awtorizzat. Tneħħa l-obbligu li l-manifattur ikun stabbilit fl-Unjoni, iżda l-manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni huma meħtieġa jaħtru rappreżentant awtorizzat permezz ta’ mandat bil-miktub biex iwettaq ċerti kompiti (mentri dan ir-rekwiżit huwa sempliċement fakultattiv għall-manifatturi stabbiliti fl-Unjoni). |
|
2.8. |
Il-Proposta tintroduċi proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità ġdida li għandha titwettaq mill-manifatturi tad-deterġenti jew tal-aġenti tensjoattivi, li hija bbażata fuq il-Modulu A tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE (proċedura ta’ kontroll intern). Il-proċedura tinvolvi awtodikjarazzjoni tal-konformità u tirrikjedi li tiġi stabbilita dokumentazzjoni teknika li jkun fiha deskrizzjoni tad-deterġent u l-użu tiegħu, rapporti tat-testijiet imwettqa biex tintwera l-konformità u skeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti. |
|
2.9. |
Huma stabbiliti rekwiżiti għall-markatura CE u għat-tikkettar ta’ deterġenti u ta’ aġenti tensjoattivi, inklużi regoli għall-implimentazzjoni ta’ tikkettar diġitali f’każ li l-operatur ekonomiku jagħżel li jużah. Ir-rekwiżiti tat-tikkettar huma deskritti f’aktar dettall fl-Anness V, bi speċifikazzjonijiet għat-tikkettar tal-kontenut, informazzjoni dwar id-dożaġġ li tista’ titħalla barra mit-tikketta fiżika meta tingħata permezz ta’ tikketta diġitali, u tabella tad-dożaġġ semplifikata għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur. Il-Proposta tintroduċi wkoll il-kunċett ta’mezz ta’ data, li jintuża biex tiġi aċċessata t-tikketta diġitali, li jrid ikun preżenti fuq id-deterġent jew fuq l-aġent tensjoattiv, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fuq id-dokumentazzjoni li takkumpanjah. |
|
2.10. |
Il-Proposta tistabbilixxi r-rekwiżiti u l-kontenut tal-passaport tal-prodotti, introdott bħala mezz biex jiffaċilita d-dikjarazzjoni tal-konformità (permezz ta’ reġistru ċentrali) u s-sorveljanza tas-suq għal deterġenti jew aġenti tensjoattivi mqiegħda fis-suq. Il-passaport tal-prodotti għandu jiġi aċċessat permezz tal-istess mezz ta’ data dwar il-prodott kif imsemmi hawn fuq, u huwa maħsub li jkun interoperabbli ma’ kwalunkwe passaport tal-prodotti introdott, pereżempju, skont il-leġiżlazzjoni dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli. Il-Kummissjoni hija mitluba tadotta att ta’ implimentazzjoni li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi għall-passaport tal-prodotti u l-mezz ta’ data. |
|
2.11. |
Il-Proposta tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati futuri biex tadatta r-rekwiżiti deskritti fil-kapitoli preċedenti fid-dawl tal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u tas-suq. |
|
2.12. |
Id-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali jinkludu klawżola ta’ rieżami speċifika fl-Artikolu 32 dwar ir-rekwiżiti għal deterġenti li jkun fihom mikroorganiżmi, li tirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta r-rilevanza u l-effettività ta’ dawn ir-regoli mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. |
3. Kummenti ġenerali u speċifiċi
|
3.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iqis li r-Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar id-deterġenti (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament dwar id-deterġenti) huwa rilevanti fl-għanijiet tiegħu, jiffunzjona tajjeb u fil-biċċa l-kbira laħaq l-għanijiet tiegħu. |
|
3.2. |
Il-KESE jaqbel mal-għan tal-Kummissjoni li taġġorna r-Regolament dwar id-deterġenti biex jirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi, kummerċjali u ta’ politika li saru minn meta r-Regolament ġie adottat fl-2004, u jappoġġja l-objettiv tagħha li tissemplifika r-rekwiżiti għall-operaturi ekonomiċi – b’mod partikolari l-SMEs – u li jitneħħew is-sovrapożizzjonijiet u d-duplikazzjoni ma’ liġijiet oħra tal-UE. Il-KESE jilqa’ s-semplifikazzjonijiet introdotti fil-Proposta, iżda jqis li l-firxa tat-tnaqqis fil-piż amministrattiv hija aktar limitata minn dik implikata mill-Kummissjoni, u fil-prattika l-piż jiżdied b’mod sinifikanti f’oqsma oħra (6). |
|
3.3. |
Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar id-deterġenti qed isseħħ b’mod parallel ma’ diversi proposti oħra għal leġiżlazzjoni riveduta jew ġdida li taffettwa wkoll lid-deterġenti, inkluż ir-Regolament CLP ((KE) Nru 1272/2008) u r-Regolament il-ġdid dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli (ESPR). Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati koerenza u konsistenza sħiħa bejn dawn il-leġiżlazzjonijiet differenti u li jiġu evitati diverġenzi u duplikazzjonijiet fid-dispożizzjonijiet tagħhom. |
|
3.4. |
Il-KESE jappoġġja d-definizzjoni semplifikata ta’ “deterġent” inkluża fil-Proposta tal-Kummissjoni, li ser tinftiehem u tiġi applikata aktar faċilment mill-operaturi ekonomiċi kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi. It-tneħħija tar-referenza għal kategoriji speċifiċi ta’ ingredjenti (sapun u/jew aġenti tensjoattivi) fid-definizzjoni ta’ deterġent tagħmel id-definizzjoni aktar inklużiva u ttejjeb iċ-ċarezza tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-innovazzjoni futura fil-kategorija tal-prodott. |
|
3.5. |
Il-KESE jilqa’ ż-żamma tar-rekwiżiti tal-bijodegradabbiltà għall-aġent tensjoattivi u t-tneħħija tal-proċedura ta’ deroga, li ma għadhiex tintuża. Dan jgħin biex jiġi ssemplifikati u tittejjeb iċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet. |
|
3.6. |
Il-KESE jqis li r-rekwiżiti proposti għad-deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi huma preskrittivi żżejjed u mhumiex adattati sew għad-deterġenti. Ir-rekwiżiti tal-ittestjar speċifikati fl-Anness II huma kkunsidrati wisq onerużi, b’mod partikolari għall-SMEs. Fir-rigward tal-mikroorganiżmi użati fid-deterġenti b’format ta’ sprej, hemm rekwiżit li jridu jgħaddu minn test fuq l-annimali vertebrati għat-tossiċità akuta mill-inalazzjoni, li jinvolvi li jiġu ssagrifikati tipikament 30 annimal għal kull test. Dan jimmina l-impenn li sar fid-Direttiva 2010/63/UE (7) dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, u mhuwiex meħtieġ peress li jeżistu metodi alternattivi għad-determinazzjoni tas-sikurezza (eż. read-across minn data storika, testijiet in vitro permezz ta’ linji ta’ ċelloli umani jew il-piż tal-evidenza, b’mod partikolari meta jitqies l-istatus obbligatorju tal-Grupp ta’ Riskju 1/QPS). |
|
3.7. |
Il-KESE jqis li mhuwiex xieraq li jintalab li l-mikroorganiżmi użati fid-deterġenti jridu jkunu fil-lista tal-preżunzjoni ta’ sikurezza kwalifikata (QPS) tal-EFSA. Dan lanqas biss huwa rekwiżit obbligatorju biex mikroorganiżmu jintuża fl-industrija tal-ikel u tal-għalf, iżda pjuttost huwa biss punt tat-tluq għal evalwazzjoni ulterjuri mill-EFSA. Il-mikroorganiżmi li mhumiex fil-lista tal-QPS xorta jistgħu jiġu vvalutati għas-sikurezza u jintużaw fl-ikel jew fl-għalf, iżda fil-każ tad-deterġenti ma teżisti l-ebda possibbiltà bħal din sakemm sussegwentement il-Kummissjoni twettaq rieżami/reviżjoni formali tar-rekwiżiti. Mhuwiex meqjus proporzjonat li jkun hemm regoli aktar restrittivi għad-deterġenti milli għall-ikel, li jiġi inġestit direttament. Min-naħa l-oħra, jekk l-elenkar tal-QPS ikun obbligatorju tal-EFSA, il-KESE ma jqisx li huwa ġustifikat li d-deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi jkunu meħtieġa li jiġu ttikkettati bi twissija li l-prodott ma għandux jintuża fuq kwalunkwe superfiċe li tiġi f’kuntatt mal-ikel. |
|
3.8. |
Il-limitazzjoni tal-mikroorganiżmi li jistgħu jintużaw bil-mod deskritt fl-Anness II il-ġdid għandha r-riskju li xxekkel jew tibblokka l-innovazzjoni, u tinjora kemm il-fatt li d-deterġenti li fihom il-mikroorganiżmi huma diġà koperti mir-Regolament dwar id-deterġenti u leġiżlazzjoni oħra, bħad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, kif ukoll mill-qafas żviluppat mill-industrija biex tippermetti l-ġestjoni tajba tar-riskju tal-ingredjenti mikrobiċi. Il-Proposta teżenta lid-deterġenti mqiegħda fis-suq għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp mill-kundizzjonijiet preskritti fl-Anness II punt 1, iżda l-uniku mekkaniżmu disponibbli biex jippermetti l-użu kummerċjali ta’ (razez ta’) mikroorganiżmi ġodda huwa permezz tal-klawżola ta’ rieżami fl-Artikolu 32 u/jew ta’ atti delegati. Il-KESE jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ proċess inqas restrittiv sabiex jippermetti u jrawwem l-innovazzjoni f’dan is-settur ta’ prodotti li qed jikber. |
|
3.9. |
Il-KESE jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni żammet il-limitazzjonijiet eżistenti fuq il-kontenut tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru, li wrew li rnexxielhom inaqqsu l-użu tal-fosforu mill-2014 ’l hawn u jillimitaw l-użu tiegħu biss għal applikazzjonijiet fejn jirriżulta li huwa kritiku, jew meta restrizzjoni twassal għal impatti negattivi saħansitra akbar fuq l-ambjent, is-sikurezza u/jew il-prestazzjoni tat-tindif (8). |
|
3.10. |
Il-KESE jqis li hija meħtieġa aktar ċarezza dwar ir-rwoli u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi identifikati fil-Proposta, b’mod partikolari r-rappreżentant awtorizzat kif deskritt fl-Artikolu 8. Fil-każ fejn ikun obbligatorju għal manifattur stabbilit barra mill-Unjoni li jaħtar tali rappreżentant awtorizzat, mhuwiex ċar jekk il-mandat mogħti lil dan tal-aħħar mill-manifattur mhux mill-UE għandux jinkludi, pereżempju, l-obbligu li tiġi pprovduta skeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti lill-korpi maħtura tal-Istati Membri, kif deskritt fl-Artikolu 7(6). Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti, huwa importanti li l-istess obbligi japplikaw għall-manifatturi kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, u li jkun ċar kif dawn l-obbligi għandhom jiġu ssodisfati. |
|
3.11. |
Il-KESE jitlob kjarifika ulterjuri dwar il-valur miżjud tal-passaport tal-prodotti u l-markatura CE bħala mezz biex tintwera u/jew tiġi vverifikata l-konformità tal-prodotti soġġetti għar-Regolament dwar id-deterġenti. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni ma jidentifika l-ebda problema speċifika b’riskji ta’ konformità jew ta’ sikurezza għall-konsumaturi bħala ġustifikazzjoni għall-introduzzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, u ma jidhrux fl-għażliet ta’ politika indirizzati, u għalhekk l-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatti tagħhom hija nieqsa. Madankollu, il-KESE jappoġġja l-obbligu li l-passaport tal-prodotti jiġi applikat bl-istess mod għall-manifatturi kollha ta’ deterġenti jew aġenti tensjoattivi, kemm jekk stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll jekk huma stabbiliti mhux fl-Unjoni, biex jiġi evitat li l-kompetittività tal-prodotti Ewropej tiġi kompromessa mill-importazzjonijiet. |
|
3.12. |
It-twaħħil tal-markatura CE ma jikkostitwixxix prova li l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità twettqu f’konformità mar-Regolament, u dan xorta jrid jiġi vverifikat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza kif inhu l-każ skont ir-Regolament attwali. Huwa magħruf li l-markatura CE frawdolenti sseħħ f’kategoriji oħra ta’ prodotti soġġetti għal leġiżlazzjoni simili u tista’ tesponi lill-konsumaturi għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza. |
|
3.13. |
Il-KESE jitlob li kwalunkwe passaport tal-prodotti introdott skont ir-Regolament dwar id-deterġenti jiġi integrat bis-sħiħ ma’ dawk adottati skont leġiżlazzjoni oħra, bħar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, u l-awtoritajiet pubbliċi, huwa importanti li tinżamm il-koerenza u li jiġi evitat kwalunkwe rekwiżit duplikat jew diverġenti. |
|
3.14. |
Il-KESE jqis li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-passaport tal-prodotti kif propost bħalissa huma inkonsistenti mat-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Il-ħolqien ta’ passaport tal-prodotti, in-notifika lil reġistru u l-istampar/it-twaħħil ta’ mezz ta’ data ġdid għal kull lott speċifiku ta’ prodott mhuwiex fattibbli jew proporzjonat, u r-rekwiżit li jitlestew dawn il-passi qabel it-tqegħid fis-suq x’aktarx ifixkel u jdewwem il-ktajjen tal-provvista. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadatta dawn ir-rekwiżiti għal skattar ta’ frekwenza jew ta’ varjazzjoni aktar fattibbli. |
|
3.15. |
Il-KESE jinnota li r-rekwiżiti speċifiċi u tekniċi relatati mal-passaport tal-prodotti għandhom jiġu speċifikati aktar tard permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawn huma elementi kritiċi għall-implimentazzjoni tal-Proposta għal Regolament, u l-KESE jenfasizza l-importanza li dawn ir-rekwiżiti jiġu adottati fi żmien tajjeb qabel ma r-Regolament jidħol fis-seħħ biex tiġi evitata l-inċertezza legali. Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkollhom biżżejjed żmien biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet, il-KESE jirrakkomanda li l-bidu tal-perjodi tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolament rivedut dwar id-deterġenti għandu jibda biss wara li jitlestew l-obbligi leġiżlattivi tal-Kummissjoni. |
|
3.16. |
Il-KESE jappoġġja t-tneħħija tal-iskeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti għad-deterġenti li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikolużi skont ir-Regolament CLP, peress li dan ineħħi duplikazzjoni bla bżonn mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament CLP. Fir-rigward tad-deterġenti mhux perikolużi, il-KESE jissuġġerixxi li l-iskeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti għandha tiġi pprovduta fuq talba motivata mill-korpi maħtura mill-Istati Membri, li tirriżulta minn ħtiġijiet jew tħassib identifikati dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; b’dan il-mod, il-formulazzjoni tkun aktar koerenti mal-Artikolu 8(3)(c) tal-Proposta kif ukoll mal-Anness VIII tar-Regolament CLP. |
|
3.17. |
Il-KESE jilqa’ l-bidliet proposti fir-rekwiżiti tat-tikkettar, għalkemm relattivament limitati, biex titneħħa d-duplikazzjoni bejn ir-Regolament CLP u r-Regolament dwar id-deterġenti fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-ingredjenti. Dan se jgħin biex jittejbu ċ-ċarezza u r-rilevanza tat-tikketti għall-konsumaturi/utenti finali, li skont riċerka indipendenti dawn jippreferu tikketti b’inqas informazzjoni iżda li tkun aktar ċara (9). F’dan il-kuntest, il-KESE jipproponi li t-tikkettar tad-deterġenti jiġi ssemplifikat aktar bl-użu ta’ sistema ta’ pittogrammi jew ikoni minflok test. |
|
3.18. |
Il-KESE jappoġġja d-dispożizzjonijiet tal-Proposta li jippermettu t-tikkettar diġitali, li se jgħinu wkoll biex itejbu l-leġibbiltà tat-tikketti fiżiċi filwaqt li joffru aċċess għal esperjenza mtejba għall-konsumaturi/utenti aħħarin f’termini ta’ informazzjoni, għażla tal-lingwa u leġġibbiltà. Il-KESE jappoġġja wkoll l-aċċess kemm għat-tikketti diġitali kif ukoll għall-informazzjoni dwar il-passaport tal-prodotti permezz ta’ mezz uniku ta’ data, sabiex jiġu minimizzati l-konfużjoni u t-tgerfix fuq it-tikketti. |
|
3.19. |
Il-KESE jilqa’ l-Proposta li l-biċċa l-kbira tat-tikkettar meħtieġ tkun tista’ tiġi pprovduta b’mod diġitali għall-prodotti li jinbiegħu f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jimtela, iżda jistaqsi għaliex l-istess regoli m’għandhomx jiġu applikati wkoll għall-prodotti b’imballaġġ preparat minn qabel bħal fil-każ tal-bejgħ ta’ prodotti li jinbiegħu f’imballaġġ li jista’ jerġa’ jimtela. Dan jiżgura aħjar kundizzjonijiet ekwivalenti għad-deterġenti mqiegħda fis-suq. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(5) Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 440/2008 tat- 30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).
(6) Għal aktar informazzjoni dwar il-piż amministrattiv għall-industrija tad-deterġenti, ara l-iskeda informattiva tal-AISE dwar il-Valutazzjoni tal-Ispejjeż Kumulattivi.
(7) Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
(8) Relevance of professional laundry and machine dishwashing on the entry of phosphate and other phosphorus compounds (P) into wastewater (Ir-rilevanza tal-ħasil tal-platti u tal-ħwejjeġ b’mod professjonali permezz tal-magni fuq il-preżenza tal-fosfat u ta’ komposti oħra tal-fosfru (P) fl-ilma mormi), Umweltbundesamt 98/2021.
(9) Geuens M, Byrne D, Boeije G, Peeters V, Vandecasteele B., Investigating the effectiveness of simplified labels for safe use communication: the case of household detergents (Ninvestigaw l-effettività ta’ tikketti semplifikati għall-komunikazzjoni b’użu sikur: il-każ ta’ deterġenti li jintużaw fid-djar), Int J Consum Stud. 2021; 45(6):1410–24. https://doi.org/10.1111/ijcs.12662.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/127 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Nipproteġu u nirrestawraw l-ekosistemi tal-baħar għal sajd sostenibbli u reżiljenti”
(COM (2023) 102 final)
(2023/C 349/20)
|
Relatur: |
Javier GARAT PÉREZ |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 27.3.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
28.6.2023 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
41/0/4 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
149/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-oċeani tagħna jkopru 70 % tas-superfiċje tal-pjaneta. Huma sors ta’ ikel u bijodiversità, jgħinu biex jirregolaw il-klima u jipprovdu għajxien għal ħafna komunitajiet kostali b’benefiċċji konsiderevoli għas-saħħa, is-soċjetà u l-ekonomija. Għalhekk, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jqis li ekosistemi tal-baħar b’saħħithom huma essenzjali għall-pjaneta u għall-popolazzjonijiet li jiddependu minnhom. |
|
1.2. |
Is-sajjieda Ewropej jipprovdu prodotti tas-sajd ta’ kwalità għolja b’impronta tal-karbonju relattivament baxxa. Wara snin ta’ ġestjoni tajba u tnaqqis fil-pressjoni tas-sajd, il-KESE jilqa’ l-irkupru spettakolari tal-istokkijiet tas-sajd fl-Unjoni Ewropea. Skont id-data tal-Kummissjoni Ewropea, fl-2009 ħames stokkijiet tal-ħut biss inħasdu b’mod sostenibbli fl-UE. Fl-2022 dak in-numru żdied għal aktar minn 60, u għadu qed isir titjib (1). L-istokkijiet tal-ħut, b’mod partikolari fl-Atlantiku tal-Grigal, qed jiżdiedu b’mod sinifikanti, u laħqu livelli 50 % ogħla minn dawk tal-2010 f’temp ta’ għaxar snin biss (2). Barra minn hekk, 99 % tal-istokkijiet tal-ħut regolati mill-UE fl-Atlantiku tal-Grigal li jinħattu l-art (3), jiġifieri 82,5 % fuq livell dinji (4), jiġu minn stokkijiet tal-ħut sostenibbli. |
|
1.3. |
Madankollu, dan l-irkupru sarraf fi spiża soċjoekonomika importanti. It-tnaqqis tal-kwoti, flimkien mal-kriżijiet kontinwi esperjenzati mis-sajjieda, qed ikollhom effett devastanti u jwasslu għall-iskrappjar tal-bastimenti fl-Ewropa kollha. Skont l-FAO, illum il-ġurnata l-flotta tas-sajd Ewropea għandha 28 % inqas bastimenti milli kellha fl-2000. Għalhekk, il-KESE jqis li huwa essenzjali li n-negozji u l-ħaddiema jingħataw prevedibbiltà tal-introjtu u qafas ta’ stabbiltà ekonomika. |
|
1.4. |
Għalkemm is-settur tas-sajd fl-Ewropa għamel sforzi kbar u progress lejn is-sostenibbiltà u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, l-oċeani għadhom soġġetti għat-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni u t-tniġġis minħabba sustanzi niġġiesa bħall-plastik u żibel u skart ieħor minn attivitajiet fuq l-art, li huma ta’ theddida serja għall-ekosistemi tal-baħar u l-komunitajiet li jiddependu minnhom. Biex jiġu indirizzati dawn il-problemi, u f’konformità mal-objettivi tal-qafas globali l-ġdid tal-bijodiversità għal wara l-2020 u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, l-UE trid tipproteġi legalment 30 % tal-ibħra tagħha sal-2030. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jilħqu dan l-objettiv fiż-żmien stabbilit u jsibu soluzzjonijiet li jippermettu l-koeżistenza mas-sajd meta x-xjenza tirrakkomanda dan. |
|
1.5. |
Il-KESE jirrikonoxxi li, minkejja t-titjib, is-sajd għad għandu impatt ambjentali fuq l-oċeani. Għalhekk, huwa ċar li hemm bżonn li jkompli jittaffa l-impatt tal-irkaptu tas-sajd, tiżdied is-selettività tax-xbieki u jiġu protetti l-ispeċijiet u l-ekosistemi marini vulnerabbli. Il-KESE jappella għal strateġija ta’ dekarbonizzazzjoni u ta’ protezzjoni ambjentali li tiffoka aktar fuq l-innovazzjoni milli fuq l-eliminazzjoni tal-attività u tagħti attenzjoni ugwali lit-tliet pilastri tas-sostenibbiltà: ambjentali, soċjali u ekonomika, li jgħinu biex jinżammu impjiegi bi kwalifiki għoljin fl-Ewropa. B’mod partikolari, il-KESE jitlob li jinstab bilanċ bejn il-proposta biex jingħalqu aktar żoni tas-sajd tradizzjonali u ż-żamma tal-attività tas-sajd, fid-dawl tat-titjib kontinwu tal-istokkijiet u ż-żieda fir-riskju tat-tnaqqis tal-flotta. |
|
1.6. |
Għalkemm il-Pjan ta’ Azzjoni mhuwiex legalment vinkolanti, il-KESE jinnota li dan ser ikollu spiża soċjoekonomika sinifikanti għall-Istati Membri u l-flotot tagħhom. Għalhekk jiddispjaċih li l-Pjan ta’ Azzjoni mhuwiex akkumpanjat minn studju soċjoekonomiku u ma jipproponi l-ebda miżura ta’ finanzjament addizzjonali għat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-enerġija proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk, il-Kumitat jappella għal studju tal-impatt soċjoekonomiku tal-miżuri proposti, b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjoni tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żoni Marini Protetti (MPAs), u jitlob li jiġu stabbiliti l-mezzi kollha meħtieġa, inklużi inċentivi u mekkaniżmi ta’ kumpens, għal tranżizzjoni ġusta u bbilanċjata. |
|
1.7. |
Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li kwalunkwe restrizzjoni fuq l-irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ tiġi riflessa awtomatikament għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi, speċjalment minħabba li l-Unjoni Ewropea timporta 70 % tal-ħut li tikkonsma u li eluf ta’ tunnellati ta’ ħut jiġu minn pajjiżi bħar-Russja u ċ-Ċina, li saħansitra jibbenefikaw minn preferenzi tariffarji. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-Pjan ta’ Azzjoni, tinkludi miżuri tas-suq li jiżguraw il-konsistenza u l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE. 25 % tal-qabdiet totali Ewropej jinqabdu permezz ta’ sajd mobbli tal-qiegħ (5). Il-KESE jappella għal pjan ta’ azzjoni li ma jżidx id-distakk fis-sigurtà u s-sovranità tal-ikel (fir-rigward tal-prodotti tal-baħar) u jippermetti lis-sajjieda jagħmlu użu sħiħ mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom bil-liġi. |
|
1.8. |
Fir-rigward tas-sallura, il-KESE jappella għal sforzi kontinwi u rapidi biex jiġu restawrati l-ħabitats tas-sallura, tittejjeb il-konnettività tax-xmajjar u jiġu indirizzati l-ostakli għall-migrazzjoni. Jitlob ukoll li tittejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera u li jiġu evitati prattiki tas-sajd kontroproduttivi. Għall-Kumitat huwa daqstant ieħor importanti jiġi nnotat li l-għeluq reċenti tas-sajd adottat għal attivitajiet kummerċjali u rikreattivi mill-UE għandu impatt negattiv fuq is-sajd kostali fl-Ewropa, u għalhekk jitlob li jiġi analizzat il-progress fl-irkupru tal-ispeċijiet qabel ma jiġu kkunsidrati aktar miżuri restrittivi. |
|
1.9. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol ewlieni tax-xjenza fl-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tat-theddid għall-ekosistemi tal-baħar. Il-KESE jikkonkludi li hemm il-ħtieġa li jissaħħu u jittejbu r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi, li jiġi adottat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar u li jintuża mmappjar b’riżoluzzjoni aħjar tal-impronta tas-sajd u tal-bjar tal-karbonju. |
|
1.10. |
Fir-rigward tal-munizzjon u sustanzi niġġiesa oħra mormija fl-ibħra tagħna fi żminijiet ta’ gwerra, speċjalment fil-Baħar Baltiku, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu miżuri operattivi biex inaddfu qiegħ il-baħar, kif ukoll miżuri leġiżlattivi biex jiżguraw li l-ilmijiet ikunu sikuri minn dawn il-perikli. |
2. Sfond
|
2.1. |
Skont il-Kummissjoni Ewropea, il-Pjan ta’ Azzjoni huwa parti mill-isforzi tagħha biex timplimenta l-politika ambjentali tal-UE u l-politika komuni tas-sajd b’mod aktar konsistenti mat-tliet pilastri tas-sostenibbiltà tagħha: ambjentali, ekonomika u soċjali. Għandu l-għan li jaċċellera t-tranżizzjoni lejn prattiki tas-sajd aktar sostenibbli permezz ta’:
|
|
2.2. |
Skont il-Kummissjoni Ewropea, din it-tranżizzjoni għandha tiġi appoġġjata minn finanzjament faċilment aċċessibbli, ħidma xjentifika biex jiġu żviluppati u promossi tekniki tas-sajd innovattivi u qafas ta’ governanza robust li jippermetti djalogu bejn il-komunitajiet tas-sajd u dawk ambjentali. |
3. Kummenti ġenerali
Aspetti legali
|
3.1. |
Il-KESE jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni mhuwiex vinkolanti u, bħala tali, huwa prinċipalment sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri bbażati fuq l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità (6), l-Istrateġija dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (7) u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (8). Madankollu, il-programm ta’ azzjoni propost se jsarraf fi spiża soċjoekonomika sinifikanti għall-Istati Membri u l-flotot tagħhom. F’dan ir-rigward, il-KESE jqis il-Pjan ta’ Azzjoni bħala opportunità unika biex jinfetaħ djalogu fil-livell Ewropew u nazzjonali, u għalhekk jappoġġja l-ħolqien ta’ task force konġunta għall-Istati Membri, u li fi ħdanha l-partijiet interessati (is-sidien tal-bastimenti, il-ħaddiema u l-partijiet interessati ambjentali) ikunu osservaturi, biex jiġu żgurati proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet koordinati u inklużivi bil-għan li jiġu adottati u implimentati miżuri ta’ ġestjoni koerenti. |
|
3.2. |
Il-KESE jfakkar li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sajd u l-ambjent diġà tirrikjedi l-protezzjoni u r-restawr ta’ qiegħ il-baħar. Pereżempju, is-sajd mobbli tal-qiegħ fil-Baħar Mediterran huwa pprojbit f’fond ta’ aktar minn 1 000 metru. Fl-Atlantiku, it-tkarkir tal-qiegħ huwa pprojbit f’fond ta’ aktar minn 800 metru u reċentement ġie sospiż f’16 419 km2 ta’ ekosistemi marini vulnerabbli. |
|
3.3. |
Madankollu, l-UE trid tipproteġi legalment 30 % tal-ibħra tagħha sal-2030, f’konformità mal-objettivi tal-qafas globali l-ġdid tal-bijodiversità u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità. Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jilħqu dan l-objettiv permezz ta’ strateġiji nazzjonali li jippromovu approċċ ekosistemiku u jippermettu l-koeżistenza mas-sajd abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. |
|
3.4. |
Il-Kumitat jenfasizza li l-projbizzjoni mifruxa tas-sajd tal-qiegħ fl-MPAs mhija preskritta mill-ebda strument internazzjonali (BBNJ (9), KDB (10) jew RFMO (11)) u lanqas mill-acquis tal-UE stess. Għalhekk, il-KESE jemmen li huwa adatt li tiġi segwita l-interpretazzjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea fit-tweġiba tagħha għar-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri (12), li jiddikjara li “[i]d-deżinjazzjoni tal-MPAs ma għandhiex twassal għal restrizzjoni totali tal-attivitajiet tal-bniedem, iżda pjuttost l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ ġestjoni effettivi skont l-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żoni u abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Dan jista’ jwassal biex jiġu ristretti l-attivitajiet tas-sajd biss meta jkun meħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ekoloġiċi tal-karatteristiċi naturali, li huma s-suġġett ta’ protezzjoni”. L-istess loġika hija riflessa fid-Direttiva dwar il-Ħabitats (13) li tiddikjara li “[i]l-miżuri meħuda skont din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali”, flimkien mar-rekwiżit li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq bażi ta’ każ b’każ u li jittieħdu miżuri b’mod ġustifikat (Artikolu 6(3)). |
|
3.5. |
Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti tas-sajd ikunu jistgħu jiġu prodotti bl-aħjar standards soċjali u ambjentali mingħajr ma ssir ħsara lill-kompetittività tal-operaturi fid-diversi pajjiżi tal-UE, il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jistabbilixxi strateġija li toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, u li tirrispetta l-istandards ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar kif se jiġi implimentat minn kull Stat Membru, l-isforzi għandhom jiġu kkoordinati u għandu jiġi żgurat li l-flotot li jkunu rreġistrati taħt bandiera Ewropea ta’ Stat Membru partikolari u li joperaw fl-ibħra ta’ Stat Membru ieħor ikunu jistgħu jiġu rrappreżentati fil-proċessi nazzjonali tal-ħolqien ta’ MPA. Inkella, jista’ jkun hemm trattament inugwali u għalhekk mhux se jkun hemm omoġeneità fl-ibħra Ewropej. |
|
3.6. |
Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 39 tat-TFUE, li jistabbilixxi l-ħtieġa li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola (u tas-sajd), biex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvisti u biex jiġi żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Għalhekk, billi jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità (l-Artikolu 5 tat-TUE), l-Istati Membri għandhom jipproponu l-għażla bl-inqas impatt fuq il-flotta li tiżgura l-konservazzjoni effettiva tan-natura. |
|
3.7. |
Il-KESE jfakkar li l-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim ta’ Pariġi (14), jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità ta’ adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u li jitrawmu r-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra, b’mod li ma jheddidx il-produzzjoni tal-ikel. |
Kamp ta’ applikazzjoni
|
3.8. |
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri nazzjonali u, fejn adatt, jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni biex jiżguraw l-eliminazzjoni gradwali tas-sajd mobbli tal-qiegħ fl-MPAs kollha sal-2030. |
|
3.9. |
Il-KESE jirrimarka li l-MPAs jistgħu jwasslu għal restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tas-sajd fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ekoloġiċi tal-karatteristiċi naturali li huma protetti. F’dan il-kuntest, l-MPAs jistgħu jinkludu ħafna miżuri oħra ta’ konservazzjoni li mhumiex marbuta mas-sajd tal-qiegħ, bħall-protezzjoni tal-għasafar tal-baħar, taċ-ċetaċji jew tal-fkieren. Għalhekk, meta tipproponi miżuri għall-irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tiffoka l-isforzi tagħha fuq l-MPAs li l-kompitu tagħhom huwa li jipproteġu qiegħ il-baħar vulnerabbli u mhux ta’ natura oħra. |
|
3.10. |
Il-KESE jfakkar li t-tielet objettiv tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) huwa li jiżgura u jippermetti li mill-inqas 30 % taż-żoni kostali u tal-baħar jiġu ppreservati u ġestiti b’mod effettiv sal-2030 permezz ta’ MPAs u miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq iż-żona (OECM), u li, fl-istess ħin, jiġi żgurat li kwalunkwe użu sostenibbli, fejn adatt f’żoni bħal dawn, ikun konsistenti bis-sħiħ mar-riżultati ta’ konservazzjoni, u jirrikonoxxi u jirrispetta d-drittijiet tal-komunitajiet lokali. |
|
3.11. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tinkludix fil-Pjan ta’ Azzjoni għodod inklużivi u effettivi għall-protezzjoni ambjentali bħall-OECMs. Il-KESE jappella biex jintuża l-Manwal għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u r-rappurtar ta’ miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq żoni tas-sajd tal-baħar ippubblikat fl-2022 mill-FAO (15). |
|
3.12. |
Il-KESE jitlob ukoll li l-OECMs jiġu inklużi fil-kalkolu tar-rata ta’ protezzjoni statutorja ta’ 30 % sabiex ikun jista’ jintlaħaq dan l-objettiv b’mod proporzjonat. F’dan ir-rigward, il-KESE jitlob li jiġu kkunsidrati każijiet oħra ta’ għeluq tas-sajd tal-qiegħ stabbilit mil-leġiżlazzjoni dwar is-sajd, bħal pereżempju s-87 żona li dan l-aħħar ingħalqu għas-sajd tal-qiegħ fl-Atlantiku jew l-għeluq fil-Punent tal-Mediterran minħabba l-pjan ta’ ġestjoni pluriennali. |
Impronta tas-sajd
|
3.13. |
Abbażi ta’ kwotazzjoni mill-parir dwar talba speċjali tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) tal-24 ta’ Ġunju 2021, il-Pjan ta’ Azzjoni jiddikjara li s-sajd mobbli tal-qiegħ b’mod ġenerali fl-Atlantiku tal-Grigal jitwettaq fi 80-90 % taż-żoni tas-sajd. Il-KESE jinnota li ċifri għoljin bħal dawn huma prinċipalment minħabba r-riżoluzzjoni baxxa tal-immappjar tal-impronta tas-sajd. F’dan ir-rigward, l-ICES juża grilja biex jistma l-impatt tas-sajd tal-qiegħ b’riżoluzzjoni ta’ madwar 17 km2 (latitudnijiet tat-Tramuntana) u 27 km2 (latitudnijiet tan-Nofsinhar). Fi kliem ieħor, jekk bastiment jintraċċa linja tul xi wieħed mill-punti f’din iż-żona, jitqies li qiegħed jistad fiż-żona kollha. Dan iżid b’mod artifiċjali ż-żona mistada u jwassal għal teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi mingħajr immappjar preċiż. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-Pjan ta’ Azzjoni, tinkludi l-ħtieġa għal immappjar aħjar tal-irkapti tal-kuntatt mal-qiegħ. Fir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (16), il-Kummissjoni tinnota li l-attivitajiet ewlenin li jikkawżaw it-telf fiżiku reali tal-ħabitats tal-qiegħ (17) huma “t-teħid tal-art u d-difiża kontra l-għargħar, il-kostruzzjoni tal-portijiet, ir-rimi tal-iskart solidu, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-impatti minn prattiki mhux sostenibbli tal-akkwakultura” (18). Għalhekk, il-KESE jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi miżuri addizzjonali wkoll biex jiġi minimizzat jew eliminat l-impatt ta’ dawn l-elementi, li min-naħa tagħhom għandhom impatt negattiv fuq l-attività tas-sajd. |
Ix-xjenza
|
3.14. |
Disturbi bħall-aċidifikazzjoni, il-mewġiet ta’ sħana tal-oċeani, l-iskarsezza tal-ossiġenu, il-proliferazzjoni tal-algi tossiċi, il-parassiti jew il-problemi ta’ riproduzzjoni jistgħu jwasslu biex l-istokkijiet tal-ħut jikkollassaw jew iġegħluhom jiċċaqalqu lejn ibħra aktar fondi u aktar kesħin. Il-plastik, il-mikroplastiks u sustanzi niġġiesa oħra mill-attivitajiet tal-bniedem għandhom ukoll impatt negattiv fuq l-ekosistemi tal-baħar. Minħabba dawn il-fatturi, f’xi każijiet, ix-xjenza tradizzjonali tas-sajd ma tistax tifhem l-istat u l-bidliet fil-kwantitajiet ta’ xi stokkijiet. Il-KESE jikkonkludi li hemm bżonn aktar minn qatt qabel li jintuża approċċ ekosistemiku u li tittejjeb ix-xjenza biex tivvaluta, tifhem u tadatta aħjar għall-bidla. |
|
3.15. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni jħabbar li fl-2024 il-Kummissjoni se tniedi studju li jikkwantifika l-kapaċità tal-ħżin tal-karbonju ta’ qiegħ il-baħar tal-UE u l-impatt potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fuq din il-kapaċità. Il-KESE jilqa’ din l-inizjattiva. F’dan il-kuntest, il-KESE jitlob li jiġi studjat jekk il-kontroll tat-tħarbit tas-sediment huwiex effettiv f’termini ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-effett taċ-ċaqliq tal-isforz tas-sajd minħabba l-għeluq ta’ xi żoni lejn żoni ġodda oħrajn li qabel ma kinux sfruttati għandu jiġi studjat ukoll, flimkien mal-effett tal-kawżi naturali, bħall-maltempati, fuq is-sediment u dan għandu jiġi mqabbel mal-impatt tas-sajd tal-qiegħ. |
|
3.16. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiżviluppa pjattaforma interattiva dwar l-irkaptu tas-sajd selettiv u innovattiv sabiex jiġu skambjati l-għarfien u l-aħjar prattiki. F’dan il-kuntest, ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar irkapti tas-sajd innovattivi (19), li jinkludu valutazzjoni mill-esperti tal-benefiċċji u l-impatti tal-irkaptu innovattiv fuq l-ekosistemi tal-baħar, il-ħabitats sensittivi u s-selettività tas-sajd. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-progress sar fis-sajd tal-qiegħ u jħeġġeġ aktar progress f’din id-direzzjoni. |
Impatt soċjoekonomiku
|
3.17. |
Għalkemm mhux obbligatorju, il-KESE jappella għal studju tal-impatt soċjoekonomiku tal-miżuri proposti, b’mod partikolari fir-rigward tal-projbizzjoni tas-sajd tal-qiegħ fl-MPAs. Peress li s-sajd bit-tkarkir waħdu jirrappreżenta 7 000 bastiment tas-sajd fl-UE, 20 000 sajjied, terz tal-kapaċità totali tas-sajd, 38 % tal-introjtu ġġenerat mill-flotta tal-UE u 25 % tal-qabdiet totali, huwa essenzjali li jiġi vvalutat l-impatt tal-miżuri proposti. |
|
3.18. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistudjaw u jimminimizzaw l-impatt dirett mhux biss tal-miżuri proposti, bħat-telf ta’ aċċess għal żoni tas-sajd tradizzjonali, iżda wkoll taċ-ċaqliq tal-isforz tas-sajd lejn żoni oħra li jista’ jwassal għal kunflitti bejn l-irkaptu tas-sajd, l-inaċċessibbiltà għall-ispeċijiet fil-mira jew żieda fl-użu tal-fjuwil. |
Sigurtà tal-ikel
|
3.19. |
Il-konklużjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni jenfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll il-benesseri soċjoekonomiku għas-sajjieda, il-komunitajiet kostali u s-soċjetajiet inġenerali. Madankollu, il-projbizzjoni tal-irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ fl-MPAs attwali (10 % tal-ibħra) twassal għal żieda ta’ 2 % fl-importazzjonijiet. Minħabba l-importanza ta’ tranżizzjoni ġusta, il-KESE jappella għal studju dwar iż-żieda stmata fl-importazzjonijiet għall-objettivi stabbiliti fil-Pjan (30 % tal-ibħra). |
|
3.20. |
Il-KESE jfakkar li 70 % tal-ħut ikkunsmat fl-UE diġà jiġi minn pajjiżi terzi u li 25 % tal-qabdiet totali Ewropej jinqabdu permezz ta’ sajd mobbli tal-qiegħ. Il-KESE jappella għal pjan ta’ azzjoni li ma jżidx id-distakk fis-sigurtà u s-sovranità tal-ikel (fir-rigward tal-prodotti tal-baħar) u jippermetti lis-sajjieda jagħmlu użu sħiħ mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom bil-liġi. |
Interventi fis-suq
|
3.21. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li r-restrizzjonijiet fuq l-irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ jiġi riflessi awtomatikament għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi. Speċjalment minħabba li eluf ta’ tunnellati ta’ ħut abjad (eż. merluzz tal-Alaska, bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda) jiġu mir-Russja u ċ-Ċina, li saħansitra jibbenefikaw minn preferenzi tariffarji. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-Pjan ta’ Azzjoni, tinkludi miżuri tas-suq li jiżguraw il-konsistenza u l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE. |
Finanzjament
|
3.22. |
Il-KESE jiddispjaċih li l-Pjan ta’ Azzjoni ma jipproponi l-ebda miżura ta’ finanzjament addizzjonali għat-tranżizzjoni ekoloġika jew tal-enerġija proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Inizjattiva bħal din, li taffettwa tant bastimenti tas-sajd tal-qiegħ, trid tkun akkumpanjata mill-inċentivi u l-mekkaniżmi ta’ kumpens meħtieġa. Il-KESE jappella biex tiġi allokata għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-innovazzjoni biex jitnaqqas il-kuntatt ma’ qiegħ il-baħar aktar milli biex jinbidel l-irkaptu tas-sajd jew ikun hemm l-iskrappjar. Dan tal-aħħar ikun jeħtieġ ammonti kbar ta’ flus li mhumiex disponibbli fil-fondi attwali, minbarra li hemm impedimenti tekniċi biex jinbidlu l-metodi tas-sajd. Barra minn hekk, il-KESE jitlob ukoll li jitqiesu l-istaġjonalità u l-ispeċifiċità tas-settur tas-sajd. Il-KESE jitlob li, minbarra l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA), il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jadottaw programmi ffukati fuq is-sajd biex itejbu l-allokazzjoni tal-fondi lejn żoni fejn huma l-aktar meħtieġa. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproduċi rapporti ta’ monitoraġġ biex tivverifika jekk il-fondi humiex qed jiġu implimentati u distribwiti kif suppost. |
Qabdiet inċidentali
|
3.23. |
Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġu minimizzati u, fejn possibbli, eliminati l-qabdiet aċċessorji ta’ speċijiet tal-baħar sensittivi (bħad-denfil komuni tal-Golf tal-Biskalja). Il-KESE huwa mħasseb dwar speċijiet vulnerabbli li huma partikolarment mhedda, bħal xi speċijiet ta’ klieb il-baħar, fkieren tal-baħar, mammiferi tal-baħar (id-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali u l-bumerin) u għasafar tal-baħar (il-garnija tal-Baleariku). Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri nazzjonali jew konġunti biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-qabdiet aċċessorji. |
|
3.24. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jilqa’ l-aħħar miżuri meħuda minn xi Stati Membri li bagħtu osservaturi abbord u apparati akustiċi li jużaw l-ultrasound biex jitnaffru d-dniefel. Fl-aħħar nett, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-għeluq taż-żoni tas-sajd għall-protezzjoni ta’ speċijiet sensittivi jkun ibbilanċjat u jqis l-impatt soċjoekonomiku kbir li għandu fuq il-flotta. |
|
3.25. |
Fir-rigward tas-sallura, il-KESE jinsab imħasseb dwar l-istat sensittiv tal-ispeċi u jfakkar fil-miżuri deċiżivi għat-titjib adottati mill-Kunsill f’Diċembru 2022, li rriżultaw f’għeluq ta’ sitt xhur tal-qabdiet mill-baħar u projbizzjoni totali tas-sajd rikreattiv. F’dan il-kuntest, il-KESE jfakkar li dawn il-miżuri se jkollhom impatt negattiv kbir fuq is-sajd kostali fl-Ewropa, u għalhekk jitlob li ssir analiżi tal-progress fl-irkupru tal-ispeċijiet qabel ma jittieħdu aktar miżuri restrittivi. Madankollu, il-Kumitat jemmen li huwa fundamentali li jiġu indirizzati l-impatti kollha tas-sajd u dawk mhux relatati mas-sajd u li tiġi implimentata aħjar il-leġiżlazzjoni rilevanti bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (20), id-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun, waqt li tiġi evitata aktar restrizzjoni. |
Sustanzi oħra li jniġġsu
|
3.26. |
Huwa stmat li fil-qiegħ tal-Baħar Baltiku biss hemm madwar 50 000 tunnellata ta’ munizzjon kimiku, 500 000 tunnellata ta’ armi konvenzjonali u 10 000 fdalijiet ta’ nawfraġji, minħabba l-gwerer tas-seklu li għadda (21). Dan il-periklu qed jiġi aggravat mill-aggressjoni militari brutali tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-munizzjonijiet mormija huma ta’ theddida reali għall-ħajja tal-bniedem u għall-ambjent tal-baħar, u jipperikolaw mhux biss is-sajd u t-tbaħħir iżda wkoll l-iżvilupp ta’ setturi oħra tal-ekonomija blu. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu passi operattivi biex inaddfu qiegħ il-baħar, kif ukoll miżuri leġiżlattivi biex jiżguraw li l-ilmijiet ikunu sikuri minn dawn il-perikli. Il-KESE jfakkar fl-importanza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina biex jiġi ssalvagwardjat l-ambjent tal-baħar bħala sors ta’ ikel sikur u san għall-bnedmin. |
Ekonomija blu
|
3.27. |
Il-KESE jfakkar li d-diversi setturi li jiffurmaw l-ekonomija blu huma interdipendenti (is-sajd, il-bijoteknoloġija, in-navigazzjoni, it-trasport marittimu, it-trasport marittimu, l-akkwakultura, it-tarzni, il-katina tal-provvista, il-loġistika u t-trasport). Għalhekk, it-telf jew l-iskrappjar ta’ bastimenti tas-sajd għandu impatt dirett fuq it-tarzni u servizzi loġistiċi Ewropej oħra. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tiġi implimentata strateġija ta’ dekarbonizzazzjoni u protezzjoni ambjentali li tiffoka aktar fuq l-innovazzjoni milli fuq l-eliminazzjoni tal-attività u tagħti attenzjoni ugwali lit-tliet pilastri tas-sostenibbiltà: ambjentali, soċjali u ekonomika, li jgħinu biex jinżammu impjiegi bi kwalifiki għoljin fl-Ewropa (22). Barra minn hekk, il-KESE jirrimarka li s-settur tas-sajd jgħin biex tinżamm il-popolazzjoni fil-komunitajiet rurali kostali li huma dipendenti ħafna minn din l-industrija (23). It-tnaqqis jew it-telf tas-settur tas-sajd jirriżulta direttament f’żieda fil-fluss tal-migrazzjoni lejn bliet kbar, u l-problemi kollha assoċjati mal-konċentrazzjoni tal-popolazzjoni. |
L-enerġija tar-riħ
|
3.28. |
F’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-UE stabbiliet mira li żżid il-produzzjoni tal-enerġija tal-baħar tal-UE b’għoxrin darba biex tikseb in-newtralità klimatika sal-2050. Madankollu, din iż-żieda għandha impatt fuq l-ambjent tal-baħar, bħall-installazzjoni ta’ parks eoliċi u t-tqegħid ta’ kejbils f’ibħra fondi. Diversi Stati Membri saħansitra ħabbru li se jikkollegaw il-grilji tal-elettriku tagħhom fil-baħar, prinċipalment permezz ta’ gżejjer tal-enerġija artifiċjali fil-Baltiku u fl-Atlantiku. Il-KESE huwa konxju bis-sħiħ tal-ħtieġa għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jeħtieġ li jeżistu flimkien ma’ sorsi tal-ikel sostenibbli (24). Jappella, għalhekk, biex l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta tiġi żviluppata bir-reqqa sabiex ma jsirux l-istess żbalji bħal fil-passat, u b’hekk jiġi minimizzat l-impatt tagħha fuq il-bijodiversità. Barra minn hekk, il-KESE jitlob li l-installazzjoni ta’ dawn l-istrutturi ma taffettwax iż-żoni tas-sajd tradizzjonali tas-sajjieda. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2023) 103.
(2) STECF Adhoc 20-01.
(3) COM(2020) 248.
(4) The State of World Fisheries and Aquaculture 2022 (L-Istat tas-Sajd u Akwakultura Dinji) (FAO).
(5) STECF 21-08.
(6) COM(2020) 380.
(7) COM(2021) 82.
(8) COM(2020) 381.
(9) Ftehim dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar ta’ żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali.
(10) Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.
(11) Organizazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.
(12) QEA: Rapport Speċjali 26/2020.
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal- habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(14) Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 (NU) (mhux disponibbli bil-Malti).
(15) A handbook for identifying, evaluating and reporting other effective area-based conservation measures in marine fisheries (Manwal għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u r-rappurtar ta’ miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq żoni tas-sajd tal-baħar, mhux disponibbli bil-Malti), (FAO).
(16) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(17) Il-ħabitats li jinsabu f’qiegħ il-baħar.
(18) COM(2020) 259.
(19) ICES sr.2020.12.
(20) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(21) Clearing chemical and conventional munitions from the sea (Euractiv) (It-tneħħija ta’ munizzjon kimiku u konvenzjonali mill-baħar, mhux disponibbli bil-Malti).
(22) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE — It-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli” (COM(2021) 240 final) (ĠU C 517, 22.12.2021, p. 108).
(23) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Politika Komuni tas-Sajd fil-livell lokali: lejn komunitajiet kostali sostenibbli u reżiljenti fl-UE (NAT-VII/035).
(24) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima”(COM(2020) 741 final) (ĠU C 286, 16.7.2021, p.152).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/134 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956”
(COM(2023) 88 final — 2023/0042 (COD))
(2023/C 349/21)
|
Relatur: |
Dirk BERGRATH |
|
Korelatur: |
Alessandro BARTELLONI |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew. 29/03/2023 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 3.4.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 192(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
22.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
182/4/7 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jaċċellera l-pass tad-dekarbonizzazzjoni fis-settur u li jagħti spinta lit-trasformazzjoni strutturali tiegħu. L-UE għandha taħtaf l-opportunità li tkun minn ta’ quddiem nett fl-industrija tat-trasport nadif. |
|
1.2. |
Il-KESE jinnota li l-proposta tmur lil hinn mill-miri proposti bħalissa fiċ-Ċina, iżda mhix ambizzjuża daqs ir-Regolament adottat dan l-aħħar f’California, li jistabbilixxi mira ta’ bejgħ tal-100 % tat-trakkijiet u l-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero sal-2036. Il-KESE jinnota wkoll li l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għad-Dekarbonizzazzjoni tat-Trasport tal-Istati Uniti (1) jassenja rwol komplementari għal elettriku nadif, bijofjuwils/e-fjuwils sostenibbli, u idroġenu nadif għat-trasport b’mod ġenerali u għat-trasport bit-triq ta’ vetturi heavy-duty b’mod partikolari. |
|
1.3. |
Il-KESE josserva li għadd ta’ Stati Membri, flimkien ma’ pajjiżi oħra (inklużi l-Istati Uniti), diġà wiegħdu li sal-2040 se jbigħu 100 % tal-vetturi heavy-duty (HDVs) b’emissjonijiet żero (2). Barra minn hekk, huma mistennija diversi regolamenti fil-livell lokali u reġjonali (eż. projbizzjonijiet fuq id-dħul). |
|
1.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza ta’ stimolu regolatorju biex jitrawwem l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero (ZEVs). Madankollu, il-KESE jemmen li għandha tingħata attenzjoni wkoll lin-naħa tad-domanda u lill-kundizzjonijiet abilitanti ewlenin li jagħmlu l-użu tal-vetturi b’emissjonijiet żero għażla vijabbli għall-operaturi loġistiċi. |
|
1.5. |
Il-KESE jilqa’ l-isforzi minn ċerti Stati Membri biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn iż-ZEVs, speċjalment għall-SMEs, u b’mod partikolari permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea u fondi nazzjonali oħra. |
|
1.6. |
Il-KESE jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għar-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. L-awtoritajiet pubbliċi jridu jiżguraw li l-fjuwils alternattivi u l-istazzjonijiet tal-iċċarġjar ikunu disponibbli fejn meħtieġ (3). Biex tintlaħaq il-mira intermedja sal-2030, jenħtieġu ’l fuq minn 50 000 ċarġer aċċessibbli għall-pubbliku, li 35 000 minnhom jeħtieġ li jkunu mudelli ta’ ċċarġjar tal-megawatts ta’ prestazzjoni għolja. Se jkunu meħtieġa wkoll madwar 700 stazzjon tar-riforniment tal-idroġenu. |
|
1.7. |
Minħabba l-limitazzjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, il-KESE jappella għal monitoraġġ mill-qrib u regolari tal-iżviluppi f’rapport ta’ progress, inkluża valutazzjoni fil-fond tal-katina tal-provvista biex jiġi evitat it-tfixkil u biex jiġi rifless aħjar l-impatt tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport fil-livell reġjonali. |
|
1.8. |
F’konformità mal-Opinjonijiet (4) preċedenti tiegħu, il-KESE jinnota li minkejja l-benefiċċji kollha tas-sistemi tal-motopropulsjoni elettriċi u tal-idroġenu, ir-Regolament propost ibbażat fuq l-approċċ “tal-iżbokk tal-egżost” jeħtieġ li jiġi kkomplementat minn strumenti ta’ politika oħra biex jiġi inċentivat l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u mhux fossili għall-parti tal-flotta li topera b’magna tal-kombustjoni interna (ICE). Il-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 % irid jiżgura approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja u jevita d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq li twassal għal bidla fl-emissjonijiet upstream fil-katina tal-valur. |
|
1.9. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas ta’ politika li jixpruna d-dekarbonizzazzjoni b’mod li jkun ġust għall-ħaddiema. Dan jinkludi l-għoti ta’ finanzjament adegwat biex jiġu appoġġjati r-reġjuni li qed jiffaċċjaw diffikultajiet bħala riżultat tal-aġenda tad-dekarbonizzazzjoni, il-ħtieġa li tiġi antiċipata l-bidla fil-livelli kollha (siti, kumpaniji, reġjuni u setturi) permezz ta’ pjani żviluppati mal-imsieħba soċjali, u sforz enormi mill-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji biex iħarrġu mill-ġdid u jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema. |
|
1.10. |
Il-KESE jappella għal trajettorja għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 f’konformità mal-kapaċità tas-settur industrijali li tittrasforma, u tkun kompatibbli mal-operaturi tat-trasport f’termini ta’ kostijiet u effiċjenza operattiva. Il-miri proposti jridu jkunu kompatibbli maż-żmien meħtieġ biex jiġu kkonvertiti l-faċilitajiet ta’ produzzjoni eżistenti u jinbnew oħrajn ġodda, biex tiġi introdotta infrastruttura tal-iċċarġjar, biex tiġi żgurata l-provvista ta’ komponenti ewlenin u materja prima, biex jinħolqu swieq ewlenin u biex titħarreġ il-forza tax-xogħol. |
|
1.11. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni (tal-flotta) b’pass li jkun konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-UE, u mal-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEI), li se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista ewlenin għas-settur fl-Ewropa, bħall-idroġenu nadif, il-batteriji u l-mikroelettronika. |
|
1.12. |
Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi pprovdut il-bini tal-kapaċitajiet u li t-trasportaturi u l-operaturi — speċjalment l-SMEs — jiġu appoġġjati jikkonformaw mal-obbligi ta’ rappurtar implimentati mir-Regolament. |
2. Kuntest ġenerali
|
2.1. |
F’Ottubru 2014, il-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tal-UE (5) stabbilixxew mira vinkolanti biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra prodotti fl-ekonomija kollha tal-UE b’mill-anqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Din il-mira kienet ibbażata fuq tbassir globali li jikkonforma ma’ medda medja ta’ żmien tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima (COP 21) (6). |
|
2.2. |
F’Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-Istrateġija Komprensiva għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti. Dan id-dokument jistabbilixxi sensiela ta’ miri u stadji importanti ambizzjużi biex is-sistema tat-trasport tal-UE tkun adattata għad-dinja newtrali għall-klima u dik diġitali. |
|
2.3. |
F’Lulju 2021, il-Kummissjoni Ewropea intensifikat l-azzjoni billi adottat il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” (7) — sett ta’ proposti ta’ politika għal tnaqqis nett ta’ 55 % (meta mqabbel mal-livelli tal-1990) fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE sal-2030. Dan huwa konsistenti mal-impenn tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050, stabbilit mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima (8). |
|
2.4. |
L-Istrateġija Ewropea għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi (9), ippubblikata f’Lulju 2016, tistabbilixxi l-mira għal tnaqqis ta’ mill-inqas 60 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-vetturi sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u b’hekk l-UE taqbad it-triq soda lejn emissjonijiet żero. Madankollu, il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” (10) jistabbilixxi li l-għan tan-newtralità klimatika għall-2050 jirrikjedi tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet globali tat-trasport sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. L-użu ta’ vetturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet ikun irid jiżdied gradwalment sal-2030 sabiex jinkiseb sehem sinifikanti tas-suq u l-UE tidħol fi proċess konsistenti fit-tul lejn mobbiltà b’emissjonijiet żero. |
|
2.5. |
Is-settur tat-trasport bit-triq jirrappreżenta għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-UE. L-HDVs, bħat-trakkijiet, ix-xarabanks li jintużaw fil-bliet u dawk għal użu fuq distanzi twal, huma responsabbli għal aktar minn 25 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport bit-triq fl-UE, u jammontaw għal aktar minn 6 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-UE. Minkejja l-isforzi mill-manifatturi biex inaqqsu l-emissjonijiet għal kull km, l-emissjonijiet totali jkomplu jiżdiedu, speċjalment fit-trasport tal-merkanzija minħabba d-domanda dejjem tikber għat-trasport bit-triq, li hija mistennija li tkompli tiżdied fil-futur. It-trasport bit-triq huwa wkoll sors importanti ta’ tniġġis tal-arja, u l-UE tinsab fil-proċess li tirrevedi l-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-kwalità tal-arja, b’mod partikolari abbażi tal-proposta dwar l-istandards Euro 7 il-ġodda biex jitnaqqsu s-sustanzi niġġiesa mill-vetturi. |
|
2.6. |
Il-flotta attwali tal-HDV titħaddem kważi kompletament fuq magni tal-kombustjoni interna, li fil-biċċa l-kbira jaħdmu bil-fjuwils fossili, fil-biċċa l-kbira raffinati fl-UE minn żejt grezz importat, u min-naħa tagħhom jikkontribwixxu għad-dipendenza tal-UE mill-enerġija. Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea, il-proposta ta’ standards ġodda għandha tnaqqas id-domanda għall-fjuwils fossili b’madwar 2 biljun barmil żejt bejn l-2031 u l-2050. |
|
2.7. |
Bħalissa, unità ta’ trattur 4×2 tipika Ewropea ta’ 40 tunnellata f’ċiklu ta’ prova fuq distanzi twal tikkonsma madwar 33,1 litru ta’ fjuwil għal kull 100 km fit-toroq u l-awtostradi. Trakk tad-distribuzzjoni 4×2 tipiku Ewropew ta’ 12-il tunnellata f’ċiklu ta’ prova ta’ kunsinna urbana jikkonsma madwar 21,4 litru ta’ fjuwil għal kull 100 km (11). |
|
2.8. |
Ix-xerrejja ta’ HDVs huma fil-biċċa l-kbira tagħhom operaturi tat-trasport tal-merkanzija. Dawn jistgħu jesperjenzaw spejjeż tal-fjuwil ogħla iktar minn kwart tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom, u jikklassifikaw l-effiċjenza tal-fjuwil bħala l-ogħla kriterju għax-xiri tagħhom. Għall-kuntrarju tas-settur tal-karozzi tal-passiġġieri, il-kost totali tas-sjieda se jkun il-fattur dominanti fl-għażla tat-tip ta’ vettura. |
|
2.9. |
Fl-2021, skont id-data tal-industrija, l-esportazzjonijiet tat-trakkijiet iġġeneraw bilanċ kummerċjali favorevoli ta’ EUR 5 biljun. Fl-istess sena, ġew immanifatturati aktar minn 470 000 trakk fit-52 impjant li jinsabu fl-UE (12). Dan is-settur jagħmel parti minn industrija awtomobilistika li tiġġenera 12,1 miljun impjieg dirett u indirett fl-Ewropa, ekwivalenti għal 5,6 % tal-impjiegi totali tal-UE. |
|
2.10. |
It-trasport kummerċjali bit-triq huwa s-sistema nervuża tal-katina tal-valur tal-ekonomija tal-UE. It-trasport bit-triq jammonta għal sehem kbir mill-PDG tal-UE (prodott domestiku gross) u jimpjega aktar minn 3,4 miljun persuna fl-UE kollha (13). L-isfidi għas-settur jinkludu li t-trasport isir aktar sikur u aktar sigur filwaqt li tinżamm l-effiċjenza tas-suq uniku, u jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur u l-ambjent tat-trasport kollu kemm hu. |
|
2.11. |
L-iżviluppi reċenti fix-xenarju ġeopolitiku ffukaw l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata r-reżiljenza tal-katina tal-provvista loġistika tal-UE, anke fl-aktar sitwazzjonijiet drammatiċi. Iż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija u d-dipendenzi fuq l-enerġija u l-materja prima — flimkien mal-istrateġiji protezzjonisti aggressivi ta’ xi atturi internazzjonali ewlenin — qed jheddu s-sistema ekonomika tal-UE u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Is-sistema tat-trasport kummerċjali bit-triq tal-UE jeħtieġ li tibqa’ kompetittiva, affordabbli, u kompletament operattiva, anke fl-aktar ċirkostanzi kritiċi. Il-qafas regolatorju għandu jiżgura dan. |
3. Il-Proposta għal Regolament
|
3.1. |
Il-Proposta hija maħsuba biex tissostitwixxi r-Regolament (UE) 2019/1242 (14) tal-2019 dwar l-Istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal. Minkejja l-fatt li evalwazzjoni tar-riżultati tar-Regolament attwalment fis-seħħ mhijiex possibbli, il-Kummissjoni temmen li huwa meħtieġ li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Din tistabbilixxi miri vinkolanti ġodda tas-CO2 applikabbli mill-2025. |
|
3.2. |
Il-Proposta tkopri t-trakkijiet (aktar minn 5 tunnellati), ix-xarabanks li jintużaw fil-bliet u dawk għal użu fuq distanzi twal (aktar minn 7,5 tunnellati), kif ukoll it-trejlers (vettura mingħajr mutur irmunkata minn vettura bil-mutur). Filwaqt li din hija espansjoni importanti tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament, għad hemm lakuna regolatorja fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-CO2 tal-karozzi u tal-vetturi kummerċjali ħfief (trakkijiet bejn 3,5 u 5 tunnellati). |
|
3.3. |
Il-Kummissjoni qed tipproponi miri ġodda u aktar ambizzjużi għall-emissjonijiet tas-CO2 għall-HDVs ġodda mill-2030 ’il quddiem biex jintlaħqu l-objettivi ta’ hawn fuq. Skont il-proposta, bħala medja u meta mqabbla mal-livelli tal-1990, l-emissjonijiet tas-CO2 jibdew jitnaqqsu:
|
|
3.4. |
Ix-xarabanks il-ġodda li jintużaw fil-bliet fl-UE kollha se jkollhom ikunu mingħajr emissjonijiet (sehem ta’ 100 % tal-vetturi b’emissjonijiet żero) mill-2030. |
|
3.5. |
Se tapplika eżenzjoni għall-miri tat-tnaqqis tas-CO2 għall-HDVs li ġejjin:
|
|
3.6. |
Għall-kuntrarju tal-istandards tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief, il-proposta tal-Kummissjoni għall-vetturi heavy-duty tqis il-vetturi b’kombustjoni interna tal-idroġenu (flimkien ma’ teknoloġiji alternattivi oħra disponibbli bħalissa bħall-vetturi elettriċi bil-batterija jew iċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu) bħala għażla b’emissjonijiet żero mill-iżbokk tal-egżost. |
|
3.7. |
Hija u tibni fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, li jkopri l-emissjonijiet mis-setturi kollha, il-proposta tal-Kummissjoni għall-vetturi heavy-duty tadotta l-metodoloġija “tank-to-wheel”, użata wkoll fir-Regolament dwar il-vetturi ħfief (LDV) (15), biex jiġu stabbiliti l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Tali metodoloġija tissejjaħ ukoll “l-iżbokk tal-egżost”, peress li tqis biss is-CO2 emess mill-vettura waqt l-użu, filwaqt li l-gassijiet serra emessi matul il-manifattura tal-vetturi jew matul il-produzzjoni tal-fjuwils jew tal-enerġija huma koperti minn leġiżlazzjonijiet oħra bħas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Il-kontribut tal-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-fini tal-konformità mal-miri f’din il-leġiżlazzjoni speċifika twarrab, peress li l-Kummissjoni ma qisitux kosteffiċjenti u lanqas effettiv. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1. |
Il-KESE jilqa’ l-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jaċċellera l-pass tad-dekarbonizzazzjoni fis-settur u li jagħti spinta lit-trasformazzjoni strutturali tiegħu. L-industrija Ewropea tat-trasport jeħtieġ li ġġedded il-flotta tagħha tat-trasport bit-triq, permezz tal-adozzjoni gradwali ta’ teknoloġiji ġodda tal-motopropulsjoni (ċelloli tal-fjuwil elettriċi/tal-idroġenu u magna tal-kombustjoni interna tal-idroġenu). L-UE għandha taħtaf l-opportunità li tkun minn ta’ quddiem nett fl-industrija tat-trasport nadif. L-iżviluppi jindikaw li t-teknoloġiji msemmijin jipprovdu perkors vijabbli u kosteffiċjenti għall-użu standard fit-trasport tal-merkanzija bit-trakkijiet fuq distanzi qosra, medji u (gradwalment) fit-tul. |
|
4.2. |
Il-KESE jinnota li l-Proposta tmur lil hinn mill-miri proposti bħalissa fiċ-Ċina, iżda mhix ambizzjuża daqs ir-Regolament adottat dan l-aħħar f’California. F’Ġunju 2022, iċ-Ċina ħabbret proposta (“Stadju 4”) stmata li tissikka l-istandards tal-konsum tal-fjuwil fis-settur tal-vetturi heavy-duty bi 15 % sal-2026 bħala mira ġenerali fis-segmenti kollha tal-vetturi, biex tissostitwixxi l-“Istadju 3” preċedenti tagħha, implimentat fl-2019. L-istandards tat-“Tieni Fażi” tal-Istati Uniti adottati fl-2016 u applikabbli għall-perjodu 2018-2027 huma stmati li jnaqqsu s-CO2 u l-konsum tal-fjuwil li jvarjaw skont it-tip ta’ vettura u jvarjaw minn 16 % sa 30 % meta mqabbla mal-linja bażi tagħhom tal-2010. California, li l-istandards tal-emissjonijiet tagħha huma ġeneralment segwiti minn Stati oħra tal-Istati Uniti, dan l-aħħar adottat leġiżlazzjoni għal mira ta’ bejgħ tal-100 % tat-trakkijiet u x-xarabanks b’emissjonijiet żero sal-2036, li tippermetti biss vetturi elettriċi bil-batterija u b’ċellola tal-fjuwil tal-idroġenu. Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għad-Dekarbonizzazzjoni tat-Trasport tal-Istati Uniti (16) jassenja wkoll rwol komplementari għal elettriku nadif, bijofjuwils/e-fjuwils sostenibbli, u idroġenu nadif għat-trasport b’mod ġenerali u għat-trasport bit-triq ta’ vetturi heavy-duty b’mod partikolari. |
|
4.3. |
Il-KESE josserva li r-Regolament propost mhux se jkun l-uniku qafas regolatorju li se jiltaqa’ miegħu s-settur. Filwaqt li għadd ta’ Stati Membri, flimkien ma’ pajjiżi oħra (inklużi l-Istati Uniti), diġà wiegħdu li sal-2040 se jbigħu 100 % tal-vetturi heavy-duty (HDVs) b’emissjonijiet żero (17), huma mistennija diversi regolamenti fil-livell lokali u reġjonali (eż. projbizzjonijiet fuq id-dħul). Għalkemm dawn tal-aħħar fil-biċċa l-kbira mhux se jkollhom l-għan li jiksbu azzjoni klimatika, se jkollhom impatt fuq l-operat u l-profittabbiltà ta’ dawk li mhumiex ZEVs, u fuq il-funzjonament tas-suq uniku. |
|
4.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza ta’ stimolu regolatorju bħala miżura ta’ politika min-naħa tal-provvista biex jitrawmu l-investimenti fit-teknoloġiji tal-vetturi b’emissjonijiet żero u l-użu tal-vetturi b’emissjonijiet żero, li eventwalment jikkontribwixxu, flimkien mal-fjuwils newrali tal-karbonju, għad-dekarbonizzazzjoni sħiħa tal-flotta tal-vetturi heavy-duty. Madankollu, il-KESE jemmen li għandha tingħata attenzjoni wkoll lin-naħa tad-domanda u lill-kundizzjonijiet abilitanti ewlenin li jagħmlu l-użu tal-vetturi b’emissjonijiet żero għażla vijabbli għall-operaturi loġistiċi. |
|
4.4.1. |
Skont l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Vetturi (ACEA), il-proposta tkun teħtieġ żieda sinifikanti fl-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero fit-triq mill-inqas sentejn qabel milli mistenni bħalissa. B’mod speċifiku, il-mira proposta ġdida tkun tirrikjedi li aktar minn 400 000 vettura b’emissjonijiet żero jkunu qed joperaw f’inqas minn seba’ snin, u li qrib il-100 000 jiġu rreġistrati kull sena mill-2030 ’il quddiem, li jfisser li aktar minn terz tar-reġistrazzjonijiet il-ġodda kollha jeħtieġ li jkunu vetturi b’emissjonijiet żero mill-2030 ’il quddiem. Din il-flotta tkun teħtieġ aktar minn 50 000 ċarġer aċċessibbli għall-pubbliku, li 35 000 minnhom jeħtieġ li jkunu mudelli ta’ ċċarġjar tal-megawatts ta’ prestazzjoni għolja. Se jkunu meħtieġa wkoll madwar 700 stazzjon tar-riforniment tal-idroġenu. Dan jindika l-ambizzjoni għolja kemm għall-atturi pubbliċi kif ukoll għal dawk privati. |
|
4.4.2. |
Il-KESE jappella wkoll għal kundizzjonijiet abilitanti adegwati biex iħeġġu lit-trasportaturi u lill-operaturi jinvestu f’vetturi ġodda, inkluża l-introduzzjoni aċċellerata b’mod massiv ta’ infrastruttura adegwata tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, ipprezzar effettiv tal-karbonju, u miżuri oħra min-naħa tad-domanda li jappoġġjaw lill-operaturi tat-trasport u jiżguraw li jinvestu f’vetturi b’emissjonijiet żero. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li t-trasportaturi u l-operaturi se jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ profittabbiltà. |
|
4.4.3. |
Il-KESE jilqa’ l-isforzi minn xi Stati Membri biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn il-vetturi b’emissjonijiet żero, speċjalment għall-SMEs. Fl-Awstrija, il-programm ta’ finanzjament dwar vetturi kummerċjali u infrastruttura mingħajr emissjonijiet jappoġġja lill-kumpaniji biex jaqilbu l-flotot tagħhom għal vetturi kummerċjali li ma jaħdmux bil-fjuwils fossili, u biex jistabbilixxu l-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil meħtieġa għal dawn il-vetturi kummerċjali. Permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea u fondi nazzjonali oħra, l-Awstrija għandha total ta’ EUR 365 miljun disponibbli biex tippromovi vetturi kummerċjali b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura tagħhom (18). |
|
4.5. |
Minħabba l-limitazzjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ evalwazzjoni tar-Regolament attwali, il-KESE jappella għal monitoraġġ mill-qrib u regolari ta’ ċerti elementi ewlenin, inklużi l-iżvilupp ta’ vetturi b’sistemi ġodda ta’motopropulsjoni, il-varar tal-infrastruttura tal-iċċarġjar/tar-riforniment tal-fjuwil, u tal-prezz tal-vetturi, l-enerġija u l-fjuwils. |
|
4.6. |
Il-fjuwils sostenibbli u mhux fossili jistgħu jaqdu rwol komplementari għall-elettrifikazzjoni u l-idroġenu għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, minkejja li l-effiċjenza u l-kostijiet aktar baxxi (li bħalissa huma għoljin) qed jillimitaw dak ir-rwol (19). Filwaqt li huma rikonoxxuti fir-regolamenti għall-avjazzjoni u t-trasport marittimu, dawn mhumiex imsemmija fir-regolamenti dwar id-dekarbonizzazzjoni tat-toroq. Madankollu, metodoloġija li tiddistingwi bejn emissjonijiet lineari ta’ CO2 (minn fjuwils fossili) u emissjonijiet ċirkolari jew żero netti (minn fjuwils elettroniċi u bijofjuwils sostenibbli), f’kuntest ta’ ċiklu tal-ħajja, turi li vetturi bil-magna tal-kombustjoni interna u ibridi effiċjenti, li jaħdmu b’bijofjuwils u e-fjuwils sostenibbli, għandhom impronta tal-karbonju komparabbli ma’ dik tal-vetturi elettriċi bil-batterija bl-użu tal-elettriku bbażat fuq il-fjuwils fossili. Dan jagħmilha saħansitra aktar importanti li jiġu sostitwiti l-fjuwils fossili fil-flotta eżistenti, kif ukoll f’dawk l-HDVs ġodda li se jkomplu jużaw is-sistemi ta’ motopropulsjoni bil-magna tal-kombustjoni interna. |
|
4.7. |
Il-KESE jappella lil dawk li jfasslu l-politika biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn fjuwils mhux fossili tipprovdi garanziji ċari għall-investiment u tranżizzjoni ġusta fis-settur tal-fjuwils, tappoġġja t-tkabbir tal-katina tal-valur industrijali relatata tal-UE u tikseb tmexxija globali. |
|
4.8. |
L-għażla teknoloġikament newtrali tippreżenta bosta vantaġġi. B’mod partikolari, din l-għażla ttaffi r-riskji kemm fl-iżvilupp tat-teknoloġija kif ukoll fis-sigurtà tal-provvista. Ir-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE tibbenefika minn strateġija ta’ teknoloġija diversifikata, bi fjuwils sostenibbli li jikkomplementaw il-vetturi elettriċi bil-batterija u dawk tal-idroġenu, filwaqt li dawn iż-żewġ teknoloġiji jiżviluppaw u jwessgħu l-bażi domestika tagħhom fl-UE. |
|
4.9. |
Il-KESE jqis li huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-proposta tikkontribwixxi:
|
|
4.10. |
Dan jeħtieġ dan li ġej: |
|
4.10.1. |
Trajettorja għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 f’konformità mal-kapaċità tas-settur industrijali li tittrasforma, u tkun kompatibbli mal-operaturi tat-trasport f’termini ta’ kostijiet u effiċjenza operattiva. Il-miri proposti jridu jkunu kompatibbli maż-żmien meħtieġ biex jiġu kkonvertiti l-faċilitajiet ta’ produzzjoni eżistenti u jinbnew oħrajn ġodda, biex tiġi introdotta infrastruttura tal-iċċarġjar, biex tiġi żgurata l-provvista ta’ komponenti ewlenin u materja prima, biex jinħolqu swieq ewlenin u biex titħarreġ il-forza tax-xogħol. |
|
4.10.2. |
Pass tad-dekarbonizzazzjoni (għall-flotta) li jkun konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u l-proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEI), u li se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista ewlenin għas-settur fl-Ewropa, bħall-idroġenu nadif, il-batteriji u l-mikroelettronika. It-trajettorja tal-emissjonijiet trid tkun konformi wkoll mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll mal-Istrateġija Komprensiva għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti tal-UE. |
|
4.11. |
Kif ġie espress f’Opinjonijiet preċedenti, il-KESE jqis li koordinazzjoni msaħħa fost il-leġiżlazzjonijiet ambjentali li jimmiraw it-trasport bit-triq hija kruċjali biex l-industrija tiġi ttrasformata b’suċċess (bħall-Euro 7, ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi u Eurovignette) (20) filwaqt li jappella għal approċċ leġiżlattiv koerenti). |
|
4.12. |
F’konformità mal-Opinjonijiet (21) preċedenti tiegħu, il-KESE jinnota li minkejja l-benefiċċji kollha tas-sistemi tal-motopropulsjoni elettriċi u tal-idroġenu, ir-Regolament propost ibbażat fuq l-approċċ “tal-iżbokk tal-egżost” jeħtieġ li jiġi kkomplementat minn strumenti ta’ politika oħra biex jiġi inċentivat l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u mhux fossili għall-parti tal-flotta li topera b’magna tal-kombustjoni interna. Il-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 % irid jiżgura approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja u jevita d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq li twassal għal bidla fl-emissjonijiet upstream fil-katina tal-valur. Ir-reviżjoni tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet, kif ukoll id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (22), iridu jiżguraw li d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq u tal-produzzjoni tal-elettriku jseħħu b’pass kompatibbli. |
|
4.13. |
Fit-trasformazzjoni, l-Unjoni Ewropea trid tiżgura kompetizzjoni ġusta għall-fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali u l-operaturi tat-trasport Ewropej fis-swieq domestiċi u internazzjonali. |
|
4.14. |
Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi pprovdut il-bini tal-kapaċitajiet u li t-trasportaturi u l-operaturi — speċjalment l-SMEs — jiġu appoġġjati jikkonformaw mal-obbligi ta’ rappurtar implimentati mir-Regolament, inkluż ir-reġistru ċentrali propost għad-data dwar l-HDVs. |
|
4.15. |
Fir-rigward tax-xarabanks urbani, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li x-xarabanks użati wkoll għat-trasport interurban jiġu eżentati mir-rekwiżit speċifiku ta’ emissjonijiet żero għax-xarabanks urbani. |
|
4.16. |
Il-KESE jirrikonoxxi bi tħassib li l-bidliet teknoloġiċi mhumiex “newtrali” għall-ħaddiema. Għalkemm huwa mistenni li jinħolqu ħafna impjiegi fl-ekosistema tal-mobbiltà fis-snin li ġejjin, huwa mistenni telf enormi ta’ impjiegi f’ċerti partijiet tal-katina tal-valur, peress li ħafna SMEs f’diversi reġjuni tal-UE se jintlaqtu b’mod negattiv. It-teknoloġiji l-ġodda għandhom ukoll impatt fuq il-profili tal-ħiliet meħtieġa fis-settur, u l-introduzzjoni rapida tagħhom tista’ toħloq sfidi għal xi kategoriji ta’ ħaddiema (ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, ħaddiema akbar fl-età, ħaddiema temporanji). In-nuqqas attwali ta’ ħaddiema tas-sengħa f’ħafna setturi jista’ wkoll ipoġġi f’riskju l-pass tat-tranżizzjoni. |
|
4.17. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas ta’ politika li jixpruna d-dekarbonizzazzjoni b’mod li jkun ġust għall-ħaddiema. Fir-rigward tal-HDVs, tranżizzjoni ġusta għandha tfisser dan li ġej: |
|
4.17.1. |
Valutazzjonijiet tal-impatt fil-fond tal-katina tal-provvista biex jiġu evitati bidliet ta’ tfixkil għall-ħaddiema. Dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt iridu jirriflettu aħjar ukoll l-impatt tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport fil-livell reġjonali. |
|
4.17.2. |
L-għoti ta’ finanzjament adegwat biex jiġu appoġġjati r-reġjuni li qed jiffaċċjaw diffikultajiet bħala riżultat tal-aġenda tad-dekarbonizzazzjoni, fid-dawl tal-importanza tal-kundizzjonalità soċjali fl-għajnuna mill-Istat. |
|
4.17.3. |
Il-ħtieġa li tiġi antiċipata l-bidla fil-livelli kollha (siti, kumpaniji, reġjuni u setturi) permezz ta’ pjani żviluppati mal-imsieħba soċjali. |
|
4.17.4. |
Sforz enormi mill-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji biex iħarrġu mill-ġdid u jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) DOE/EE-2675 | Jannar 2023.
(2) COP27: USA, Ukraine, Ireland, Aruba, Belgium, Croatia, Curaçao, Dominican Republic, Liechtenstein, Lithuania sign Global MOU, support path to 100% new truck and bus sales by 2040 (17.11.22) (COP27: l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Ukrajna, l-Irlanda, Aruba, il-Belġju, il-Kroazja, Curaçao, ir-Repubblika Dominicana, il-Liechtenstein, il-Litwanja jiffirmaw memorandum ta’ qbil dinji u jappoġġjaw tranżizzjoni għal bejgħ tal-100 % tat-trakkijiet u l-karozzi tal-linja ġodda b’emissjonijiet żero sal-2040 — mhux disponibbli bil-Malti).
U.S. Secretary of Energy Advances Americ’s Commitment to Reaching Net Zero Global Emissions and Combatting Climate Change at COP27 (Fil-COP27, is-Segretarju tal-Enerġija tal-Istati Uniti jafferma l-impenn ta’ pajjiżu għal emissjonijiet netti żero u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima — mhux disponibbli bil-Malti).
(3) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill” (COM(2021) 559 final — 2021/0223 (COD))“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ introduzzjoni strateġika li jiddeskrivi sett ta’ azzjonijiet supplimentari biex jiġi appoġġat il-varar rapidu ta’ fjuwils alternattivi” (COM(2021) 560 final) (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 138).
(4) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (COM(2017) 676 final — 2017/0293 (COD)) (ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni” (COM(2021) 556 final — 2021/0197(COD)) (ĠU C 194, 12.5.2022, p. 81).
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2014.
(6) https://unfccc.int/process-and-meetings/the-paris-agreement.
(7) COM(2021) 550 final.
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(9) COM(2016) 501 final.
(10) COM(2021) 550 final.
(11) Delgado, O., Rodríguez, F., Muncrief, R., Fuel efficiency technology in European heavy-duty vehicles: Baseline and potential for the 2020–2030 timeframe, International Council on Clean Transportation (It-teknoloġija tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwils fil-vetturi heavy-duty Ewropej: Il-linja bażi u l-potenzjal għall-perjodu 2020-2030), Whitepaper tal-Kunsill Internazzjonali dwar it-Trasport Nadif, ICCT, Berlin, Lulju 2017 — mhux disponibbli bil-Malti).
(12) Fact sheet “Trucks” (Skeda informattiva “Trakkijiet” — mhux disponibbli bil-Malti).
(13) Eurostat, 2014 Labour Force Survey data (Data dwar l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol — mhux disponibbli bil-Malti).
(14) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
(15) Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
(16) DOE/EE-2675 | Jannar 2023.
(17) COP27: USA, Ukraine, Ireland, Aruba, Belgium, Croatia, Curaçao, Dominican Republic, Liechtenstein, Lithuania sign Global MOU, support path to 100% new truck and bus sales by 2040 (17.11.22) (COP27: l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Ukrajna, l-Irlanda, Aruba, il-Belġju, il-Kroazja, Curaçao, ir-Repubblika Dominicana, il-Liechtenstein, il-Litwanja jiffirmaw memorandum ta’ qbil dinji u jappoġġjaw tranżizzjoni għal bejgħ tal-100 % tat-trakkijiet u l-karozzi tal-linja ġodda b’emissjonijiet żero sal-2040 — mhux disponibbli bil-Malti).
U.S. Secretary of Energy Advances America's Commitment to Reaching Net Zero Global Emissions and Combatting Climate Change at COP27 (Fil-COP27, is-Segretarju tal-Enerġija tal-Istati Uniti jafferma l-impenn ta’ pajjiżu għal emissjonijiet netti żero u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima — mhux disponibbli bil-Malti).
(18) https://www.bmk.gv.at/en/topics/mobility/alternative_transport/electromobility.html
(19) Ara r-rapport sħiħ AR6 tal-Grupp ta’ Ħidma III tal-IPCC, p. 1068.
(20) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7) u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009” (COM(2022) 586 final — 2022/0365(COD)) (ĠU C 228, 29.6.2023, p. 103); l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-istrateġija tal-UE dwar il-mobilità u l-katini ta’ valur industrijali tal-UE: approċċ ekosistemiku fl-industrija tal-karozzi” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 26); u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi”[COM(2017) 275 final — 2017/0114 (COD)] u “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar taxxi fuq vetturi bil-mutur” (COM(2017) 276 final — 2017/0115 (CNS)) (ĠU C 81, 2.3.2018, p. 188).
(21) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (COM(2017) 676 final — 2017/0293 (COD)) (ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni”(COM(2021) 556 final — 2021/0197(COD)) (ĠU C 194, 12.5.2022, p. 81).
(22) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/142 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020”
[COM(2023) 160 final — 2023/0079 (COD)]
u dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika b’appoġġ għat-tranżizzjoni doppja”
[COM(2023) 165 final]
(2023/C 349/22)
|
Relatur: |
Maurizio MENSI |
|
Korelatur: |
Michal PINTÉR |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew. 8.5.2023 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 16.5.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 114 u Artikolu 304 tat-TFUE |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
22.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
183/1/6 |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET (1)
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW:
|
1. |
jilqa’ l-ambizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tħejji politika koerenti tal-UE dwar il-materja prima kritika u strateġika u dwar l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur fl-industriji estrattivi, tar-raffinar u tar-riċiklaġġ, f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u l-leġiżlazzjoni relatata kollha; |
|
2. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura approċċ komprensiv b’politiki kkoordinati tal-UE biex tipprovdi ċertezza regolatorja għall-investimenti fl-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, ir-raffinar u r-riċiklaġġ tal-materja prima, il-prodotti sekondarji tagħha u l-minerali essenzjali, abbażi tal-fattibbiltà ekonomika u teknika, il-koerenza politika u ċ-ċertezza legali għall-operaturi tan-negozju f’dawn is-setturi; |
|
3. |
jappella għall-koordinazzjoni tal-politika tal-materja prima mal-politiki soċjali tal-UE u għall-appoġġ tal-bini tal-kapaċità fl-UE kollha f’termini ta’ ħiliet għall-industriji estrattivi, immirati lejn it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ governanza fl-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE; |
|
4. |
jirrakkomanda l-inklużjoni ta’ materjali oħra kruċjali għas-setturi tat-teknoloġija ekoloġika/tat-teknoloġija nadifa fil-listi kritiċi u strateġiċi tal-materja prima, filwaqt li jitqies li tali listi għandhom jiġu aġġornati regolarment u bbażati fuq valutazzjoni bir-reqqa, trasparenti u bbażata fuq l-evidenza tal-kritikalità u/jew il-valur strateġiku, imwettqa f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti u l-esperti tal-industrija; |
|
5. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea attwali u ġdida biex tiżgura aċċess għal prezzijiet tal-enerġija kompetittivi u finanzjament immirat għall-industriji estrattivi tal-UE u r-riċiklaġġ, filwaqt li tiżgura wkoll li l-proċeduri ta’ permessi u liċenzjar għal proġetti ġodda tal-materja prima jiġu ssemplifikati u mqassra u kwalunkwe rekwiżit ġdid ta’ rappurtar jew awditjar għan-negozji jinżamm għall-minimu meħtieġ; |
|
6. |
jappoġġja l-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ biex jiġu protetti l-proġetti tal-materja prima li għadhom kif ġew żviluppati fl-UE u biex jiġu indirizzati prattiki u restrizzjonijiet kummerċjali inġusti b’risponsi konformi mad-WTO; |
|
7. |
jirrakkomanda li tingħata prijorità lill-materja prima kritika u strateġika fil-leġiżlazzjoni dwar ir-riċiklaġġ u l-iskart u li jiġu appoġġjati s-swieq tal-materja prima sekondarja, speċjalment għall-materjali kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika; |
|
8. |
jirrakkomanda li l-proġetti ta’ esplorazzjoni u estrazzjoni tal-materja prima kritika fit-territorju tal-UE jiġu appoġġjati bil-finanzjament pubbliku, permezz ta’ koordinazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; |
|
9. |
jirrakkomanda li tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-Att dwar il-Materja Prima Kritika propost u l-għodod tal-antitrust tal-UE biex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn fis-suq intern; |
|
10. |
jissuġġerixxi li jiġu esplorati toroq għal sħubijiet u ftehimiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi mal-pajjiżi kandidati wkoll; |
|
11. |
jirrakkomanda li jinstab il-bilanċ (ambjentali) it-tajjeb fil-valutazzjoni tal-konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE. |
II. NOTI TA’ SPJEGAZZJONI/ELABORAZZJONI
|
1. |
Fis-16 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta tagħha għal regolament ġdid li għandu l-għan li jiżgura aċċess għal materja prima kritika u strateġika (ir-Regolament dwar is-CRM jew l-Att dwar il-Materja Prima Kritika – Critical Raw Material Act (CRMA)), flimkien ma’ komunikazzjoni. Filwaqt li r-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju biex jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċitajiet domestiċi u jsaħħaħ is-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità tal-ktajjen tal-provvista tas-CRM fl-UE, il-Komunikazzjoni tipproponi miżuri li jappoġġjaw id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista permezz ta’ sħubijiet internazzjonali ġodda ta’ appoġġ reċiproku. |
|
2. |
L-objettiv ġenerali tas-CRMA huwa li jindirizza n-nuqqas ta’ aċċess sigur u sostenibbli għall-materja prima kritika (CRMs) għall-UE billi jżid is-sensibilizzazzjoni u l-mitigazzjoni tal-industrija tal-UE fir-rigward tar-riskji relatati mas-CRM fil-katina tal-provvista globali, iżid il-kapaċità tal-katina tal-valur tas-CRM tal-UE fis-suq intern u jnaqqas l-impronta ambjentali tal-konsum tas-CRM tal-UE. |
|
3. |
Billi tipproponi approċċ koerenti tal-UE għat-titjib u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tas-CRMs, l-inizjattiva se tgħin biex tipprevjeni d-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq uniku li x’aktarx tirriżulta minn tali azzjonijiet mhux koordinati, u żżomm kundizzjonijiet ekwi għan-negozji fl-UE. |
L-iżgurar ta’ approċċ komprensiv b’politiki koordinati tal-UE biex tiġi pprovduta ċertezza regolatorja għall-investimenti
|
4. |
Bħalissa l-UE tiddependi mill-importazzjonijiet għal ħafna materja prima (75 % sa 100 % tal-provvista) u għalhekk hija esposta għal vulnerabbiltajiet tul il-ktajjen tal-provvista u volatilità sinifikanti tal-prezzijiet. Skont il-Global Material Resources Outlook (il-Prospettiva tar-Riżorsi Materjali Globali) tal-OECD sal-2060, l-użu dinji tal-materja prima huwa pproġettat li kważi jirdoppja sal-2060 u l-użu tal-metalli huwa pproġettat li jikber l-aktar malajr, kemm għall-metalli primarji kif ukoll għal dawk sekondarji. Fl-istess ħin, l-UE tipproduċi inqas minn 5 % tal-produzzjoni dinjija ta’ materja prima minerali. Iċ-Ċina waħedha tipprovdi madwar 75 % tal-kapaċità tal-produzzjoni globali taċ-ċelloli tal-batteriji tal-joni tal-litju u tospita l-akbar għaxar fornituri ta’ tagħmir fotovoltajku fid-dinja. B’kuntrast ma’ dan, madwar 3 % biss tal-kapaċità tal-produzzjoni globali taċ-ċelloli tal-batteriji tal-joni tal-litju tinsab fl-UE. |
|
5. |
Ir-Regolament dwar is-CRM jipprevedi l-identifikazzjoni u l-appoġġ ta’ Proġetti Strateġiċi fil-qasam tal-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ ta’ materja prima strateġika. Sabiex jiġu attirati investimenti bħal dawn – b’perjodi ta’ żmien relattivament twal – il-Kummissjoni għandha tindirizza l-kwistjoni taċ-ċertezza regolatorja. Ambjent regolatorju prevedibbli u stabbli huwa kruċjali biex jiġu attirati l-investimenti mhux biss fl-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-materja prima, iżda wkoll fl-ipproċessar u r-riċiklaġġ. |
|
6. |
Oqfsa leġiżlattivi multipli għandhom influwenza fuq l-istabbiltà u l-attraenza tal-ambjent tan-negozju tal-UE, u r-rekwiżiti ta’ rapportar li spiss jikkompetu bejniethom u mmultiplikati jikkontribwixxu għall-inċertezza regolatorja (ara, fost l-oħrajn, id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2), ir-Regolament dwar il-Batteriji (3), ir-reviżjoni tar-REACH, il-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, l-ESPR, l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, il-politika industrijali l-ġdida tal-UE, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, id-Direttiva dwar l-Ekodisinn (4), eċċ.). Għalhekk, huwa kruċjali li tiġi evitata r-regolamentazzjoni doppja jew ir-regolamentazzjoni żejda, sabiex jiġu attirati u stimulati l-investimenti fil-kapaċità industrijali domestika għall-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, ir-raffinar, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-materjali. Is-CRMA għandu jibni fuq il-ħidma tal-Kummissjoni f’oqsma oħra, u għandu jkun allinjat bis-sħiħ mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u jkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni relatata. Il-politika tas-CRM għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza sa fejn ikun possibbli, filwaqt li titqies id-data disponibbli, (ara l-Istudju ta’ Prospettiva tal-JRC tal-2020 “Critical Raw Materials for Strategic Technologies and Sectors in the EU” (Materja Prima Kritika għal Teknoloġiji u Setturi Strateġiċi fl-UE), jew ir-rapport tal-JRC dwar ix-Xjenza għall-Politika “Supply chain analysis and material demand forecast in strategic technologies and sectors in the EU” (Analiżi tal-katina tal-provvista u tbassir tad-domanda materjali f’teknoloġiji u setturi strateġiċi fl-UE). |
|
7. |
Kwistjoni oħra hija relatata mal-ħtieġa li tiġi pprovduta gwida preċiża lill-partijiet ikkonċernati dwar kif il-listi ta’ materja prima strateġika u kritika se jiġu implimentati fil-politiki tal-UE u adatti fid-dawl tal-evoluzzjoni futura tas-suq tal-materja prima kritika. Il-lista ta’ CRM tista’ tgħin biex jiġu enfasizzati l-importanza u r-rwol ta’ ċerti sustanzi fl-ekonomija tal-UE lil dawk li jfasslu l-politika, iżda huwa meħtieġ li jsir aktar jekk is-sustanzi elenkati bħala CRM għandhom jiġu appoġġjati kif xieraq fil-leġiżlazzjoni attwali kif ukoll f’dik li jmiss. Hija meħtieġa prijoritizzazzjoni ċara tal-materja prima kritika fit-tfassil tal-politika, speċjalment fl-oqsma tal-politika industrijali, il-politika kummerċjali, l-għajnuna mill-Istat, ir-riċerka, l-iżvilupp u innovazzjoni, il-klima u l-ambjent, kif ukoll fil-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi. Dawn il-politiki kollha u l-għanijiet tagħhom jenħtieġ li jiġu allinjati biex jinħolqu kundizzjonijiet abilitanti u reġim regolatorju favorevoli għas-CRM u għall-iżvilupp tal-ktajjen tal-valur tagħhom. Hija meħtieġa wkoll kjarifika ulterjuri fir-rigward tal-prijoritizzazzjoni ta’ proġetti fejn il-materjal estratt ewlieni la huwa strateġiku u lanqas kritiku, iżda l-prodotti sekondarji huma (eż. proġett ta’ estrazzjoni ta’ mineral tal-ħadid li jwassal għall-estrazzjoni ta’ materjali tal-art rari bħala prodotti sekondarji). Barra minn hekk, hija meħtieġa kjarifika tal-istatus ta’ “oħrajn”, jiġifieri proġetti “mhux strateġiċi”, sabiex ikun jista’ jinftiehem b’mod ċar kif u taħt liema skedi ta’ żmien se jiġu vvalutati u appoġġjati finanzjarjament tali proġetti. Fl-aħħar nett, żieda fil-prijoritizzazzjoni ta’ proġetti strateġiċi ta’ materja prima fl-ebda ċirkostanza ma għandha twassal għad-deprijoritizzazzjoni ta’ proġetti importanti oħra ta’ materja prima jew proġetti tul il-katina tal-valur tal-materja prima. |
|
8. |
Minbarra li jipprovdu ċertezza legali lill-partijiet ikkonċernati, l-inizjattivi tal-Kummissjoni relatati mal-materja kritika għandhom ikunu bbażati fuq appoġġ pubbliku usa’. L-espansjoni tal-industriji tal-estrazzjoni, tal-ipproċessar u tar-riċiklaġġ se toħloq impjiegi ġodda u se tikkontribwixxi għall-progress ekonomiku, iżda hemm interess ewlieni li tiġi żgurata l-aċċettazzjoni pubblika. Is-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini hija ta’ importanza kbira: il-Kummissjoni għandha timplimenta strateġiji ta’ komunikazzjoni mmirati biex tinforma liċ-ċittadini tal-UE dwar il-benefiċċji, kif ukoll is-sostenibbiltà u l-impatt ambjentali ta’ investimenti industrijali ġodda relatati mal-materja prima kritika u biex tindirizza t-tħassib ta’ gruppi ta’ partijiet ikkonċernati partikolari, komunitajiet lokali u ċittadini tal-UE relatat mal-espansjoni tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni u ta’ estrazzjoni minerarja. |
Koordinazzjoni mal-politiki soċjali tal-UE: appoġġ għall-kapaċità fl-UE kollha f’termini ta’ ħiliet għall-industriji estrattivi
|
9. |
Is-settur tal-materja prima jipprovdi madwar 350 000 impjieg fl-UE, kif ukoll aktar minn 30 miljun impjieg fil-manifattura li jiddependu mill-aċċess affidabbli għall-materja prima minerali. L-iżgurar ta’ provvista sostenibbli ta’ materja prima u avvanzata għall-UE se jirrikjedi aktar minn 1,2 miljun impjieg ġdid sal-2030 (5). Is-CRMA għandu għalhekk ikun allinjat mal-politiki soċjali tal-UE u jappoġġja l-isforz tal-bini tal-kapaċità fil-livell tal-Istati Membri biex tissaħħaħ il-forza tax-xogħol fil-ktajjen tal-provvista tas-CRM, l-industriji estrattivi, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ. Huwa kruċjali li jiġu appoġġjati l-edukazzjoni u l-bini tal-ħiliet fl-akkademja, iżda wkoll li jiġu mmirati l-professjonisti tal-industrija fi ħdan is-settur tal-materja prima u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri bi sforzi għall-bini tal-kapaċità. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet dedikati ġodda (u/jew appoġġ għal dawk diġà eżistenti) biex jappoġġjaw l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ professjonali għas-settur tal-materja prima, u biex jagħtu ħiliet ġodda u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti tal-UE. Fl-aħħar nett, għandu jiġi ddedikat sforz imsaħħaħ għall-ħolqien u l-appoġġ tat-tagħlim applikat u t-trasferiment tat-teknoloġija bejn l-akkademja, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka. |
L-inklużjoni ta’ materjali oħra kruċjali għas-setturi tat-teknoloġija ekoloġika/tat-teknoloġija nadifa u l-iżgurar tal-konsistenza ma’ politiki oħra
|
10. |
Minbarra dawk il-materjali elenkati bħala strateġiċi jew kritiċi fis-CRMA, hemm materji primi mhux kritiċi li jistgħu jsiru kritiċi fuq terminu medju sa twil. Dan jeħtieġ lista flessibbli li tista’ tiġi adattata faċilment u għandha tiġi aġġornata regolarment, mill-inqas kull sentejn u aktar spiss fejn meħtieġ, skont l-iżviluppi futuri fil-qasam. Il-valutazzjoni tal-importanza strateġika ta’ materjali differenti għandha tkun ukoll speċifika għas-settur biex tirrifletti d-domanda f’setturi differenti tal-manifattura. Barra minn hekk, għandha titwettaq valutazzjoni tal-aċċess għal materja prima essenzjali, biex tikkomplementa bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tappoġġja l-materji primi kritiċi u strateġiċi. |
|
11. |
Il-valutazzjoni għandha tirrifletti l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tal-UE għat-tranżizzjoni tal-enerġija, potenzjalment sal-2030, u tinkludi materjali li għalihom ma jeżisti l-ebda riskju apparenti ta’ tfixkil fil-provvista llum, iżda li huma f’domanda għolja f’setturi kritiċi għall-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE u t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, jew li huma meqjusa bħala minerali essenzjali. L-enfasi fuq dawn l-aġendi ta’ prijorità għandha tkopri wkoll b’mod xieraq il-ktajjen tal-valur bażiċi, bħas-sigurtà tal-ikel jew dik medika. L-identifikazzjoni tal-materjali li għandhom jiġu inklużi fil-listi differenti għandha dejjem tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa, trasparenti u definita b’mod ċar għall-valutazzjoni tal-kritikalità u/jew il-valur strateġiku tagħhom, li tirrifletti l-katina tal-valur kollha tal-materja prima, ir-rekwiżiti tal-ipproċessar u d-disponibbiltà tas-sostituti. Ir-rappreżentanti tal-industrija u l-esperti għandhom jiġu kkonsultati regolarment u għandu jiġi żgurat djalogu miftuħ u li jiffunzjona bejn il-Kummissjoni u l-industrija. |
L-iżgurar tal-aċċess għal prezzijiet tal-enerġija kompetittivi u finanzjament immirat aħjar għall-industriji tal-UE
|
12. |
Il-kriżi tal-enerġija li għaddejja bħalissa kellha impatt kritiku fuq in-negozji kollha tal-UE, iżda speċjalment fuq l-industriji intensivi fl-enerġija, inkluż is-settur tal-estrazzjoni u r-riċiklaġġ. Rispons koordinat tal-UE huwa meħtieġ biex jiġi żgurat suq tal-enerġija tal-UE li jiffunzjona tajjeb. Is-suċċess ta’ kwalunkwe politika tal-UE dwar is-CRM jiddependi minn aċċess affidabbli għal ammonti suffiċjenti ta’ elettriku ħieles mill-fjuwils fossili bi prezzijiet kompetittivi. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon riforma tal-oqfsa ta’ finanzjament disponibbli, li tirrifletti l-ambizzjonijiet tal-IRA tal-Istati Uniti – finanzjament immirat b’mod aktar qawwi lejn il-fażi ta’ kummerċjalizzazzjoni u li jkopri l-kostijiet tal-OPEX, għall-kuntrarju tal-prijorità attwali ta’ finanzjament tal-UE għall-fażi ta’ riċerka u żvilupp ta’ proġetti strateġiċi ġodda. Filwaqt li l-enfasi fuq it-teknoloġiji innovattivi u r-riċerka hija importanti, il-prodotti li jirriżultaw għandhom jiġu appoġġjati wkoll b’mod xieraq fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
13. |
L-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tħaffef il-proċeduri tal-permessi hija milqugħa tajjeb ħafna u għandha tingħata prijorità, biex jinkiseb it-tul massimu ta’ 12-18-il xahar għal tali proċeduri. Proġetti kritiċi ġodda għandhom jiġu vvalutati skont skadenzi aċċellerati u għandhom jiġu stabbiliti skadenzi stretti għat-tul massimu tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi/liċenzji. Kwalunkwe riforma tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għandu jkollha l-għan li tqassar it-tul ta’ żmien tagħhom u tnaqqas il-kumplessità tagħhom, filwaqt li żżomm ukoll rigorożità tal-istandards ambjentali, soċjali u ta’ governanza. It-tħaffif tal-proċedura tal-permessi għandu jiġi żgurat ukoll billi jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta’ punt uniku ta’ servizz. Dan tal-aħħar għandu jiġi inkwadrat fi skadenzi definiti minn qabel sabiex il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ċentralizzata ssir aktar effettiva u inqas ta’ piż. Għandhom japplikaw dispożizzjonijiet riformati għall-għoti ta’ permessi għall-faċilitajiet ta’ esplorazzjoni, estrazzjoni, raffinar, ipproċessar u riċiklaġġ, u għandhom jipprovdu ċertezza regolatorja suffiċjenti fir-rigward tar-riżultati tagħhom. Barra minn hekk, kwalunkwe rekwiżit ġdid ta’ rappurtar jew awditjar fis-CRMA għandu jkun limitat sal-punt meħtieġ, sabiex ma jiġux imposti piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq in-negozji tal-UE, irrispettivament mid-daqs tagħhom. Il-Bord tas-CRM previst għandu rwol kruċjali fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tas-CRMA, inklużi l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. Għal dan l-għan, sabiex jiġi żgurat li l-kompiti ta’ monitoraġġ tiegħu jkunu effettivi, huwa rakkomandabbli li fil-Bord jiġu inklużi mhux biss rappreżentanti istituzzjonali, iżda wkoll esperti tekniċi indipendenti fil-qasam. |
L-indirizzar ta’ prattiki u restrizzjonijiet kummerċjali inġusti
|
14. |
Minkejja l-għanijiet ambizzjużi tas-CRMA, hemm limitazzjonijiet naturali għad-disponibbiltà ta’ ċerta materja prima fl-UE u għalhekk l-importazzjonijiet se jibqgħu kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali. |
|
15. |
Għandhom jinżammu miżuri effettivi għad-difiża tal-kummerċ biex jipprovdu protezzjoni għal investimenti Ewropej ġodda u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni ma’ pajjiżi terzi. Il-modernizzazzjoni tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ tal-UE hija meħtieġa biex tipproteġi kontra d-dumping minn pajjiżi terzi. B’mod partikolari, l-UE għandu jkollha l-għan li tiżgura implimentazzjoni aktar rapida tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ biex tiġġieled l-importazzjonijiet inġusti, ikollha investigazzjonijiet aktar rapidi u aktar effiċjenti u tippermetti l-implimentazzjoni wiesgħa tal-miżuri proviżorji minn kmieni. |
|
16. |
L-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-politika kummerċjali għandha tkun komplementari għall-għanijiet tas-CRMA u l-politiki relatati, inklużi d-drittijiet soċjali, u għandha tipprijoritizza l-konklużjoni rapida ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles ma’ pajjiżi għonja fir-riżorsi li bħalissa qed jiġu nnegozjati jew li qed jistennew ir-ratifika (l-Awstralja, l-Indoneżja, eċċ.). Fir-rigward tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles diġà konklużi, id-dispożizzjonijiet eżistenti rilevanti għall-enerġija u l-materja prima għandhom jiġu vvaluttati u jissaħħu, jekk possibbli. Għandha tingħata attenzjoni wkoll għall-koerenza tal-politika kummerċjali u r-regoli doganali/regoli tal-oriġini applikabbli għall-materja prima, kif ukoll għal kwistjonijiet speċifiċi relatati maċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet applikabbli għall-materja kritika. |
Il-prijoritizzazzjoni tal-materja prima kritika u strateġika fil-leġiżlazzjoni dwar ir-riċiklaġġ u l-iskart u l-appoġġ għas-swieq tal-materja prima sekondarja
|
17. |
Ir-riċiklaġġ huwa importanti għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-UE. L-UE għandha tappoġġja l-industrija tagħha tat-trattament u l-ipproċessar tal-iskart billi tħejji materja prima sekondarja għar-riċiklaġġ fil-proċessi tal-produzzjoni, u temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-iskart sabiex tipprijoritizza r-riċiklaġġ u ċ-ċirkolarità tal-materja prima kritika u strateġika bl-ogħla potenzjal tekniku u ekonomiku għar-riċiklaġġ (fattibbiltà). Għandha tappoġġja wkoll is-swieq sekondarji tal-materja prima. Fir-rigward tal-materja prima sekondarja, il-KESE jissuġġerixxi li għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu stabbiliti swieq li jiffunzjonaw tajjeb u tiġi minimizzata t-tnixxija tar-ruttam. |
|
18. |
Il-materja prima sekondarja tista’ tikkontribwixxi biex titnaqqas id-dipendenza minn ċerta materja prima kritika u għalhekk għandha titqies taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CRMA. Bħala wieħed mill-ħafna eżempji, ir-riċiklaġġ effettiv tar-ruttam ferruż jista’ jnaqqas il-ħtiġijiet tal-provvista tal-materja prima għall-manifattura tal-metall. Ir-ruttam tal-ħadid huwa mistenni li jsir skars qabel l-2030, li jirriżulta f’interruzzjoni possibbli fil-provvista, minkejja li huwa ingredjent kritiku għat-tranżizzjoni tal-enerġija. |
|
19. |
Is-CRMA għandha tiżgura l-aċċess għall-materjali kritiċi kollha għall-industriji u l-vetturi elettriċi. Dan jinkludi mhux biss elementi tal-materjali tal-art rari, manganiż, materjali kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż l-azzar, l-aluminju u r-ram, minerali industrijali, grafit jew nikil, iżda wkoll materja prima sekondarja. Il-metalli huma faċilitaturi kruċjali tal-infrastruttura għat-tranżizzjoni ekoloġika, u tali faċilitaturi jenħtieġ li jiġu identifikati kif xieraq u jingħataw kunsiderazzjoni xierqa taħt is-CRMA, tul il-ktajjen tal-valur kollha tagħhom. |
Studji ekonomiċi u ambjentali dwar l-impatt tas-sustanza niġġiesa tal-estrazzjoni tal-materja prima kritika: koordinazzjoni mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat
|
20. |
Meta jitqies il-livell ta’ inċertezza dwar il-preżenza effettiva tas-CRMs fl-UE, ir-riskju involut fit-tnedija ta’ proġetti ta’ esplorazzjoni u estrazzjoni fit-territorju tal-UE se jittieħed b’mod raġonevoli, biss jekk jiġi appoġġjat finanzjarjament minn finanzjament pubbliku. Peress li s-CRMA jirrikjedi wkoll li tali kampanji jkunu konformi mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, il-KESE jissuġġerixxi li l-finanzjament pubbliku għandu jingħata aktar faċilment jekk l-estrazzjonijiet ikunu bbażati fuq studji ekonomiċi u ambjentali preliminari li jivvalutaw l-impatt tas-sustanza niġġiesa tal-estrazzjoni tal-materja prima kritika. |
|
21. |
F’każ li tali studji preliminari jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi previsti skont is-CRMA, il-finanzjament pubbliku tagħhom jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ permezz ta’ koordinazzjoni mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u, b’mod aktar speċifiku, mal-emenda, adottata reċentement (2023)f’konformità mal-Patt Ekoloġiku, tar-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija. L-istudji preliminari msemmija għandhom tabilħaqq jiġu kkwalifikati bħala “għajnuna ambjentali” jew “għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni”, u, meta jinvolvu diversi Stati Membri, bħall-“Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni” (IPCEI). |
|
22. |
Koordinazzjoni effettiva mal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat tal-UE diġà fi stadju preliminari ta’ riċerka u żvilupp tista’ tabilħaqq tiżgura li l-finanzjament pubbliku li jappoġġa l-implimentazzjoni sussegwenti ta’ Proġetti Strateġiċi jiġi indirizzat b’mod effettiv lejn objettivi sostenibbli u jiżgura, fil-każ speċifiku tal-IPCEIs, li dawn isegwu riżultat koordinat. Mekkaniżmi ta’ finanzjament pubbliku (eż. aċċess rapidu u aktar faċli għal mekkaniżmi finanzjarji bħal self/garanziji ta’ self/għotjiet) jistgħu jiġu wkoll introdotti biss fir-rigward ta’ investimenti mwettqa minn kumpaniji tal-UE fi proġetti tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles. |
Għodod tal-antitrust: ir-Regolament dwar il-fużjonijiet favur promoturi tal-UE fir-riċiklaġġ u l-estrazzjoni ta’ materja prima kritika
|
23. |
Filwaqt li jittieħdu, bħala prekundizzjonijiet meħtieġa, kemm id-disponibbiltà li għadha ma ġietx esplorata tas-CRMs fl-UE kif ukoll l-investimenti sostanzjali meħtieġa biex tiġi implimentata katina tal-provvista tas-CRM sigura u sostenibbli, jista’ jkun rakkomandabbli li jiġu adattati xi wħud mill-għodod tal-antitrust tal-UE biex jiġu ffaċilitati l-objettivi stabbiliti skont is-CRMA, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern (eż., jista’ jkun ta’ għajnuna li l-qafas ta’ kontroll tal-fużjonijiet jiġi applikat b’mod aktar flessibbli u orjentat lejn is-sostenibbiltà, filwaqt li jitqiesu mhux biss l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku (kif diġà previst mill-Kummissjoni Ewropea) iżda wkoll l-għanijiet tas-CRMA. |
|
24. |
Għalhekk, ikun rakkomandabbli li l-fużjonijiet jiġu vvalutati fid-dawl tal-proġetti strateġiċi li għandhom jiġu implimentati taħt is-CRMA, sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn id-diversi interessi involuti. |
|
25. |
Għalhekk, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għandhom jintalbu jikkunsidraw tipi ġodda ta’ effiċjenzi, jiġifieri jnaqqsu t-tfixkil fil-provvista u jżidu t-tħejjija industrijali f’każ ta’ nuqqasijiet esterni ta’ CRMs. Tali valutazzjonijiet għandhom iħarsu wkoll lejn l-għan tal-Kummissjoni li taggrega d-domanda ta’ xerrejja interessati ta’ CRMs, u fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-prezzijiet għoljin attwali. |
Impenn internazzjonali u diversifikazzjoni tar-riżorsi: l-involviment tal-pajjiżi kandidati u l-koordinazzjoni mal-kooperazzjoni bilaterali f’fora internazzjonali
|
26. |
F’konformità mal-objettiv tal-Kummissjoni li tiddiversifika s-sorsi esterni tal-materja prima kritika, il-KESE jirrakkomanda li jiġu esplorati toroq għal sħubijiet u ftehimiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi, inkluż mal-pajjiżi kandidati. Tali sħubijiet jistgħu jinkludu proġetti ffinanzjati mill-UE biex jiġu żviluppati kampanji ta’ esplorazzjoni f’siti magħżula ġodda u/jew f’siti tal-estrazzjoni mwarrba, f’konformità mal-proġetti strateġiċi li se jitnedew fl-Istati Membri tal-UE skont il-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni. |
|
27. |
Sħubijiet bħal dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-impenji tal-pajjiżi kandidati biex jallinjaw il-politiki ambjentali tagħhom mal-acquis tal-UE b’mod aktar mgħaġġel. L-inklużjoni ta’ sħubijiet bħal dawn fil-qafas tan-negozjati tal-adeżjoni li għaddejjin bħalissa jista’ jkollha benefiċċju doppju għall-UE kollha kemm hi, billi żżid iċ-ċansijiet li s-sorsi domestiċi tal-materja prima kritika se jiżdiedu fil-futur u billi tagħmilha aktar faċli għall-pajjiżi kandidati biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE (eż. fil-qasam tal-iskart, l-ilma, it-tniġġis industrijali u l-kwalità tal-arja). |
|
28. |
Is-CRMA għandu jkun ikkoordinat, mhux biss ma’ politiki oħra tal-UE u azzjonijiet kummerċjali internazzjonali, iżda wkoll mal-kooperazzjoni bilaterali implimentata mill-UE f’fora internazzjonali (jiġifieri, il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti f’fora bħas-Sħubija għas-Sigurtà tal-Minerali, il-Konferenza dwar Materjali Kritiċi u Minerali u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Minerali Kritiċi tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija li dan l-aħħar issaħħaħ mill-Kunsill tal-Enerġija bejn l-UE u l-Istati Uniti). |
|
29. |
Is-CRMA għandu jipprovdi lill-UE mhux biss b’awtosuffiċjenza domestika fir-rigward tas-CRMs, iżda wkoll bl-awtonomija esterna biex tistabbilixxi standards ġodda fix-xena globali fir-rigward tal-iżgurar tas-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-ktajjen tal-provvista relattivi tagħhom. Rwol li jistabbilixxi l-istandards għall-UE fix-xena globali se jkompli jżid l-opportunitajiet li jintlaħqu l-objettivi ġenerali stabbiliti skont il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali ta’ sustanzi niġġiesa u inġusti tas-CRMs madwar id-dinja. |
Objettivi fit-tul kontra objettivi fuq terminu qasir fil-valutazzjoni tal-konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE: l-ilħuq ta’ bilanċ (ambjentali) tajjeb
|
30. |
Bħala konklużjoni, ma jistax jiġi eskluż li, fit-tul, l-implimentazzjoni effettiva tas-CRMA tista’ tirrikjedi tfassil mill-ġdid tal-objettivi speċifiċi tal-Patt Ekoloġiku marbuta mill-qrib mas-CRMA fuq terminu qasir. Tabilħaqq, il-prospett ta’ UE (kważi) awtosuffiċjenti, anki jekk jirrikjedi aktar żmien biex tkun kompletament effettiva, fl-aħħar mill-aħħar jista’ jagħmel il-miri tas-sostenibbiltà/tan-newtralità klimatika aktar fattibbli fit-tul (anki meta jitqies it-tniġġis relattivament ogħla kkawżat mill-metodi attwali ta’ estrazzjoni tal-materjali f’xi pajjiżi li qed jiżviluppaw). |
III. EMENDI PROPOSTI GĦALL-COM(2023) 160 final
Emenda 1
Premessa 29
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
||||
|
|
Raġuni
Il-miżuri attwali previsti għall-għajnuna mill-Istat mhumiex ċari u ma għandhomx mekkaniżmi biex jappoġġjaw il-kapaċitajiet industrijali eżistenti li ntlaqtu b’mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew sew u mill-ħolqien ta’ faċilitajiet ġodda ta’ materja prima kritika fl-UE u lil hinn minnha.
Emenda 2
Artikolu 1(2), punt (a), (paragrafu ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
||
|
|
|
Raġuni
Il-materja prima kritika tiġi vvalutata permezz ta’ valutazzjoni tal-kritikalità bbażata fuq metodoloġija speċifika li tinkludi proċess ta’ validazzjoni twil u bir-reqqa bl-għajnuna ta’ esperti esterni, rappreżentanti tal-industrija u istituti ta’ riċerka. Għall-kuntrarju, l-identifikazzjoni ta’ materja prima strateġika ma kinitx ibbażata fuq metodoloġija ppubblikata u lanqas ma kienet tinkludi konsultazzjonijiet preċedenti. L-inkorporazzjoni tal-materja prima strateġika fil-lista tal-materja prima kritika (l-Anness 2) timplika li l-materjali kollha laħqu l-limiti stabbiliti mill-metodoloġija tal-materja prima kritika, li hija qarrieqa.
Emenda 3
Artikolu 1(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
|
3. Meta, abbażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni aktarx ma tilħaqx l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2, din għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-proporzjonalità li tipproponi miżuri jew li teżerċita s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni biex tiżgura li jintlaħqu dawk l-objettivi. |
3. Meta, abbażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni x’aktarx ma tilħaqx l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2, din għandha tippermetti ċertu livell ta’ flessibbiltà li jirrifletti bl-aħjar mod l-uniċità tal-katina tal-valur tal-materja prima fil-mira, peress li kull materjal għandu proprjetajiet u sfidi speċifiċi assoċjati mal-akkwist, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tiegħu. Dan għandu jiffoka fuq iż-żamma tal-kapaċitajiet eżistenti u l-appoġġ tagħhom. Għandu jitħeġġeġ djalogu miftuħ u kostanti bejn l-industrija u dawk li jfasslu l-politika biex jiġu identifikati punti ta’ riferiment li huma kemm teknikament kif ukoll ekonomikament fattibbli, kif ukoll f’konformità mal-objettivi tal-UE. |
Raġuni
Il-punti ta’ riferiment f’termini ta’ provenjenza, ipproċessar u riċiklaġġ huma wisq ġenerali u mhux realistiċi, u jistgħu jirriżultaw f’konsegwenzi mhux intenzjonati u negattivi. Id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa kontra d-diffikultajiet ekonomiċi u tekniċi assoċjati mal-implimentazzjoni tagħhom u r-riskju ta’ piż żejjed fuq l-industrija tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs.
Emenda 4
Anness I
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Din il-materja prima għandha titqies strateġika:
|
Il-materja prima primarja u sekondarja li ġejja għandha titqies strateġika, inklużi l-metalli u l-minerali portaturi rispettivi tagħhom li bihom tiġi estratta din il-materja prima strateġika :
|
Emenda 5
Anness II
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Din il-materja prima għandha titqies kritika:
|
Il-materja prima primarja u sekondarja li ġejja għandha titqies kritika, inklużi l-metalli u l-minerali portaturi rispettivi tagħhom li bihom tiġi estratta din il-materja prima kritika :
|
Raġuni għall-emendi 4 u 5
Ċerti materjali normalment jistgħu jiġu estratti biss flimkien ma’ metall komuni ieħor – bħall-materjal tal-art rari b’mineral tal-ħadid – u ma jistgħux jiġu estratti separatament. Barra minn hekk, ċerti materjali huma meħtieġa fl-ekosistema tal-produzzjoni, ir-raffinar u r-riċiklaġġ tal-materjali, eż., il-manjeżit għall-funderiji – mingħajr dan il-materjal, mhuwiex possibbli li jiġu riċiklati metalli/materjali bl-użu ta’ temperaturi għoljin. Għandna nevitaw limitazzjonijiet f’dan il-qasam (kemm għal materja prima kritika kif ukoll strateġika) u nevitaw li nippreskrivu użi speċifiċi għal materja prima speċifika fil-katina tal-valur. Inkella l-aħħar stadju ta’ raffinar biss ikun eliġibbli, iżda mhux l-estrazzjoni.
It-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ċirkolari tagħmel il-materja prima sekondarja dejjem aktar importanti peress li tgħin biex titnaqqas id-dipendenza mill-materja prima verġni, tappoġġja l-effiċjenza fir-riżorsi, it-tnaqqis tal-iskart, u s-sostenibbiltà. Barra minn hekk, xi wħud minn dawn il-materjali huma essenzjali għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, għat-tranżizzjoni ekoloġika u għall-ksib ta’ għanijiet żero netti.
Emenda 6
Artikolu 2, punt 15 (punt ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
||
|
|
|
Raġuni
Il-materja prima strateġika spiss teżisti bħala prodotti sekondarji ta’ metall (kouni) jew minerali portaturi. Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta aktar kjarifika dwar l-inklużjoni ta’ proġetti estrattivi għal tali metalli u minerali komuni u portaturi taħt l-ambitu tal-proġetti strateġiċi tas-CRMA.
Emenda 7
Artikolu 3 (Artikolu ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 3a 1. Il-materja prima sekondarja għandha tiġi kkunsidrata fil-listi ta’ materja prima strateġika (Anness I) u kritika (Anness II). 2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi mill-inqas kull sentejn, u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista ta’ materja prima sekondarja strateġika u kritika, parti mill-Anness I u l-Anness II, filwaqt li tqis ir-rwol strateġiku tagħhom fid-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika, it-tkabbir għoli previst fid-domanda jew skarsezza fil-livell globali, diffikultà biex jiżdied il-ġbir/l-irkupru fl-UE; potenzjal għoli għall-irkupru ta’ materja prima kritika fl-UE. |
Raġuni
Il-materja prima sekondarja għandha rwol importanti fid-dekarbonizzazzjoni tal-industriji Ewropej, speċjalment dawk li jipproduċu teknoloġiji strateġiċi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Ir-rikonoxximent tal-valur strateġiku tagħhom jappoġġja l-akkwist responsabbli u jnaqqas l-estrazzjoni tal-materjal verġni. Għandha tiġi stabbilita sottolista ta’ materja prima sekondarja strateġika fi ħdan il-lista strateġika tal-materja prima, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, dawn il-kriterji: ir-rwol strateġiku fid-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika; tkabbir previst fid-domanda globali; diffikultà fil-ġbir, l-irkupru jew ir-riċiklaġġ fl-UE; potenzjal għoli għall-irkupru tal-materja prima kritika. Il-valutazzjoni għandha tqis l-aħħar data disponibbli kif ukoll l-evoluzzjoni mbassra tad-domanda u l-provvista fuq perjodu ta’ referenza xieraq, biex jiġu indirizzati l-iskarsezza futura jew l-interruzzjonijiet fil-provvista.
Emenda 8
Artikolu 5(1), punt (c)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
||||
|
|
Raġuni
Is-sejbien ta’ bilanċ tajjeb bejn l-objettivi ta’ sostenibbiltà fit-tul b’objettivi fuq terminu qasir (anke billi jittieħed it-tniġġis relattivament ogħla kkawżat mill-metodi attwali ta’ estrazzjoni tal-materjali f’xi pajjiżi li qed jiżviluppaw u ċ-ċirkostanza li ngħixu fl-istess pjaneta).
Emenda 9
Artikolu 19(1), punt (c) (punt ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
||
|
|
|
Raġuni
L-industrija Ewropea tal-materja prima tinsab fi żvantaġġ kompetittiv globali u jeħtieġ li tiġi assigurata li l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ se jintużaw biex jipproteġu l-industrija minn prattiki kummerċjali inġusti.
Emenda 10
Artikolu 35(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KESE |
|
1. Il-Bord għandu jkun magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Għandu jkun ippresedut mill-Kummissjoni. |
1. Il-Bord għandu jkun magħmul mill-Istati Membri u l-Kummissjoni u esperti tekniċi indipendenti . Għandu jkun ippresedut mill-Kummissjoni. |
Raġuni
Il-Bord tas-CMR previst għandu rwol kruċjali biex jappoġġja l-implimentazzjoni tas-CRMA, inklużi l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. Għal dan l-għan, sabiex jiġi żgurat li l-kompiti ta’ monitoraġġ tiegħu jkunu effettivi, huwa rakkomandabbli li fil-Bord jiġu inklużi mhux biss rappreżentanti istituzzjonali, iżda wkoll esperti tekniċi indipendenti fil-qasam.
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma ssupplimentati bi proposti ta’ emenda fl-aħħar ta’ dan id-dokument.
(2) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (riformulazzjoni) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(5) Stima tal-EIT tal-Materja Prima.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/155 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża” [sic]
(JOIN (2023) 9 final)
(2023/C 349/23)
|
Relatur: |
Maurizio MENSI |
|
Korelatur: |
Jan PIE |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 2.5.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
22.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
12.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
170/1/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jaqbel li l-UE tirrikonoxxi d-dimensjoni tas-sigurtà u d-difiża tal-ispazju, kif jidher mill-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar L-Istrateġija Spazjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża (l-Istrateġija) tal-10 ta’ Marzu 2023. |
|
1.2. |
Il-KESE jikkondividi l-fehim komuni li jissemma dwar il-kuntest ġeopolitiku l-ġdid bil-problemi serji kkawżati mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, il-kritikalità tal-assi u s-servizzi spazjali, u l-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri mmirati biex dawn jiġu protetti u difiżi, li huwa pass indispensabbli għal tfassil ta’ politika spazjali adatta għall-Ewropa kollha. |
|
1.3. |
Il-KESE jaqbel li anke qabel ma jissaħħu r-reżiljenza u l-protezzjoni tas-sistemi u s-servizzi spazjali, l-identifikazzjoni tat-theddid hija prijorità li għaliha jeħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw l-involviment tal-atturi rilevanti kollha, inklużi l-industrija, l-atturi soċjali u s-soċjetà ċivili, fl-eżerċizzju tal-immappjar u r-rakkomandazzjonijiet. Ser ikun importanti li s-soċjetà ċivili organizzata tiġi mħeġġa tifhem bis-sħiħ l-interess pubbliku u l-benefiċċji rilevanti tal-Istrateġija għaċ-ċittadini sabiex tittejjeb il-leġittimità tagħha u jissaħħaħ l-appoġġ pubbliku, fid-dawl tal-applikazzjonijiet ċivili rilevanti tat-teknoloġiji spazjali. |
|
1.4. |
Il-KESE jirrakkomanda li jissaħħu r-reżiljenza u l-protezzjoni tas-sistemi u s-servizzi spazjali fl-Unjoni fil-kuntest ġeopolitiku inkwetanti ta’ bħalissa. Il-KESE jinnota li sfida sottostanti fir-rigward ta’ dan l-objettiv hija l-kapaċità li jiżdied il-livell baxx attwali ta’ investiment pubbliku, titnaqqas il-frammentazzjoni tiegħu, u jiġi promoss approċċ ta’ valur miżjud Ewropew f’kuntest fejn l-Ewropa għadha lura ħafna meta mqabbla mal-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja f’termini ta’ investimenti pubbliċi fl-ispazju. |
|
1.5. |
Il-KESE jemmen li t-tisħiħ tar-reżiljenza u l-protezzjoni tas-sistemi u s-servizzi spazjali fl-Unjoni jfisser ukoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jappoġġjaw is-sovranità teknoloġika u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur industrijali kritiċi biex tiġi żgurata n-nondipendenza. F’dan ir-rigward, il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li jiġi rikonoxxut u enfasizzat bis-sħiħ ir-rwol ewlieni tal-industrija fl-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ dipendenza u miżuri ta’ mitigazzjoni. |
|
1.6. |
Il-KESE jixtieq ifakkar li l-mod kif l-ispazju jinfluwenza u jġib valur miżjud lill-umanità huwa dejjem aktar rikonoxxut u kkonfermat mill-mexxejja dinjija. Illum, is-settur spazjali Ewropew qed jindirizza wħud mill-aktar sfidi urġenti ta’ żminijietna, bħall-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima, l-għajnuna biex tiġi stimulata l-innovazzjoni teknoloġika, u l-għoti ta’ benefiċċji soċjoekonomiċi konkreti għall-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. L-istituzzjonijiet, in-negozji u ċ-ċittadini jiddependu dejjem aktar mit-teknoloġija, id-data u s-servizzi spazjali għas-sistemi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u pożizzjonament, u l-osservazzjoni tad-dinja (eż. informazzjoni f’ħin reali u komunikazzjonijiet fuq il-post meta jseħħu diżastri). Ir-rwol tal-ispazju huwa essenzjali għaċ-ċittadini u għall-awtonomija strateġika tal-Ewropa, kif ukoll fid-diplomazija globali, fit-tħaddin tal-identità Ewropea, u fl-ispirazzjoni u l-motivazzjoni tal-ġenerazzjonijiet li jmiss. |
|
1.7. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir “Liġi Spazjali tal-UE” futura biex tkopri s-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà, u l-istandardizzazzjoni li tqarreb lejn l-approċċ meħtieġ tal-UE għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fl-Ispazju (STM) (1). |
|
1.8. |
Il-KESE huwa konvint dwar il-ħtieġa li l-azzjonijiet kollha relatati mal-industrija (eż. il-kompetittività, it-teknoloġiji kritiċi, is-sigurtà tal-katina tal-provvista) jiġu integrati bħala parti minn politika industrijali koerenti u mifruxa mal-Ewropa kollha, f’kuntest ta’ dipendenza qawwija ħafna tal-industrija spazjali Ewropea minn swieq miftuħa limitati ħafna. |
|
1.9. |
Il-KESE jinsisti li anke jekk huma meħtieġa miżuri speċifiċi u li jistgħu jkunu utli biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet partikolari, dawn il-miżuri jistgħu jagħmlu sens u jkunu kompletament effiċjenti biss jekk jikkombinaw politika tal-akkwist imfassla apposta, politika ta’ riċerka u żvilupp ambizzjuża u effiċjenti, u appoġġ għall-adozzjoni mis-suq ta’ teknoloġiji u servizzi spazjali żviluppati fl-Ewropa, u jindirizzaw ukoll is-swieq tal-esportazzjoni, b’mod partikolari permezz tad-diplomazija ekonomika. |
|
1.10. |
Il-KESE huwa konvint li appoġġ ambizzjuż, iżda wkoll koerenti, għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa pedament tas-sostenibbiltà tas-settur spazjali u tal-kapaċità tiegħu li jaqdi l-ħtiġijiet tal-ordni pubbliku. L-Ewropa teħtieġ appoġġ aktar b’saħħtu u konsistenti għar-riċerka u l-innovazzjoni biex iżżomm il-pożizzjoni tagħha fl-ispazju, u biex tiżgura d-disponibbiltà ta’ industrija domestika li tkun kapaċi tfassal, twassal u tisfrutta sistemi spazjali tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. |
|
1.11. |
F’oqsma fejn il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi hija kruċjali, il-KESE jenfasizza l-importanza li tiġi ppreservata s-sovranità Ewropea u li jiġu evitati dipendenzi mhux Ewropej f’oqsma strateġiċi, u fl-istess ħin jiġu promossi bħala regoli komuni l-kollaborazzjoni u l-interoperabbiltà, b’reċiproċità u benefiċċju reċiproku mal-Istati Uniti u partijiet terzi oħra tal-istess fehma. |
|
1.12. |
Il-KESE jemmen li l-Istrateġija trid tiġi segwita minn azzjonijiet konkreti u rapidi f’termini ta’ baġit immirat, skedi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, u l-ħolqien tal-impjiegi (2). Pjan direzzjonali preċiż bħal dan irid jitfassal mill-UE b’koordinazzjoni mal-Ewropa kollha tal-atturi involuti fl-attivitajiet spazjali. |
2. Kuntest
|
2.1. |
Hekk kif il-kriżi tal-COVID żvelat in-nuqqas ta’ awtonomija u kontroll tal-Ewropa fir-rigward tal-infrastruttura tan-network kritiku, l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja aċċellerat aktar il-proċess lejn it-tisħiħ u rinfurzar tad-dimensjoni tas-sigurtà u d-difiża tal-ispazju. |
|
2.2. |
Fil-livell istituzzjonali, dan kien simbolizzat minn żewġ stadji importanti ewlenin: |
|
2.2.1. |
Id-Dikjarazzjoni ta’ Versailles, maħruġa fil-11 ta’ Marzu 2022 mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea b’reazzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, tagħmel enfasi speċjali fuq l-ispazju għall-attivitajiet ta’ difiża peress li l-mexxejja tal-UE qablu b’mod partikolari li jsaħħu d-dimensjoni tas-sigurtà u d-difiża tal-industriji u l-attivitajiet spazjali. |
|
2.2.2. |
Il-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża, maħruġa fil-21 ta’ Marzu 2022 mill-Kummissjoni Ewropea, taħt it-tmexxija tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. Il-Boxxla Strateġika tidentifika l-ispazju bħala qasam dejjem aktar ikkontestat b’implikazzjonijiet qawwija għad-difiża, u għandha ħafna riperkussjonijiet għas-settur spazjali Ewropew. |
|
2.3. |
Dawn l-inizjattivi tal-UE ġew ikkomplementati minn programmi oħra ta’ kooperazzjoni; pereżempju fil-kuntest tal-Kunsill tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) fil-livell ministerjali fl-2022, li ppropona diversi inizjattivi ta’ sigurtà fl-ispazju u ta’ sigurtà mill-ispazju biex l-Istati Membri jikkontribwixxu għalihom; |
|
2.4. |
L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja wriet, mingħajr dubju, il-kritikalità assoluta tal-ispazju bħala assi ewlieni. Il-gwerra wriet ukoll l-impatt rilevanti u determinanti tal-assi kummerċjali b’mod komplementari għall-assi u l-istrateġiji governattivi – u b’hekk l-importanza tal-interazzjoni u l-kooperazzjoni pubbliċi-privati regolari, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-kritikalità assoluta tal-ispazju bħala assi ewlieni biex dawk li jfasslu l-politika Ewropea jieħdu deċiżjonijiet u azzjoni b’mod indipendenti u infurmat fir-rigward tal-ġestjoni tal-kriżijiet u s-sigurtà, li huwa pass indispensabbli fit-tfassil ta’ politika spazjali adatta għall-Ewropa kollha. Ser ikun importanti li s-soċjetà ċivili organizzata tiġi mħeġġa tifhem bis-sħiħ l-interess pubbliku u l-benefiċċji rilevanti tal-Istrateġija għaċ-ċittadini sabiex tittejjeb il-leġittimità tagħha u jissaħħaħ l-appoġġ pubbliku, fid-dawl tal-applikazzjonijiet ċivili rilevanti tat-teknoloġiji spazjali. |
|
3.2. |
L-isforzi tal-Ewropa biex tinkiseb awtonomija kredibbli u aċċertata fl-ispazju għall-implimentazzjoni tal-awtonomija strateġika tagħha issa huma realtà, u jirrappreżentaw sfida dejjem aktar kondiviża madwar il-kontinent. Il-KESE jemmen li l-isforzi kollha, kemm ċivili kif ukoll militari, nazzjonali jew Ewropej, pubbliċi jew privati jridu jikkonverġu lejn l-effiċjenza u l-affidabbiltà għall-utenti tas-sigurtà, kif enfasizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u tal-ispazju (3), u għalhekk hemm bżonn ta’ sħubijiet pubbliċi-privati msaħħa u sħubijiet potenzjali ma’ pajjiżi tal-istess fehma. |
|
3.3. |
Hemm riskju dejjem akbar ta’ atturi ġodda ta’ theddid li jimmiraw lejn sistemi spazjali biex jipperikolaw is-servizzi kritiċi li s-satelliti jippermettu. Il-KESE jqis li huwa dejjem aktar essenzjali li l-interess dejjem jikber tal-Ewropa fis-servizzi bbażati fl-ispazju u d-dipendenza minnhom ikunu akkumpanjati minn miżuri li għandhom l-għan li jipproteġu u jiddefendu l-kapaċitajiet u s-servizzi bbażati fl-ispazju, sabiex is-soċjetà u l-ekonomija tal-Ewropa ma jiġux esposti għal vulnerabbiltajiet saħansitra aktar kritiċi. |
|
3.4. |
Il-KESE huwa konvint li l-Istati Membri jeħtiġililhom jasserixxu bis-sħiħ ir-responsabbiltà u l-impenn tagħhom għall-paċi u s-sigurtà dinjija billi jsaħħu l-libertà ta’ azzjoni tagħhom b’rabta mal-ispazju u fih, billi jserrħu fuq il-kapaċità u l-assi sovrani tagħhom, u jqis li din hija waħda mill-aktar għodod diretti u kritiċi għad-dispożizzjoni tagħhom biex jeżerċitaw azzjoni u influwenza. Biex jagħmlu dan, jeħtiġilhom jiggarantixxu r-reżiljenza tal-industrija spazjali tagħhom u s-sigurtà tal-infrastruttura tal-provvista u tas-servizzi tagħhom għall-benefiċċju taċ-ċittadini. F’dan il-kuntest, l-iżgurar tal-aċċess sovran u sostenibbli tal-Ewropa għall-ispazju huwa prijorità li ma tistax tiġi kkontestata. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1. Ix-xenarju ta’ theddid spazjali
|
4.1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-identifikazzjoni ta’ theddid li jista’ joħloq tfixkil, degradazzjoni jew qerda tas-sistemi spazjali permezz tat-tħejjija ta’ analiżi annwali tax-xenarju tat-theddid spazjali, li hija meqjusa bħala kruċjali biex jiġi mifhum l-ambjent ostili li qed jevolvu fih l-infrastruttura u s-servizzi spazjali u tal-art kemm bħalissa kif ukoll fil-futur. |
|
4.1.2. |
Il-KESE jirrikonoxxi li valutazzjoni bħal din tgħin biex jiġi evitat li pajjiżi jew organizzazzjonijiet potenzjalment ostili jiksbu kapaċitajiet sensittivi (inklużi ħiliet, teknoloġiji, assi u elementi kostitwenti), u dan bl-għan li jiġu garantiti l-governanza u l-kontroll tal-“kapaċitajiet sensittivi” tal-Ewropa. |
|
4.1.3. |
Il-KESE jemmen li l-industrija spazjali Ewropea (entitajiet kbar u żgħar), l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija, u l-fehmiet u l-inputs tad-dinja akkademika jeħtieġ li jiġu inklużi mill-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fit-tfassil tal-analiżi annwali tax-xenarju tat-theddid spazjali, u fl-identifikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri li ser jirriżultaw minnhom. |
|
4.1.4. |
Il-KESE huwa konvint li proċess bħal dan jippermetti li s-settur privat:
|
4.2. It-tisħiħ tar-reżiljenza u l-protezzjoni tas-sistemi u s-servizzi spazjali fl-UE
4.2.1.
|
4.2.1.1. |
Il-KESE jemmen li l-inizjattivi regolatorji globali u d-deċiżjonijiet unilaterali dwar l-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju x’aktarx li joħolqu ambjent ta’ sfida għall-atturi Ewropej. Ir-riformi mwettqa barra mill-Ewropa jistgħu tabilħaqq potenzjalment ifixklu l-kapaċità tas-settur spazjali Ewropew li jikkompeti b’kundizzjonijiet ekwivalenti u jaffettwaw is-sostenibbiltà tiegħu, u jkomplu jipperikolaw is-sovranità Ewropea bħala objettiv ġenerali tal-UE fir-rigward tal-ispazju. |
|
4.2.1.2. |
Il-KESE huwa konvint li l-Unjoni Ewropea għandha taħtaf l-opportunità biex tkun minn ta’ quddiem fid-diskussjonijiet u tipprovdi l-bażi biex tipproteġi l-infrastruttura spazjali Ewropea ewlenija u s-servizzi assoċjati. Billi tkun proattiva u billi tippromovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE minflok il-frammentazzjoni, l-Unjoni Ewropea se tippermetti lis-settur spazjali Ewropew juża r-regoli u l-proċeduri miftiehma b’vantaġġ għaliha, u tkompli tippromovihom fil-livell globali. Approċċ aktar armonizzat u b’aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jinkoraġġixxi investimenti komuni fid-difiża u l-industrija tal-UE b’mod aktar mifrux. F’dan ir-rigward, il-possibbiltà ta’ akkwist konġunt tista’ ttejjeb l-effiċjenza mil-lat tad-domanda u tikkontribwixxi għall-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija spazjali u tad-difiża Ewropea (4). |
|
4.2.1.3. |
Il-KESE jemmen li t-tisħiħ tal-potenzjal tat-teknoloġiji u l-industriji sekondarji, bħall-ajruspazju u t-teknoloġiji li għandhom kemm applikazzjonijiet militari kif ukoll ċivili (“b’użu doppju”), ikollu impatti kbar kemm fuq l-iżvilupp industrijali kif ukoll fuq dak militari tal-UE. |
|
4.2.1.4. |
Fir-rigward tas-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, il-KESE jaqbel bis-sħiħ li r-rekwiżit ta’ “sigurtà sa mit-tfassil” huwa essenzjali għar-reżiljenza. L-istandards komuni Ewropej tas-sigurtà huma essenzjali wkoll dment li dawn jintużaw b’mod prattiku, peress li ċ-ċikli ta’ definizzjoni u adozzjoni spiss ikunu twal wisq fis-suq kompetittiv li jiffaċċja s-settur spazjali Ewropew. Dan ifisser li:
|
|
4.2.1.5. |
Il-KESE jinnota li d-Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi (5) u d-Direttiva dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha (6) (Direttiva NIS 2) huma applikabbli biss fil-livell tal-Istati Membri u mhux fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-KESE jemmen li dawn id-Direttivi għandhom jiġu applikati għall-assi li huma proprjetà tal-UE. |
4.2.2.
|
4.2.2.1. |
Il-KESE jilqa’ bis-sħiħ l-ambizzjoni ta’ mira biex jinżied il-baġit tal-Fond Ewropew għad-Difiża u tal-Orizzont Ewropa peress li, fir-rigward tal-aħħar stadji ta’ żvilupp, l-UE sa issa dehret li ma setgħetx tallinja l-baġit tagħha – u l-istrumenti finanzjarji relatati – mal-ambizzjonijiet iddikjarati tagħha biex jkollha t-teknoloġiji avvanzati fil-livell ta’ tħejjija meħtieġ. |
|
4.2.2.2. |
Fil-kuntest tar-“rienerġizzazzjoni” tat-Task Force Konġunta, il-KESE jemmen li għandu jiġi stabbilit proċess uniku li jwassal għal repożitorju uniku miftiehem u kondiviż ta’ sitwazzjonijiet kritiċi. Il-preżenza tal-industrija spazjali Ewropea bħala parti kkonċernata ewlenija fil-proċess hija importanti, minħabba li t-tnaqqis tad-dipendenza jista’ jtejjeb is-sovranità Ewropea u anke jikkontribwixxi għall-kompetittività industrijali. |
|
4.2.2.3. |
Il-KESE għandu dubji dwar ir-rwoli u l-interazzjonijiet rispettivi futuri tat-Task Force Konġunta u tal-Osservatorju tat-Teknoloġiji Kritiċi tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġiji aħjar bejniethom. |
|
4.2.2.4. |
Il-KESE jiffavorixxi l-istabbiliment ta’ alleanzi u Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) ġodda relatati ma’ teknoloġiji rilevanti għall-ispazju u d-difiża, peress li dawn jistgħu jikkontribwixxu biex jiżdiedu l-livell ta’ finanzjament u l-iżvilupp u s-sostenibbiltà ta’ sorsi doppji fl-Ewropa. |
4.2.3.
|
4.2.3.1. |
Huwa milqugħ tajjeb ħafna l-indirizzar tar-riskji għas-sigurtà fis-settur spazjali fl-UE permezz tal-protezzjoni tal-ktajjen tal-provvista tagħha u b’regoli tal-akkwist li jiggarantixxu bis-sħiħ is-sigurtà tal-provvista. |
|
4.2.3.2. |
Madankollu, il-KESE jemmen li huwa essenzjali li dawn l-azzjonijiet jiġu integrati b’mod wiesa’ bħala parti minn politika industrijali koerenti u mifruxa mal-Ewropa kollha għall-ispazju. |
4.2.4.
|
4.2.4.1. |
Il-KESE jaqbel li tagħbijiet utli awtoprotettivi, lanċjaturi risponsivi, kapaċitajiet ta’ għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju, manutenzjoni fl-orbita, u cloud sovran sigur iddedikat għall-applikazzjonijiet spazjali huma teknoloġiji/kapaċitajiet ewlenin għar-reżiljenza. |
|
4.2.4.2. |
Il-KESE jemmen li għandu jiġi żgurat aċċess indipendenti fit-tul għall-ispazju għall-UE, peress li l-Ewropa ma tistax tiddependi minn pajjiżi terzi biex tniedi l-infrastruttura spazjali tagħha u għall-manutenzjoni tal-infrastruttura spazjali tagħha stess. F’dan ir-rigward, hija essenzjali l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-preferenza Ewropea fir-rigward tal-lanċaturi għal illanċjar istituzzjonali. |
4.2.5.
|
4.2.5.1. |
Il-KESE jemmen li d-detezzjoni tat-theddid titlob l-iżvilupp ta’ arkitettura sħiħa u awtonoma tal-Immaniġġjar tat-Traffiku fl-Ispazju, li tiddependi fost l-oħrajn mill-istabbiliment u l-appoġġ għal linji ta’ programmi ffinanzjati biex jiġu żviluppati aktar il-kapaċitajiet Ewropej tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju (Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST), Għarfien tad-Dominju Spazjali (SDA)) u t-tħaffif tal-iskjerament ta’ kapaċitajiet Ewropej tal-SST u tal-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju li huma kummerċjalment vijabbli, kompetittivi u skalabbli (7). |
|
4.2.5.2. |
F’dan is-sens, il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-enfasi qawwija tal-Komunikazzjoni Konġunta dwar il-kapaċitajiet tal-għarfien tad-dominju spazjali dment li dan jiddependi mill-appoġġ, l-għarfien espert u l-kapaċitajiet tal-industrija – minbarra l-kapaċitajiet Ewropej u tal-Istati Membri tal-UE – f’kull stadju. |
|
4.2.5.3. |
Il-KESE jħeġġeġ sabiex l-isforzi tal-Istati Membri tal-UE jiġu kkoordinati bis-sħiħ fil-livell tal-UE b’appoġġ għall-objettiv ta’ awtonomija strateġika miftuħa Ewropea akbar, b’konformità mal-alleanza ta’ sħubija trans-Atlantika, bil-kollaborazzjoni ma’ msieħba strateġiċi ewlenin bħall-Istati Uniti u r-Renju Unit, b’impenn fil-livell multilaterali, u possibbilment biex titħejja t-triq għall-kapaċità fil-livell tal-UE. |
|
4.2.5.4. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-eżerċizzji spazjali, peress li l-koordinazzjoni bejn l-Ewropej għandha tkun aktar b’saħħitha, aktar effiċjenti u jkollha aktar rilevanza fir-rigward tal-alleati tagħna, b’mod partikolari l-Istati Uniti. Dan jippreżupponi li tinbena kultura komuni ta’ operazzjonijiet spazjali. |
4.2.6.
|
4.2.6.1. |
Il-KESE jaqbel li t-titjib tal-kontribut tal-ispazju għall-kapaċitajiet Ewropej tad-difiża jfisser ukoll id-dipendenza minn Programmi Ewlenin Ewropej eżistenti, u t-titjib tagħhom b’dimensjoni ta’ sigurtà u difiża. |
|
4.2.6.2. |
Il-KESE jenfasizza li l-estensjoni tal-programm Copernicus għal kapaċitajiet ta’ sigurtà tkun tfisser żieda sinifikanti fl-objettivi tal-programm, li għandha tiġi vvalutata bir-reqqa b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji assoċjati għall-kapaċitajiet ta’ finanzjament tal-programm Copernicus u l-politika attwali tiegħu dwar id-data miftuħa. |
|
4.2.6.3. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-kontribut tal-Istrateġija għall-Patt Ekoloġiku tal-UE u għall-ekosistemi industrijali assoċjati. B’mod partikolari, il-programm Copernicus, meqjus bħala referenza ta’ klassi dinjija għat-tibdil fil-klima u l-monitoraġġ ambjentali, jikkontribwixxi direttament biex jiġu indirizzati u jinstabu soluzzjonijiet għat-tibdil fil-klima u biex jiġi appoġġjat ir-rwol tal-Ewropa fix-xena dinjija. Peress li l-programm Copernicus sar l-istandard aċċettat globalment għall-immmaġnijiet ta’ grad xjentifiku u għall-kwalità tad-data, jeħtieġ li jiġi appoġġjat aktar b’ambizzjonijiet kontinwi. |
|
4.2.6.4. |
Fir-rigward tal-kostellazzjoni satellitari tal-UE IRIS2 (Infrastruttura għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita), il-KESE jappoġġja bis-sħiħ programm li se jgħin lill-Unjoni tibqa’ attur internazzjonali ewlieni bil-libertà li taġixxi fil-qasam spazjali. |
|
4.2.6.5. |
Il-KESE huwa konvint mill-ħtieġa li l-azzjonijiet kollha relatati mal-industrija (il-kompetittività, it-teknoloġiji kritiċi, is-sigurtà tal-katina tal-provvista, eċċ.) jiġu integrati bħala parti minn politika industrijali koerenti u għall-Ewropa kollha, f’kuntest ta’ dipendenza qawwija ħafna tal-industrija spazjali Ewropea minn swieq miftuħa limitati ħafna. |
|
4.2.6.6. |
Il-KESE jixtieq jenfasizza li l-ispazju huwa settur innovattiv u li qed jevolvi b’mod kostanti. Sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-attivitajiet spazjali Ewropej, l-iżvilupp tal-ħiliet professjonali jeħtieġ adattament u titjib kostanti. Peress li x-xejriet tar-reklutaġġ tal-industrija kienu b’saħħithom f’dawn l-aħħar snin, u huma mistennija li jibqgħu b’saħħithom fil-futur qrib, dan jeħtieġ li jiġi akkumpanjat aktar b’azzjonijiet konkreti bħall-istituzzjoni ta’ Akkademja Spazjali tal-UE. |
4.2.7.
|
4.2.7.1. |
Il-KESE jaqbel li s-sħubijiet u l-impriżi konġunti ma’ reġjuni, entitajiet u partijiet terzi oħra tal-istess fehma huma essenzjali biex jiġi żgurat użu sigur, sostenibbli u affidabbli tal-kapaċitajiet ibbażati fl-ispazju. |
|
4.2.7.2. |
Peress li l-kooperazzjoni hija kruċjali, il-KESE jwissi li l-preservazzjoni tas-sovranità u l-awtonomija Ewropea bilfors trid tiġi inkluża, u għandhom jiġu promossi l-kollaborazzjoni u l-interoperabbiltà bħala regoli komuni u b’reċiproċità u benefiċċju reċiproku mal-Istati Uniti u partijiet terzi oħra tal-istess fehma. |
Brussell, it-12 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) B’konformità mal-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027” (COM(2022) 57 final — 2022/0039 (COD)) kif ukoll dwar “Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Approċċ tal-UE għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fl-Ispazju — Kontribuzzjoni tal-UE li tindirizza sfida globali” (JOIN(2022) 4 final) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 172); u dwar Spazju Ġdid
(2) B’mod partikolari l-impjieg tan-nisa.
(3) COM(2021) 70 final.
(4) Kif enfasizzat fl-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni” (COM(2022) 349 final) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 168).
(5) Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164).
(6) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).
(7) B’konformità mal-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027” (COM(2022) 57 final — 2022/0039 (COD)) kif ukoll dwar “Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Approċċ tal-UE għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fl-Ispazju — Kontribuzzjoni tal-UE li tindirizza sfida globali” (JOIN(2022) 4 final) (ĠU C 486, 21.12.2022, p. 172); u dwar Spazju Ġdid.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/161 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta’ depożitu li jikkontribwixxi għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja”
(COM(2023) 225 final)
dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni”
(COM(2023) 226 final — 2023/0111 (COD))
dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-miżuri ta’ intervent bikri, il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni”
(COM(2023) 227 final — 2023/0112 (COD))
dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ ċerti aspetti tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli”
(COM(2023) 229 final — 2023/0113 (COD))
(2023/C 349/24)
|
Relatur: |
Giuseppe GUERINI |
|
Korelatur: |
Christophe LEFÈVRE |
|
Konsultazzjoni |
8.12.2022, ittra mill-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Kooperazzjoni Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 23.6.2023 (COM(2023) 229 final, 11.7.2023 COM(2023) 226 final), 11.7.2023 (COM(2023) 227 final) Parlament Ewropew, 12.6.2023 (COM(2023) 229 final), 10.7.2023 (COM(2023) 226 final u 227 final), Kummissjoni Ewropea, 2.6.2023 (COM(2023) 225 final) |
|
Bażi legali |
Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
27.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
175/0/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE japprezza l-inizjattiva komprensiva tal-Kummissjoni biex titlesta l-leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni tad-depożiti (CMDI), peress li l-avvanz tal-Unjoni Bankarja huwa pass ewlieni lejn it-tisħiħ tas-suq uniku Ewropew fl-interess tad-depożitanti u l-kontribwenti. |
|
1.2. |
Il-KESE jemmen li l-kriżijiet bankarji reċenti fl-Istati Uniti tal-Amerka jixħtu dawl fuq l-importanza li t-trażżin tar-riskju ta’ kontaġju u t-telf ta’ fiduċja tal-investituri u d-depożitanti jsir b’ħeffa, kif ukoll fuq il-ħtieġa għal flessibbiltà fir-rispons għall-kriżijiet bankarji. L-esperjenza reċenti turi wkoll l-importanza li jiġi organizzat it-trasferiment ta’ bank f’diffikultà għal bank ieħor kif suppost fi żmien qasir ħafna. |
|
1.3. |
Il-KESE japprezza li l-proposta tal-Kummissjoni estendiet il-protezzjoni tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti (SGD) għad-depożiti tal-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll il-fatt li l-Kummissjoni qed taħdem lejn armonizzazzjoni msaħħa tal-għodod għall-protezzjoni tad-depożiti fl-UE kollha. Peress li l-Fondi ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (DIFs) iffinanzjati u organizzati b’mod adegwat għandhom rwol fundamentali, l-armonizzazzjoni msaħħa proposta mill-Kummissjoni ċertament se tkun ta’ benefiċċju. |
|
1.4. |
Il-KESE jinnota li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni għar-riżoluzzjoni bankarja. Il-KESE jifhem bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni, il-kuntest, ir-raġunament regolatorju u l-objettivi fit-tul tiegħu. |
|
1.5. |
Jekk inħarsu lura lejn kriżijiet bankarji reċenti, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ approċċ prammatiku u flessibbli bbażat fuq il-partikolaritajiet tal-każijiet differenti inkwistjoni f’termini ta’: i) l-approċċ regolatorju; ii) l-għażla tal-aktar għodod effettivi disponibbli; iii) implikazzjonijiet prattiċi tal-azzjonijiet meħuda; iv) il-kooperazzjoni meħtieġa bejn il-partijiet interessati; v) il-ħeffa tal-eżekuzzjoni; u vi) in-natura tar-riżorsi finanzjarji għall-użu fl-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet magħżula għall-ġestjoni tal-kriżijiet. |
|
1.6. |
Il-KESE jemmen li r-riżoluzzjoni mhux dejjem tkun l-aktar soluzzjoni konvenjenti għall-protezzjoni sħiħa tal-ekosistemi ekonomiċi li fihom jopera bank f’diffikultà. Meta r-riżoluzzjoni tista’ fil-fatt tkun aktar għalja mil-likwidazzjoni, f’dak il-każ dawk il-banek għandhom jidħlu f’insolvenza. |
|
1.7. |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-valutazzjoni tal-interess pubbliku jista’ jiġi rfinat, b’adozzjoni ta’ approċċ aktar trasparenti u armonizzat fl-UE kollha. Waqt li jirrikonoxxi li l-kisba ta’ bilanċ bejn il-flessibbiltà u l-prevedibbiltà hija kompitu diffiċli ħafna għar-regolaturi, il-KESE jħeġġeġ lill-koleġiżlaturi biex isibu soluzzjonijiet li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-inċertezza legali. |
|
1.8. |
Il-KESE jqis li huwa meħtieġ li jinstab bilanċ adatt bejn formulazzjoni msaħħa tal-“valutazzjoni tal-interess pubbliku” u l-proporzjonalità tal-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-banek żgħar, ta’ daqs medju u lokali. L-espansjoni tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku biex tinkludi banek li għandhom rwol importanti reġjonalment xorta tħalli lok għal inċertezza fil-qafas attwali. |
|
1.9. |
Il-KESE jtenni l-importanza li jiġi rispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità sabiex jinkiseb regolament adatt biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu mingħajr ma ssir ħsara eċċessiva lill-interess tal-banek żgħar, ta’ daqs medju u lokali. Il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi kkunsidrat ukoll fl-applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku, speċjalment fir-rigward tal-banek lokali, li ma jippreżentawx riskju għall-istabbiltà finanzjarja. |
|
1.10. |
Waqt li jirrikonoxxi l-kompetenzi differenti bejn ir-regolamentazzjoni bankarja u r-regolamentazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-KESE jemmen li l-pakkett kollu tas-CMDI għandu jiġi kkoordinat b’mod adegwat mar-reviżjoni mistennija tal-Komunikazzjoni tal-2013 dwar l-għajnuna mill-Istat (1) fis-settur bankarju. Inkella, hemm riskju ta’ implimentazzjoni ta’ proposti li huma potenzjalment inkonsistenti mal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, li jwassal għal imprevedibbiltà u inċertezza legali. |
|
1.11. |
Il-Kummissjoni kkonċentrat fuq it-tisħiħ tal-għodda tal-istrateġija ta’ trasferiment bl-użu tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti bil-possibbiltà li jintlaħaq il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, soġġett għal salvagwardji adegwati. Dan jista’ jkun pass lejn Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti iżda l-ineffiċjenzi se jkomplu jeżistu sakemm titlesta l-Unjoni Bankarja peress li s-suq se jkun għadu frammentat. |
2. Kuntest u konsultazzjoni mal-KESE minn Spanja
|
2.1. |
Il-gvern Spanjol talab Opinjoni esploratorja mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-proposta tal-Unjoni Bankarja, li tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq il-ħtieġa li tiġi promossa applikazzjoni usa’ tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku applikata biex tinkludi l-banek, speċjalment il-banek żgħar u ta’ daqs medju, fil-proċedura ta’ riżoluzzjoni armonizzata f’każ ta’ kriżi. |
|
2.2. |
Fit-18 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ħarġet erba’ proposti leġiżlattivi differenti biex issaħħaħ il-qafas eżistenti tas-CMDI tal-UE, b’enfasi fuq banek iżgħar u ta’ daqs medju (2). |
|
2.3. |
Skont il-Kummissjoni, “l-esperjenza wriet li ħafna banek ta’ daqs medju u iżgħar li jfallu jkunu ġew ġestiti b’soluzzjonijiet barra mill-qafas ta’ riżoluzzjoni” (3), li xi drabi jinvolvu l-użu ta’ “flus il-kontribwenti minflok ir-riżorsi interni meħtieġa tal-bank jew xbieki ta’ sikurezza privati ffinanzjati mill-industrija (skemi ta’ garanzija tad-depożiti u fondi ta’ riżoluzzjoni)” (4), u b’hekk jinħoloq impatt negattiv qawwi fuq l-ekonomija u fuq il-perċezzjoni tas-soċjetà. |
|
2.4. |
Għalhekk, ir-regoli l-ġodda proposti jippermettu lill-awtoritajiet jagħmlu użu mir-riżoluzzjoni bħala komponent ewlieni tas-sett ta’ għodod għall-ġestjoni tal-kriżijiet, filwaqt li jenfasizzaw li r-riżoluzzjoni tista’ tkun inqas ta’ tfixkil mil-likwidazzjoni għall-klijenti peress li jżommu l-aċċess għall-kontijiet tagħhom u l-funzjonijiet kritiċi tal-bank jiġu ppreservati. |
|
2.5. |
Il-proposti tal-Kummissjoni jiffaċilitaw ukoll l-użu ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi biex jipproteġu lid-depożitanti milli jġarrbu telf, f’każ li dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat kontaġju lil banek oħra u ħsara aktar mifruxa għall-komunitajiet u l-ekonomija. Billi sserraħ fuq xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija (bħal skemi ta’ garanzija tad-depożiti u fondi ta’ riżoluzzjoni), il-proposta tipprova wkoll tippreserva l-flus tal-kontribwenti f’każ ta’ kriżijiet bankarji. |
|
2.6. |
Il-livell ta’ kopertura ta’ EUR 100 000 għal kull depożitant u bank, kif stabbilit fid-Direttiva dwar l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti, huwa kkonfermat għad-depożitanti kollha eliġibbli tal-UE u se jiġi estiż għal entitajiet pubbliċi bħal sptarijiet, skejjel u muniċipalitajiet, kif ukoll għal flus tal-klijenti ddepożitati f’ċerti tipi ta’ fondi tal-klijenti (jiġifieri minn kumpaniji ta’ investiment, istituzzjonijiet ta’ pagament u istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi). Il-proposta tal-Kummissjoni tipprova wkoll tarmonizza l-istandards tal-protezzjoni tad-depożitanti fl-UE kollha. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jikkondividi l-objettivi tal-proposti leġiżlattivi maħruġa mill-Kummissjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-depożiti tal-banek f’każ ta’ kriżi. |
|
3.2. |
Il-KESE japprezza l-inizjattiva komprensiva tal-Kummissjoni biex titlesta l-leġiżlazzjoni CMDI, peress li l-avvanz tal-Unjoni Bankarja huwa pass kruċjali lejn it-tisħiħ tas-suq uniku Ewropew fl-interessi tad-depożitanti u l-kontribwenti. Barra minn hekk, it-tlestija tal-Unjoni Bankarja hija kruċjali sabiex tinkiseb Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina li tkun kapaċi tiżgura stabbiltà finanzjarja u ġestjoni tajba tal-kriżijiet f’każ ta’ bżonn. |
|
3.3. |
Kif iddikjarat f’Opinjonijiet preċedenti (5), il-KESE jemmen li t-tisħiħ tal-qafas eżistenti tas-CMDI huwa kruċjali. Dan intwera b’mod ċar mill-każijiet reċenti ta’ kriżijiet bankarji fl-Istati Uniti u l-każ ta’ Credit Suisse, bl-implikazzjonijiet negattivi mifruxa tagħhom għall-istabbiltà tas-sistema bankarja fl-Istati Uniti u l-Iżvizzera, kif ukoll fuq is-swieq finanzjarji internazzjonali b’mod ġenerali u s-settur bankarju b’mod partikolari. Fl-UE, għad m’għandniex garanzija ta’ kontinġenza ta’ likwidità fi proċess ta’ riżoluzzjoni. |
|
3.4. |
Il-KESE jemmen li l-każijiet ta’ kriżijiet bankarji msemmija hawn fuq jenfasizzaw, għal darb’oħra, l-importanza tal-ħeffa fit-trażżin tal-ħsara, u b’mod speċjali r-riskju ta’ kontaġju, kif ukoll il-ħtieġa għal flessibbiltà fir-rispons għall-kriżijiet bankarji. Intwera wkoll ir-rwol deċiżiv ta’ garanzija ta’ kontinġenza tal-likwidità li tkopri l-ħtiġijiet immedjati ta’ likwidità u li tipprovdi ż-żmien biex tiġi żviluppata strateġija ta’ riżoluzzjoni vijabbli. |
|
3.5. |
Il-KESE jemmen li l-esperjenza reċenti tenfasizza wkoll l-importanza li jiġi organizzat it-trasferiment ta’ bank f’diffikultà għal bank ieħor kif suppost fi żmien qasir ħafna. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li l-qafas regolatorju jipprovdi l-kundizzjonijiet it-tajba għal trasferimenti bħal dawn, peress li dawn jeħtieġ li jsiru mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri tas-soltu ta’ diliġenza dovuta u l-implikazzjonijiet tat-tranżazzjoni huma enormi u inċerti. Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba s’issa wriet li hemm bżonn ta’ reġim speċjali ġenerali meta jiġi akkwistat bank li jkun għaddej minn riżoluzzjoni, li jiffaċilita l-integrazzjoni tal-bank fil-grupp il-ġdid bl-aktar mod effiċjenti. |
|
3.6. |
L-integrazzjoni u l-ġestjoni ta’ bank riżolt huwa proċess kumpless u l-passi u r-rekwiżiti regolatorji jeħtieġ li jiġu ssemplifikati. L-awtoritajiet differenti involuti jridu jkunu jistgħu jikkoordinaw b’mod adegwat ir-rwoli rispettivi tagħhom fi ħdan il-proċessi regolatorji jew fil-proċeduri ta’ approvazzjoni aċċellerati tal-miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jiġi żgurat li tali trasferimenti jistgħu jseħħu wkoll bejn il-fruntieri fl-UE, kull meta jkun meħtieġ. |
|
3.7. |
Il-KESE japprezza li l-Kummissjoni estendiet il-protezzjoni tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti għad-depożiti tal-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll il-fatt li l-Kummissjoni qed taħdem lejn armonizzazzjoni msaħħa tal-għodod għall-protezzjoni tad-depożiti fl-UE kollha. Billi tipproteġi kemm lill-faddala privati kif ukoll pubbliċi u lid-depożitanti fil-livell tal-konsumatur f’każ ta’ falliment ta’ bank, l-assigurazzjoni tad-depożiti timminimizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tad-depożiti u ttaffi r-riskju ta’ kontaġju. Il-KESE jqis li din l-assigurazzjoni tad-depożiti għandha tiġi aġġustata f’ċerti każijiet sabiex jitqiesu d-depożitanti f’sitwazzjoni ekonomika fraġli bħall-persuni b’diżabilità jew il-persuni b’mard fit-tul. Peress li l-Fondi ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti ffinanzjati u organizzati b’mod adegwat huma fundamentali, l-armonizzazzjoni msaħħa proposta mill-Kummissjoni ċertament se tkun ta’ benefiċċju. |
|
3.8. |
Il-KESE jinnota li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riżoluzzjoni, jekk din is-soluzzjoni titqies bħala konformi mal-“interess pubbliku”. Il-likwidazzjoni tista’ sseħħ biss jekk: (i) tista’ tissodisfa – b’mod aktar effettiv mir-riżoluzzjoni – l-objettivi li d-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek tistabbilixxi għar-riżoluzzjoni nnifisha; u (ii) ma jkunx hemm bżonn li jintużaw fondi pubbliċi. |
|
3.9. |
Il-KESE jifhem bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni, ir-raġunament regolatorju u l-objettivi fit-tul tagħha. Fl-istess waqt, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ approċċ prammatiku – kif urew il-kriżijiet bankarji tal-Istati Uniti dan l-aħħar – rigward l-approċċ regolatorju, l-għażla tal-aktar għodod effettivi disponibbli, l-implikazzjonijiet prattiċi tal-azzjonijiet meħuda; il-kooperazzjoni meħtieġa bejn il-partijiet interessati; il-ħeffa tal-eżekuzzjoni, u finalment, ir-riżorsi finanzjarji għall-użu fl-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet magħżula għall-ġestjoni tal-kriżijiet. |
|
3.10. |
Il-KESE jemmen li r-riżoluzzjoni mhux dejjem tkun l-aktar soluzzjoni konvenjenti għall-protezzjoni sħiħa tal-ekosistemi ekonomiċi li fihom jopera bank f’diffikultà, speċjalment bank ta’ daqs żgħir jew medju. Ta’ min jinnota li, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ banek żgħar u ta’ daqs medju, ir-riżoluzzjoni tista’ fil-fatt tkun aktar għalja minn forom oħra ta’ intervent, speċjalment fil-livell lokali – ħafna drabi limitat – fejn jopera l-bank. F’dan ir-rigward, il-KESE jissuġġerixxi li s-sehem tas-suq ta’ banek ta’ daqs medju, żgħir u lokali mingħajr ebda attività transkonfinali jista’ jiġi evalwat b’referenza għas-sehem tas-suq nazzjonali globali u mhux fuq bażi reġjonali fi ħdan l-Istati Membri. |
|
3.11. |
Il-KESE jemmen li l-pakkett kollu tas-CMDI għandu jiġi kkoordinat b’mod adegwat mar-reviżjoni mistennija tal-Komunikazzjoni tal-2013 dwar l-għajnuna mill-Istat (6) fis-settur bankarju, li kellha rwol ewlieni biex ingħata lok għan-nuqqas ta’ prevedibbiltà attwali rigward liema riżoluzzjoni għandha tiġi attivata jew le. L-adozzjoni tal-proposti regolatorji tas-CMDI mingħajr għarfien tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tista’ tfisser li jiġu implimentati proposti li huma potenzjalment inkonsistenti mal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
3.12. |
Bħala kumment ġenerali, il-KESE jtenni l-importanza li jiġi rispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità sabiex jinkiseb regolament adatt biex jissodisfa l-objettivi tiegħu mingħajr ma jagħmel ħsara eċċessiva lill-interessi tal-banek żgħar, ta’ daqs medju u lokali. Il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi kkunsidrat ukoll fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku, speċjalment fir-rigward tal-banek lokali, li ma jippreżentawx riskju għall-istabbiltà finanzjarja. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-valutazzjoni tal-interess pubbliku tista’ tiġi rfinata, b’approċċ aktar trasparenti u armonizzat fl-UE kollha. Għalkemm jirrikonoxxi li l-kisba ta’ bilanċ bejn il-flessibbiltà u l-prevedibbiltà hija tassew kompitu diffiċli ħafna għar-regolaturi, il-KESE jinnota li l-proposti leġiżlattivi inkwistjoni ma jidhrux li jeliminaw kompletament l-ammont konsiderevoli ta’ diskrezzjoni mogħtija preċedentement lill-awtoritajiet involuti, u jħallu xi inċertezza legali. |
|
4.2. |
Il-KESE jqis li huwa meħtieġ li jinstab bilanċ adatt bejn formulazzjoni msaħħa tal-“kriterju tal-interess pubbliku” u l-proporzjonalità tal-applikazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ banek żgħar u lokali. L-espansjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni tal-interess pubbliku biex tinkludi banek li għandhom rwol importanti reġjonalment xorta tħalli xi inċertezza fil-qafas attwali. |
|
4.3. |
Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Valutazzjoni tal-Interess Pubbliku jidher usa’ minn dak tar-regoli preċedenti sabiex tiġi inkluża firxa usa’ ta’ każijiet milli fil-passat, il-KESE jqis li huwa kruċjali li t-test tal-inqas kost (jiġifieri, piż aktar baxx f’interventi preventivi/alternattivi tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti fir-rigward tal-ħlas) jopera b’mod effiċjenti biex jiżgura biżżejjed spazju għall-immanuvrar fejn il-kundizzjonijiet huma fis-seħħ biex jipprevjenu/inaqqsu l-eskalazzjoni tal-kriżi bl-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni alternattiva. |
|
4.4. |
Il-KESE jenfasizza l-inċertezza mqajma mill-proposti leġiżlattivi fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kompetenzi, speċjalment fir-rigward ta’ kif is-setgħat u r-responsabbiltajiet ser jitqassmu fost l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej potenzjalment involuti fil-proċess kumpless tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji. F’kuntest bħal dan, il-ħeffa tal-eżekuzzjoni hija kruċjali, kif intwera reċentement minn diversi każijiet kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti. |
|
4.5. |
Għalhekk, il-KESE josserva li r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jiġi stabbilit u applikat abbażi tad-daqs u l-profil tar-riskju speċifiku tal-banek ikkonċernati, bl-għan doppju li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost banek sinifikanti b’operattività komparabbli, minn naħa waħda, u l-protezzjoni tal-mudell ta’ negozju speċifiku mħaddan minn banek żgħar u lokali, kif ukoll minn banek li joperaw f’setturi/industriji speċifiċi u ddedikati, min-naħa l-oħra. |
|
4.6. |
Fir-rigward tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, l-allegata proporzjonalità fid-definizzjoni tar-rekwiżit imħaddan mill-Kummissjoni Ewropea għadha mhix ċara. Ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli dejjem ikun jikkonsisti, bħal fil-każ tal-banek li diġà jkunu adottaw ir-rekwiżit, f’riżerva kapitali addizzjonali meħtieġa biex tkopri kwalunkwe telf, li magħha jiżdied ammont għar-rikapitalizzazzjoni. Il-KESE jqis li huwa importanti li r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli jiġi adattat għad-diversi daqsijiet ta’ banek u mudelli ta’ negozju. |
|
4.7. |
Il-KESE jinnota li r-rwol tal-banek fl-UE kif ukoll il-karatteristiċi u l-mudelli kummerċjali differenti tagħhom, li jiżguraw sistema bankarja Ewropea aktar b’saħħitha u diversifikata, għandhom jissaħħu u jiġu ppreżervati fl-UE kollha. Ir-regoli bankarji għandhom jikkunsidraw kif dovut il-ħtieġa tat-tkabbir ekonomiku reali u l-impatt fit-tul tiegħu fuq it-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, kif ukoll l-impatt soċjali tiegħu fuq l-impjieg. F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li huwa ferm aħjar li jinħolqu kundizzjonijiet u għodod għall-prevenzjoni u l-evitar ta’ kriżi milli li jsir intervent b’operazzjonijiet ta’ salvataġġ wara, kull meta tali għażliet ikunu possibbli u disponibbli. |
|
4.8. |
Interventi bikrija ħafna drabi jistgħu jkunu effettivi u irħas mir-riżoluzzjoni. Il-proċeduri għal miżuri preventivi u alternattivi huma stabbiliti fid-Direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u ġestiti mill-SGD nazzjonali skont regoli armonizzati u salvagwardji eżistenti f’diversi Stati Membri tal-UE. Għandu jiġi implimentat rieżami tal-ġerarkija tal-kredituri, sabiex jippermetti test tal-inqas kost li jiffunzjona tajjeb u, bħala konsegwenza, l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri. Huwa importanti wkoll li tinkiseb armonizzazzjoni Ewropea jew għall-inqas li jiġu żviluppati linji gwida għal kalkoli skont il-“prinċipju tal-inqas spiża”. |
|
4.9. |
L-SGD nazzjonali u l-iskemi ta’ garanzija huma komponent ewlieni tax-xibka ta’ sikurezza pprovduta mill-qafas tal-UE għas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja u biex tikber il-fiduċja fis-suq. Għal din ir-raġuni, l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti għandu jkollhom rwol akbar, irrispettivament min-natura legali privata jew pubblika tagħhom jew min-natura volontarja jew obbligatorja tal-kontribuzzjonijiet li jiffurmaw ir-riżorsi tagħhom. Dak li huwa importanti huwa l-funzjoni pubblika tagħhom u l-approċċ strett tas-suq li jsegwu biex jagħmlu għażliet taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
|
4.10. |
Ir-rwol tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti wera li huwa partikolarment importanti għall-banek żgħar u ta’ daqs medju (l-inqas istituzzjonijiet sinifikanti) li għandhom kapaċità limitata ta’ aċċess għas-suq biex joħorġu strumenti eliġibbli għar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. Ta’ min jinnota li diversi banek, inklużi dawk żgħar u lokali, urew il-kapaċità li jimplimentaw b’mod effettiv miżuri preventivi li jistgħu jindirizzaw il-kriżijiet kif suppost. |
|
4.11. |
Bħalma ġie msemmi f’għadd ta’ Opinjonijiet preċedenti (7), il-KESE jtenni li l-“ekosistema” finanzjarja u bankarja Ewropea għandha tkun diversifikata, sostenibbli u kapaċi tirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-banek żgħar u ta’ daqs medju fil-livell lokali, ir-rilevanza ġenerali tagħhom fil-livell nazzjonali u l-valur miżjud li tali banek joħolqu favur il-komunitajiet lokali, kif ukoll l-effett pożittiv għas-soċjetà kollha ta’ kompetenza akbar fis-settur bankarju. Ir-rwol tal-Banek tal-Kreditu Kooperattivi (8), il-“banek etiċi” u l-livell lokali jew settorjali, bħal fil-każ tal-banek kooperattivi u l-banek etiċi għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali, huwa deċiżiv f’dan ir-rigward u f’konformità mal-prinċipju tal-ekonomija soċjali tas-suq minqux fit-Trattati tal-UE. |
|
4.12. |
Min-naħa l-oħra, ir-rwol ta’ gruppi bankarji transfruntiera akbar għandu jiġi rikonoxxut ukoll peress li, meta jkunu organizzati bħala sussidjarji, huma jipprovdu diversifikazzjoni aħjar, huma inqas dipendenti mill-istituzzjonijiet prinċipali u jippermettu separazzjoni aktar faċli tas-sussidjarji mill-grupp, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ kontaġju u tiżdied l-istabbiltà. Il-banek internazzjonali Ewropej huma ta’ importanza kritika biex jikkontribwixxu għall-internazzjonalizzazzjoni tal-kumpaniji Ewropej. |
|
4.13. |
Il-KESE jappella għal koordinazzjoni adatta bejn ir-regoli tal-Unjoni Bankarja dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-qafas tal-assigurazzjoni tad-depożiti, minn naħa, u l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fl-Artikolu 107 tat-TFUE (9) min-naħa l-oħra. Din il-koordinazzjoni għandha tevita l-inċertezza legali u t-trattament legali differenti bejn il-banek li jinsabu fl-UE kollha. Il-prinċipju stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li skemi ffinanzjati minn fondi privati ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE (Tercas) għandu jiġi kkunsidrat b’mod adegwat f’dan ir-rigward (10). |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-komunikazzjoni dwar il-banek”) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(2) COM(2023) 226 final, COM(2023) 227 final, COM(2023) 228 final u COM(2023) 229 final.
(3) Stqarrija għall-istampa, 18 ta’ April 2023, Kummissjoni Ewropea.
(4) Stqarrija għall-istampa, 18 ta’ April 2023, Kummissjoni Ewropea.
(5) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tat-trattament prudenzjali ta’ gruppi ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti bi strateġija ta’ riżoluzzjoni b’punti multipli ta’ dħul u metodoloġija għas-sottoskrizzjoni indiretta ta’ strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli” (COM(2021) 665 final — 2021/0343 (COD)) (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 111) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tlestija tal-Unjoni Bankarja” (COM(2017) 592 final) (ĠU C 237, 6.7.2018, p. 46).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-komunikazzjoni dwar il-banek”) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(7) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Kunsiderazzjonijiet addizzjonali dwar Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-Żona tal-Euro (COM(2021) 742 final) (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 75, 28.02.2023, p. 43) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti” (COM(2015) 586 final – 2015/0270 (COD)) (ĠU C 177, 18.5.2016, p. 21).
(8) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-promozzjoni ta’ Unjoni Bankarja aktar inklużiva u sostenibbli billi jittejjeb il-kontribut tal-banek tal-Komunità għall-iżvilupp lokali u għall-bini ta' sistema finanzjarja internazzjonali u Ewropea soċjalment responsabbli” — (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 364, 28.10.2020, p. 14).
(10) Sentenza fil-Kawża C-425/19 P
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/167 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti”
(COM (2023) 208 final) — 2023/0108 (COD)
u dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tad-detezzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà”
(COM(2023) 209 final) — 2023/0109 (COD)
(2023/C 349/25)
|
Relatur: |
Dumitru FORNEA |
|
Korelatur: |
Alberto MAZZOLA |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 1.6.2023 |
|
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 7.6.2023 |
|
Bażi legali |
Artikoli 114, 173(3) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
174/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-proposta għal Regolament (1) u jqis li l-koordinazzjoni tal-UE hija vitali biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni attwali tas-suq u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi tal-UE bl-għan li jittejbu l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-kapaċità ta’ rispons għat-theddid ċibernetiku. Il-KESE jirrakkomanda li l-proposta tagħti aktar attenzjoni lir-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, b’konformità mal-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). |
|
1.2. |
Il-Kumitat jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam taċ-ċibersigurtà u jenfasizza li rispons komprensiv għall-inċidenti ċibernetiċi għandu jinkludi mhux biss il-kapaċitajiet u l-proċessi, iżda wkoll l-elementi tal-hardware u tas-software. Madankollu, il-KESE huwa kontra d-diversi setgħat ta’ implimentazzjoni proposti mir-Regolament, speċjalment peress li ċ-ċibersigurtà tibqa’ prerogattiva tal-Istati Membri. |
|
1.3. |
Hija meħtieġa strateġija fuq terminu medju għall-kisba ta’ awtonomija strateġika f’teknoloġiji ewlenin u f’setturi kritiċi, li tappoġġja lill-kumpaniji bbażati fl-UE hekk kif jistabbilixxu faċilitajiet ta’ riċerka u produzzjoni. Il-KESE jenfasizza l-importanza kruċjali tal-akkwist ta’ teknoloġija tal-UE biss biex iċ-ċentri nazzjonali tal-operazzjonijiet tas-sigurtà (SOCs) jiġu mgħammra b’teknoloġiji avvanzati. |
|
1.4. |
Il-KESE jinsab imħasseb li ma ġiet adottata l-ebda skema taċ-ċibersigurtà u li l-ebda prodott għadu ma ġie ċċertifikat b’mod ċibernetiku erba’ snin wara l-adozzjoni tal-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà (2). Huwa jirrakkomanda l-involviment tal-aġenziji settorjali tal-UE (3) fl-iżvilupp ta’ skemi taċ-ċibersigurtà, u l-adozzjoni ta’ standard minimu tal-UE f’kollaborazzjoni mas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI, inkluż għall-apparati tal-“Internet of People” (IoP) u l-Internet tal-Oġġetti (IoT). |
|
1.5. |
Il-KESE jirrikonoxxi r-rwol imsaħħaħ propost għall-ENISA u jappella għal persunal deżinjat u allokazzjoni baġitarja adegwata għall-attivitajiet addizzjonali kollha biex l-ENISA tkun tista’ taqdi r-rwol strateġiku sinifikanti tagħha f’konformità mal-ambizzjonijiet taċ-ċibersigurtà tal-UE. |
|
1.6. |
L-Istati Membri għandhom jilħqu kunsens dwar l-adozzjoni ta’ approċċ olistiku taċ-ċibersigurtà li jinkludi persunal imħarreġ, proċessi implimentati b’mod konsistenti u teknoloġiji xierqa tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, b’enfasi speċifika fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-settur privat. Rabtiet u kooperazzjoni b’saħħithom bejn is-settur tad-difiża u dak privat huma vitali. |
|
1.7. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-infrastruttura futura tal-IT għandhom jippermettu interoperabbiltà bla xkiel bejn is-sistemi nazzjonali u t-Tarka Ċibernetika tal-UE. L-SOCs nazzjonali jridu jkunu ppreparati wkoll biex iwettqu testijiet tal-istress nazzjonali fuq l-infrastruttura kritika u jikkondividu r-riżultati fit-Tarka Ċibernetika tal-UE. |
|
1.8. |
Il-Kumitat jipproponi li l-SOC ta’ koordinazzjoni ta’ kull konsorzju għandu jkollu mandat ta’ sena fi ħdan sistema komuni ta’ rotazzjoni. Il-finanzjament tal-UE għall-Konsorzju tal-Ospitanti għandu jkopri 100 % tal-ispejjeż tal-akkwist għall-għodod u l-infrastruttura, u 50 % tal-ispejjeż operattivi (għall-kuntrarju tal-proporzjon propost ta’ 75 %-50 %). |
|
1.9. |
Peress li n-nuqqas ta’ ħiliet fiċ-ċibersigurtà żdied f’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat jilqa’ l-inizjattiva tal-Akkademja għall-Ħiliet taċ-Ċibersigurtà u jqis li huma meħtieġa indikaturi li jkejlu l-progress fit-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-ħiliet taċ-ċibersigurtà. |
|
1.10. |
Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni Ewropea ma pprovdietx stima preċiża tal-ispejjeż għall-programmi meħtieġa, it-teknoloġiji tal-analitika tad-data u l-proġetti ta’ żvilupp tal-infrastruttura. Huwa jqis li s-sorsi ta’ finanzjament proposti fil-livell tal-UE mhumiex adegwati u jħeġġeġ l-esplorazzjoni ta’ sorsi addizzjonali, inkluż il-ġbir flimkien ta’ riżorsi ta’ finanzjament privat. |
|
1.11. |
Il-proċedura deskritta biex jintalab appoġġ mir-Riżerva taċ-Ċibersigurtà tal-UE tidher li hija kajmana, u ma għandhiex skadenzi ċari għar-rispons. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa ta’ rispons rapidu f’każ ta’ inċident ċibernetiku. |
|
1.12. |
Il-KESE jitlob kjarifika mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-definizzjoni ta’ “ammont sinifikanti ta’ data” msemmija fl-Artikolu 6(2), punt (a) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll dwar il-“miri” msemmija fil-punt (c) tal-istess paragrafu. |
|
1.13. |
Il-Kumitat iqis li huwa kruċjali li l-UE tipparteċipa f’diskussjonijiet globali dwar l-istabbiliment ta’ strateġija internazzjonali taċ-ċibersigurtà. Huwa importanti ħafna li l-attakki ċibernetiċi jiġu investigati malajr u li l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli, inkluż permezz ta’ mezzi diplomatiċi f’każijiet mhux tal-UE. |
|
1.14. |
Il-KESE jinsab diżappuntat li l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ma jissemmewx darba fid-dokument u jenfasizza li l-kisba ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-entitajiet pubbliċi u privati tirrikjedi l-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE. |
|
1.15. |
Il-Kumitat jipproponi li r-rapport għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jiġi ppreżentat sentejn wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ (u mhux erbgħa kif propost mill-Kummissjoni), flimkien mal-valutazzjoni tal-impatt li għandha takkumpanja dan ir-Regolament. Il-KESE jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu implimentati kemm miżuri ta’ prestazzjoni preċiżi li jiffukaw fuq il-kisba ta’ eżiti kif ukoll Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) li jevalwaw ir-riżultati. |
2. Kummenti introduttorji
|
2.1. |
Il-bidla kostanti, l-anonimità u n-nuqqas ta’ konfini fiċ-ċiberspazju jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll riskji għall-funzjonament tas-soċjetà tal-informazzjoni fil-livell individwali, statali u tranżnazzjonali. |
|
2.2. |
B’potenzjal ċar ta’ tixrid rapidu ta’ inċidenti ċibernetiċi minn Stat Membru għal ieħor, l-UE qed tiffaċċja riskji dejjem akbar għaċ-ċibersigurtà u xenarju kumpless ta’ perikli. Il-koordinazzjoni tal-UE hija essenzjali sabiex tingħeleb il-frammentazzjoni eżistenti u tiġi promossa kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri. |
|
2.3. |
Is-suq uniku tal-UE jeħtieġ interpretazzjoni u implimentazzjoni omoġenji tar-regoli dwar iċ-ċibersigurtà, anke jekk għandhom jiġu pprovduti approċċi differenti għal setturi differenti minħabba l-mod kif jiffunzjonaw. |
|
2.4. |
Għal rispons fil-pront u effiċjenti għal kwalunkwe inċident taċ-ċibersigurtà, huwa kruċjali li jkun hemm sistema rapida għall-iskambju ta’ informazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati sinifikanti kollha fil-livell nazzjonali u tal-UE. Dan, min-naħa tiegħu, jeħtieġ fehim ċar tar-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull parti. |
|
2.5. |
Il-Kumitat jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam taċ-ċibersigurtà u japprezza l-għadd kbir ta’ komunikazzjonijiet u proposti li jiffukaw fuq il-bini ta’ qafas tal-UE aktar b’saħħtu, kooperazzjoni msaħħa, reżiljenza u bini ta’ deterrenza. L-Ewropa tirrikjedi teknoloġija ċibernetika avvanzata, b’rabta qawwija bejn is-settur tad-difiża u dak privat, sabiex timmobilizza l-baġits tad-difiża u tibni prodotti ċibernetiċi kemm għall-użu militari kif ukoll ċivili. Il-Kumitat jenfasizza li r-rispons meħtieġ f’każ ta’ inċidenti ċibernetiċi għandu jkopri mhux biss il-kapaċitajiet u l-proċessi, iżda wkoll l-aspetti tal-hardware u tas-software. |
|
2.6. |
Din il-proposta għal Regolament timplimenta wkoll l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà, li ġiet adottata f’Diċembru 2020 u ħabbret l-istabbiliment ta’ Tarka Ċibernetika Ewropea biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ detezzjoni tat-theddid taċ-ċibersigurtà u ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni madwar l-UE. |
|
2.7. |
Hekk kif it-Tarka Ċibernetika Ewropea qed tiġi żviluppata, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi kollaborazzjoni gradwali futura ma’ networks u pjattaformi responsabbli għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-komunità taċ-ċiberdifiża, f’kooperazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli. |
|
2.8. |
L-aggressjoni militari tar-Russja fl-Ukrajna wriet kif jistgħu jiġu eżegwiti operazzjonijiet ċibernetiċi offensivi bħala element kruċjali ta’ tattiċi ibridi li jinvolvu koerċizzjoni, destabbilizzazzjoni u tfixkil ekonomiku. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ r-Regolament propost, li għandu l-għan li jindirizza l-frammentazzjoni attwali tas-suq u jħaffef il-kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati Ewropej mis-settur privati u pubbliku sabiex jiġi pprevenut, identifikat u indirizzat aħjar it-theddid ċibernetiku. Ladarba jiġi implimentat, dan għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi Ewropej. |
|
3.2. |
Madankollu, għandu jiġi indikat li l-istess objettivi stabbiliti f’din il-proposta ġew enfasizzati fil-proposta dwar iċ-Ċiberunità Konġunta (4), jiġifieri aktar kooperazzjoni, tħejjija u reżiljenza tas-sistemi ċibernetiċi tal-UE. Għalkemm iċ-Ċiberunità kienet mistennija li tibda topera sa tmiem l-2022, din ma tissemmiex darba fil-proposta tal-Kummissjoni. |
|
3.3. |
L-ebda teknoloġija jew għodda unika ma tista’ tipprovdi protezzjoni sħiħa kontra t-theddid ċibernetiku; għalhekk, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar approċċ olistiku għas-sigurtà li jinvolvi persunal tas-sengħa, proċessi applikati b’mod konsistenti, u teknoloġiji xierqa tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. Trid issir enfasi fuq kooperazzjoni aħjar mas-settur privat. |
|
3.4. |
Il-KESE jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ma jissemmewx darba fid-dokument. Kooperazzjoni msaħħa bejn l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati ma tistax tinkiseb mingħajr l-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE. |
|
3.5. |
L-UE għandha tadotta strateġija fuq terminu medju lejn il-kisba ta’ awtonomija strateġika f’teknoloġiji ewlenin u setturi kritiċi, u l-KESE jirrakkomanda li l-kumpaniji bbażati fl-UE jiġu appoġġjati fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ riċerka u produzzjoni biex jappoġġjaw ekosistema ċibernetika awtonoma. Il-KESE diġà ssuġġerixxa li “l-UE jeħtieġ li tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq ġganti tat-teknoloġija mhux tal-UE billi tirdoppja l-isforzi tagħha biex tiżviluppa ekonomija diġitali sigura, inklużiva u bbażata fuq il-valuri” (5). |
|
3.6. |
Il-proposta biex tiġi stabbilita t-Tarka Ċibernetika Ewropea, li se tkun magħmula minn ċentri ta’ operazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali u transfruntiera (SOCs) u se tkun mgħammra b’teknoloġiji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, hija milqugħa tajjeb ħafna. Sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-katina tal-provvista kollha, is-soluzzjonijiet tal-SOC iridu mhux biss jissalvagwardjaw ir-riżorsi organizzattivi interni, iżda jippromovu wkoll skambji siguri u kooperazzjoni usa’ fi ħdan l-ekosistema. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-infrastruttura futura tal-IT iridu jippermettu interoperabbiltà sħiħa bejn is-sistemi nazzjonali u t-Tarka Ċibernetika tal-UE. |
|
3.7. |
Il-KESE jenfasizza l-aspett vitali tal-akkwist ta’ teknoloġija bbażata biss fl-Ewropa biex il-membri tat-Tarka taċ-Ċibersigurtà tal-UE jiġu mgħammra b’teknoloġiji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. L-UE ma tistax tissogra li takkwista teknoloġiji ċibernetiċi kritiċi minn kumpaniji barranin u huwa “fl-interess strateġiku tal-UE li tiżgura li l-Unjoni żżomm u tiżviluppa l-kapaċitajiet essenzjali biex tiggarantixxi l-ekonomija diġitali, is-soċjetà u d-demokrazija tagħha, biex tikseb sovranità diġitali sħiħa bħala l-uniku mod biex tipproteġi t-teknoloġiji kritiċi u biex tipprovdi servizzi taċ-ċibersigurtà ewlenin effettivi” (6). |
|
3.8. |
Il-Kumitat iqis li l-proporzjon propost għall-finanzjament tal-akkwist ta’ tagħmir għall-SOCs nazzjonali (50 % minn finanzjament nazzjonali u 50 % minn finanzjament tal-UE), li jinvolvi bilanċ ugwali ta’ fondi nazzjonali u tal-UE, huwa adegwat. Huwa meħtieġ sforz konġunt biex jiġi żgurat tagħmir xieraq ta’ teknoloġija avvanzata u l-funzjonament koordinat tan-network tal-SOC. |
|
3.9. |
L-SOCs nazzjonali jridu jiffukaw fuq l-istabbiliment ta’ protokolli komprensivi ta’ evalwazzjoni u ttestjar tas-sigurtà u għandhom iwettqu valutazzjonijiet perjodiċi. Sabiex jevalwaw u jsaħħu r-reżiljenza għal attakki ċibernetiċi potenzjali, għandhom ikunu lesti wkoll li jwettqu testijiet tal-istress nazzjonali fuq infrastruttura kritika. Ir-riżultati jridu jiġu kondiviżi fit-Tarka Ċibernetika Ewropea u huma meħtieġa sforzi konġunti biex jiġu vvalutati l-problemi eżistenti, biex tiġi aġġornata l-gwida dwar kwistjonijiet ta’ rapportar, u biex il-kwistjonijiet jiġu indirizzati b’mod effettiv. |
|
3.10. |
Il-KESE jinsab imħasseb li l-ebda skema taċ-ċibersigurtà ma ġiet adottata mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u l-ebda prodott għadu ma ġie ċċertifikat b’mod ċibernetiku erba’ snin wara l-adozzjoni tal-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà. L-aġenziji settorjali tal-UE għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-iżvilupp tal-iskemi taċ-ċibersigurtà tal-UE u għandu jiġi adottat standard minimu Ewropew, f’kooperazzjoni mas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI, inkluż għall-apparati tal-IoP u l-IoT. |
|
3.11. |
Ix-xjenza tal-kompjuter u ċ-ċibersigurtà jridu jiġu inklużi fil-kurrikuli tal-iskejjel primarji u sekondarji fl-Istati Membri kollha. Peress li n-nuqqas ta’ ħiliet fiċ-ċibersigurtà żdied f’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat iqis li huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati inċentivi potenzjali biex tiġi appoġġjata din l-inizjattiva. Il-Kumitat jilqa’ l-inizjattiva tal-Akkademja għall-Ħiliet taċ-Ċibersigurtà u jqis li huma meħtieġa indikaturi li jkejlu l-progress fit-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-ħiliet taċ-ċibersigurtà. |
|
3.12. |
L-ekonomija diġitali dinjija qed tiffaċċja theddida li qed tikber ta’ attakki ċibernetiċi sakemm ma jkunx hemm kooperazzjoni internazzjonali msaħħa fost il-pajjiżi, l-industrija u l-esperti biex jiġu stabbiliti definizzjonijiet u soluzzjonijiet komuni għaċ-ċibersigurtà. Il-kooperazzjoni internazzjonali hija vitali sabiex wieħed jifhem ir-riskji ċibernetiċi u n-natura li qed tinbidel tal-attakki ċibernetiċi globali, u b’hekk tiġi żgurata t-tħejjija biex dawn jiġu indirizzati. L-UE trid tinvolvi ruħha f’diskussjonijiet globali dwar l-istabbiliment ta’ strateġija internazzjonali taċ-ċibersigurtà, bi sforzi internazzjonali komuni u kooperazzjoni msaħħa. |
|
3.13. |
Biex tiġi stabbilita deterrenza effettiva, huwa essenzjali li jissaħħaħ ir-rispons tal-infurzar tal-liġi tal-UE billi wieħed jikkonċentra fuq id-detezzjoni, it-traċċabbiltà u l-prosekuzzjoni taċ-ċiberkriminali. L-investigazzjoni rapida tal-attakki ċibernetiċi u t-tressiq tal-awturi quddiem il-ġustizzja huma kruċjali, inkluż permezz ta’ mezzi diplomatiċi f’każijiet mhux tal-UE. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jinnota li hemm diverġenza ta’ viżjonijiet fir-rigward ta’ azzjoni aktar ċentralizzata fil-livell tal-UE u s-setgħat u l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri, u jqajjem dubji dwar il-qbil finali dwar din il-proposta, speċjalment peress li l-Istati Membri għamluha ċara fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2021 (7) li r-responsabbiltà għar-rispons għal inċidenti u kriżijiet sinifikanti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw pajjiżihom hija tagħhom. |
|
4.2. |
Il-KESE japprezza r-rwol imsaħħaħ tal-ENISA u r-responsabbiltajiet addizzjonali proposti wara li jiġi adottat ir-Regolament. Madankollu, il-Kumitat jirrimarka li kwalunkwe attività addizzjonali għall-ENISA jeħtieġ li jkollha persunal speċifiku maħtur għall-kompiti u li jingħata l-baġit xieraq. Sakemm din il-kwistjoni ma tiġix solvuta, ir-rwol strateġiku ewlieni tal-ENISA ma jistax jitwettaq f’konformità mal-ambizzjonijiet tal-UE fil-qasam taċ-ċibersigurtà. |
|
4.3. |
Il-KESE jqis li l-proposta tal-Kummissjoni mhijiex ċara dwar jekk SOC nazzjonali jistax ikun parti minn aktar minn SOC transfruntier wieħed. Barra minn hekk, mhuwiex ċar ukoll jekk ir-raggruppament ta’ SOCs nazzjonali hux se jsir skont kriterji ġeografiċi jew sempliċiment abbażi tar-rieda ħielsa tal-Istati Membri. |
|
4.4. |
Il-KESE jitlob kjarifika ta’ xi tfisser “ammont sinifikanti ta’ data” fl-Artikolu 6, paragrafu 2, punt (a) ta’ dan ir-Regolament u x’inhuma l-“miri” li tirreferi għalihom il-Kummissjoni fil-punt (c) tal-istess paragrafu. |
|
4.5. |
Jekk il-proposta għal SOCs transfruntiera titħaddan mill-Istati Membri, u biex jiġi żgurat l-involviment sħiħ tal-SOCs nazzjonali u l-ġestjoni kondiviża mal-SOCs transfruntiera, l-SOC ta’ koordinazzjoni ta’ kull konsorzju għandu jkollu mandat ta’ sena, bl-SOCs kollha jkollhom l-opportunità li jikkoordinaw it-tmexxija f’sistema ta’ rotazzjoni. |
|
4.6. |
Il-Kumitat iqis li l-finanzjament tal-UE għall-Konsorzju tal-Ospitanti għandu jkun tal-ispejjeż tal-akkwist kollha tal-għodod u l-infrastruttura u 50 % tal-ispejjeż operattivi (meta mqabbel mal-75 %-50 % stabbilit fil-proposta), sabiex jgħin fit-twaqqif tal-konsorzji aktar malajr. Il-koordinazzjoni dwar l-akkwist għandha tkun garantita. |
|
4.7. |
Il-Kumitat iqis li l-effettività tat-Tarka Ċibernetika tal-UE biex tgħin lill-Istati Membri jħejju għal inċidenti ċibernetiċi u jirrispondu għalihom teħtieġ miżuri ta’ prestazzjoni speċifiċi li jiffukaw fuq il-kisba ta’ eżiti tanġibbli u KPIs li jevalwaw ir-riżultati. Il-KESE jirrakkomanda li l-ksur taċ-ċibersigurtà jiġi rreġistrat b’mod sistematiku u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-partijiet ikkonċernati leġittimi. Dan se jippermetti l-valutazzjoni, l-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi xierqa, u l-protezzjoni kontra telf potenzjali. |
|
4.8. |
Il-KESE jirrikonoxxi u japprova l-proposta li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu kopertura għall-ispejjeż assoċjati mal-bgħit ta’ timijiet ta’ esperti fil-qafas tal-assistenza reċiproka. Filwaqt li għandu jiġi appoġġjat il-proċess ta’ assistenza reċiproka, il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà għandu jiġi ttestjat b’mod xieraq u gradwali sabiex tiġi ppruvata l-effettività tiegħu qabel ma jiġi implimentat bis-sħiħ. |
|
4.9. |
Il-Kumitat jinsab imħasseb li aktar u aktar esperti internazzjonali fit-teknoloġija tal-IA (Elon Musk, Geoffrey Hinton, eċċ.) qed iwissu dwar it-theddida eżistenzjali li joħloq l-iżvilupp tal-IA f’ambjent mhux regolat. Ir-regolamentazzjoni tal-IA trid tkun aktar profonda mill-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (8), u l-KESE jappella għal użu responsabbli tat-teknoloġija tal-IA fil-proġetti kollha fl-UE, inkluża ċ-ċibersigurtà. Huma meħtieġa minnufih aktar diskussjoni u qafas regolatorju msaħħaħ. |
|
4.10. |
Il-KESE diġà qal li: “[l]-UE għandha tieħu pożizzjoni b’saħħitha kontra kwalunkwe tip ta’ sistema ta’ punteġġ soċjali kontra ċ-ċittadini. Il-KESE jagħmilha ċara li d-demokrazija vera ma tistax teżisti mingħajr protezzjoni effettiva tad-data personali” (9). Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt taċ-ċittadini għall-privatezza jridu jibqgħu regoli essenzjali meta jiġu żviluppati sistemi taċ-ċibersigurtà mtejba madwar l-UE. |
|
4.11. |
L-Ewropej għandhom rwol importanti fis-sinjalar ta’ theddid ċibernetiku lill-awtoritajiet rilevanti. Il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġu ggarantiti kanali ta’ komunikazzjoni adatti mal-pubbliku u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jappella għal pjattaforma deżinjata biex tirċievi intelligence rilevanti dwar it-theddid ċibernetiku. Sabiex jinħolqu għodod għall-interazzjoni mal-pubbliku, il-Kumitat jappella għal kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni biex jiġu promossi l-għodod diġà disponibbli. |
|
4.12. |
L-UE u n-NATO għandhom jaħdmu flimkien biex jarmonizzaw iċ-ċibersigurtà u standards tekniċi oħra fis-settur tad-difiża sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ostakli burokratiċi u l-burokrazija. Barra minn hekk, l-UE u n-NATO għandhom jikkollaboraw fejn jidħlu l-istandards tal-akkwist u għandhom jistabbilixxu b’mod konġunt qafas ta’ akkwist effettiv u trasparenti li jippermetti lill-kumpaniji, speċjalment lill-SMEs, jipparteċipaw f’offerti pubbliċi u jikkompetu b’mod ġust. |
|
4.13. |
Il-KESE jqis li s-sorsi ta’ finanzjament disponibbli proposti fil-livell tal-UE mhumiex biżżejjed, u jitlob li jinstabu sorsi addizzjonali, inkluż il-ġbir flimkien ta’ riżorsi ta’ finanzjament privat. Huwa jinnota li l-Kummissjoni ma offrietx stima speċifika tal-ispejjeż għall-programmi tal-IA, it-teknoloġiji analitiċi tad-data u l-proġetti ta’ żvilupp tal-infrastruttura meħtieġa fl-Istati Membri kollha u fil-livell tal-UE li se jkunu neċessarji biex jiġu implimentati l-azzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
4.14. |
Il-Kummissjoni tipproponi li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-interoperabbiltà bejn l-SOCs transfruntiera, l-istabbiliment ta’ arranġamenti proċedurali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni waqt inċidenti taċ-ċibersigurtà, u d-definizzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi għas-sigurtà tat-Tarka Ċibernetika Ewropea, eċċ. Il-KESE jqis li dawn il-kwistjonijiet kollha kellhom jiġu ċċarati qabel u ppreżentati f’din il-proposta għal Regolament, peress li ċ-ċibersigurtà tibqa’ prerogattiva tal-Istati Membri, u t-tqegħid ta’ wisq setgħa biex tiġi eżerċitata bidla f’idejn il-Kummissjoni jista’ jiġġenera tensjonijiet bla bżonn billi tiġi evitata s-sistema demokratika tal-UE. |
|
4.15. |
L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jinkludi komponent industrijali li għandu l-għan li jistabbilixxi suq unifikat għas-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà permezz tal-ħolqien tar-Riżerva taċ-Ċibersigurtà. Madankollu, il-proċedura biex jintalab appoġġ mir-Riżerva taċ-Ċibersigurtà tal-UE tidher li għaddejja bil-mod ħafna, mingħajr ebda skadenza ċara biex jingħata rispons. Il-Kumitat jenfasizza li r-rispons meħtieġ f’każ ta’ inċident ċibernetiku għandu jkun rapidu ħafna, u huwa ċar li din il-proċedura b’lista twila mhux se twassal għal riżultati. |
|
4.16. |
Il-Kummissjoni Ewropea spjegat li ma saritx valutazzjoni tal-impatt minħabba n-natura urġenti tal-proposta. Hija pproponiet ukoll li tippreżenta rapport dettaljat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill erba’ snin wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ. Minħabba l-iżviluppi mgħaġġla fil-qasam taċ-ċibersigurtà, il-KESE jqis li r-rapport għandu jiġi ppreżentat sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, flimkien mal-valutazzjoni tal-impatt li hija nieqsa minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa jirrakkomanda bil-qawwa li l-proposta tagħti aktar attenzjoni lir-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tat-TUE. Dan huwa importanti għall-prevenzjoni tat-tensjoni bejn l-azzjoni ċentralizzata tal-UE u s-setgħat u l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri. |
|
4.17. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jenfasizza l-importanza li l-kunsiderazzjonijiet taċ-ċibersigurtà jiġu integrati fil-politiki kollha tal-UE. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tad-detezzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/881tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).
(3) L-EASA, l-ERA, l-EMA, eċċ.
(4) Il-Kummissjoni tipproponi Ċiberunità Konġunta għal reazzjoni aktar effiċjenti b’rabta mal-inċidenti ta’ sigurtà fuq skala kbira
(5) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Is-sovranità diġitali: pilastru kruċjali għad-diġitalizzazzjoni u t-tkabbir tal-UE” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 75, 28.2.2023, p. 8).
(6) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 293, 18.8.2023, p.21).
(7) Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2021 dwar l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-inizjattiva Ċiberunità Konġunta.
(8) Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.
(9) L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 293, 18.8.2023, p.21).
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/173 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Reviżjoni tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi — Patt ġdid għall-pollinaturi”
(COM/2023/35 final)
(2023/C 349/26)
|
Relatur: |
Jarmila DUBRAVSKÁ |
|
Korelatur: |
Veselin MITOV |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 24.1.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
28.6.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
182/0/3 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-Komunikazzjoni ambizzjuża tal-Kummissjoni (1), li tindirizza x-xejra ta’ tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. Madankollu, iqis li ma sarx biżżejjed progress ħames snin wara l-inizjattiva oriġinali, b’mod partikolari f’termini tal-kisba tad-data meħtieġa biex tmexxi ’l quddiem l-azzjoni ta’ politika. Il-KESE jinnota nuqqas ta’ governanza ċara dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti u jħeġġeġ lill-Istati Membri japprovaw il-Komunikazzjoni attwali mingħajr dewmien. |
|
1.2. |
It-tnaqqis tal-pollinaturi huwa attribwit għal diversi fatturi, inklużi sorsi insuffiċjenti tal-ikel, nuqqas ta’ prattiki tan-newba tal-għelejjel, il-ġestjoni tal-pestiċidi fi Stati Membri differenti, il-konsum tal-pestiċidi għal kull ettaru ta’ art agrikola, l-imġiba tal-abitanti urbani u rurali, l-invażjoni ta’ speċijiet mhux nattivi ta’ insetti u pjanti, il-predaturi, il-metodi ta’ ġestjoni ta’ dawk li jrabbu n-naħal, l-infezzjonijiet patoġeniċi inklużi l-viruses u kunsiderazzjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima. Il-Kumitat jilqa’ l-introduzzjoni ta’ sistema pan-Ewropea għall-monitoraġġ u l-governanza tal-pollinaturi (EU-PoMS). |
|
1.3. |
Il-KESE jqis li huwa kruċjali li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fl-Istati Membri kollha u li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fost l-awtoritajiet pubbliċi, il-partijiet ikkonċernati privati, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-partijiet interessati agrikoli. Il-Kumitat jenfasizza wkoll l-iskarsezza ta’ professjonisti speċjalizzati f’dan il-qasam. |
|
1.4. |
Il-Kumitat jappella bil-qawwa għal finanzjament sinifikanti għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) biex tinġabar data xjentifika essenzjali u jittieħdu inizjattivi adatti biex jitreġġa’ lura t-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi, inkluż fi ħdan il-programm Orizzont Ewropa. Il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE hija essenzjali biex jiġi żgurat li d-data nazzjonali tiġi kkonsolidata u analizzata permezz ta’ pjattaforma ddedikata tal-UE għall-pollinaturi, li tippermetti aċċess miftuħ għad-data. |
|
1.5. |
Il-KESE jirrakkomanda l-ħolqien ta’ programm u strateġija għal żoni urbani li jiffavorixxu l-pollinaturi, li jżidu l-prattiki ta’ ġestjoni tal-użu tal-art biex titrawwem id-diversità fost il-pollinaturi u jiġu kkonservati l-ħabitats naturali fir-reġjuni urbani u periurbani. |
|
1.6. |
Biex isir progress sinifikanti, l-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom jaqsmu l-għarfien minnufih, jikkonċentraw ir-riċerka fuq prattiki agrikoli sostenibbli u metodi effettivi ta’ ġestjoni integrata tal-pesti (IPM). |
|
1.7. |
Il-KESE jappella għal edukazzjoni adatta għall-bdiewa dwar miżuri ambjentali permezz ta’ sistemi konsultattivi nazzjonali u reġjonali għall-azjendi agrikoli, li jinkludu l-użu ta’ pestiċidi b’riskju baxx li ma jagħmlu l-ebda ħsara lill-pollinaturi u l-IPM. Huma meħtieġa wkoll programmi ta’ taħriġ li għandhom l-għan li jżidu l-għarfien dwar l-ekoloġija, l-identifikazzjoni u r-restawr tal-ħabitats tal-pollinaturi. |
|
1.8. |
Il-Kumitat jappella għal studju tal-UE mmirat biex jipprovdi data preċiża dwar l-impatt tar-radjazzjoni elettromanjetika emessa mill-antenni tat-telekomunikazzjoni fuq il-pollinaturi selvaġġi fil-ħabitats naturali tagħhom u dwar il-miżuri ta’ politika meħtieġa biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-pollinaturi. |
|
1.9. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq metrika għat-tniġġis tad-dawl fl-UE, bl-użu ta’ data satellitari, sabiex jiġu evalwati u osservati l-effetti reġjonali u lokali fuq il-pollinaturi. |
|
1.10. |
Il-Kumitat jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni għal appoġġ mill-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-pollinaturi, iżda jinsab diżappuntat li l-KESE s’issa lanqas issemma’ darba fiż-żewġ inizjattivi, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità tiegħu li jippromovi din l-istrateġija fost kategoriji differenti ta’ partijiet interessati, inkluż permezz ta’ sensibilizzazzjoni fost l-imsieħba soċjali nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini. |
|
1.11. |
Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa għal finanzjament adatt biex jintlaħqu l-aspettattivi deskritti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u tiġi żgurata l-konsistenza fost il-miżuri u l-istrumenti ta’ politika differenti li għandhom impatt fuq il-konservazzjoni tal-pollinaturi selvaġġi. Irid jiġi pprovdut ukoll finanzjament biex il-pubbliku inġenerali jiġi infurmat aħjar dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi u l-impatt fuq ħajjitna, kif ukoll dwar l-impatt tan-nuqqas ta’ azzjoni fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
1.12. |
L-implimentazzjoni ta’ miżuri b’saħħithom hija essenzjali għas-salvagwardja tal-pollinaturi selvaġġi matul il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi u l-fażi tal-użu tagħhom. Il-KESE jappella għal aktar trasparenza fir-rigward tal-użu tal-pestiċidi fl-UE u f’pajjiżi terzi. |
|
1.13. |
L-aktar soluzzjoni effettiva hija li jintlaħaq ftehim fid-dinja biex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi sintetiċi, u li jiġu żgurati impenn universali u kompetizzjoni ġusta. Għalkemm dan jidher li huwa kompitu diffiċli, huwa meħtieġ approċċ olistiku u li jsiru aktar sforzi fin-negozjati internazzjonali. Dan jinkludi diskussjoni serja dwar projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ pestiċidi, li diġà huma pprojbiti għall-użu fl-UE. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Ir-rikonoxximent tal-benefiċċji essenzjali tal-pollinaturi u s-servizzi tal-ekosistema li jipprovdu huwa kruċjali biex jintlaħqu għadd ta’ Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Il-pollinaturi jservu bħala kejl kruċjali biex tiġi ddeterminata s-saħħa tal-ambjent tagħna, u jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u kulturali indispensabbli. |
|
2.2. |
Il-Kummissjoni ħejjiet rieżami tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi, li tipprova tindirizza x-xejra ta’ tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. Il-KESE jappoġġja l-Komunikazzjoni ambizzjuża iżda jikkonkludi li, ħames snin wara l-inizjattiva oriġinali, ftit li xejn sar progress, speċjalment fir-rigward tal-ksib tad-data kollha meħtieġa u disponibbli biex l-azzjoni ta’ politika tabilħaqq titmexxa ’l quddiem. |
|
2.3. |
Il-pollinaturi mhumiex biss parti essenzjali ta’ ekosistemi li jiffunzjonaw, iżda huma wkoll il-bażi għall-ħajja fuq il-pjaneta tagħna. Huma magħrufa eluf ta’ speċijiet differenti ta’ pollinaturi selvaġġi u n-naħal huma l-aktar speċi magħrufa. Diversi fatturi għandhom impatt fuq it-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi u l-KESE jenfasizza l-importanza li jintuża l-prinċipju ta’ prekawzjoni biex jiġu salvagwardjati. |
|
2.4. |
Il-KESE japprezza l-pjani ambizzjużi stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni, iżda jinnota li din hija lista twila ta’ proġetti futuri li se jeħtieġu perjodi ta’ żmien suffiċjenti. Minħabba l-pressjoni taż-żmien, il-KESE kien jistenna miżuri u azzjonijiet ċari fuq terminu qasir li jibnu fuq it-tagħlimiet misluta s’issa, abbażi tar-rapport dwar l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi oriġinali (2). Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ azzjoni transsettorjali – u fl-istess ħin immedjata – fl-Istati Membri kollha, u jilqa’ l-introduzzjoni ta’ sistema pan-Ewropea għall-monitoraġġ u l-governanza tal-pollinaturi (Skema ta’ Monitoraġġ tal-Pollinaturi tal-UE, EU-PoMS). |
|
2.5. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqblu minnufih u jimpenjaw ruħhom dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, u qed jistenna approvazzjoni rapida tal-Komunikazzjoni attwali. |
2.6. Fatturi li jinfluwenzaw it-tnaqqis tal-pollinaturi
|
2.6.1. |
Hemm bosta fatturi li jaffettwaw l-okkorrenza tal-pollinaturi fl-ambjent naturali (3). Fost l-aktar importanti hemm l-ambjent, in-nuqqas tan-newba tal-għelejjel u l-enfasi tal-bdiewa biex jimmassimizzaw il-produzzjoni, iżda wkoll l-imġiba tal-abitanti urbani u rurali. It-tnaqqis tal-pollinaturi jista’ jiġi attribwit ukoll għal fatturi oħra bħal sorsi insuffiċjenti tal-ikel, attakki minn speċijiet invażivi ta’ insetti u pjanti, predaturi, ġestjoni tal-pestiċidi fiż-żoni rurali u urbani, prattiki ta’ ġestjoni tal-kaxex tan-naħal ta’ dawk li jrabbuhom, u, b’mod aktar sinifikanti, infezzjonijiet patoġeniċi inklużi l-viruses u l-fatturi tat-tibdil fil-klima. |
|
2.6.2. |
Il-Kumitat jinnota li hemm relazzjoni ċara bejn it-tnaqqis tal-pollinaturi u l-użu tal-pestiċidi għal kull ettaru ta’ art agrikola u l-produzzjoni tal-ikel fl-Istati Membri (4). L-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza tal-użu tal-pestiċidi mill-Istati Membri huma eżempju tal-problemi fil-prattika ta’ kif tiġi ġestita l-protezzjoni tal-pjanti b’mod effiċjenti u jiġu żgurati l-kwalità u l-kwantità tal-produzzjoni. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel iddeterminat li kienu disponibbli alternattivi għal madwar terz tal-eċċezzjonijiet biss għal derogi ta’ emerġenza rigward l-użu ta’ dawn in-neonikotinojdi. Il-KESE jfakkar id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża C-162/21 li skontha l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu aktar awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għal prodotti li fihom in-neonikotinojdi. |
3. PRIJORITÀ I: It-titjib tal-għarfien dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu
|
3.1. |
Il-KESE jqis li hemm bżonn kbir li tiżdied il-kapaċità amministrattiva fl-Istati Membri u li jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati privati, inklużi l-istituti tar-riċerka u x-xjentisti, mingħajr ma jintnesa s-settur agrikolu. |
|
3.2. |
Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-għarfien espert u t-twettiq ta’ sforzi kollettivi fost il-partijiet ikkonċernati differenti huma kruċjali għat-tfassil ta’ miżuri kosteffettivi u għall-isfruttament ta’ sinerġiji. Approċċ komprensiv bħal dan jeħtieġ kollaborazzjoni effettiva fost dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet ikkonċernati, u l-pubbliku ġenerali. |
|
3.3. |
Il-KESE jinnota li minbarra t-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi, hemm ukoll nuqqas ta’ esperti fil-qasam. L-isforzi nazzjonali biex jiġu żgurati l-ġbir u l-analiżi tad-data jridu jiġu kkoordinati fil-livell tal-UE fi ħdan pjattaforma tal-UE ddedikata għall-pollinaturi li tiffaċilita l-aċċess miftuħ għad-data. Pjattaforma bħal din tippermetti lill-individwi jikkontribwixxu għal sforz kollettiv, u tibni komunità ta’ data b’sors miftuħ u repożitorju ta’ algoritmi u mudelli vverifikati. |
|
3.4. |
Il-Kumitat qed jappella għal finanzjament konkret u sinifikanti għar-RŻI sabiex tinġabar l-informazzjoni xjentifika kollha meħtieġa u jiġu segwiti inizjattivi adegwati biex jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi. |
|
3.5. |
Il-KESE japprezza l-fatt li wara li ġiet adottata l-inizjattiva inizjali, il-Kummissjoni inkorporat suġġett speċifiku dwar il-pollinaturi fil-programm ta’ ħidma 2018-2020 ta’ Orizzont 2020. Fi ħdan il-programm Orizzont Ewropa jrid jiġi allokat finanzjament addizzjonali għar-riċerka dwar il-pollinaturi, inkluża, iżda mhux biss, ir-riċerka dwar ir-raġunijiet tat-tnaqqis, u għall-monitoraġġ tal-ispeċijiet u tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi fl-UE, anke fiż-żoni urbani. |
4. PRIJORITÀ II: It-titjib tal-konservazzjoni tal-pollinaturi u l-indirizzar tal-kawżi tat-tnaqqis tagħhom
|
4.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tad-data disponibbli dwar il-pollinaturi biex jiġu definiti aktar l-istrateġiji għall-konservazzjoni tal-pollinaturi u jistenna miri speċifiċi u kwantifikabbli fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġu restawrati l-popolazzjonijiet u l-ħabitats tal-pollinaturi fl-UE. |
|
4.2. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-ewwel azzjoni kruċjali hija li jiġu identifikati l-ħabitats u n-networks urbani attwali u possibbli għall-pollinaturi, u jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tħeġġeġ lill-bliet jimplimentaw il-gwida għal bliet favur il-pollinaturi (5). Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ programm u viżjoni għall-bliet li huma favur il-pollinaturi, it-tisħiħ tal-ġestjoni tal-użu tal-art biex tiġi promossa d-diversità tal-pollinaturi u l-konservazzjoni ta’ żoni dedikati għan-natura fir-reġjuni urbani u periurbani. Il-Kumitat diġà kien favur li “[l-art] trid tiġi ġestita bir-reqqa fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jiġi żgurat il-bilanċ tajjeb bejn il-kompetittività u s-sostenibbiltà, u jiġu pprovduti l-opportunitajiet ta’ finanzjament meħtieġa” (6). |
|
4.3. |
Biex jiġu stabbilizzati l-għadd u l-abbundanza tal-pollinaturi fil-kampanja, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet adatti permezz tal-ġestjoni tal-art agrikola. Il-KESE jenfasizza li sistemi tal-ikel aktar sostenibbli mhux se jinkisbu mingħajr politiki pubbliċi li jipprovdu appoġġ finanzjarju adegwat lill-bdiewa. Il-finanzjament mill-PAK mhuwiex l-unika possibbiltà għall-ġestjoni tal-appoġġ. |
|
4.4. |
Kwalunkwe miżura li tgħin biex tiġi stabbilizzata d-distribuzzjoni tal-pollinaturi trid tiġi vvalutata b’mod realistiku. Iridu jiġu esklużi miżuri potenzjalment konfliġġenti u jiġu promossi b’mod sistematiku miżuri adatti. Il-KESE jemmen li hemm nuqqas ta’ governanza ċara dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti, u jqis li se jkun hemm diskrepanza sinifikanti bejn l-isforzi ta’ Stati Membri differenti. |
|
4.5. |
Il-varjazzjoni għolja fl-użu tal-pestiċidi għal kull ettaru ta’ art agrikola fl-Istati Membri twassal għal disparitajiet mhux biss fil-konservazzjoni tan-natura iżda wkoll fil-produzzjoni. L-UE u l-Istati Membri għandhom jespandu malajr id-distribuzzjoni tal-għarfien u jiffukaw l-isforzi tar-riċerka fuq l-agroekoloġija, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-prattiki tajbin tal-IPM. |
|
4.6. |
Il-KESE jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ sistema trasparenti ta’ kontroll biex jiġu infurzati l-istess livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi prodotti tal-ikel importati bħal dawk stabbiliti għall-ikel prodott fl-Unjoni. Il-Kumitat diġà talab lill-Kummissjoni timplimenta mill-aktar fis ir-reċiproċità tal-istandards sabiex tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għall-bdiewa Ewropej (7). Il-konsumaturi għandhom jiġu protetti u l-prodotti ta’ kwalità tajba għandhom jiġu offruti bi prezzijiet ġusti. |
|
4.7. |
Il-KESE jappella għal edukazzjoni adatta għall-bdiewa dwar miżuri ambjentali permezz ta’ sistemi konsultattivi nazzjonali u reġjonali għall-azjendi agrikoli, li jinkludu l-użu ta’ pestiċidi b’riskju baxx u l-IPM. |
|
4.8. |
L-indikaturi tal-istatus tal-popolazzjoni tal-pollinaturi jeħtieġ li jiġu żviluppati sal-2024 sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati fi ħdan il-PAK. Pass essenzjali huwa li titwettaq evalwazzjoni komprensiva tal-impatt tal-PAK għall-prevenzjoni tat-tnaqqis tal-pollinaturi u li jitħeġġu prattiki li jreġġgħu lura dan it-tnaqqis. L-Istati Membri għandhom jippromovu d-direzzjoni tal-fondi ta’ assistenza teknika pprovduti fi ħdan il-PAK lejn il-pollinaturi, u jużaw fondi addizzjonali għall-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ambjent. |
|
4.9. |
L-istrixxi tal-fjuri huma riżerva tajba għal speċijiet differenti ta’ pollinaturi u bla dubju se jikkontribwixxu għall-protezzjoni tagħhom. Madankollu, dawn jistgħu jkunu ta’ riskju għan-naħal u għal pollinaturi oħra jekk jinżergħu qrib l-ilma ta’ taħt l-art u l-pestiċidi inkwistjoni jkunu għadhom fil-ħamrija. Għaldaqstant, se jkunu meħtieġa fondi għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ metodoloġija ċara għall-istrixxi tal-fjuri. |
|
4.10. |
Skont xi studji xjentifiċi (8), ir-radjazzjoni elettromanjetika emessa mill-antenni tat-telekomunikazzjoni jista’ jkollha impatt fuq il-popolazzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fil-ħabitats naturali tagħhom. Barra minn hekk, fl-2018, il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti (SCHEER) ikklassifika fl-ogħla kategorija possibbli r-riskju li r-radjazzjoni elettromanjetika (b’mod partikolari dik marbuta mal-5G) ikollha impatt negattiv fuq l-ambjent (9). Valutazzjonijiet addizzjonali mwettqa mill-programm Eklipse, kif ukoll minn riċerkaturi indipendenti, ikkonfermaw li l-kampi elettromanjetiċi jistgħu jagħmlu ħsara lill-popolazzjonijiet tal-insetti (10). Il-Kumitat jappella għal studju tal-UE li jipprovdi data preċiża dwar din il-kwistjoni u dwar l-azzjonijiet ta’ politika meħtieġa biex tiġi żgurata protezzjoni effiċjenti tal-pollinaturi. |
|
4.11. |
Il-KESE jqis li jeħtieġ li tiġi żviluppata metrika għat-tniġġis tad-dawl fl-UE, abbażi ta’ data satellitari, sabiex jiġi vvalutat u mmonitorjat l-impatt reġjonali u lokali fuq il-pollinaturi. |
|
4.12. |
Il-fondi pprovduti mill-politika ta’ koeżjoni tal-UE jistgħu jintużaw biex isir investiment fil-protezzjoni u r-restawr tan-natura u l-bijodiversità, fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-iżgurar ta’ żvilupp urban sostenibbli, bħall-implimentazzjoni ta’ infrastruttura ekoloġika bbażata fuq in-natura għall-pollinaturi. Il-KESE japprezza r-rakkomandazzjoni 11.2 tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. |
5. PRIJORITÀ III: Il-mobilizzazzjoni tas-soċjetà u l-promozzjoni tal-ippjanar u l-kooperazzjoni strateġiċi fil-livelli kollha
|
5.1. |
Il-KESE jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni għal appoġġ mill-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar il-pollinaturi fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Madankollu, il-Kumitat huwa diżappuntat li lanqas issemma’ darba f’din l-inizjattiva (11) jew fl-inizjattiva oriġinali (12), speċjalment fir-rigward tar-rwol tiegħu bħala l-vuċi tas-soċjetà ċivili tal-UE. Il-KESE jqis li għandu jingħata dmirijiet speċifiċi biex jippromovi din l-istrateġija fost kategoriji differenti ta’ partijiet interessati, inkluż permezz ta’ sensibilizzazzjoni fost l-imsieħba soċjali nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini. |
|
5.2. |
Għandhom jintużaw għodod ta’ komunikazzjoni speċifiċi għas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi u l-impatt tiegħu fuq ħajjitna, kif ukoll l-impatt tan-nuqqas ta’ azzjoni (inklużi l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali għall-ġenerazzjonijiet futuri), u għall-promozzjoni ta’ kampanji ta’ informazzjoni fil-media pubblika fl-Istati Membri kollha. Irid jiġi provdut finanzjament biex il-pubbliku inġenerali jiġi infurmat aħjar, inkluż permezz tal-media soċjali u permezz tar-reklami qosra fuq it-televiżjoni matul l-aktar ħinijiet popolari mal-udjenzi. |
|
5.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-koalizzjoni tal-voluntiera favur il-pollinaturi (Coalition of the Willing) (13), li hija pjattaforma mmexxija mill-UE li tinkludi nazzjonijiet membri li huma ddedikati għall-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki, it-twettiq ta’ riċerka dwar il-preservazzjoni tal-pollinaturi, u l-offerta ta’ assistenza u kooperazzjoni reċiproċi. |
|
5.4. |
Il-KESE jappella għal programmi ta’ taħriġ immirati biex iżidu l-għarfien dwar l-ekoloġija tal-pollinaturi, l-identifikazzjoni u r-restawr tal-ħabitats għall-konsulenti tal-azjendi agrikoli, il-bdiewa, il-forestiera, il-maniġers tal-art, u dawk responsabbli mill-ippjanar tal-pajsaġġ. |
6. Kummenti finali
|
6.1. |
Il-Kummissjoni ħejjiet lista prijoritizzata ta’ 42 azzjoni b’dati stabbiliti ċari. Jetieġ li tiġi stabbilita skeda ta’ żmien dettaljata għat-tħejjija u l-ittestjar sussegwenti tal-azzjonijiet proposti. Skeda ta’ żmien stabbilita b’dan il-mod tagħmilha aktar faċli biex tiġi kkontrollata kif ukoll aktar faċli biex tinkiseb għall-parteċipanti kollha. |
|
6.2. |
Il-KESE jemmen li kollaborazzjoni effettiva u allokazzjoni adatta tar-riżorsi se jkunu kruċjali biex tiġi żgurata l-konsistenza fost il-miżuri u l-istrumenti ta’ politika differenti li għandhom impatt fuq il-konservazzjoni tal-pollinaturi selvaġġi. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta’ fondi korrispondenti biex jintlaħqu l-aspettattivi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
6.3. |
Huma meħtieġa salvagwardji mtejba biex jiġu protetti l-pollinaturi selvaġġi, kemm matul il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi kif ukoll fil-fażi tal-użu tal-pestiċidi. In-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ strateġija kuraġġuża biex jiġi indirizzat l-użu tal-pestiċidi jipperikola l-futur tan-naħal u pollinaturi oħra, l-ekosistema kollha tagħna, u s-sigurtà tal-ikel tar-residenti tal-UE. Hemm ħtieġa għal trasparenza akbar rigward l-użu attwali tal-pestiċidi fl-UE. |
|
6.4. |
Il-Kumitat jemmen li l-aktar approċċ effettiv, u soluzzjoni ideali, huwa li jintlaħaq ftehim dinji biex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi sintetiċi, u li jiġu ggarantiti impenn universali u kompetizzjoni ekonomika ġusta. Għalkemm dan jidher li huwa tassew ambizzjuż, huwa meħtieġ approċċ olistiku u l-isforzi fin-negozjati internazzjonali jridu jiġu intensifikati. Dan jinkludi diskussjoni serja dwar projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ pestiċidi lejn pajjiżi terzi, li diġà huma pprojbiti għall-użu fl-UE. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2023) 35 final.
(2) COM(2021) 261 final.
(3) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej — Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa” (opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 100, 16.3.2023, p. 45).
(4) Eurostat, Agri-environmental indicator – consumption of pesticides (Indikatur agroambjentali – il-konsum tal-pestiċidi, mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Kummissjoni Ewropea, A guide for pollinator-friendly cities (Gwida għal bliet favur il-pollinaturi, mhux disponibbli bil-Malti).
(6) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami”[COM(2021) 554 final] (ĠU C 152, 6.4.2022, p. 192).
(7) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115” (COM(2022) 305 final — 2022/0196 (COD)) (ĠU C 100, 16.3.2023, p. 137).
(8) Electromagnetic radiation of mobile telecommunication antennas affects the abundance and composition of wild pollinators (Ir-radjazzjoni elettromanjetika tal-antenni tat-telekomunikazzjoni mobbli taffettwa l-abbundanza u l-kompożizzjoni tal-pollinaturi selvaġġi, mhux disponibbli bil-Malti).
(9) SCHEER, Statement on emerging health and environmental issues (2018) (Dikjarazzjoni dwar kwistjonijiet emerġenti tas-saħħa u tal-ambjent (2018), mhux disponibbli bil-Malti).
(10) Risk to pollinators from anthropogenic electro-magnetic radiation (EMR) (Riskju għall-pollinaturi minn radjazzjoni elettromanjetika antropoġenika, mhux disponibbli bil-Malti).
(11) COM(2023) 35 final.
(12) COM(2018) 395 final.
(13) Coalition of the Willing on Pollinators, Promote Pollinators.
|
29.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/179 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“(a) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti”
[COM(2023) 62 final]
u “(b) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti)”
[COM(2023) 161 final – 2023/0081 (COD)]
(2023/C 349/27)
|
Relatur: |
Sandra PARTHIE |
|
Konsultazzjoni |
|
||||||
|
Bażi legali |
|
||||||
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
||||||
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
29.6.2023 |
||||||
|
Adozzjoni fil-plenarja |
13.7.2023 |
||||||
|
Sessjoni plenarja Nru |
580 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
193/3/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
L-Unjoni Ewropea (UE) trid tibqa’ sit industrijali. Trid tkun assertiva dwar il-post tagħha bħala attur globali u tidentifika l-għodod, il-miżuri u l-istrumenti politiċi li teħtieġ biex terġa’ ssir aktar rapida, aktar innovattiva u attraenti għall-investituri, filwaqt li żżomm il-valuri soċjali u ambjentali tagħha, bħal sistemi li jiffunzjonaw tajjeb ta’ djalogu soċjali u ta’ protezzjoni soċjali, ir-rispett għall-istat tad-dritt u istituzzjonijiet stabbli. |
|
1.2. |
Il-kuntest ekonomiku globali nbidel għall-UE u hemm tnaqqis fis-sistema multilateali bbażata fuq ir-regoli u żieda fil-protezzjoniżmu. Il-kompetizzjoni għall-investimenti internazzjonali saret aktar ħarxa, mhux biss minħabba l-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni, iżda wkoll minħabba kompetizzjoni aktar ħarxa għall-materja prima, żviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija u bidliet fl-istrutturi tal-katina tal-provvista globali. Għalhekk, l-UE għandha tivvaluta mill-ġdid il-prijoritajiet ta’ politika tagħha biex ittejjeb il-kompetittività strutturali u sostenibbli tagħha. Fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività tan-negozji tal-UE, trid tiġi inkorporata verifika tal-kompetittività fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, u jiġi żgurat bilanċ bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-proposti leġiżlattivi. |
|
1.3. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa konvint li mhux se jkun possibbli li l-Patt Ekoloġiku, id-Deċennju Diġitali, jew is-settur industrijali, dak spazjali jew dak awtomobilistiku jirnexxu fil-futur mingħajr bażi industrijali b’saħħitha. Lanqas mhu se jkun possibbli li jirnexxu mingħajr sorsi sikuri u sostenibbli ta’ materja prima kritika. Bħala prijorità, il-KESE jitlob li jitwettaq awditu biex jiġi identifikat kif l-UE tista’ tikkontrolla u ttejjeb il-ktajjen tal-valur tagħha u tevita dipendenzi eċċessivi. |
|
1.4. |
Il-KESE jenfasizza li ma nistgħux nilħqu l-għanijiet klimatiċi għall-2050 mingħajr ma nibnu ekonomija ċirkolari kompetittiva. Għalhekk, l-Ewropa għandha ssib modi kif issir aktar effiċjenti mil-lat tar-riżorsi u l-materjal billi timplimenta miżuri ta’ ġestjoni tad-domanda fuq skala wiesgħa biex tnaqqas id-domanda: ekodisinn u ċirkolarità, effiċjenza fl-enerġija, tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-prodotti u appoġġ lill-prattiki u t-tekniki innovattivi mmirati. |
|
1.5. |
L-iżgurar tal-eżistenza u l-iżvilupp ta’ settur industrijali varjat, b’firxa wiesgħa ta’ setturi u produtturi u “ekosistemi industrijali”, inklużi l-SMEs u l-atturi tal-ekonomija soċjali, għandu jkun il-bażi għall-politika industrijali tal-Ewropa. Huwa importanti li jiġi evitat li wieħed jiffoka b’mod ristrett wisq fuq il-promozzjoni ta’ ċerti teknoloġiji u fuq l-għażla tal-allegati “rebbieħa” permezz ta’ azzjonijiet regolatorji. Minflok, hija meħtieġa politika komprensiva ta’ appoġġ għall-innovazzjoni u r-riċerka. |
|
1.6. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pjan industrijali tal-UE jgħin biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità tajba b’kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u paga tajba, u jippromovi d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, in-negozjar kollettiv u r-rispett għall-ftehimiet kollettivi. |
|
1.7. |
L-akkwist pubbliku u d-deċiżjonijiet dwar kif jitqassam il-finanzjament pubbliku huma għodod importanti biex titmexxa l-politika industrijali. Irid jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet rispettivi mill-Istati Membri tal-UE, inklużi l-għajnuna mill-Istat u s-sussidji, ma jfixklux is-suq uniku jew jheddu l-konverġenza ekonomika u l-koeżjoni soċjali fl-UE, iżda pjuttost jimmiraw lejn l-iżvilupp reġjonali. Il-KESE jikkritika l-fatt li l-proposti attwali tal-Kummissjoni dwar il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku u l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti ma jqisux dan b’mod suffiċjenti. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
L-UE trid tibqa’ sit industrijali. Il-KESE jappella għal qafas regolatorju li jattira, jippermetti u jżid il-produzzjoni industrijali fl-UE b’mod sostenibbli u soċjalment responsabbli. Din is-sejħa tapplika mhux biss għal teknoloġiji ġodda iżda wkoll għal industriji tal-manifattura, li huma komponent ewlieni għar-reżiljenza tal-ekonomiji u l-ktajjen tal-provvista Ewropej, eċċ. |
|
2.2. |
Il-prodott domestiku gross (PDG) juri li l-kompetittività Ewropea qed tiddeterjora: il-PDG per capita fl-UE kien madwar 70 % ta’ dak fl-Istati Uniti fis-snin 2000; attwalment huwa biss ftit inqas minn 66 %. 5 % biss tal-investiment gross tad-dinja sar fiċ-Ċina fl-1999; fl-2020 is-sehem żdied għal 29 % – ħafna aktar minn dak reġistrat fi kwalunkwe pajjiż ieħor. Fl-Istati Uniti u l-UE, is-sehem naqas b’mod sinifikanti fl-istess perjodu – fl-Istati Uniti minn 29 % għal 20 %, u fl-UE minn 23 % għal 15 % biss. L-UE għandha l-kapaċità li tbiddel dan: l-ikkompletar tas-suq uniku jista’ jżid aktar minn EUR 700 biljun f’termini ta’ produzzjoni ekonomika fuq għaxar snin, u ekonomija diġitali komuni tista’ tikkontribwixxi EUR 178 biljun oħra. Imbagħad l-UE tista’ wkoll tkompli tistabbilixxi u tippromovi b’suċċess l-istandards Ewropej globalment. |
|
2.3. |
L-UE qed issofri aktar mill-kompetituri globali tagħha minn prezzijiet tal-enerġija u inflazzjoni estremament għoljin, filwaqt li fl-istess ħin, ekonomiji globali oħra qed jissussidjaw u jiffavorixxu l-industriji tagħhom stess. Dawn huma fatturi li joħolqu r-riskju tad-deindustrijalizzazzjoni fl-UE. Sabiex dawn il-problemi, kif ukoll sfidi oħra attwali u futuri, jiġu indirizzati b’suċċess, il-kompetittività strutturali u sostenibbli u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE jridu jissaħħu. Prerekwiżit fundamentali għall-kompetittività industrijali tal-Ewropa huwa prezzijiet tal-enerġija affordabbli u provvista tal-enerġija sigura. |
|
2.4. |
Il-kuntest globali ekonomiku nbidel b’mod drammatiku fl-aħħar snin; l-UE ma tistax tibqa’ tistrieħ fuq sistema ekonomika u kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli u li tiffunzjona iżda qed tiffaċċja distorsjonijiet dejjem akbar tas-suq globali, minħabba miżuri bħall-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni li għandu l-għan li jappoġġja lill-atturi industrijali tal-Istati Uniti permezz ta’ krediti tat-taxxa, appoġġ finanzjarju ġeneruż u rekwiżiti ta’ kontenut lokali għad-detriment ta’ atturi ekonomiċi mhux tal-Istati Uniti, jew ir-reġimi ta’ sussidju protezzjonisti Ċiniżi li ilhom jeżistu, li jiffavorixxu wkoll atturi nazzjonali u jsegwu aġenda ekonomika nazzjonalista. L-UE trid twieġeb b’determinazzjoni u tidentifika l-għodod, il-miżuri u l-istrumenti politiċi li teħtieġ biex terġa’ ssir aktar rapida, aktar innovattiva u attraenti għall-investituri, u fl-istess ħin iżżomm il-valuri soċjali u ambjentali tagħha. |
|
2.5. |
F’dan l-isfond, il-KESE jilqa’ l-Proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Pjan Industrijali għal Patt Ekoloġiku u għall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, li jipprovdu gwida u prevedibbiltà lill-atturi industrijali fl-UE u jikkostitwixxu impenn għat-tisħiħ tal-manifatturi tal-Ewropa u l-ekosistemi relatati. L-isforzi involuti fit-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata sal-2050 jammontaw għat-tieni rivoluzzjoni industrijali u jridu jinftiehmu bħala tali, inklużi l-impenji politiċi, ekonomiċi u soċjetali meħtieġa. |
|
2.6. |
B’mod partikolari, il-KESE jappoġġja l-messaġġi ċari fiż-żewġ dokumenti dwar il-ħtieġa għal investiment komprensiv fit-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà sostenibbli. L-għan tal-politika industrijali ekoloġika għandu jkun ukoll li jinkiseb gwadann fil-benesseri soċjali. Aħna nilqgħu l-enfasi li l-l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jpoġġi fuq id-diskrepanzi fil-ħiliet u fir-riżorsi umani li bħalissa qed inaqqsu r-ritmu tat-tranżizzjoni. Madankollu, kif għandhom jiġu implimentati l-għanijiet u l-objettivi ddikjarati, u liema azzjonijiet effettivi se jittieħdu, jibqgħu mhux indirizzati. |
|
2.7. |
Għalhekk, il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tkun aktar speċifika dwar liema azzjonijiet effettivi biħsiebha tieħu biex ittejjeb il-fatturi tal-lokalità u l-kompetittività tal-ekonomiji tal-Ewropa u biex tiddistingwi lill-UE mir-rivali sistemiċi tagħha. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiffukaw fuq it-titjib tal-konnettività fi ħdan is-suq uniku għall-Istati Membri kollha, inkluż billi jiġu żviluppati u mtejba l-infrastruttura u l-interkonnessjonijiet għat-trasport u l-enerġija, inklużi l-grilji. |
|
2.8. |
Il-KESE jindika li l-impjegaturi, il-ħaddiema u ċ-ċittadini kollha qed jesperjenzaw żminijiet diffiċli, minħabba xokk fil-provvista tal-enerġija, xokk fil-provvista tal-impjiegi, xokk fil-katina tal-provvista u l-inflazzjoni; dan joħloq piż kumulattiv sinifikanti fuq kulħadd. L-objettiv għall-Pjan Industrijali għal Patt Ekoloġiku u għall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero tal-UE għandu għalhekk ikun li jnaqqas u mhux iżid dawn il-piżijiet. |
|
2.9. |
Il-KESE jara wkoll rwol għall-konsumaturi biex javvanzaw it-tranżizzjoni għal emissjonijiet żero netti sal-2050. L-għażliet tagħhom favur jew kontra prodotti, u l-appoġġ, it-tolleranza jew in-nuqqas tagħhom għal kundizzjonijiet ta’ manifattura u produzzjoni fl-UE, iżda wkoll f’pajjiżi terzi, huma element importanti biex ikun hemm il-bidla. Il-KESE jappoġġja l-awtonomizzazzjoni tagħhom (1) u jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet b’mod konxju. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. Il-qafas regolatorju
|
3.1.1. |
It-tfassil tal-politika tal-UE għandu jiddependi mill-innovazzjoni, l-eċċellenza u persuni kompetenti ħafna u b’livell għoli ta’ ħiliet, u jiffoka fuq it-tneħħija tal-burokrazija u t-tnaqqis tal-kostijiet kull fejn ikun possibbli. Bħala wieħed mill-pedamenti tal-UE, l-istat tad-dritt jipprovdi ċertezza u stabbiltà għall-ambjent tan-negozju u jrid jiġi rrispettat fiċ-ċirkostanzi kollha. Djalogu soċjali strutturat fuq bażi tripartitika bejn il-gvernijiet, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi huwa indispensabbli sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà, l-aċċettabbiltà soċjali u r-reżiljenza ekonomika. |
|
3.1.2. |
L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Nett jipproponi sett ta’ miżuri biex jittejbu l-kundizzjonijiet abilitanti għall-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, inkluż ambjent regolatorju semplifikat, pereżempju bi proċeduri ta’ għoti ta’ permessi aktar rapidi u punti uniċi ta’ servizz fl-amministrazzjoni. Huwa ta’ importanza kritika li dawn il-proċeduri aktar rapidi ta’ għoti ta’ permessi japplikaw tul il-katina tal-valur ta’ proġetti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, mingħajr preġudizzju għall-objettivi soċjali u ambjentali stabbiliti mir-Regolament. Għalkemm il-KESE jaqbel ma’ dan l-approċċ, huwa jħeġġeġ lil-leġiżlaturi biex ma jillimitawx dan it-titjib għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti iżda biex jagħmluh prestabbilit għas-setturi ekonomiċi kollha. |
|
3.1.3. |
Il-KESE jirrimarka li, fl-aħħar mill-aħħar, it-trasformazzjoni tal-industrija Ewropea tmur ferm lil hinn mill-manifattura ta’ teknoloġija nadifa, minħabba li fl-Ewropa hawn ħafna industriji tqal u primarji intensivi fl-enerġija li jeħtieġ li jiġu dekarbonizzati u mhumiex inklużi fil-Pjan Industrijali għal Patt Ekoloġiku. Strateġija industrijali koerenti għall-Ewropa tikkonsisti fi tkabbir ekonomiku inklużiv li jiżgura li l-Istati Membri u r-reġjuni kollha jipparteċipaw fit-tranżizzjoni industrijali ekoloġika u jibbenefikaw minnha. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Pjan Industrijali għal Patt Ekoloġiku jevita kwalunkwe frammentazzjoni tas-suq uniku u li jimmira għall-koeżjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. |
|
3.1.4. |
Il-KESE huwa konvint li huwa possibbli li tiġi żviluppata aġenda ta’ semplifikazzjoni ekoloġika li ttejjeb il-proċessi tal-għoti ta’ permessi għal proġetti ekoloġiċi u li tikkonforma mal-liġijiet ambjentali. Iż-żieda fl-għarfien espert, fil-kapaċità u fil-ħiliet fl-awtoritajiet lokali u nazzjonali hija pass meħtieġ, flimkien mad-diġitalizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-proċessi ta’ approvazzjoni. It-titjib fl-effiċjenza tal-proċeduri tal-permessi jrid jinkiseb permezz ta’ ppjanar adatt u billi tiżdied il-kapaċità tal-livelli amministrattivi rilevanti, mhux l-inqas permezz ta’ aktar persunal u persunal imħarreġ. Fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività tan-negozji tal-UE, trid tiġi inkorporata verifika tal-kompetittività fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, u jiġi żgurat bilanċ bejn id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-proposti leġiżlattivi. |
|
3.1.5. |
Il-KESE jenfasizza li r-regolamentazzjoni trid tiġi kkomplementata minn għodod oħra bħas-sussidji, sabiex jiġi evitat it-telf tal-PDG u l-benesseri. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar, b’mod partikolari fil-leġiżlazzjoni ekoloġika, diġitali u ekonomika tal-UE, għandhom jiġu ssemplifikati u, fejn possibbli, armonizzati, sabiex tiġi evitata proliferazzjoni ta’ regoli, kaos regolatorju u frammentazzjoni tas-suq uniku. |
3.2. L-aċċess għall-investiment u l-iffaċilitar tiegħu
|
3.2.1. |
L-atturi ekonomiċi fl-UE jiffaċċjaw kompetizzjoni globali ħarxa. Biex tittejjeb il-kompetittività, iż-żmien huwa fattur deċiżiv. Għalhekk, il-KESE jenfasizza li d-deċiżjonijiet dwar l-appoġġ finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament iridu jittieħdu aktar malajr, inkluż fil-kuntest tad-diversi programmi Ewropej ta’ appoġġ bħal REPowerEU, InvestEU u skemi oħra. Proċeduri twal u mtawla – ġungla impenetrabbli ta’ finanzjament – se jbiegħdu lill-investituri mill-Ewropa u huma ta’ detriment għall-isforzi biex jiġu attirati l-investimenti. |
|
3.2.2. |
Għalhekk, il-KESE jenfasizza li l-appoġġ għall-finanzjament jeħtieġ li jkun fattibbli, f’waqtu, u aċċessibbli b’mod aktar faċli kemm għall-ispejjeż operattivi kif ukoll għan-nefqa kapitali, għad-daqsijiet kollha tal-intrapriżi, inklużi l-SMEs. Huwa jappella għal evalwazzjoni tal-istrumenti eżistenti bil-għan li jiġu identifikati u msaħħa dawk li l-aktar kellhom suċċess. Il-KESE jemmen li l-Pjan Industrijali għal Patt Ekoloġiku jeħtieġ li jidentifika meta u fejn il-finanzjament pubbliku huwa essenzjali biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ta’ industriji importanti abbażi ta’ kundizzjonijiet ċari, u bil-maqlub, fejn il-finanzjament privat jista’ jimla l-lakuna, dment li jiġu stabbiliti l-inċentivi regolatorji adatti. |
|
3.2.3. |
Il-KESE jixtieq iwissi li s-sempliċi llaxkar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mingħajr ma jiġu pprovduti mekkaniżmi finanzjarji addizzjonali fil-livell tal-UE x’aktarx li jwassal għal aktar diverġenza fost l-ekonomiji tal-UE, peress li xi pajjiżi tal-UE jista’ ma jkollhomx l-ispazju fiskali għall-investiment fit-tranżizzjoni ekoloġika. L-adattament tas-self għal skopijiet differenti fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u r-REPowerEU għal setturi industrijali nodfa jista’ jkollu impatt biss jekk ikun ikkomplementat minn finanzjament ta’ għotjiet sinifikanti għal operazzjonijiet li mhux neċessarjament irendu redditi fuq l-investiment, pereżempju l-iżvilupp tal-infrastruttura pubblika, għotjiet lil unitajiet domestiċi li ma għandhomx ir-riżorsi għar-rinnovazzjoni u investimenti rinnovabbli fuq skala żgħira, kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid. |
|
3.2.4. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-Pjan Industrijali għal Patt Ekoloġiku għandu jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku, peress li dan jagħmel lill-awtoritajiet pubbliċi xerrejja ta’ prodotti ekoloġiċi. Ir-riżorsi skont il-Pjan Industrijali għal Patt Ekoloġiku, inklużi l-pjani nazzjonali aġġornati għall-irkupru u r-reżiljenza, jistgħu jkopru l-kostijiet marbuta mal-akkwist pubbliku ekoloġiku, sakemm dan isir rekwiżit komuni skont il-liġi tal-UE. L-appoġġ pubbliku għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-protezzjoni ambjentali, jappoġġjaw lill-kumpaniji biex joffru impjiegi ta’ kwalità tajba, jippromovu l-aċċess għat-taħriġ u joħolqu apprendistati ta’ kwalità għolja. Barra minn hekk, huwa importanti li s-sejħiet għall-akkwist pubbliku jsiru aktar aċċessibbli għall-SMEs. Għal dan il-għan, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi bażi tad-data faċli biex tintuża. |
|
3.2.5. |
Billi jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq u s-setturi li m’għandhomx biżżejjed finanzjament privat, finanzjament konġunt ġdid tal-UE għandu jipprovdi appoġġ effettiv lil diversi segmenti tal-industrija tat-teknoloġiji nodfa, b’mod partikolari l-SMEs. Dan għandu jevita kwalunkwe distorsjoni tas-suq intern u għandu jgħin biex itejjeb il-koeżjoni ekonomika fl-UE. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza li l-eżenzjonijiet temporanji għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jibqgħu temporanji u għandhom ikunu mmirati wkoll. Jenħtieġ li jkun immirat ukoll lejn it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema, it-taħriġ u t-tranżizzjoni ġusta biex tiġi żgurata bażi ta’ ħiliet li tibqa’ valida fil-futur. |
|
3.2.6. |
Il-KESE huwa konxju tal-fatt li huwa diffiċli li jiġi ġġenerat finanzjament addizzjonali fil-livell tal-UE. Għall-perjodu medju, għandu jitnieda dibattitu serju dwar ir-riżorsi proprji ġodda tal-UE, u l-Fond ta’ Sovranità tal-UE, separatament min-negozjati tal-QFP li jmiss. Fuq terminu qasir, il-finanzjament disponibbli permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni tal-ETS għandu jiġi fornut minn qabel u jiġi dirett lejn teknoloġiji rivoluzzjonarji f’setturi fejn l-emissjonijiet huma diffiċli sabiex jitrażżnu. |
3.3. Is-swieq u l-ktajjen tal-provvista
|
3.3.1. |
Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat lista ta’ “ekosistemi industrijali” bħala parti mill-istrateġija industrijali tagħha. Għandha l-għan li tikseb fehim aħjar kemm tal-interkonnessjonijiet kif ukoll tal-lakuni fl-istrutturi ekonomiċi u fil-ktajjen tal-provvista tal-Ewropa. F’dan l-isfond, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-interdipendenzi bejn il-ktajjen tal-valur u r-rwol li għandhom is-sustanzi kimiċi, il-materja prima, u b’mod partikolari l-industriji u l-proċessi primarji fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u b’emissjonijiet żero netti. L-enfasi fuq teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti ma tridx twassal għall-ħolqien ta’ lakuni ġodda fil-ktajjen tal-provvista Ewropej minħabba nuqqas ta’ enfasi fuq il-ħtiġijiet ta’ setturi oħra, bħal dawk intensivi fl-enerġija. Jekk it-tħassib tagħhom, bħall-prezzijiet għoljin tal-enerġija, ma jiġix indirizzat, l-UE tirriskja li titlef partijiet importanti, forsi anke strateġiċi, tal-ekosistemi industrijali. |
|
3.3.2. |
Il-KESE jixtieq jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun hemm aċċess għall-enerġija u għall-materja prima bi prezz kompetittiv. Tali politiki għandhom jiġu appoġġjati minn ftehimiet kummerċjali u sensibilizzazzjoni globali dwar il-materja prima. Fl-istess ħin, il-KESE jirrikonoxxi li tellieqa globali għar-riżorsi tal-materja prima mhijiex sostenibbli. Għalhekk, l-Ewropa għandha ssib modi kif issir aktar effiċjenti mil-lat tar-riżorsi u l-materjal billi timplimenta miżuri ta’ ġestjoni tad-domanda fuq skala wiesgħa biex tnaqqas id-domanda: ekodisinn u ċirkolarità, effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-prodotti u appoġġ lill-prattiki u t-tekniki innovattivi mmirati. Bħala prijorità, il-KESE jitlob li jitwettaq awditu biex jiġi identifikat kif l-UE tista’ tikkontrolla u ttejjeb il-ktajjen tal-valur tagħha u tevita dipendenzi eċċessivi. |
|
3.3.3. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li nibnu relazzjonijiet kummerċjali aktar b’saħħithom ma’ pajjiżi terzi, navvanzaw il-ħidma fuq il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, li jippromovu wkoll il-valuri tagħna, u fl-istess ħin inkomplu niżviluppaw u nużaw strumenti għad-difiża tal-kummerċ, bħall-antidumping, il-ġlieda kontra l-koerċizzjoni u l-iskrinjar tal-investiment barrani. |
|
3.3.4. |
L-aċċess għall-enerġija u l-materja prima bi prezzijiet kompetittivi huwa kruċjali biex il-produzzjoni industrijali u l-attivitajiet relatati jinżammu fl-UE. Meta tiżviluppa l-kompetittività, ir-reżiljenza u l-influwenza globali tagħha, l-UE għandha tiddependi mill-ekonomija tas-suq miftuħ u s-soċjetajiet miftuħa bħala l-assi fundamentali tagħha, u tiffoka mill-ġdid l-azzjoni tagħha fuq il-kundizzjonijiet essenzjali għall-ħolqien tal-prosperità u l-benesseri. |
3.4. It-tisħiħ tal-ħiliet għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità tajba f’teknoloġiji b’emissjonijiet netti żero
|
3.4.1. |
Il-KESE jappoġġja l-prinċipji ta’ sistemi effettivi ta’ tagħlim tul il-ħajja u antiċipazzjoni mtejba tal-ħtiġijiet b’rabta mal-ħiliet futuri. F’dan l-isfond nappellaw biex l-imsieħba soċjali jiġu involuti b’mod strutturali fl-akkademji ppjanati għal emissjonijiet żero netti. Barra minn hekk, il-KESE jemmen li qafas regolatorju mtejjeb għar-rikonoxximent konġunt tal-kwalifiki m’għandux ikun limitat għal impjiegi relatati ma’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti iżda għandu jiġi estiż għas-setturi u l-ħiliet kollha. Il-KESE jirrimarka li l-mod kif tiġi appoġġjata l-industrija Ewropea huwa billi tinvesti fil-ħaddiema tagħha u tappoġġjahom, anke billi tipproteġi l-impjiegi u tgħin lil dawk fi skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. |
|
3.4.2. |
Il-KESE huwa konvint li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ se jkunu meħtieġa biex tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni. B’mod ġenerali, is-setturi ta’ riskju relatati ma’ emissjonijiet għoljin jirrappreżentaw theddida żgħira, iżda f’xi reġjuni Ewropej l-impatt fuq terminu qasir jista’ jkun devastanti. Huwa biss l-investiment fit-titjib tal-ħiliet, l-għoti ta’ aċċess għat-taħriġ (mill-ġdid) u l-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika lejn attivitajiet aktar ekoloġiċi li ser jagħmlu t-tranżizzjoni maniġġabbli, u b’hekk ikun possibbli li jiġu indirizzati s-swieq stretti attwali u li tittejjeb ir-riallokazzjoni tas-suq tax-xogħol. Il-ħtiġijiet ta’ ristrutturar jistgħu jiġu antiċipati u ġestiti aħjar jekk il-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema organizzati, jiġu involuti kmieni (2). Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pjan industrijali tal-UE jgħin biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità tajba b’kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u paga tajba, u jippromovi n-negozjar kollettiv u r-rispett għall-ftehimiet kollettivi. |
|
3.4.3. |
Fir-rigward tal-proposta għal akkademji għal emissjonijiet żero netti, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-istrutturi eżistenti u stabbiliti sew tal-kwalifiki u tal-edukazzjoni vokazzjonali fl-UE u jenfasizza li ma hemm l-ebda bażi legali biex jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta’ politika ta’ taħriġ (professjonali) ta’ dan it-tip permezz ta’ regolament. L-abbozz ta’ regolament ma jirriflettix ir-realtà fil-kumpaniji u fl-Istati Membri tal-UE, li jintwera wkoll mill-fatt li mhuwa previst l-ebda involviment kontinwu tal-imsieħba soċjali, u lanqas ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra. Għalhekk, filwaqt li l-KESE jirrakkomanda li l-aspetti tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Proposta għal Regolament għandhom jiġu indirizzati fil-qafas ta’ rakkomandazzjoni, kif inhi l-prattika standard f’dan il-qasam ta’ politika, il-Kumitat jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex tal-anqas jinvolvu b’mod attiv lill-imsieħba soċjali, kif ukoll lin-network tal-kmamar Ewropej fl-attivitajiet tal-Akkademji Ewropej ta’ Industriji b’Emissjonijiet Żero Netti u l-Pjattaforma għal Ewropa b’Emissjonijiet Żero Netti. |
|
3.4.4. |
Il-kalkoli mill-Kummissjoni Ewropea juru li hemm potenzjal sinifikanti ta’ ħolqien ta’ impjiegi fil-qasam tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, b’180 000 ħaddiem meħtieġa fil-manifattura tal-idroġenu taċ-ċelloli tal-fjuwil, 66 000 fil-manifattura solari fotovoltajka u 800 000 fil-produzzjoni tal-batteriji. Għalhekk, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex mhux biss jappoġġjaw il-kundizzjonijiet qafas biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa fl-UE, iżda wkoll biex iħaffu u jistandardizzaw il-permessi tax-xogħol għall-ħaddiema kwalifikati li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. |
3.5. Innovazzjoni
|
3.5.1. |
Il-kapaċità tal-innovazzjoni hija mod ieħor biex tiżdied il-produttività, u hija essenzjali għall-iżvilupp, l-adattabilità u t-tiġdid tan-negozji. Kemm l-investiment privat u dak pubbliku fir-riċerka u l-innovazzjoni huma meħtieġa għas-suċċess tal-UE fil-futur. Jeħtieġ li l-kooperazzjoni bejn in-negozji, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tal-innovazzjoni tiġi ffaċilitata bħala mod prattiku importanti biex jissaħħu l-innovazzjonijiet produttivi. L-involviment tal-ħaddiema jista’ jikkontribwixxi wkoll b’mod pożittiv biex jinkisbu l-potenzjal sħiħ tal-innovazzjoni u l-bidla prevista. |
|
3.5.2. |
Bħalissa, il-biċċa l-kbira tal-finanzjament tal-UE huwa mmirat b’mod predominanti lejn l-istadji bikrija tal-iżvilupp teknoloġiku u lejn l-adozzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji mill-utenti downstream. L-appoġġ għall-kapaċità tal-manifattura u għan-negozji li qed jespandu għadu limitat. Il-KESE jemmen li dan jeħtieġ li jiġi rettifikat. |
|
3.5.3. |
Il-KESE jirrikonoxxi li r-rilevanza tal-materja prima kritika għall-attivitajiet industrijali tal-UE ma tistax tiġi esaġerata. F’dan ir-rigward, l-innovazzjoni għandha, bħala prijorità, tiffoka fuq sostituti, prodotti u materjali li jistgħu jnaqqsu d-dipendenza tal-UE mill-materja kritika u l-materja prima li ma tistax taċċessa faċilment. |
3.6. Governanza
|
3.6.1. |
Il-Kapitolu VII tal-proposti tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jistabbilixxi struttura, il-Pjattaforma għal Ewropa b’Emissjonijiet Żero Netti, maħsuba bħala korp ta’ referenza li fih il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiddiskutu, jiskambjaw informazzjoni, u jaqsmu l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-KESE jixtieq jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tfittex kontribut mhux biss minn esperti iżda b’mod predominanti minn rappreżentanti tal-industrija b’emissjonijiet żero netti u trade unions relatati. Il-KESE jilqa’ l-ispinta għal koordinazzjoni aħjar u għandu jkun involut fil-Pjattaforma, biex jikkontribwixxi b’mod strutturali l-fehmiet tal-ħaddiema, l-impjegaturi u s-soċjetà ċivili għall-ħidma tagħha. |
3.7. Teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti
|
3.7.1. |
Il-KESE jilqa’ l-approċċ għall-investiment ta’ prijorità fit-teknoloġiji nodfa u l-appoġġ għalihom. Madankollu, il-lista ta’ teknoloġiji appoġġjati mill-proposta tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti fil-biċċa l-kbira tinjora d-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija u d-dimensjoni taċ-ċirkolarità. Ma nistgħux nilħqu l-għanijiet klimatiċi għall-2050 mingħajr ma nibnu ekonomija ċirkolari kompetittiva: l-użu tal-iskart, id-diossidu maqbud jew ir-riżorsi rinnovabbli bħala materja prima huma kollha modi vijabbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-industriji kollha u titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet tal-materja prima. Għalhekk, il-KESE jistieden lil-leġiżlaturi jespandu l-lista ta’ teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti kif dovut. |
|
3.7.2. |
Il-KESE jappoġġja l-istabbiliment ta’ miri u objettivi ċari għall-kapaċità tal-manifattura fl-Ewropa, b’mod partikolari l-għanijiet li tiġi koperta 10 % tal-estrazzjoni tal-minerali strateġiċi tagħna, b’impenn qawwi favur il-protezzjoni ambjentali kontinwa, li jintlaħaq 40 % tal-irfinar tal-materjali, inkluż l-avvanz fil-kapaċità tal-estrazzjoni minerarja u b’hekk jinħoloq valur miżjud reali, u li tinkiseb rata ta’ riċiklaġġ ta’ 15 % sal-2030. |
|
3.7.3. |
Il-KESE jirrimarka li hemm riskju għoli ta’ żieda fil-kost tal-produzzjoni minħabba li kważi 25 % tal-emissjonijiet jiġu minn setturi fejn l-emissjonijiet huma diffiċli sabiex jitrażżnu, li mhux ser jiddekarbonizzaw bil-ħeffa mixtieqa mingħajr ma jġarrbu kostijiet tal-produzzjoni ogħla. Dan jista’ jwassal għal xokk fil-provvista u nuqqas ta’ kapaċità li jiġu koperti l-ħtiġijiet tas-suq. Sakemm jiġu adottati teknoloġiji ġodda, huwa probabbli ħafna li jkun hemm żieda fil-kost tal-produzzjoni, li tikkawża nuqqasijiet u twassal għal prezzijiet ogħla li jiġu ttrasferiti għal prodotti oħra fil-katina tal-valur. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Oliver RÖPKE
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar”(COM(2022) 143 final — 2022/0092 (COD)) (ĠU C 443, 22.11.2022, p. 75).
(2) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-demokrazija fil-post tax-xogħol (Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola) (ĠU C 228, 29.06.2023, p. 43).