ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 101A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
17 ta' Marzu 2023


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2023/C 101 A/01

Kompetizzjoni PE/AST/287/2023/INLO — Koordinaturi tas-servizzi loġistiċi (AST 1)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

17.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 101/1


Kompetizzjoni PE/AST/287/2023/INLO

Koordinaturi tas-servizzi loġistiċi (AST 1)

(2023/C 101 A/01)

Qabel tapplika, jekk jogħġbok aqra sew il-gwida għall-kandidati annessa ma’ dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. Din il-gwida, li hija parti integrali mill-avviż ta’ kompetizzjoni, tgħinek tifhem ir-regoli marbuta mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni.

WERREJ

A.

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u rekwiżiti ta’ eleġibilità

B.

Żvolġiment tal-kompetizzjoni

C.

Tressiq tal-applikazzjonijiet

Gwida għall-kandidati fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Parlament Ewropew

A.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U REKWIŻITI TA’ ELEĠIBILITÀ

1.   Kummenti ġenerali

Il-Parlament Ewropew iddeċieda li, abbażi tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1), iniedi kompetizzjoni miftuħa (AST 1) għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali fid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO).

Il-profil imfittex huwa dak ta’ koordinaturi tas-servizzi loġistiċi u l-għadd mixtieq ta’ kandidati li jirnexxu huwa ta’ 15.

L-impjiegi se jkunu bbażati prinċipalment fi Brussell, iżda wkoll fil-Lussemburgu u fi Strażburgu (il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew) skont il-ħtiġijiet tas-servizzi tal-Parlament. Dawn l-impjiegi jistgħu jirrikjedu missjonijiet bejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew. Il-koordinaturi assenjati għas-servizzi tat-trasport għall-persuni u għall-oġġetti jistgħu wkoll jintalbu jwettqu missjonijiet barra mill-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew.

Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AST 1, l-ewwel skala, b’salarju bażiku ta’ EUR 3 271,87 fix-xahar. Dan is-salarju huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u tnaqqis ieħor previst mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali. L-iskala li fiha se jiġu reklutati l-kandidati li jirnexxu madankollu tista’ tiġi adattata skont l-esperjenza professjonali tagħhom. Barra minn hekk, is-salarju bażiku, f’ċerti kondizzjonijiet, jiżdied b’xi allowances.

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

2.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Id-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO) jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba tal-infrastruttura u tal-loġistika fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew.

Id-dmirijiet tad-DĠ INLO huma li jieħu ħsieb il-ġestjoni ta’ dawn li ġejjin:

il-bini kollu okkupat mill-Parlament Ewropew fi Brussell, fi Strażburgu u fil-Lussemburgu, kif ukoll l-uffiċċji ta’ kollegament fl-Istati Membri fil-livell tekniku u amministrattiv;

is-servizzi tat-tagħmir u l-prestazzjonijiet involuti fit-tħaddim tal-istess bini;

it-tagħmir (xiri, trasport, ġarr, messaġġi, forniment tal-ikel, ħwienet, eċċ.) kif ukoll l-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat.

Il-koordinaturi tas-servizzi loġistiċi se jkollhom l-inkarigu li jassistu Kap tal-Unità jew Amministratur u li jissorveljaw u jikkoordinaw tim ta’ membri tal-persunal.

Taħt l-awtorità tal-uffiċjal responsabbli u fil-qafas tal-programmi u l-prijoritajiet definiti mill-korpi parlamentari u mill-ġerarkija tagħhom, il-koordinaturi tas-servizzi loġistiċi se jwettqu l-kompiti partikolari minn fost dawn li jidhru hawn taħt:

imexxu, jistimulaw, jimmotivaw u jikkoordinaw tim ta’ aġenti sabiex jottimizzaw l-użu tar-riżorsi umani, filwaqt li jiżguraw il-kwalità tas-servizz;

jiffissaw il-prijoritajiet, jantiċipaw ix-xogħol li jrid isir, jiżguraw livell xieraq ta’ kwalità tax-xogħol imwettaq;

jieħdu sehem fit-tfassil tal-istruzzjonijiet u l-linji gwida, iwassluhom għand it-tim u jimmonitorjaw il-konformità ma’ tali struzzjonijiet u linji gwida;

iżommu kuntatt u jikkomunikaw ma’ interlokuturi f’direttorati/unitajiet/servizzi oħra u ma’ interlokuturi esterni;

jiġġestixxu sitwazzjonijiet mhux previsti (eż. l-organizzazzjoni tat-tim f’każ ta’ assenzi tal-aħħar minuta);

jirrappreżentaw l-unità fil-laqgħat bejn is-servizzi jew fil-gruppi ta’ ħidma;

jissorveljaw is-segwitu amministrattiv relatat mal-vetturi (dokumenti, testijiet tal-affidabilità stradali);

jiġġestixxu, fejn xieraq, ix-xufiera tal-fornituri esterni tas-servizzi;

jiżguraw il-kontinwità tas-servizz billi jsuqu, meta jkun meħtieġ, il-vetturi tal-Parlament Ewropew intiżi għat-trasport tal-persuni u tal-oġġetti, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha;

jikkoordinaw tim li jinkludi sa 120 xufier(a), jorganizzaw ir-rotot u r-rotazzjonijiet tat-tim u jieħdu ħsieb id-dispaċċ tal-vjaġġi u r-rotazzjonijiet tax-xufiera (it-tfassil u l-ġestjoni tal-iskedi tax-xufiera);

jikkontrollaw is-sigħat tax-xogħol tax-xufiera;

jieħdu ħsieb il-koordinament, l-organizzazzjoni u d-dispaċċ tal-ġarr kif ukoll ir-rotazzjonijiet tat-timijiet interni u esterni (it-tfassil u l-ġestjoni tal-iskedi ta’ tim li jinklusi sa 50 persuna inkarigata mill-ġarr);

jorganizzaw id-distribuzzjoni tal-posta minn tim li jinkludi sa 50 uxxier(a);

isegwu d-deċiżjonijiet u l-fajls u jinformaw lill-applikanti dwar il-progress tal-fajls;

jagħtu pariri u jinformaw lill-ġerarkija, lill-Membri, lill-assistenti tagħhom, lill-persunal u lill-viżitaturi tal-Parlament fl-oqsma ta’ responsabilità tagħhom.

Is-servizzi li x’aktarx jirreklutaw koordinaturi tal-loġistika huma prinċipalment inkarigati minn dawn li ġejjin:

it-trasport tal-persuni, prinċipalment il-Membri u l-persunal tal-Parlament;

il-politika tal-mobilità u r-relazzjonijiet mal-awtoritajiet federali, reġjonali u muniċipali b’rabta magħha;

il-ġarr differenti (Membri, gruppi politiċi u persunal tal-istituzzjoni) fit-tliet postijiet tax-xogħol ewlenin u l-konsenja ta’ proprjetà mobbli;

it-trasport ta’ materjal għas-sessjoni plenarja fi Strażburgu u waqt il-laqgħat tal-gruppi politiċi barra mit-tliet postijiet tax-xogħol ewlenin;

id-distribuzzjoni u l-ġestjoni tal-ispazji tax-xogħol;

id-distribuzzjoni tal-posta fit-tliet postijiet tax-xogħol ewlenin;

l-għoti ta’ assistenza lis-servizzi tas-sessjonijiet plenarji (DĠ PRES) u lill-galleriji (DĠ LINC) matul is-sessjonijiet.

Il-koordinaturi tal-loġistika jeħtiġilhom ikunu kapaċi jittrattaw firxa wiesgħa ta’ sitwazzjonijiet differenti, jirreaġixxu malajr u b’mod kalm għall-bidliet taċ-ċirkostanzi u jikkomunikaw b’effiċjenza. Huma jridu jkunu kapaċi jaħdmu regolarment b’mod intensiv, kemm waħedhom kif ukoll f’tim, f’ambjent multikulturali.

Għandhom jiġu previsti missjonijiet frekwenti fit-tliet postijiet tax-xogħol ewlenin tal-Parlament Ewropew, kif ukoll għadd kbir ta’ kuntatti interni u esterni.

3.   Rekwiżiti ta’ eleġibilità

Sad-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, tkun trid tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

(a)

Rekwiżiti ġenerali

Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, trid:

tkun ċittadin(a) ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek;

tkun issodisfajt kull obbligu impost mil-liġijiet applikabbli fil-qasam tal-obbligu militari;

toffri l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.

(b)

Rekwiżiti speċifiċi

(i)

Kwalifiki u diplomi meħtieġa

Irid ikollok:

livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ċċertifikat b’diploma;

jew

livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja flimkien ma’ esperjenza professjonali ta’ mill-inqas tliet snin b’rabta diretta man-natura tal-funzjonijiet (taqsima A.2).

Id-diplomi, sew jekk maħruġa fi Stat Membru jew f’pajjiż mhux tal-UE, iridu jkunu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-Ministeru għall-Edukazzjoni ta’ Stat Membru.

Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara https://www.enic-naric.net/. F’dan ir-rigward, il-bord ta’ selezzjoni jqis id-differenzi fis-sistemi edukattivi. Eżempji ta’ kwalifiki minimi meħtieġa jinsabu fit-tabella li tidher fil-Gwida għall-Kandidati.

(ii)

Esperjenza professjonali meħtieġa

Mhi meħtieġa ebda esperjenza professjonali. Madankollu, kwalunkwe esperjenza professjonali li tkun ksibt fil-qasam kopert minn din il-kompetizzjoni (ara l-lista ta’ kompiti fil-punt “Deskrizzjoni tal-funzjonijiet”, taqsima A.2) tkun ta’ vantaġġ.

(iii)

Għarfien lingwistiku

Il-kandidati jrid ikollhom għarfien komplut (mill-inqas ta’ livell C1) ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1): il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan jew l-Ungeriż,

u

għarfien sodisfaċenti (mill-inqas ta’ livell B2) tal-Ingliż jew il-Franċiż (lingwa 2). Il-lingwa 2 tiegħek trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Kun af li l-livelli minimi indikati hawn fuq japplikaw għal kull qasam ta’ kapaċità lingwistika (taħdit, kitba, qari, smigħ) imsemmi fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-kapaċitajiet jikkorrispondu għal dawk speċifikati fil-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europa.eu/europass/common-european-framework-reference-language-skills).

Il-koordinaturi tal-loġistika jridu jkunu kapaċi jifhmu u jwettqu l-kompiti msemmija hawn fuq, jittrattaw il-fajls u jikkomunikaw b’effiċjenza mal-interlokuturi interni u esterni kif ukoll mal-ġerarkija u mal-kollegi fl-ambjent tax-xogħol deskritt hawn fuq. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-kompiti jitwettqu biż-żewġ lingwi (l-Ingliż u l-Franċiż) magħżula għall-finijiet ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni skont l-interess tas-servizz, li jesiġi kwalifiki meħtieġa min-natura tal-funzjonijiet deskritti. Għalhekk, sabiex iwettqu l-kompiti u jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-servizz, il-koordinaturi tal-loġistika jridu jkunu kapaċi jaħdmu u jikkomunikaw b’effiċjenza f’mill-inqas waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

B.   ŻVOLĠIMENT TAL-KOMPETIZZJONI

Il-kompetizzjoni hija organizzata fuq il-bażi ta’ kwalifiki u testijiet.

1.   Ammissjoni għall-proċedura ta’ selezzjoni

Jekk tkun ippreżentajt il-fajl tal-applikazzjoni tiegħek:

skont il-proċeduri stabbiliti fil-punt C, u

fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punt C,

il-bord ta’ selezzjoni jeżamina l-fajl tiegħek fid-dawl tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ eleġibilità.

Jekk tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi ta’ eleġibilità, il-bord ta’ selezzjoni jaċċettak għall-proċedura ta’ selezzjoni.

Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġjata minn dokumenti ġustifikattivi.

2.   Valutazzjoni tal-kwalifiki

Il-bord ta’ selezzjoni, abbażi ta’ tabella tal-valutazzjoni li jkun stabbilixxa minn qabel, jipproċedi għall-valutazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati ammessi għall-proċedura ta’ selezzjoni u jistabbilixxi lista tal-aħjar 60 kandidat(a), li jiġu mistiedna għat-testijiet. Il-bord ta’ selezzjoni jistieden il-kandidati kollha li jkunu ġew ex aequo fl-aħħar post.

Huwa u jivvaluta l-kwalifiki tal-kandidati, il-bord ta’ selezzjoni jqis, b’mod partikolari, l-aspetti li ġejjin (li jridu jiġu appoġġjati minn dokumenti ġustifikattivi fil-formola tal-applikazzjoni):

esperjenza professjonali f’funzjoni ta’ servizz għall-klijenti rilevanti għall-funzjonijiet li jridu jitwettqu;

esperjenza professjonali fis-superviżjoni ta’ tim;

esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ dokumenti jew istruzzjonijiet rilevanti għall-funzjonijiet li jridu jitwettqu;

esperjenza professjonali miksuba ma’ organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali jew f’ambjent multikulturali jew internazzjonali;

ċertifikat/diploma fil-qasam tal-ewwel għajnuna maħruġ(a) minn awtorità kompetenti approvata jew esperjenza professjonali fil-qasam tas-sikurezza personali (evakwazzjoni tal-bini, l-ewwel għajnuna, sikurezza kontra n-nirien, eċċ.).

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt.

3.   Testijiet

Test bil-miktub

(a)

Test tal-kitba bil-lingwa 2, abbażi ta’ sensiela ta’ dokumenti, bil-għan li tiġi vvalutata l-kapaċità tiegħek li twettaq il-kompiti deskritti fil-punt A.2 “Deskrizzjoni tal-funzjonijiet”.

Tul ta’ ħin massimu tat-test: 3 sigħat

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu mitlub: 20 punt)

Dan it-test se jiġi organizzat mill-bogħod fuq il-kompjuter.

L-aħjar 30 kandidat(a) li jkunu kisbu l-ogħla għadd ta’ punti fit-test bil-miktub jiġu mistiedna għat-testijiet orali, bil-kondizzjoni li jkunu kisbu l-għadd minimu ta’ punti meħtieġa. Jekk ikun il-każ, il-bord ta’ selezzjoni jistieden il-kandidati kollha li jkunu ġew ex aequo fl-aħħar post.

Testijiet orali

(b)

Intervista mal-bord ta’ selezzjoni bl-Ingliż jew bil-Franċiż (lingwa 2), li permezz tagħha l-bord ikun jista’ jivvaluta l-ħila tiegħek biex twettaq il-kompiti deskritti fil-punt A.2 “Deskrizzjoni tal-funzjonijiet”, b’kunsiderazzjoni tal-elementi kollha mniżżlin fil-fajl tal-applikazzjoni. Il-bord ta’ selezzjoni jittestja wkoll il-lingwa 1 iddikjarata fil-formola tal-applikazzjoni.

Tul ta’ ħin massimu tat-test: 45 minuta.

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu mitlub: 20 punt).

(c)

Test ta’ diskussjoni fi grupp jew logħba ta’ simulazzjoni tar-rwoli bl-Ingliż jew bil-Franċiż (lingwa 2), sabiex il-bord ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta l-ħila ta’ adattament, il-ħila ta’ negozjar, il-kreattività u l-kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħek, kif ukoll l-imġiba tiegħek fi grupp jew f’sitwazzjoni partikolari, b’rabta mal-kompiti deskritti fil-punt A.2 “Deskrizzjoni tal-funzjonijiet”.

It-tul tat-test ta’ diskussjoni fi grupp jiġi stabbilit mill-bord skont il-kompożizzjoni definittiva tal-gruppi.

It-tul massimu tat-test tal-logħba ta’ simulazzjoni tar-rwoli huwa ta’ 20 minuta.

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt (minimu mitlub: 10 punti).

Dawn it-testijiet jistgħu jiġu organizzati mill-bogħod.

Tirċievi fi żmien xieraq l-istruzzjonijiet dwar it-testijiet bil-miktub u orali. It-testijiet huma skedati f’data u ħin preċiżi. Jekk ma tirrispondix għall-istedina, ma tkunx tista’ tiġi kkuntattjat(a) b’email jew ma tersaqx għal xi wieħed mit-testijiet, tiġi skwalifikat(a). Jeħtieġlek issegwi l-istruzzjonijiet bl-akbar reqqa. Kwalunkwe ksur tal-istruzzjonijiet jew kwalunkwe mġiba li ma tkunx konformi mal-istruzzjonijiet jiskwalifikawk minnufih.

4.   Lista ta’ kandidati idonei

Il-bord ta’ selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ kandidati idonei bl-ismijiet tal-kandidati eleġibbli li globalment ikunu kisbu l-ogħla għadd ta’ punti fi tmiem il-proċedura, kif indikat fil-punt A.1 “Kummenti ġenerali”. Dawn il-marki globali jiġbru fihom l-għadd ta’ punti miksuba għall-proċedura kollha (il-valutazzjoni tal-kwalifiki u t-testijiet (a), (b) u (c)), bil-kondizzjoni li l-kandidati jkunu kisbu l-għadd minimu ta’ punti meħtieġa f’kull wieħed minn dawn it-testijiet. Il-lista tista’ tinkludi l-kandidati kollha li jkunu ġew ex aequo fl-aħħar post. L-ismijiet tal-kandidati li jirnexxu jidhru fil-lista f’ordni alfabetiku.

Il-validità tal-lista ta’ kandidati idonei tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2026. Il-validità tagħha tista’ tiġi estiża b’deċiżjoni tal-awtorità tal-ħatra. Jekk tiġi estiża, il-kandidati li isimhom ikun ġie mniżżel fil-lista jiġu informati fi żmien debitu.

Il-kandidati li jirnexxu jiġu infurmati individwalment bir-riżultati tagħhom u l-lista ta’ kandidati idonei tiġi ppubblikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Parlament Ewropew.

Jekk tirċievi offerta ta’ impjieg, tintalab tippreżenta d-dokumenti oriġinali kollha meħtieġa, inklużi d-diplomi u ċ-ċertifikati tal-impjieg tiegħek, għal finijiet ta’ verifika.

Il-fatt li ismek jitniżżel fil-lista ta’ kandidati idonei ma jikkostitwix dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

C.   TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

Kif tapplika

L-applikazzjoni tiegħek trid issir permezz tal-pjattaforma Apply4EP: https://apply4ep.gestmax.eu/search/index/lang/mt_MT

Jeħtieġlek taqra bir-reqqa l-Gwida għall-kandidati fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Parlament Ewropew qabel timla l-formola tal-applikazzjoni u tipprovdi d-dokumenti ġustifikattivi rilevanti.

Data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija

d-19 ta’ April 2023 fil-17.00, ħin ta’ Brussell

Malli tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tintbagħatlek konferma awtomatikament.

Il-kandidati huma mitluba MA JAGĦMLUX KUNTATT BIT-TELEFON mas-servizzi tal-Parlament Ewropew biex jistaqsu dwar din il-kompetizzjoni.


(1)  ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62. Test konsolidat EUR-Lex – 01962R0031-20230101 – MT – EUR-Lex (europa.eu)


Gwida għall-kandidati fil-kompetizzjonijiet/proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-Parlament Ewropew

Għall-finijiet ta’ dan id-dokument, it-terminu “avviż” jirreferi għal “avviż ta’ kompetizzjoni” f’kompetizzjoni u għal “avviż ta’ reklutaġġ” fil-kuntest ta’ proċedura ta’ selezzjoni.

1.   INTRODUZZJONI

Kif tiżvolġi kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni?

Kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni tinvolvi sensiela ta’ stadji fejn il-kandidati jikkompetu bejniethom; din hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea li, sad-data tal-iskadenza stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eleġibilità, toffri l-istess possibilità lill-kandidati kollha biex juru ħiliethom u tippermetti selezzjoni bbażata fuq il-mertu, fir-rispett tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Il-kandidati li jgħaddu mill-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni jitniżżlu f’lista ta’ kandidati idonei li se sservi bħala bażi għall-Parlament Ewropew sabiex jimla l-pożizzjonijiet tiegħu skont il-ħtiġijiet tiegħu.

Għal kull kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni jiġi kostitwit bord ta’ selezzjoni (1). Il-membri tiegħu jinħatru mill-amministrazzjoni u l-kumitat tal-persunal. Ix-xogħlijiet tiegħu huma sigrieti u jiżvolġu skont l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

Il-bord ta’ selezzjoni jimxi b’mod strett mar-rekwiżiti ta’ eleġibilità msemmija fl-avviż biex jiddeċiedi dwar l-eleġibilità jew le ta’ kull kandidat. Il-kandidati li kienu ammessi għal kompetizzjoni jew proċedura ta’ selezzjoni preċedenti ma jkunux awtomatikament eleġibbli.

Sabiex jagħżel l-aħjar kandidati, il-bord ta’ selezzjoni jqabbel il-prestazzjonijiet tal-kandidati sabiex jivvaluta l-ħila tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-avviż. Għalhekk ma għandux biss jivvaluta l-livell tal-għarfien tagħhom, iżda għandu jidentifika wkoll il-persuni l-aktar kwalifikati abbażi tal-merti tagħhom.

Għall-informazzjoni, kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni ġeneralment iddum bejn sitt xhur u tnax-il xahar, skont in-numru ta’ kandidati.

2.   STADJI TAL-KOMPETIZZJONI/TAL-PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI

L-istadji tal-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni huma dawn li ġejjin:

wasla tal-fajls tal-applikazzjoni,

l-iskrutinju tal-kundizzjonijiet ta’ eleġibilità;

evalwazzjoni tal-kwalifiki (abbażi tal-avviż);

testijiet,

inklużjoni fil-lista ta’ kandidati idonei.

2.1.   Wasla tal-fajls tal-applikazzjoni

Ir-reġistrazzjoni ssir esklużivament fuq il-pjattaforma online Apply4EP billi ssegwi b’mod rigoruż kull stadju sal-validazzjoni elettronika finali tal-applikazzjoni tiegħek (ara l-punt 3 ta’ din il-gwida). Jeħtieġlek tehmeż, preferibbilment fil-format PDF, id-dokumenti ġustifikattivi rilevanti kollha meħtieġa li jagħtu prova li inti tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-avviż. Dawn id-dokumenti jippermettu lill-bord ta’ selezzjoni jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni. Hija responsabilità tiegħek li d-dokumenti li tipprovdi jkunu ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jinqraw.

Il-pjattaforma Apply4EP tippermettilek ittella’ dokumenti sa massimu ta’ 5 MB għal kull dokument, f’format DOC, DOCX, GIF, JPG, TXT, PDF, PNG u RTF li jiċċertifikaw l-esperjenza professjonali, id-diploma/i u, eventwalment, l-għarfien lingwistiku msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

2.2.   L-iskrutinju tal-kundizzjonijiet ta’ eleġibilità;

Il-lista tal-kandidati li jkunu ssottomettew il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom skont il-modalitajiet u fiż-żmien dovut tiġi stabbilita mill-Awtorità tal-Ħatra u mbagħad tintbagħat flimkien mal-fajls lill-bord ta’ selezzjoni.

Il-bord ta’ selezzjoni jeżamina l-fajls tal-applikazzjoni u jistabbilixxi lista ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ eleġibilità stabbiliti fl-avviż. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġjata minn dokumenti ġustifikattivi.

L-istudji, it-taħriġ, l-esperjenza professjonali u l-għarfien lingwistiku għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-formola tal-applikazzjoni, jiġifieri:

għall-istudji: id-dati tal-bidu u tat-tmiem, kif ukoll id-deskrizzjoni tad-diploma jew tad-diplomi u s-suġġetti studjati;

għall-esperjenza professjonali eventwali: id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-esperjenza, kif ukoll deskrizzjoni preċiża tal-kompiti mwettqa. Il-ħin tax-xogħol jew in-numru ta’ sigħat maħduma kull jum/ġimgħa/xahar għandhom jiġu speċifikati wkoll.

Jekk tkun ippubblikajt studji, artikli, rapporti jew testi oħra b’rabta man-natura tal-funzjonijiet deskritti fl-avviż, inti għandek tinkludihom fil-formola tal-applikazzjoni.

Kull perjodu ta’ esperjenza professjonali jista’ jitqies darba biss. L-esperjenza professjonali għandha tkun rilevanti għall-kompiti mwettqa, għandha tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv u għandha tkun rimunerata. Madankollu, każijiet partikolari ta’ esperjenza professjonali jitqiesu kif ġej:

esperjenza professjonali bħala voluntier: jekk tkun irregolata b’kuntratt jew bi ftehim formali ekwivalenti u jekk iddum mhux anqas minn ħames xhur full-time. Il-kreditu totali għall-esperjenza bħala voluntier m’għandux ikun aktar minn sena.

traineeships imħallsa jew mhux imħallsa: jekk ma jiffurmawx parti minn kors ta’ studju u jekk ma damux anqas minn ħames xhur full-time. Il-kreditu totali għat-traineeships m’għandux ikun aktar minn sena. It-tul minimu tat-traineeships li jridu jiġu kkompletati biex jinkiseb aċċess għal professjoni biss għandu jiġi ttrattat bħala esperjenza professjonali rilevanti, u biss jekk il-persuna kkonċernata tkun fil-fatt kisbet d-dritt li teżerċita l-professjoni inkwistjoni.

servizz militari jew ċivili obbligatorju: ikkreditat għat-tul ta’ żmien li fil-fatt dam is-servizz. F’dan il-każ speċifiku, tali esperjenza għandha titqies irrispettivament mid-data li fiha nkisbet id-diploma li tagħti aċċess għall-grupp ta’ funzjonijiet u l-grad rilevanti.

leave tal-maternità/paternità/adozzjoni/ġenituri/familja: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg; jitqies bħala xogħol 100 fil-mija irrispettivament minn jekk itteħidx fuq bażi full-time jew half-time.

dottorat: għal massimu ta’ tliet snin, dment li d-dottorat ikun fil-fatt inkiseb.

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata abbażi tan-numru ta’ sigħat maħduma (eż. jumejn f’ġimgħa tax-xogħol ta’ ħamest ijiem għal tul ta’ 10 xhur ikunu jgħoddu bħala 4 xhur). Madankollu, il-bord ta’ selezzjoni, filwaqt li jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu, jista’ jiddeċiedi li jqis bħala esperjenza full-time esperjenza ta’ xogħol li tammonta għal mill-inqas esperjenza half-time. Dan ifisser li esperjenza professjonali ta’ 50 fil-mija tal-ħin tax-xogħol normali jew aktar meta mqabbel max-xogħol full-time tista’ tiġi kkalkulata bħala full-time (i.e. 100 fil-mija).

Mhumiex se jiġu ammessi f’dan l-istadju l-kandidati li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ eleġibilità stabbiliti fl-avviż, il-kandidati li d-dokumenti ġustifikattivi mehmuża tagħhom ma jikkorroborawx b’mod suffiċjenti u/jew preċiż l-informazzjoni pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni, kif ukoll il-kandidati li d-dokumenti ġustifikattivi tagħhom ma jippermettux lill-bord ta’ selezzjoni jivverifika li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eleġibilità stabbiliti fl-avviż.

Kull kandidat jiġi informat b’email dwar id-deċiżjoni tal-bord ta’ selezzjoni jekk ġiex ammess jew le għat-testijiet.

2.3.   Evalwazzjoni tal-kwalifiki

Jekk indikat fl-avviż, il-bord ta’ selezzjoni jivvaluta l-kwalifiki tal-kandidati magħżula sabiex jagħżel il-kandidati li jiġu mistiedna għat-testijiet. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġjata minn dokumenti ġustifikattivi rilevanti (preferibbilment fil-format PDF). Il-bord ta’ selezzjoni għandu jibbaża ruħu fuq il-kriterji li jkun stabbilixxa minn qabel, filwaqt li jqis il-kwalifiki stabbiliti fl-avviż.

Kull kandidat jiġi informat b’email dwar id-deċiżjoni tal-bord ta’ selezzjoni jekk ġiex ammess jew le għat-testijiet.

2.4.   Testijiet

Jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-eleġibilità u tiġi kklassifikata fost l-aħjar kandidati fil-valutazzjoni tal-kwalifiki (jekk ikun hemm), tiġi mistieden għat-testijiet. It-testijiet kollha huma obbligatorji u eliminatorji. In-numru massimu ta’ kandidati ammessi għat-testijiet huwa stabbilit fl-avviż. Id-deskrizzjoni tat-testijiet u l-marki li jistgħu jingħataw jinsabu fl-avviż.

Dettalji tekniċi — Testijiet online (MCQ u testijiet bil-miktub)

Għat-testijiet organizzati online, il-Parlament Ewropew iqabbad lil fornitur tas-servizzi.

Għaldaqstant se jkollok bżonn kompjuter (desktop jew laptop) li jkollu:

sistema operattiva Microsoft Windows 10 jew aktar avvanzata, jew inkella Apple OS X 10.13 jew aktar avvanzata għal Mac;

kapaċità ta’ 1 GB ta’ spazju liberu fuq il-hard disk;

kamera fuq in-naħa ta’ quddiem li tkun konnessa mal-kompjuter tiegħek jew integrata fih;

konnessjoni tal-internet;

4 GB ta’ RAM.

Jekk ikun hemm tibdil fir-rekwiżiti tekniċi minimi bħala konsegwenza ta’ aġġornament tas-software, tirċievi notifika qabel it-testijiet.

Is-sistemi operattivi XP, Vista u inqas avvanzata, Windows 10 S, Windows ARM (RT), MacOs inqas minn 10.11, IOS (iPad, iPhone), Android, Chromebook, Virtual Machine, Linux (Debian, Ubuntu, …) u OS ta’ 32 bits ma jgħoddux.

Irid ikollok ukoll drittijiet ta’ amministratur għall-kompjuter jew il-laptop biex timblokka l-aċċess għall-applikazzjonijiet (dokumenti, software ieħor, siti web, eċċ.), ħlief dik tal-fornitur tas-servizzi matul id-durata tat-test.

Trid taċċerta ruħek li l-kompjuter tiegħek huwa ssettjat fil-ħin u d-data korretti u li r-riżoluzzjoni tal-iskrin tiegħek hija korretta.

Jeħtieġlek tniżżel, tinstalla, tivverifika u tittestja l-applikazzjoni mill-aktar fis possibbli (mill-inqas ġimgħa qabel it-test). Biex tkun tista’ tittestja l-applikazzjoni wara l-installazzjoni, inti mistieden twettaq test ta’ prerekwiżiti tekniċi meta taċċedi għaliha. Dan it-test ta’ prerekwiżiti tekniċi huwa obbligatorju u jrid isir fuq il-kompjuter li se jintuża dakinhar tat-test. Dan it-test ta’ prerekwiżiti tekniċi mhux se jkun ikkoreġut. Dan jippermettilek tiffamiljarizza ruħek mal-applikazzjoni u mal-użu tagħha.

Kwalunkwe antivirus fuq il-kompjuter irid jiġi diżattivat matul it-test.

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-kompetizzjoni/tal-proċedura ta’ selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika, informa b’dan lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti permezz tal-kont Apply4EP tiegħek, billi tindika b’mod ċar in-numru u t-titolu tal-kompetizzjoni/tal-proċedura ta’ selezzjoni u l-problema li tkun iltqajt magħha, sabiex inkunu nistgħu neżaminaw il-kwistjoni u, jekk ikun meħtieġ, nieħdu miżuri korrettivi.

Dakinhar tat-test: matul it-test, qis li ma jkollokx għalfejn titlaq minn quddiem il-kompjuter tiegħek. Issib aktar informazzjoni dwar kif se jseħħ it-test u dwar x’għandek u x’ma għandekx tagħmel matulu fid-dokument ta’ informazzjoni li se jintbagħatlek mal-ittra ta’ stedina għat-test.

Jekk issib problema matul it-test, ċempel minnufih lill-fornitur tas-servizzi, fuq in-numru + 33 176411488 biex tkun tista’ ssolvi l-problema u tkompli bit-test tiegħek.

F’każ ta’ abbandun, it-testijiet ma jiġux ikkoreġuti.

Id-data u l-ħin indikati fl-istedina għat-test bil-miktub (jew MCQ) online huma l-uniċi data u ħin possibbli. Jekk ma tkunx tista’ tieħu sehem f’test, ma jkollokx possibilità oħra li tagħmlu.

Għalkemm, għal raġunijiet ta’ organizzazzjoni, it-testijiet isiru fl-istess jum, dawn se jiġu kkoreġuti fl-ordni li fihom jidhru fl-avviż. Jekk wieħed jew waħda mill-kandidati ma jiksbux il-punteġġ minimu meħtieġ f’test, il-bord ta’ selezzjoni ma jikkoreġix it-test suċċessiv.

2.5.   Lista ta’ kandidati idonei

Il-lista tal-kandidati idonei tkun ippubblikata bl-ismijiet tal-kandidati magħżula.

Din issir disponibbli għall-pubbliku bl-ismijiet tal-kandidati magħżula. Il-fatt li isem kandidat jitniżżel fil-lista ta’ kandidati idonei jfisser li jista’ jiġi mistieden minn wieħed mis-servizzi tal-istituzzjoni għal intervista, iżda dan ma jikkostitwixxi la dritt u lanqas garanzija ta’ reklutaġġ min-naħa tal-istituzzjoni.

3.   KIF TAPPLIKA?

3.1.   Ġenerali

Qabel tapplika, għandek tiċċekkja bir-reqqa li tissodisfa l-kriterji ta’ eleġibilità kollha, billi tieħu nota tal-avviż u ta’ din il-gwida u billi taċċetta t-termini.

Il-Parlament Ewropew joffri pjattaforma online, Apply4EP, biex tapplika għal dawn il-kompetizzjonijiet/proċeduri ta’ selezzjoni. Hija aċċessibbli fl-indirizz li ġej: https://apply4ep.gestmax.eu/search/index/lang/mt_MT. Biex toħloq kont f’Apply4EP, ikklikkja fuq it-tab “Applika online” li tinsab fi tmiem l-avviż li tkun tixtieq tapplika għaliha, u segwi l-istruzzjonijiet.

Tista’ toħloq kont wieħed biss. Madankollu, tista’ timmodifika d-data personali rreġistrata tiegħek sabiex taġġorna kwalunkwe informazzjoni dwarek.

Twissija: jekk tħalli l-paġna mingħajr ma ssalva qabel ma tkun iffinalizzajt l-applikazzjoni tiegħek, jew jekk is-sessjoni fuq Apply4EP tiskadi (massimu ta’ 120 minuta), titlef l-informazzjoni li tkun tellajt u jkollok terġa’ tibda mill-bidu. Għalhekk, qis li tlesti minn qabel id-dokumenti ġustifikattivi kollha li jkollok bżonn tehmeż mal-formola tal-applikazzjoni.

Inti meħtieġ timla online l-formola tal-applikazzjoni u tehmeż, preferibbilment fil-format PDF, id-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa. Huma jridu jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-avviż, li jippermettu lill-bord ta’ selezzjoni jivverifika l-eżattezza tad-data. Hija responsabilità tiegħek li d-dokumenti li tipprovdi jkunu ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jinqraw.

Ma jkunx possibbli li tirreġistra wara li jkunu skorrew id-data u l-ħin ta’ skadenza stabbiliti fl-avviż. Huwa ferm irrakkomandat li ma tistenniex sal-aħħar jum biex tippreżenta l-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-Parlament Ewropew ma jistax jinżamm responsabbli ta’ funzjonament ħażin eventwali tal-aħħar minuta li jista’ jkun partikolarment dovut għal użu eċċessiv tas-sistema.

L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti mhijiex se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

Jekk għandek diżabilità jew tinsab f’sitwazzjoni partikolari (pereżempju tqala, treddigħ, stat ta’ saħħa, terapija medika, eċċ.), li tista’ tikkawża diffikultajiet waqt l-iżvolġiment tat-testijiet, għandek tindikaha fil-formola tal-applikazzjoni u tagħti kull informazzjoni utli sabiex l-amministrazzjoni tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha neċessarji fil-limiti ta’ dak li jitqies bħala raġonevoli. Innota li, biex it-talba tiegħek tkun tista’ tiġi kkunsidrata, jeħtieġlek tibgħat ċertifikat maħruġ mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku. Id-dokumenti ġustifikattivi tiegħek jiġu eżaminati sabiex tkun tista’ ssir akkomodazzjoni raġonevoli f’każ ta’ bżonn.

3.2.   Kif tibgħat il-fajl komplut?

(1)

Applika online billi tuża l-link imniżżel fl-avviż u imla fid-dettall l-istadji kollha. Biex tagħmel dan, irid ikollok kont wieħed BISS fuq il-pjattaforma Apply4EP, li inti tista’ toħloq billi tikklikkja fuq “Applika online”.

(2)

Ehmeż id-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa, wara li tkun ikkonvertejthom preferibbilment fil-format PDF. Hija responsabilità tiegħek li d-dokumenti li tipprovdi jkunu ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jinqraw. Il-pjattaforma Apply4EP tippermettilek ittella’ dokumenti ta’ mhux aktar minn 5 MB għal kull dokument.

(3)

Ivvalida l-applikazzjoni tiegħek billi ssegwi l-istruzzjonijiet tal-applikazzjoni u qabel id-data tal-iskadenza indikata fl-avviż. Qis li l-formola tal-applikazzjoni tiegħek tkun mimlija b’mod korrett u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa qabel tissottomettiha. Ladarba tkun ivvalidajtha, ma tkun tista’ tibdilha bl-ebda mod u lanqas ma tkun tista’ żżid dokumenti fiha.

3.3.   Liema dokumenti ġustifikattivi għandek tehmeż mal-fajl?

3.3.1.   Ġenerali

Id-dokumenti, preferibbilment fil-format PDF, li tkun tellajt meta tkun applikajt online mhux bilfors ikunu kopji ċċertifikati bħala awtentiċi.

Ir-referenzi għal siti web u għal kontijiet soċjali ma jikkostitwux dokumenti ġustifikattivi validi.

Dokumenti stampati minn siti tal-internet mhumiex se jitqiesu bħala ċertifikati, iżda jistgħu jinhemżu bħala informazzjoni addizzjonali.

Curriculum vitæ mhuwiex meqjus bħala dokument ġustifikattiv tal-esperjenza professjonali, tad-diplomi jew, eventwalment, tal-għarfien lingwistiku.

Inti u tikkostitwixxi l-fajl tiegħek, ma tistax tirreferi għal formoli tal-applikazzjoni jew għal dokumenti oħra mtellgħin b’rabta ma’ applikazzjoni preċedenti.

3.3.2.   Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti ġenerali

F’dan l-istadju l-ebda dokument ma huwa meħtieġ biex jiġġustifika li inti:

ċittadin(a) ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

tgawdi d-drittijiet ċivili tiegħek;

tkun tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet ta’ reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari;

toffri l-garanziji ta’ moralità mitluba għat-twettiq tal-funzjonijiet previsti;

għandek għarfien tal-lingwi indikati fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ħlief fil-każijiet speċifiċi previsti fl-avviż.

Inti trid timmarka l-kaxxa “Dikjarazzjoni ġuramentata”. Meta tagħmel dan, inti tiddikjara solennement li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti u li l-informazzjoni fornuta hija veritiera u kompluta. Dawn id-dokumenti se jintalbulek madankollu matul ir-reklutaġġ.

3.3.3.   Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti speċifiċi

Jeħtieġlek tipprovdi lill-bord ta’ selezzjoni l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jippermettulu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

Diplomi u/jew ċertifikati li jiċċertifikaw it-tlestija tal-istudji

Jeħtieġlek tipprovdi, f’forma ta’ dokumenti, preferibbilment fil-format PDF, mehmuża mal-applikazzjoni online, id-diplomi tal-edukazzjoni sekondarja jew ogħla, il-kwalifiki universitarji jew iċ-ċertifikati li jiċċertifikaw l-istudji tal-livell meħtieġ fl-avviż. Hija responsabilità tiegħek li d-dokumenti li tipprovdi jkunu ta’ kwalità tajba biżżejjed biex jinqraw.

F’dan ir-rigward, il-bord ta’ selezzjoni se jqis is-sistemi edukattivi differenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (l-Anness I u l-Anness II ta’ din il-gwida). Jekk id-diploma tiegħek tkun maħruġa minn pajjiż terz, trid tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Għad-diplomi postsekondarji, għandek tehmeż l-aktar informazzjoni dettaljata possibbli, speċjalment dwar it-tul ta’ żmien tal-istudji u s-suġġetti studjati, sabiex il-bord ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tad-diplomi meta mqabbla man-natura tal-funzjonijiet.

Jekk ikollok taħriġ tekniku jew professjonali, kors ta’ perfezzjonament jew speċjalizzazzjoni, jeħtieġlek tindika jekk kontx kors full time jew part time jew kors ta’ filgħaxija, kif ukoll is-suġġetti u t-tul uffiċjali tal-korsijiet. Jekk jogħġbok tella’ din l-informazzjoni f’dokument wieħed, preferibbilment fil-format PDF.

Esperjenza professjonali

Jekk l-avviż jeżiġi esperjenza professjonali, titqies biss dik li l-kandidati kisbu wara l-kisba tad-diploma jew iċ-ċertifikat meħtieġ. Huwa indispensabbli li d-dokumenti ġustifikattivi jagħtu prova tat-tul u l-livell tal-esperjenza professjonali u li d-deskrizzjoni tal-kompiti tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex il-bord ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tal-esperjenza b’rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet. Jekk għandek diversi dokumenti għall-istess esperjenza professjonali, jeħtieġlek ittellagħhom f’dokument wieħed. Il-pjattaforma Apply4EP tippermettilek ittella’ dokumenti ta’ mhux aktar minn 5 MB għal kull dokument.

Il-perjodi kollha tal-attività professjonali kkonċernati għandhom ikunu koperti minn dokumenti ġustifikattivi, speċjalment:

ċertifikati mill-impjegatur tal-kandidat(a) preċedentement u mill-impjegatur tal-kandidat(a) fil-preżent li jiġġustifikaw l-esperjenza professjonali mitluba għall-aċċess għall-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni;

jekk, minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-kandidati ma jistgħux jehmżu ċ-ċertifikati tal-impjiegi meħtieġa, huwa essenzjali li, sabiex jissostitwixxuhom, ifornu fotokopji tal-kuntratt tax-xogħol jew tal-ittra ta’ reklutaġġ u tal-ewwel u l-aħħar karta tal-paga;

għal dawk li ma jaħdmux bħala impjegati (dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali, eċċ.), jistgħu jkunu aċċettati bħala prova riċevuti li jagħtu dettalji dwar is-servizzi fornuti jew kull dokument ġustifikattiv uffiċjali ieħor li jkun rilevanti.

Ħiliet fil-lingwi barranin

Għall-profili lingwisti, u jekk ikun mitlub mill-avviż, jeħtieġlek tiġġustifika t-tielet lingwa tiegħek u, eventwalment, ir-raba’ lingwa tiegħek, fost l-erbgħa u għoxrin lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi tispeċifika l-livell ta’ għarfien tal-lingwa.

Formola ta’ dikjarazzjoni

Jekk l-avviż jirrikjedi li inti timla dikjarazzjoni, din għandha titniżżel, timtela kif xieraq, fil-kaxxa “Dikjarazzjoni” pprovduta għal dan il-għan meta tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni online, f’konformità mal-avviż. Jekk jogħġbok innota li n-nuqqas ta’ tali dikjarazzjoni, jew is-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni mhux kompluta, jagħmlu l-applikazzjoni inammissibbli.

4.   SKWALIFIKA

Irrispettivament minn kwalunkwe stadju tal-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni, inti tkun f’riskju ta’ skwalifika mill-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni jekk:

tkun ħloqt aktar minn kont wieħed;

tkun għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew issottomettejt dokumenti foloz;

ma tkunx attendejt għal wieħed mit-testijiet jew għal iktar;

tkun qarraqt waqt it-testijiet;

tkun għamilt tentattiv biex tikkuntattja membru tal-bord ta’ selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

tkun poġġejt il-firma tiegħek jew marka distintiva fuq it-testijiet bil-miktub jew prattiċi kkoreġuti b’mod anonimu;

ma tkunx irrispettajt l-istruzzjonijiet mogħtija għat-testijiet online.

Il-kandidati kollha fir-reklutaġġ iridu jagħtu prova tal-ikbar integrità. Kull frodi jew tentattiv ta’ frodi jkun soġġett għal sanzjonijiet.

5.   AVVIŻ

Hija r-responsabilità tiegħek li tieħu l-miżuri kollha sabiex l-applikazzjoni online tiegħek, ikkompletata kif xieraq, u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa kollha, tiġi vvalidata f’Apply4EP sal-iskadenza stabbilita fl-avviż.

Kull applikazzjoni li titressaq permezz ta’ Apply4EP tiġi kkonfermata b’email li tispeċifika li l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata. Jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam tiegħek.

L-applikazzjonijiet sottomessi permezz ta’ Apply4EP biss se jiġu kkunsidrati. Għaldaqstant, huwa inutli li tintbagħat applikazzjoni bil-posta, irreġistrata jew le. L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti lanqas mhi se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti hija inkarigata mill-komunikazzjoni mal-kandidati sa tmiem il-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni.

Kull korrispondenza tal-Parlament Ewropew b’rabta mal-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni, inklużi l-istediniet għat-testijiet u l-komunikazzjoni tar-riżultati, se tintbagħat lill-kandidati bl-email fl-indirizz indikat fil-formola tal-applikazzjoni online fi ħdan Apply4EP. Hija r-responsabilità tal-kandidati li jivverifikaw regolarment il-messaġġi fil-mailbox tagħhom u li jaġġornaw id-dettalji personali tagħhom fil-kont tagħhom Apply4EP.

Il-kandidati huma mitluba ma jċemplux lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti. Huma għandhom iressqu kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollhom billi jwieġbu għall-email ta’ konferma li jirċievu meta jressqu l-applikazzjoni tagħhom online.

Il-kandidati li għad m’għandhomx kont Apply4EP jew li għandhom problemi tekniċi huma mitluba jiktbu lil: PERS-APPLY4EPContacts@europarl.europa.eu.

Sabiex tinżamm l-indipendenza tal-bord ta’ selezzjoni, kull kuntatt, dirett jew indirett, tal-kandidati mal-bord ta’ selezzjoni huwa formalment ipprojbit u jista’ jwassal għall-skwalifika.

6.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

6.1.   Opportunitajiet indaqs

Il-Parlament Ewropew jiżgura li jevita kull forma ta’ diskriminazzjoni.

Huwa japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, il-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

6.2.   Talbiet għal aċċess mill-kandidati għall-informazzjoni li tikkonċernahom

Fil-kuntest tal-kompetizzjoni/proċeduri ta’ selezzjoni, jiġi rikonoxxut id-dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess, skont il-kondizzjonijiet deskritti hawn taħt, għal ċerta informazzjoni li tikkonċernahom direttament u individwalment. Bis-saħħa ta’ dan id-dritt, il-Parlament Ewropew jista’ jagħti lil kandidati, fuq talba tiegħu, l-informazzjoni li ġejja:

a)

jekk fl-avviż hemm previst test b’mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ), il-kandidati li ma jkunux għaddew minn dan il-MCQ jistgħu jiksbu kopja tat-tweġibiet tagħhom flimkien mat-tabella tat-tweġibiet korretti. Kull talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahar li jibda jiddekorri mid-data li fiha ntbagħtet l-email li tikkomunika r-riżultati permezz tal-kont Apply4EP.

b)

jekk l-istadju tal-valutazzjoni tal-kwalifiki jkun previst fl-avviż, il-kandidati li ma jkunux ġew ammessi għat-testijiet ikunu jistgħu jiksbu kopja tal-iskeda ta’ valutazzjoni tal-kwalifiki individwali tagħhom. Kull talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahar li jibda jiddekorri mid-data li fiha ntbagħtet l-email li tikkomunika d-deċiżjoni permezz tal-kont Apply4EP.

c)

jekk ikun(u) previst(i) test(ijiet) bil-miktub fl-avviż, il-kandidati li ma jkunux għaddew mit-test(ijiet) bil-miktub jew li ma jkunux ġew mistiedna għat-testijiet orali jistgħu jiksbu kopja mhux immarkata tal-eżami(ijiet) bil-miktub tagħhom u kopja tal-folji ta’ evalwazzjoni individwali tagħhom, kif ukoll, jekk ikun il-każ, skont il-proċedura, il-marki li jkunu ngħatawlhom mill-mistoqsija tat-Talent Screener (evalwazzjoni tal-kapaċitajiet) / skont il-kriterju tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki. Kull talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahar li jibda jiddekorri mid-data li fiha ntbagħtet l-email li tikkomunika d-deċiżjoni permezz tal-kont Apply4EP.

d)

il-kandidati li jkunu ġew mistiedna għat-testijiet orali u li isimhom ma jkunx inżamm fil-lista tal-kandidati idonei jiġu informati bil-punteġġ li jkunu kisbu fit-testijiet differenti biss wara li bord ta’ selezzjoni jkun stabbilixxa din il-lista tal-kandidati idonei. Fuq talba tagħhom, huma jkunu jistgħu jiksbu kopja mhux immarkata tal-eżami(ijiet) bil-miktub tagħhom u, għal kull wieħed mill-eżamijiet, bil-miktub jew orali, kopja tal-folji ta’ evalwazzjoni individwali u, fejn xieraq, skont il-proċedura, il-punti mogħtija lilhom mill-mistoqsija tat-Talent Screener (evalwazzjoni tal-kapaċitajiet) / skont il-kriterju tal-evalwazzjoni tal-kwalifiki. Kull talba għal kopja għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahar li jibda jiddekorri mid-data li fiha ntbagħtet l-email li tikkomunika d-deċiżjoni li isimhom ma jiġix inkluż fil-lista tal-kandidati idonei permezz tal-kont Apply4EP.

e)

il-kandidati mniżżla fil-lista ta’ kandidati idonei jiġu informati biss li huma għaddew mill-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni. Il-kandidati jistgħu madankollu jintroduċu talba għal aċċess għall-informazzjoni skont il-punti a), b), c) u d) hawn fuq.

L-ipproċessar ta’ dawn it-talbiet irid ikun kompatibbli mas-segretezza tax-xogħlijiet tal-bord ta’ selezzjoni prevista mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (l-Anness III, l-Artikolu 6) li jipprekludi kemm id-divulgazzjoni tal-attitudnijiet meħuda mill-bord ta’ selezzjoni kif ukoll id-divulgazzjoni tal-elementi kollha relatati ma’ valutazzjonijiet ta’ natura personali jew komparattiva dwar il-kandidati. Dawn it-talbiet jiġu wkoll ipproċessati fir-rispett tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi rigward l-ipproċessar tad-data personali. Il-Parlament se jirrispondi għat-talbiet għall-aċċess fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba.

6.3.   Protezzjoni tad-data personali

Il-Parlament Ewropew, bħala l-korp responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet/tal-proċeduri ta’ selezzjoni, jiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata fir-rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (3), speċjalment rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tagħhom.

6.4.   Spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ f’każ ta’ testijiet organizzati bi preżenza fiżika

F’każ ta’ testijiet organizzati bi preżenza fiżika, tingħata kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ lill-kandidati mistiedna. Il-kandidati jiġu informati bl-arranġamenti u bit-tariffi applikabbli fl-istedina tagħhom għat-testijiet.

L-indirizz indikat mill-kandidati fil-formola tal-applikazzjoni jitqies bħala l-post li minnu l-kandidati jitilqu biex jattendu t-testijiet li għalihom ġew mistiedna. F’dan ir-rigward, bidla fl-indirizz ikkomunikata mill-kandidati wara li l-Parlament Ewropew ikun bagħat l-istedina għat-testijiet ma tistax tiġi kkunsidrata, ħlief jekk il-Parlament Ewropew iqis li ċ-ċirkostanzi msemmija mill-kandidati jkunu ekwivalenti għal forza maġġuri jew ikun każ eċċezzjonali.

7.   TALBIET GĦAL RIEŻAMI – ILMENTI U APPELLI – ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

L-informazzjoni rigward it-talbiet għal rieżami, l-ilmenti, l-appelli u l-ilmenti lill-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness III ta’ din il-gwida.


(1)  Għall-finijiet ta’ dan id-dokument, it-terminu “bord ta’ selezzjoni” jirreferi għal kwalunkwe tip ta’ kumitat ta’ selezzjoni u bord ta’ selezzjoni. Fil-kuntest ta’ kompetizzjoni, huwa bord ta’ selezzjoni. Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ selezzjoni, huwa kumitat ta’ selezzjoni.

(2)  ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62. Test konsolidat: EUR-Lex – 01962R0031-20230101 – MT – EUR-Lex (europa.eu)

(3)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

ANNESS I

Tabella indikattiva tad-diplomi tal-Unjoni Ewropea li jagħtu aċċess għall-kompetizzjonijiet/proċeduri ta’ selezzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet AD (1) (kull każ għandu jiġi eżaminat għalih)

PAJJIŻ

Edukazzjoni ta’ livell universitarju – 4 snin jew aktar

Edukazzjoni ta’ livell universitarju – 3 snin jew aktar

Belgique – België – Belgien

Licence/Licentiaat / Diplôme d’études approfondies (DEA) / Diplôme d’études spécialisées (DES) / Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) / Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) / Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) / Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS) / Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrïeel ingenieur / Master — 60/120 ECTS / Master complémentaire — 60 ECTS ou plus

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS) — 30 ECTS

Doctorat/Doctoraal Diploma

Bachelor académique (dit “de transition”) – 180 ECTS

Academisch gerichte Bachelor – 180 ECTS

България

Диплома за висше образование Бакалавър — 240 ECTS / Магистър — 300 ECTS / Доктор

Магистър след Бакалавър — 60 ECTS / Магистър след Професионален бакалавър по … — 120 ECTS

 

Česká republika

Diplom o ukončení vysokoškolského studia / Magistr / Doktor

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Danmark

Kandidatgrad/Candidatus / Master/Magistergrad (Mag.Art) / Licenciatgrad / Ph.d.-grad

Bachelorgrad (B.A or B. Sc) / Professionsbachelorgrad / Diplomingeniør

Deutschland

Master (alle Hochschulen) / Diplom (Univ.) / Magister / Staatsexamen / Doktorgrad

Bachelor / Fachhochschulabschluss (FH)

Staatsexamen (Regelstudienzeit 3 Jahre)

Eesti

Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) / Magistrikraad / Arstikraad / Hambaarstikraad / Loomaarstikraad / Filosoofiadoktor / Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) / Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Céim Onórach Bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS) Honours Bachelor Degree (4 years/ 240 ECTS) / Céim Ollscoile University Degree /

Céim Mháistir (60-120 ECTS) Masters Degree (60-120 ECTS) / Céim Dochtúra Doctorate

Céim Onórach Bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B. Eng) Honours Bachelor Degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B. Eng)

Ελλάδα

Πτυχίο (ΑΕI πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI υποχρεωτικής τετραετούς φοίτησης) 4 χρόνια (1ος κύκλος)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

 

España

Licenciado / Ingeniero / Arquitecto / Graduado / Máster Universitario / Doctor

Diplomado / Ingeniero técnico

Arquitecto técnico / Maestro

France

Maîtrise / MST (maîtrise des sciences et techniques) / MSG (maîtrise des sciences de gestion)

DEST (diplôme d’études supérieures techniques) / DRT (diplôme de recherche technologique)

DESS (diplôme d’études supérieures spécialisées) / DEA (diplôme d’études approfondies)

Master 1 / Master 2 professionnel / Master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles / Diplôme d’ingénieur / Doctorat

Licence

Italia

Diploma di Laurea (DL) — da 4 a 6 anni / Laurea specialistica (LS) / Laurea magistrale (LM)/Master universitario di primo livello / Master universitario di secondo livello / Diploma di Specializzazione (DS) / Dottorato di ricerca (DR)

Diploma universitario (3 anni) / Diploma di Scuola diretta a fini speciali (3 anni) / Laurea — L180 crediti

Κύπρος

Πανεπιστημιακό Πτυχíο/Bachelor

Master / Doctorat

 

Latvija

Bakalaura diploms (160 kredīti) / Profesionālā bakalaura diploms / Maģistra diploms / Profesionālā maģistra diploms / Doktora grāds

Bakalaura diploms (min. 120 kredīti)

Lietuva

Aukštojo mokslo diplomas / Bakalauro diplomas / Magistro diplomas / Daktaro diplomas / Meno licenciato diplomas

Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas

Luxembourg

Master / Diplôme d’ingénieur industriel / DESS en droit européen

Bachelor / Diplôme d’ingénieur technicien

Magyarország

Egyetemi oklevél / Alapfokozat – 240 kredit / Mesterfokozat / Doktori fokozat

Főiskolai oklevél / Alapfokozat – 180 kredit vagy annál több

Malta

Bachelor’s degree / Master of Arts / Doctorate

Bachelor’s degree

Nederland

HBO Bachelor degree

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen / Doctoraat

Bachelor (WO)

Österreich

Master Magister/Magistra

Magister/Magistra (FH)

Diplom-Ingenieur/in

Diplom-Ingenieur/in (FH)

Doktor/in

PhD

Bachelor

Bakkalaureus/Bakkalaurea

Bakkalaureus/Bakkalaurea (FH)

Polska

Magister / Magister inżynier

Dyplom doktora

Licencjat / Inżynier

Portugal

Licenciado / Mestre / Doutor

Bacharel / Licenciado

Republika Hrvatska

Baccalaureus / Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik / Prvostupnica)

Stručni Specijalist

Master degree (magistar struke) 300 kredit min

magistar inženjer / magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke / Doktor umjetnosti

Baccalaureus / Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik / Prvostupnica)

România

Diplomă de Licenţă / Diplomă de inginer / Diplomă de urbanist / Diplomă de Master / Diplomă de Studii Aprofundate / Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) / Diplomă de doctor

Diplomă de Licență

Slovenija

Univerzitetna diploma / Magisterij / Specializacija / Doktorat

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Slovensko

diplom o ukončení vysokoškolského štúdia / bakalár (Bc.) / magister magister/inžinier / ArtD

diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (bakalár)

Suomi/

Finland

Maisterin tutkinto — Magister-examen

Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min 160 opintoviikkoa — studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen / Lisensiaatti/Licentiat

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen / Ammattikorkeakoulututkinto -

Yrkeshögskoleexamen (min 120 opintoviikkoa — studieveckor)

Sverige

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera) / Licentiatexamen / Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå: Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng / Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå: Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng / Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

United Kingdom

Honours Bachelor degree / Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, Msc) / Doctorate

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

 

NOTE:

UK diplomas awarded until 31 December 2020 are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State.


(1)  L-aċċess għall-gradi 7 sa 16 tal-grupp ta’ funzjonijiet AD huwa soġġett għall-kondizzjoni addizzjonali ta’ esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-anqas sena.

ANNESS II

Tabella indikattiva tad-diplomi tal-Unjoni Ewropea li jagħtu aċċess għall-kompetizzjonijiet/proċeduri ta’ selezzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet AST (1) (kull każ għandu jiġi eżaminat għalih).

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja)

Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu legali ta’ mill-anqas sentejn)

Belgique – België – Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS) / Diploma secundair onderwijs / Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES) / Getuigschrift van hoger secundair onderwijs / Diplôme d’enseignement professionnel / Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature – Kandidaat

Graduat – Gegradueerde

Bachelier (dit “professionnalisant” ou de “type court”)/ Professioneel gerichte Bachelor — 180 ECTS

България

Диплома за средно образование / Свидетелство за зрелост / Диплома / Диплома за завършено средно образование / Диплома за средно специално образование

Специалист по …

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Danmark

Bevis for: Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF) / Højere Handelseksamen (HHX) / Højere Afgangseksamen (HA) / Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Deutschland

Allgemeine Hochschulreife / Abitur / Fachgebundene Hochschulreife / Fachhochschulreife / Hochschulzugang für beruflich Qualifizierte

 

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht Grád D3 i 5 ábhar / Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects / Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT) / Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta / National Certificate /

Céim Bhaitsiléara / Ordinary Bachelor Degree Dioplóma Náisiúnta (ND, Dip.) / National Diploma (ND, Dip.) / Dámhachtain Ardteastas Ardoideachais (120 ECTS) / Higher Certificate (120 ECTS)

Ελλάδα

α) Απολυτήριο Γενικού Λυκείου

β) Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

γ) Απολυτήριο Τεχνικού — Επαγγελματικού Λυκείου

δ) Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου / Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου / Απολυτήριο Γενικού Λυκείου / Απολυτήριο Επαγγελματικού Λυκείου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

España

Bachillerato Unificado y Polivalente (BUP) + Curso de Orientación Universitaria (COU) / Bachillerato

Técnico superior / Técnico especialista

France

Baccalauréat / Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) / Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) / Brevet de technicien supérieur (BTS) / Diplôme universitaire de technologie (DUT) / Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Italia

Diploma di scuola secondaria superiore (diploma di maturità o esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/attestato di competenza (4 semestri) Diploma di istruzione e formazione tecnica superiore (IFTS) / Diploma di istruzione tecnica superiore (ITS) Diploma universitario (2 anni)

Diploma di Scuola diretta a fini speciali (2 anni)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) / Higher Diploma

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

Brevet de technicien supérieur (BTS) / Brevet de maîtrise / Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) / Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány / Szakközép-iskolai érettségiképesítő bizonyítvány / Érettségi bizonyítvány

Bizonyítvány felsőfokú szakképesítésről

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) / Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including systems of knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 /

2 A Levels (passes A-E) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Nederland

Diploma VWO / Diploma staatsexamen (2 diploma’s) / Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) / Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife-und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom

Akademiediplom

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/ Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Republika Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o zavrsnom ispitu

Associate degree

Graduate specialist

Stručni Pristupnik / Pristupnica

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (Colegiu universitar) învățamânt preuniversitar

Slovenija

Maturitetno spričevalo (Spričevalo o poklicni maturi) (Spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Slovensko

vysvedčenie o maturitnej skúške

absolventský diplom

Suomi/

Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning (Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet)

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1– 3 år

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ) and Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

 

NOTE:

UK diplomas awarded until 31 December 2020 are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State.


(1)  L-aċċess għall-grupp ta’ funzjonijiet AST huwa soġġett għall-kondizzjoni addizzjonali ta’ esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-anqas tliet snin.

ANNESS III

Talbiet għal rieżami — Ilmenti u appelli — Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

A.   Talbiet għal rieżami

Inti tista’ titlob lill-bord ta’ selezzjoni jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu meta jkun iddeċieda li:

m’intix eleġibbli għall-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni;

ma jistidnekx għal test (bil-miktub jew orali).

Id-deċiżjoni li kandidat ma jiġix inkluż fil-lista tal-kandidati idonei ma tistax tkun soġġetta għal rieżami mill-bord ta’ selezzjoni.

It-talbiet għal rieżami għandhom jintbagħtu permezz tal-kont Apply4EP tiegħek fi żmien għaxart ijiem kalendarji li jiddekorru mid-data meta tintbagħat l-email li tinnotifika d-deċiżjoni tal-bord ta’ selezzjoni. It-tweġiba tiġi nnotifikata lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli.

Deċiżjoni adottata wara talba għal rieżami tissostitwixxi d-deċiżjoni inizjali. Minħabba f’hekk, meta wieħed jew waħda mill-kandidati jiddeċiedu li jressqu talba għal rieżami kontra deċiżjoni tal-bord ta’ selezzjoni, huma jintalbu jistennew it-tweġiba tal-bord ta’ selezzjoni qabel ma jressqu, eventwalment, ilment jew appell ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni li qed taffettwahom negattivament.

B.   Ilmenti u appelli ġudizzjarji

Jekk inti tqis li deċiżjoni tal-bord ta’ selezzjoni jew ta’ awtorità tal-ħatra tkun affettwatek negattivament, inti tista’ tressaq, fi kwalunkwe stadju tal-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni, appell abbażi tal-Artikolu 90(2), tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1).

L-appell għandu jiġi indirizzat lil:

M. le Secrétaire général

Parlement européen

Bât. Konrad Adenauer

L-2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Għandu jiġi nnutat li l-awtorità tal-ħatra ma tistax timmodifika jew tħassar id-deċiżjonijiet tal-bord ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni/proċedura ta’ selezzjoni. Jekk inti tixtieq tikkontesta deċiżjoni ta’ bord ta’ selezzjoni, inti tista’ tressaq direttament appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea anke jekk preċedentement ma jkun ġie ppreżentat ebda lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Meta tikkontesta deċiżjoni tal-awtorità tal-ħatra, ikun biss possibbli li tippreżenta appell lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wara li tkun ippreżentajt ilment.

Appell ġudizzjarju għandu jitressaq lil:

Tribunal de l’Union européenne

L-2925 Luxembourg

LUXEMBOURG,

abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

It-tressiq ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ b’mod obbligatorju l-intervent ta’ avukat li jista’ jeżerċita quddiem ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li japplikaw għal dawn iż-żewġ tipi ta’ appelli jibdew jgħoddu, jew mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni inizjali li tolqtok b’mod negattiv jew, fil-każ ta’ talba għal rieżami, mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni meħuda mill-bord ta’ selezzjoni wara r-rieżami.

C.   Tressiq ta’ lment lill-Ombudsman Ewropew

Il-kandidati, bħala ċittadini jew residenti tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jindirizzaw ilment lil:

Médiateur européen

1 Avenue du Président Robert Schuman — BP 403

67001 STRASBOURG CEDEX

FRANCE,

skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kondizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (2).

Il-kandidati għandhom jieħdu nota li r-riferimenti lill-Ombudsman ma jissospendux il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għat-tressiq ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew ma jeżaminax l-ilmenti meta l-fatti allegati huma jew kienu s-suġġett ta’ proċedura ġuridika.

It-tressiq ta’ talba għal rieżami, ta’ lment, ta’ appell, jew ta’ lment lill-Ombudsman Ewropew ma jwaqqafx il-ħidma tal-bord ta’ selezzjoni.


(1)  ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62. Test konsolidat: EUR-Lex – 01962R0031-20230101 – MT – EUR-Lex (europa.eu)

(2)  Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).