|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Il-152 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 30.11.2022–1.12.2022 |
|
|
2023/C 79/01 |
||
|
2023/C 79/02 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Il-152 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 30.11.2022–1.12.2022 |
|
|
2023/C 79/03 |
||
|
2023/C 79/04 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE għal Tessuti Sostenibbli u Ċirkolari |
|
|
2023/C 79/05 |
||
|
2023/C 79/06 |
||
|
2023/C 79/07 |
||
|
2023/C 79/08 |
||
|
2023/C 79/09 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni ġdida |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Il-152 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 30.11.2022–1.12.2022 |
|
|
2023/C 79/10 |
||
|
2023/C 79/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Riforma tas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi |
|
|
2023/C 79/12 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kumitat tar-Regjuni
Il-152 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 30.11.2022–1.12.2022
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-prijoritajiet politiċi tal-KtR għall-2023
(2023/C 79/01)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
Wara li kkunsidra:
|
— |
il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2023 (1), |
|
— |
il-Protokoll ta’ Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea ta’ Frar 2012, |
|
— |
ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-prijoritajiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2020-2025 (2), |
|
— |
ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-proposti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2023 (3), |
|
— |
ir-Rapport Annwali tal-UE dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet imħejji mill-KtR (4); |
|
1. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2023 huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu bbażat fuq il-proposti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Peress li l-implimentazzjoni ta’ xi proposti tkun teħtieġ emendi fit-Trattat, il-KtR jaqbel mas-sejħa tal-Parlament Ewropew u tal-President tal-Kummissjoni Ewropea għall-istabbiliment ta’ Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu 48 tat-TUE. Madankollu, il-KtR jiddispjaċih li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea ma jagħmilx referenza għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li jipprevedu rikonoxximent aħjar tal-valur miżjud tal-awtoritajiet reġjonali u lokali għad-demokrazija Ewropea, u ma fihx proposti konkreti relatati magħhom; |
|
2. |
jilqa’ l-impenn imġedded tal-Kummissjoni li tuża l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli bħala l-objettiv gwida ġenerali tagħha, speċjalment bl-integrazzjoni tagħhom fis-Semestru Ewropew u fl-għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar. Il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-potenzjal sħiħ tal-lokalizzazzjoni tal-SDGs, inkluż fir-Rieżami Volontarju tal-UE mistenni, sabiex jinkiseb irkupru sostenibbli u jintlaħqu l-SDGs sal-2030; |
|
3. |
jisħaq li l-konsegwenzi tal-emerġenza klimatika li għaddejja bħalissa, il-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u r-rati rekord attwali tal-inflazzjoni kkawżati miż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija kif ukoll il-kriżi tal-migrazzjoni strutturali u dik umanitarja fil-fruntieri tal-UE, b’inċidenza partikolari fil-Mediterran u fl-Atlantiku, jikkonfermaw ir-rwol tal-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea aktar minn qatt qabel. Il-politika ta’ koeżjoni hija l-aktar politika ta’ investiment importanti tal-UE u għodda ewlenija biex tappoġġja l-kooperazzjoni territorjali u tippromovi s-solidarjetà u l-integrazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-KtR, flimkien mal-imsieħba tiegħu tal-#CohesionAlliance (5), fl-2023, b’mod partikolari fi ħdan ir-rieżami tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), ser jiffoka fuq aktar tisħiħ u abilitazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni; |
|
4. |
jimpenja ruħu li jkompli jappoġġja bis-sħiħ lill-Ukrajna, lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet tagħha, u li jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, b’mod partikolari permezz tal-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna, li jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala msieħba fil-Pjattaforma għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna. Il-KtR jesprimi tħassib li l-kunċett tal-pjattaforma, il-modalitajiet ta’ finanzjament tagħha u l-governanza tagħha għadhom ma ġewx ippreżentati. Il-KtR jinsisti li l-proċess ta’ rikostruzzjoni jrid jiżgura approċċi sostenibbli, ekoloġiċi u diġitali għall-iżvilupp territorjali integrat u jimxi id f’id mal-promozzjoni tad-demokrazija lokali bbażata fuq sħubijiet b’saħħithom mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-KtR iqis ukoll li l-kontribut tal-UE għall-bini mill-ġdid tal-Ukrajna jkun jeħtieġ appoġġ finanzjarju li jmur lil hinn mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali. Ir-reġjuni u l-bliet li jospitaw l-ogħla għadd ta’ refuġjati jeħtieġu appoġġ finanzjarju addizzjonali mill-UE; |
|
5. |
jimpenja ruħu li jkompli jappoġġja lir-rappreżentanti tal-gvernijiet sottonazzjonali mill-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia permezz ta’ laqgħat regolari f’kuntesti bilaterali u multilaterali, bħall-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna, kif ukoll l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn il-pari u l-promozzjoni tal-organizzazzjoni ta’ kampijiet tal-btajjel tat-tfal li ħajjithom ġiet mheżża mill-gwerra; |
Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini
|
6. |
jilqa’ l-istabbiliment ta’ panels taċ-ċittadini Ewropej u l-introduzzjoni gradwali ta’ mekkaniżmi parteċipattivi bbażati fuq il-post bħala karatteristika ġdida tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, inkluż fil-livell lokali u reġjonali u bl-appoġġ adegwat tal-UE f’termini ta’ finanzjament u bini tal-kapaċità. Iqis li dan il-proċess ser jirrikjedi reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u jeħtieġ li jintegra dimensjoni territorjali, filwaqt li jibni fuq l-esperjenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar il-prattiki parteċipattivi. Il-KtR jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal trasparenza u feedback ċar liċ-ċittadini dwar il-proposti tagħhom; |
|
7. |
jilqa’ l-enfasi tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-ħtieġa ta’ tfassil infurmat ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar u l-prospettiva strateġika. B’segwitu għall-proposti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-KtR ifakkar fil-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-KtR innifsu biex tissaħħaħ il-bażi ta’ evidenza għal-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluż permezz tal-monitoraġġ tas-sussidjarjetà, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, ir-rieżami tal-implimentazzjoni tal-verifika rurali min-network RegHub u l-pjattaforma Fit4Future; |
|
8. |
jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-difiża tal-valuri Ewropej u fil-ġlieda kontra l-isfidi għad-demokrazija bħad-diżinformazzjoni u l-interferenzi malizzjużi. Il-KtR jinsab lest li jikkontribwixxi għall-Pakkett dwar id-Difiża tad-Demokrazija u għall-aġġornamenti tal-qafas leġiżlattiv kontra l-korruzzjoni. Il-KtR jenfasizza wkoll ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-difiża tal-istat tad-dritt u jistenna li l-avveniment annwali għall-promozzjoni tal-istat tad-dritt irrakkomandat mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa jkompli jibni fuq sensiela ta’ laqgħat li jsiru fil-livell reġjonali u nazzjonali; |
|
9. |
jappoġġja bil-qawwa l-isforzi tal-Kummissjoni favur Unjoni ta’ Ugwaljanza, inkluż billi tipproponi Karta Ewropea tad-Diżabilità, biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità fl-Istati Membri kollha, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta pjan biex tiżgura aċċessibbiltà diġitali sħiħa u universali fl-UE. Il-KtR jilqa’ wkoll l-inizjattivi legali mħabbra dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, dwar it-trasparenza fil-pagi u dwar il-garanzija tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020-2025. Il-KtR ifakkar ukoll fil-ħtieġa li tiġi implimentata l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025; |
|
10. |
jimpenja ruħu li jagħti segwitu lil-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u li jżid il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika mill-perspettiva lokali u reġjonali abbażi tal-Karta Ewropea dwar iż-Żgħażagħ u d-Demokrazija u billi jkompli l-programm tal-Politiċi Eletti Żgħażagħ tal-KtR, filwaqt li jorbot mill-qrib iż-żgħażagħ mas-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023. Il-KtR jilqa’ wkoll l-inizjattivi l-ġodda tal-Kummissjoni bħal-Laboratorji tal-Ideat taż-Żgħażagħ u HealthyLifestyle4All; |
|
11. |
jistenna bil-ħerqa l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-qafas ta’ governanza ekonomika, li jrid jiġi stabbilit mill-ġdid fid-dawl tal-emerġenza klimatika, il-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, isir aktar trasparenti u demokratiku u jinkludi dimensjoni reġjonali u lokali fis-Semestru Ewropew. Il-KtR itenni l-appell tiegħu biex issir distinzjoni bejn l-infiq u l-investimenti, filwaqt li jintlaħaq l-għan li d-dejn jitnaqqas b’mod ġenerali, u jistenna li jitfasslu regoli ġodda sabiex jiġi appoġġjat it-tkabbir sostenibbli mingħajr ma tiġi mminata l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jinvestu fis-servizzi u l-infrastruttura pubbliċi; |
Nibnu komunitajiet reżiljenti
|
12. |
jistenna passi ewlenin ġodda fl-2023 biex iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ssir realtà kif ippjanat u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-aġġornament tal-qafas attwali tal-UE għall-mobbiltà tat-tagħlim biex l-istudenti jkunu jistgħu jiċċaqalqu aktar faċilment bejn is-sistemi edukattivi permezz ta’ approċċ inklużiv; |
|
13. |
filwaqt li jilqa’ t-tnedija tal-iskema ta’ mobbiltà permanenti Culture Moves Europe, il-KtR jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas ta’ inizjattivi ġodda speċifiċi fil-qasam tal-kultura u l-wirt kulturali għall-2023 u jitlob li l-Pjan ta’ Ħidma l-ġdid tal-UE għall-Kultura 2023-2026 jgħin biex dawn il-politiki jiġu integrati f’setturi oħra; |
|
14. |
japprova l-proposta tal-Kummissjoni li l-2023 tiġi ddikjarata s-Sena Ewropea tal-Ħiliet – bi rwol attiv tar-reġjuni u l-bliet – billi jiġu promossi aktar taħriġ u titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid aktar effettivi u inklużivi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-irkupru ekonomiku. Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi b’mod attiv soluzzjonijiet transfruntiera u multilingwi fis-settur tal-edukazzjoni. Il-KtR ser ikompli jappoġġja b’mod attiv l-inizjattivi rilevanti tal-Kummissjoni bħall-Patt għall-Ħiliet, u l-isforzi biex jiġi indirizzat in-nuqqas notevoli ta’ nisa fil-karrieri u l-edukazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM). Barra minn hekk, il-KtR ser jappoġġja l-enfasi speċjali tal-Kummissjoni għal attivazzjoni akbar tas-suq tax-xogħol, b’enfasi fuq in-nisa u ż-żgħażagħ speċjalment dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs); |
|
15. |
jantiċipa bil-ħerqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tax-xbieki ta’ sikurezza soċjali b’appoġġ għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, b’rabta mal-ħidma li għaddejja fuq l-ESSPASS; |
|
16. |
jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għall-Proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet qafas tal-ekonomija soċjali; |
|
17. |
jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-ħidma tal-Patt Ewropew tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, kif ukoll inizjattivi bħall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u l-missjoni tal-UE dwar bliet newtrali għall-klima u intelliġenti bħala strumenti ewlenin għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fil-bliet u r-reġjuni fl-UE kollha u biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jilħqu l-miri ta’ adattament, speċjalment fil-gżejjer, f’reġjuni oħra bi żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi u fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
|
18. |
jirrimarka li d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport u l-bidla lejn modi ta’ trasport aktar sostenibbli u favur l-ambjent huma pilastru essenzjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-KtR jilqa’, għalhekk, l-inizjattivi li jmiss tal-Kummissjoni biex it-trasport isir aktar sostenibbli, b’mod partikolari il-Pakkett dwar l-Ekoloġizzazzjoni tal-Merkanzija. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jappella għall-espansjoni transfruntiera kontinwa tat-trasport tal-merkanzija u t-trasport pubbliku biex ir-reġjuni tal-fruntiera jiġu konnessi aħjar ma’ xulxin u biex jiġu ssemplifikati t-tariffi transfruntiera u l-prenotazzjonijiet tal-biljetti. Barra minn hekk, il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tiffoka r-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-Obbligu ta' Servizz Pubbliku fuq l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE. Il-KtR jitlob li l-linji gwida l-ġodda, li għandhom jiġu ppubblikati fl-2023, ma jillimitawx b’mod eċċessiv il-kompetenza tal-awtoritajiet tat-trasport pubbliku lokali, u ma jintroduċux kunċetti legali ġodda li jkollhom ir-riskju li joħolqu inċertezza legali u jiskoraġġixxu l-investiment futur fis-servizzi tat-trasport pubbliku u l-iżvilupp tagħhom; |
|
19. |
jappoġġja l-objettiv ġenerali tar-REPowerEU u jilqa’ r-rikonoxximent tal-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pjan. Il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jipproteġu liċ-ċittadini għandha tiġi appoġġjata minn assistenza finanzjarja u teknika, inklużi fondi diretti; |
|
20. |
jilqa’ t-tħabbira ta’ riforma komprensiva tas-suq tal-elettriku tal-UE u l-ħolqien tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu biex l-UE titħejja aħjar għal futur dekarbonizzat; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proposta leġiżlattiva komprensiva dwar il-faqar enerġetiku biex tipprovdi gwida ċara lill-Istati Membri għall-iżvilupp ta’ miżuri li jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-problema; |
|
21. |
jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex iżżid ir-reżiljenza diġitali tal-amministrazzjonijiet sottonazzjonali, biex tipproteġi l-infrastruttura kritika tal-UE kontra attakki fiżiċi u ċibernetiċi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna; |
|
22. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha mal-gvernijiet lokali u reġjonali dwar l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi li jirriżultaw mill-Patt Klimatiku ta’ Glasgow u l-konklużjonijiet tal-UNFCCC COP27 u tappoġġja l-kollaborazzjoni f’diversi livelli u l-kontributi determinati fil-livell reġjonali u lokali. Iridu jiżdiedu l-isforzi biex jiġi promoss l-adattament għat-tibdil fil-klima mmexxi lokalment ħalli jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ispejjeż għall-unitajiet domestiċi u għan-negozji; |
|
23. |
jinsab lest li jilqa’ l-isfida tat-twettiq tal-qafas globali tal-bijodiversità għal wara l-2020 u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura r-rwol ewlieni tal-gvernijiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni tiegħu. Il-miri tal-bijodiversità għandhom jiġu integrati fit-tfassil tal-politika tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-viżjoni komuni ta’ “għajxien f’armonija man-natura” ssir realtà sal-2050. L-isforzi biex it-telf tal-bijodiversità jiġi ttrattat bħala kriżi urġenti u biex jinstabu sinerġiji ma’ miżuri għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-fjuwils fossili u t-tniġġis iridu jiġu rduppjati. F’dan l-isfond, il-KtR jiddispjaċih li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea ma fih l-ebda proposta legalment vinkolanti biex jiżdiedu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġbir tad-data tal-foresti fl-UE kif imħabbar fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti; |
|
24. |
jimpenja ruħu li jkompli jikkoopera fuq il-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero, jippromovi approċċ ta’ governanza f’diversi livelli għall-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero, inkluż il-monitoraġġ u, fi stadju iżjed ’il quddiem, l-istabbiliment ta’ tabella ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE. Il-KtR jappella għar-reviżjoni u t-tisħiħ tar-regolamenti REACH u CLP. Il-KtR itenni t-talba tiegħu għal Liġi dwar l-Oċeani, fl-istess spirtu tal-Liġi dwar il-Klima. Il-KtR jilqa’ t-tħabbira ta’ inizjattiva ġdida għall-protezzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tal-ħamrija tal-UE; |
|
25. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi kruċjali fit-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari, fil-politika tal-iskart u fit-tnaqqis tad-dipendenza minn partijiet terzi u materja prima mhux użata. Il-KtR jiddispjaċih li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea ma jirreferix għall-inizjattiva dwar il-Konsum Sostenibbli ta’ Oġġetti – il-promozzjoni tat-tiswija u l-użu mill-ġdid; |
|
26. |
jilqa’ l-għajnuna għall-SMEs u jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fl-iżvilupp ta’ għodod ta’ politika ġodda – u t-titjib ta’ dawk eżistenti – għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ leġiżlazzjoni ġdida fuq l-SMEs; |
|
27. |
jistenna bil-ħerqa l-Komunikazzjoni dwar 30 sena tas-Suq Uniku u jappella sabiex ir-rwol ta’ tmexxija globali tal-UE jintuża aktar biex jiġu stabbiliti b’mod sod standards u normi newtrali għall-klima, ċirkolari, tekniċi u demokratiċi lil hinn mill-UE; |
|
28. |
huwa diżappuntat li l-Kummissjoni ma tindirizzax biżżejjed id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-iskemi ta’ appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri wara l-pandemija u l-kriżi tal-enerġija kif ukoll minn kumpaniji barranin li jirċievu għajnuna mill-gvernijiet tagħhom, għad-detriment tal-ekonomiji lokali u reġjonali; |
|
29. |
jilqa’ l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tilħaq il-miri tad-Deċennju Diġitali u ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE billi tipprevedi att tal-UE dwar il-materja prima kritika, li għandu jikkomplementa l-Att reċenti tal-UE dwar iċ-Ċipep u jipprovdi bażi għall-produzzjoni ta’ prodotti ewlenin fl-UE, inklużi s-semikondutturi; |
|
30. |
jappoġġja l-approċċ strateġiku għall-migrazzjoni legali u miżuri ulterjuri mmirati biex jattiraw kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’livell baxx ta’ ħiliet kif ukoll dawk b’livell għoli ta’ ħiliet lejn l-UE permezz tar-rikonoxximent uniformi tal-kwalifiki u l-iffaċilitar tal-aċċess għas-swieq tax-xogħol; |
|
31. |
itenni li l-bliet u r-reġjuni fil-fruntieri esterni tal-UE għadhom dawk l-ewwel esposti għall-flussi migratorji u jeħtieġu appoġġ qawwi fil-livell tal-UE; ifakkar lill-Kummissjoni biex ma tinsiex ir-rakkomandazzjonijiet fl-Opinjoni tal-KtR dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil fl-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Konġunt dwar il-Patt li jinvolvi l-livelli lokali u reġjonali; |
|
32. |
jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà esterna tal-Ewropa, billi jingħata aktar appoġġ lill-Istati Membri biex jipproteġu l-fruntiera esterna tal-UE; |
|
33. |
ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet inklużi fl-Opinjoni tiegħu dwar Governanza Riveduta taż-Żona Schengen u jenfasizza li l-kontrolli fil-fruntieri interni għandhom jiġu ttollerati biss bħala miżura tal-aħħar rikors u biss wara li tkun ġiet ikkunsidrata kwalunkwe miżura alternattiva; jappoġġja l-adeżjoni tal-Bulgarija, tal-Kroazja u tar-Rumanija maż-żona Schengen, abbażi tal-merti; |
|
34. |
jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ referenza għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, minkejja l-fatt li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija l-istrument ewlieni tal-UE għal irkupru sostenibbli wara l-COVID fl-UE; |
|
35. |
jiddispjaċih li, fir-rigward tal-protezzjoni ċivili tal-UE, il-Kummissjoni ma tipproponix pjan ċar għal impenn jew azzjonijiet fit-tul għajr l-irduppjar tal-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar qabel l-istaġun tan-nirien fil-foresti tal-2023. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati u involuti biżżejjed fl-akkwist, il-manutenzjoni, il-koordinazzjoni u l-użu ta’ dawn il-kapaċitajiet; |
|
36. |
jappella għal aktar inizjattivi fil-livell tal-UE, inkluż mekkaniżmu aktar strutturat ta’ appoġġ għall-prevenzjoni tad-diżastri u azzjonijiet ta’ tħejjija biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ġenerali tar-reġjuni u l-bliet tal-UE. F’dan il-kuntest, il-KtR itenni d-disponibbiltà tiegħu li jikkontribwixxi għat-tfassil ta’ Tabella ta’ Valutazzjoni Ewropea tal-Vulnerabbiltà fil-livell reġjonali u lokali; |
|
37. |
jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Aġenda Rurali Ewropea tiġi implimentata fil-perjodi ta’ finanzjament attwali u futuri fil-politiki kollha u jkollha miri ambizzjużi biex issaħħaħ id-dinamika innovattiva tat-territorji rurali u r-reżiljenza tagħhom, torganizza kooperazzjoni interterritorjali intelliġenti u tistimula l-azzjoni taċ-ċittadini fl-istrateġiji tal-iżvilupp lokali; il-kunċett “intelliġenti” jeħtieġ li jitqies bħala għodda integrata u olistika, li tgħaqqad flimkien il-kunċetti tal-Irħula Intelliġenti, il-Bliet Intelliġenti u r-Reġjuni Intelliġenti; |
|
38. |
huwa diżappuntat li l-Kummissjoni ma tirreferix b’mod espliċitu, fost l-isfidi ġenerazzjonali li hija ssemmi fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2023, għall-isfida demografika li jiffaċċjaw ħafna reġjuni Ewropej, u li hija waħda mill-isfidi ewlenin li l-Unjoni Ewropea għandha tikkunsidra fil-politiki kollha tagħha, sabiex ikun possibbli li jitnaqqsu d-disparitajiet bejn ir-reġjuni, objettiv ewlieni tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea; |
|
39. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-wirt dinji bħala għodda għat-titjib tas-sostenibbiltà ekonomika u soċjali taż-żoni rurali fl-Ewropa; |
|
40. |
jenfasizza l-importanza li tinħataf l-opportunità tal-Liġi Qafas li jmiss għal Sistema tal-Ikel Sostenibbli tal-UE għal bidla profonda u strutturali tas-sistema tal-ikel li topponi l-ispekulazzjoni fis-swieq internazzjonali u tipproteġi d-dħul tal-bdiewa. L-istokkijiet pubbliċi, bħala għodod ewlenin ta’ regolamentazzjoni tas-suq, għandhom jintużaw kemm biex jiġu stabbilizzati s-swieq kif ukoll biex jiġu akkumulati stokkijiet strateġiċi ħalli jiġu evitati l-kriżijiet tal-ikel; |
|
41. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea timmassimizza l-opportunitajiet li joffri l-akkwist pubbliku tal-ikel billi tipproponi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sett ta’ kriterji potenzjali għall-akkwist tal-ikel sostenibbli biex tippromovi dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet pubbliċi, u b’hekk tappoġġja bidla sistemika tas-sistemi tal-ikel tagħna. Il-KtR jenfasizza wkoll l-importanza ta’ azzjoni sistemika biex titnaqqas il-ħala tal-ikel, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida u tiżgura l-monitoraġġ abbażi tal-ħidma mwettqa mill-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħala tal-Ikel; |
|
42. |
jappella għal leġiżlazzjoni Ewropea ġdida dwar iż-żrieragħ li tippermetti l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ ikkonservati mill-bdiewa; |
|
43. |
jipproponi li l-UE timplimenta r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament Ewropew dwar il-konċentrazzjoni tal-art agrikola fl-UE u l-Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess adottati mill-FAO; |
|
44. |
jinsab lest li jikkontribwixxi għall-inizjattiva li jmiss dwar is-saħħa mentali, u jirrimarka li l-KtR identifika s-saħħa mentali bħala l-isfida ewlenija tas-saħħa fl-era ta’ wara l-COVID u ppreżenta kampjun ta’ approċċi lokali u reġjonali fir-rapport tiegħu dwar l-Istat tal-Bliet u r-Reġjuni tal-2022; |
|
45. |
itenni l-appoġġ tiegħu għall-ġlieda kontra l-kanċer u jistenna li l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet dwar ambjenti ħielsa mid-dħaħen u dwar kanċers li jistgħu jiġu evitati bit-tilqim iżidu l-livell ta’ protezzjoni tal-Ewropej; qed iniedi l-ħidma fil-livell lokali u reġjonali biex iqajjem kuxjenza u jikkondividi l-aħjar strateġiji ta’ prevenzjoni u skrinjar; |
|
46. |
jenfasizza li waħda mit-talbiet ewlenin taċ-ċittadini Ewropej, kif elenkata fir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, hija li jkun hemm “passaport tas-saħħa” diġitali tal-UE. Il-KtR jistenna li l-leġiżlaturi tal-UE jilħqu ftehim malajr dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, filwaqt li jqisu r-rakkomandazzjonijiet mill-Opinjoni tal-KtR dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa u jqisu li l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa mhux ser tkun kompluta mingħajr qafas robust għat-trasferimenti tad-data dwar is-saħħa; |
Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna
|
47. |
itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għal implimentazzjoni effiċjenti, flessibbli u sostenibbli tal-programmi ta’ koeżjoni attwali li jgħinu biex tiġi żgurata politika ta’ koeżjoni b’saħħitha fil-futur. Il-KtR jenfasizza li l-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni” propost fit-8 Rapport ta’ Koeżjoni jenfasizza li l-koeżjoni hija valur ġenerali tal-UE. F’dan ir-rigward, il-KtR jiddeplora l-fatt li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 la jinkludi referenza għall-impatt territorjali asimmetriku tal-kriżijiet attwali u lanqas referenza għall-ħtieġa li jiġi eżaminat l-impatt territorjali potenzjali tal-politiki tal-UE, li jaqa’ lura fuq l-impenn li diġà sar fil-Programm ta’ Ħidma tal-2022 biex jissaħħu l-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u l-verifika rurali. Il-KtR ifakkar ukoll fit-talba tal-Parlament Ewropew biex il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jiġi involut fit-tfassil tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”, u jikkonferma r-rieda tiegħu li jikkoopera mal-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward. Il-KtR itenni bil-qawwa l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt jinkludu evalwazzjoni tal-impatti potenzjali divrenzjati territorjalment ta’ kull inizjattiva leġiżlattiva; |
|
48. |
jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi rieżami f’waqtu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Dan ir-rieżami jeħtieġ li jinkludi dibattitu ġenerali dwar l-istruttura u t-tagħmir tal-QFP li jmiss, filwaqt li jkompli jiffoka fuq is-semplifikazzjoni, l-enfasi tematika tal-istrumenti u potenzjalment is-sistema ta’ twassil għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE); |
|
49. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea twettaq analiżi dwar il-mudelli ta’ parteċipazzjoni u l-ġestjoni kondiviża fin-negozjar, il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) sabiex jiġu identifikati l-mudelli differenti madwar l-UE u tiġi ottimizzata l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali f’kull stadju tal-implimentazzjoni tal-FSIE; |
|
50. |
huwa diżappuntat li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea ma jipproponi l-ebda inizjattiva ġdida li għandha l-għan li tindirizza l-imblokk fil-Kunsill tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata u ssemplifikata aktar il-kooperazzjoni transfruntiera u li titqies fl-inizjattivi leġislattivi sabiex tittejjeb il-koeżjoni. Madankollu, il-KtR jilqa’ t-tħabbira ta’ inizjattiva leġiżlattiva dwar statut għall-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku mingħajr ostakli għall-kooperazzjoni; |
|
51. |
jitlob li l-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjoni konġunta tal-KtR u tal-Parlament Ewropew biex jinħolqu Patt tal-Gżejjer u Aġenda tal-Unjoni Ewropea għall-Gżejjer, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati prinċipali, jiġifieri l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u soċjali, is-soċjetà ċivili, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, simili għall-Patt Urban u l-Patt Rurali futur; u jfakkar lill-Kummissjoni fil-ħtieġa li twettaq studju dwar is-sitwazzjonijiet differenti tat-territorji insulari tal-Unjoni Ewropea; |
|
52. |
jenfasizza l-importanza ta’ segwitu b’rabta mal-istrateġija aġġornata għar-reġjuni ultraperiferiċi, għall-benefiċċju tagħhom u tal-UE kollha kemm hi; |
|
53. |
ikompli jikkontribwixxi direttament għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-livell lokali u reġjonali u l-evalwazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-prattika. F’dan ir-rigward, itenni l-ħtieġa ta’ indikaturi komplementari “lil hinn mill-PDG” biex jitkejjel il-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali li jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-benesseri sostenibbli kif ukoll għal mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ u ġbir ta’ data għall-politiki soċjali u tal-impjiegi, peress li għad hemm diskrepanzi sinifikanti bejn ir-reġjuni; |
|
54. |
iqis li b’mod komplementari għat-tassonomija ekoloġika bħala kontribut għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta b’mod urġenti biex tistabbilixxi tassonomija soċjali. Mingħajr tassonomija soċjali, l-investituri u n-negozji ma għandhomx gwida ċara dwar x’jista’ jinftiehem bħala “investiment soċjali”. Dan jagħmilha diffiċli biex jiġu ffinanzjati attivitajiet b’għan soċjali fil-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni soċjali u s-servizzi soċjali, fost oħrajn; |
|
55. |
itenni l-appell tiegħu għal Strateġija Ewropea dwar l-Akkomodazzjoni li jkollha l-għan li tagħti spinta lill-akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli, soċjali u ta’ emerġenza. Din l-istrateġija jeħtieġ li tkun inkluża fis-Semestru Ewropew u tinkludi miri kwantitattivi nazzjonali ta’ investiment pubbliku; |
|
56. |
jistieden lill-Kummissjoni tikkonferma l-impenn ċar tagħha għal Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u Sostenibbli 2.0 lil hinn mill-2027. Jenfasizza li bħalissa m’hemm l-ebda opportunità ta’ finanzjament speċifiku għar-reġjuni awtomobilistiċi, minkejja l-fatt li dawn jiffaċċjaw ukoll sfidi kbar fil-proċess ta’ tranżizzjoni. Itenni l-appell tiegħu li jiġi propost programm tal-UE, b’kamp ta’ applikazzjoni tematiku u territorjali li jinkludi r-reġjuni awtomobilistiċi; |
|
57. |
jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tagħti impetu ġdid lill-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiżi kandidati fil-Balkani tal-Punent, flimkien mal-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia. Il-KtR ser jintegra lill-awtoritajiet lokali u reġjonali taż-żewġ pajjiżi kandidati ġodda, l-Ukrajna u l-Moldova, fil-ħidma ta’ tkabbir tiegħu u jistinka biex jistabbilixxi strutturi bilaterali magħhom. Il-KtR itenni r-rieda tiegħu għall-istabbiliment, fl-2023, ta’ Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-Albanija. Il-KtR ser ikompli jappoġġja d-djalogu u l-kooperazzjoni prattika mat-Turkija. Il-KtR ser jippreżenta l-fehma tiegħu dwar il-futur tas-Sħubija tal-Lvant minn perspettiva lokali u reġjonali fil-bidu tal-2023, kif mitlub mill-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-UE; |
|
58. |
jimpenja ruħu li jibni rabtiet aktar b’saħħithom, fil-livell lokali u reġjonali, mal-Ġirien tan-Nofsinhar tal-UE u ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari permezz ta’ skambji u opportunitajiet ta’ kooperazzjoni fil-forum Bliet u reġjuni għal sħubijiet internazzjonali li ser jiġi koorganizzat mal-Kummissjoni Ewropea fl-2023; |
|
59. |
itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħti segwitu lit-talba tal-KtR biex ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit (UK) u l-UE tingħata aktar profondità territorjali. Il-KtR se jikkontribwixxi għall-iffaċilitar u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni territorjali man-nazzjonijiet deċentralizzati u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit, inkluż lil hinn mill-qafas istituzzjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
60. |
jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Ċeka, dik Żvediża u dik Spanjola tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kunsill Ewropew. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) COM(2022) 548 final.
(2) COR-2020-01392-00-00-RES-TRA.
(3) COR-2022-02657-00-00-RES-TRA.
(4) https://cor.europa.eu/mt/our-work/Pages/State-of-Regions-and-Cities-2022.aspx?origin=spotlight
(5) https://cor.europa.eu/mt/engage/Pages/cohesion-alliance.aspx
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/8 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023
(2023/C 79/02)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
Wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 (1),
|
1. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li s-sena 2023 tiġi ddeżinjata bħala s-Sena Ewropea tal-Ħiliet, u jappoġġja l-għanijiet ġenerali tal-proposta bħala kontribut f’waqtu u siewi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza soċjali, ekonomika u territorjali, inkluż wara l-kriżi tal-COVID-19 u fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna, u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-ġodda tal-ħiliet, speċjalment dawk relatati mat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali; |
|
2. |
jirrakkomanda l-involviment mill-qrib taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet, bħala legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u fl-ispirtu tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ; |
|
3. |
jisħaq li, peress li huwa diffiċli li jiġu mbassra x-xejriet futuri tas-suq tax-xogħol u r-ritmu sussegwenti tal-bidliet meħtieġa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, huwa ta’ importanza kbira li jkun hemm trasformazzjoni profonda fil-mentalità u fl-imġiba tal-partijiet ikkonċernati. F’dan il-kuntest, jistenna li s-Sena Ewropea tal-Ħiliet tkun l-okkażjoni biex tinħoloq, f’kooperazzjoni mal-livelli kollha ta’ governanza, ekosistema vibranti u kreattiva fejn in-nies, u speċjalment iż-żgħażagħ, ikunu jistgħu jiddiskutu u jfasslu b’mod konġunt risponsi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ bl-għan li jgħinu din it-tranżizzjoni; |
|
4. |
jenfasizza li s-Sena Ewropea tal-Ħiliet għandha tkun opportunità biex isir investiment biex jiġi żgurat li l-politika dwar il-ħiliet tibqa’ valida fil-futur. Dan, flimkien mad-dimensjoni diġitalizzata li qiegħda dejjem tiżdied tal-ħajja professjonali, jeħtieġ bidla radikali fis-settijiet ta’ ħiliet. F’dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mħeġġa u promossi l-ħiliet it-tajba għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, filwaqt li jiġu ppreservati l-ħiliet u l-għarfien tradizzjonali; |
|
5. |
Jistenna li s-Sena Ewropea tal-Ħiliet tagħti spinta lill-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-2021 u li ssir stadju importanti biex jintlaħqu l-miri ewlenin tal-UE stabbiliti mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li mill-inqas 60 % tal-adulti jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena, u ta’ rata ta’ impjieg ta’ mill-inqas 78 % sal-2030, u biex in-nisa u ż-żgħażagħ jkunu jistgħu jidħlu (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol u jiġu appoġġjati. Jittama, bl-istess mod, li billi tagħti lill-individwi inċentivi biex itejbu l-ħiliet tagħhom, u għalhekk l-impjegabbiltà tagħhom, is-Sena Ewropea tal-Ħiliet se tikkontribwixxi wkoll għall-kisba tat-tielet mira ewlenija tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jiġifieri, tnaqqis ta’ mill-inqas 15-il miljun persuna fl-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali; |
|
6. |
jistenna li l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet tikkontribwixxi għat-twettiq tal-Aġenda 2030 tan-NU u s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha; |
|
7. |
jistenna li s-Sena Ewropea tal-Ħiliet tkun l-okkażjoni għall-valutazzjoni tal-progress li sar fit-territorji differenti tal-UE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ NextGenerationEU taħt l-inizjattiva emblematika tiegħu “Tiġdid u titjib tal-ħiliet”, flimkien mal-adattament tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ biex jappoġġjaw il-ħiliet diġitali u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-etajiet kollha; |
|
8. |
jirrimarka li l-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna kkawżaw intoppi konsiderevoli fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, tas-saħħa mentali u tal-introjtu nett. F’dan ir-rigward, jitlob li s-Sena Ewropea tal-Ħiliet tippromvi miżuri sabiex jiġi miġġieled il-qgħad, inkluż il-qgħad fit-tul u s-sottoimpjieg, u jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kruċjali taż-żgħażagħ barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ (NEET), kif ukoll tal-ħiliet li se jibqgħu validi fil-futur; |
|
9. |
jirrimarka li l-mentoraġġ jista’ jkun għodda imprezzabbli biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fit-taħriġ u fil-ħiliet, kif ukoll ir-rati tal-qgħad, u fl-aħħar mill-aħħar l-inugwaljanzi soċjali, filwaqt li titrawwem solidarjetà interġenerazzjonali. Jappella f’dan is-sens għall-iżvilupp ta’ qafas Ewropew tal-mentoraġġ; |
|
10. |
jisħaq li l-problema tan-nuqqasijiet ta’ ħiliet, inkluż għal komunitajiet remoti jew b’popolazzjoni baxxa, għandha tiġi indirizzata permezz tat-titjib u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħiliet, tat-tagħlim tul il-ħajja, tal-edukazzjoni diġitali, tat-taħriġ u tal-investiment f’teknoloġiji ġodda. Jemmen li l-inklużjoni ta’ ħiliet bażiċi, li huma trasversali u komplementari għall-ħiliet ekoloġiċi u għal ħiliet oħra tal-ħajja, fil-programmi kollha ta’ taħriġ u ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET), se twassal għal reżiljenza soċjali akbar u għal impjegabbiltà tul il-ħajja, u għal forza tax-xogħol awtonomizzata b’sens ta’ kontribut sinifikanti għat-tranżizzjoni ekoloġika; |
|
11. |
iwissi wkoll dwar il-fatt li sabiex iseħħu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-investimenti fil-bini tal-kapaċitajiet tal-persuni impjegati fis-settur pubbliku huma essenzjali; |
|
12. |
ifakkar li f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u minn perspettiva ta’ governanza f’diversi livelli, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet ewlenin għall-politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u jaqdu rwol strateġiku fl-oqsma tal-politiki tal-impjiegi. Jisħaq għalhekk li l-bliet u r-reġjuni jirrappreżentaw il-livell ta’ governanza fejn ir-rabtiet operattivi bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u s-suq tax-xogħol huma l-aktar b’saħħithom u għalhekk, għandhom jiġu ffinanzjati, implimentati u segwiti; |
|
13. |
jenfasizza, minbarra r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li atturi oħra, inklużi s-settur privat u l-korpi tat-tielet settur, għandhom ikunu involuti fit-twettiq ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-integrazzjoni (mill-ġdid) tal-persuni fis-suq tax-xogħol. Jemmen li s-sistemi tal-ħiliet u tat-taħriġ għandhom iqabblu aħjar il-kompetenzi bejn il-ġenerazzjonijiet mal-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu malajr tas-suq tax-xogħol; |
|
14. |
jappella għal miżuri adatti biex jiġu rikonoxxuti aktar il-kompetenzi miksuba permezz tal-edukazzjoni mhux formali u tat-tagħlim informali, u biex jiġi żgurat li dawn il-kompetenzi jkunu jistgħu jiġu vvalidati meta l-persuna tidħol, jew terġa’ tidħol, f’perkorsi edukattivi formali jew f’impjieg, kif ukoll biex jiġu mħeġġa ħiliet trasversali adatti għan-natura li qed tinbidel tal-impjieg, u biex jiġu promossi l-ħiliet lingwistiċi; |
|
15. |
jinnota li l-użu tat-taħriġ f’ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid madwar l-Unjoni jvarja ħafna, u dan iwassal għal diskrepanzi fil-ħiliet u għal nuqqas ta’ qbil tal-ħiliet bejn ir-reġjuni Ewropej. F’dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinvolvi iktar lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-atturi rilevanti kollha, peress li approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” mhuwiex effettiv; |
|
16. |
jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ djalogu permanenti bejn l-imsieħba Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet lokali u reġjonali speċifiċi dwar il-ħiliet. Itenni t-talba tiegħu għal fokus iktar territorjali fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni tal-progress tal-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet; |
|
17. |
jirrikonoxxi l-impatt ikbar li l-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE jista’ jkollha fuq il-ħiliet, speċjalment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), li jgħinu fl-identifikazzjoni u fit-tisħiħ ta’ oqsma strateġiċi ta’ azzjoni, jippromovu l-koeżjoni soċjali, jgħinu liċ-ċittadini kollha jilħqu l-potenzjal tagħhom kif ukoll jissodisfaw l-aspettattivi professjonali tagħhom, u b’mod ġenerali jiżguraw li jkun hemm impatt pożittiv fit-tul fuq il-kompetittività tal-UE; |
|
18. |
iqis li, sabiex jiġi żgurat legat dejjiemi tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet, u b’rikonoxximent tan-natura transsettorjali tal-politika dwar il-ħiliet, għan addizzjonali tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet għandu jkun li jiġi minimizzat l-eżodu ta’ mħuħ u tiġi ottimizzata l-kisba ta’ mħuħ sabiex jingħata kontribut lejn koeżjoni territorjali ikbar. Ifakkar, bl-istess mod, fil-ħtieġa li jinħolqu modi addizzjonali biex tiġi attirata forza tax-xogħol minn pajjiżi terzi sabiex jimtlew postijiet tax-xogħol vakanti f’setturi fejn hemm bżonn, bħall-kura u s-saħħa, kif ukoll biex jiġu attirati persuni bit-talent u l-ħiliet tant meħtieġa, li hija neċessarja biex l-Ewropa tibqa’ kompetittiva; |
|
19. |
jilqa’ l-importanza mogħtija lill-inklużività u jirrikonoxxi li l-għanjiet tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet jistgħu jiġu ssodisfati biss billi jitqiesu l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-persuni kollha fid-diversità tagħhom. Dan jinkludi r-reġjuni rurali, periferali u inqas żviluppati, u li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; |
|
20. |
jilqa’ l-proposta biex jiġu organizzati laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali biex jorganizzaw it-tmexxija tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet, filwaqt li jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom vuċi fid-definizzjoni, fl-implimentazzjoni u fil-valutazzjoni tas-Sena; jipproponi li l-KtR jiġi inkluż, bħala osservatur, fil-laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali; |
|
21. |
jisħaq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE li għandhom l-għan li jappoġġjaw inizjattivi lokali u reġjonali għall-ħiliet matul l-2023 u lil hinn minnha; |
|
22. |
jappella biex l-intraprendituri u dawk li jaħdmu għal rashom jiġu inklużi f’inizjattivi ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid, peress li għandhom rwol sinifikanti biex jagħtu spinta lill-innovazzjoni, jinħolqu l-impjiegi u jikkontribwixxu għat-tkabbir sostenibbli; |
|
23. |
jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkollaboraw mill-qrib mal-istabbilimenti edukattivi u mal-industrija sabiex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali u reġjonali u jikkontribwixxu għall-indirizzar tagħhom, u b’hekk itejbu l-opportunitajiet taż-żgħażagħ biex jiksbu ħiliet li jwasslu għal impjiegi deċenti u li se jibqgħu validi fil-futur; |
|
24. |
jenfasizza li r-realtajiet li qed jinbidlu fid-dinja tax-xogħol bħala riżultat tal-pandemija u tat-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġiċi affettwaw b’mod partikolari lin-nisa. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ dimensjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’din it-tranżizzjoni doppja, il-promozzjoni ta’ ħiliet li se jibqgħu validi fil-futur u l-aċċess għall-ħiliet diġitali għandhom ikunu parti intrinsika tal-isforzi kollha ta’ tagħlim tul il-ħajja. Barra minn hekk, jeħtieġ li titqies id-dimensjoni tal-ġeneru u li jiġi indirizzat il-preġudizzju tal-ġeneru fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ; |
|
25. |
jistenna li s-Sena Ewropea tal-Ħiliet tgħin tħaffef it-tlestija taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex tiġi garantita edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd. L-UE għandha żżid il-kooperazzjoni bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u l-kurrikuli differenti, abbażi tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini, u r-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol; |
|
26. |
jappella biex is-Sena Ewropea tal-Ħiliet tagħti l-attenzjoni dovuta lill-ħiliet taċ-ċittadinanza permezz ta’ edukazzjoni ċivika adegwata bil-għan li l-persuni ta’ kull età jiġu awtonomizzati biex ikunu jew isiru ċittadini attivi, jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja demokratika u jkunu reżiljenti għall-manipulazzjoni tal-media, għad-diżinformazzjoni u għad-diskors ta’ mibegħda, inkluż online; |
|
27. |
jissottolinja l-urġenza għal azzjonijiet ta’ riforma biex il-VET u l-apprendistati jsiru adatti għall-isfidi futuri, kif imsemmi fil-proposta tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet. L-ekosistemi reġjonali u l-punti uniċi ta’ servizz eżistenti jridu jiġu mħeġġa sabiex jittejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità. It-tisħiħ ta’ tali ekosistemi jista’ jiżgura l-kontinwità meħtieġa ta’ inizjattivi ta’ politika ta’ suċċess u joħloq rabtiet aħjar mal-appoġġ finanzjarju disponibbli permezz tal-programm tal-FSE+; |
|
28. |
jenfasizza li l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-VET għandhom jiġu aġġornati kontinwament u definiti minn perspettiva ta’ ħiliet orjentata lejn il-futur. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu biex jiġu stabbiliti sistemi ta’ monitoraġġ kif ukoll mekkaniżmi ta’ antiċipazzjoni u ta’ tqabbil tal-ħiliet fil-livell lokali u reġjonali. F’dan ir-rigward jemmen li t-taħriġ kontinwu u l-VET isiru reżiljenti billi jiġu integrati fl-istrateġiji ekonomiċi, industrijali u ta’ innovazzjoni, inklużi dawk marbuta mal-irkupru sostenibbli, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll mal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti; |
|
29. |
jissottolinja li, filwaqt li titqies l-urġenza li jittejjeb ir-rendiment tal-enerġija tal-bini fil-qafas tat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-kriżi tal-enerġija li qed tevolvi, hemm ħtieġa akuta li tingħata attenzjoni lit-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti attiva fis-settur tal-kostruzzjoni; |
|
30. |
jirrimarka li t-tranżizzjoni lejn vetturi b’emissjonijiet żero u diġitalizzati se jkollha impatt qawwi fuq l-ekosistemi tal-karozzi u fuq l-istrutturi soċjoekonomiċi reġjonali. jissottolinja bl-istess mod li d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq se jkollha effett profond fuq il-forza tax-xogħol speċjalizzata fl-industriji tal-karozzi u tal-provvista, li tesiġi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid b’mod urġenti ta’ 2,4 miljun ħaddiem sal-2030. Iħeġġeġ għalhekk li jkun hemm qafas Ewropew biex jiġu antiċipati u ġestiti l-bidliet f’dan is-settur sabiex tiġi garantita tranżizzjoni ġusta u ekwa għar-reġjuni b’industriji tal-karozzi u tal-provvista. Jeħtieġ li l-pjani ta’ trasformazzjoni reġjonali jiġu mfassla f’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
31. |
jinnota li, filwaqt li ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u fl-awtomatizzazzjoni tas-settur ferrovjarju se tirriżulta f’domanda dejjem akbar għall-professjonisti tal-ICT u taċ-ċibersigurtà, id-diskrepanza sinifikanti eżistenti fil-ħiliet u r-rekwiżiti tal-ħiliet li qed jinbidlu jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod effettiv permezz ta’, inter alia, skemi strutturati ta’ apprendistati fis-settur ferrovjarju u l-promozzjoni tal-edukazzjoni f’karrieri relatati mal-ferroviji; |
|
32. |
ifakkar li ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali jaġixxu bħala katalizzaturi għall-investiment fin-negozji lokali billi joħolqu ekosistemi tal-ħiliet. Dawn jappoġġjaw l-irkupru sostenibbli, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-innovazzjoni reġjonali u l-innovazzjoni teknoloġika tal-SMEs. F’dan ir-rigward, jisħaq fuq l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fiċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali bħala multiplikaturi tal-ekosistemi msemmija; |
|
33. |
jenfasizza l-ħtieġa għal aġilità akbar tal-VET b’reazzjoni għall-bidliet rapidi fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol; għall-aċċellerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-VET, għal approċċi ta’ tagħlim moderni u innovattivi u għal aktar investimenti fil-ħiliet u fil-kompetenzi tal-għalliema u tal-ħarrieġa. Jissottolinja l-importanza li jsir aktar investiment fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid u fit-taħriġ speċjalment wara l-kriżi tal-COVID-19, li aċċellerat b’mod esponenzjali t-tranżizzjoni diġitali fl-edukazzjoni iżda wkoll il-bidliet fil-mudelli tax-xogħol, u fid-dawl tal-politika ġenerali dwar il-ħiliet fil-livell Ewropew; |
|
34. |
jittama li d-Deċiżjoni dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 tiġi adottata malajr sabiex l-attivitajiet ikunu jistgħu jibdew jitnedew saħansitra mill-bidu tal-2023; |
|
35. |
jimpenja ruħu, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Sena Ewropea tal-Ħiliet, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-KtR dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet; |
|
36. |
jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Żvediża u lill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kunsill Ewropew. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) COM(2022) 526 final.
OPINJONIJIET
Il-Kumitat tar-Regjuni
Il-152 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 30.11.2022–1.12.2022
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/12 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-estensjoni tal-lista ta’ reati fl-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda
(2023/C 79/03)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
|
1. |
jinnota li l-mod kif id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda huma kriminalizzati fil-livell tal-UE bħalissa huwa stabbilit mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-2008 dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI (1)). Il-katalogu tar-reati ta’ mibegħda koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE kollha huwa limitat għal raġunijiet relatati mar-razza, il-kulur tal-ġilda, ir-reliġjon u l-oriġini nazzjonali jew etnika; |
|
2. |
jinnota li l-kriminalizzazzjoni ta’ forom oħra ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda, b’mod partikolari abbażi tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-età u d-diżabbiltà, tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Peress li bħalissa ma hemm l-ebda bażi tat-Trattat għal rispons komuni tal-liġi kriminali madwar l-Ewropa kollha biex jiġu indirizzati l-forom kollha ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda, il-KtR jistieden lill-Kunsill biex jestendi malajr il-lista ta’ reati tal-UE skont l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) billi jistabbilixxi standards minimi komuni għad-dispożizzjonijiet kriminali nazzjonali rilevanti, b’rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
3. |
jilqa’ bi pjaċir f’dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar iż-żieda tad-diskors ta’ mibegħda u ta’ reati ta’ mibegħda mal-oqsma ta’ reati stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE, annessa mal-Komunikazzjoni ta’ Diċembru 2021 dwar Ewropa aktar inklużiva u protettiva: l-estensjoni tal-lista ta’ reati fl-UE għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda; |
|
4. |
jirrimarka li d-diskors ta’ mibegħda, ir-reati ta’ mibegħda, l-aħbarijiet foloz, id-diżinformazzjoni u t-teoriji ta’ komplott huma fenomeni li jeħtieġ jiġu indirizzati permezz ta’ azzjoni deċiżiva. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda hija wkoll ġlieda kontra l-preġudizzju, ir-razziżmu, ix-xoviniżmu, l-omofobija u l-antisemitiżmu. Id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jaffettwaw mhux biss lill-vittmi individwali, li jikkawżalhom tbatija u jillimitawlhom bil-kbir id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, iżda wkoll lis-soċjetà inġenerali; |
|
5. |
jinsab imħasseb dwar l-iskala enormi ta’ dan il-fenomenu u l-indifferenza partikolari lejh, li joħloq il-periklu tan-normalizzazzjoni tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, u anke li huwa preżenza kostanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum; |
Rakkomandazzjonijiet ta’ politika
|
6. |
jikkundanna sitwazzjonijiet fejn id-diskors ta’ mibegħda sar parti mil-lingwa tat-tilwim politiku u jinsab imħasseb dwar fehmiet estremi u l-brutalità tal-lingwaġġ li qed issir integrata fid-dibattitu pubbliku. Hemm il-periklu li l-lingwaġġ aggressiv tat-tilwim politiku użat mill-populisti jgħin biex tinħoloq klima fejn jistgħu jiżviluppaw ir-radikaliżmu, l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni, li jistgħu jwasslu għal reati ta’ mibegħda; |
|
7. |
jinsab konxju li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jaffettwaw lill-gruppi ta’ etajiet kollha, fejn l-unika differenza hija l-ambjent li fih jitgħallmu dan it-tip ta’ diskors; jappella sabiex tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ li, minn naħa waħda, huma partikolarment vulnerabbli għad-diskors ta’ mibegħda kemm online kif ukoll wiċċ imb’wiċċ u l-inċitament biex iwettqu reati ta’ mibegħda, u min-naħa l-oħra jistgħu jkunu wkoll alleati b’saħħithom fil-ġlieda kontra dan it-tip ta’ reati; jinnota li għalkemm l-aktar miri frekwenti tad-diskors ta’ mibegħda huma r-refuġjati, il-persuni li mhumiex eteronormattivi u l-minoranzi nazzjonali u reliġjużi, f’dawn l-aħħar snin il-proporzjon ta’ persuni li qed jiffaċċjaw diskors ta’ mibegħda fil-midja, fil-midja soċjali u fis-sitwazzjonijiet ta’ kuljum żdied drastikament; |
|
8. |
jinnota li l-vjolenza verbali u fiżika xprunata mill-mibegħda mhijiex biss tħassib għall-komunitajiet minoritarji. F’dan il-kuntest, persuni li jirrappreżentaw awtorità – persuni li għandhom mandat elettorali jew li jeżerċitaw responsabbiltajiet pubbliċi, u l-istituzzjonijiet – qed jisfaw dejjem aktar ta’ spiss vittmi ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda. Il-politiċi lokali u reġjonali jintlaqtu partikolarment ħażin, pereżempju meta jiddefendu d-drittijiet tar-refuġjati, tal-migranti jew tal-persuni LGBTIQ+, kif ukoll aktar reċentement, fid-dawl tal-ġlieda kontra t-theddid globali bħall-invażjoni Russa tal-Ukrajna jew il-pandemija tal-COVID-19; |
|
9. |
jemmen li l-politiċi u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom il-kapaċità li jinfluwenzaw l-opinjoni u d-diskors pubbliċi, u għalhekk jistieden lill-mexxejja politiċi fil-livelli kollha biex joqogħdu lura milli jużaw lingwaġġ li jista’ jwassal għal diskors ta’ mibegħda jew reati ta’ mibegħda kontra gruppi speċifiċi; |
|
10. |
jinsab imħasseb dwar il-fatt li pajjiżi terzi konxjament jużaw diskors ta’ mibegħda biex iwettqu kampanji organizzati li jistgħu jinfluwenzaw il-polarizzazzjoni u jibnu diviżjonijiet fi ħdan l-UE. Id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda għandhom rwol fit-tħeġġiġ tal-kunflitti armati. M’għadhomx fenomenu lokali iżda qed isiru theddida fuq skala globali. Eżempju bħal dan ta’ diskors ta’ mibegħda huwa l-messaġġ attwali tal-amministrazzjoni tal-President Putin dwar ir-raġunijiet għall-aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-iskala ta’ vjolenza u reati ta’ mibegħda mwettqa matul din il-gwerra; |
|
11. |
jiġbed l-attenzjoni għad-dimensjoni globali tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda li parzjalment huma riżultat tal-faċilità tat-tixrid tal-ideat permezz ta’ diversi mezzi diġitali. Għalhekk, għandu jkun hemm dimensjoni transfruntiera biex dawn jiġu pproċessati b’mod effettiv. Il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ f’dan ir-rigward mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-gravità ta’ dawn ir-reati, flimkien man-natura transfruntiera tagħhom, tista’ tiġi indirizzata biss permezz ta’ azzjoni komuni fil-livell tal-UE, li tissarraf f’rispons komuni tal-ġustizzja kriminali tal-Unjoni u kooperazzjoni ġudizzjarja msaħħa bejn l-Istati Membri. Azzjoni bħal din ma tmurx kontra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
|
12. |
jenfasizza l-effetti sekondarji li d-diskors ta’ mibegħda li jinxtered online jista’ jkollu fuq il-komunitajiet lokali u, b’riżultat ta’ dan, fuq id-diviżjonijiet bejn in-nies u t-tfixkil tal-proċess tal-koeżjoni soċjali; jemmen li l-konsegwenzi tar-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda jinħassu l-aktar fost il-komunitajiet lokali; |
|
13. |
jinsab imħasseb li r-reati bbażati fuq il-mibegħda jxerrdu l-biża’ u l-istigmatizzazzjoni b’impatt distruttiv akbar li jmur lil hinn mill-konfini ta’ belt jew reġjun speċifiċi u li għandhom il-potenzjal li jeskalaw f’kunflitti akbar; |
|
14. |
jenfasizza r-responsabbiltà kbira tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-ġlieda attiva kontra r-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-esklużjoni, inkluża l-vjolenza għal raġunijiet politiċi u ideoloġiċi; jinnota li n-nuqqas ta’ azzjoni u n-nuqqas li dawn jittieħdu bis-serjetà jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni u aggravar tas-sitwazzjoni; |
|
15. |
jenfasizza li s-sindki u mexxejja reġjonali u lokali oħra jinsabu f’pożizzjoni kruċjali u jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-identifikazzjoni ta’ sinjali bikrija ta’ inċidenti bħal dawn fil-komunitajiet tagħhom; jappella għal rakkomandazzjonijiet speċjalizzati għall-awtoritajiet reġjonali u lokali dwar kif dan il-fenomenu jista’ jiġi evitat b’mod effettiv fi ħdan il-komunitajiet lokali; jemmen ukoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitħeġġu jieħdu azzjoni preventiva fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi lokali tagħhom; jappella għal kooperazzjoni armonjuża mal-korpi tal-infurzar tal-liġi, li huma mistennija jiġġieldu b’mod konsistenti u effettiv kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda; |
|
16. |
jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda fis-servizzi diġitali sabiex il-midja soċjali ma tikkontribwixxix għat-tixrid u l-amplifikazzjoni tal-impatt kemm tad-diskors ta’ mibegħda kif ukoll tar-reati. Ir-regoli attwali mhumiex biżżejjed biex jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-internet jikkontribwixxu għall-ġlieda u l-prevenzjoni b’mod effettiv tad-diskors ta’ mibegħda fis-servizzi li jipprovdu. Ir-riċerka (2) turi li l-fornituri u l-pjattaformi tas-servizzi diġitali spiss ma jinfurzawx jew ma jkollhomx il-kapaċità li jinfurzaw il-linji gwida tal-komunità tagħhom stess; |
|
17. |
jinnota li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li bħalissa jinsab fil-fażi leġiżlattiva, huwa opportunità biex jiġu stabbiliti standards minimi f’termini ta’ trasparenza dwar ir-riżorsi li l-pjattaformi jeħtiġilhom jimmobilizzaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni kemm tal-oqsfa legali dwar id-diżinformazzjoni kif ukoll tal-linji gwida tal-komunità tagħhom stess. Dan l-att legali jista’ jipprovdi inċentiv biex tittejjeb ir-relazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi intermedjarji, il-pubbliku u l-Istat. Il-potenzjal soċjoekonomiku tal-pjattaformi l-kbar jeħtieġ sforz ikkoordinat fil-livell pan-Ewropew u l-użu tas-saħħa tas-suq uniku Ewropew bħala argument; |
|
18. |
jitlob li l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jiġi adottat fil-livell tal-UE u implimentat fl-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom f’aktar ħidma u promozzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali fl-UE. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu jiġi promoss bħala liġi tal-UE li ma tikkompetix ma’ regolamenti separati u indipendenti dwar is-servizzi diġitali jew il-libertà tal-espressjoni online, li jiġu adottati mill-Istati Membri individwali; |
|
19. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rwol tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-proċess tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-prosekuzzjoni; jittama li l-estensjoni tal-katalogu tar-reati fl-UE kollha biex jiġu inklużi r-reati ta’ mibegħda tikkontribwixxi għal rispons konsistenti għalihom u tingħata importanza lill-prosekuzzjoni tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda f’kull stadju tal-proċedimenti (il-pulizija, is-servizz tal-prosekuzzjoni, il-qrati); jirrimarka r-rwol tal-qrati indipendenti f’dan il-proċess li, billi jibnu l-ġurisprudenza tagħhom, jistabbilixxu l-limiti ta’ dak li huwa permissibbli u dak li jaqa’ fil-limiti tal-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni u dak li jikkostitwixxi diskors ta’ mibegħda; jirrakkomanda li l-istandards dwar kif għandha tiġi indirizzata din il-problema jkunu l-istess fl-Unjoni Ewropea kollha; |
|
20. |
jappella sabiex jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta’ mudell fejn id-diskors ta’ mibegħda jiġi mħarrek permezz ta’ akkuża pubblika u mhux permezz ta’ proċeduri privati jew ta’ kwerela. Huwa fl-interess pubbliku li dan il-fenomenu jitrażżan u l-awturi għandhom ikunu konxji li inevitabbilment se jiffaċċjaw proċeduri kriminali. Jeħtieġ ukoll li jingħeleb l-ostaklu tal-anonimità tal-persuni li jwettqu reati ta’ mibegħda, li, fir-rigward ta’ dawn ir-reati, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jeħtieġ li jieħdu azzjoni u l-fornituri tas-servizz tal-internet jeħtiġilhom ikunu lesti li jikkooperaw; |
|
21. |
jenfasizza li l-progress fil-qasam tal-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-korpi tal-infurzar tal-liġi li jiġġieldu b’mod effettiv ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda, jiddependi ħafna fuq il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali; |
|
22. |
jirrimarka li l-ostaklu ewlieni li jimpedixxi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi milli jieħdu azzjoni b’mod effettiv huwa li r-reati ta’ mibegħda ma jiġux irrappurtati; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-uffiċjali tal-gvern lokali għandhom jieħdu vantaġġ mill-prossimità tagħhom mal-popolazzjoni u jippromovu politiki biex titqajjem kuxjenza dwar il-problema (inkluż fost l-impjegati taċ-ċivil) u biex il-vittmi jitħeġġu jirrappurtaw diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda; |
|
23. |
jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikollhom rwol fit-tneħħija tal-ostakli għar-rappurtar ta’ reati ta’ mibegħda, pereżempju billi jissensibilizzaw dwar id-drittijiet tal-vittmi, jipprovdu informazzjoni legali dwar kif għandhom jiġu rrappurtati l-każijiet, jiżguraw lill-migranti li huma jistgħu jagħmlu rapport irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, u jippromovu rappurtar anonimu permezz ta’ partijiet terzi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jippromovu wkoll prattiki tajbin u kooperazzjoni f’isem il-vittmi bl-involviment tal-pulizija, il-korpi lokali għall-ugwaljanza u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-NGOs soċjali u servizzi oħra ta’ appoġġ għall-vittmi; |
|
24. |
jikkonkludi li anke l-aħjar soluzzjonijiet legali mhux se jgħinu jekk l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ma jinfurzawhomx billi jħarrku l-awturi tar-reati. Bl-istess mod, il-possibbiltà għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jirreaġixxu se tkun limitata jekk il-fornituri tas-servizzi tal-internet (li jipprovdu servizzi b’mezzi elettroniċi) ma jikkondividux id-data ta’ persuni li jwettqu reati ta’ mibegħda u b’hekk jiksru b’mod ċar il-liġi; |
|
25. |
huwa tal-fehma li, f’termini ta’ korpi tal-infurzar tal-liġi, peress li d-diskors ta’ mibegħda spiss ikun marbut mal-lingwaġġ tad-dibattitu pubbliku u politiku, huwa aktar u aktar importanti li dawn il-korpi (u b’mod partikolari l-uffiċċju tal-prosekutur) jibqgħu indipendenti u li dan il-fenomenu jittieħed bis-serjetà. Irrispettivament mid-differenzi nazzjonali eżistenti fir-regolamentazzjoni, il-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tad-diskors ta' mibegħda, u l-protezzjoni għal raġunijiet speċifiċi, huwa importanti ħafna li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet. Dan ifisser, l-ewwel nett, qrati indipendenti, u t-tieni, uffiċċju tal-prosekutur li jkun ħieles minn pressjoni u li jkun jista’ jieħu deċiżjonijiet indipendenti rigward il-prosekuzzjoni ta’ dan it-tip ta’ reat permezz ta’ akkuża pubblika; |
|
26. |
jinnota li f’diversi Stati Membri tal-UE, il-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza jkopri wkoll id-diskors ta’ mibegħda (3), u għalhekk, għandhom rwol importanti x’jaqdu f’dan il-proċess. Il-Kumitat jappoġġja f’dan ir-rigward ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea lill-Istati Membri biex tgħinhom itejbu l-indipendenza u l-effettività tal-korpi tal-ugwaljanza (4), u jistenna b’interess il-proposta leġiżlattiva mħabbra dwar it-tisħiħ ulterjuri tar-rwol u l-indipendenza tagħhom; |
|
27. |
jirrimarka l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mal-NGOs li jappoġġjaw il-bini ta’ sensibilizzazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u l-atti ta’ vjolenza bbażati fuq il-mibegħda. L-esperjenza miksuba minn dawn il-partijiet ikkonċernati ewlenin, fosthom l-awtoritajiet lokali, għandha tintuża fil-ġlieda kontra l-mibegħda u l-prevenzjoni tagħha; |
|
28. |
l-iskejjel kollha għandhom jimplimentaw programmi edukattivi kontra d-diskriminazzjoni u ħiliet biex persuna tgħix u tkun parti minn soċjetà multikulturali li hija diversa f’termini ta’ nazzjonalità, razza, ideoloġija u fidi. L-attivitajiet biex jiġi miġġieled id-diskors ta’ mibegħda għandhom ikunu element ewlieni ta’ din l-edukazzjoni; |
|
29. |
jipproponi li d-diskors ta’ mibegħda jiġi inkluż fil-kurrikulu tal-edukazzjoni ġenerali u jħeġġeġ lir-reġjuni li għandhom kompetenzi f’dan il-qasam biex jieħdu azzjoni għal dan il-għan; |
|
30. |
jenfasizza li ċ-ċittadini Ewropej tal-lum jeħtiġilhom ikunu edukati u mgħammra bil-ħiliet interpersonali biex ma jaqbżux il-linja f’termini ta’ dak li huwa meqjus bħala libertà tal-kelma jew libertà tal-espressjoni kemm online kif ukoll fi spazji pubbliċi; |
|
31. |
iħeġġeġ sabiex ikun hemm kampanji pubbliċi b’firxa wiesgħa, inklużi dawk madwar l-UE kollha, biex jippromovu l-ugwaljanza u jipprevjenu d-diskriminazzjoni, pereżempju fil-forma ta’ segwitu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; |
|
32. |
jappella sabiex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali u lill-imsieħba soċjali li jaħdmu fl-istess oqsma li jindirizzaw il-ġlieda kontra l-mibegħda verbali u fiżika permezz tal-edukazzjoni multikulturali; jirrimarka li nistgħu nsibu eżempju pożittiv ta’ dan fl-idea li nebbħet il-Premju Paweł Adamowicz iffinanzjat mill-Kumitat tar-Reġjuni, ICORN u l-Belt ta’ Gdansk. |
Konklużjonijiet
|
33. |
iqis lill-UE bħala garanti f’termini ta’ tfassil u applikazzjoni ta’ liġijiet biex jiġu miġġielda l-manifestazzjonijiet pubbliċi ta’ mibegħda; |
|
34. |
jirrikonoxxi li l-effetti tad-diskors ta’ mibegħda u tar-reati ta’ mibegħda għandhom dimensjoni transfruntiera, u għalhekk hemm bżonn li dawn jiġu indirizzati permezz ta’ azzjoni komuni fil-livell tal-UE. Jappella għalhekk sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda għal raġunijiet oħra lil hinn minn dawk koperti mid-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI, inkluż abbażi tal-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-età u d-diżabbiltà, kif identifikat fil-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Unjoni ta’ Ugwaljanza. Huwa importanti li l-Kunsill jestendi malajr il-lista ta’ reati biex tinkludi r-reati ta’ mibegħda (l-Artikolu 83(1) tat-TFUE) biex jiġi żgurat li l-korpi tal-infurzar tal-liġi joperaw b’mod effettiv kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali; |
|
35. |
jirrimarka li l-uniku rispons għad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda huwa li tinħoloq strateġija legali komprensiva għall-ġlieda kontra, ir-rappurtar u l-prosekuzzjoni konsistenti ta’ dawn it-tip ta’ reati; |
|
36. |
jappella sabiex jiġu stabbiliti regoli minimi fil-livell tal-UE dwar is-sanzjonijiet għal diskors ta’ mibegħa u r-reati ta’ mibegħda, li għandhom jippermettu li jiġu emendati l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali biex tiġi kkriminalizzata s-sħubija f’organizzazzjonijiet li jippromovu jew jinċitaw il-mibegħda għal kwalunkwe raġuni u l-parteċipazzjoni fi kwalunkwe attività bħal din. M’għandux ikun hemm lok għall-aċċettazzjoni ta’ fehmiet antidemokratiċi jew diskors ta’ mibegħda u ostilità kontra bniedem ieħor fi kwalunkwe rokna tad-dinja jew fl-Ewropa; |
|
37. |
jirrakkomanda li jittejbu l-metodi għar-reġistrar u l-ġbir ta’ data dwar ir-reati ta’ mibegħda, u jirrakkomanda li jkun hemm diskussjonijiet fil-livell tal-esperti mal-Istati Membri taħt l-awspiċji tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) li tista’ tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jindirizzaw problemi dwar l-applikazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni u jiżguraw investigazzjoni effettiva, prosekuzzjoni u kundanna ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda; iqis ukoll li hemm rwol importanti għall-istituzzjonijiet soċjali u l-organizzazzjonijiet li jaħmu fil-qasam tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda; |
|
38. |
iqis li jeħtieġ li jkun hemm soluzzjonijiet organizzattivi u legali biex jiġu protetti l-vittmi ta’ diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda li jeħtiġilhom ikunu appoġġjati u assistiti mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej, u s-soċjetà ċivili; |
|
39. |
jinnota li hemm linja fina bejn il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u ċ-ċensura. Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni għandu jiġi żgurat meta jiġu żviluppati soluzzjonijiet legali għall-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda; |
|
40. |
josserva li m’hemm l-ebda definizzjoni standardizzata ta’ reati ta’ mibegħda fil-livell internazzjonali; jappella, għalhekk, sabiex isiru sforzi ta’ żvilupp biex tissaħħaħ il-ġurisprudenza u konsegwentement tittejjeb l-effettività tal-prosekuzzjoni tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda; id-definizzjoni użata fir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2022)16 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa (5), jew id-definizzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI, jistgħu jservu ta’ ispirazzjoni għal dan; |
|
41. |
huwa konxju li mhux se jiġi regolarizzat id-diskors politiku estrem. L-Istati Membri se jibqgħu responsabbli biex jiddeterminaw kif jiddefinixxu l-libertà tal-espressjoni; jemmen, madankollu, li jeħtiġilna nimponu standards tal-UE biex niġġieldu kontra inċidenti verbali u fiżiċi ta’ mibegħda. Dan huwa preċiżament ir-raġuni għall-estensjoni tal-katalogu tar-reati fl-UE biex jiġu inklużi d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).
(2) Rapport rilevanti huwa aċċessibbli fuq 210831_Reset_Facebook_Bundestagswahl_EN.pdf (hateaid.org).
(3) L-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-Polonja huwa eżempju ta’ dan.
(4) Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza (C(2018) 3850 final).
(5) Rakkomandazzjoni CM/Rec(2022)16 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda https://search.coe.int/cm/Pages/result_details.aspx?ObjectId=0900001680a67955 [mhux disponibbli bil-Malti].
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/17 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE għal Tessuti Sostenibbli u Ċirkolari
(2023/C 79/04)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
|
1. |
jilqa’ l-approċċ trażversali tal-Istrateġija tal-UE għal tessuti sostenibbli u ċirkolari, li għandha l-għan li toħloq qafas u viżjoni koerenti għat-tranżizzjoni tas-settur tat-tessuti b’konformità mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, u l-Istrateġija Industrijali għall-Ewropa; |
|
2. |
jistenna b’interess li jiġi ffinalizzat u ppubblikat il-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tal-ekosistema sħiħa tat-tessuti; |
|
3. |
jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li jitqiegħdu fis-suq tal-UE prodotti tat-tessuti li huma durabbli u riċiklabbli u fil-biċċa l-kbira magħmulin minn fibri riċiklati, mingħajr sustanzi perikolużi u manifatturati b’rispett lejn id-drittijiet soċjali u l-ambjent; jitlob bidla fundamentali fis-settur tal-moda sabiex tintemm il-produzzjoni żejda u l-konsum eċċessiv tal-ħwejjeġ; |
|
4. |
jiġbed l-attenzjoni għad-data tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li turi li, mill-perspettiva tal-konsum, iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti tat-tessuti għandu bħala medja r-raba’ l-akbar impatt negattiv fuq il-klima u l-ambjent, wara l-ikel, l-akkomodazzjoni u l-mobbiltà (1). Fl-2020, it-tessuti kkawżaw it-tielet l-akbar pressjoni fuq l-użu tal-ilma u tal-ħamrija u l-ħames l-akbar pressjoni fuq l-użu tal-materja prima u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; |
|
5. |
jenfasizza l-importanza tas-settur tat-tessuti, tal-lbies, tal-ġilda u taż-żraben fl-industrija Ewropea, li jimpjega aktar minn żewġ miljun ħaddiem u jirrappreżenta xprun għall-impjiegi, l-iżvilupp ekonomiku u l-innovazzjoni fl-ekosistemi reġjonali li fihom huwa preżenti; iqis li hija prijorità li ngħaddu minn sistema ta’ produzzjoni estrattiva u lineari għal mudell riġenerattiv u ċirkolari; jemmen li f’din it-tranżizzjoni ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa kruċjali, b’mod partikolari r-rwol (a) tal-muniċipalitajiet u tal-atturi lokali bħall-intrapriżi soċjali, il-kolletturi, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward tas-sistemi ta’ ġbir, irkupru u użu mill-ġdid, (b) tar-reġjuni permezz tal-appoġġ tagħhom lill-muniċipalitajiet għall-funzjonijiet tagħhom, u (c) tas-settur pubbliku u privat bħala forza mexxejja tal-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni; |
|
6. |
jirrikonoxxi li r-rwol tar-responsabbiltà estiża tal-produttur intwera li huwa effettiv fit-titjib tal-ġbir separat tal-iskart u l-immaniġġjar sussegwenti tiegħu b’konformità mal-ġerarkija tal-iskart; jistieden lill-koleġiżlaturi biex jidentifikaw fil-livell tal-UE liema prodotti tat-tessuti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u s-sistema tagħha tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, u jindirizzaw b’mod speċifiku l-kostijiet kbar tal-moda mgħaġġla (fast-fashion); |
|
7. |
jilqa’ b’mod pożittiv il-fatt li, għall-produtturi kollha tal-iskart, il-ġbir separat tat-tessuti se jsir obbligatorju minn Jannar 2025. Jistenna wkoll li r-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart ippjanata għall-2024 tqis ukoll miri speċifiċi għall-prevenzjoni tal-iskart tat-tessuti kif ukoll għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tat-tessuti, u li jiġi kkunsidrat ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. |
Rieżami tal-mudelli tal-konsum
|
8. |
jirrimarka li l-produzzjoni globali tat-tessuti kważi rduppjat bejn l-2000 u l-2015. Peress li l-ħwejjeġ jirrappreżentaw l-akbar sehem tal-konsum tat-tessuti tal-UE (81 %), it-tendenza li jintużaw ħwejjeġ għal perjodi dejjem iqsar qabel ma jintremew tkompli tikkontribwixxi għal mudelli mhux sostenibbli u għal xejriet ta’ produzzjoni żejda u konsum eċċessiv; |
|
9. |
jittama li jkun hemm dejjem aktar mudelli ta’ intervent biex jiġi promoss l-użu sensibbli u sostenibbli tal-materjali tat-tessuti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tipi ta’ lbies li huma aktar probabbli li jintremew mill-konsumaturi qabel tmiem il-ħajja utli tagħhom. Ċerti azzjonijiet, bħal skemi ta’ skambju (swap schemes), libreriji tal-moda u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, jindirizzaw diversi ostakli marbuta ma’ preġudizzji dwar l-ilbies użat mil-lat ta’ kwalità, iġjene jew diversità tal-prodotti offruti; |
|
10. |
jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied it-tfittxija għal soluzzjonijiet innovattivi (magni, tagħmir, pjattaformi diġitali) għas-separazzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart tat-tessuti miġbur, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tal-materjali; |
|
11. |
jirrimarka li d-domanda tas-suq għal prodotti u servizzi ċirkolari għadha insuffiċjenti u tirrappreżenta ostaklu importanti għall-implimentazzjoni ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jaqdu rwol stimulanti billi jimplimentaw strumenti li jappoġġjaw l-adozzjoni ta’ mudelli kummerċjali bbażati fuq kultura ta’ użu minflok sjieda, billi jiddefinixxu regolamenti dwar it-trasport u l-kummerċ ta’ prodotti tat-tessuti (inklużi l-flussi tal-iskart) u billi jippromovu inċentivi regolatorji (bħat-tnaqqis tal-VAT jew l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produttur) biex jappoġġjaw il-kiri minflok ix-xiri, il-pjattaformi ta’ kondiviżjoni, il-ġbir u l-bejgħ mill-ġdid, u l-ħwienet tal-ħwejjeġ użati, u billi jagħtu importanza mill-ġdid lit-tiswija, l-upcycling u l-manutenzjoni; barra minn hekk jirrikonoxxi wkoll li dawn il-mudelli ta’ negozju jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali fis-setturi tas-saħħa, it-turiżmu, l-akkomodazzjoni u servizzi pubbliċi oħrajn essenzjali; |
|
12. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva dwar ir-responsabbiltà tal-konsumatur għat-tranżizzjoni ekoloġika (2), u l-istandards tal-UE li jirriżultaw minnha u li se jiżguraw li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni fil-ħwienet dwar garanzija kummerċjali tad-durabbiltà tal-prodotti tat-tessuti, kif ukoll informazzjoni rilevanti dwar il-possibbiltà li jissewwew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq kriterji minimi għat-tipi kollha ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali fil-kuntest tal-Inizjattiva għal Asserzjonijiet Ekoloġiċi (3). |
Azzjoni biex id-disinn għaċ-ċirkolarità isir realtà mifruxa
|
13. |
jirrikonoxxi li d-disinn għal durabbiltà akbar jista’ jtawwal il-ħajja tat-tessuti, l-ilbies, il-ġilda u ż-żraben, u b’hekk inaqqas l-iskart tat-tessuti u l-użu ġenerali ta’ materjali verġni u sustanzi kimiċi; jilqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta’ rekwiżiti vinkolanti tal-ekodisinn speċifiċi għall-prodott biex tiżdied il-prestazzjoni tal-prodotti mis-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben f’termini ta’ durabbiltà, possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, possibbiltà ta’ tiswija, riċiklabbiltà minn fibra għal fibra u kontenut obbligatorju ta’ fibra rriċiklata; |
|
14. |
jisħaq b’konvinzjoni fuq il-ħtieġa ta’ standards komuni ta’ sostenibbiltà, li huma meqjusa essenzjali biex jinvolvu d-ditti fl-evalwazzjoni tal-impatti ambjentali tal-prodotti tagħhom; |
|
15. |
jilqa’ l-aspetti tal-Istrateġija dwar informazzjoni aktar ċara dwar iċ-ċirkolarità tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben u dwar passaport diġitali tal-prodotti bbażat fuq rekwiżiti ta’ informazzjoni obbligatorji dwar iċ-ċirkolarità u aspetti ambjentali oħra; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-Passaport Diġitali tal-Prodotti (DPP) disponibbli għall-partijiet ikkonċernati u l-konsumaturi kollha, u tinkludi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dwar kif jissewwew u jintużaw mill-ġdid il-prodotti; |
|
16. |
iqis li l-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu segwiti meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-prodotti tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben, li l-għan tagħhom għandu jkun li jittejjeb il-bilanċ ekoloġiku totali matul iċ-ċiklu tal-ħajja:
|
|
17. |
jappella għal livell ogħla ta’ armonizzazzjoni tar-Regolament REACH (4) mal-prinċipji taċ-ċirkolarità li jirrigwardaw l-ispeċifiċitajiet tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben, sabiex tingħata prijorità lill-isforzi favur it-tnaqqis tal-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi, it-tixrid ta’ informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi użati fi prodotti lesti u l-garanzija tat-traċċabbiltà. |
It-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali għal tranżizzjoni ċirkolari
|
18. |
iqis li r-reġjuni u l-muniċipalitajiet għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni f’dan is-settur u fil-ħolqien ta’ sinerġiji u interkonnessjonijiet ma’ setturi u reġjuni oħra li jiffaċċjaw l-istess sfidi; jistieden lill-Kummissjoni tippromovi l-ħolqien, l-espansjoni u l-interkonnessjoni ta’ raggruppamenti ta’ innovazzjoni reġjonali fil-qasam tat-tessuti ċirkolari fl-UE; |
|
19. |
jilqa’ l-esperjenzi żviluppati f’xi reġjuni jew distretti industrijali Ewropej bħall-Patt Ekoloġiku Lokali jew il-Patt ta’ Moda Ċirkolari (Circular Fashion Pact), abbażi ta’ ftehimiet volontarji bejn diversi partijiet ikkonċernati biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben lejn mudell ċirkolari. Dawn il-mudelli jistabbilixxu objettivi ġenerali għas-settur u miri speċifiċi għal kull segment tal-katina tal-valur. Huma jindirizzaw l-isfidi ambjentali, soċjali u ekonomiċi li qed jiffaċċja s-settur billi jistabbilixxu impenji speċifiċi għall-produtturi, il-ġestjonarji tal-iskart, il-gvernijiet lokali, l-organizzazzjonijiet tal-ġbir, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u ċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija; |
|
20. |
jirrikonoxxi li l-promozzjoni tal-intrapriżi soċjali attivi fis-settur tal-użu mill-ġdid hija partikolarment importanti għall-ħolqien ta’ impjiegi lokali, sostenibbli u inklużivi (5), peress li l-intrapriżi soċjali jiżviluppaw prattiki lokali ta’ użu mill-ġdid filwaqt li joħolqu benefiċċji soċjali u ekonomiċi tanġibbli għall-komunitajiet ta’ madwarhom; madankollu jenfasizza li s-settur tal-intrapriżi soċjali qed iħabbat wiċċu ma’ ħafna sfidi sabiex ikun kompetittiv u jkun jista’ jipprovdi servizzi fuq bażi kontinwa; |
|
21. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta linji gwida dwar kif tappoġġja l-adozzjoni u s-sħubijiet għall-ekonomija ċirkolari bejn l-intrapriżi soċjali u atturi oħra, inklużi l-intrapriżi tas-servizzi u kummerċjali, li se jesploraw b’mod partikolari l-opportunitajiet offruti mill-użu mill-ġdid u t-tiswija tal-prodotti tat-tessuti, fl-ambitu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Soċjali li ġie adottat reċentement (6); |
|
22. |
jirrikonoxxi li l-effikaċja tas-sistemi lokali għall-ġbir tal-iskart tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben għadha sfida ewlenija, u jindika li sabiex tiġi promossa tranżizzjoni ċirkolari effettiva tas-settur, il-kost totali tal-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ ta’ dan l-iskart għandu jkun inqas mill-kostijiet relatati mal-immaniġġjar tal-iskart domestiku; |
|
23. |
jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mudelli ta’ gwida għall-iżvilupp ta’ sistemi lokali għall-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben li jqisu:
|
Appoġġ għal mudelli ta’ produzzjoni sostenibbli
|
24. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fl-Inizjattiva tal-UE dwar il-Prodotti Sostenibbli miżuri biex tipprojbixxi l-qerda ta’ oġġetti mhux mibjugħa (jiġifieri inventarju eċċessiv, stokk mhux mibjugħ, u oġġetti ritornati, b’enfasi partikolari fuq oġġetti ritornati permezz tal-kummerċ elettroniku), u tistabbilixxi miri għall-fażi tal-produzzjoni sabiex jgħinu fil-prevenzjoni tal-iskart u jiddiżinċentivaw il-produzzjoni żejda; |
|
25. |
jappella għall-introduzzjoni ta’ kriterji obbligatorji għall-akkwist pubbliku ekoloġiku (7), li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jiġi ddeterminat wara valutazzjoni tal-impatt, kif ukoll rekwiżiti li jikkonċernaw l-inċentivi tal-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-prodotti tat-tessuti; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni tfassal linji gwida dwar inċentivi u kriterji għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u kuntratti oħra li jippromovu l-iżvilupp sostenibbli; |
|
26. |
jistieden lill-Istati Membri jaġixxu fil-qasam tal-akkwist pubbliku ekoloġiku permezz ta’ pjani ta’ azzjoni jew strateġiji nazzjonali, b’armonizzazzjoni akbar tal-kriterji applikati fil-livell nazzjonali mal-prinċipji gwida tal-UE (8); iqis ukoll li l-iskambji ta’ għarfien u ta’ prattika tajba lokali u reġjonali huma meħtieġa wkoll sabiex jippromovu u jiffaċilitaw implimentazzjoni aktar komprensiva u mifruxa tagħhom; |
|
27. |
jappella lill-Unjoni, bħala importatur u esportatur ewlieni (9) fil-katina tal-valur globali tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben, biex issir mexxejja globali għall-promozzjoni ta’ ktajjen tal-valur tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben sostenibbli u ċirkolari u f’soluzzjonijiet teknoloġiċi u mudelli intraprenditorija innovattivi, biex b’hekk tiżgura t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, tindirizza l-isfidi soċjali u tiżgura l-konformità mal-obbligi tas-sostenibbiltà, u billi l-SMEs fis-settur tal-manifattura tagħmilhom kompetittivi fil-qafas globaki; |
|
28. |
jistieden lill-Kummissjoni tipprepara inizjattiva leġiżlattiva ġdida biex tipprojbixxi b’mod effettiv it-tqegħid fis-suq tal-UE ta’ prodotti manifatturati bl-użu ta’ xogħol furzat, inkluż it-tħaddim tat-tfal; jitlob li t-tessuti, l-ilbies, il-prodotti tal-ġilda u ż-żraben (settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben) jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta tal-intrapriżi favur is-sostenibbiltà; Il-qafas regolatorju fil-qasam tas-sostenibbiltà għandu japplika mhux biss għall-manifatturi Ewropej inkwistjoni, iżda wkoll għall-kumpaniji kollha li jikkummerċjalizzawhom fl-UE, irrispettivament minn fejn jiġu mmanifatturati l-prodotti; |
|
29. |
iqis li huwa importanti li nkunu konxji tal-ħtieġa li jiġu involuti u appoġġjati kemm l-azjendi agrikoli żgħar kif ukoll dawk kbar li jipproduċu materjali naturali (bħas-suf), li għandhom rwol ewlieni fil-produzzjoni ta’ tessuti riċiklabbli, fil-proċessi ta’ produzzjoni/manifattura/użu mill-ġdid. |
|
30. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ speċifiku għall-investiment teknoloġiku fil-katina tal-valur u azzjonijiet speċifiċi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni meħtieġa biex tinkiseb trasformazzjoni produttiva reali minn mudell lineari għal wieħed aktar ċirkolari fis-setturi tat-tessuti, tal-ġilda u taż-żraben, u jinkoraġġixxi l-istudju u l-produzzjoni ta’ materjali ġodda li jistgħu jinkisbu mill-interazzjoni bejn setturi differenti tal-produzzjoni u tar-riċiklaġġ; |
|
31. |
jirrakkomanda li fil-livell tal-UE jiġu adottati definizzjoni ċara u kamp ta’ applikazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur b’tariffi adattati b’mod ekoloġiku għall-prodotti tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben sabiex jiġu identifikati, ma jitħallewx isiru, jiġu mmitigati, jintemmu u jingħata rendikont tal-impatti negattivi reali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema, u fuq l-ambjent, kemm fl-operat tal-intrapriżi stess kif ukoll tul il-ktajjen tal-valur globali tagħhom; |
|
32. |
jirrimarka li l-ekosistema tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben tirrikjedi forza tax-xogħol b’ħiliet ta’ livell għoli biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi offrut mit-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, filwaqt li bħalissa 13 % biss tal-forza tax-xogħol għandha ħiliet ta’ livell għoli (10). Ikun meħtieġ li tiżdied il-kompetittività tal-SMEs sabiex jinżamm u jiġi ġġenerat talent ġdid, kif ukoll li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-produttività fil-produzzjoni ta’ materja prima sostenibbli u l-manifattura tat-tessuti fl-industrija tagħna. Sabiex jiġu attirati ż-żgħażagħ b’talent u bi kwalifiki ta’ livell għoli u l-SMEs jiġu mogħnija bil-ħiliet, il-Kumitat iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ sħubija tal-ħiliet fuq skala kbira għall-ekosistema tat-tessuti bil-għan li jiġu promossi t-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet professjonali u l-akkwist u t-trasferiment ta’ ħiliet ekoloġiċi u diġitali, inkluż l-għarfien dwar l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja u tal-katina tal-valur; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-kwantitajiet dejjem akbar mistennija ta’ prodotti mis-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben miġbura minħabba l-ġbir separat obbligatorju tal-iskart tat-tessuti waqt li tfassal strumenti ta’ appoġġ għall-impjiegi fil-ġestjoni tat-tessuti wara l-konsum; |
|
33. |
jesprimi dispjaċir għad-data li turi li n-nisa jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema bi ħlas baxx u mingħajr kwalifiki fis-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben; huwa konvint li t-titjib tas-sostenibbiltà tal-katina tal-provvista jinvolvi dimensjoni importanti tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jitlob azzjonijiet miftiehma biex jiżdied b’mod sinifikanti l-aċċess tan-nisa għal pożizzjonijiet ogħla; |
|
34. |
iħeġġeġ ukoll l-użu mmirat tar-riżorsi tal-programm Erasmus+ għat-twettiq ta’ inizjattivi pilota u sperimentali fil-qasam tat-taħriġ professjonali u l-edukazzjoni għolja li jikkontribwixxu għall-akkwist tal-ħiliet ekoloġiċi u diġitali meħtieġa fis-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben, biex tiżdied l-attraenza tiegħu għaż-żgħażagħ u biex titħeġġeġ il-mobilità tal-ħaddiema; |
|
35. |
jilqa’ l-Patt tal-Unjoni għall-Ħiliet (11), li għandu l-għan li jimmassimizza l-impatt tal-investimenti fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet eżistenti tal-persunal fl-ekosistema kollha tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben, inkluż il-qasam tal-moda u l-bejgħ bl-imnut tas-settur. |
It-trasformazzjoni tal-iskart f’valur
|
36. |
jinnota li, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar il-ġbir separat tal-iskart tat-tessuti sal-2025 u l-effetti pożittivi fuq il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi stabbiliti fl-Istati Membri, huwa mistenni li probabbilment se jkun sehem aktar baxx ta’ oġġetti miġbura li huma adatti għall-bejgħ mill-ġdid fl-Ewropa, u li s-sehem tal-iskart domestiku mis-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben wara l-konsum li jsir disponibbli għar-riċiklaġġ se jiżdied b’mod sinifikanti (12). Fir-rigward taż-żieda fil-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-UE, il-Kumitat jissuġġerixxi li fl-ippjanar tal-investiment jitqies l-impatt fuq is-setturi tal-upcycling u l-użu mill-ġdid, setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema, u tad-dinamika tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali li tirriżulta; |
|
37. |
jemmen li l-produzzjoni lokali ta’ fibri riċiklati jista’ jkollha rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-katina tal-valur tat-tessuti Ewropea. Għalkemm l-industrija tar-riċiklaġġ tat-tessuti, ladarba timmatura u tespandi, tista’ ssir awtonoma u profittabbli, se jkun meħtieġ finanzjament għat-tranżizzjoni fuq perjodu qasir, inkluż potenzjalment permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u appoġġ ieħor biex l-industrija eżistenti tiġi adattata biex iżżid il-kapaċitajiet bi prodotti riċiklati għal setturi differenti: il-moda, il-karozzi, it-tessuti għad-djar, id-drappijiet tekniċi, eċċ.; |
|
38. |
jilqa’ l-inklużjoni ta’ (a) ħwejjeġ u tessuti oħra miġbura separatament u ppreparati għall-użu mill-ġdid, (b) fibri ċellulożiċi rkuprati/riċiklati mill-iskart tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben u (c) fibri mħallta rkuprati/riċiklati mill-iskart tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben fil-lista ta’ prijorità ta’ flussi ta’ skart għall-iżvilupp ta’ aktar kriterji għat-tmiem tal-istatus ta’ skart fl-UE, bħala stimolu biex tiżdied il-kapaċità tal-industrija tar-riċiklaġġ ta’ dan is-settur tal-UE. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) It-tessuti u l-ambjent: ir-rwol tad-disinn fl-ekonomija ċirkolari Ewropea (EEA, 2022).
(2) COM(2022) 143 – Proposta għal Direttiva fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar.
(3) Initiative on substantiating green claims – Environment (Inizjattiva biex jiġu sostanzjati l-asserzjonijiet ekoloġiċi – Ambjent [mhux disponibbli bil-Malti]) – Kummissjoni Ewropea (europa.eu).
(4) Ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi.
(5) Bħala medja, intrapriża soċjali toħloq bejn 20 u 35 impjieg għal 1 000 tunnellata ta’ tessuti miġbura biex jintużaw mill-ġdid. Sorsi: OECD/Kummissjoni Ewropea (2022), Policy brief on making the most of the social economy’s contribution to the circular economy (Policy Brief dwar kif jista’ jsir l-aħjar użu mill-kontribut tal-ekonomija soċjali għall-ekonomija ċirkolari [mhux disponibbli bil-Malti]), u RREUSE (2021), Job creation in the reuse sector: Data insights from social enterprises (Il-Ħolqien tal-impjiegi fil-qasam tal-użu mill-ġdid: approfondiment dwar id-data tal-intrapriżi soċjali [mhux disponibbli bil-Malti]).
(6) COM(2021) 778 final.
(7) L-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku mhux biss jindirizza l-impatti tal-konsum fis-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben assoċjati mas-settur pubbliku, iżda għandu wkoll il-potenzjal li jibgħat sinjali qawwija lis-suq inġenerali, bil-għan li jiġi favorit l-iżvilupp u l-ħolqien ta’ soluzzjonijiet innovattivi, sostenibbli u aktar ċirkolari fil-produzzjoni tas-settur tat-tessuti, tal-ilbies, tal-ġilda u taż-żraben u l-forniment tas-servizzi li jistgħu jiġu adottati mis-settur privat.
(8) Rapport Tekniku tal-JRC (2020), EU Green Public Procurement (GPP) Criteria for Textile Products and Services Guidance Document (Dokument ta’ Gwida dwar Kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE għall-prodotti u s-servizzi tat-tessuti [mhux disponibbli bil-Malti]).
(9) Fl-2020, fl-EU-27 ġew importati 8,7 miljun tunnellata ta’ prodotti ta’ tessuti lesti, b’valur ta’ EUR 125 biljun. L-ilbies jirrappreżenta 45 % tal-importazzjonijiet f’termini ta’ volum, segwit mit-tessuti għad-dar, tessuti oħra u żraben (sors: Eurostat, 2021).
(10) Eurostat (2019), Labour Force Survey (Stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol – mhux disponibbli bil-Malti).
(11) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1517&langId=mt
(12) Sa madwar 1,7 miljun tunnellata sal-2030, skont ir-rapport Scaling textile recycling in Europe – turning waste into value (L-applikazzjoni fuq skala kbira tar-riċiklaġġ tat-tessuti fl-Ewropa – nittrasformaw l-iskart f’valur [mhux disponibbli bil-Malti]), McKinsey (2021).
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/23 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel”
(2023/C 79/05)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
|
1. |
jikkundanna l-aggressjoni mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna; |
|
2. |
jappoġġja bil-qawwa l-isforzi tal-Ukrajna biex tingħaqad mal-Unjoni Ewropea, u jinnota wkoll, fil-kuntest tas-suġġett ta’ din l-Opinjoni, li dan se jkollu impatt sinifikanti ħafna fuq it-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel tal-UE; |
|
3. |
jilqa’ l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel”; |
|
4. |
jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati d-dgħufijiet tas-sistemi tal-ikel tal-pajjiżi tal-UE sabiex jiġu introdotti bidliet profondi u strutturali u li nħejju għal kriżijiet futuri; |
|
5. |
ifakkar li l-UE hija importatur nett ta’ prodotti tal-ikel f’termini ta’ kwantità, kaloriji u l-art meħtieġa għall-kultivazzjoni u li hija esportatur nett biss f’termini ta’ valur, l-iżjed permezz tal-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika u spirti. Ikun tajjeb li l-Istati Membri jitħeġġu jnaqqsu l-produzzjoni tal-bijofjuwils fuq perjodu qasir ta’ żmien, li jżid l-awtosuffiċjenza; |
|
6. |
jappoġġja bil-qawwa r-rieda li tissaħħaħ is-sovranità tal-ikel tal-UE u tinkiseb awtonomija akbar billi titħeġġeġ produzzjoni diversa reġjonali u lokali tal-ikel; |
|
7. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li bħalissa qed nesperjenzaw it-tielet kriżi globali tal-prezzijiet tal-ikel fi 15-il sena, li qed tolqot lill-pajjiżi li għandhom rabta diretta mal-prezzijiet tal-kummerċ internazzjonali, bħal fil-każ tal-Unjoni Ewropea; |
|
8. |
jenfasizza r-rwol ewlieni tal-KtR bħala r-rappreżentant istituzzjonali tal-bliet u r-reġjuni Ewropej biex jappoġġja l-imsieħba Ukreni; |
|
9. |
jenfasizza li l-azzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel, li l-UE f’daqqa waħda ġiet imġiegħla tirrikorri għalihom minħabba l-gwerra li għaddejja, għandhom jintużaw mhux biss biex jindirizzaw il-problema attwali, iżda wkoll biex jiddaħħlu bidliet ta’ natura aktar strutturali fil-Politika Agrikola Komuni, b’mod li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE, kif ukoll biex jinkisbu benefiċċji ambjentali sinifikanti fl-oqsma relatati mal-provvista tal-ikel. Għandhom jitqiesu t-talbiet tar-rappreżentanti tal-produtturi u l-proċessuri agrikoli, l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u, b’mod partikolari, l-azjendi agrikoli ż-żgħar u ta’ daqs medju, li fl-Unjoni Ewropea esperjenzaw tnaqqis jew saħansitra telf ta’ profittabbiltà għal ħafna snin, li rriżulta fi tnaqqis drastiku fl-għadd tagħhom u fl-għadd ta’ ħaddiema agrikoli, bidliet soċjali u kulturali negattivi fiż-żoni rurali, deterjorament fil-kwalità tal-ikel, u żieda fil-prezzijiet għall-prodotti agrikoli, b’mod partikolari għal dawk li jżommu l-ogħla standards ta’ kwalità f’termini ta’ saħħa tal-bniedem, valuri nutrittivi u tat-togħma u l-minimizzazzjoni tal-impatti ambjentali; |
|
10. |
jappella biex id-dibattiti attwali dwar ir-riforma tas-suq Ewropew tal-elettriku jintużaw bħala opportunità biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-kwistjoni tal-ħażniet tal-ikel u biex jittieħed pass lura mill-orjentazzjoni tas-suq tal-Politika Agrikola Komuni, fuq il-bażi pereżempju taż-żejt, f’liema każ l-Istati Membri għandhom 90 jum ta’ ħażniet ta’ sigurtà; |
|
11. |
jiddenunzja l-istrumentalizzazzjoni tal-gwerra fl-Ukrajna bħala raġuni biex ma ssirx diskussjoni jew tittieħed azzjoni biex jiġu rimedjati d-dgħufijiet tal-PAK jew biex jitwaqqfu x-xejriet u l-bidliet li ilhom jeżistu fis-sistema tal-produzzjoni tal-ikel, inkluża l-implimentazzjoni tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, peress li l-fraġilità tas-sistema Ewropea tal-ikel diġà kienet teżisti, u tirriżulta mid-deregolamentazzjoni li segwiet l-abolizzjoni tal-għodod tas-suq tal-PAK, li wasslet għal dgħufija tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola tal-Ewropa minħabba remunerazzjoni insuffiċjenti tal-fatturi tal-produzzjoni; |
|
12. |
jappoġġja l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-miri tagħha biex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi, il-fertilizzanti kimiċi u l-antimikrobiċi u biex jiżdied is-sehem tal-biedja organika, f’konformità mal-Opinjoni preċedenti tal-KtR (1), iżda jirrimarka li l-miri ta’ tnaqqis għall-użu tal-pestiċidi, tal-anqas sakemm iddum il-gwerra fl-Ukrajna, m’għandhomx jipperikolaw is-sigurtà globali tal-ikel; fl-istess ħin, jappella wkoll għal valutazzjoni bir-reqqa tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miri kwantitattivi tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, li jeħtieġ li jiġu mmonitorjati; |
|
13. |
josserva li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni globali tal-fertilizzanti u l-materja prima tagħhom, kif ukoll il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’dawn l-aħħar snin oriġinaw mir-Russja, l-Ukrajna u l-Belarussja. It-tnaqqis tad-dipendenza mill-inputs importati, bħall-fertilizzanti jew il-pestiċidi, jikkontribwixxi għar-reżiljenza tas-sistema tal-ikel tagħna. L-innovazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki jeħtieġ li jissaħħu biex jinżamm u, fit-tul, jiżdied il-ħsad (b’mod partikolari, il-prattiki u l-innovazzjonijiet allinjati mal-objettivi ekoloġiċi); |
|
14. |
jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea żżomm lura milli tabbanduna l-iskema ta’ ekoloġizzazzjoni fid-dawl ta’ miżuri oħra aktar effettivi, inkluża s-sospensjoni tal-produzzjoni tal-bijofjuwils; |
|
15. |
jenfasizza r-rwol strateġiku taż-żoni rurali għall-klima u s-sigurtà tal-ikel, meta wieħed iqis li l-ktajjen tal-valur tal-ikel lokali jipprovdu introjtu aktar stabbli u jinvolvu azjendi (agrikoli) żgħar; jitlob li l-ġestjoni tal-FAEŻR tkun deċentralizzata fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politiki agrikoli lokali u reġjonali; |
|
16. |
itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-imġiba tal-konsumatur tiġi orjentata lejn dieti b’konsum għoli ta’ frott u ħaxix, kif ukoll lejn ix-xiri ta’ ikel lokali/reġjonali, frisk u staġjonali ikkultivat b’metodi ta’ produzzjoni sostenibbli, u li jitnaqqas il-konsum globali tal-laħam, tax-xaħam u taz-zokkor. Jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet komprensivi biex dawn l-għażliet ikunu faċli u affordabbli għal kulħadd (2). Il-Kumitat jipproponi li, għal dan l-għan, għandhom jissaħħu b’mod sinifikanti l-programmi eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea li jippromovu dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli, bħall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn tal-FSE+ fi ħdan l-UE; |
|
17. |
isostni wkoll li l-iżvilupp ta’ sistemi tal-ikel lokali ta’ kwalità tajba huwa l-aħjar mod biex jiġi garantit introjtu stabbli u deċenti għall-bdiewa; jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, l-introduzzjoni tal-kundizzjonalità soċjali fil-Politika Agrikola Komuni; huwa tal-fehma li l-istandards eżistenti fl-UE f’dan il-qasam għandhom japplikaw bl-istess mod għall-importaturi; |
|
18. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat involviment akbar tal-fornituri lokali tal-ikel, kif ukoll tal-fertilizzanti u l-enerġija, fl-istabbiliment tal-ħażniet ta’ emerġenza u globali. F’termini ta’ kummerċ internazzjonali, il-Kumitat jissuġġerixxi li terġa’ tiġi stabbilita l-loġika tal-ftehimiet dwar il-komoditajiet; |
|
19. |
jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tiżviluppa, bħala parti mill-politika tan-networks trans-Ewropej tat-trasport, konnessjonijiet ferrovjarji aħjar mal-Ukrajna, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi promoss it-trasport ta’ materja prima essenzjali. Għal dan l-għan, iż-żieda prevista fil-baġit tal-FNE hija milqugħa tajjeb; |
|
20. |
jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni urġenti u fuq skala kbira biex l-ekonomija tal-ikel tiġi adattata għat-tibdil fil-klima, iżda jitlob ukoll għat-tisħiħ tas-sistema tal-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola u reżiljenza akbar għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima; |
|
21. |
jinkoraġġixxi r-riċerka dwar sistemi ġodda ta’ ġestjoni tal-ilma tax-xita, il-kostruzzjoni ta’ ġibjuni ġodda, u r-rinnovazzjoni tas-sistemi ta’ irrigazzjoni u n-network tal-ilma tax-xorb, li tippromovi l-produzzjoni agrikola, l-industrija tal-ikel u l-investiment innovattiv fil-produzzjoni tal-ikel; |
|
22. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tlesti din il-ħidma dwar il-pjani ta’ kontinġenza għas-sigurtà tal-ikel sabiex taħdem fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġija fit-tul biex tiżgura s-sigurtà bażika tal-ikel fil-livell reġjonali, jiġifieri li komunità reġjonali tkun kapaċi tissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi tagħha matul ċertu perjodu ta’ żmien billi tipproduċi l-ikel tagħha stess u tar-reġjuni ġirien; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, l-użu mifrux tal-pjani tal-ikel lokali żviluppati f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej; |
|
23. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-użu tal-prodotti agrikoli bħala ikel billi jżidu l-flessibbiltà tal-politiki għall-promozzjoni tal-bijofjuwils u tal-metan minn sorsi agrikoli b’mod li titneħħa r-rabta tas-swieq agrikoli minn mas-swieq tal-enerġija meta l-prezzijiet jogħlew filwaqt li jinżamm dan l-iżbokk importanti f’każ ta’ produzzjoni żejda; |
|
24. |
f’dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa aktar, b’mod partikolari fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni, ir-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli li, kif jidher, jistgħu jsiru kompletament instabbli u ineffiċjenti fi żminijiet ta’ skarsezza; b’mod partikolari, dan għandu jiffaċilita l-attivazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u se jippermetti, inkluż permezz ta’ negozjati fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li jinbnew ħażniet tal-ikel u agrikoli Ewropej sabiex tiġi evitata spekulazzjoni finanzjarja b’rabta mal-prezzijiet agrikoli internazzjonali; il-politiki ta’ regolamentazzjoni tas-swieq li jeħtieġ li jerġgħu jiġu stabbiliti bħala parti mill-politika agrikola għandhom jimmiraw ukoll li jżommu livelli ta’ prezzijiet remunerattivi għall-bdiewa meta l-perjodu ta’ tensjonijiet inkwistjoni jasal fi tmiemu, peress li l-possibbiltà li wieħed ikun jista’ jgħix ħajja dinjituża mix-xogħol bħala bidwi hija l-aħjar lieva biex jissaħħu l-attività agrikola u l-impjieg u biex bdiewa ġodda jitħeġġu jistabbilixxu ruħhom; |
|
25. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea jkollha politika ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa li tkun aktar kontroċiklika (skont id-daqs u t-tip tal-azjenda agrikola) sabiex jiġu indirizzati aħjar l-iżjed setturi milquta filwaqt li tiġi evitata għajnuna mhux meħtieġa lis-setturi ta’ “qligħ eċċessiv”; |
|
26. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel enfasi akbar fuq l-istimulazzjoni tal-progress fil-produzzjoni tal-ikel billi tiffinanzja attivitajiet ta’ riċerka u implimentazzjoni fl-oqsma tal-adattament tal-produzzjoni għat-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tad-dipendenza minn fornituri mhux tal-UE, it-titjib tal-valur tas-saħħa tal-ikel prodott u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-ikel b’metodi organiċi; |
|
27. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel enfasi akbar fuq l-istimulazzjoni tal-progress fil-produzzjoni agrikola billi tnaqqas l-intensità tal-enerġija tagħha. Dan jagħmilha possibbli li tiġi eliminata sostanzjalment id-dipendenza tal-effiċjenza tal-produzzjoni agrikola, u fl-aħħar mill-aħħar tal-prezzijiet tal-ikel, mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija; |
|
28. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel enfasi akbar fuq l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli għall-biedja f’kuntest ta’ żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, billi tappoġġja lill-produtturi agrikoli b’mod li tikkunsidra n-natura tal-produzzjoni mwettqa u l-potenzjal (il-volum) tal-produttur ikkonċernat; |
|
29. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi mira vinkolanti biex il-ħela tal-ikel titnaqqas bin-nofs sal-2030 bħala parti mir-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u abbażi tal-ħidma mwettqa mill-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel (3); |
|
30. |
jenfasizza li l-involviment u l-azzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkomplementaw u jappoġġjaw l-isforzi li saru fil-kuntest tal-azzjoni internazzjonali kif ukoll fil-livell nazzjonali tal-Istati Membri individwali tal-UE; |
|
31. |
jenfasizza r-rwol tal-KtR bħala istituzzjoni li l-membri tagħha jaħdmu fi sħubija diretta mal-bliet u r-reġjuni Ukreni. |
It-theddida għas-sigurtà tal-ikel
|
32. |
jenfasizza li bħalissa, il-probabbiltà ta’ karestija reali fl-Ewropa bħala konsegwenza tal-gwerra fl-Ukrajna għadha baxxa, iżda l-kunflitt diġà kkawża problemi ta’ provvista għal xi prodotti, wassal għal inflazzjoni tal-ikel ta’ 13,2 % minn sena għal sena f’Awwissu 2022 fl-Ewropa, u wassal għal sens pjuttost mifrux ta’ imprevedibbiltà (żieda drastika fl-ispiża tal-fertilizzanti artifiċjali, il-prodotti ta’ protezzjoni u inputs oħra, kif ukoll l-enerġija, jista’ jkollha effetti inaċċettabbli fuq iż-żrigħ tal-ħarifa u tar-rebbiegħa u twassal għal aktar żidiet soċjalment inaċċettabbli fil-prezzijiet tal-ikel), li qed jikkawża wkoll id-destabilizzazzjoni tas-sistemi soċjoekonomiċi reġjonali; |
|
33. |
ifakkar li l-kunflitt li għaddej ineħħi l-prodotti agrikoli u l-fertilizzanti mis-swieq internazzjonali li joriġinaw minn żewġ esportaturi kbar ħafna: l-Ukrajna, fejn il-gwerra se twassal għal insuffiċjenza agrikola u, wara tmiem il-gwerra, għall-proċess fit-tul tal-bini mill-ġdid tal-potenzjal tagħha; u r-Russja li, bħala l-aggressur, għandha tiġi eskluża mill-kummerċ internazzjonali; |
|
34. |
iqis li l-kontinwazzjoni tal-gwerra fl-Ukrajna u l-iżolament tal-ekonomija tar-Russja fir-rwol tagħha bħala aggressur jistgħu jkunu ta’ theddida reali għall-istabbiltà tal-ikel, speċjalment f’reġjuni mhux Ewropej, li se jwassal biex l-UE żżid l-impenji umanitarji tagħha fir-rigward tar-reġjuni milquta mill-karestija, u fl-istess ħin biex jiżdiedu l-pressjonijiet migratorji f’dawn ir-reġjuni; |
|
35. |
jenfasizza li waħda mill-akbar theddidiet għal provvista stabbli tal-ikel hija l-konċentrazzjoni tal-produzzjoni tal-ikel, li trid tiġi kontrobilanċjata billi tiġi ffavorita provvista tal-ikel minn produtturi lokali. Għal ħafna deċennji, il-pajjiżi żviluppati ħafna ħadmu flimkien b’mod armonjuż fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel, iżda s-snin reċenti wrew li s-sitwazzjoni politika, kif ukoll it-tibdil gradwali fil-klima, id-diżastri naturali u l-pandemiji jistgħu jfixklu għal għarrieda u b’mod effettiv ħafna dawn il-ktajjen, u jħallu żoni vasti mingħajr provvista, u dan jirrikjedi żieda fir-reżiljenza tal-ikel f’dawn it-territorji permezz tar-rilokalizzazzjoni tal-produzzjoni u l-bini ta’ ħażniet privati u pubbliċi minimi; |
|
36. |
jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija fit-tul għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa. Din l-istrateġija għandha twassal għar-rilokalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel lejn l-Ewropa, b’mod partikolari permezz ta’ klawżoli mera fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles iffirmati mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta minn prodotti importati fil-konfront ta’ prodotti Ewropej; se jaħdem biex jappoġġja sforzi ekwivalenti għas-sovranità tal-ikel ta’ pajjiżi oħra fid-dinja, u b’mod partikolari fl-Afrika; |
|
37. |
jenfasizza li d-disponibbiltà tal-ikel tista’ tittejjeb permezz ta’ mmaniġġjar aktar responsabbli tal-ikel, li jirriżulta f’inqas ħela; dan jista’ jseħħ b’ħafna modi, bħat-tnaqqis tal-produzzjoni eċċessiva, it-titjib tat-teknoloġiji għall-ħsad, it-trasport, il-ħżin u l-ipproċessar, l-adattament tal-iskala tal-provvista tal-bejgħ bl-imnut u tal-forniment tal-ikel għad-domanda reali, u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur; |
|
38. |
jesprimi r-rieda tiegħu li jieħu azzjoni fil-livell tal-ippjanar tal-iżvilupp reġjonali biex il-politika agrikola u tal-ikel tiġi konnessa mill-ġdid fil-livell territorjali sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel sostenibbli, tittejjeb il-kwalità tal-ikel u jitnaqqas l-impatt negattiv tiegħu, billi jsiru bidliet sistemiċi fit-teknoloġiji għall-produzzjoni tal-ikel u l-ġestjoni tal-ikel: it-tnaqqis tal-impatti ambjentali fil-produzzjoni tal-ikel, il-minimizzazzjoni tad-dipendenza tal-UE minn fornituri esterni tal-ikel u l-bini ta’ sistema Ewropea ta’ solidarjetà għal aċċess sigur għall-ikel; |
|
39. |
jitlob li tingħata protezzjoni sħiħa għall-prodotti koperti mill-iskema ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea: DOP (Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta), IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) u IĠ (Indikazzjoni Ġeografika); |
|
40. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel enfasi akbar fuq il-finanzjament ta’ proġetti intiżi biex iżidu s-sigurtà tal-ikel fil-livell reġjonali bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-komunitajiet lokali, tal-inqas għaż-żmien meħtieġ biex il-pajjiżi alleati jorganizzaw l-għajnuna. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz tad-diversifikazzjoni tal-produzzjoni tal-ikel, erja akbar għall-produzzjoni tal-ikel, l-adattament tal-ispazju agrikolu għat-tibdil fil-klima, il-finanzjament għar-riċerka u l-implimentazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-ikel b’ħajja itwal tal-ħżin u mekkaniżmi ta’ ħżin fil-livell tal-UE għal dawk ir-reġjuni li, għal raġunijiet fiżiċi u ġeografiċi, ma jistgħux jiksbu l-istess awtosuffiċjenza, kif ukoll il-ħolqien ta’ salvagwardja għas-sigurtà tal-ikel fil-livell tal-UE. |
Il-biedja organika bħala fattur fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel u t-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-agrikoltura fuq l-ambjent
|
41. |
jirrakkomanda, fid-dawl tal-objettiv tas-sigurtà tal-ikel, li titreġġa’ lura x-xejra ta’ żieda fl-ispeċjalizzazzjoni fil-produzzjoni tal-ikel, u b’hekk il-konċentrazzjoni taż-żoni li jipproduċu l-ikel. Dan huwa tipiku ta’ produzzjoni agrikola b’livell għoli ta’ komoditajiet orjentata lejn effiċjenza ekonomika massima; |
|
42. |
iqis li dan l-objettiv jista’ jintlaħaq billi jiżdied b’mod sinifikanti s-sehem tal-agrikoltura, f’konformità mal-prinċipju tal-biedja organika, u billi jiġi promoss ukoll l-iżvilupp ta’ għelejjel perenni. Dan se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-użu ta’ fertilizzanti minerali u prodotti kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li jtejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-ilma tal-ħamrija, li hija importanti kemm f’perjodi ta’ skarsezza kif ukoll ta’ eċċess tal-ilma; |
|
43. |
jenfasizza li b’hekk jinkisbu żewġ benefiċċji ewlenin: it-tnaqqis sinifikanti tal-impatt degradanti tal-agrikoltura intensiva fuq l-ambjent, u żieda fl-awtonomija reġjonali tal-provvista tal-ikel permezz ta’ żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel ibbażata fuq il-produzzjoni agrikola lokali (it-tqassir tal-ktajjen tal-provvista u t-tnaqqis tad-dipendenza fil-produzzjoni tal-ikel); |
|
44. |
jinnota li hemm bżonn li jiġu appoġġjati u protetti l-artijiet imtarrġa u t-tkabbir ta’ għelejjel fl-għelieqi mtarrġa li jistgħu jtaffu aspetti tat-tibdil fil-klima billi jtejbu l-assorbiment tax-xita, inaqqsu l-erożjoni tal-ħamrija, itaffu temperaturi estremi, inaqqsu r-riskju ta’ għargħar u nirien fil-foresti u jżidu s-sekwestru tal-karbonju organiku fil-ħamrija; |
|
45. |
jirrimarka li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-agrikoltura, minkejja l-benefiċċji ambjentali mhux ikkontestati, tirrikjedi monitoraġġ kontinwu biex jiġi evitat tnaqqis fil-livelli tal-produzzjoni agrikola b’mod li tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment f’termini globali. Għandu jiġi kkunsidrat jekk, fil-każ li l-gwerra twassal għal tnaqqis fil-livell tal-produzzjoni agrikola fl-Ukrajna u fl-importazzjonijiet tal-ikel minn dan il-pajjiż, liema jwassal għal problemi ta’ malnutrizzjoni fil-pajjiżi Afrikani u tal-Lvant Nofsani, dan it-tnaqqis għandux jiġi kkumpensat mill-pajjiżi tal-UE fuq perjodu qasir ta’ żmien. Għalhekk, għandha tkun mistennija żieda fil-produzzjoni agrikola u, għaldaqstant, reviżjoni tal-objettivi ġenerali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
|
46. |
ifakkar li l-użu globali tal-fertilizzanti NPK (nitroġenu, potassju u fosforu) żdied b’40 % bejn l-2000 u l-2019 (skont il-FAO). Bħalissa dan jammonta għal aktar minn 200 miljun tunnellata fis-sena, u d-data disponibbli tindika użu eċċessiv għoli ħafna ta’ fertilizzanti. Huwa stmat li aktar minn nofs il-fertilizzanti tan-nitroġenu u madwar tliet kwarti tal-fertilizzanti fosfatiċi użati ma jiġux assorbiti mill-pjanti, u jew jibqgħu fil-ħamrija jew jidħlu f’korpi tal-ilma, u dan jiddetermina fil-biċċa l-kbira l-istatus ekoloġiku u kimiku tagħhom. Barra minn hekk, il-Kumitat jinnota li l-għan tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma huwa li l-korpi tal-ilma jiksbu tal-anqas stat ekoloġiku tajjeb. L-użu eċċessiv tal-fertilizzanti minerali għall-produzzjoni tal-ikel issa huwa raġuni ewlenija għad-degradazzjoni tal-ambjent akkwatiku u għandu wkoll jiġi eliminat fil-kuntest tal-politika adottata mill-UE dwar l-ilma; |
|
47. |
jirrimarka li ċ-Ċina u l-Indja huma responsabbli għal aktar minn nofs il-konsum żejjed tal-fertilizzanti, li huwa eżempju ieħor ta’ żvilupp ekonomiku rapidu li qed iseħħ f’dawn il-pajjiżi għad-detriment tad-degradazzjoni ambjentali; il-vantaġġi kompetittivi miksuba b’dan il-mod ma jikkostitwixxux kompetizzjoni ġusta. Il-konsumaturi ta’ prodotti importati minn dawn il-pajjiżi għandhom isiru aktar konxji ta’ dan il-fatt; |
|
48. |
jagħraf li mhuwiex possibbli li tiġi introdotta biedja organika universali; madankollu, l-għan tal-UE għandu jkun li b’mod konsistenti tkompli taħdem għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Biedja Organika u l-mira stabbilita fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, bil-għan li jinkisbu prattiki organiċi fuq 25 % tal-art agrikola sal-2030. Madankollu, dawn l-għanijiet m’għandhomx jaggravaw is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali diġà diffiċli fil-kampanja tal-Ewropa, iżda għandhom ireġġgħu lura x-xejriet negattivi. Għalhekk, jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jwettqu analiżi tal-metodi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali tal-produzzjoni agrikola. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet ambizzjużi, hemm bżonn li tiġi appoġġjata l-biedja li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent li, apparti l-biedja organika (konformità sħiħa mal-kriterji għall-biedja organika), tinkludi anke l-biedja tal-ħabitats (sussidji għall-azjendi agrikoli li joperaw f’żoni b’karatteristiċi ta’ valur naturali) u l-biedja ambjentali/integrata (appoġġ għall-azjendi agrikoli li jieħdu miżuri ekoloġiċi partikolari, eż. pakketti taħt il-programm agroambjentali attwali għal agrikoltura sostenibbli, protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, jew żoni ta’ lqugħ). Huwa rrakkomandat li l-pagamenti tal-UE fil-qasam tal-agrikoltura jkunu marbuta mill-qrib kemm mal-objettivi ambjentali kif ukoll ma’ dawk relatati mas-sigurtà tal-ikel. L-ambizzjoni ambjentali fit-tul tal-UE għandha tkun li l-ikel prodott fit-territorju tagħha jkollu l-inqas impatt negattiv possibbli fuq l-ambjent. L-ikel prodott b’dan il-mod għandu wkoll valur nutrittiv ogħla u huwa aktar san. |
Żidiet fil-prezzijiet
|
49. |
iqis li l-għoli tal-ħajja li qed jiżdied, inkluża ż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-ikel, s’issa ma wassalx għal tnaqqis fil-konsum tal-ikel għal livelli li huma ta’ theddida għall-ħajja jew għas-saħħa, iżda kkontribwixxa għal deterjorament fil-kumdità tal-ħajja minħabba l-ħtieġa li wieħed iżomm lura minn ċerti prodotti; |
|
50. |
jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri protettivi fir-rigward tal-ifqar residenti biex jikkumpensaw għad-diffikultajiet fl-aċċess għall-ikel, li jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi fuq is-saħħa fit-tul, b’mod partikolari billi jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tal-għajnuna alimentari, l-iskejjel u l-kindergartens minn żoni emarġinati u tingħata assistenza lill-persuni mingħajr dar; |
|
51. |
ifakkar li dan it-telf ta’ kompetittività huwa dovut l-aktar spiss għal kompetizzjoni inġusta minn prodotti agrikoli importati; jipproponi għalhekk li, fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tagħha, il-Kummissjoni Ewropea timplimenta klawżoli mera biex tiżgura li l-prodotti agrikoli importati jikkonformaw mal-istess standards ambjentali u soċjali bħal dawk prevalenti fl-Ewropa; |
|
52. |
jirrimarka li ż-żieda gradwali fil-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi qed tnaqqas b’mod sinifikanti l-profittabbiltà tal-produzzjoni fis-settur agrikolu. Minn naħa, l-ispejjeż tal-produzzjoni qed jogħlew u, min-naħa l-oħra, l-ikel mill-Ewropa li hu iżjed għali se jkun inqas kompetittiv fis-swieq; |
|
53. |
jikkunsidra li r-riskji ewlenin għall-attività agrikola u l-produzzjoni tal-ikel bħalissa huma kkawżati mill-prezzijiet għoljin ħafna – u li żdiedu b’mod sinifikanti dan l-aħħar – tal-fertilizzanti minerali, il-fjuwils (b’mod partikolari d-diżil), l-elettriku u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan huwa aggravat mill-problema tal-provvista tal-ilma fl-agrikoltura, li ilha tikber matul is-snin, kif ukoll il-kundizzjonijiet klimatiċi li sejrin għall-agħar u l-avvenimenti tat-temp għal għarrieda; |
|
54. |
iwissi li t-tnaqqis tal-profittabbiltà tal-agrikoltura jista’ jkun ta’ theddida reali u sinifikanti għas-sigurtà tal-ikel, minħabba li l-attività agrikola hija ċiklika u ma tistax tinbidel mil-lum għal għada. Jistgħu jgħaddu diversi xhur biex jiġġeddu l-merħliet tal-annimali jew jiġu restawrati ż-żoni miżrugħa; |
|
55. |
iqis li, minn perspettiva reġjonali, l-għoli tal-ħajja li qed jiżdied b’rata mgħaġġla, inklużi l-prezzijiet tal-ikel, huwa theddida serja ħafna għall-istabbiltà tas-sistemi soċjoekonomiċi lokali u reġjonali. Dan żgur li se jolqot ħażin lis-suq tax-xogħol, l-introjtu tan-nies u l-introjtu tal-gvern lokali, u fl-aħħar mill-aħħar iżid il-faqar u mbagħad iġiegħel lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-indirizzar tal-effetti tal-problema. Għalhekk l-instabbiltà fis-suq tal-ikel għandha konsegwenzi ħafna usa’, u tista’ taffettwa l-implimentazzjoni adatta tal-kompiti assenjati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali individwali u tnaqqas il-bażi għat-tkabbir ekonomiku reġjonali; |
|
56. |
ifakkar li, mill-perspettiva tan-negozju, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-pedamenti tal-funzjonament tal-intrapriżi jkunu salvagwardjati se tillimita n-nefqa fuq l-iżvilupp, li se jkollha impatt fuq il-kapaċità tal-ekonomija għall-innovazzjoni. |
Nagħtu spinta lill-azzjoni ta’ adattament effettiva u transsettorjali u nindirizzaw it-telf u d-dannu
|
57. |
jiġbed l-attenzjoni għall-problema kumplessa tal-ħela tal-ikel, li t-tnaqqis tiegħu se jagħmilha possibbli li jinkisbu għadd ta’ benefiċċji f’diversi livelli, b’mod partikolari tnaqqis fl-użu ta’ riżorsi siewja meħtieġa għall-produzzjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-ikel – l-enerġija, l-ilma, il-kostijiet lavorattivi, l-erja tas-superfiċje ddedikata għall-produzzjoni kif ukoll il-produzzjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra; |
|
58. |
jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni sistemika biex titnaqqas il-ħela tal-ikel, peress li t-trattament aktar responsabbli tal-ikel se jwassal għal tnaqqis fl-iskala tax-xiri, b’konsegwenzi għall-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, il-kummerċ u s-suq tax-xogħol. Jinħtieġ għalhekk li tiġi żgurata tranżizzjoni ppjanata li tqis il-miżuri li jservu ta’ xibka ta’ sikurezza; |
|
59. |
jenfasizza l-importanza kbira li jinħolqu u jiġu promossi ktajjen tal-provvista qosra u veloċi mill-bidwi għall-konsumatur (jiġifieri prezzijiet aktar baxxi, kwalità għolja u kunsinna rapida). It-tqassir tal-ktajjen tal-provvista tal-ikel ukoll għandu impatt sinifikanti fuq il-klima permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport; |
|
60. |
jirrimarka li, sabiex il-pubbliku jitħeġġeġ jikkonsma ikel prodott lokalment, ta’ min jenfasizza l-post fejn jiġi prodott (il-ħolqien ta’ marki reġjonali), tikkettar adatt u l-patrijottiżmu ekonomiku lokali jistgħu jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni ta’ prezzijiet ogħla tal-ikel jekk dawn ikunu meħtieġa minħabba l-ispiża tal-produzzjoni tal-ikel; |
|
61. |
ifakkar li huwa previst tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni tal-għelejjel bħala riżultat tal-Patt Ekoloġiku, u li ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel se tikkawża nuqqas ta’ rieda soċjali fir-rigward tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Għalhekk huma meħtieġa miżuri li jservu ta’ xibka ta’ sikurezza biex tinħoloq klima pożittiva għall-Patt Ekoloġiku u biex dan jinfiehem; |
|
62. |
iqis li hemm bżonn kooperazzjoni transsettorjali bejn il-bdiewa, in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-komunità xjentifika biex jiġu żviluppati approċċi għall-adattament tal-ekonomija agrikola għat-tibdil fil-klima – miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament fid-dawl tan-nuqqas eżistenti ta’ ilma u d-diżastri naturali, bil-għan li titnaqqas il-varjabbiltà tad-dinamika annwali tal-produzzjoni agrikola u jiġu minimizzati l-fallimenti u t-telf potenzjali addizzjonali fil-produzzjoni tal-ikel. Dawn il-miżuri għandhom jinvolvu investiment pubbliku u innovazzjoni teknoloġika u agroekoloġika u jimxu b’mod parallel mal-Patt Ekoloġiku, b’rispett għar-riżorsi ambjentali; |
|
63. |
jirrimarka li l-industrijalizzazzjoni tal-produzzjoni agrikola twassal ukoll għal dipendenza akbar bejn il-pajjiżi. Dan huwa partikolarment evidenti fl-industrija tal-kimika. Ir-Russja hija l-akbar esportatur fid-dinja tal-fertilizzanti komposti. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni twassal għal marka tal-karbonju għolja minħabba t-trasport globali tagħha fuq skala massiva (aktar minn 20 miljun tunnellata ta’ fertilizzanti jiġu ttrasportati kull sena bejn il-kontinenti). Il-produzzjoni tal-fertilizzanti teħtieġ kwantitajiet kbar ħafna ta’ gass u, peress li żewġ terzi tal-provvista globali tiegħu jinsabu f’ħames pajjiżi, hemm riskju reali li r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-gass tista’ tiddetermina l-prezzijiet tal-fertilizzanti u, fl-aħħar mill-aħħar, tal-ikel. Għalhekk, għandhom isiru sforzi biex jiġu diversifikati l-produzzjoni u l-provvista tal-inputs agrikoli. |
Problemi tal-politika ta’ informazzjoni tal-ekonomija tal-ikel tal-UE
|
64. |
jenfasizza li d-diżinformazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-ikel hija waħda mill-aktar modi effettivi biex tiġi destabbilizzata l-armonija soċjali u biex in-nies jitħajru jaġixxu b’mod mhux raġonevoli, u dan it-theddid irid jiġi oppost b’mod riżolut; l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jserrħu moħħ il-popolazzjoni fil-futur billi jkollhom pjani ta’ kontinġenza għas-sigurtà tal-ikel li jkunu ambizzjużi biżżejjed sabiex isegwu l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2021; |
|
65. |
jenfasizza li l-bidliet strutturali fil-produzzjoni tal-ikel biex titnaqqas id-dipendenza minn fornituri esterni u tiżdied l-importanza tal-ikel prodott reġjonalment jistgħu jirriżultaw fi prezzijiet ogħla tal-ikel, u dan jagħmilha neċessarju li jkun hemm politika ta’ informazzjoni trasparenti u affidabbli li għandha tagħti attenzjoni mhux biss lis-sigurtà tal-provvista iżda wkoll lit-tnaqqis tal-kostijiet ambjentali tal-produzzjoni tal-ikel; |
|
66. |
jinkoraġġixxi l-promozzjoni kontinwa ta’ ikel ta’ kwalità għolja prodott qrib fejn jgħixu n-nies. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(2) ĠU C 272, 17.8.2017, p. 14.
(3) Food waste reduction targets [Miri għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel] (europa.eu) (mhux disponibbli bil-Malti).
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Il-Futur tal-Politika dwar iż-Żgħażagħ fl-UE. Riflessjoni dwar il-politika dwar iż-żgħażagħ u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fil-kuntest tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022”
(2023/C 79/06)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
Introduzzjoni
|
1. |
għandu l-għan b’dan id-dokument li joffri riflessjoni ġdida u komprensiva dwar il-politika taż-żgħażagħ, l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet dwar iż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta’ politika u l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-bini tal-futur tal-Ewropa, fil-kuntest tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u kif rakkomandat mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Barra minn hekk, il-KtR jipproponi rakkomandazzjoni qawwija dwar l-integrazzjoni taż-żgħażagħ, li hija waħda mill-miri tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022; |
|
2. |
jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 kienet ir-raġuni għalfejn ħafna żgħażagħ tilfu kważi sentejn ta’ opportunitajiet edukattivi, xogħol, saħħa mentali u ħajja soċjali. Għalhekk, jenħtieġ li s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ mhux biss tirrikonoxxi s-sagrifiċċji li l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ kellhom jagħmlu matul il-pandemija, iżda jenħtieġ li twassal għal bidla dejjiema li tmur lil hinn mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ. Hekk kif is-soċjetà tirkupra mill-effetti tal-pandemija, huwa kruċjali li ninvolvu liż-żgħażagħ u li nifhmu t-tħassib tagħhom biex nimxu lil hinn mill-kriżi; |
|
3. |
jirrimarka li l-politika taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ huma partikolarment sensittivi għad-dimensjoni territorjali u soċjali, peress li hemm inugwaljanzi sinifikanti fl-aċċess għas-servizzi bażiċi, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, u fil-mobbiltà soċjali madwar ir-reġjuni tal-UE, li jaffettwaw liż-żgħażagħ b’modi differenti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi importanti f’ħafna oqsma li huma rilevanti għall-politika taż-żgħażagħ, bħall-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, l-impjieg, il-ġlieda kontra l-faqar, id-diskriminazzjoni, l-appoġġ għall-istudenti, l-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ, u l-attivitajiet kulturali u ta’ divertiment, u huwa għalhekk li l-livell lokali u reġjonali għandu jitqies aħjar fl-istadji kollha tal-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
Dwar l-integrazzjoni taż-żgħażagħ
|
4. |
jappella għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni ta’ perspettiva bbażata fuq id-drittijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, u li jiġi żgurat b’mod sistematiku li l-perspettivi taż-żgħażagħ u l-perspettivi dwarhom jitqiesu fl-oqsma ta’ politika kollha. Barra minn hekk, iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom jiġu kkonsultati fid-diskussjonijiet kollha ta’ politika biex jiġi applikat b’mod konsistenti approċċ ta’ integrazzjoni taż-żgħażagħ, inkluż fit-twettiq ta’ pjani nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Pakketti ta’ Finanzjament u Rkupru tan-Next Generation EU; |
|
5. |
jappella lill-Kummissjoni Ewropea timplimenta Test taż-Żgħażagħ tal-UE li jippermetti l-valutazzjoni tal-impatti li l-politiki għandhom fuq iż-żgħażagħ. Qabel l-adozzjoni tal-politiki l-ġodda kollha, għandhom jittieħdu mill-inqas it-tliet passi li ġejjin: koinvolġiment qawwi mal-partijiet interessati taż-żgħażagħ rilevanti, inklużi esperti li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ rappreżentattivi li jaħdmu fuq temi rilevanti, valutazzjoni tal-impatt dwar l-effett li l-politiki jkollhom fuq iż-żgħażagħ u miżuri proposti li jistgħu jnaqqsu l-effetti negattivi possibbli; |
|
6. |
jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej, u lill-gvernijiet nazzjonali u lokali jiġbru data rilevanti għaż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta’ politika, diżaggregata b’mod koerenti skont l-età. Il-ġbir jenħtieġ li jitwettaq f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u jenħtieġ li jintużaw politiki biex itejbu l-ħiliet tagħhom fil-litteriżmu fid-data, biex ikunu jistgħu jaċċessaw, janalizzaw, u jinterpretaw l-informazzjoni biex ifasslu azzjonijiet u proġetti ta’ promozzjoni bbażati fuq l-evidenza biex jippromovu l-bidla; |
|
7. |
jenfasizza l-ħtieġa għal politika dwar iż-żgħażagħ li tkun integrata fil-politiki kollha tal-UE permezz ta’ approċċ orizzontali u li trawwem il-kooperazzjoni transsettorjali, interreġjonali u transfruntiera; |
|
8. |
jitlob miżuri li jsaħħu u jsaħħu l-pożizzjoni tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, peress li organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej b’saħħithom jikkontribwixxu għall-edukazzjoni ċivika, aktar għarfien dwar id-demokrazija u ċittadini aktar attivi; |
|
9. |
jiddispjaċih li l-ispazju ċivili għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kien qed jiċkien f’dawn l-aħħar snin u jitlob riżorsi aktar suffiċjenti u sostenibbli kif ukoll finanzjament operattiv li jaqbel mal-ħtiġijiet strutturali tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. Dawn għandhom jitqassmu b’mod trasparenti, li se jappoġġja settur taż-żgħażagħ b’saħħtu li jiżgura li ż-żgħażagħ minn kull sfond jista’ jkollhom aċċess għal spazju sikur biex jipparteċipaw, jinvolvu ruħhom u jikbru bħala ċittadini attivi; |
|
10. |
jenfasizza l-importanza tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet Ewropej għas-suċċess tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u l-kontribut li jistgħu jagħtu permezz tal-edukazzjoni u l-kultura biex titrawwem soċjetà inklużiva għaż-żgħażagħ, u jħeġġeġ it-tisħiħ tad-dimensjoni reġjonali u lokali tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ; |
|
11. |
jappella lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jittrattaw il-kwistjonijiet taż-żgħażagħ bħala prijorità kostanti fit-tfassil tal-politika u jipproponi l-adozzjoni ta’ strateġija lokali għaż-żgħażagħ fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha; |
|
12. |
jappella lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ id-dimensjoni taż-żgħażagħ fil-programmi Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u tieħu miżuri ulterjuri biex tiżgura li l-parteċipazzjoni fil-programmi tkun aċċessibbli għall-gruppi kollha taż-żgħażagħ u li, bis-saħħa ta’ tali parteċipazzjoni, tissaħħaħ il-pożizzjoni taż-żgħażagħ u jappella li jiġu appoġġjati kif imiss; jappella lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jippromovu kampanji ta’ informazzjoni biex juru liż-żgħażagħ il-benefiċċji u l-arrikkiment personali u professjonali ta’ dawn il-programmi, u li jippromovu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fihom kemm fl-iskejjel kif ukoll fl-universitajiet. |
Dwar l-impjieg u l-protezzjoni soċjali
|
13. |
jappella għal miżuri adatti biex jiġu żgurati d-drittijiet taż-żgħażagħ għal impjieg stabbli u sinifikanti b’kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti kullimkien fl-Ewropa; |
|
14. |
jissottolinja r-rwol pożittiv tal-edukazzjoni intraprenditorjali, l-intraprenditorija soċjali, u tal-ekonomija soċjali fit-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u jistieden lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew u dak nazzjonali biex jaħdmu favur it-tneħħija tal-ostakli għall-intraprendituri żgħażagħ, inklużi dawk li jimpedixxuhom milli jsiru intraprendituri waqt li jkunu qed jistudjaw; |
|
15. |
jappella lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jippromovu t-tqarrib taż-żgħażagħ lejn l-istituzzjonijiet Ewropej u jippromovu l-mobilità taż-żgħażagħ bejn l-Istati Membri fl-iskejjel u l-universitajiet, u jenfasizzaw l-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali u personali li toħloq din il-mobilità u l-esperjenzi pożittivi li jista’ jkollha għall-iżvilupp taż-żgħażagħ Ewropej; |
|
16. |
jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi miżuri ta’ appoġġ, supplimentar u koordinazzjoni mmirati lejn it-tnaqqis tal-livell ta’ nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ, biex jiġi ffaċilitat aċċess aħjar għall-protezzjoni soċjali li tneħħi kwalunkwe forma ta’ kriterji ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq l-età, fuq l-istess livell tal-gruppi ta’ età akbar, u ttemm il-pagi minimi taż-żgħażagħ; |
|
17. |
jirrakkomanda t-tisħiħ tal-koordinazzjoni dwar il-politika għall-impjieg taż-żgħażagħ, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ Imsaħħa stabbilita mis-servizzi pubbliċi tal-impjieg fil-livell lokali u reġjonali; |
|
18. |
jappella għal projbizzjoni effettiva ta’ internships mhux imħallsa fl-Istati Membri kollha bħala parti mir-rieżami tal-Kummissjoni Ewropea tal-Qafas ta’ Kwalità dwar it-Traineeships, u għal miżuri, inkluża l-introduzzjoni ta’ direttiva tal-UE, biex jiġi żgurat li l-internships, it-traineeships u l-apprendistati jkunu qed jipprovdu standard minimu ta’ drittijiet li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari, l-aċċess għall-pagi minimi statutorji u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali; |
|
19. |
jissottolinja l-importanza ta’ kura tat-tfal deċenti u affordabbli biex il-ġenituri, inklużi l-ġenituri żgħażagħ, ikunu jistgħu jidħlu (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol; |
|
20. |
jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu miżuri konkreti sabiex tittejjeb l-inklużjoni taż-żgħażagħ minn kull sfond fis-suq tax-xogħol, biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u jiġu żgurati opportunitajiet indaqs. F’dan ir-rigward, hija meħtieġa aktar koordinazzjoni biex tittejjeb is-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ vulnerabbli li jiffaċċjaw diversi ostakli b’mod partikolari minħabba l-faqar, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, id-diżabilità, livell baxx ta’ suċċess edukattiv jew sfond ta’ minoranza etnika/ta’ migrazzjoni; |
|
21. |
itenni l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut “li ż-żgħażagħ LGBTI+ fl-Ewropa huma partikolarment vulnerabbli, peress li huma esposti għal diskriminazzjoni, vittimizzazzjoni, stigmatizzazzjoni u abbuż minn età żgħira; huma jesperjenzaw diffikultajiet biex jiżvelaw l-identità tal-ġeneru tagħhom lill-familja u l-komunitajiet tagħhom, fehim limitat minn fornituri ta’ servizzi professjonali u soċjetà usa’ tal-kwistjonijiet LGBTI+, kif ukoll sfidi tas-saħħa mentali, fiżika u sesswali” (2); isejjaħ f’dan ir-rigward li jitwettqu miżuri effettivi fil-livell Ewropew biex tissaħħaħ għalkollox il-pożizzjoni taż-żgħażagħ LGBTI+; |
|
22. |
jenfasizza l-fatt li l-aċċess diffiċli u l-ispiża għolja tal-akkomodazzjoni għandhom rwol sinifikanti biex jimpedixxu l-awtonomija taż-żgħażagħ, u b’hekk jagħmlu l-edukazzjoni u l-mobilità professjonali diffiċli, kif ukoll inaqqsu l-poter tal-akkwist tal-ġenerazzjonijiet iżgħar. Jitlob, għalhekk, li titqies bħala prijorità li jittieħdu miżuri ta’ appoġġ, inkluż permezz tal-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni adatti u affordabbli għaż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa; |
|
23. |
jenfasizza l-fatt li ħafna żgħażagħ Ewropej iffaċċjaw riskju akbar ta’ faqar u esklużjoni soċjali minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u jitlob għal miżuri ta’ appoġġ tal-UE mmirati biex jiżguraw li ż-żgħażagħ dejjem ikunu appoġġjati biżżejjed fi żminijiet ta' kriżi; |
|
24. |
jissuġġerixxi li hija meħtieġa aktar koordinazzjoni għall-iskambju ta’ prattiki tajbin, objettivi u indikaturi relatati mal-ġlieda kontra l-faqar, ir-riskju tal-esklużjoni soċjali u l-prekarjetà soċjali taż-żgħażagħ; |
|
25. |
jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni kritika li jiffaċċjaw ir-rifuġjati żgħażagħ, speċjalment il-minorenni mhux akkumpanjati, u jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ immirati biex jippermettu lir-rifuġjati żgħażagħ kollha, u lill-familji tagħhom, ikollhom aċċess għal servizzi bażiċi, bħall-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, is-saħħa, kif ukoll il-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom. |
Dwar is-saħħa mentali u fiżika u l-benesseri taż-żgħażagħ
|
26. |
jenfasizza l-importanza tal-aċċess għal servizzi tas-saħħa universali, affordabbli u ta’ kwalità għolja, kemm preventivi kif ukoll kurattivi; jinsisti għal dan l-għan fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ mingħajr aċċess għas-sigurtà soċjali; |
|
27. |
jenfasizza l-fatt li hemm ħtieġa kbira li tingħeleb l-istigma u li jiġu rikonoxxuti l-isfidi tas-saħħa mentali u l-ostakli li ż-żgħażagħ qed jiffaċċjaw bħala riżultat tal-pandemija u li għandha tittieħed azzjoni immedjata biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ b’rabta mas-saħħa mentali; |
|
28. |
jissuġġerixxi l-implimentazzjoni ta’ approċċ olistiku għas-saħħa mentali billi jiġu promossi d-drittijiet soċjali u l-pakketti ta’ protezzjoni ekonomika biex jiġu indirizzati d-determinanti soċjoekonomiċi tas-saħħa mentali, b’appoġġ immirat u l-għoti ta’ servizzi u drittijiet bażiċi għaż-żgħażagħ li jesperjenzaw esklużjoni, diskriminazzjoni u marġinalizzazzjoni; |
|
29. |
jappella għal miżuri li jagħmlu l-appoġġ għas-saħħa mentali affordabbli u aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli. Barra minn hekk, jitlob li jiżdiedu l-aċċessibbiltà u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa mentali, u li jiġi żgurat li kulħadd ikun jista’ jikseb l-għajnuna li jeħtieġ; |
|
30. |
jitlob li jsir aktar investiment f’inizjattivi ta’ bini ta’ komunità minn isfel għal fuq li diġà jeżistu, jiġifieri ċentri taż-żgħażagħ, attivitajiet kulturali u sportivi bla ħlas u aċċessibbli u appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fl-qasam tas-saħħa mentali; |
|
31. |
jappella għal Strateġija tal-UE dwar is-Saħħa Mentali li tinkludi miżuri li jiżguraw il-prevenzjoni ta’ problemi ta’ saħħa mentali, it-tisħiħ sinifikanti tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ Ewropej u l-involviment attiv tagħhom fid-deċiżjonijiet meħuda rigward is-saħħa mentali tagħhom, u appoġġ immirat għas-saħħa mentali f’kull stadju tal-ħajja; |
|
32. |
jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li d-drittijiet sesswali u riproduttivi taż-żgħażagħ ikunu protetti bis-sħiħ, inkluż l-aċċess għal prodotti kontraċettivi u mestruwali affordabbli; |
|
33. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea stabbiliet Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli; jappella, madankollu, li ssir enfasi ulterjuri fuq is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fi ħdan il-Grupp ta’ Tmexxija. |
Dwar parteċipazzjoni sinifikanti
|
34. |
itenni l-appoġġ tiegħu favur “il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-personalità tal-persuni b’diżabilità, u b’mod sinifikanti tat-tfal u ż-żgħażagħ, bħal kull persuna oħra, permezz tal-aċċess għall-arti, il-kultura, ir-rikreazzjoni, id-divertiment, l-isport u t-turiżmu” (3), bħala element ewlieni tal-benesseri tal-persuni b’diżabilità. Il-Kumitat jissottolinja f’dan ir-rigward ir-rwol li għandu l-isport fit-trawwim tal-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità u “jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jippromovu programmi li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tat-tfal, taż-żgħażagħ u tal-persuni b’diżabilità b’limitazzjonijiet kbar” (4); |
|
35. |
jenfasizza li s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 hija opportunità kbira biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u l-wirt tagħha għandu jkollu l-għan li jkun it-tisħiħ strutturali tad-demokrazija għaż-żgħażagħ, b’enfasi fuq ir-rwol tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi taż-żgħażagħ; |
|
36. |
jirrakkomanda l-involviment taż-żgħażagħ fit-tfassil, it-tmexxija, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politiki fil-livell tal-UE, u dak nazzjonali, reġjonali u lokali li lkoll għandhom impatt fuq iż-żgħażagħ u fil-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni formali relatati. Barra minn hekk, is-suċċess u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi għandhom jiġu mmonitorjati biex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ twassal għal riżultati tanġibbli jew li jkun hemm spjegazzjoni ċara għalfejn ideat jew inizjattivi ma setgħux jiġu implimentati; |
|
37. |
jistieden lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew jistabbilixxu kunsilli taż-żgħażagħ sabiex isaħħu l-fiduċja tagħhom fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet, u jappoġġjaw ir-riflessjoni, il-libertà tal-espressjoni, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-għarfien tal-prinċipji demokratiċi u l-libertajiet individwali u kollettivi; |
|
38. |
jappella biex isir żvilupp fuq l-eżiti ta’ mekkaniżmi parteċipattivi diġà eżistenti, bħad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, li jipprovdi spazju għaż-żgħażagħ kollha mill-UE biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar suġġetti rilevanti u jinfluwenzaw il-proċeduri leġiżlattivi filwaqt li jaħdmu direttament flimkien ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Dan il-proċess għandu jiġi żviluppat aktar u jinkludi istituzzjonijiet oħra tal-UE; |
|
39. |
jappella għal miżuri li jappoġġjaw u jsaħħu l-pożizzjoni taż-żgħażagħ biex jindirizzaw l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u biex jużaw il-potenzjal tagħhom għal bidla sinifikanti fis-soċjetajiet; |
|
40. |
jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw serjament li jnaqqsu l-età tal-votazzjoni titbaxxa għal 16-il sena għall-elezzjonijiet lokali u reġjonali kollha fl-Ewropa u jitlob li jiġi prodott skambju ta’ data u għarfien dwar l-impatt tal-arranġamenti istituzzjonali fuq il-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ, pereżempju dwar l-età minima biex wieħed jivvota u joħroġ għal elezzjoni, jew dwar il-limitazzjonijiet għan-numru ta’ mandati politiċi; |
|
41. |
jappella biex jiġu appoġġjati u kkoordinati miżuri mmirati lejn l-iżvilupp tal-għarfien taż-żgħażagħ dwar l-edukazzjoni ċivika, biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ jifhmu t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-komunitajiet lokali tagħhom u jkunu konxji mill-proċessi demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem u taċ-ċittadini tagħhom; |
|
42. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha jkollhom aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità tajba dwar l-opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni u li tiġi promossa l-parteċipazzjoni infurmata, speċjalment fir-rigward tal-proċessi demokratiċi. |
Dwar soċjetà inklużiva
|
43. |
jappoġġja l-koordinazzjoni u l-iskambji ta’ prattiki tajba dwar ir-rwol tal-ġeneri fil-perkorsi edukattivi u ta’ impjieg, biex jiġu identifikati l-ostakli u jittejjeb l-aċċess tan-nisa u tal-bniet għall-opportunitajiet edukattivi u professjonali kollha; |
|
44. |
jappoġġja l-integrazzjoni tal-ġeneri fil-politika pubblika fil-livelli kollha; itenni wkoll it-talba tiegħu li “l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni fil-livell Ewropew meħtieġa għall-ġlieda kontra l-isterjotipi abbażi tal-ġeneru, u jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lis-settur taż-żgħażagħ, peress li dan huwa wieħed mis-setturi fundamentali tal-bidla” (5); |
|
45. |
iqis li l-integrazzjoni taż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni fl-edukazzjoni u fil-ħajja soċjali hija prijorità, għalhekk jitlob li jkun hemm aktar koordinazzjoni u skambji ta’ għarfien espert u prattiki tajba dwar politiki effettivi b’dan l-għan; |
|
46. |
iqis li huwa meħtieġ li jissaħħu l-miżuri ta’ appoġġ immirati biex jiżguraw li ż-żgħażagħ Rom ikollhom aċċess għal servizzi bażiċi fl-Istati Membri kollha tal-UE; il-Kumitat jafferma mill-ġdid f’dan ir-rigward il-konvinzjoni qawwija li “l-erba’ oqsma tematiċi ewlenin identifikati mill-Kummissjoni Ewropea [fil-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom] meta ġabret flimkien l-għanijiet tagħha, jiġifieri l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, għandhom rwol ewlieni fil-proċess tal-integrazzjoni tar-Rom, flimkien mar-rwol li jaqdu s-servizzi soċjali, speċjalment fil-livell lokali u reġjonali” (6); barra minn hekk, iħeġġeġ appoġġ sinifikanti għat-tfal Rom sabiex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-livell edukattiv baxx; |
|
47. |
huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u forom oħra ta’ intolleranza hija kruċjali fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti u biex jiġi evitat li ż-żgħażagħ jisfaw il-vittmi tal-estremiżmu politiku jew reliġjuż. F’dan is-sens, jikkunsidra li l-edukazzjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jkollhom rwol kruċjali fit-trażmissjoni tal-valuri demokratiċi u umanistiċi u li koordinazzjoni aktar b’saħħitha f’dan il-qasam fil-livell tal-UE tista’ tkun utli għall-Istati Membri kollha. |
Dwar il-ħidma maż-żgħażagħ
|
48. |
jappella għal miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ ħidma ta’ kwalità tajba fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, inklużi aktar miżuri ta’ koordinazzjoni u appoġġ immirati biex jiżguraw standard ta’ kwalità għolja ta’ taħriġ għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ — kemm dawk li jitħallsu kif ukoll dawk li jaħdmu bħala voluntiera — u jappella wkoll għall-allokazzjoni ta’ biżżejjed riżorsi lill-organizzazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ; |
|
49. |
jikkunsidra li sabiex tirnexxi l-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ għall-kwalità, l-innovazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b’mod sostanzjali. Barra minn hekk, iqis li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed data u indikaturi komuni disponibbli, inkluż fil-livell lokali u reġjonali, biex jiġi żgurat monitoraġġ effiċjenti tal-inizjattiva; |
|
50. |
jiffavorixxi l-istabbiliment ta’ qafas legali madwar il-kunċett tal-ħidma fost iż-żgħażagħ sabiex jiġi definit aħjar x’inhi l-ħidma fost iż-żgħażagħ, jiġu ddikjarati b’mod ċar il-funzjonijiet u l-kompetenzi tiegħu u sabiex il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ jingħataw rikonoxximent speċifiku għall-ħidma tagħhom; |
|
51. |
jappella għal aktar rikonoxximent u appoġġ għall-volontarjat. |
Dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ
|
52. |
jappella lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jiżguraw aċċess universali għal edukazzjoni ta’ kwalità tajba li tibda mill-edukazzjoni bikrija (b’attenzjoni speċjali għall-apprendiment tal-lingwi) u jissuġġerixxi aktar koordinazzjoni u skambji ta’ prattiki tajba dwar l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ, speċjalment iż-żgħażagħ vulnerabbli, fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva kif ukoll dwar il-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola; |
|
53. |
jappella għal miżuri adatti biex tixxerred il-kisba tal-kompetenzi u biex jiġu rikonoxxuti aktar il-kompetenzi mgħallma permezz tal-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim informali sa minn età bikrija, u biex jiġi żgurat li dawn il-kompetenzi jkunu jistgħu jiġu vvalidati meta wieħed jidħol jew jerġa’ jidħol fil-perkorsi edukattivi formali, l-impjieg, eċċ., kif ukoll biex jiġu inkoraġġiti ħiliet trasversali li jaqblu man-natura dejjem tinbidel tal-impjieg, sabiex jiġu promossi ħiliet lingwistiċi, bħala prijorità biex jiżdiedu l-possibbiltajiet taż-żgħażagħ biex jintegraw fis-suq tax-xogħol; |
|
54. |
jappella għal appoġġ għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ — kemm dawk li jitħallsu kif ukoll dawk li jaħdmu bħala voluntiera — u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħala fornituri ewlenin tal-edukazzjoni permezz tal-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim informali; |
|
55. |
jappella għal miżuri ta’ appoġġ immirati biex jiżguraw li l-għalliema kollha jkunu jistgħu jiksbu l-għarfien pedagoġiku meħtieġ u jżommu ruħhom aġġornati rigward tali għarfien, kif ukoll jiksbu ħiliet ta’ livell għoli, b’enfasi speċjali fuq il-kompetenzi diġitali, u biex jiġi żgurat li l-professjoni tagħhom tkun rikonoxxuta u apprezzata fis-soċjetà, inkluż mil-lat ekonomiku fis-suq tax-xogħol; |
|
56. |
jappoġġja l-ħolqien u l-użu ulterjuri ta’ pjattaformi pan-Ewropej eżistenti għat-tixrid wiesa’ ta’ kontenut u għodod edukattivi b’mod inklużiv u multilingwi, u jeħtieġ li jitqiesu wkoll il-lingwi reġjonali. |
Dwar it-tranżizzjoni diġitali
|
57. |
jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ kollha jkollhom aċċess għal teknoloġiji ġodda u tagħmir adatt li jippermetti aċċess ugwali għal opportunitajiet għalihom ilkoll; |
|
58. |
jirrakkomanda li jiġu definiti l-ħiliet u l-kompetenzi rilevanti kif ukoll l-istandards meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-edukazzjoni f’forma diġitali, inklużi l-esplorazzjoni u t-tneħħija ta’ punti ta’ esklużjoni potenzjali ġodda għall-għalliema/ħarrieġa u ż-żgħażagħ; |
|
59. |
iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ kompetenzi diġitali komprensivi fis-sistemi edukattivi għaż-żgħażagħ, inkluż għall-kompetenzi dwar kif it-teknoloġija tista’ tintuża b’mod sinifikanti. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) (ĠU L 462, 28.12.2021, p. 1).
(2) Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025, COR-2020-05861.
(3) Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (COR-2021-01679).
(4) Ibidem.
(5) Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 (COR-2020-02016).
(6) Unjoni ta’ Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni (COR-2020-05625).
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/36 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Insaħħu l-appoġġ tal-politika ta’ koeżjoni għar-reġjuni bi żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi (Artikolu 174 tat-TFUE)”
(2023/C 79/07)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
|
1. |
jirrimarka li l-Artikolu 174 tat-TFUE jagħti istruzzjonijiet lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiggarantixxu li l-objettiv tal-UE ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (Artikolu 3(3) tat-TUE) jiġi infurzat b’mod partikolari fiż-żoni rurali, iż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, ir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi jew permanenti, bħar-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda u reġjuni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, il-gżejjer, u r-reġjuni transkonfinali u muntanjużi. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll ir-reġjuni b’popolazzjonijiet ħafna akbar fl-età; |
|
2. |
jinsisti li, għalkemm il-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha rwol ewlieni fl-infurzar tal-Artikolu 174 tat-TFUE, dan il-mandat huwa vinkolanti għall-politiki l-oħra kollha tal-UE (speċjalment il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Aġenda Diġitali) li m’għandhomx jikkompromettu l-objettiv tal-koeżjoni territorjali bejn dawn it-territorji; |
|
3. |
jenfasizza li r-rispett tal-prinċipji tal-ġestjoni kondiviża tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà (Artikolu 5(3) tat-TUE), qatt ma jista’ jintuża bħala argument biex idgħajjef l-applikazzjoni tal-Artikolu 174 tat-TFUE fil-livell nazzjonali; |
|
4. |
jilqa’ l-fatt li ċ-ċiklu l-ġdid tal-politika ta’ koeżjoni jintroduċi objettiv ta’ politika ġdid “Ewropa eqreb taċ-ċittadini tal-UE”, li jista’ jintuża mill-Istati Membri biex jimmiraw aħjar l-appoġġ għaż-żoni tal-Artikolu 174; |
|
5. |
jinnota li, fil-preżent, il-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi għall-perjodu 2021-2027 fl-aħħar qed jiġu ffinalizzati; |
|
6. |
jemmen li l-Aġenda Territorjali 2030 il-ġdida, flimkien mal-Viżjoni fit-Tul il-ġdida għaż-Żoni Rurali, il-Patt Rurali u l-Patt tal-Gżejjer (1) propost reċentement, flimkien qed jipprovdu liż-żoni tal-Artikolu 174 b’momentum politiku b’saħħtu u ġdid; |
|
7. |
iqis li l-ħafna fondi ġodda tal-UE li b’mod espliċitu jew impliċitu għandhom dimensjoni territorjali (il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE, inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, kif ukoll il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) qed jiġu pprogrammati l-aktar f’iżolament. Fir-realtà, dak li jeħtieġu t-territorji kollha tal-Artikolu 174 tat-TFUE, kemm dawk li għandhom l-istess żvantaġġi strutturali fi Stat Membru, kif ukoll dawk bejn l-Istati Membri, huwa approċċ verament integrat għal dawn l-interventi kollha; |
|
8. |
jinsab imħasseb, madankollu, li dan mhuwiex biżżejjed, peress li t-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni reċenti juri żieda fid-disparitajiet, b’mod partikolari fi ħdan l-Istati Membri, li jaffettwaw b’mod sproporzjonat ir-reġjuni tal-Artikolu 174 minħabba li l-iżvantaġġi strutturali tagħhom jinvolvu spejjeż addizzjonali; |
|
9. |
jemmen li politiki oħra tal-UE, b’mod partikolari t-trasport, l-enerġija, is-suq uniku u l-kompetizzjoni, jeħtieġ li jivvalutaw mill-ġdid l-impatt tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni u l-promozzjoni tar-reġjuni tal-Artikolu 174. Ħafna drabi, il-ħtiġijiet ta’ dawn ir-reġjuni jiġu kkunsidrati fl-istadji finali tal-proċess tat-tfassil tal-politika, pereżempju meta jiġu identifikati l-mapep tal-għajnuna reġjonali mill-Istat, aktar milli mill-bidu nett, pereżempju meta jiġu żviluppati l-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali; |
|
10. |
jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha jridu jikkonformaw mal-Kapitolu 1, Artikolu 3 kif ukoll mal-Kapitolu 3, Artikolu 20 tal-Pilastru Soċjali Ewropew, kif ukoll mal-Artikolu 34(3) (assistenza soċjali u akkomodazzjoni), l-Artikolu 35 (kura tas-saħħa), u l-Artikolu 36 (aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE meta jiġi żgurat l-aċċess għal benesseri bażiku u livell bażiku ta’ benesseri permezz tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi bażiċi, b’mod partikolari fiż-żoni tal-Artikolu 174; |
|
11. |
jipproponi li kull Stat Membru jipprovdi servizzi pubbliċi bażiċi f’żona partikolari tal-Artikolu 174, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. B’mod partikolari, għandhom jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali (2), bħad-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-organizzazzjoni tas-servizzi, il-promozzjoni tal-aċċess universali, eċċ. Il-forniment ta’ servizzi pubbliċi transfruntiera effettivi u sostenibbli għandu jiġi eżaminat b’mod sistematiku (3). Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni trid tiżgura, meta teżamina mill-ġdid il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, il-Ftehim ta’ Sħubija, il-Pjani Strateġiċi tal-PAK, il-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-forniment tal-fondi korrispondenti tal-UE fl-Istati Membri, li dawn jappoġġjaw iż-żamma u l-iżvilupp ta’ tali servizzi bażiċi. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-UE u dak nazzjonali għat-territorji tal-Artikolu 174 irid jiġi rifless b’mod speċifiku fir-Rapport dwar il-Koeżjoni (Artikolu 175 tat-TFUE); |
|
12. |
jemmen li l-istrument il-ġdid għall-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni (I3), li fl-iżvilupp tiegħu l-KtR kellu rwol ewlieni (4), flimkien ma’ networks reġjonali bħall-Inizjattiva Vanguard, EARTO, ERRIN u CPMR, fost l-oħrajn, għandu jkun il-mudell li permezz tiegħu l-fondi mill-inizjattiva RePowerEU u l-Pjani Nazzjonali taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jintużaw biex jorbtu flimkien żoni li għandhom sfidi identiċi jew simili, sabiex jiġu ttestjati soluzzjonijiet innovattivi ġodda li mbagħad jistgħu jiġu replikati madwar l-UE; |
|
13. |
jemmen li l-verifika rurali, il-verifika tal-gżejjer u, b’mod usa’, il-valutazzjoni tal-impatt territorjali (inkluża l-valutazzjoni tal-impatt transfruntier) m’għandhomx ikunu biss għażla, kif rikonoxxut fil-pakkett ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-2021, iżda element ewlieni tal-formulazzjoni tal-politika tal-UE sabiex jiġi rispettat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”. Dan se jiżgura li l-politiki l-ġodda tal-UE jsaħħu l-koeżjoni territorjali fl-oqsma kollha ta’ politika, u għalhekk hemm il-ħtieġa li dawn il-valutazzjonijiet jiġu kkoordinati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, kif ukoll il-ħtieġa li jsir użu sħiħ mill-pjattaforma Fit for Future, RegHub u l-KtR innifsu, sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha evidenza dettaljata tal-impatti potenzjali fil-prattika; |
|
14. |
jilqa’, f’dan ir-rigward, l-ewwel gwida tal-UE li għadha kemm ġiet żviluppata dwar il-verifika rurali (5) u l-azzjonijiet pilota tal-Aġenda Territorjali (6) dwar kwistjonijiet bħall-valutazzjoni tal-impatt territorjali u d-depopolazzjoni, li kellhom kontributi attivi mill-KtR (7); jimpenja ruħu li jrawwem is-sjieda u l-użu mill-gvernijiet nazzjonali ta’ dawn l-għodod ewlenin; |
|
15. |
jenfasizza li l-iżvilupp tal-applikazzjoni limitata attwali fil-prattika tal-Artikolu 174 tat-TFUE m’għandu jaffettwa, bl-ebda mod, la l-Artikolu 349 tat-Trattat, li jipprovdi protezzjoni speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi, u lanqas it-trattament speċifiku taż-żoni tat-Tramuntana mbiegħda skarsament popolati u protetti mit-Trattati ta’ Adeżjoni rispettivi; |
Il-finanzjament tal-UE għall-appoġġ ta’ reġjuni b’karatteristiċi territorjali speċifiċi
|
16. |
jiddispjaċih li, għall-kuntrarju tal-erba’ objettivi ta’ politika l-oħra, l-objettiv 5 ma jinkludi l-ebda forma ta’ allokazzjoni territorjali apparti t-8 % tal-FEŻR allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli (li jista’ jintuża għall-ITI u s-CLLD). Dan jiffavorixxi approċċ tematiku u jippenalizza territorji bi żvantaġġi speċifiċi protetti mill-Artikolu 174 tat-TFUE; |
|
17. |
iqis li huwa meħtieġ rispons baġitarju globali, b’allokazzjoni ta’ fondi addizzjonali, għall-isfida demografika b’mod trasversali fil-programmi u l-politiki rilevanti kollha tal-UE, b’mod partikolari fil-Fondi Strutturali kollha, sabiex jiġi indirizzat aħjar id-distakk soċjali, ekonomiku u territorjali li jaffettwa r-reġjuni Ewropej milquta mid-depopolazzjoni; |
|
18. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni, li bħalissa qed tinnegozja mal-Istati Membri dwar il-Ftehim ta’ Sħubija, il-Pjani Strateġiċi tal-PAK u l-programmi, biex tisfida lill-Istati Membri rilevanti biex juru li qed jipprovdu appoġġ speċifiku għal dawk iż-żoni tal-Artikolu 174 taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Żvilupp Rurali; |
|
19. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri rilevanti japplikaw allokazzjoni speċifika għat-territorji tal-Artikolu 174 f’dawn il-Pjani Nazzjonali, sabiex jaġixxu bħala sinjal qawwi għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni biex iqisu dawn ir-reġjuni b’mod aktar effettiv fil-programmi tagħhom; |
|
20. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri, b’mod partikolari, joħolqu punti uniċi ta’ servizz fil-livell reġjonali jew sottoreġjonali għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal UE (FEŻR, FSE+, JTF, eċċ.) u l-FAEŻR, sabiex jiffaċilitaw il-fehim ta’ dawn il-fondi u l-aċċess għalihom għall-benefiċjarji fit-territorji koperti mill-Artikolu 174 tat-TFUE; |
|
21. |
jirrakkomanda li jsir użu akbar mill-għodod territorjali bħall-Investimenti Territorjali Integrati (ITI) u l-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) sabiex il-fondi tal-UE u dawk nazzjonali jiġu investiti biex jingħelbu l-iżvantaġġi territorjali b’mod integrat bl-użu ta’ approċċ minn isfel għal fuq; madankollu, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm żieda fir-rata ta’ kofinanzjament għall-istrumenti ta’ ppjanar territorjali implimentati f’territorji bi żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi koperti mill-Artikolu 174, u tfassal indikaturi tal-output u tar-riżultati li huma adattati aktar għan-natura tal-miżuri implimentati f’dawn it-territorji; |
|
22. |
jemmen li huwa essenzjali li l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali ssir aktar flessibbli fiż-żoni rurali li huma l-aktar milquta mit-tnaqqis fil-popolazzjoni, u b’hekk ikunu jistgħu jintużaw flimkien fl-istess proġett, u jeħtieġ li jiġu antiċipati l-avvanzi u b’mod li jikkomplementa l-istrumenti finanzjarji; |
|
23. |
iqis li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha rwol daqstant importanti fiż-żoni tal-Artikolu 174 peress li l-biċċa l-kbira tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza se jappoġġjaw ir-riformi strutturali, il-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-appoġġ għall-SMEs. Għalhekk, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw, u li l-Kummissjoni tivverifika, li l-investimenti tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jqisu l-ħtiġijiet u l-iżvantaġġi speċifiċi ta’ dawn iż-żoni; |
|
24. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa indikaturi ġodda sabiex tivvaluta u tkejjel aħjar is-severità tal-iżvantaġġi ġeografiċi u demografiċi fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 174 tat-TFUE. Iqis li, ladarba jkunu disponibbli tali indikaturi solidi, dawn għandhom jintużaw biex jadattaw id-distribuzzjoni tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej għall-perjodu li jmiss biex imorru lil hinn mill-indikatur uniku tal-PDG sabiex jikkumpensaw għad-diffikultajiet ġenerali ta’ tkabbir li jiffaċċjaw dawn ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 174 tat-TFUE; |
|
25. |
jappella sabiex il-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2027 tinkludi l-immirar ta’ reġjuni speċifiċi fil-livell tal-UE u l-allokazzjoni baġitarja speċifika għar-reġjuni li jħaddnu żoni previsti fl-Artikolu 174, b’intensità li għandha tilħaq livell minimu ta’ għajnuna fil-ftehimiet ta’ sħubija. Potenzjalment, dan għandu jinkludi wkoll politiki oħrajn fil-baġit tal-UE li għandhom dimensjoni territorjali, inkluż kwalunkwe suċċessur għal Next Generation EU; |
Żoni rurali
|
26. |
jinsisti li l-politiki tal-UE għandhom jippromovu l-attrazzjoni ta’ dawn it-territorji u jipproteġu l-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-popolazzjoni rurali billi jiżguraw aċċess ugwali għal servizzi bażiċi u opportunitajiet. Dan jikkonċerna mhux biss il-politika ta’ koeżjoni, iżda wkoll il-politika agrikola, tas-suq intern, tal-kompetizzjoni, ambjentali u tal-enerġija fil-livell tal-UE; |
|
27. |
huwa tal-fehma li l-Fondi Strutturali u n-Next Generation EU, bħala pjani orjentati lejn l-irkupru, għandhom iservu biex jagħtu spinta soċjoekonomika liż-żoni rurali affettwati mid-depopolazzjoni, peress li l-impatt negattiv tal-pandemija jista’ jaggrava l-iżbilanċi territorjali. Mill-perspettiva tad-diġitalizzazzjoni, dawn iridu jservu biex jiżguraw konnettività diġitali ta’ kwalità għall-popolazzjoni kollha. Fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika, dawn għandhom iservu biex dawn iż-żoni rurali jsiru post għall-investiment u l-innovazzjoni fl-ekonomija ekoloġika, l-enerġija rinnovabbli, it-turiżmu sostenibbli u l-ekonomija ċirkolari; |
|
28. |
jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-urġenza li tiġi stabbilita, lil hinn mill-Viżjoni fit-Tul ġdida għaż-Żoni Rurali u l-Aġenda Territorjali l-ġdida għall-2030, Aġenda Rurali Ewropea ġdida li tkun kapaċi timmobilizza indikaturi speċifiċi biex jiġi vverifikat l-użu tal-Fondi Strutturali fir-reġjuni koperti mill-Artikolu 174 (b’data speċifika għall-muntanji, il-gżejjer, iż-żoni rurali, iż-żoni li qed jiddeterjoraw mil-lat demografiku jew industrijali, eċċ.). Dawn l-indikaturi għandhom ikunu definiti fil-livell sottoreġjonali (bħal NUTS 3 u unitajiet amministrattivi lokali) fl-iżvilupp u jridu jintużaw għall-verifika rurali fil-politiki kollha tal-UE; |
|
29. |
iqis li r-residenti rurali jridu jivvjaġġaw lil hinn mill-kontropartijiet urbani tagħhom biex jilħqu ħafna servizzi pubbliċi u privati u jiddependu minn karozzi jew karozzi tal-linja biex jilħqu l-biċċa l-kbira tas-servizzi; kif ġie enfasizzat fit-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni, jenfasizza r-rwol tal-bliet iżgħar u, b’mod partikolari, tal-bliet u l-irħula, li jaġixxu bħala “ċentri reġjonali” għall-persuni li jgħixu fiż-żoni rurali tal-madwar u li jiġu f’dawn il-postijiet għal servizzi; |
|
30. |
jiddispjaċih, madankollu, li f’ħafna partijiet tal-Ewropa, il-bliet iż-żgħar u ta’ daqs medju qed ibatu minn proċess ta’ diżintegrazzjoni strutturali għall-benefiċċju ta’ żoni metropolitani kbar, li min-naħa tagħhom jaffettwaw b’mod doppju ż-żoni rurali u ż-żoni fejn ir-rabtiet rurali-urbani mhux qed jiġu indirizzati biżżejjed; |
|
31. |
jenfasizza li l-Viżjoni fit-Tul il-ġdida għaż-żoni rurali tal-UE, li twassal sal-2040, flimkien mal-Patt Rurali u Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE, trid tistabbilixxi, mal-Istati Membri u r-reġjuni, proposti definiti b’mod ċar għal azzjoni immedjata, miri speċifiċi, u investiment lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi; |
|
32. |
jinsab imħasseb li dan id-distakk rurali-urban li qed jikber jikkontribwixxi għall-polarizzazzjoni politika, għal sentiment ta’ ċaħda tad-drittijiet demokratiċi u għal nuqqas ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet nazzjonali u b’mod partikolari fl-UE, kif muri dejjem aktar mill-istudji xjentifiċi; |
|
33. |
jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali għas-CLLD u l-ITI li għandhom jiġu investiti f’żoni rurali, u jiżguraw konsistenza mal-investimenti mill-FAEŻR u l-Fondi Strutturali fl-istess territorji; |
|
34. |
jemmen li l-Pjattaforma għall-Għoti ta’ Ħajja Ġdida liż-Żoni Rurali għandha taġixxi bħala punt uniku ta’ servizz kemm għall-komunitajiet rurali, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet biex jaħdmu flimkien, kif ukoll fil-livell tekniku u politiku bejn l-awtoritajiet rurali u urbani; |
|
35. |
jargumenta bil-qawwa li l-verifika rurali la tista’ tkun eżerċizzju simboliku u lanqas teknokratiku, iżda trid tiġi inkorporata fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE sensittiva għat-territorju, u trid tinkludi element parteċipattiv sabiex jiġu kkunsidrati l-impatti u l-implikazzjonijiet potenzjali għaż-żoni rurali; |
|
36. |
jenfasizza li l-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali għandha tappoġġja l-ġbir, il-monitoraġġ u l-prospettiva usa’ tad-data dwar sħubijiet rurali-urbani fil-livell tal-UE, permezz tal-osservatorju rurali l-ġdid jew l-appoġġ ipprovdut mill-ESPON. Dan l-osservatorju għandu jiġbor data u analiżi dwar iż-żoni rurali biex jappoġġja t-tfassil tal-politika; |
Żoni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali
|
37. |
jemmen li l-Istrateġija Industrijali tal-UE u l-COVID-19 urew li jeħtieġ li l-industrija u l-komunitajiet industrijali jitqiegħdu fil-quċċata tal-aġenda politika tal-UE sabiex is-sehem tal-PDG tal-industrija jiżdied drastikament fil-futur; |
|
38. |
jirrimarka li r-ruralità taż-żoni insulari, minħabba d-diskontinwità territorjali, id-demografija kumplessa, it-territorju limitat u l-frammentazzjoni tagħhom, tinvolvi ċerti partikolaritajiet u sfidi li jridu jitqiesu u jiġu indirizzati f’viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali; |
|
39. |
iqis li l-interventi tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta mhux biss iridu jkunu integrati b’mod adatt fi ħdan l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tal-politika ta’ koeżjoni, iżda aktar importanti minn hekk, meta tingħata ħajja ġdida lil żoni industrijali Ewropej li waqgħu lura dan irid imur lil hinn mill-koeżjoni u jsir parti ċentrali mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-programmi suċċessuri tagħha; dawn il-programmi għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-politika ta’ koeżjoni jew tal-anqas jiġu implimentati f’sinerġija aħjar mal-politika ta’ koeżjoni; |
|
40. |
huwa konvint li din hija opportunità għat-territorji li għaddejjin minn tranżizzjoni industrijali, peress li l-prijorità m’għandhiex tibqa’ sempliċement li tikkumpensa għar-ristrutturar tal-passat, iżda li tuża l-għarfien u l-assi sottovalutati ta’ dawn ir-reġjuni għal rilanċ rapidu tal-bażi industrijali Ewropea; |
|
41. |
jemmen li l-prijoritajiet ta’ dawn il-fondi antiki u ġodda tal-UE jridu jkunu li jappoġġjaw il-kompetittività, it-titjib tal-ħiliet u r-restawr ambjentali, li jippromovu r-rwol tal-SMEs, “xjenza-għall-industrija” u “università għas-suq” (jiġifieri li jġibu ideat fis-suq), u li jagħtu spinta lill-kultura industrijali; |
|
42. |
jenfasizza li r-riabilitazzjoni taż-żoni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali tista’ tkun mod eċċellenti biex tiġi miġġielda l-espansjoni urbana, jiġu ppreservati l-artijiet rurali, il-bijodiversità, u biex tinkiseb ukoll it-tranżizzjoni ekoloġika; |
|
43. |
huwa konvint li dawn il-fondi u l-interventi m’għandhomx joperaw b’mod iżolat iżda fi pjani territorjali integrati definiti b’mod ċar li jippermettu kooperazzjoni ma’ żoni simili mill-istess Stat Membru u l-bqija tal-UE, pereżempju billi jirriflettu l-mudell tal-Missjoni tal-UE li tnediet dan l-aħħar: inizjattiva Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti (8); |
Reġjuni li jbatu minn żvantaġġi demografiċi naturali u permanenti severi
|
44. |
jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tat-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni, li jikkonferma li s-sehem tal-popolazzjoni tal-UE li tgħix f’reġjun li qed jiċkien huwa mistenni li jilħaq 50 % sal-2040, li se jaffettwa d-disponibbiltà tas-servizzi pubbliċi, l-opportunitajiet ta’ impjieg, u l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE; |
|
45. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tagħti aktar preeminenza lill-kwistjonijiet demografiċi fit-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni, ir-rapport dwar l-impatt tal-bidla demografika fl-Ewropa u l-eżerċizzji sussegwenti ta’ mmappjar; |
|
46. |
jemmen li l-proposti dwar l-“eżodu ta’ mħuħ” (9), li ntalbu mill-KtR (10) u li bħalissa qed jitħejjew biex jindirizzaw it-tnaqqis fil-popolazzjoni, jeħtieġ li jqisu din il-kwistjoni mhux biss bħala kwistjoni ta’ kapital uman tal-migrazzjoni lejn Stati Membri oħra iżda għandhom jiffokaw primarjament fuq il-konsegwenzi territorjali tat-tnaqqis fil-popolazzjoni fi ħdan l-Istati Membri; |
|
47. |
jenfasizza li l-ewwel definizzjoni fl-UE kollha ta’ żona li qed tmur lura demografikament għall-finijiet tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE, oriġinarjament imressqa mill-KtR (11) u inkluża fir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) dwar il-FEŻR, għandha tintuża biex timmira aħjar b’mod spazjali fondi rilevanti oħrajn lil hinn mill-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza, peress li dawn il-fondi kollha se jikkontribwixxu għal azzjonijiet integrati u bbażati fuq il-post; |
|
48. |
iqis ukoll li din id-definizzjoni għandha tiġi riveduta regolarment sabiex jitqiesu u jiġu indirizzati b’mod effettiv il-problemi ffaċċjati minn dawn it-territorji. Għalhekk, iħeġġeġ li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jintużaw klassifikazzjonijiet territorjali li huma aktar adatti għall-problema reali li teżisti f’kull wieħed mit-territorji, kemm jekk NUTS3, jew, f’livell inferjuri, unitajiet amministrattivi lokali li jmissu magħhom f’ċerti każijiet; |
|
49. |
jinsab imħasseb li minoranza żgħira biss ta’ Stati Membri, reġjuni u gruppi ta’ reġjuni qed jiżviluppaw strateġiji integrati kontra d-depopolazzjoni li jipprovdu tweġibiet integrati għal din il-problema, inklużi fondi nazzjonali u tal-UE mmirati b’mod spazjali, inċentivi fiskali/ta’ għajnuna mill-Istat u l-provvista ta’ servizzi bażiċi; |
|
50. |
jixtieq, madankollu, ifakkar li ż-żoni b’popolazzjoni densa jew b’popolazzjonijiet ħafna akbar fl-età jista’ jkollhom ukoll żvantaġġi demografiċi, b’mod partikolari jekk ikunu affettwati wkoll minn fatturi oħra msemmija fl-Artikolu 174, bħall-insularità, l-attivitajiet ekonomiċi staġjonali u l-ħtieġa li jiġu żgurati servizzi bażiċi matul is-sena, u b’hekk il-ħtieġa għal data aħjar fil-livelli subreġjonali (NUTS3 u unitajiet amministrattivi lokali); |
|
51. |
jemmen li l-Kummissjoni għandha tmur lil hinn mill-gwida li qed tħejji għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tagħmel dan element ewlieni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tagħha għall-pajjiż, b’mod partikolari sabiex tiżgura li l-Istati Membri jużaw il-fondi tal-UE b’mod li jindirizza din l-isfida aktar milli jsaħħaħ id-dinamika eżistenti; |
Gżejjer
|
52. |
iqis l-insularità bħala karatteristika ġeografika permanenti u li ma tistax tinbidel u li tinvolvi spejjeż addizzjonali (trasport, enerġija, ġestjoni tal-iskart, servizzi pubbliċi, oġġetti u servizzi neċessarji) li jfixklu l-iżvilupp u l-kompetittività ta’ dawn it-territorji, filwaqt li jesponuhom b’mod partikolari għat-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima; |
|
53. |
jiddispjaċih, għalhekk, li t-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni ma kkunsidrax verament is-sitwazzjoni speċifika tal-gżejjer fl-UE; |
|
54. |
jaqbel bis-sħiħ mal-konklużjonijiet tal-Kunsill, ippreżentati mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, li skonthom “[i]l-gżejjer, it-territorji periferiċi u dawk imbiegħda, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi, iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi partikolarment serji, anke minħabba l-ispejjeż ogħla tat-trasport”, u jenfasizza “l-ħtieġa ta’ approċċ inklużiv u approċċ speċifiku lejhom, sabiex jiġu appoġġati fit-tranżizzjonijiet tagħhom”; |
|
55. |
jilqa’ bil-qawwa l-proposta tal-Parlament Ewropew li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tfassal “Strateġija tal-UE għall-Gżejjer” bi pjan ta’ azzjoni biex jitħeġġu t-tkabbir u l-innovazzjoni b’mod sostenibbli, u jiġu protetti l-ambjent u n-nies li jgħixu fil-gżejjer, minbarra “Patt tal-Gżejjer” li jinvolvi lill-atturi kollha permezz ta’ approċċ f’diversi livelli u transsettorjali; |
|
56. |
jemmen li, għall-kuntrarju tal-Patt ta’ Amsterdam u l-istrateġiji makroreġjonali, il-Patt tal-Gżejjer, kif ukoll il-Patt Rurali, li qed jiġi żviluppat ukoll, jeħtieġu leġiżlazzjoni ġdida, fondi ġodda u approċċi ta’ politika ġodda li huma speċifiċi għal dawn iż-żoni: ir-regola tat-“tliet le” (l-ebda leġiżlazzjoni ġdida, l-ebda istituzzjoni ġdida, l-ebda finanzjament ġdid) għandha ssir aktar flessibbli fir-rigward tal-istrateġiji makroreġjonali; |
|
57. |
jitlob li l-istatus fiskali/tal-għajnuna mill-Istat speċjali għall-gżejjer jiġi inkluż f’dan il-Patt sabiex jgħin biex tingħeleb it-“taxxa insulari”, jiġifieri l-ispejjeż ġenerali assoċjati mal-insularità; |
|
58. |
jenfasizza li t-tranżizzjoni tal-enerġija tista’ tippenalizza bla ħsieb liċ-ċittadini tal-gżejjer peress li għandhom inqas flessibbiltà fir-rigward tal-adattament rapidu għall-mixja ambizzjuża tal-UE lejn in-newtralità klimatika u l-investiment f’sorsi alternattivi tal-enerġija fuq il-gżejjer, u għalhekk il-Patt irid jinkludi appoġġ imfassal apposta mill-UE u mil-livell nazzjonali; |
|
59. |
jitlob li dan il-Patt jinkludi r-reġjuni insulari Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa/in-Networks Trans-Ewropej fis-Settur tat-Trasport, l-Enerġija u t-Telekomunikazzjoni; |
|
60. |
itenni li l-kontinwità territorjali diġitali u l-koeżjoni diġitali huma għodod ewlenin biex jingħeleb l-iżolament fiżiku tal-gżejjer, u biex tiġi indirizzata waħda mill-akbar sfidi li jiffaċċjaw il-gżejjer, jiġifieri l-isfida demografika; |
|
61. |
jipproponi li l-Kummissjoni tidentifika strateġiji addizzjonali u miżuri speċifiċi ta’ appoġġ finanzjarju għall-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi, speċjalment minħabba l-impatt sproporzjonat tal-pandemija fuq it-turiżmu tal-gżejjer; |
|
62. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu politiki ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali fuq il-gżejjer tal-UE sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-intraprendituri jkunu jistgħu joperaw fis-swieq kollha tal-UE meta jkunu bbażati fuq gżira; |
|
63. |
iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jaħdmu mal-KtR u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar is-Sena Ewropea tal-Gżejjer 2024 biex jippromovu l-kapital soċjoekonomiku, naturali u kulturali uniku tal-gżejjer; |
Reġjuni transfruntiera
|
64. |
jiddispjaċih għat-tnaqqis sinifikanti li l-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea sofrew għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027. Dan mhuwiex konformi mal-fatt li terz taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f’reġjuni tal-fruntiera, u li Interreg wera li għandu valur miżjud reali tal-UE fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera bħala għodda adatta għall-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE; |
|
65. |
jenfasizza l-prevalenza ta’ ostakli amministrattivi, legali u lingwistiċi (kura tas-saħħa transkonfinali, mobbiltà tal-ħaddiema, aċċessibbiltà għas-servizzi kif muri mill-COVID-19), bejn l-Istati Membri (fruntieri tal-art u tal-baħar) u ġewwa fihom, li jxekklu t-tkabbir, l-iżvilupp soċjoekonomiku u l-koeżjoni fost ir-reġjuni tal-fruntiera u ġewwa fihom; |
|
66. |
jenfasizza li l-valur miżjud tal-Interreg mhuwiex biss l-iżvilupp ta’ reġjuni tal-fruntiera (ħafna drabi periferali) iżda wkoll il-bini tal-fiduċja fost in-nies fuq in-naħat differenti tal-fruntiera. Ir-rwol tal-proġetti bejn il-persuni huwa kruċjali u għandu jiġi appoġġjat aktar (13); |
|
67. |
iħeġġeġ lill-Kunsill jiżblokka l-Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew peress li huwa għodda ħafna aktar effettiva mir-REKT u jneħħi 50 % tal-ostakli li jfixklu l-iżvilupp tar-reġjuni tal-fruntiera, b’mod partikolari fir-rigward tal-kura tas-saħħa transfruntiera, filwaqt li jipprevjeni ripetizzjoni tal-hekk imsejjaħ “covidfencing” li tant dgħajjef l-erba’ libertajiet tal-UE matul l-eqqel żmien tal-pandemija; |
|
68. |
jitlob li jkun hemm “qafas Ewropew għall-ħaddiema transfruntiera” li jwassal għal aktar effikaċja fis-swieq tax-xogħol transfruntiera madwar l-Ewropa; |
|
69. |
jaqbel mar-riċerka kkummissjonata mill-Kummissjoni li skontha r-reġjuni tal-fruntiera jiggwadanjaw 2 % fil-PDG jekk jitneħħew biss 20 % tal-ostakli attwali relatati mal-fruntieri (14); |
Reġjuni muntanjużi
|
70. |
jemmen li ż-żoni muntanjużi (29 % tas-superfiċje tal-UE u 13 % tal-popolazzjoni tagħha) jiffaċċjaw żvantaġġi permanenti u strutturali, bħal ipersensittività għat-tibdil fil-klima, l-impatt tax-xaqlibiet, kwistjonijiet ta’ pożizzjonijiet remoti u aċċessibbiltà, nuqqas ta’ diġitalizzazzjoni (25 % taż-żoni rurali għad m’għandhomx aċċess għall-Internet), emigrazzjoni (b’mod partikolari taż-żgħażagħ) u skarsezza tal-popolazzjoni, kif ukoll telf ta’ negozji; |
|
71. |
iqis li r-reġjuni muntanjużi jeħtieġu approċċ ibbażat fuq il-post fi ħdan il-Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali, u jeħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; |
|
72. |
jissuġġerixxi li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-prinċipji mhux kontroversjali tal-Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew u li titfassal għodda għat-tneħħija sistematika tal-ostakli transfruntiera peress li din hija meħtieġa biex tiżdied il-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni tal-fruntiera; |
|
73. |
jemmen li l-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-programmi Interreg, tirrappreżenta opportunità kbira għar-reġjuni muntanjużi biex jilqgħu l-isfidi tagħhom kif ukoll biex itejbu l-innovazzjoni, l-azzjoni klimatika, it-turiżmu, iż-żgħażagħ, l-impjieg u l-mobilità fir-reġjuni muntanjużi; |
|
74. |
ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi pubbliċi transfruntiera fl-Ewropa (15), bħal qafas legali tal-UE, koordinazzjoni aħjar tal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE, il-ħolqien ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u promozzjoni aħjar tas-Servizzi Pubbliċi Transfruntiera; |
|
75. |
jinsab imħasseb, madankollu, li mhux qed tingħata biżżejjed attenzjoni f’termini ta’ investimenti ffinanzjati mill-UE u fil-forniment ta’ beni pubbliċi liż-żoni muntanjużi fi ħdan l-Istati Membri, b’mod partikolari jekk dawn jaqsmu fruntieri reġjonali; |
|
76. |
filwaqt li jtenni li l-istrateġiji makroreġjonali jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni għal oqsma speċifiċi, itejbu l-komplementarjetà ta’ diversi strateġiji, u għandhom kontribut sinifikanti għall-kisba tal-koeżjoni territorjali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, jinnota li hemm lok biex dawn jiġu integrati b’mod aktar effettiv fil-politiki tal-UE u li jkun hemm approċċ aktar konsistenti bejn il-politiki nazzjonali u reġjonali differenti; |
|
77. |
ifakkar li l-Istrateġija għar-Reġjun tal-Alpi tibqa’ l-aktar strateġija makroreġjonali ġdida, iżda jista’ jkun hemm strateġiji ġodda sussegwenti għar-reġjuni muntanjużi, b’mod partikolari l-Istrateġija għall-Karpazji. L-Istrateġija għar-Reġjun tal-Alpi, li tibni fuq qafas istituzzjonali dens u li tinkludi għadd ta’ inizjattivi, tista’ tintuża bħala eżempju mudell għall-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda għar-reġjuni muntanjużi; |
|
78. |
jirrimarka li r-riċerka ffinanzjata mill-Kummissjoni turi li għad hemm distakk bejn il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, li ma tqisx biżżejjed il-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni muntanjużi; |
|
79. |
Fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid, l-objettiv ta’ politika 5 “Ewropa eqreb taċ-ċittadini” huwa partikolarment adattat għal strateġiji sottoreġjonali li jindirizzaw ħtiġijiet territorjali speċifiċi, bħal dawk taż-żoni muntanjużi. Madankollu, bħal fil-każ tal-bqija tat-territorji koperti mill-Artikolu 174 tat-TFUE, in-nuqqas ta’ allokazzjoni baġitarja Ewropea għall-objettiv ta’ politika 5, anki b’mod indikattiv, jippenalizza b’mod sproporzjonat iż-żoni muntanjużi. Madankollu, iż-żoni muntanjużi m’għandhomx jiġu esklużi mill-objettiv ta’ politika 1 u l-objettiv ta’ politika 2, li għalihom ġew allokati mill-inqas 60 % tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, iżda din tibqa’ kompletament kwistjoni ta’ rieda politika min-naħa tal-gvernijiet ċentrali u reġjonali fil-preżent; |
|
80. |
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom il-possibbiltà li jappoġġjaw livelli sottoreġjonali bi speċifiċitajiet ġeografiċi jew permezz ta’ “sezzjonijiet interreġjonali” fil-programmi operazzjonali, bħal meded ta’ muntanji, jew permezz ta’ sejħiet speċifiċi għal dawn iż-żoni taħt programmi operazzjonali usa’ jew tal-anqas billi jingħataw punti addizzjonali għal proġetti f’żoni muntanjużi. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2021/2079(INI).
(2) ĠU C 306, 17.12.2007, p. 158.
(3) https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-2615-2020
(4) CDR 3595/2018.
(5) enrd_report_tg_rp_a_framework_of_rural_proofing_actions.pdf
(6) https://territorialagenda.eu/pilot-actions/
(7) Rural proofing – a foresight framework for resilient rural communities (Verifika Rurali – qafas ta’ prospettiva għal komunitajiet rurali reżiljenti – mhux disponibbli bil-Malti).
(8) Missjoni tal-UE: Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti | Kummissjoni Ewropea.
(9) Eżodu ta’ mħuħ – mitigazzjoni tal-isfidi assoċjati mat-tnaqqis fil-popolazzjoni (komunikazzjoni).
(10) CDR 4645/2019.
(11) CDR 3594/2018.
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).
(13) https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-1527-2017
(14) https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/reports/KN-08-22-344-EN-N.pdf
(15) https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-2615-2020
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Iż-żoni urbani żgħar bħala atturi ewlenin għall-ġestjoni ta’ tranżizzjoni ġusta”
(2023/C 79/08)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
|
1. |
jafferma li l-ħolqien ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Ewropa jeħtieġ azzjoni fil-livelli kollha fiż-żoni rurali, periurbani u urbani. Iż-żoni urbani żgħar jospitaw 43 % tal-popolazzjoni tal-UE, u madwar 66 % tal-abitanti urbani tal-Ewropa jgħixu f’żoni b’inqas minn 500 000 abitant. Hemm madwar 14 000 żona urbana żgħira b’popolazzjoni ta’ bejn 5 000 u 50 000 persuna fl-UE; |
|
2. |
jenfasizza li ż-żoni urbani żgħar Ewropej huma, b’mod awtomatiku, eteroġeni; skont il-post, il-kuntest territorjali u l-istruttura ekonomika u tas-suq tax-xogħol tagħhom, għandhom karatteristiċi (u sfidi) kompletament differenti (1). Madankollu, ħafna drabi jiġi nnutat li l-komunitajiet iżgħar għandhom probabbiltà ogħla li jesperjenzaw l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żoni rurali, minħabba li d-densità tal-popolazzjoni tagħhom hija aktar baxxa; |
|
3. |
jindika li t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, l-irkupru mill-pandemija u l-integrazzjoni tal-migranti, b’mod partikolari minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, jippreżentaw sfidi addizzjonali għaż-żoni urbani żgħar, flimkien mal-isfidi ġenerali tal-iżvilupp ta’ bliet ta’ kull daqs (bħal akkomodazzjoni affordabbli, mobbiltà sostenibbli, provvista ta’ servizzi, tibdil demografiku, saħħa urbana, segregazzjoni soċjali, impronta ambjentali, azzjoni klimatika, eċċ.); |
|
4. |
jissuġġerixxi li l-fattur determinanti għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv madwar l-Ewropa huwa l-promozzjoni tal-impjieg privat fiż-żoni rurali (fis-settur agrikolu jew f’setturi oħra). Jinsisti fuq il-fatt li n-nuqqas ta’ servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali (bħall-edukazzjoni, is-saħħa, il-konnettività jew il-mobbiltà) iwassal għal eżodu rurali. Għalhekk, jenfasizza li servizzi bħal dawn fiż-żoni rurali jeħtieġ li jiġu pprovduti bħala bżonn bażiku, peress li l-politiki settorjali l-oħra kollha mhux se jkunu effettivi mingħajrhom; |
|
5. |
ifakkar li l-Karta l-Ġdida ta’ Leipzig tiddikjara li l-muniċipalitajiet urbani jeħtiġilhom ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom fil-promozzjoni tal-ġid komuni, u li l-flessibbiltà finanzjarja, il-profili tal-kompiti multifunzjonali, il-leġittimità politika, il-benesseri pubbliku lokali u l-vijabbiltà territorjali huma essenzjali sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta’ servizz pubbliku; wieħed mill-objettivi ewlenin tagħha huwa t-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u l-bliet jeħtiġilhom jikkontribwixxu għall-miri nazzjonali u tal-UE rilevanti tagħhom, bl-aktar mezzi adegwati; |
|
6. |
jieħu nota tad-definizzjoni proposta ta’ “żona urbana żgħira” (2), bl-użu ta’ metodi u indikaturi armonizzati biex dawn jiġu delineati, bil-għan tagħhom ikun li jippermettu tqabbil internazzjonali, f’konformità ma’ appelli preċedenti minn diversi aġendi Ewropej u globali (l-Aġenda Urbana Ġdida tan-NU/HABITAT, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) għall-2030, il-Karta ta’ Leipzig, l-Aġenda Territorjali 2030, eċċ.); jekk din id-definizzjoni tintuża għad-distribuzzjoni tal-finanzjament, hemm riskju li muniċipalitajiet żgħar b’inqas minn 5 000 resident jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. |
Sfidi ta’ tnaqqis demografiku
|
7. |
jenfasizza li fl-2040, it-tbassir juri li 51 % tal-popolazzjoni tal-UE hija mistennija tgħix f’reġjuni li qed jiċkienu meta mqabbla ma’ 34 % fl-2020, u tnaqqis rapidu fil-popolazzjoni huwa aktar probabbli fir-reġjuni rurali milli fir-reġjuni urbani (11 % kontra 1 %); |
|
8. |
jenfasizza l-fatt li ħafna żoni urbani żgħar jiffaċċjaw riskju ta’ tnaqqis demografiku u li jsiru postijiet li jitħallew jibqgħu lura, u jitilfu t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tal-Ewropa; |
|
9. |
jinnota b’dispjaċir li, meta introduċiet definizzjoni ta’ “żoni urbani” skont ir-Regolament “TERCET”, il-Kummissjoni ma qisitx il-ħtieġa li twettaq valutazzjoni tal-impatt, minkejja li l-introduzzjoni kellha impatt estensiv fuq id-distribuzzjoni tal-finanzjament; |
|
10. |
ifakkar li t-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni juri li t-tnaqqis fil-popolazzjoni jaffettwa direttament il-forniment ta’ servizzi pubbliċi; il-bliet iż-żgħar u ta’ daqs medju u l-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u n-negozji bbażati hemmhekk jiffaċċjaw sfidi kbar; |
|
11. |
jistieden għalhekk lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt qabel ma tintroduċi aktar definizzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE u d-distribuzzjoni tal-finanzjament; |
|
12. |
jenfasizza li l-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għandha tingħata bi kriterji li jmorru lil hinn miċ-ċifri tal-popolazzjoni jew tal-PDG, u li għandhom jitqiesu l-isfidi eżistenti fil-prattika. M’għandha ssir l-ebda distinzjoni ġenerali bejn iż-żoni urbani u rurali abbażi ta’ klassifikazzjoni statistika; |
|
13. |
jenfasizza li l-postijiet li jesperjenzaw tnaqqis demografiku bħaż-żoni urbani żgħar jaffaċċjaw ukoll għadd kbir ta’ kwistjonijiet li jinkludu fost oħrajn tixjiħ tal-popolazzjoni, governanza lokali dgħajfa u nuqqas ta’ bini tal-kapaċitajiet, staġnar ta’ awtosuffiċjenza, tnaqqis fil-benesseri individwali u indikaturi tal-kwalità tal-ħajja, migrazzjoni reġjonali, domestika intra-UE u globali, tnaqqis demografiku intelliġenti (smart shrinkage) u nuqqas ta’ investiment f’ekosistemi diġitali, eżodu ta’ mħuħ, abbandun tal-art, żieda fl-inugwaljanzi soċjali, tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja, tranżizzjonijiet fl-industrija u tkabbir ekonomiku mhux sigur, u żieda fl-urbanizzazzjoni f’ċentri reġjonali akbar; |
|
14. |
jindika li r-residenti rurali jeħtieġ li jivvjaġġaw iktar mill-kontropartijiet urbani tagħhom biex jaċċessaw għadd ta’ servizzi pubbliċi u privati, u jkollhom bżonn jiddependu minn karozzi jew karozzi tal-linja biex jaċċessaw dawk is-servizzi. Iċ-ċentri reġjonali joffru aktar servizzi lil persuni li jgħixu fiż-żoni tal-madwar; il-politika dwar il-mobbiltà jeħtieġ li topera fil-livell territorjali usa’, u hemm bżonn ta’ riflessjoni konġunta fiż-żoni urbani, rurali u periurbani. Aktar ma jkun żgħir l-insedjament, aktar ikun kbir l-impatt li jkun hemm ċentru reġjonali; |
|
15. |
jenfasizza li l-bliet żgħar u l-irħula huma ċentrali għall-ekonomija lokali peress li jipprovdu funzjonijiet amministrattivi, soċjali, komunitarji u rikreattivi importanti. Huma jappoġġjaw raggruppamenti ta’ servizzi lokali, għandhom sehem sinifikanti ta’ djar u impjiegi, u jaġixxu bħala ċentri tat-trasport (3); |
|
16. |
jafferma mill-ġdid li ħafna reġjuni periferiċi, inklużi ż-żoni urbani żgħar, bħalissa huma żvantaġġati b’mod kompetittiv minħabba nuqqas ta’ konnessjonijiet diġitali, li jagħmilha aktar diffiċli biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-iżvilupp, jiġu żgurati jew jinħolqu impjiegi ġodda, jew titnaqqas il-migrazzjoni; |
|
17. |
jafferma li fil-kuntest tat-tiswir tas-suq, għandha tingħata attenzjoni lill-modi li bihom il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jfittxu li jappoġġjaw jew jissussidjaw servizzi li kieku ma jkunux kummerċjalment vijabbli iżda jkunu essenzjali għaż-żoni urbani żgħar (4); |
|
18. |
iqis li ħafna drabi ż-żoni urbani żgħar ma jkollhomx biżżejjed kapaċità jew għarfien biex jindirizzaw l-isfidi. Ħafna drabi jkun hemm kapaċitajiet finanzjarji u amministrattivi limitati, kwistjonijiet ta’ kollaborazzjoni u setgħat deċiżjonali limitati, kapaċitajiet ta’ tmexxija, adattament u reżiljenza li jistgħu jkunu sfidi diffiċli; għaldaqstant, huma kruċjali mentalità strateġika b’viżjoni li jkollha l-ġejjieni fil-mira u soluzzjonijiet innovattivi; |
|
19. |
jinsab imħasseb dwar il-ġeografija tal-iskuntentizza politika; id-distakk urban-rurali u l-allinjament ħażin tal-politika urbana u rurali jistgħu jikkontribwixxu għall-polarizzazzjoni politika. |
Il-bini ta’ tranżizzjoni ġusta
Il-bini ta’ kapaċitajiet ekoloġiċi
|
20. |
jenfasizza li ż-żoni urbani żgħar jixprunaw it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali u t-tranżizzjoni ġusta li l-Ewropa teħtieġ għall-irkupru tagħha. L-ispinta għal żoni funzjonali li ma jagħmlux ħsara lill-klima hija fil-biċċa l-kbira marbuta mal-kapaċità tal-awtoritajiet urbani li jadattaw għall-kundizzjonijiet ekonomiċi li dejjem jinbidlu, u jibnu mill-ġdid il-fiduċja. |
|
21. |
jemmen għalhekk li huwa meħtieġ approċċ immirat, li jagħti lin-nies lokali viżjoni pożittiva għall-futur. F’dan ir-rigward, il-viżjoni fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea għaż-żoni rurali sal-2040 tista’ tkun siewja, u l-Patt Rurali għandu jqis bis-sħiħ il-bliet iż-żgħar fiż-żoni rurali; |
|
22. |
jinnota li nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni, kif ukoll nuqqas ta’ appoġġ soċjali b’saħħtu biex jikkontrobilanċjaw il-konsegwenzi tat-tranżizzjoni ekoloġika, jistgħu jkunu ta’ sfida għall-bidliet li qed iseħħu. Għalkemm it-tranżizzjoni ekoloġika hija abbinata mat-tranżizzjoni ġusta, it-tnejn li huma jridu joperaw f’bilanċ u jiġu kkoordinati; |
|
23. |
jirrikonoxxi li ż-żoni urbani, inklużi l-postijiet żgħar, se jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima billi jinvestu riżorsi lejn azzjonijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġika, it-tiġdid urban, il-mewġa ta’ rinnovazzjoni u l-isforzi tal-ekonomija ċirkolari, il-mobbiltà, il-bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija, il-ġestjoni mtejba tal-iskart, u l-mobilizzazzjoni taċ-ċittadini u s-sensibilizzazzjoni għal azzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; |
|
24. |
jinnota, madankollu, li sabiex it-tranżizzjoni ekoloġika tkun ta’ suċċess fiż-żoni urbani żgħar, huma meħtieġa titjib tal-ħiliet, taħriġ mill-ġdid u għarfien espert tekniku, kif ukoll għarfien dwar approċċi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima; l-awtoritajiet lokali fiż-żoni urbani żgħar jeħtieġ li jkollhom persunal bi kwalifiki għolja lil hinn mill-amministrazzjoni lokali tradizzjonali; l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn żoni urbani żgħar jistgħu jgħinu fil-proċess tat-tranżizzjoni; |
|
25. |
jemmen li l-programmi nazzjonali u tal-UE jappoġġjaw l-iżvilupp tal-ħiliet fiż-żoni urbani żgħar. Dawn jeħtieġu wkoll għadd suffiċjenti ta’ riżorsi umani kwalifikati u edukati għall-proċessi l-ġodda ta’ tranżizzjoni. Huma jistgħu jibbenefikaw mill-kondiviżjoni tal-għarfien mill-programmi ta’ finanzjament tal-UE bħall-Azzjonijiet Innovattivi Urbani, is-sħubijiet tal-Aġenda Urbana tal-UE, Interreg, URBACT u TAIEX, peress li nafu li dawn mhumiex imqassma b’mod ugwali fost postijiet urbani żgħar fl-Ewropa; |
|
26. |
huwa favur li l-Istati Membri jinsistu għal bidla sostanzjali fl-infrastruttura tal-provvista tal-enerġija u fl-istandards tal-bini li jippermettu l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-bliet żgħar u ta’ daqs medju, peress li dawn se jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; |
|
27. |
jirrakkomanda li huwa kruċjali li r-reġjuni u l-bliet ikunu awtorizzati jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jibnu komunitajiet reżiljenti sabiex tiġi limitata d-dipendenza tal-UE mill-fjuwils fossili. Il-pjani deċentralizzati għall-produzzjoni tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija fil-livell lokali u reġjonali ser jiżguraw il-kisba tal-pjan REPowerEU; |
|
28. |
itenni li meta jintroduċu u jippromovu stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku ddedikati għall-vetturi ħfief, l-Istati Membri jeħtiġilhom iqisu wkoll l-objettivi tal-Artikolu 174 tat-TFUE u jiżguraw id-disponibbiltà fiż-żoni b’popolazzjoni inqas densa. |
Il-bini ta’ mekkaniżmi ta’ tranżizzjoni ġusta
|
29. |
jitlob li l-implimentazzjoni tal-JTF għandha timmira l-appoġġ lejn żoni urbani żgħar, fi ħdan ir-reġjuni diġà definiti minn qabel, biex jiġu appoġġjati l-muniċipalitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika; |
|
30. |
jappella sabiex il-JTF jappoġġja lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju sabiex jiżviluppaw in-negozji tagħhom u jibnu postijiet attraenti u vibranti; |
|
31. |
jitlob appoġġ għal proġetti u azzjonijiet ta’ inklużjoni soċjali għal gruppi vulnerabbli jew ċittadini fil-bżonn, peress li l-ħtiġijiet tagħhom f’żoni urbani żgħar jistgħu jkunu akbar u inqas konnessi. |
Il-bini tat-tranżizzjoni diġitali
|
32. |
jenfasizza mill-ġdid li l-politiki mfassla għall-bliet (bħall-Karta ta’ Leipzig) għandhom jirriflettu fuq it-tranżizzjoni diġitali, peress li d-diġitalizzazzjoni hija element ewlieni u transsettorjali li jinfluwenza l-iżvilupp sostenibbli tal-bliet fir-rigward tal-mobbiltà urbana, l-effiċjenza enerġetika, ix-xogħol mill-bogħod u l-akkomodazzjoni sostenibbli, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut u s-servizzi pubbliċi; |
|
33. |
ifakkar li jeżisti distakk diġitali urban-rurali sinifikanti fl-Istati Membri kollha tal-UE, fil-biċċa l-kbira minħabba l-aspettattivi ta’ dħul aktar baxx għall-fornituri tal-broadband involuti fit-tnedija tal-infrastruttura diġitali f’żoni inqas mibnija. Madankollu, iż-żieda reċenti fit-telexogħol u x-xogħol mobbli bbażat fuq l-ICT tista’ tirrappreżenta wieħed mill-elementi ewlenin għall-iżvilupp futur taż-żoni rurali; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-konnettività b’veloċità għolja għal kulħadd fl-Unjoni Ewropea, inkluż fiż-żoni rurali u remoti, hija prerekwiżit għaċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jużaw is-servizzi diġitali; |
|
34. |
jirrakkomanda li l-Istati Membri jinvestu fi proġetti ta’ rħula intelliġenti, li jimplimentaw soluzzjonijiet diġitali biex jottimizzaw il-konnettività, il-ħajja ta’ kuljum u s-servizzi f’żoni urbani żgħar, fi ħdan il-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, kif ukoll il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE); |
|
35. |
jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet urbani-rurali li huma meħtieġa għall-iżvilupp armonjuż tat-tipi kollha ta’ żoni urbani u li jistgħu jservu ta’ katalist għal żvilupp territorjali aktar koerenti; |
|
36. |
jitlob li jiġu eżaminati l-possibbiltajiet biex jiġu sinkronizzati s-servizzi pubbliċi fil-livell muniċipali, biex tiġi appoġġjata l-governanza elettronika għal inqas amministrazzjoni pubblika u biex is-servizzi jiġu diġitalizzati biex isiru aktar faċli biex jintużaw miċ-ċittadini. |
Il-bini tal-kapaċitajiet tal-akkomodazzjoni
|
37. |
ifakkar li bħalissa hemm inugwaljanzi sinifikanti fir-rigward tad-disponibbiltà u l-aċċess għal akkomodazzjoni adegwata fil-bliet u f’żoni urbani żgħar, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, il-familji bit-tfal (inklużi l-ġenituri waħedhom), il-migranti u l-persuni b’diżabbiltà; |
|
38. |
jitlob li l-Istati Membri jippromovu inċentivi fiskali marbuta ma’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni vojta sabiex jappoġġjaw l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u jattiraw liċ-ċittadini biex jissetiljaw u jistabbilixxu ħajjithom f’postijiet żgħar li qed jesperjenzaw tnaqqis demografiku. |
Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida
|
39. |
jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel enfasi partikolari fuq żoni urbani żgħar u bliet ta’ daqs medju fi ħdan is-sejħa għal proposti għal Inizjattivi Lokali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, u jfakkar fil-proposta li titnieda skema ta’ vawċers tal-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fi ħdan is-sejħa futura għal proposti taħt l-Inizjattiva Urbana Ewropea. |
Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali
|
40. |
ifakkar li l-UE tista’ tikseb żvilupp territorjali aktar ibbilanċjat billi tappoġġja u tiffaċilita kollaborazzjoni akbar bejn iż-żoni urbani u rurali, li tmur lil hinn mid-differenzi tal-passat li qasmu aktar milli kkollegaw iż-żoni urbani u rurali; |
|
41. |
jenfasizza l-iżvilupp tal-Aġenda Rurali skont l-Aġenda Urbana għall-mudell tal-UE bbażat fuq il-prinċipji: “finanzjament aħjar, regolamentazzjoni aħjar u għarfien aħjar”, u li din tiġi implimentata permezz ta’ sħubijiet tematiċi f’diversi livelli u transsettorjali; |
|
42. |
jirrimarka li hemm ħtieġa ċara għal koordinazzjoni aħjar bejn l-oqsma ta’ politika relatati ma’ postijiet rurali, periurbani u urbani; approċċ ikkoordinat aħjar għandu jfittex b’mod attiv is-“sinerġiji” u l-valur miżjud li għandhom jinkisbu mill-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-atturi rurali u urbani, peress li dan huwa fattur kritiku għall-appoġġ b’suċċess tal-innovazzjoni u l-esperimentazzjoni bbażati fuq il-post; |
|
43. |
jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tintegra d-dimensjoni taż-żoni urbani żgħar fl-eżerċizzji ta’ verifika rurali, u jtenni l-offerta tal-KtR li jikkoopera dwar dan is-suġġett. L-ikrinjar għall-impatti territorjali u rurali għandu jsir element obbligatorju tal-proċess tat-tfassil tal-politika; |
|
44. |
jirrakkomanda li jiġu kkunsidrati aktar il-possibbiltajiet għal kooperazzjoni fi ħdan l-istrateġiji territorjali eżistenti tal-UE bħall-Aġenda Territorjali 2030, il-Karta l-Ġdida ta’ Leipzig u l-implimentazzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ sħubijiet fi ħdan l-Aġenda Urbana tal-UE, li joħolqu fokus fuq l-aġenda urbana rurali; |
|
45. |
jistenna bil-ħerqa l-promozzjoni ta’ sħubijiet rurali-urbani strateġiċi; iż-żoni urbani żgħar jistgħu jippromovu aħjar is-sħubijiet u jilħqu objettivi komuni fis-setturi tradizzjonali u innovattivi billi jiġbru r-riżorsi flimkien, jiżviluppaw strateġiji, u jilħqu ftehimiet fil-livell metropolitan. |
Finanzjament u rkupru
|
46. |
ifakkar li l-awtonomija fiskali lokali u l-kapaċitajiet finanzjarji huma fatturi ewlenin biex jiġu żgurati investimenti pubbliċi effettivi u għat-tfassil ta’ politiki ta’ żvilupp reġjonali. Dawn iżidu l-possibbiltà li ż-żoni urbani jidderieġu l-iżvilupp tagħhom stess. Ir-restrizzjonijiet imposti ċentralment jistgħu jirriskjaw li jagħmlu l-awtoamministrazzjoni lokali inutli; |
|
47. |
jenfasizza li d-daqs tal-muniċipalità spiss jinfluwenza l-kapaċità finanzjarja. Postijiet iżgħar spiss jirriskjaw li ma jkunux jistgħu jimmobilizzaw biżżejjed finanzi għall-kompiti li jixtiequ jwettqu; |
|
48. |
jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni għandha titqies bħala għodda ewlenija ta’ investiment fil-prattika, li tippromovi l-effett ta’ lieva tal-fondi pubbliċi u privati; |
|
49. |
jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet urbani żgħar ikunu jistgħu jaċċessaw ukoll it-8 % tal-fondi tal-FEŻR fil-livell nazzjonali ddedikati għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ żvilupp urban sostenibbli u integrat, u b’hekk jiġu evitati limiti addizzjonali tal-popolazzjoni; |
|
50. |
huwa favur l-użu ta’ għodod territorjali integrati fil-livell tal-unità amministrattiva lokali bħal dawk iffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni u fondi oħra tal-UE sabiex l-investimenti jiġu kkonċentrati u adattati għar-realtajiet; |
|
51. |
itenni d-diżappunt tiegħu dwar in-nuqqas ta’ involviment fil-livell lokali u reġjonali fit-tfassil tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, li joħloq effett ta’ rkupru matul il-fażi ta’ implimentazzjoni; jenfasizza f’dan ir-rigward in-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal trasferiment mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex tiffinanzja l-pjan REPowerEU; joġġezzjona għal kwalunkwe tentattiv biex jittieħdu riżorsi mir-reġjuni u jiġu pprovduti mingħajr kundizzjonijiet fil-livell nazzjonali peress li dan imur kontra l-prinċipji tal-UE u l-ftehimiet dwar il-ġestjoni kondiviża; |
|
52. |
jissuġġerixxi l-użu tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza biex tinġabar data li tista’ tintuża biex jiġu implimentati l-politiki pubbliċi fl-livell aktar baxx ta’ governanza. |
Il-bini tal-kapaċitajiet territorjali
|
53. |
jistieden lill-Istati Membri jintegraw id-definizzjoni l-ġdida fit-territorji (li jbatu minn tnaqqis fil-popolazzjoni u tibdil demografiku) fir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar il-FEŻR bħala kwistjoni trasversali tal-politiki pubbliċi, li tirrikjedi azzjonijiet integrati u bbażati fuq il-post; |
|
54. |
jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tippromovi l-Investimenti Territorjali Integrati (ITI) u l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet bejn il-pari tal-Inizjattiva Urbana Ewropea, bħala għodod adegwati biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet urbani żgħar u ta’ daqs medju biex jiffaċċjaw sfidi territorjali bħad-depopolazzjoni; |
|
55. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta kampanja ta’ komunikazzjoni biex tippromovi l-impatt tal-UE fuq il-ħajja tan-nies li jgħixu f’postijiet żgħar (urbani u rurali) sabiex tikkontrobilanċja l-ġeografija tal-iskuntentizza fil-konfront tal-UE; |
|
56. |
jappella għal kumplessità mill-inqas għal żoni urbani żgħar biex jiksbu aċċess għal proġetti ta’ fondi Ewropej differenti, u jamministrawhom, u biex jippromovu approċċ integrat għall-konnessjoni ta’ fondi differenti tal-UE; f’dan ir-rigward, il-programmi ta’ ġestjoni kondiviża għandhom ikunu verament deċentralizzati, u għandu jissaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni fil-livell reġjonali, biex jiġi żgurat li huma jkunu jistgħu jinkoraġġixxu appoġġ għal approċċ minn isfel għal fuq għal finanzjament minn bliet żgħar u żoni rurali; |
|
57. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha f’żoni urbani żgħar biex isibu għarfien dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika, diġitali jew demografika; barra minn hekk, għandu jissaħħaħ l-appoġġ dirett mill-Kummissjoni Ewropea għal strutturi supralokali li diġà jeżistu fl-Istati Membri (bħal départements, Landkreise, powiats, județe, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom stess biex jagħtu pariri lil muniċipalitajiet żgħar, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; tabilħaqq, l-awtoritajiet lokali kollha għandu jkollhom l-uffiċjali tagħhom inkarigati minn affarijiet tal-UE/finanzjament tal-UE, sabiex jappoġġjaw din il-ħidma; |
|
58. |
jitlob li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jagħmlu provvedimenti għal appoġġ tekniku li għandu jintuża għall-muniċipalitajiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett partikolari; |
|
59. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-possibbiltà fl-ambitu tal-Inizjattiva Urbana Ewropea li toffri taħriġ fuq il-post lil żoni urbani żgħar, u jissuġġerixxi li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali futuri tal-Inizjattiva Urbana Ewropea jaġixxu bħala intermedjarji għall-appoġġ ta’ żoni urbani żgħar; |
|
60. |
jenfasizza li għal żoni urbani żgħar, il-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi tista’ tkun ta’ sfida minħabba r-riżorsi amministrattivi limitati tagħhom u d-diffikultà li wieħed jinnaviga proċessi kumplessi ta’ governanza f’diversi livelli bħall-finanzjament tal-UE; |
|
61. |
josserva li l-kollaborazzjoni hija essenzjali għal żoni urbani żgħar. Dan jinkludi kooperazzjoni ma’ żoni ġirien biex jiġu indirizzati kwistjonijiet interkonnessi, jew jingħaqdu flimkien biex tinħoloq “massa kritika territorjali”; |
|
62. |
jenfasizza li għal tranżizzjonijiet soċjetali ewlenin, bħat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, żoni urbani iżgħar sikwit ikollhom iserrħu fuq l-appoġġ taċ-ċittadini u l-intrapriżi tagħhom peress li ma għandhomx il-mezzi biex imexxu u jiffinanzjaw tali proċessi ta’ innovazzjoni soċjali; |
|
63. |
ifakkar li l-komunitajiet lokali impenjati mhux biss isaħħu l-identitajiet lokali, l-innovazzjoni soċjali u l-koeżjoni, iżda jistimulaw ukoll il-kollaborazzjoni fi żminijiet ta’ tnaqqis jew tranżizzjoni ekonomika. |
Konklużjonijiet
|
64. |
jikkonkludi li ż-żoni urbani żgħar jeħtieġu definizzjoni ċara, aċċettata u rikonoxxuta. Jeħtieġu l-kapaċità amministrattiva biex isawru t-tranżizzjonijiet multidimensjonali tagħhom u jiżviluppaw perspettivi fit-tul. Jeħtieġu wkoll l-għarfien, il-koordinazzjoni tal-politika u awtonomizzazzjoni biex jimmobilizzaw in-nies, ir-riżorsi u l-programmi ta’ finanzjament tal-UE. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Definizzjoni dettaljata taż-żoni urbani ż-żgħar u ta’ daqs medju hija bbażata fuq kombinazzjoni tas-sejbiet tal-proġett TOWN tal-ESPON (2014) u l-klassifikazzjoni tal-livell ta’ urbanizzazzjoni tal-OECD-KE (li hija bbażata fuq id-densità tal-popolazzjoni mqabbla mad-daqs ta’ agglomerazzjoni urbana). Iż-żoni urbani żgħar u ta’ daqs medju huma definiti bħala raggruppamenti urbani kontinwi b’popolazzjoni ta’ aktar minn 5 000 abitant u b’densità ogħla minn 300 abitant/km2, li mhumiex ikkunsidrati bħala raggruppamenti Urbani ta’ Densità Għolja skont il-grad ta’ urbanizzazzjoni għall-unitajiet amministrattivi lokali (DEGURBA) (ESPON, 2014).
(2) Kif approvat mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU fil-5 ta’ Marzu 2020: “Rakkomandazzjoni dwar il-metodu kif jiġu delineati l-bliet, iż-żoni urbani u rurali għal tqabbil statistiku internazzjonali”, imħejjija mill-Kummissjoni Ewropea — Eurostat u d-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana — ILO, FAO, OECD, UN-Habitat, Bank Dinji.
(3) Rapport tal-OECD dwar Access and Cost of Education and Health Services: Preparing regions for demographic change (L-Aċċess u l-Ispiża tas-Servizzi tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa: nħejju lir-reġjuni għat-tibdil demografiku).
(4) Ara l-proġett ROBUST ta’ Orizzont 2020, www.rural-urban.eu
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/51 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni ġdida”
(2023/C 79/09)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
Għaliex hija kruċjali? L-Aġenda għall-Innovazzjoni tista’ tkun strumentali biex titħaffef it-trasformazzjoni
|
1. |
jilqa’ l-Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni ġdida biex tingħata spinta lill-ħsieb innovattiv u tiġi stimulata l-azzjoni għall-innovazzjoni bl-għan li l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem fix-xjenza, il-bażi industrijali, l-ekosistemi vibranti tan-negozji ġodda, il-kundizzjonijiet li jwasslu għall-innovazzjoni, u l-bażi tat-talent. Il-KtR jisħaq li l-miri ambizzjużi tal-politika tal-innovazzjoni tal-UE jistgħu jintlaħqu billi tiġi evitata l-frammentazzjoni u billi jiġu organizzati miżuri influwenti permezz ta’ kollaborazzjoni effettiva bejn l-industrija, l-akkademja, l-inizjattivi soċjali u l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali, fil-livell lokali, reġjonali u dak transreġjonali, filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali kkawżati mit-tibdil fil-klima, il-ħtieġa għal reżiljenza akbar għat-theddid għas-saħħa, jew it-trasformazzjoni diġitali, biex insemmu xi wħud; |
|
2. |
iqis, madankollu, li din il-Komunikazzjoni kellha tipproponi oqsma ġodda u approċċ aktar profond għall-innovazzjoni fil-politiki Ewropej. Fil-kuntest ta’ sfidi multipli (globalizzazzjoni, ambjent, saħħa, tixjiħ tal-popolazzjoni, depopolazzjoni ta’ żoni rurali kbar u paċi/gwerra), il-Kummissjoni għandha tislet mit-tagħlimiet meħuda minn dawn il-kriżijiet, taħseb b’mod kreattiv, u fost oħrajn, tiftaħ dibattitu dwar it-tip ta’ innovazzjoni li hija meħtieġa għal soċjetà Ewropea reżiljenti. Il-ħtieġa li tiżdied l-enfasi fuq l-innovazzjonijiet soċjetali u soċjali hija partikolarment sinifikanti, kemm f’dawk relatati direttament mal-isfidi msemmija hawn fuq, kif ukoll f’oħrajn, bħall-impjiegi, speċjalment taż-żgħażagħ; |
|
3. |
jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea żżid mal-Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni ġdida mingħajr dewmien miżuri komplementari li jiffukaw fuq kwistjonijiet soċjetali, soċjali u tal-enerġija, u tintegra dawn il-miżuri biex taċċellera t-trasformazzjonijiet soċjetali lejn tkabbir sostenibbli; |
|
4. |
jirrimarka li l-miżuri ta’ politika jridu jinkludu miri ċari biex jingħalqu żewġ distakki fl-innovazzjoni: f’diversi oqsma tal-politika tal-innovazzjoni, l-Ewropa qiegħda taqa’ lura meta mqabbla mal-mexxejja globali — l-Istati Uniti u l-Asja — u fi ħdan l-UE, bosta reġjuni ma jqisux biżżejjed l-importanza kruċjali tal-innovazzjoni, ir-reġjuni bl-aqwa prestazzjoni huma sa disa’ darbiet aktar innovattivi minn dawk bl-agħar prestazzjoni; Il-KtR ifakkar li mhux ir-reġjuni kollha għandhom l-istess riżorsi tekniċi, umani u finanzjarji biex itejbu r-riżultati tagħhom fil-qasam tal-innovazzjoni; |
|
5. |
jisħaq li l-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Innovazzjoni ġdida tirrikjedi miżuri aktar radikali milli l-UE tipikament tadotta fl-inizjattivi ta’ politika tagħha fl-Ewropa kollha, u li l-proċessi ta’ innovazzjoni għandhom ikunu aktar sistemiċi u jieħdu aktar riskji. Din il-mira jeħtieġ li tkun ċara, realistika, ta’ sfida u li tista’ titkejjel biex jirdoppja l-impatt u jitnaqqas bin-nofs iż-żmien tal-proċess; |
|
6. |
jenfasizza li l-Aġenda ta’ Innovazzjoni jeħtieġ li tkun sinjal kritiku għall-UE kollha biex twettaq azzjonijiet konkreti u b’impatt — immedjati kif ukoll fit-tul — biex tindirizza d-distakki fl-innovazzjoni u tippromovi ekosistemi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali bbażati fuq il-post; |
|
7. |
jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-mewġa l-ġdida ta’ innovazzjoni — l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda — hija msejsa fuq xjenza, teknoloġija u inġinerija mill-aktar avvanzati, u li ħafna drabi żżewweġ l-avvanzi fl-isferi fiżiċi, bijoloġiċi u diġitali u li għandha l-potenzjal li tipprovdi soluzzjonijiet trasformattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. Il-KtR jenfasizza li l-għan ta’ din il-mewġa l-ġdida għandu jkun li jitħaffu l-proċessi multidixxiplinari ta’ kokreazzjoni li se jżidu l-innovazzjoni soċjetali (1) u soċjali (2) sabiex jittejbu l-prosperità u l-benesseri tal-individwi u tal-komunitajiet, u li dawn l-azzjonijiet għandhom iqisu l-aspetti umani b’mod rigoruż, sabiex l-Ewropa tibbenefika iktar mill-iżvilupp ta’ mentalità ta’ tmexxija intraprenditorjali universali; |
|
8. |
jilqa’ r-rikonoxximent tal-azzjoni pilota Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali u, b’mod aktar speċifiku, ir-rikonoxximent tar-rwol tas-Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali fil-promozzjoni tal-widien reġjonali tal-innovazzjoni teknoloġika profonda interkonnessi, konnessi fil-livell interreġjonali, u l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali; |
|
9. |
jesprimi dispjaċir li l-Kummissjoni Ewropea tilfet l-opportunità li tenfasizza l-ħtieġa ta’ rabta b’saħħitha bejn l-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka permezz taċ-ċentri taż-Żona (3); |
|
10. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE jżidu r-ritmu tal-ħolqien ta’ ċentri taż-ŻER bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni taż-ŻER, biex jiġi żgurat li s-sħubijiet u l-azzjonijiet tar-RŻI jiġu aġġornati bħala oqsma ta’ prijorità fuq l-aġendi tal-mexxejja politiċi lokali u reġjonali; |
Għaliex l-innovazzjonijiet u t-tmexxija tal-UE fit-teknoloġija profonda huma aktar kritiċi minn qatt qabel?
|
11. |
jenfasizza l-potenzjal tal-Ewropa li ssir mexxejja globali fl-innovazzjoni, fl-oqsma li ġejjin: sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, batteriji, teknoloġiji diġitali, drones u intelliġenza artifiċjali (IA), informatika ta’ prestazzjoni għolja, produzzjoni u disinn tas-semikondutturi, beni komuni industrijali (industry commons), saħħa u ikel, akkwist tal-innovazzjoni, u kollaborazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet permezz ta’ programmi tal-UE. Il-KtR jirrimarka wkoll li l-kumpaniji tal-UE huma mexxejja globali fil-privattivi ekoloġiċi ta’ valur għoli u fil-privattivi ekoloġiċi f’industriji intensivi fl-enerġija. Barra minn hekk, waħda minn kull ħames pubblikazzjonijiet globali tax-xjenza tal-ogħla kwalità tiġi prodotta fl-UE. Madankollu, biex issir mexxejja globali fin-negozju u r-RŻI jeħtieġ li jiġu implimentati bis-sħiħ ħafna strumenti ta’ politika ambizzjużi; |
|
12. |
jisħaq li s-suċċess jista’ jinkiseb biss permezz ta’ azzjoni konnessa fil-livell lokali/reġjonali. Il-KtR jenfasizza l-fatt li l-Ewropa għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti u ċ-Ċina fil-finanzjament tal-proċess kollu tal-innovazzjoni. L-investiment privat qed jikber b’rata aktar mgħaġġla minn bnadi oħra, iżda l-Ewropej bil-kapital ta’ riskju għadhom relattivament avversi għar-riskju meta jiġu biex jagħmlu investimenti sinifikanti meta mqabbla ma’ dawk fl-Istati Uniti u ċ-Ċina; |
|
13. |
jitlob li jinsiltu tagħlimiet mit-tnax-il aġenda għall-innovazzjoni preċedenti tal-UE matul dawn l-aħħar deċennji, li ma biddlux biżżejjed ix-xejra tal-innovazzjoni fis-segwenti:
|
|
14. |
iħeġġeġ lill-bliet u lir-reġjuni jieħdu approċċ immexxi mill-missjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi kritiċi soċjetali u biex jistabbilixxu l-missjonijiet tagħhom, bħall-pjani direzzjonali u l-pjani ta’ azzjoni tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali u d-Diġitalizzazzjoni. Dawn għandhom iqisu l-Istrateġiji Reġjonali ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u jużaw l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE, dawk nazzjonali, reġjonali u lokali, kemm pubbliċi kif ukoll privati. Iż-żieda fis-sinerġiji bejn il-FEŻR, il-programm Ewropa Diġitali u l-programm Orizzont hija essenzjali, speċjalment biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-SMEs, l-universitajiet, iċ-ċentri tat-teknoloġija u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni. It-tisħiħ tan-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali jgħin biex jiġu ġestiti l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u biex jiġu stabbiliti kurituri u networks Ewropej għat-tmexxija globali; |
|
15. |
jirreferi għall-inizjattivi ta’ suċċess u l-aħjar prattiki mill-bliet u r-reġjuni, inklużi kampanji tal-UE mal-KtR, bħad-Djalogi taċ-Ċittadini, il-Kampijiet tal-Innovazzjoni, ir-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej u x-Xjenza Tiltaqa’ mar-Reġjuni, li wrew kif l-inkorporazzjoni lokali tgħin biex jinbeda djalogu ffukat dwar l-isfidi man-networks lokali differenti tal-atturi biex jingħelbu l-ostakli istituzzjonali u fil-mentalità fl-indirizzar tal-isfidi soċjetali; |
|
16. |
ifakkar li t-teknoloġija profonda hija mmirata lejn il-progress soċjetali, u jeħtieġ li jitqies il-kunċett ta’ aċċettabbiltà u utilità soċjali. Dan jirrikjedi żieda fl-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, biex iwasslu għan-newtralità teknoloġika u biex tiġi evitata dipendenza minn teknoloġija speċifika partikolari. Il-KtR jenfasizza li l-innovazzjoni soċjetali tinvolvi kapaċitajiet għas-soluzzjoni tal-problemi u aspetti intraprenditorjali fl-indirizzar tat-tfixkil biex b’hekk jinħoloq valur u jiġu evitati ostakli u spejjeż negattivi għas-soċjetà. Għalhekk, l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Innovazzjoni jeħtieġ li tagħti attenzjoni aktar soda lill-partijiet ikkonċernati kollha tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, inklużi ċ-ċittadini u, b’mod aktar wiesa’, ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u l-proċessi ta’ kokostruzzjoni meħtieġa; |
|
17. |
jirrimarka li n-networks ta’ għarfien globali u t-tagħlim kollaborattiv huma essenzjali, u għalhekk l-atturi lokali li jipparteċipaw f’networks internazzjonali, bħal xjenzati, kumpaniji, u NGOs konnessi globalment, jistgħu u għandhom iġibu l-għarfien rilevanti u s-soluzzjonijiet potenzjali minn barra l-kuntest lokali; |
|
18. |
jenfasizza li l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti għandhom rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali biex jistimulaw aħjar it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u jsolvu l-isfidi soċjetali b’mod minn isfel għal fuq, kollaborattiv u dipendenti fuq il-kuntest, bis-soluzzjonijiet li ġew riċerkati l-aħjar. Il-KtR jilqa’ l-isforzi tan-network tal-Inizjattiva Vanguard biex jinbnew ktajjen tal-valur industrijali Ewropej ibbażati fuq komplementarjetajiet fl-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti; |
|
19. |
jargumenta li l-governanza tal-innovazzjoni għandha tibbenefika mid-diversità fit-tendenzi ta’ tmexxija u ta’ ġestjoni għall-iżvilupp ta’ prattiki komportamentali u maniġerjali biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn mentalità intraprenditorjali u soċjetà tat-tagħlim — li topera għall-ġenerazzjonijiet kollha u bejn il-fruntieri kollha — li tkun effettiva fil-kodisinn, fil-kollaborazzjoni, il-kondiviżjoni tal-għarfien, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza; |
|
20. |
iqis li meta s-soluzzjonijiet teknoloġiċi għal sfida soċjetali jkunu appoġġjati b’mod wiesa’ u ppruvati sew, bħal fil-ġemellaġ tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, il-livell tal-UE għandu rwol vitali x’jaqdi fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għat-tkabbir, il-kondiviżjoni u l-istabbiliment tal-istandards b’enfasi fuq l-iskop u l-impatt, filwaqt li tiġi evitata regolamentazzjoni li twassal għal lock-ins teknoloġiċi. Dan l-appoġġ jista’ jiġi żviluppat permezz ta’ involviment imsaħħaħ taċ-ċittadini bl-użu ta’ diversi strumenti ta’ komunikazzjoni; |
|
21. |
ifakkar li hemm domanda dejjem akbar biex jinħolqu b’mod konġunt politiki ta’ innovazzjoni ddedikati fi ħdan ir-reġjuni u s-setturi industrijali — u li dan jirrikjedi progress aktar mgħaġġel fit-teknoloġija profonda, fil-ġemellaġġ ekoloġiku u diġitali u fl-SDGs; |
In-natura tal-innovazzjoni: ibbażata fuq il-post, strutturali, trasformattiva, b’enfasi fuq l-impatt
|
22. |
jafferma mill-ġdid li l-politika Ewropea tal-innovazzjoni, flimkien mal-politika Ewropea tar-riċerka, jeħtieġ li tiżgura d-disponibbiltà ta’ xjenza ta’ kwalità għolja biex tagħti spinta lill-innovazzjoni u tgħin lis-soċjetà u lin-negozji jiffaċċjaw u jindirizzaw il-kriżijiet u l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-bliet u r-reġjuni kollha tal-UE llum il-ġurnata. Il-KtR jenfasizza r-rwol importanti kontinwu tal-finanzjament reġjonali Ewropew permezz tal-FEŻR u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. Il-KtR iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iqisu d-dikjarazzjoni (4) tal-Kummissjoni Ewropea li l-qafas regolatorju għall-2021-2027 li jirregola l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni taħt ġestjoni kondiviża u l-fondi taħt ġestjoni diretta jippermetti sinerġiji msaħħa bejn il-FEŻR u Orizzont Ewropa; |
|
23. |
jinnota li l-pjan ta’ azzjoni konġunt tal-Kummissjoni Ewropea u l-KtR fil-qasam tar-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, u l-politiki relatati biex jiżdiedu l-flussi tal-għarfien u t-tagħlim kollaborattiv fit-tfassil tal-politika fl-Ewropa kollha joffri opportunitajiet biex ir-riċerkaturi, l-intraprendituri, u s-soċjetà ċivili jingħataw is-setgħa biex jikkonsolidaw l-ekosistemi reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom u jsiru parti integrali minn network pan-Ewropew ta’ eċċellenza; |
|
24. |
jirrimarka li l-finanzjament tal-UE mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (maħsub l-aktar għall-irkupru u t-tiġdid ekonomiku wara l-COVID-19) u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (intiż l-aktar biex jappoġġja r-reġjuni tal-faħam u t-territorji l-oħra l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika) għadu ma jistax iwassal l-impatt sħiħ tiegħu fit-trawwim tal-innovazzjoni, l-aktar minħabba li l-proċessi involuti għall-użu tal-fondi jimxu bil-mod ħafna u huma soġġetti għal regoli stretti tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; |
|
25. |
jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-KtR, li jippermetti liċ-ċittadini u lir-rappreżentanti eletti demokratikament tagħhom jinfluwenzaw id-direzzjoni u l-iskop tal-innovazzjoni, u jiżviluppaw soluzzjonijiet bħala utenti innovaturi. F’dan ir-rigward, huwa importanti li nirresponsabbilizzaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u nappoġġjawhom b’kull mod, kif ukoll niżguraw li huma mħejjija sew biex jappoġġjaw l-innovazzjoni fil-livell lokali; |
|
26. |
jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm rabta aħjar bejn l-Aġenda għall-Innovazzjoni u l-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar billi jintużaw is-sejbiet reċenti tan-network RegHub tal-KtR dwar l-akkwist pubbliku (5) u jitneħħew l-ostakli għall-investiment pubbliku (6), u billi jiġi involut l-iżvilupp lokali u reġjonali biex jinstabu soluzzjonijiet regolatorji innovattivi li jippromovu l-innovazzjoni. Hawnhekk l-approċċ tal-beni komuni industrijali u dawk soċjetali huwa essenzjali fl-integrazzjoni taż-żewġ aġendi; |
|
27. |
fir-rigward tal-politika tar-riċerka tal-UE, l-aġenda ta’ politika taż-ŻER, u l-Forum taż-ŻER, jitlob li t-teħid ta’ deċiżjonijiet ikun aktar miftuħ, biċ-ċittadini jkunu kontributuri u atturi attivi, filwaqt li jqis bis-sħiħ il-kontribut tal-KtR u tal-partijiet ikkonċernati konnessi reġjonalment. Dan ifisser li ssir enfasi akbar fuq il-valur pubbliku tax-xjenza u l-innovazzjoni meta jintgħażlu l-isfidi li għandhom jiġu indirizzati mill-UE, filwaqt li fl-istess ħin jinbena l-appoġġ pubbliku meħtieġ għal aktar żvilupp u implimentazzjoni; |
Punti speċifiċi dwar il-ħames oqsma ta’ inizjattiva ewlenin
Inizjattiva ewlenija dwar il-finanzjament lin-negozji tat-teknoloġija profonda li qed jespandu
|
28. |
jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej għandhom suq finanzjarju funzjonali bbażat fuq kapital ta’ riskju appoġġjat mill-gvern nazzjonali u swieq ta’ ekwità privata, u li l-fond propost tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) li jipprovdi għotjiet pubbliċi u investiment ta’ ekwità paċenzjuż għandu jġib valur addizzjonali lis-suq u jevita li jfixkel dak eżistenti; |
|
29. |
jenfasizza li hemm bżonn ta’ finanzjament għall-inizjattivi li joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għal kumpaniji ġodda u innovattivi bbażati fuq it-teknoloġija biex ikomplu joperaw fiż-żona lokali tagħhom bl-użu ta’ sinerġiji u jiżviluppaw komplementarjetajiet addizzjonali ma’ partijiet ikkonċernati lokali oħra, bħal organizzazzjonijiet ta’ riċerka u kumpaniji oħra; |
|
30. |
iqis li rabtiet aktar robusti bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jinkludu t-tixrid effettiv tar-riżultati ta’ proġetti mwettqa taħt il-programm ta’ riċerka Orizzont — b’enfasi partikolari fuq il-valur tagħhom fuq it-titjib tal-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u t-Triangolu tal-Għarfien (riċerka, edukazzjoni u innovazzjoni), u fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-bliet, ir-reġjuni, u ċ-ċittadini, b’mod partikolari fuq l-impjiegi u l-benesseri. Il-KtR jenfasizza l-ħtieġa li r-riżultati tal-proġetti ta’ riċerka tal-Orizzont dwar il-portali tad-data miftuħa tal-istituzzjonijiet jinxterdu b’mod effettiv; |
|
31. |
jafferma mill-ġdid li l-EIC u l-portafoll tiegħu mhumiex magħrufa sew fost l-industriji, in-negozji ġodda, in-negozji li qed jespandu, u l-SMEs madwar l-Ewropa. L-aċċess għas-servizzi tiegħu għandu jkun aktar sempliċi u aktar faċli biex jintuża; |
|
32. |
jitlob li r-rwol tal-fond tal-EIC ikun katalizzatur, b’perjodu ta’ żmien twil iżda limitat, u jħeġġeġ li l-ħruġ b’suċċess jinkiseb permezz ta’ offerti pubbliċi inizjali; |
|
33. |
jipproponi li l-enfasi għandha tkun fuq negozji u ekosistemi ġodda li jirrikjedu investimenti kbar ħafna b’perjodi ta’ żmien twal, bħall-batteriji tal-karozzi elettriċi, l-idroġenu, is-semikondutturi li għandhom it-tendenza ma jattirawx finanzjament privat dirett kmieni biżżejjed; l-investimenti trasformattivi jeħtieġu finanzjament pubbliku “paċenzjuż”, aktar milli finanzjament privat, li prinċipalment jixpruna l-innovazzjoni “abbażi tas-suq”; |
|
34. |
jenfasizza li t-“tensjoni kreattiva” u l-“qerda kreattiva” huma mezzi effettivi biex tiġi vvintata xi ħaġa li hija notevolment ġdida — il-ħolqien konġunt ta’ inizjattivi rivoluzzjonarji. Dan jirrikjedi użu parzjali tal-finanzjament tal-UE biex jinżammu, jiġu attirati u organizzati mill-ġdid it-talenti u r-riżorsi minn inizjattivi ta’ kwalità għolja tal-ekonomija tas-suq li indirizzaw sfidi simili bl-użu ta’ sħubijiet kummerċjali u/jew pubbliċi-privati ta’ esperjenza u li ilhom għaddejjin; |
|
35. |
ifakkar li l-Ewropa teħtieġ taċċellera l-proċess kollu tal-innovazzjoni fuq il-post abbażi tal-iskrinjar ta’ ideat kreattivi, l-esperimentazzjoni, l-ittestjar, il-ħolqien ta’ prototipi, it-tagħlim komparattiv, u l-applikazzjoni fuq skala akbar. Il-Kummissjoni Ewropea għandha turi l-innovazzjoni tagħha billi toħloq forom ġodda għall-finanzjament ta’ attivitajiet lokali li juru potenzjal globali fil-fażi inizjali tagħhom. Dawn l-iskemi ta’ finanzjament tal-UE jinkoraġġixxu l-finanzjament tal-fattibbiltà nazzjonali u reġjonali, inkluż l-użu attiv tal-fondi ta’ koeżjoni; |
|
36. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tmexxi u tindirizza l-aktar problema strutturali sinifikanti fis-suq tal-ishma billi tippermetti lill-kumpaniji elenkati joħorġu ishma ġodda u jbigħuhom lis-suq mingħajr proċess peżanti ta’ ħruġ ta’ ishma; |
|
37. |
jenfasizza li, filwaqt li s-suċċess ta’ kwalunkwe aġenda ta’ innovazzjoni jiddependi fuq il-kapaċità kontinwa li jiġu sostitwiti prodotti u servizzi qodma b’oħrajn ġodda, l-effetti ta’ tfixkil tagħha għandhom jiġu indirizzati permezz tal-kodisinn u l-kokostruzzjoni biex tiġi żgurata aċċettazzjoni dejjiema, bl-involviment ukoll tal-atturi lokali u reġjonali; |
Inizjattiva ewlenija biex niffaċilitaw l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda bi spazji tal-esperimentazzjoni u l-akkwist pubbliku
|
38. |
jenfasizza l-importanza tal-Proċess ta’ Skoperta Miftuħa u jirreferi għal korp ta’ riċerka u metodi ppruvati għall-orkestrazzjoni u l-ġestjoni ta’ proċessi ta’ kollaborazzjoni u esperimentazzjoni f’diversi livelli fi trasformazzjoni sistemika radikali. Il-KtR jirrikonoxxi l-ħtieġa li jittejbu l-kapaċitajiet professjonali u l-postijiet tax-xogħol biex isiru ambjenti ta’ tagħlim li jiġġeneraw ideat li jistgħu jitwettqu, billi jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-fiduċja u l-esperimentazzjoni fi proġetti konġunti b’viżjoni, għanijiet, strateġiji u pjani ta’ azzjoni approvati; |
|
39. |
jenfasizza li f’approċċ ibbażat fuq il-kooperazzjoni f’diversi livelli, is-soluzzjonijiet għall-problemi lokali għandhom, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jiġu żviluppati b’mod konġunt mal-partijiet ikkonċernati kollha tal-ispirali kwadrupli b’mod konness f’ambjenti tad-dinja reali. Dan l-iżvilupp se jwassal għal tagħlim rapidu, espansjoni u korrezzjonijiet rapidi fit-triq tal-innovazzjoni — filwaqt li ċerti partijiet tal-koordinazzjoni u l-monitoraġġ iseħħu fil-forma ta’ networks transreġjonali. L-għan huwa li jiġi rikonoxxut x’inhu possibbli, u jiġu estiżi l-aspettattivi ta’ dak li huwa possibbli biex dak li huwa impossibbli jsir possibbli, wara jitqabblu prattiki alternattivi biex jiġu evalwati u jkun hemm tagħlim dwar mogħdijiet ta’ esperimentazzjoni ta’ suċċess u dawk li ma rnexxewx, kif ukoll li jiġu mħeġġa d-diffużjoni u l-adozzjoni tal-innovazzjoni barra mill-kuntest oriġinali tagħha; |
|
40. |
itenni li monitoraġġ u valutazzjoni adegwati tal-innovazzjoni huma essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-politika. Il-KtR ifakkar (7) fl-użu u l-iżvilupp ulterjuri tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali dwar politiki reġjonali bbażati fuq il-post. Il-KtR ifakkar li din hija għodda essenzjali biex jitqabblu l-bidliet fil-prestazzjoni tal-politiki ta’ innovazzjoni reġjonali u biex jiġu organizzati proċessi ta’ tagħlim komparattiv bejn ir-reġjuni, u b’hekk jittejbu l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti; |
|
41. |
jenfasizza li l-esperimentazzjoni fuq skala kbira tirrikjedi Sħubijiet Ewropej fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa, l-użu ta’ akkwist pubbliku innovattiv, u l-appoġġ tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-innovazzjoni, mill-istadji bikrija tar-riċerka sal-prova tal-kunċett, it-trasferiment tat-teknoloġija, u l-finanzjament u l-espansjoni tal-esperimenti, il-kumpaniji, u n-negozji ġodda biex jirnexxu, bħala sors ta’ ispirazzjoni, fi proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs) u Widien tal-Idroġenu; |
Inizjattiva ewlenija biex inħaffu u nsaħħu l-innovazzjoni fl-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni madwar l-UE u nindirizzaw id-distakk fl-innovazzjoni
|
42. |
jipproponi li l-widien tal-innovazzjoni reġjonali, flimkien mal-istituzzjonijiet ewlenin tal-edukazzjoni għolja għandhom isiru katalisti essenzjali għall-bidla soċjetali u industrijali u għandhom jippermettu lir-reġjuni b’oqsma simili ta’ speċjalizzazzjoni jikkollaboraw u jmexxu ’l quddiem proġetti konġunti ta’ innovazzjoni. F’dan il-kuntest se tkun meħtieġa sistema komprensiva, koordinata u deċentralizzata għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-programmi; |
|
43. |
jinnota li biex jintlaħqu l-miri li ġew stabbiliti, Orizzont Ewropa (EUR 100 miljun) u l-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni (I3) (EUR 70 miljun) taħt il-FEŻR se jipprovdu biżżejjed riżorsi biss għall-qafas inizjali, li għandu jiġi appoġġjat minn sforzi radikalment aktar estensivi u finanzjament sussegwenti. Il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa sinerġiji effettivi bejn dawn il-flussi ta’ finanzjament billi tibni fuq inizjattivi bħas-Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali u n-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali; |
|
44. |
jilqa’ l-miżuri effettivi tal-Kummissjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-dimensjoni reġjonali fil-politika tal-UE u l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali bħala l-muftieħ biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u tinkiseb l-awtonomija strateġika tal-UE għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-KtR jirrimarka li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja huma fil-qalba tal-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali b’kultura b’saħħitha ta’ negozji ġodda u negozji. L-istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni għolja, speċjalment l-universitajiet tax-xjenzi applikati u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja simili oħrajn li joperaw fl-iżvilupp ta’ prattika fil-ħajja reali, jeħtieġ li jsaħħu r-rwol tagħhom bħala xpruni attivi tal-innovazzjoni fir-reġjuni, jiżguraw it-taħriġ ta’ professjonisti tant meħtieġa, jattiraw talent ġdid, u jippermettu li innovazzjonijiet teknoloġiċi importanti jiġu trasferiti għall-ekonomija lokali; |
|
45. |
jirrimarka r-rwol importanti tal-edukazzjoni vokazzjonali, li tiffoka fuq it-taħriġ tat-tekniċi u professjonisti oħra orjentati lejn il-prattika, fl-implimentazzjoni ta’ din l-Aġenda ta’ Innovazzjoni; |
|
46. |
jenfasizza l-isfida fundamentali tal-aġenda Ewropea għall-innovazzjoni fit-teknoloġija profonda, li għandha inċentivi, esperjenzi u riżorsi inadegwati biex tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati fi tranżizzjoni sistemika. Neħtieġu wkoll inċentivi għall-bidla fl-istituzzjonijiet ewlenin tal-edukazzjoni għolja minn “ippubblika jew inqered” għal enfasi akbar fuq kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali ewlenin urġenti u jiġu appoġġjati l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda u t-trasferiment globali tat-teknoloġija f’kollaborazzjoni mal-industrija; |
|
47. |
jipproponi li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, flimkien mal-atturi l-oħra tal-ispiral kwadruplu, jeħtieġ li jiżviluppaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ orkestraturi professjonali tal-ekosistemi lokali fejn ir-riċerkaturi, l-istudenti u l-kumpaniji jesperimentaw flimkien u jippilotaw teknoloġiji ġodda fil-kultura l-ġdida intraprenditorjali u ta’ innovazzjoni; |
|
48. |
itenni l-importanza li l-inizjattivi jkunu mmirati u ffinanzjati biex jixxejnu ż-żewġ distakki fl-innovazzjoni ħalli jiġu ffaċilitati sħubijiet ta’ eċċellenza li jinvolvu għadd ta’ atturi fil-livell globali u aċċess miftuħ għal dawn anke għal imsieħba minn pajjiżi u reġjuni bi prestazzjoni baxxa. Dawn huma kruċjali għall-ħolqien ta’ ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE aktar robusta u koeżiva; |
|
49. |
itenni li ċ-ċentri taż-ŻER li jgħaqqdu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-atturi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni huma strument ideali biex jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ il-merti ta’ approċċ ibbażat fuq il-post għax-xjenza u l-innovazzjoni fil-ħolqien konġunt ta’ soluzzjonijiet ġodda biex jiġu indirizzati l-kriżijiet attwali permezz ta’ approċċ reġjonali minn isfel għal fuq; |
|
50. |
jirrakkomanda azzjonijiet permezz tan-Network Enterprise Europe f’termini ta’ trasferiment tat-teknoloġija internazzjonali u kooperazzjoni teknoloġika fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni; |
Inizjattiva ewlenija biex inrawmu, nattiraw u nżommu t-talenti fit-teknoloġija profonda
|
51. |
iħeġġeġ il-ħolqien ta’ pjan ta’ azzjoni partikolari b’inċentivi u finanzjament adegwat biex jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jaqdu rwol attiv biex isolvu sfidi soċjetali ewlenin, irawmu l-innovazzjoni fit-teknoloġija profonda fl-Ewropa, il-kollaborazzjoni mal-industrija, u l-integrazzjoni u jħarrġu t-talent meħtieġ fl-Ewropa; |
|
52. |
jenfasizza r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u speċjalment tal-istudenti, bħala katalisti bejn in-negozji ġodda u l-mentalità xjentifika u s-sħubijiet bejn l-universitajiet u l-industrija biex jappoġġjaw l-innovazzjoni fit-teknoloġija profonda u t-trasferiment tat-teknoloġija; l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom isiru l-muturi tal-bidla strutturali meħtieġa biex titħaffef l-innovazzjoni fit-teknoloġija profonda biex jinħoloq, jinżamm u jibqa’ t-talent fl-Ewropa. Iċ-ċentri tat-teknoloġija jistgħu jaqdu rwol importanti f’dan ir-rigward bħala medjaturi u faċilitaturi; |
|
53. |
jipproponi li l-aqwa istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jagħtu eżempju, bħal fl-Istati Uniti, għal oħrajn fil-bidla fil-mentalità lejn soċjetà li tagħti valur lill-intraprenditorija, lill-kumpaniji ġodda u li qed jikbru, lill-kollaborazzjoni bejn l-universitajiet u l-industrija, lit-teknoloġija profonda, u lill-indirizzar tal-isfidi soċjetali; |
|
54. |
jafferma mill-ġdid li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), il-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tiegħu, u l-portafolli tagħhom mhumiex magħrufa sew fost il-bliet, ir-reġjuni, l-istudenti, iċ-ċittadini u d-dinja akkademika madwar l-Ewropa; |
Inizjattiva ewlenija biex intejbu l-għodod tat-tfassil tal-politika
|
55. |
jirrakkomanda li jiżdied il-fehim tan-natura dejjem tinbidel tal-innovazzjoni fit-tfassil tal-politika lokali u reġjonali permezz tal-inizjattiva tas-Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali u l-kollaborazzjoni bejn il-JRC, id-DĠ RTD, id-DĠ GROW, id-DĠ REGIO u l-KtR. Din għandha ssir f’kooperazzjoni mat-territorji involuti fil-proġett pilota Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali tal-KtR-JRC u flimkien ma’ networks b’esperjenza madwar l-Ewropa kollha ffukati fuq l-innovazzjoni bħall-EARTO, ERRIN, u ENoLL; |
|
56. |
jinnota li din l-inizjattiva ewlenija tinkludi punti ta’ azzjoni li huma rilevanti ħafna għar-reġjuni u l-bliet. Il-KtR jaqbel mad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-appoġġ lir-reġjuni fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ innovazzjoni aħjar u jipproponi li jiġi nnegozjat pjan ta’ implimentazzjoni konġunt li jqis l-elementi differenti tal-Aġenda ta’ Innovazzjoni u ta’ din l-Opinjoni; |
|
57. |
ifakkar (lir-reġjuni kollha) li din l-Aġenda għall-Innovazzjoni ġdida hija sforz vitali u estensiv biex jinħolqu b’mod konġunt strumenti ġodda biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali jaħarqu li jeħtieġu kollaborazzjoni Ewropea, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tuża s-Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali u għodod oħra biex toħloq appoġġ għall-bliet u r-reġjuni ħalli jħejju l-aġendi ta’ innovazzjoni reġjonali tagħhom u jaċċelleraw il-miżuri ta’ innovazzjoni mal-partijiet interessati tagħhom; |
|
58. |
jaqbel mal-ħtieġa li jiġu definiti u użati t-terminoloġija, l-indikaturi, it-tassonomija tad-data, u settijiet ta’ data komparabbli ewlenin biex jiġi appoġġjat it-tfassil tal-politika assistit mill-evidenza, li ser jiġu ppubblikati fuq portali istituzzjonali tad-data miftuħa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess, l-użu u l-konsultazzjoni; |
Il-passi li jmiss
|
59. |
jipproponi li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka joħloq arena Ewropea ta’ kollaborazzjoni virtwali għall-kondiviżjoni, l-esperimentazzjoni u l-ittestjar ta’ metodi, għodod u prattiki fil-politiki u l-miżuri tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet jistgħu jużaw fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ innovazzjoni tagħhom; |
|
60. |
jenfasizza li l-proċess tal-Aġenda għall-Innovazzjoni jirrikjedi valutazzjoni regolari tal-progress u aġġustamenti mal-partijiet interessati; |
|
61. |
jenfasizza l-importanza kruċjali li jiżdiedu s-sinerġija u l-kollaborazzjoni bejn l-inizjattivi ewlenin tal-UE u li jintwera kif dan iseħħ fil-prattika reali fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni ġdida fil-livelli lokali u reġjonali. F’dan ir-rigward, l-UE u l-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom iżidu l-użu sinerġiku ta’ sorsi differenti ta’ finanzjament Ewropej u nazzjonali mmirati speċjalment biex isaħħu l-bażi tal-innovazzjoni tal-bliet u r-reġjuni; |
|
62. |
jenfasizza li sabiex jiżdied l-iżvilupp tan-negozju Ewropew li qed jespandi, jeħtieġ li l-mexxejja politiċi fil-livelli kollha jimpenjaw ruħhom biex jiffinanzjaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ħafna aktar milli għamlu sa issa u, b’dik l-għajnuna, jestendu pjattaformi ġodda ta’ tkabbir u ekosistemi tal-innovazzjoni miftuħa influwenti bbażati fuq il-post fl-Ewropa kollha. Il-fażi pijuniera tista’ tinħoloq bl-użu tar-reġjuni u l-bliet pilota li jipparteċipaw fis-Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali; |
|
63. |
jirrakkomanda li jiġi approfondit l-iżvilupp metodoloġiku biex jitwettqu l-proċessi ta’ trasformazzjoni sistemika fil-livelli kollha ta’ governanza, li jiffukaw fuq kollox fuq innovazzjonijiet trasformattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. Waħda mill-miri hija li jiżdied l-użu tal-aħjar għarfien ibbażat fuq ix-xjenza f’dawn il-proċessi ta’ trasformazzjoni. Il-mira l-oħra hija li jinħolqu b’mod konġunt il-prattiki fil-livell lokali għat-tmexxija Ewropea fil-punti b’saħħithom eżistenti bħall-Patt Ekoloġiku, l-approċċ tat-tranżizzjoni doppja, u t-tisħiħ tar-reżiljenza strateġika; |
|
64. |
iħeġġeġ biex tiġi ffaċċjata l-kompetizzjoni globali għat-talent u t-tmexxija fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, il-matematika u l-kapaċità tal-innovazzjoni, bl-użu ta’ żewġ inizjattivi tal-Istati Uniti bħala referenza: l-inizjattiva ta’ finanzjament il-ġdida il-Fondazzjoni Nazzjonali tax-Xjenza (National Science Foundation — NSF), imsejħa l-Muturi tal-Innovazzjoni Reġjonali (Regional Innovation Engines), li hija programm li jikkatalizza u jrawwem l-ekosistemi tal-innovazzjoni fl-Istati Uniti kollha, u l-Programm ta’ Aċċellerazzjoni tal-Intraprenditorija Reġjonali tal-MIT (MIT Regional Entrepreneurship Acceleration Program — REAP) li huwa inizjattiva globali u jgħin lir-reġjuni jaċċelleraw it-tkabbir ekonomiku u jippromovu l-progress soċjali permezz tal-intraprenditorija mmexxija mill-innovazzjoni; |
|
65. |
jenfasizza li l-Aġenda għall-Innovazzjoni se tirnexxi biss jekk tiġi evitata l-frammentazzjoni u jekk il-miżuri jiġu implimentati b’mod effettiv. L-Ewropa se ssir il-mexxejja globali fix-xjenza, il-bażi industrijali, l-ekosistemi vibranti tan-negozji ġodda, il-kundizzjonijiet li jwasslu għall-innovazzjoni, u l-bażi tat-talent — u dan se joħloq kundizzjonijiet favorevoli għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-SDGs tan-NU. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Il-Playbook tas-Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali juri ħtieġa għal trasformazzjonijiet soċjetali u l-użu tal-innovazzjoni soċjetali bħala wieħed mill-istrumenti.
(2) Definizzjoni tal-OECD ta’ innovazzjoni soċjali (https://www.oecd.org/regional/leed/social-innovation.htm).
(3) Ta’ min ifakkar li f’Novembru 2021, il-Kunsill Ewropew fassal 20 azzjoni ta’ prijorità, li waħda minnhom (“Il-bini ta’ ekosistemi reġjonali u nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jittejbu l-eċċellenza u l-kompetittività reġjonali/nazzjonali”) iddeskriviet il-ħtieġa li jiġu definiti u pilotati ċ-Ċentri taż-ŻER biex ikunu jistgħu jinħolqu ekosistemi kompetittivi tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-UE, biex jixxejnu d-distakki territorjali u biex jiġi żgurat il-fluss aktar faċli ta’ talenti u investimenti.
(4) Brussell, 5.7.2022 C(2022) 4747 final Anness tal-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz ta’ Avviż tal-Kummissjoni dwar is-sinerġiji bejn il-programmi tal-FEŻR u Orizzont Ewropa.
(5) https://cor.europa.eu/en/engage/Documents/RegHub/report-consultation-01-public-procurement.pdf
(6) https://cor.europa.eu/en/engage/Documents/RegHub/RegHub%20report%20on%2021%20century%20rules.pdf
(7) CoR-517-2020.
III Atti preparatorji
Il-Kumitat tar-Regjuni
Il-152 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 30.11.2022–1.12.2022
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Migrazzjoni legali. Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE”
(2023/C 79/10)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil
(COM(2022) 650)
Emenda 1
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ abbuż biex jinkiseb l-istatus ta’ resident għal żmien twil tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat għall-kategoriji kollha taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dan ir-riskju huwa partikolarment rilevanti għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru, billi l-għoti ta’ dawn il-permessi ta’ residenza mhux dejjem ikun soġġett għar-rekwiżit ta’ preżenza fiżika kontinwa fl-Istat Membru jew huwa sempliċiment soġġett għar-rekwiżit tal-preżenza tal-investituri fl-Istat Membru għal żmien limitat. Sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu l-kontrolli fuq ir-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjonijiet għal status ta’ resident għal żmien twil tal-UE ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu fi Stat Membru bi skambju għal xi tip ta’ investiment, bħal trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Istat. |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ abbuż biex jinkiseb l-istatus ta’ resident għal żmien twil tal-UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat għall-kategoriji kollha taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dan ir-riskju huwa partikolarment rilevanti għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru, billi l-għoti ta’ dawn il-permessi ta’ residenza mhux dejjem ikun soġġett għar-rekwiżit ta’ preżenza fiżika kontinwa fl-Istat Membru jew huwa sempliċiment soġġett għar-rekwiżit tal-preżenza tal-investituri fl-Istat Membru għal żmien limitat. Sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri , f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali jew reġjonali kompetenti, isaħħu l-kontrolli fuq ir-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjonijiet għal status ta’ resident għal żmien twil tal-UE ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu fi Stat Membru bi skambju għal xi tip ta’ investiment, bħal trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività li tikkontribwixxi għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Istat. |
Raġuni
Peress li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa huwa komponent li jeħtieġ li jiġi kkontrollat u mmonitorjat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali (eż. permezz tar-reġistrazzjoni tal-post ta’ residenza), kwalunkwe bidla fil-proċedura jew “tisħiħ” tal-kontrolli għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni ma’ dawn l-awtoritajiet. Dan jevita piż amministrattiv sproporzjonat u jipprovdi esperjenza “fil-prattika”.
Emenda 2
Premessa 20
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Jenħtieġ li l-kwalifiki professjonali miksubin minn ċittadin ta’ pajjiż terz fi Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti bl-istess mod kif isir għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-kwalifiki miksubin f’pajjiż terz jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b’konformità mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-prattika ta’ professjonijiet regolati. |
Jenħtieġ li l-kwalifiki professjonali miksubin minn ċittadin ta’ pajjiż terz fi Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti bl-istess mod kif isir għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-kwalifiki miksubin f’pajjiż terz jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b’konformità mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) , filwaqt li dispożizzjonijiet speċjali jistgħu jippermettu kunsiderazzjoni flessibbli fil-każ ta’ refuġjati, li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jipprovdu evidenza dokumentarja rilevanti u prova tal-kwalifiki . Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-prattika ta’ professjonijiet regolati. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għall-obbligu li joffru aċċess lill-ulied minuri ta’ migranti, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, għas-sistema edukattiva b’kundizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti għaċ-ċittadini tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-bniet migranti, li hemm aktar probabbiltà li jitħallew lura fis-sistema edukattiva. |
Raġuni
F’konformità mad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għas-sistema edukattiva lill-ulied minuri tal-applikanti u lill-applikanti minuri b’kundizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti għaċ-ċittadini tagħhom. Għalhekk, huwa propost li jinżamm dan il-paragrafu peress li ġie ripetut f’diversi okkażjonijiet li, għall-finijiet ta’ integrazzjoni kif suppost, l-ewwel punt huwa d-drittijiet li, jekk għandhom jiġu (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96) assimilati ma’ dawk ta’ ċittadini tal-Istat Membru, dawn id-drittijiet għandhom neċessarjament jinkludu d-dritt għall-edukazzjoni. Huwa importanti li jitfakkru l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bniet speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ prekarjetà u iżolament li jistgħu jkunu riżultat ta’ esperjenzi trawmatiċi ta’ migrazzjoni.
Emenda 3
Premessa 28
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-armonizzazzjoni tat-termini biex jinkiseb status ta’ resident għal-żmien twil tal-UE tippromwovi fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu minbarra l-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE. Jenħtieġ li tali permessi nazzjonali ta’ residenza ma jagħtux id-dritt tar-residenza fi Stati Membri oħra. |
L-armonizzazzjoni tat-termini biex jinkiseb status ta’ resident għal-żmien twil tal-UE tippromwovi fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu minbarra l-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE. Jenħtieġ li tali permessi nazzjonali ta’ residenza ma jagħtux id-dritt tar-residenza fi Stati Membri oħra. Ċittadini ta’ pajjiż terz jista’ jkollhom kemm l-istatus ta’ resident għal żmien twil tal-UE kif ukoll permess ta’ residenza nazzjonali jew permess ieħor ta’ residenza permanenti tal-UE. |
Raġuni
Għandu jiġi ċċarat li ċittadini ta’ pajjiż terz li diġà għandhom status ta’ resident għal żmien twil tal-UE huma intitolati għal permess ta’ stabbiliment nazzjonali, peress li dan jagħtihom drittijiet addizzjonali. La d- Id-Direttiva tal-Kunsill attwali 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44) u lanqas ir-riformulazzjoni ma jipprevedu li applikanti għal status tal-UE għandhom jirrinunzjaw il-permess ta’ residenza permanenti nazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, skont id-dritt tal-Unjoni, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jista’ jkollhom żewġ status ta’ residenza differenti.
Emenda 4
Artikolu 4(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa biex jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom u/jew kellhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru. |
L-Istati Membri , f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti, għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa biex jiżguraw li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa jiġi debitament immonitorjat, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom u/jew kellhom permess ta’ residenza mogħti fuq il-bażi ta’ xi tip ta’ investiment fi Stat Membru. |
Raġuni
Peress li r-rekwiżit ta’ residenza legali u kontinwa huwa komponent li jeħtieġ li jiġi kkontrollat u mmonitorjat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali (eż. permezz tar-reġistrazzjoni tal-post ta’ residenza), kwalunkwe bidla fil-proċedura jew “tisħiħ” tal-kontrolli għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni ma’ dawn l-awtoritajiet. Dan jevita piż amministrattiv sproporzjonat u jipprovdi esperjenza “fil-prattika”.
Emenda 5
Artikolu 4(5)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kwalunkwe perjodu ta’ residenza li wieħed jgħaddi bħala detentur ta’ viża għal żmien twil jew permess ta’ residenza maħruġ skont il-liġi tal-Unjoni dik nazzjonali, inklużi l-każijiet koperti fl-Artikolu 3(2)(a), (b), (c) u (e), għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun kiseb titolu ta’ residenza li jippermettilu li jingħata status ta’ resident għal żmien twil tal-UE. Fir-rigward ta’ persuni li jkun ingħatalhom l-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali, mill-anqas nofs il-perjodu bejn, id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat dik il-protezzjoni internazzjonali, u, id-data li fiha jkun ingħata l-permess ta’ residenza msemmi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2011/95/UE, jew dak il-perjodu kollu, jekk dan ikun ta’ aktar minn 18-il xahar, għandu jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. |
Kwalunkwe perjodu ta’ residenza li wieħed jgħaddi bħala detentur ta’ viża għal żmien twil jew permess ta’ residenza maħruġ skont il-liġi tal-Unjoni dik nazzjonali, inklużi l-każijiet koperti fl-Artikolu 3(2)(a), (b), (c) , (d) u (e), għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun kiseb titolu ta’ residenza li jippermettilu li jingħata status ta’ resident għal żmien twil tal-UE. |
Raġuni
Billi teskludi l-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2)(d), id-dispożizzjoni proposta, kif inhi, tipprovdi reġim inkonsistenti għal dawk li jfittxu l-ażil. Biex ikun hemm trattament konsistenti ta’ dawk li jfittxu l-ażil, it-tieni paragrafu għandu jitħassar.
Emenda 6
Artikolu 5(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati m embri jistgħu jeżiġu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkonformaw ma’ kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
L-Istati M embri jistgħu jeżiġu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkonformaw ma’ kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Għal dan il-għan, għandha tissaħħaħ governanza ta’ diversi atturi tal-migrazzjoni. L-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali, in-networks lokali u reġjonali, il-korpi kummerċjali u l-individwi privati akkreditati li jorganizzaw kwalunkwe programm ta’ integrazzjoni għandhom jirċievu appoġġ operattiv u finanzjarju suffiċjenti mill-Istat Membru, imfassal b’mod adattat għas-servizz ipprovdut. Dawn il-programmi ta’ integrazzjoni għandhom jiġu integrati fil-politiki kollha tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-parteċipazzjoni. |
Raġuni
Peress li ħafna drabi huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali, in-networks lokali u reġjonali, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u t-trade unions, li jimplimentaw korsijiet tal-lingwa u taċ-ċittadinanza – fl-ambitu tal-programm ta’ integrazzjoni – u/jew taħriġ vokazzjonali, huwa essenzjali li dawn jirċievu appoġġ adegwat mill-Istat għal dan il-għan. L-inklużjoni tal-integrazzjoni fil-politiki rilevanti taċċellera l-proċess ta’ integrazzjoni u tirrispetta l-valuri għad-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà u l-ugwaljanza, kif ukoll tibni approċċ komprensiv għall-migrazzjoni li jisfrutta l-benefiċċji tad-diversità.
Emenda 7
Artikolu 7
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. Biex jinkiseb status ta’ resident għal żmien twil tal-UE, iċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jirrisjedi. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata li tiġi stabbilita bil-liġi nazzjonali li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 5 kif ukoll, jekk meħtieġ, b’dokument validu tal-ivvjaġġar jew kopja tiegħu ċertifikata. |
1. Biex jinkiseb status ta’ resident għal żmien twil tal-UE, iċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jirrisjedi. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata li tiġi stabbilita bil-liġi nazzjonali li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 5 kif ukoll, jekk meħtieġ, b’dokument validu tal-ivvjaġġar jew kopja tiegħu ċertifikata. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw liċ-ċittadin tal-pajjiż terz dwar il-proċess tal-applikazzjoni fi żmien tliet xhur wara li jkun lesta l-perjodu mitlub ta’ residenza legali u kontinwa fit-territorju tal-Istat Membru. |
|
2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu lill-applikant notifikazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni kompleta. Kull deċiżjoni bħal din għandha tiġi notifikata liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat f’konformità mal-proċeduri ta’ notifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali. |
2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħtu lill-applikant notifikazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni kompleta. Kull deċiżjoni bħal din għandha tiġi notifikata liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat f’konformità mal-proċeduri ta’ notifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali. |
|
Meta d-dokumenti ppreżentati jew l-informazzjoni pprovduta b’sostenn għall-applikazzjoni jkunu inadegwati jew mhux kompleti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant bid-dokumenti jew bl-informazzjoni addizzjonali li huma meħtieġa u għandhom jistabbilixxu skadenza raġonevoli biex dan jippreżentahom jew jipprovdihom. Il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa ma jkunux ġew ipprovduti fi żmien dik l-iskadenza, l-applikazzjoni tista’ tiġi miċħuda. |
Meta d-dokumenti ppreżentati jew l-informazzjoni pprovduta b’sostenn għall-applikazzjoni jkunu inadegwati jew mhux kompleti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant bid-dokumenti jew bl-informazzjoni addizzjonali li huma meħtieġa u għandhom jistabbilixxu skadenza raġonevoli biex dan jippreżentahom jew jipprovdihom. Il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet ikunu rċevew id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa ma jkunux ġew ipprovduti fi żmien dik l-iskadenza, l-applikazzjoni tista’ tiġi miċħuda. |
|
Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata bid-drittijiet tagħha u l-obbligi skont din id-Direttiva. |
Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata bid-drittijiet tagħha u l-obbligi skont din id-Direttiva. |
|
Kull konsegwenza minħabba li ma titteħidx deċiżjoni sat-tmiem tal-perjodu previst f’din id-dispożizzjoni għandha tkun stabbilita bil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti. |
Kull konsegwenza minħabba li ma titteħidx deċiżjoni sat-tmiem tal-perjodu previst f’din id-dispożizzjoni għandha tkun stabbilita bil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti. |
|
3. Meta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 4 u 5 jkunu ssodisfati, u l-persuna ma tkunx tippreżenta theddida fis-sens tal-Artikolu 6, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat status ta' resident għal żmien twil tal-UE. |
3. Meta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 4 u 5 jkunu ssodisfati, u l-persuna ma tkunx tippreżenta theddida fis-sens tal-Artikolu 6, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat status ta' resident għal żmien twil tal-UE. |
|
4. Meta applikazzjoni għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu permess ta’ residenza nazzjonali maħruġ mill-istess Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 14, dan l-Istat Membru ma għandux jirrikjedi li l-applikant jagħti evidenza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) u (2), jekk il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet kienet diġà vverifikata fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-permess ta’ residenza nazzjonali. |
4. Meta applikazzjoni għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu permess ta’ residenza nazzjonali maħruġ mill-istess Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 14, dan l-Istat Membru ma għandux jirrikjedi li l-applikant jagħti evidenza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(1) u (2), jekk il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet kienet diġà vverifikata fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-permess ta’ residenza nazzjonali. |
|
|
5. Id-deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni għal residenza għal żmien twil għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. |
Raġuni
Huwa importanti li l-individwi eliġibbli biex japplikaw għall-permess ta’ residenza fit-tul jiġu infurmati kif dovut mill-awtoritajiet kompetenti dwar din il-possibbiltà, peress li hemm nuqqas serju ta’ informazzjoni pprovduta lill-applikanti għal residenza, li mhux biss jikkawża konfużjoni, nuqqas ta’ fehim u tamiet foloz għall-applikant, iżda wkoll piżijiet żejda u dewmien fil-proċess amministrattiv. Huwa propost li jiżdied ukoll paragrafu ġdid 5 mal-Artikolu 7 – imfassal fuq l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva dwar il-Karta Blu riformulata – sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jaġixxu b’mod proporzjonat u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.
Emenda 8
Artikolu 9(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Ir-residenti għal żmien twil tal-UE ma għandux ikollhom id-dritt li jżommu status ta’ resident għal żmien twil tal-UE fil-każijiet li ġejjin: |
Ir-residenti għal żmien twil tal-UE ma għandux ikollhom id-dritt li jżommu status ta’ resident għal żmien twil tal-UE fil-każijiet li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Qed jiġi propost li tiżdied il-kelma “aktar minn” sabiex ikun hemm allinjament ma’ dak li jingħad aktar ’il quddiem fid-Direttiva.
Emenda 9
Artikolu 14
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Permessi ta’ residenza nazzjonali ta’ validità permanenti jew bla limitu |
Permessi ta’ residenza nazzjonali ta’ validità permanenti jew bla limitu |
|
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-L-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu għajr il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE maħruġ skont din id-Direttiva. Tali permessi ta’ residenza ma għandhomx jikkonferixxu d-dritt ta’ residenza fl-Istati Membri l-oħra kif previst mill-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva. |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-L-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza ta’ validità permanenti jew bla limitu għajr il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE maħruġ skont din id-Direttiva. Tali permessi ta’ residenza ma għandhomx jikkonferixxu d-dritt ta’ residenza fl-Istati Membri l-oħra kif previst mill-Kapitolu III ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza permanenti nazzjonali għandhom jagħtu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li lilhom ikunu taw status ta’ residenti għal żmien twil tal-UE l-istess drittijiet u benefiċċji bħal dawk previsti mis-sistemi nazzjonali tagħhom jekk id-drittijiet u l-benefiċċji taħt dawk l-iskemi nazzjonali jkunu aktar favorevoli. |
Raġuni
Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti bejn il-permess ta’ resident għal żmien twil tal-UE u l-permess ta’ residenza permanenti nazzjonali, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jagħtu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom status ta’ residenti għal żmien twil l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus nazzjonali tagħhom. L-emenda proposta tirrifletti l-klawżola fl-Artikolu 11(6) tad-Direttiva riformulata dwar il-Karta Blu (UE) 2021/1883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE (ĠU L 382, 28.10.2021, p. 1).
Emenda 10
Artikolu 21(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
It-tieni Stat Membru għandu joħroġ lill-membri tal-familja tar-resident għal żmien twil tal-UE permessi ta’ residenza rinnovabbli li jkunu validi għall-istess perjodu bħall-permess maħruġ lir-resident għal żmien twil tal-UE. |
It-tieni Stat Membru għandu joħroġ lill-membri tal-familja tar-resident għal żmien twil tal-UE permessi ta’ residenza rinnovabbli li jkunu validi għall-istess perjodu bħall-permess maħruġ lir-resident għal żmien twil tal-UE. Il-permess ta’ residenza għandu jinħareġ skont ir-regoli u l-format standard stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002. Taħt it-taqsima “Rimarki”, l-Istati Membri għandhom iżidu “id-detentur għandu jkollu l-istess drittijiet bħal resident għal żmien twil tal-UE skont il-Kapitolu III” . |
Raġuni
Il-permess ta’ residenza għandu jsemmi b’mod espliċitu li dan jinħareġ lil resident għal żmien twil fi Stat Membru ieħor, inkella l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet privati u persuni oħra ma jkunux konxji li ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom status ta’ residenti għal żmien twil tal-UE u jgawdu drittijiet relatati, bħat-trattament ugwali.
Emenda 11
Artikolu 24
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Trattament mogħti fit-tieni Stat Membru |
Trattament mogħti fit-tieni Stat Membru |
|
1. Malli jkunu rċevew il-permess ta’ residenza previst fl-Artikolu 21 fit-tieni Stat Membru, ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom għandhom f’dak l-Istat Membru jgawdu trattament ugwali fl-oqsma u bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12. |
1. Malli jkunu rċevew il-permess ta’ residenza previst fl-Artikolu 21 fit-tieni Stat Membru, ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom għandhom f’dak l-Istat Membru jgawdu trattament ugwali fl-oqsma u bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12. |
|
2. Ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal- familji tagħhom għandu jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1. |
2. Ir-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal- familji tagħhom għandu jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1. |
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jwettqu attività ekonomika f’kapaċità ta’ impjegati jew li jaħdmu għal rashom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull meta jinbidel min iħaddimhom jew tinbidel l-attività ekonomika tagħhom. Tali rekwiżit ma għandux jaffettwa d-dritt tal-persuni kkonċernati li jibdew u jwettqu l-attività l-ġdida. |
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-residenti għal żmien twil tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jwettqu attività ekonomika f’kapaċità ta’ impjegati jew li jaħdmu għal rashom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull meta jinbidel min iħaddimhom jew tinbidel l-attività ekonomika tagħhom. Tali rekwiżit ma għandux jaffettwa d-dritt tal-persuni kkonċernati li jibdew u jwettqu l-attività l-ġdida. |
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu f’konformità mal-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet li bihom il-persuni msemmija fl-Artikolu 16(2) , il-punti (b) jew (c), u l-membri tal-familji tagħhom jista' jkollhom aċċess għal attività ta' impieg jew impieg għal rashom. |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu f’konformità mal-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet li bihom il-persuni msemmija fl-Artikolu 16(2)(c), u l-membri tal-familji tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal attività ta’ impieg jew impieg għal rashom. |
|
|
3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 16(2)(b), barra mill-ħin ta’ studju tagħhom u soġġetti għar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-attività inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat, għandu jkollhom id-dritt li jwettqu attività bħala persuni impjegati u jistgħu jkunu awtorizzati jwettqu attività ekonomika b’impjieg indipendenti. Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-għadd massimu ta’ sigħat fil-ġimgħa jew jiem jew xhur fis-sena permessi għal din l-attività, li ma għandhiex tkun inqas minn 15-il siegħa fil-ġimgħa, jew l-ekwivalenti f'jiem jew xhur fis-sena. |
Raġuni
Skont il-qari propost tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 24(2), l-aċċess għall-impjieg ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun residenti għal żmien twil li jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor bħala student skont it-tifsira tal-Artikolu 16(2)(b) ikun jiddependi kompletament mir-regoli nazzjonali rilevanti. Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għaliex tali ċittadin ta’ pajjiż terz b’mill-inqas ħames snin ta’ residenza legali fl-UE għandu jkollu inqas aċċess għall-impjieg minn student ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21), dwar l-Istudenti u r-Riċerkaturi. Il-paragrafu miżjud jirrifletti l-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva.
Emenda 12
Artikolu 27
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Aċċess għall-informazzjoni |
Aċċess għall-informazzjoni |
||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu faċilment aċċessibbli lill-applikanti għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE informazzjoni |
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu faċilment aċċessibbli lill-applikanti għal permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE informazzjoni |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
2. Meta l-Istati Membri joħorġu permessi ta’ residenza nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 14, għandhom jiggarantixxu l-istess aċċess għall-informazzjoni dwar il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE bħal dak ipprovdut fir-rigward ta’ tali permessi ta’ residenza nazzjonali. |
2. Meta l-Istati Membri joħorġu permessi ta’ residenza nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 14, għandhom jiggarantixxu l-istess aċċess għall-informazzjoni dwar il-permess ta’ residenza għal żmien twil tal-UE bħal dak ipprovdut fir-rigward ta’ tali permessi ta’ residenza nazzjonali. |
||||
|
|
3. Ladarba ċittadini ta’ pajjiż terz ikunu akkumulaw ħames snin ta’ residenza legali u kontinwa fit-territorju ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru jinforma liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz dwar it-tlestija ta’ dak il-perjodu u dwar il-possibbiltà li japplikaw għall-istatus imsemmi fl-Artikolu 7 meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5 jew l-Artikolu 26 jiġu ssodisfati. |
Raġuni
S’issa, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil fl-UE mhux qed jintuża biżżejjed, parzjalment minħabba nuqqas ta’ għarfien u informazzjoni dwar id-drittijiet u l-benefiċċji assoċjati mal-istatus. Għal dan il-għan, huwa rrakkomandat li ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għexu legalment fl-Istat Membru jiġu infurmati li jistgħu jkunu intitolati għall-istatus u kif japplikaw għal dan l-istatus.
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru
COM(2022) 655
Emenda 13
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura għall-eżami tal-applikazzjoni għal permess uniku. Dik il-proċedura għandha tkun effettiva u maneġġabbli, filwaqt li għandu jitqies il-piż normali tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istat Membru , kif ukoll trasparenti u ġusti, biex tiġi offruta ċertezza legali xierqa lil dawk ikkonċernati. |
Għandha tiġi stabbilita ġabra ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura għall-eżami tal-applikazzjoni għal permess uniku. Dik il-proċedura għandha tkun effettiva u maneġġabbli, kif ukoll trasparenti u ġusta, biex tiġi offruta ċertezza legali u rispons rapidu xierqa lil dawk ikkonċernati. |
Raġuni
Speċjalment meta għaddejjin minn żmien fejn il-migrazzjoni dejjem qed tiżdied, ma nqisux li huwa xieraq li l-proċedura għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal permess uniku, li għaliha jkunu meħtieġa uffiċċji ddedikati, tkun dipendenti fuq tipi oħra ta’ xogħol amministrattiv.
Emenda 14
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-ammissjoni, inklużi l-volumi ta’ ammissjoni, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal fini ta’ xogħol. |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-ammissjoni, inklużi l-volumi ta’ ammissjoni, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal fini ta’ xogħol. Meta jistabbilixxu l-volumi ta’ ammissjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom u lill-atturi lokali rilevanti. |
Raġuni
Għalkemm il-kwoti ta’ ammissjoni huma kompetenza nazzjonali, is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fi Stat Membru wieħed tista’ tvarja b’mod konsiderevoli minn reġjun għal ieħor u d-data medja nazzjonali tista’ ma tipprovdix stampa ċara tal-ħtiġijiet tax-xogħol. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li l-ħtiġijiet tagħhom jitqiesu fil-volumi nazzjonali ta’ ammissjoni. Il-partijiet interessati lokali bħall-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali, l-NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-inklużjoni tal-migranti u l-ilqugħ tar-refuġjati, il-kunsilli tar-refuġjati, eċċ. jistgħu jipprovdu wkoll stima preċiża tal-volum ta’ ammissjonijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Emenda 15
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
In-nomina tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabilitajiet ta’ awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha. |
In-nomina tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabilitajiet ta’ awtoritajiet oħra , inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha. |
Raġuni
Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jżommu r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.
Emenda 16
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-iskadenza għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni madanakollu m’għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali dwar ir-rikonoxximent ta’ diplomi. |
L-iskadenza għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni madanakollu m’għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u akkademiċi, u għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali jew reġjonali dwar ir-rikonoxximent ta’ diplomi. |
Raġuni
Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki jitwettaq minn awtoritajiet differenti u jista’ jdewwem l-ipproċessar tal-applikazzjoni għal permess uniku. F’xi Stati Membri ħafna impjiegi huma rregolati fil-livell reġjonali. Sabiex dawn il-kwalifiki jiġu rikonoxxuti, ir-reġjuni jeħtieġ li jimplimentaw regolamenti legali.
Emenda 17
Premessa 32
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti mekkaniżmi adatti għall-monitoraġġ ta’ min iħaddem u, fejn xieraq, li jsiru spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorji rispettivi tagħhom. L-għażla ta’ min iħaddem li jiġu spezzjonati għandha tkun ibbażata primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b’kont meħud ta’ fatturi bħas-settur li fih kumpannija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat. |
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw , f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u r-reġjuni, li jkunu stabbiliti mekkaniżmi adatti għall-monitoraġġ ta’ min iħaddem u, fejn xieraq, li jsiru spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorji rispettivi tagħhom. L-għażla ta’ min iħaddem li jiġu spezzjonati għandha tkun ibbażata primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b’kont meħud ta’ fatturi bħas-settur li fih kumpannija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat. |
Raġuni
Il-possibbiltà li l-kontrolli jiġu estiżi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tfisser li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiġu involuti wkoll fil-protezzjoni tal-ħaddiema u b’hekk fil-kontrolli fuq il-postijiet tax-xogħol.
Emenda 18
Artikolu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Awtorità kompetenti |
Awtorità kompetenti |
|
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti biex tirċievi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess uniku. |
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti biex tirċievi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess uniku. |
|
2. L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa mill-aktar fis u fi kwalunkwe każ fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni. |
|
Il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-verifika tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-ħruġ tal-viża meħtieġa msemmija fl-Artikolu 4(3). Il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż f’ċirkostanzi eċċezzjonali, marbuta mal-komplessità tal-eżami tal-applikazzjoni. |
Il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-verifika tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-ħruġ tal-viża meħtieġa msemmija fl-Artikolu 4(3). F’ċirkostanzi eċċezzjonali, marbuta mal-komplessità tal-eżami tal-applikazzjoni, il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż , jew antiċipat f’ċirkostanzi ta’ sitwazzjonijiet politiċi/soċjali severi jew diżastri naturali, soġġett għal verifika sussegwenti tar-rekwiżiti . |
|
Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien previst f’dan il-paragrafu, kwalunkwe konsegwenza legali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali. |
Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien previst f’dan il-paragrafu, kwalunkwe konsegwenza legali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali. |
|
3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika mniżżla fil-liġi nazzjonali rilevanti. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika mniżżla fil-liġi nazzjonali rilevanti. |
|
4. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni ma jkunux kompluti skont il-kriterji speċifikati fil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-informazzjoni addizzjonali jew dokumenti meħtieġa, tistabbilixxi skadenza raġonevoli biex dawn jiġu provduti. Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtorità kompetenti jew awtoritajiet oħra relevanti jkunu irċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk l-informazzjoni addizzjonali jew id-dokumenti ma tkunx ġiet ipprovduta sal-iskadenza mogħtija, l-awtorità kompetenti tista’ tiċħad l-applikazzjoni. |
4. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni ma jkunux kompluti skont il-kriterji speċifikati fil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-informazzjoni addizzjonali jew dokumenti meħtieġa, tistabbilixxi skadenza raġonevoli biex dawn jiġu provduti. Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtorità kompetenti jew awtoritajiet oħra relevanti jkunu irċevew l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk l-informazzjoni addizzjonali jew id-dokumenti ma tkunx ġiet ipprovduta sal-iskadenza mogħtija, l-awtorità kompetenti tista’ tiċħad l-applikazzjoni. |
|
|
5. Il-verifika tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tista’ titħalla barra jew tiġi aċċelerata jekk l-indirizz tal-impjegatur ikun jinsab f’reġjun jew belt li jkun indika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li għandu nuqqas ta’ ħaddiema li ma jistax jiġi kopert mill-forza tax-xogħol nazzjonali. |
Raġuni
L-emenda proposta tippermetti l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet għall-ħaddiema li jidħlu f’reġjuni li jfittxu b’mod attiv li jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħaddiema barranin.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-approċċ strateġiku għall-migrazzjoni legali; |
|
2. |
jirrikonoxxi li l-migranti legali għandhom rwol kruċjali fl-ekonomija u s-soċjetajiet Ewropej u jistgħu jsiru wkoll aġenti tal-iżvilupp meta jiġu stabbiliti politiki adegwati; jenfasizza li l-migrazzjoni legali hija mutur ewlieni tat-tkabbir tal-bliet u tikkontribwixxi biex il-bliet isiru ħafna aktar diversi u ekonomikament aktar dinamiċi; jenfasizza l-kontribut tal-perċentwal għoli ta’ ħaddiema migranti ewlenin matul il-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ it-trattament ugwali tal-ħaddiema li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ affiljazzjoni, u l-aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll il-ħtieġa li jitħarsu aktar id-drittijiet tan-nisa u l-perspettiva tal-ġeneru, speċjalment f’setturi fejn hemm perċentwal għoli ta’ nisa migranti, kif ukoll li jitħarsu l-persuni b’diżabbiltà, billi jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tagħhom u l-aċċess għall-kura; |
|
3. |
jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ikollhom ħarsa ġenerali koerenti tan-nuqqasijiet u l-opportunitajiet attwali u aktar strutturali fis-suq tax-xogħol lokali u għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-governanza f’diversi livelli li għandha l-għan li tattira u żżomm it-talent internazzjonali biex twieġeb għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu estiżi l-ispazji għal djalogu f’diversi livelli fl-istruttura ta’ governanza fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE; |
|
4. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat l-impjieg ta’ ħaddiema migranti b’mod olistiku, sabiex jiġu koperti l-aspetti kollha tal-proċess ta’ migrazzjoni: mir-reklutaġġ sal-integrazzjoni effettiva u l-libertà eventwali tal-moviment fis-suq tax-xogħol tal-UE. Jenfasizza bl-istess mod l-importanza li l-livelli tal-migrazzjoni ekonomika legali jitqabblu mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri; f’dan il-proċess, għandhom jiġu inklużi wkoll l-imsieħba u l-impjegaturi tas-settur privat u għandhom jitqiesu l-ħaddiema migranti bil-livelli kollha tal-ħiliet; |
|
5. |
jirrikonoxxi li t-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija ekoloġika u diġitali teħtieġ ħiliet speċifiċi u r-ristrutturar tal-ekonomiji u tas-swieq tax-xogħol li, min-naħa tagħhom, jirrikjedu aktar xogħol u ħiliet ġodda permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ tekniċi u vokazzjonali (TVET); jappella sabiex f’dan il-proċess jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li għandhom l-aħjar għarfien tal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol lokali u reġjonali; |
|
6. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol vitali biex jiffaċilitaw l-inklużjoni taċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi, indipendentement mill-istatus legali tagħhom. Ta’ spiss jippromovu d-diversità u l-koeżjoni soċjali permezz ta’ firxa ta’ politiki progressivi li jrawmu l-fiduċja fl-amministrazzjonijiet lokali, l-aċċess ġust għal servizzi kondiviżi, u l-inklużjoni soċjoekonomika. Huma jinsabu fil-qalba tal-akkoljenza u l-assistenza tar-refuġjati u għandhom rwol ewlieni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kif ukoll fid-definizzjoni ta’ kundizzjonijiet li jeħtieġu t-twettiq ta’ proċeduri ta’ salvagwardja (testijiet tas-suq tax-xogħol) u fl-iżgurar tar-rikonoxximent u r-rispett tad-diversità fis-suq tax-xogħol, kif ukoll tal-għoti ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd; |
|
7. |
jappella sabiex jiġi stabbilit metodu komprensiv fil-livell tal-UE għall-ġbir tad-data dwar id-domanda għal ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet f’diversi okkupazzjonijiet u swieq tax-xogħol, li jkun jeħtieġ żvilupp ulterjuri ta’ inizjattivi bħall-portal EURES, il-EuroPass u l-azzjonijiet li bħalissa huma previsti fl-ambitu tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet. Pjattaformi ta’ kooperazzjoni bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tas-suq, li ġew identifikati wkoll mill-imsieħba soċjali nazzjonali, jistgħu jiġu stabbiliti b’mod aktar semplifikat; |
|
8. |
jilqa’ l-appoġġ tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol fl-iżgurar li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv, inkluż permezz tal-għoti ta’ informazzjoni, spezzjonijiet miftiehma u konġunti, kooperazzjoni amministrattiva msaħħa, kif ukoll il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema, b’mod partikolari permezz tal-EURES; |
|
9. |
iqis li r-riformulazzjoni taż-żewġ Direttivi hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
|
10. |
jilqa’ l-miżuri ulterjuri stabbiliti fil-Pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti, inkluż il-ħolqien ta’ proġett pilota tal-UE dwar it-talent immirat speċifikament lejn in-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u r-Riżerva ta’ Talent tal-UE proposta; |
|
11. |
jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni Ewropea biex testendi r-Riżerva ta’ Talent tal-UE għar-refuġjati li jgħixu fl-UE u f’pajjiżi mhux tal-UE, li qed twitti t-triq lejn approċċ aktar sostenibbli u inklużiv għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u soluzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi; ifakkar li meta jitfasslu dawn l-għodod, jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu żviluppati skemi ġusti ta’ migrazzjoni tal-ħaddiema li jiżguraw xogħol deċenti għall-ħaddiema kollha, u li jkunu aċċessibbli għar-refuġjati, irrispettivament min-nazzjonalità u l-post ta’ soġġorn tagħhom fuq l-istess livell u bis-salvagwardji ta’ protezzjoni meħtieġa. L-oqfsa legali u amministrattivi eżistenti għadhom kumplessi wisq u għandhom it-tendenza li jxekklu l-kisba tal-effetti tal-iskala. Proċeduri burokratiċi żżejjed jistgħu jaffettwaw l-aċċess tar-refuġjati għas-suq tax-xogħol, u b’hekk matul iż-żmien ikunu dejjem aktar f’riskju li jkollhom jirrikorru għal xogħol mhux iddikjarat u jkunu esposti għal abbuż u sfruttament; |
|
12. |
jenfasizza li, fil-futur, it-twettiq ta’ proġetti ta’ mobilità u sħubijiet ta’ talent għandu jinkludi: l-awtoritajiet lokali u l-gvernijiet reġjonali, bil-kompitu li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ proġetti futuri; id-dijaspori, li l-kompitu tagħhom huwa li jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-migranti u li jgħinu fit-tfassil ta’ proġetti fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom; il-korpi kummerċjali u l-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, li l-kompitu tagħhom huwa li jiġbru l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fil-livell nazzjonali u lokali u li jgħinu fit-tfassil ta’ interventi effettivi; |
|
13. |
jenfasizza li għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet tad-diversi atturi involuti (il-migranti, id-dijaspori, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-impjegaturi u l-korpi kummerċjali) sabiex jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà ta’ proġetti futuri bħala għodda għall-ġestjoni fit-tul tal-migrazzjoni legali; jitlob, għalhekk, li titnieda diskussjoni madwar mejda bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Parlament Ewropew, li l-iskambji tagħha għandhom ikunu bbażati fuq il-konsultazzjonijiet u d-djalogi preċedenti ma’ partijiet ikkonċernati prinċipali dwar l-integrazzjoni tal-migranti; fl-istess ħin, jappella għal sinerġiji mal-pjattaforma tal-UE dwar il-migrazzjoni tal-ħaddiema prevista mill-Kummissjoni Ewropea u jfakkar li għandha titqies is-sitwazzjoni vulnerabbli partikolari tar-refuġjati għal proġetti futuri biex jiġi żgurat aċċess ugwali għar-refuġjati biex jaċċessaw l-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u jkun hemm fis-seħħ salvagwardji legali meħtieġa; |
|
14. |
jappoġġja l-istabbiliment ta’ programm ta’ xogħol u vjaġġar fl-UE għaż-żgħażagħ minn pajjiżi terzi, kif previst mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni “Nattiraw il-ħiliet u t-talent lejn l-UE”, kif ukoll l-estensjoni tal-programm DiscoverEU lil hinn mill-pajjiżi terzi assoċjati ma’ Erasmus+, u jappella li jittieħed approċċ simili fir-rigward tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex jiġu inklużi aktar pajjiżi terzi fil-programm minn dawk previsti bħalissa, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet tal-migrazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-migrazzjoni; |
|
15. |
iqis li COM(2022) 657, li l-objettiv u l-fokus ewlieni tagħha huwa li tattira l-ħiliet u t-talenti lejn l-UE, mhijiex meqjusa b’mod adegwat fil-proposti għal Direttivi COM(2022) 650 u 655, għalkemm hija xprun importanti għal bidla fundamentali fl-analiżi tal-fenomenu tal-migrazzjoni; |
|
16. |
jindika li fost iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkontribwixxu għas-suq tax-xogħol tal-UE, hemm gruppi speċifiċi li għandhom jingħataw attenzjoni speċjali mil-leġiżlazzjoni, hekk kif isiru dejjem aktar rilevanti fis-setturi essenzjali fis-swieq tax-xogħol Ewropej, bħal fil-kuntest tal-inizjattivi li għandhom l-għan li jsaħħu s-setturi tas-saħħa u l-kura, bħall-Garanzija tal-UE għat-Tfal jew il-Green Paper dwar it-Tixjiħ; jappella sabiex ikun hemm aktar appoġġ immirat għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jiġu ffaċilitati l-istatus tagħhom ta’ residenti fit-tul, il-mobbilità intra-UE u l-integrazzjoni, b’enfasi partikolari fuq il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li, skont id-Direttiva proposta dwar residenti għal żmien twil, huma soġġetti għall-istess regoli bħaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, li ma tqisx is-sitwazzjoni speċjali tar-refuġjati u tal-vulnerabbiltajiet tagħhom; |
|
17. |
jindika li l-mobbiltà tax-xogħol tista’ tkun mezz legali komplementari li permezz tiegħu r-refuġjati jkunu jistgħu jaslu l-Ewropa jew destinazzjonijiet oħra mingħajr ma jkollhom jirrikorru għal rotot irregolari peress li tista’ tiftaħ perkors sikur għar-refuġjati biex japplikaw il-ħiliet tagħhom u jilħqu l-potenzjal tagħhom f’reġjuni li qed ifittxu li jindirizzaw nuqqasijiet speċifiċi ta’ ħiliet; jipproponi li r-refuġjati li jgħixu f’pajjiżi mhux tal-UE għandhom jitqiesu bħala kategorija addizzjonali ta’ ħaddiema kwalifikati, filwaqt li d-disponibbiltà ta’ mezz legali addizzjonali bħal dan ibbażat fuq il-migrazzjoni tal-ħaddiema tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-pressjonijiet li qed isiru fuq is-sistemi Ewropej tal-ażil; |
|
18. |
iwissi li, għalkemm il-migrazzjoni irregolari hija biss perċentwal żgħir tal-migrazzjoni ġenerali lejn l-UE, xorta titfa’ pressjoni sinifikanti fuq ir-reġjuni u l-bliet li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE; jappella, għalhekk, li jkun hemm infurzar adegwat tal-prinċipju tal-kondiviżjoni tal-piżijiet fost l-Istati Membri tal-UE u li tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari, inkluż permezz tal-ġlieda kontra t-traffikanti li jisfruttaw lil dawk li jfittxu l-ażil u lill-migranti ekonomiċi biex jagħmlu vjaġġi perikolużi; |
|
19. |
ta’ min ifakkar li, għal ċerti professjonisti ta’ eċċellenza (saħħa, inġinerija, eċċ.), id-dħul jeħtieġ li jiġi ffaċilitat sew billi titnaqqas il-burokrazija, filwaqt li fir-rigward tal-eluf ta’ postijiet tax-xogħol vakanti f’oqsma fejn huwa meħtieġ taħriġ tekniku aktar milli akkademiku – pereżempju, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, it-trasport, l-inġinerija mekkanika, eċċ. – mhuwiex biżżejjed li wieħed jimmira li jqabbel il-provvista tas-suq mad-domanda għall-impjieg, iżda huwa meħtieġ li jiġi previst tip differenti ta’ kooperazzjoni, inkluż it-tqabbil tal-provvista tas-suq mad-domanda, kif ukoll ħidma aktar mill-qrib mal-imsieħba soċjali u ċ-ċentri ta’ taħriġ rilevanti. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi wkoll lill-muniċipalitajiet u lir-reġjuni; |
|
20. |
jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jivvalutaw, bil-għan li jiġu attirati l-ħiliet u t-talenti, il-possibbiltà li jiffaċilitaw il-kisba tal-istatus ta’ residenti għal żmien twil lill-migranti legali kollha bi kwalifiki u b’impjiegi b’ħiliet għolja, kif ukoll għal kategoriji speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’livell medju ta’ kwalifiki li, ċertament, jitlob li tiġi stabbilita skala ta’ prijorità. Dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu biex jitnaqqas id-distakk f’setturi li huma kkaratterizzati minn nuqqas ta’ ħaddiema, bħas-setturi tal-IT u tas-saħħa. Għaldaqstant, ikun meħtieġ li jinħolqu listi ta’ impjiegi li hemm nuqqas ta’ ħaddiema għalihom, iżda li jiġi diżakkoppjat l-aċċess għal ħaddiema kwalifikati mill-valutazzjoni tas-suq tax-xogħol; |
|
21. |
jipproponi li tiġi attivata sistema lokali (reġjonali jew metropolitana) ta’ rikonoxximent tal-ħiliet sabiex jitħaffef il-proċess tal-inklużjoni soċjoekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kemm jekk ikunu għadhom kif waslu kif ukoll jekk ikunu diġà residenti, li jkollhom wieħed mill-istati garantiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali attwali. Din is-sistema ta’ rikonoxximent tal-ħiliet ma tissostitwixxix dik nazzjonali, iżda tkun addizzjonali għaliha, u tiggarantixxi integrazzjoni aktar mgħaġġla fis-suq tax-xogħol reġjonali jew metropolitan; |
|
22. |
jirrimarka li l-fluss reċenti ta’ refuġjati b’ħiliet għolja mill-Ukrajna qed jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffef il-proċess ta’ rikonoxximent tal-ħiliet għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi, kif diġà rregolat mid-Direttiva l-ġdida dwar il-Karta Blu Ewropea. Politika tal-UE li tirregola d-dħul u t-trattament tal-ħaddiema migranti hija essenzjali biex jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn il-provvista u d-domanda tal-ħaddiema, li huwa partikolarment żbilanċjat f’dan l-istadju, speċjalment f’ċerti funzjonijiet soċjalment rilevanti bħal dawk relatati mas-settur tal-kura u s-settur tas-saħħa; |
|
23. |
jirrimarka li għandhom jitqiesu wkoll dawk li t-talenti tagħhom huma fl-arti u għalhekk ma jagħmlux parti mill-profili professjonali mfittxija, iżda li għandhom il-kapaċità li jarrikkixxu l-kultura tal-pajjiż ospitanti, u b’hekk jinħoloq l-iskambju kulturali li jagħmel parti mill-istorja kburija tal-Ewropa; |
|
24. |
jirrakkomanda li jiġu implimentati politiki fit-tul li jmorru lil hinn mill-miżuri xprunati mis-sigurtà billi jippromovu inklużjoni mtejba, filwaqt li jindirizzaw ukoll il-kawżi sottostanti tal-migrazzjoni; |
|
25. |
jitlob li titrawwem l-intraprenditorija billi jitwessgħu t-toroq għall-migrazzjoni lejn l-UE biex jinħolqu intrapriżi u negozji ġodda u billi jiġu ffaċilitati l-permessi sabiex jiġu stabbiliti intrapriżi minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi; jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipprovdu gwida u jgħaqqdu parteċipanti ġodda man-negozji lokali u għall-ħtieġa li dawn l-inizjattivi jiġu appoġġjati permezz ta’ appoġġ sostnut mill-finanzjament tal-UE; |
|
26. |
jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi promossa kultura ta’ tolleranza billi titqajjem kuxjenza interkulturali u jinbena sens komuni ta’ appartenenza; |
|
27. |
jissuġġerixxi li tissaħħaħ il-governanza b’diversi atturi tal-migrazzjoni, li jingħata appoġġ għal kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet reġjonali u s-soċjetà ċivili fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, id-diversità u l-inklużjoni, li jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, u jinbena approċċ verament komprensiv biex il-kwistjoni tiġi indirizzata fid-dimensjonijiet kollha tagħha, b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/74 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Riforma tas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi”
(2023/C 79/11)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, u l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/787 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012
COM(2022) 134 final
Emenda 1
Premessa ġdida wara l-premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2021 dwar “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040”, il-Kummissjoni identifikat l-indikazzjonijiet ġeografiċi bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin li jippromovu żoni prosperi, minħabba l-kontribut tagħhom għad-diversifikazzjoni ekonomika taż-żoni rurali. |
Raġuni
L-indikazzjonijiet ġeografiċi, bis-saħħa tal-esternalitajiet pożittivi multipli tagħhom, jikkontribwixxu għal tkabbir rurali sostenibbli.
Emenda 2
Premessa ġdida wara l-premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
L-emendi introdotti fis-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni bir-Regolament (UE) 2021/2117, bħala parti mir-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK). |
Raġuni
Jeħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza mal-progress li sar permezz tar-Regolament dwar l-OKS u r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1), fil-kuntest tal-PAK reċenti.
Emenda 3
Premessa ġdida wara l-premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Il-politika ta’ kwalità tal-UE hija politika pubblika assoċjata mal-produzzjoni ta’ beni pubbliċi u l-involviment tagħha fit-tranżizzjoni lejn sistema tal-ikel sostenibbli għandu jiġi vvalutat minn din il-perspettiva, permezz ta’ approċċ olistiku u multidimensjonali, li jinkludi s-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjokulturali. L-indikazzjonijiet ġeografiċi huma għodod li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp rurali sostenibbli; id-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali; is-salvagwardja tal-impjiegi u l-SMEs; il-prevenzjoni tad-depopolazzjoni; il-preservazzjoni tad-diversità kulturali u soċjoekonomika; il-protezzjoni tal-pajsaġġ rurali; il-ġestjoni u r-riproduzzjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; il-preservazzjoni tal-bijodiversità; it-trattament xieraq tal-annimali; is-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-ikel, bis-saħħa tal-mekkaniżmi inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. |
Raġuni
Huwa importanti li jiġi rikonoxxut il-kontribut tal-IĠ għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjokulturali, minħabba r-rabta inseparabbli tagħhom mat-territorju.
Emenda 4
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ma hemm l-ebda definizzjoni ta’ “standards ta’ sostenibbiltà” li għandhom jiġu osservati. Għalhekk huwa importanti li tinżamm l-istess terminoloġija bħal fl-Artikolu 12, li jirreferi għall-impenji ta’ sostenibbiltà.
Emenda 5
Premessa ġdida wara l-premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||
|
|
L-impenji ta’ sostenibbiltà jridu jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali, ekonomiċi jew soċjokulturali li ġejjin: |
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
Raġuni
Wara l-premessa 12, ikun importanti li tiġi introdotta definizzjoni ta’ impenji ta’ sostenibbiltà, filwaqt li jitfakkar li din tinkludi tliet pilastri, ekonomiċi, soċjali u ambjentali.
Emenda 6
Premessa ġdida wara l-premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Sabiex is-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel lokali u reġjonali jsiru aktar sostenibbli u jikkontribwixxu għal dieti sostenibbli varjati u bbilanċjati, l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu inklużi fil-kriterji obbligatorji minimi għall-akkwist pubbliku sostenibbli tal-ikel. |
Raġuni
Kif irrakkomandat minn studju tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (1), l-inklużjoni ta’ ikel sostenibbli, inklużi prodotti DOP u IĠP, għandha tiġi mħeġġa.
Emenda 7
Premessa 39
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-IĠ huma aktar minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Minħabba r-rabta mill-qrib tagħhom mal-politika tal-iżvilupp rurali, l-IĠ m’għandhomx jiġu ġestiti bħala trademarks. Għalhekk, ir-Regolament propost għandu jiċċara li l-appoġġ tekniku tal-EUIPO se jikkonċerna biss l-analiżi ta’ aspetti li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu, jiġifieri l-proprjetà intellettwali.
Emenda 8
Premessa ġdida wara l-premessa 39
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
L-EUIPO se jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE billi joffri l-għarfien espert tiegħu dwar il-proprjetà intellettwali anke fit-twettiq ta’ kompiti relatati mal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, inkluż fuq l-internet. |
Raġuni
L-għarfien espert tekniku dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-riżorsi tal-EUIPO jistgħu jipprovdu appoġġ imprezzabbli għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-IĠ. Dan jippermetti lill-EUIPO jikkomplementa l-kompetenzi tad-DĠ AGRI fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali permezz tal-għarfien espert dwar id-DPI.
Emenda 9
Premessa ġdida wara l-premessa 39
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Skadenzi aktar ċari u proċeduri aktar mgħaġġla għall- Emenda r tal-ispeċifikazzjonijiet, permezz tad-distinzjoni bejn l-emendi fil-livell tal-Unjoni u dawk standard, se jikkontribwixxu għat-titjib tal-effikaċja tas-sistema. |
Raġuni
Is-semplifikazzjoni tal-proċeduri għall-emendar tal-ispeċifikazzjonijiet adottati f’Diċembru 2021 se tippermetti li l-burokrazija żejda tiġi indirizzata. Dan huwa importanti għaliex il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet għandhom impatt kbir fuq l-adozzjoni tal-aġġustamenti tal-proċess tal-produzzjoni.
Emenda 10
Premessa 56
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Huwa importanti li xi elementi essenzjali tas-sistema jiġu definiti fir-Regolament u mhux permezz ta’ atti delegati.
Emenda 11
Artikolu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Raġuni
Il-punt (g) (ii) iżid dispożizzjoni ġdida dwar id-definizzjoni ta’ terminu ġeneriku. Din il-kwistjoni għandha titħalla f’idejn il-qrati.
Emenda 12
Artikolu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
|
|
1. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma maħsubin biex jappoġġaw attivitajiet agrikoli u ta’ pproċessar kif ukoll is-sistemi tal-biedja assoċjati ma’ prodotti ta’ kwalità għolja, u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp rurali. |
Raġuni
L-IĠ tal-UE għandhom rwol ewlieni fiż-żamma tal-attività ekonomika u soċjali fiż-żoni rurali u għalhekk huma kruċjali biex jinżamm il-bilanċ territorjali fil-livell reġjonali. Peress li l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet l-IĠ bħala mutur ewlieni tat-tkabbir rurali, għandha tiġi introdotta mill-ġdid referenza għall-IĠ bħala għodod li jikkontribwixxu għall-iżvilupp rurali.
Emenda 13
Artikolu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||
|
1. Dan it-Titolu jipprevedi sistema unitarja u esklużiva ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, li tipproteġi l-ismijiet ta’ nbid, xorb spirituż u prodotti agrikoli li għandhom karatteristiċi, attributi jew reputazzjoni marbuta mal-post tal-produzzjoni tagħhom, u b’hekk tiżgura dan li ġej: |
1. Dan it-Titolu jipprevedi sistema unitarja u esklużiva ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, li tipproteġi l-ismijiet ta’ nbid, xorb spirituż u prodotti agrikoli li għandhom karatteristiċi, attributi jew reputazzjoni marbuta mal-post tal-produzzjoni tagħhom, u b’hekk tiżgura dan li ġej: |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
Raġuni
Kif introdott għall-inbejjed IĠ mill-Artikolu 172(b) tal-OKS, huwa meħtieġ li jiġi enfasizzat li l-IĠ għandhom ifittxu li joħolqu valur miżjud tul il-katina kollha sabiex itejbu l-kwalità u r-reputazzjoni tagħhom.
Emenda 14
Artikolu 12
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. Grupp ta’ produtturi jista’ jaqbel dwar impenji ta’ sostenibbiltà li għandhom jiġu rrispettati fil-produzzjoni tal-prodott identifikat minn Indikazzjoni Ġeografika. Dawn l-impenji għandu jkollhom l-għan li japplikaw standard ta’ sostenibbiltà ogħla minn dak ordnat mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali u li jmorru lil hinn mill-prattika tajba f’aspetti sinifikanti f’termini ta’ impenji soċjali, ambjentali jew ekonomiċi . Dawn l-impenji għandhom ikunu speċifiċi, għandhom iqisu l-prattiki ta’ sostenibbiltà eżistenti użati għall-prodotti identifikati minn Indikazzjonijiet Ġeografiċi, u jistgħu jirreferu għal skemi ta’ sostenibbiltà eżistenti. |
1. Grupp ta’ produtturi jista’ jaqbel dwar impenji ta’ sostenibbiltà ekonomika, ambjentali jew soċjali li għandhom jiġu rrispettati fil-produzzjoni tal-prodott identifikat minn Indikazzjoni Ġeografika. Dawn l-impenji għandhom ikunu speċifiċi, għandhom iqisu l-prattiki ta’ sostenibbiltà eżistenti użati għall-prodotti identifikati minn Indikazzjonijiet Ġeografiċi, u jistgħu jirreferu għal skemi ta’ sostenibbiltà eżistenti. |
|
2. L-impenji ta’ sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu (1) għandhom jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
2. L-impenji ta’ sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu (1) jistgħu jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u/jew jiġu żviluppati bħala parti minn inizjattivi separati . |
|
3. L-impenji ta’ sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għall-konformità mal-istandards tal-iġjene, tas-sikurezza u mar-regoli tal-kompetizzjoni. |
3. L-impenji ta’ sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għall-konformità mal-istandards tal-iġjene, tas-sikurezza u mar-regoli tal-kompetizzjoni. |
|
4 . Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 84 li jiddefinixxu l-istandards ta’ sostenibbiltà f’setturi differenti u li jistabbilixxu kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards ta’ sostenibbiltà eżistenti li magħhom jistgħu jaderixxu l-produtturi tal-prodotti identifikati minn Indikazzjonijiet Ġeografiċi. |
|
|
5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu preżentazzjoni armonizzata tal-impennji ta’ sostenibbiltà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 53(2). |
|
Raġuni
Id-definizzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà ma tistax tinkiseb permezz ta’ atti delegati. Għandha tiġi speċifikata fir-Regolament, filwaqt li l-gruppi ta’ produtturi jitħallew liberi li jagħżlu jekk jinkludux impenji ta’ sostenibbiltà approvati fl-ispeċifikazzjonijiet jew permezz ta’ mezzi oħra.
Emenda 15
Artikolu 17
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. L-iskrutinju ma għandux idum aktar minn sitt xhur. F’każ li ż-żmien ta’ skrutinju jaqbeż jew x’aktarx jaqbeż is-sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miktub dwar ir-Raġunijiet għad-dewmien. |
2. L-iskrutinju ma għandux idum aktar minn sitt xhur. F’każ li ż-żmien ta’ skrutinju jaqbeż jew x’aktarx jaqbeż is-sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miktub dwar ir-Raġunijiet għad-dewmien. |
Raġuni
[Nota: Din l-emenda ma twassalx għal tibdil fit-test tal-verżjoni bil-Malti]
L-iskadenza ta’ sitt xhur stabbilita fir-Regolament ġeneralment ma tiġix rispettata mill-KE, u l-produtturi jew l-Istati Membri qatt ma jiġu infurmati bir-Raġuni għad-dewmien (filwaqt li r-Regolament jipprevedi din il-possibbiltà). Għandu jiġi osservat li l-analiżi m’għandhiex teċċedi perjodu ta’ sitt xhur.
Emenda 16
Artikolu 17
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 84 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar l-inkarigu lill-EUIPO bil-kompiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. |
|
Raġuni
Għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni hija responsabbli biex tanalizza l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Għal kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-Kummissjoni se tkun tista’ tiddependi fuq l-appoġġ tekniku tal-EUIPO. Madankollu, din id-diviżjoni tal-kompetenzi fir-rigward tad-DPI jeħtieġ li tiġi definita b’mod ċar fil-proposta leġiżlattiva u mhux permezz ta’ atti delegati.
Emenda 17
Artikolu 19
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
10. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 84 li jissupplimentaw dan ir-Regolament bi proċeduri u skadenzi dettaljati għall-proċedura ta’ oppożizzjoni, għall-preżentazzjoni uffiċjali ta’ kummenti mill-awtoritajiet nazzjonali u minn persuni b’interess leġittimu, li ma jkunux se jiskattaw il-proċedura ta’ oppożizzjoni u b’regoli dwar l-inkarigu lill-EUIPO bil-kompiti tagħha stabbiliti f’dan l-Artikolu. |
|
Raġuni
Għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-proċedura ta’ oppożizzjoni. Fil-każ ta’ delega ta’ kompiti lill-EUIPO, dawn għandhom jiġu definiti b’mod ċar fil-proposta leġiżlattiva u mhux permezz ta’ atti delegati.
Emenda 18
Artikolu 25
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
5. Emenda standard għandha titqies bħala emenda temporanja meta tikkonċerna bidla temporanja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew emenda temporanja meħtieġa minħabba diżastru naturali jew kundizzjonijiet ħżiena tat-temp rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti. |
5. Emenda standard għandha titqies bħala emenda temporanja meta tikkonċerna bidla temporanja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew emenda temporanja meħtieġa minħabba diżastru naturali jew kundizzjonijiet ħżiena tat-temp jew konsegwenzi ta’ avveniment ġeopolitiku eċċezzjonali rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti. |
Raġuni
Avvenimenti reċenti juru li jkun utli li jitqiesu sitwazzjonijiet ġeopolitiċi bħall-gwerra, biex ikunu jistgħu jsiru bidliet temporanji fl-ispeċifikazzjonijiet.
Emenda 19
Artikolu 25
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
8. Jekk applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika rreġistrata tkun tinkludi wkoll emendi standard jew emendi temporanji, il-Kummissjoni għandha tiskrutinizza l-emenda tal-Unjoni biss. Kwalunkwe emenda standard jew emenda temporanja għandha titqies li ma tkunx ġiet sottomessa. L-iskrutinju ta’ tali applikazzjonijiet għandu jiffoka fuq l-emendi tal-Unjoni proposti. Fejn xieraq, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jistiednu lill-applikant jimmodifika elementi oħra tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott. |
8. Jekk applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika rreġistrata tkun tinkludi wkoll emendi standard jew emendi temporanji, il-Kummissjoni għandha tiskrutinizza l-emenda tal-Unjoni biss. Kwalunkwe emenda standard jew emenda temporanja għandha titqies li ma tkunx ġiet sottomessa. L-iskrutinju ta’ tali applikazzjonijiet għandu jiffoka fuq l-emendi tal-Unjoni proposti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll li l- Emenda fil-livell tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika ma ddgħajjifx indikazzjonijiet ġeografiċi possibbli oħra jew denominazzjonijiet eżistenti tal-oriġini. |
Raġuni
Jista’ jkun riskjuż li l-KE titħalla titlob bidliet fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott li jmorru lil hinn mit-talba għal emenda ppreżentata.
Emenda 20
Artikolu 26
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 84 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli li jinkarigaw lill-EUIPO bil-kompiti stabbiliti fil-paragrafu (5). |
|
Raġuni
Id-delega ta’ dawn il-kompiti lill-EUIPO mhijiex aċċettabbli.
Emenda 21
Artikolu 27(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom ikunu protetti kontra: |
1. L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi mdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u dawk protetti minn ftehimiet internazzjonali fl-Unjoni għandhom ikunu protetti kontra: |
Raġuni
L-IĠ li huma protetti minn ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma għandhomx jiġu inklużi awtomatikament fir-Reġistru tal-Unjoni.
Emenda 22
Artikolu 27(1)(a)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Għall-konsistenza mad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-protezzjoni tal-IĠ użati bħala ingredjenti, inklużi fl-Artikolu 28 ta’ din il-proposta għal Regolament, huwa utli li tiġi introdotta mill-ġdid ir-referenza għall-IĠ użati bħala ingredjenti.
Emenda 23
Artikolu 27(1)(b)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-protezzjoni għandha tissaħħaħ ukoll kontra kwalunkwe azzjoni meħuda minn Stati Membri u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, li tinżamm formalment fil-limiti tal-legalità iżda tfittex li tisfrutta l-popolarità ta’ IĠ.
Emenda 24
Artikolu 27(1)(c)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 25
Artikolu 27(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(b), l-evokazzjoni ta’ Indikazzjoni Ġeografika għandha tirriżulta, b’mod partikolari, meta terminu, sinjal, jew apparat ieħor tat-tikkettar jew tal-imballaġġ jippreżenta rabta diretta u ċara mal-prodott kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika rreġistrata f’moħħ il-konsumatur raġonevolment prudenti, u b’hekk jisfrutta, idgħajjef, inaqqas ir-reputazzjoni tal-isem irreġistrat jew ikun ta’ detriment għaliha. |
|
Raġuni
Ma hemm l-ebda definizzjoni ta’ evokazzjoni fir-Regolamenti attwali tal-UE dwar l-IĠ. Hija l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE li tat interpretazzjoni wiesgħa tal-evokazzjoni, li mhijiex riflessa fl-artikolu propost. L-aħjar ħaġa titħalla f’idejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tkompli tivvaluta l-kwistjoni tal-evokazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.
Emenda 26
Artikolu 27(7)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
7. Fejn Indikazzjoni Ġeografika tkun isem kompost li jkun fih terminu li jitqies li huwa ġeneriku, l-użu ta’ dak it-terminu ma għandux jikkostitwixxi mġiba msemmija fil-paragrafu (1)(a) u (b). |
|
Raġuni
Din id-dispożizzjoni tista’ tkun perikoluża għal għadd ta’ nbejjed DOP.
Emenda 27
Paragrafu ġdid — Artikolu 27
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
8. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji adatti biex jimpedixxu jew iwaqqfu l-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li huma prodotti jew kummerċjalizzati f’dak l-Istat Membru. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet responsabbli għat-teħid ta’ tali miżuri skont il-proċeduri determinati minn kull Stat Membru. |
Raġuni
Ikun importanti li din id-dispożizzjoni tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tiġi introdotta mill-ġdid.
Emenda 28
Artikolu 28(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. L-Indikazzjoni Ġeografika li tidentifika ingredjent ta’ prodott ma għandhiex tintuża fl-isem tal-ikel tal-prodott ipproċessat relatat, ħlief f’każijiet ta’ ftehim ma’ grupp ta’ produtturi li jirrappreżenta żewġ terzi tal-produtturi . |
2. L-Indikazzjoni Ġeografika li tidentifika ingredjent ta’ prodott ma għandhiex tintuża fl-isem tal-ikel tal-prodott ipproċessat relatat, ħlief f’każijiet ta’ ftehim mal- grupp ta’ produtturi li jista’ jistabbilixxi kondizzjonijiet minimi għall-użu tiegħu . Dan l-użu bħala ingredjent jista’ jwassal għal kumpens finanzjarju mill-proċessur li juża l-IĠ. |
Raġuni
Ta’ min isemmi li l-gruppi ta’ produtturi jistgħu jiddefinixxu kriterji minimi għall-użu tal-IĠ tagħhom bħala ingredjent, kif ukoll japplikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja jew rimborż, sabiex ilaħħqu maż-żieda fl-ispejjeż operattivi u ta’ ġestjoni tal-attivitajiet normali tagħhom.
Emenda 29
Artikolu 28(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 84 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli addizzjonali dwar l-użu ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi għall-identifikazzjoni ta’ ingredjenti fi prodotti pproċessati msemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu. |
|
Raġuni
Regoli ġodda dwar l-IĠ użati bħala ingredjenti għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 30
Artikolu 29
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 84 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli addizzjonali għad-determinazzjoni tal-istatus ġeneriku tat-termini msemmija fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu. |
|
Raġuni
Regoli addizzjonali dwar il-ġeneralità, jekk ikun hemm, għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolament u mhux permezz ta’ atti delegati.
Emenda 31
Artikolu 32(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ produtturi fuq l-inizjattiva tal-partijiet ikkonċernati interessati , inklużi l-bdiewa, il-fornituri tal-azjendi agrikoli, il-proċessuri intermedjarji u l- proċessuri finali , kif speċifikat mill-awtoritajiet nazzjonali u skont in-natura tal-prodott ikkonċernat. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-grupp ta’ produtturi jopera b’mod trasparenti u demokratiku u li l-produtturi kollha tal-prodott identifikat mill-Indikazzjoni Ġeografika jgawdu d-dritt ta’ sħubija fil-grupp. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-uffiċjali pubbliċi, u partijiet ikkonċernati oħra bħall-gruppi tal-konsumaturi, il-bejjiegħa bl-imnut u l-fornituri, jipparteċipaw ukoll fix-xogħlijiet tal-grupp ta’ produtturi. |
1. Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ produtturi fuq l-inizjattiva tal-partijiet ikkonċernati interessati u jista’ jikkonsisti minn produtturi u/jew proċessuri, kif speċifikat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u skont in-natura tal-prodott ikkonċernat. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-grupp ta’ produtturi jopera b’mod trasparenti u demokratiku u li l-produtturi kollha tal-prodott identifikat mill-Indikazzjoni Ġeografika jgawdu d-dritt ta’ sħubija fil-grupp. |
Raġuni
Il-kategoriji li jappartjenu għal gruppi ta’ produtturi jvarjaw skont it-tip ta’ katina tal-valur u bejn l-Istati Membri; għalhekk huwa preferibbli li wieħed jillimita ruħu għall-ispeċifikazzjoni tal-produtturi u tal-proċessuri. Barra minn hekk, huwa diffiċli li wieħed jifhem il-valur miżjud tal-inklużjoni tal-atturi li ma jipparteċipawx fil-proċess tal-produzzjoni fost il-membri ta’ grupp ta’ produtturi.
Emenda 32
Artikolu 32(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
2. Grupp ta’ produtturi jista’ jeżerċita b’mod partikolari s-setgħat u r-responsabbiltajiet li ġejjin: |
2. Grupp ta’ produtturi jista’ jeżerċita b’mod partikolari s-setgħat u r-responsabbiltajiet li ġejjin: |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
Raġuni
Il-kapaċità ta’ gruppi ta’ produtturi mhux rikonoxxuti mhijiex biżżejjed biex twettaq dawn il-kompiti ġodda. Għall-kuntrarju, bit-trasferiment ta’ setgħat ġodda lil gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti, ikun possibbli li jitħeġġeġ ir-rikonoxximent tal-gruppi mhux rikonoxxuti l-aktar attivi u b’hekk jittejjeb l-istrutturar tagħhom.
Emenda 33
Artikolu 32 — inċiż ġdid (g) għall-paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
|
Raġuni
Huwa meħtieġ li tiġi introdotta mill-ġdid din id-dispożizzjoni tal-Artikolu 45(1)(f) tar-Regolament (UE) 1151/2012 sabiex jissaħħu r-rwol u s-setgħat tal-gruppi ta’ produtturi tal-IĠ.
Emenda 34
Artikolu 33
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. Fuq talba ta’ gruppi ta’ produtturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 , l-Istati Membri għandhom jaħtru, f’konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, grupp ta’ produtturi wieħed bħala l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut għal kull Indikazzjoni Ġeografika li toriġina fit-territorju tagħhom li tkun irreġistrata jew li tkun suġġetta għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew għal ismijiet ta’ prodotti li huma suġġetti potenzjali għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni . |
1. Fuq talba ta’ gruppi ta’ produtturi, l-Istati Membri għandhom jaħtru, f’konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, grupp ta’ produtturi wieħed bħala l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut għal indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar li joriġinaw fit-territorju tagħhom. |
||||
|
2. Grupp ta’ produtturi jista’ jinħatar bħala l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut suġġett għal ftehim minn qabel konkluż bejn mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-prodott li jkollu Indikazzjoni Ġeografika, li jammontaw għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dak il-prodott fiż-żona ġeografika msemmija fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Bħala eċċezzjoni, awtorità, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), u produttur wieħed, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3), għandhom jitqiesu bħala grupp ta’ produtturi rikonoxxut . |
2. Grupp ta’ produtturi jista’ jinħatar bħala l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut jekk: |
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
3. Minbarra s-setgħat u r-responsabbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 32(2), grupp ta’ produtturi rikonoxxut jista’ jeżerċita s-setgħat u r-responsabbiltajiet li ġejjin: |
3. Minbarra s-setgħat u r-responsabbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 32(2), grupp ta’ produtturi rikonoxxut jista’ jeżerċita s-setgħat u r-responsabbiltajiet li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
4. Is-setgħat u r-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu suġġetti għal ftehim minn qabel konkluż bejn mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-prodott identifikat minn Indikazzjoni Ġeografika, li jammontaw għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dak il-prodott fiż-żona ġeografika msemmija fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott . |
4. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu rrispettati. Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jsibu li dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx irrispettati, l-Istati Membri għandhom jannullaw id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-grupp ta’ produtturi. |
||||
|
5 . L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu rrispettati. Meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jsibu li dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx irrispettati, l-Istati Membri għandhom jannullaw id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-grupp ta’ produtturi. |
|
Raġuni
Il-formulazzjoni attwali ma tqisx id-diversità tas-sitwazzjonijiet legali fl-Istati Membri. Il-proposta leġiżlattiva għandha tistabbilixxi prinċipji ġenerali dwar kif grupp tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jista’ jiġi rikonoxxut minn Stat Membru, sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali kif ukoll id-differenzi bejn is-setturi. Fl-aħħar nett, huwa essenzjali li l-kriterji għar-rappreżentattività tal-grupp rikonoxxut jiżguraw bilanċ fit-teħid tad-deċiżjonijiet bejn il-membri differenti tal-grupp.
Emenda 35
Artikolu 33, paragrafu ġdid 6
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
6. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 huma ssodisfati għall-gruppi ta’ produtturi diġà rikonoxxuti fil-livell nazzjonali abbażi tar-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li dan ma jippreġudikax il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
Raġuni
F’xi Stati Membri diġà teżisti sistema bi gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti.
Emenda 36
Artikolu 34(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. Ir-reġistri tal-ismijiet ta’ dominji tal-ogħla livell bil-kodiċi tal-pajjiż stabbiliti fl-Unjoni jistgħu , fuq talba ta’ persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess jew drittijiet leġittimi, jirrevokaw jew jittrasferixxu isem ta’ dominju rreġistrat taħt tali dominju tal-ogħla livell bil-kodiċi tal-pajjiż lill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut tal-prodotti bl-Indikazzjoni Ġeografika kkonċernata, wara proċedura alternattiva xierqa għas-soluzzjoni tat-tilwim jew proċedura ġudizzjarja, jekk tali isem ta’ dominju jkun ġie rreġistrat mid-detentur tiegħu mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-Indikazzjoni Ġeografika jew jekk ikun ġie rreġistrat jew ikun qed jintuża b’mala fide u l-użu tiegħu jikser l-Artikolu 27. |
1. L-obbligi li ġejjin għandhom japplikaw għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma pprovduti jew offruti mill-gwardjani lill-utenti finali stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni u għall-utenti kummerċjali, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment jew ta’ residenza tal-gwardjani jew tal-utenti kummerċjali u irrispettivament mil-liġi applikabbli mod ieħor għall-forniment ta’ servizzi, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2022/xxx. Ir-reġistri tal-ismijiet ta’ dominji għandhom , ex officio jew fuq talba ta’ persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess jew drittijiet leġittimi, jirrevokaw jew jittrasferixxu isem ta’ dominju rreġistrat lill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut tal-prodotti bl-Indikazzjoni Ġeografika kkonċernata jew lill-Istat Membru ta’ oriġini tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata, wara proċedura alternattiva xierqa għas-soluzzjoni tat-tilwim jew proċedura ġudizzjarja, jekk tali isem ta’ dominju jkun ġie rreġistrat mid-detentur tiegħu mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-Indikazzjoni Ġeografika jew jekk ikun ġie rreġistrat jew ikun qed jintuża b’mala fide u l-użu tiegħu jikser l-Artikolu 27. |
Raġuni
L-Artikolu 34 ikopri biss id-dominji tal-ogħla livell bil-kodiċi tal-pajjiż (ccTLDs) fl-Unjoni. Għall-ismijiet ta’ dominju minbarra s-ccTLDs, din id-dispożizzjoni ma tapplikax. Għalhekk huwa adegwat li l-formulazzjoni tiġi allinjata ma’ dik tal-Att dwar is-Swieq Diġitali.
Emenda 37
Artikolu 34(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Ir-reġistri tal-ismijiet ta’ dominju tal-ogħla livell bil-kodiċi tal-pajjiż stabbiliti fl-Unjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe proċedura alternattiva għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilita biex issolvi t-tilwim relatat mar-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta’ dominju msemmija fil-paragrafu (1), għandha tirrikonoxxi l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bħala drittijiet li jistgħu jipprevjenu li isem ta’ dominju jiġi rreġistrat jew użat b’mala fide. |
2. Ir-reġistri tal-ismijiet ta’ dominju għandhom jiżguraw li kwalunkwe proċedura alternattiva għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilita biex issolvi t-tilwim relatat mar-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta’ dominju msemmija fil-paragrafu (1), għandha tirrikonoxxi l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bħala drittijiet li jistgħu jipprevjenu li isem ta’ dominju jiġi rreġistrat jew użat b’mala fide. |
Emenda 38
Artikolu ġdid wara l-Artikolu 45
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||||
|
|
1. L-EUIPO jista’ jipparteċipa fil-funzjonament tas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni billi jipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni Ewropea fil-każijiet u bil-mod previst f’dan ir-Regolament, mingħajr ma jmur lil hinn mill-qasam ta’ kompetenza tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
||||||||||
|
|
2. L-involviment tal-EUIPO ma jridx iwassal għal proċeduri żejda jew għal estensjoni tagħhom. |
||||||||||
|
|
3. L-EUIPO jista’ jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin: |
||||||||||
|
|
|
Raġuni
Il-Kapitolu 5 tar-Regolament propost huwa l-post adegwat biex jiġu ċċarati u elenkati b’mod trasparenti t-tipi ta’ kompiti li l-EUIPO jista’ jassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tagħhom. Dan jippermetti lill-EUIPO jikkomplementa l-kompetenzi tad-DĠ AGRI fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali permezz tal-għarfien espert dwar id-DPI.
Emenda 39
Artikolu 47
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. Meta l-Kummissjoni teżerċita kwalunkwe setgħa prevista f’dan ir-Regolament sabiex tafda kompiti lill- EUIPO, hija għandha tingħata wkoll is- setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 84 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bi kriterji għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni fit-twettiq ta’ tali kompiti. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu: |
1. Meta l-Kummissjoni titlob l-assistenza tal- EUIPO fit-twettiq tal-kompiti msemmija , hija għandha tingħata s- setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 84 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bi kriterji għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni fit-twettiq ta’ tali kompiti. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
2. Mhux aktar tard minn ħames snin wara l-ewwel delega ta’ kwalunkwe kompitu lill-EUIPO, il-Kummissjoni għandha tħejji u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati u l-esperjenza tal-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti mill-EUIPO. |
2. Mhux aktar tard minn ħames snin wara l-ewwel delega ta’ kwalunkwe kompitu lill-EUIPO, il-Kummissjoni għandha tħejji u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati u l-esperjenza tal-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti mill-EUIPO. |
Raġuni
Il-kontribut ta’ EUIPO għall-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kompiti se jkun limitat għall-aspetti tad-DPI u l-intervent tiegħu jrid jiġi vvalutat ukoll f’termini ta’ tqassir tat-tul tal-proċeduri.
Emenda 40
Artikolu 48(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
3. Il-prodotti agrikoli li ġejjin huma esklużi milli jkunu s-suġġett ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta: |
3. Il-prodotti agrikoli li ġejjin huma esklużi milli jkunu s-suġġett ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta: |
||||
|
prodotti li, mingħajr preġudizzju għar-regoli msemmija fl-Artikolu 5(2), imorru kontra l-politika pubblika jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità u ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq intern. |
Raġuni
Peress li t-tip ta’ prodotti li jistgħu jiġu esklużi mhuwiex definit b’mod ċar, dan l-artikolu jista’ jikkostitwixxi dispożizzjoni diskriminatorja.
Emenda 41
Artikolu 60
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. L-iskrutinju ma għandux jieħu aktar minn sitt xhur. F’każ li ż-żmien ta’ skrutinju jaqbeż jew x’aktarx jaqbeż is-sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miktub dwar ir-Raġunijiet għad-dewmien. |
2. L-iskrutinju ma għandux jieħu aktar minn sitt xhur. F’każ li ż-żmien ta’ skrutinju jaqbeż jew x’aktarx jaqbeż is-sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miktub dwar ir-Raġunijiet għad-dewmien. |
Raġuni
[Nota: Din l-emenda ma twassalx għal tibdil fit-test tal-verżjoni bil-Malti].
L-iskadenza ta’ sitt xhur stabbilita fir-Regolament ġeneralment ma tiġix rispettata mill-KE Għandu jiġi osservat li l-analiżi m’għandhiex teċċedi perjodu ta’ sitt xhur.
Emenda 42
Artikolu 84
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(4), fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 17(5), fl-Artikolu 19(10) , fl-Artikolu 23(7), fl-Artikolu 25(10), fl-Artikolu 26(6), fl-Artikolu 28(3), fl-Artikolu 29(3) , fl-Artikolu 34(3), fl-Artikolu 46(1), fl-Artikolu 46, fl-Artikolu 47(1), fl-Artikolu 48(6), fl-Artikolu 48(7), fl-Artikolu 49(4), fl-Artikolu 51(3), fl-Artikolu 55(5), fl-Artikolu 56(2), fl-Artikolu 73(10), fl-Artikolu 69(4), fl-Artikolu 70(2), fl-Artikolu 58(3), fl-Artikolu 62(10), fl-Artikolu 67(3), fl-Artikolu 68(6), fl-Artikolu 76(4), fl-Artikolu 77(1), fl-Artikolu 78(3), fl-Artikolu 78(4), għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. |
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 23(7), fl-Artikolu 25(10), fl-Artikolu 34(3), fl-Artikolu 46(1), fl-Artikolu 46, fl-Artikolu 47(1), fl-Artikolu 48(6), fl-Artikolu 48(7), fl-Artikolu 49(4), fl-Artikolu 51(3), fl-Artikolu 55(5), fl-Artikolu 56(2), fl-Artikolu 73(10), fl-Artikolu 69(4), fl-Artikolu 70(2), fl-Artikolu 58(3), fl-Artikolu 62(10), fl-Artikolu 67(3), fl-Artikolu 68(6), fl-Artikolu 76(4), fl-Artikolu 77(1), fl-Artikolu 78(3), fl-Artikolu 78(4), għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. |
Raġuni
It-test jagħti lill-KE libertà wiesgħa li tagħmel bidliet fil-politika dwar l-IĠ permezz ta’ atti delegati. Dan mhuwiex aċċettabbli peress li l-kwistjonijiet ewlenin jeħtieġ li jiġu stabbiliti fit-test tar-Regolament u permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
|
1. |
jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea u jħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill iqisu t-titjib sinifikanti fis-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) introdotta mir-riforma reċenti tal-Politika Agrikola Komuni (PAK); |
|
2. |
ifakkar li l-IĠ huma element fundamentali tal-politika tal-iżvilupp rurali b’impatt fuq l-attività ekonomika u soċjali tar-reġjuni; |
|
3. |
jinnota b’dispjaċir, għalhekk, li l-proposta għal regolament tirreferi għall-kisba tal-objettivi tal-politika tal-iżvilupp rurali fil-premessi biss, minkejja li dan kien imsemmi qabel fl-Artikolu 1 tar-Regolament; |
|
4. |
jappoġġja l-istabbiliment ta’ sett uniku ta’ regoli proċedurali għas-setturi kollha, bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza u li s-sistema tal-IĠ tinftiehem aħjar, filwaqt li jirrakkomanda li ma jittiħdux passi ulterjuri sabiex jiġu ppreservati l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur; |
|
5. |
jappoġġja l-proposta li tiġi inkluża l-possibbiltà li l-korpi pubbliċi reġjonali jew lokali jgħinu fit-tħejjija tal-applikazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni għall-IĠ, peress li din tifformalizza l-kontribut tar-reġjuni fil-passi preparatorji u preliminari tal-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-IĠ; |
|
6. |
ifakkar li l-IĠ m’għandhomx jitqiesu biss bħala drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI), peress li huma wkoll għodod ta’ żvilupp rurali; |
|
7. |
iqis, għalhekk, li d-DĠ AGRI, minħabba l-għarfien espert tiegħu fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, għandu jkompli jindirizza l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, l-oppożizzjoni u l-kanċellazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, kif ukoll l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott; |
|
8. |
iqis li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), minħabba l-għarfien espert tekniku tiegħu dwar id-DPI u r-riżorsi tiegħu, jista’ jkun involut fil-funzjonament tas-sistema tal-IĠ tal-UE billi jipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni Ewropea f’każijiet relatati ma’ aspetti tal-proprjetà intellettwali u b’mod li għandu jiġi definit b’mod ċar fil-proposta leġiżlattiva u mhux permezz ta’ atti delegati; |
|
9. |
jenfasizza li l-involviment tal-EUIPO fir-reġistrazzjoni, fl-emendar tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u fil-proċeduri ta’ oppożizzjoni jrid ikun limitat għall-qasam ta’ kompetenza tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma jridx iwassal għal proċeduri żejda jew għal estensjoni tagħhom; |
|
10. |
jinnota, madankollu, li skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (2), l-intervent tal-EUIPO ma naqqasx it-tul tal-proċeduri; |
|
11. |
jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti skadenzi ċari u li jitħaffu l-proċeduri għall-emendar tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, li jinfluwenzaw ħafna l-adozzjoni tal-aġġustamenti tal-proċess tal-produzzjoni; |
|
12. |
jinnota wkoll li l-EUIPO żviluppa għarfien espert reali fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għandu għodod effettivi ħafna li jistgħu jkunu utli ħafna għall-monitoraġġ u l-promozzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ġlieda kontra l-frodi; |
|
13. |
jirrakkomanda li jsir rieżami ta’ dan it-trasferiment parzjali ta’ kompetenza fi żmien sentejn u fid-dawl tal-aċċettazzjoni sħiħa tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli mill-EUIPO, sabiex jiġi vverifikat jekk humiex meħtieġa xi emendi għar-Regolament; |
|
14. |
minħabba d-dimensjoni territorjali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa mixtieq li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi involut fis-sistema ta’ evalwazzjoni; |
|
15. |
jirrikonoxxi l-kontribut tal-IĠ għas-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika, permezz tar-rabta mill-qrib tagħhom mat-territorju tal-oriġini, kif ukoll ma’ dieti varjati u bbilanċjati; |
|
16. |
jappoġġja l-inklużjoni ta’ impenji volontarji ta’ sostenibbiltà fl-IĠ, li d-definizzjoni tagħhom għandha tiġi ċċarata fir-regolament, filwaqt li l-gruppi ta’ produtturi jingħataw il-possibbiltà li jadattaw l-istandards ta’ sostenibbiltà skont it-territorji tagħhom; |
|
17. |
jilqa’ l-ambizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tħeġġeġ lill-produtturi tal-IĠ jaħdmu flimkien b’mod effettiv fi ħdan il-gruppi tal-produtturi u tagħtihom aktar setgħat, peress li governanza kollettiva b’saħħitha tinsab fil-qalba tas-sistema tal-IĠ; |
|
18. |
jesprimi dispjaċir peress li l-formulazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tipprevedi żewġ livelli ta’ rappreżentattività, toħloq ħafna konfużjoni dwar il-gruppi differenti ta’ produtturi, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tagħhom, u jqis li l-formulazzjoni attwali ma tqisx id-diversità tas-sitwazzjonijiet legali fl-Istati Membri; |
|
19. |
jappoġġja t-titjib tal-protezzjoni tal-IĠ, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni fuq l-internet u tal-bejgħ fuq pjattaformi online u l-protezzjoni kontra r-reġistrazzjoni u l-użu b’mala fide tal-IĠ fis-sistema tal-ismijiet ta’ dominji; |
|
20. |
jaqbel mal-kjarifiki dwar l-IĠ użati bħala ingredjenti; |
|
21. |
billi l-IĠ jirrappreżentaw valur tal-bejgħ ta’ EUR 74,76 biljun u 15,5 % tal-esportazzjonijiet agroalimentari totali tal-UE, jirrakkomanda li dawn jibqgħu jiġu protetti fil-ftehimiet kummerċjali; |
|
22. |
billi l-IĠ żgħar u ta’ daqs medju jirrappreżentaw 48 % tal-għadd totali ta’ IĠ fl-UE, iżda 0,5 % biss tal-valur totali tal-bejgħ taħt l-IĠ (3), jirrakkomanda appoġġ adegwat biex il-produtturi jkunu jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż tal-produzzjoni u b’hekk jiġi evitat l-abbandun taċ-ċertifikazzjoni; |
|
23. |
iqis li, fi ħdan it-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju, jista’ jkun utli li tinżamm il-possibbiltà li jiġi introdott mill-ġdid it-terminu “prodott tal-biedja tal-gżejjer” u li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ referenza għal “ħalib, il-ġobon u l-laħam mir-ragħa” għal prodotti li jiżguraw li aktar minn 80 % tal-għalf jiġi mill-mergħat matul l-istaġun kollu tar-ragħa; |
|
24. |
jirrakkomanda li titħaffef l-implimentazzjoni tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodotti tal-muntanji”, filwaqt li jfakkar lill-Istati Membri dwar l-opportunitajiet offruti minn dan it-terminu u li jissorveljaw l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
25. |
jirrikonoxxi li l-IĠ jistgħu jkunu wkoll fattur ewlieni fil-kisba tat-tikketta “Patrimonju Dinji tal-UNESCO” (4) u, sabiex jissaħħu ż-żoni rurali, jirrakkomanda sinerġija bejn dawn iż-żewġ tikketti, li tippermetti lill-wirt kulturali jżid il-valur tal-ktajjen tal-valur agrikolu u b’hekk tal-ekonomija tat-territorju fl-intier tagħha. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Soldi, R. (2018), Sustainable public procurement of food (Akkwist pubbliku sostenibbli tal-ikel – mhux disponibbli bil-Malti), https://data.europa.eu/doi/10.2863/1187
(2) Rapport Speċjali 06/2022 Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal-UE: Ma hemmx protezzjoni sħiħa.
(3) Kummissjoni Ewropea (Frar 2021) “Study on economic value of EU quality schemes, geographical indications (GIs) and traditional specialities guaranteed (TSGs)” (Studju dwar il-valur ekonomiku tal-iskemi tal-kwalità tal-UE, l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti — mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (Marzu 2022), “Kif jistgħu l-awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw il-pajsaġġi agrikoli ta’ wirt dinji bħala għodda għat-tisħiħ tas-sostenibbiltà ekonomika u soċjali taż-żoni rurali? Studji ta’ każijiet u rakkomandazzjonijiet għat-trasferiment ta’ għarfien b’suċċess”.
|
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/99 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Il-ġenerazzjoni li jmiss tar-riżorsi proprji tal-Baġit tal-UE”
(2023/C 79/12)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
COM(2021) 570
Emenda 1
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), hija parti ċentrali tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima. Meta titqies ir-rabta mill-qrib tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet mal-objettivi tal-politika dwar il-klima tal-Unjoni , huwa xieraq li jiġi allokat sehem mid-dħul ikkonċernat għall-baġit tal-Unjoni. |
L-iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), hija parti ċentrali tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima. Meta titqies ir-rabta mill-qrib tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet mal-objettivi tal-politika dwar il-klima tal-Unjoni kif ukoll in-natura transfruntiera tal-emissjonijiet tal-karbonju, jista’ jkun xieraq li jiġi kkunsidrat li jiġi allokat sehem mid-dħul ikkonċernat għall-baġit tal-Unjoni , taħt il-kundizzjonijiet stretti li: (1) dan mhux se jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità finanzjarja tal-awtoritajiet nazzjonali biex jissodisfaw l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku ; |
Raġuni
It-trasferiment tad-dħul mill-ETS mil-livell ta’ Stat Membru għal dak tal-UE jista’ jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jinvestu f’miżuri dwar it-tibdil fil-klima minħabba inqas dħul.
Emenda 2
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġi evitat impatt eċċessivament rigressiv fuq il-kontribuzzjonijiet mill-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, jenħtieġ li tiġi stabbilita kontribuzzjoni massima għall-Istati Membri eliġibbli. Għall-perjodu mill-2023 sal-2027, l-Istati Membri huma eliġibbli jekk l-introjtu nazzjonali gross per capita, imkejjel skont l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkulat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-2020 ikun anqas minn 90 % tal-medja tal-UE. Għall-perjodu mill-2028 sal-2030, jenħtieġ li jintuża l-introjtu nazzjonali gross per capita fl-2025 . Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tiġi stabbilita billi l-ishma tal-Istati Membri fir-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskambju totali tal-emissjonijiet jitqabblu mal-ishma tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni ta’ dawk l-Istati Membri. Jenħtieġ li tiġi stabbilita kontribuzzjoni minima għall-Istati Membri kollha jekk is-sehem tagħhom tal-ammont totali tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ETS ikun anqas minn 75 % tas-sehem tagħhom fl-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni. |
Sabiex jiġi evitat impatt eċċessivament rigressiv fuq il-kontribuzzjonijiet mill-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, jenħtieġ li tiġi stabbilita kontribuzzjoni massima għall-Istati Membri eliġibbli. Għall-perjodu mill-2023 sal-2027, l-Istati Membri huma eliġibbli jekk l-introjtu nazzjonali gross per capita, imkejjel skont l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkulat abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2018-2020 ikun anqas minn 90 % tal-medja tal-UE. Għall-perjodu mill-2028 sal-2030, jenħtieġ li jintuża l-introjtu nazzjonali gross per capita fil-perjodu 2023-2025 . Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tiġi stabbilita billi l-ishma tal-Istati Membri fir-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskambju totali tal-emissjonijiet jitqabblu mal-ishma tal-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni ta’ dawk l-Istati Membri. Jenħtieġ li tiġi stabbilita kontribuzzjoni minima għall-Istati Membri kollha jekk is-sehem tagħhom tal-ammont totali tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ETS ikun anqas minn 75 % tas-sehem tagħhom fl-introjtu nazzjonali gross tal-Unjoni. |
Raġuni
Il-prattika komuni fil-politika ta’ koeżjoni hija li jintużaw iċ-ċifri tal-introjtu nazzjonali gross għal medja ta’ tliet snin biex ir-reġjuni u l-Istati Membri jiġu kklassifikati bħala aktar żviluppati, inqas żviluppati jew fi tranżizzjoni. Aħna nipproponu l-adozzjoni ta’ dan il-metodu biex jiġi kkalkulat il-mekkaniżmu ta’ rifużjoni applikat għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ETS.
Emenda 3
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Ir-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera biex jikkomplementa l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet u biex jiżgura l-effettività tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima. Meta titqies ir-rabta mill-qrib tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima, jenħtieġ li sehem mid-dħul mill-bejgħ ta’ ċertifikati jiġi ttrasferit għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsa proprja. |
Ir-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera biex jikkomplementa l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet u biex jiżgura l-effettività tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima. Meta titqies ir-rabta mill-qrib tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima kif ukoll in-natura transfruntiera tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-ktajjen ta’ valur industrijali , jenħtieġ li sehem mid-dħul mill-bejgħ ta’ ċertifikati jiġi ttrasferit għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsa proprja. |
Raġuni
In-natura transfruntiera tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-ktajjen tal-valur industrijali tagħmilha diffiċli li d-dħul mis-CBAM jiġi attribwit lil Stati Membri individwali u tikkostitwixxi argument qawwi favur l-allokazzjoni tad-dħul fil-livell tal-UE.
Emenda 4
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
F’Ottubru 2021, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Qafas Inklużiv tal-G20 dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt laħqu ftehim dwar l-allokazzjoni lil ġurisdizzjonijiet tas-suq parteċipanti ta’ 25 % tal-profitti residwi ta’ intrapriżi multinazzjonali kbar li jkunu jaqbżu l-livell limitu ta’ profittabbiltà ta’ 10 % (“il-Ftehim tal-OECD/G20 IF Pilastru 1”). Jenħtieġ li r-riżorsa proprja tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir għas-sehem tal-profitti residwi tal-intrapriżi multinazzjonali, riallokata lill-Istati Membri [skont id- Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni.] |
F’Ottubru 2021, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Qafas Inklużiv tal-G20 dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt laħqu ftehim dwar l-allokazzjoni lil ġurisdizzjonijiet tas-suq parteċipanti ta’ 25 % tal-profitti residwi ta’ intrapriżi multinazzjonali kbar li jkunu jaqbżu l-livell limitu ta’ profittabbiltà ta’ 10 % (“il-Ftehim tal-OECD/G20 IF Pilastru 1”). Jenħtieġ li r-riżorsa proprja tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ ġbir għas-sehem tal-profitti residwi tal-intrapriżi multinazzjonali, riallokata lill-Istati Membri [skont id-dħul fis-seħħ tal-konvenzjoni multilaterali u d- Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim globali dwar ir-riallokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni.] |
Raġuni
Hemm bżonn li jiġi speċifikat li l-istabbiliment ta’ din ir-riżorsa proprja ġdida jiddependi mill-konklużjoni tal-konvenzjoni multilaterali mmirata lejn l-operazzjonalizzazzjoni tal-Ewwel Pilastru tal-ftehim tal-OECD/G20.
Emenda 5
Artikolu 1
Ibdel il-punt (1)(d)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
2a. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (e), dan li ġej għandu japplika sas-sena finanzjarja 2030: |
2a. B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (e), dan li ġej għandu japplika sas-sena finanzjarja 2030: |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-prattika komuni fil-politika ta’ koeżjoni hija li jintużaw iċ-ċifri tal-introjtu nazzjonali gross għal medja ta’ tliet snin biex ir-reġjuni u l-Istati Membri jiġu kklassifikati bħala aktar żviluppati, inqas żviluppati jew fi tranżizzjoni. Aħna nipproponu l-adozzjoni ta’ dan il-metodu biex jiġi kkalkulat il-mekkaniżmu ta’ rifużjoni applikat għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ETS.
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027
COM(2021) 569
Emenda 6
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-introduzzjoni tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, kif stabbilit fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 , tista’ twassal għal impatti soċjali fuq terminu qasir. Biex tiġi indirizzata din l-isfida, ir-Regolament (UE) [XXX] finali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa15 Fond Soċjali għall-Klima, li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont il-qafas finanzjarju pluriennali. Għalhekk, jenħtieġ li l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-intestatura 3, “Riżorsi Naturali u Ambjent”, u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament jiġu adattati għas-snin 2025, 2026 u 2027 . |
L-introduzzjoni tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, kif stabbilit fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 , tista’ twassal għal impatti soċjali fuq terminu qasir. Biex tiġi indirizzata din l-isfida, ir-Regolament (UE) [XXX] finali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 stabbilixxa Fond Soċjali għall-Klima, li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont il-qafas finanzjarju pluriennali. Għalhekk, jenħtieġ li l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-intestatura 3, “Riżorsi Naturali u Ambjent”, u l-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament jiġu adattati għas-snin 2024, 2025, 2026 u 2027 . |
Raġuni
Il-Fond Soċjali għall-Klima jenħtieġ li jibda sena qabel l-estensjoni tal-ETS għas-settur tat-trasport u tal-bini sabiex il-familji vulnerabbli, l-intrapriżi mikro u żgħar u l-utenti tal-mobbiltà jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw.
Emenda 7
Premessa ġdida wara l-premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Huwa xieraq li jiġi introdott “aġġustament awtomatiku għall-fluttwazzjoni tal-prezzijiet tal-karbonju” għal-limitu massimu tal-intestatura 3 biex jippermetti rinfurzar annwali tal-approprjazzjonijiet għall-Fond Soċjali għall-Klima fil-każ ta’ prezzijiet ogħla tal-karbonju fis-setturi tal-mobbiltà u tal-bini. |
Raġuni
Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-baġit tal-Fond Soċjali għall-Klima jiġi rinfurzat f’każ li l-prezz tal-karbonju fis-setturi tal-ETS2 ikun ogħla mis-suppożizzjonijiet inizjali tal-Kummissjoni.
Emenda 8
Artikolu 1, ġdid (3) li jdaħħal l-Artikolu 4b
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Jiddaħħal 4b: “Artikolu 4b Mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-prezz tal-karbonju 1. Mill-2024, wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji tas-sena n-1 skont l-Artikolu 245(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jsir aġġustament ’il fuq għal-limitu massimu tan-nefqa għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-intestatura 3 u għal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-sena kurrenti fl-eventwalità li l-prezz tal-karbonju fis-setturi ETS2 ikun ogħla mis-suppożizzjonijiet oriġinali tal-Kummissjoni. 2. L-aġġustament annwali se jiġi kkalkulat abbażi tal-livell medju tal-EU-27 tal-prezz tal-karbonju ETS2 fis-sena - 1.” |
Raġuni
Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-baġit tal-Fond Soċjali għall-Klima jiġi rinfurzat f’każ li l-prezz tal-karbonju fis-setturi tal-ETS2 ikun ogħla mis-suppożizzjonijiet inizjali tal-Kummissjoni.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
|
1. |
jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi tliet riżorsi proprji ġodda għall-baġit tal-UE, iżda jibqa’ mħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt kredibbli fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba ta’ dawn il-miżuri għall-kumpaniji u l-konsumaturi Ewropej; |
|
2. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti riżorsi ġodda mhux biss biex jitħallas lura d-dejn tan-Next Generation EU iżda wkoll biex tiżdied l-awtonomija finanzjarja tal-baġit tal-UE b’mod permanenti u biex jitnaqqsu l-inċentivi tal-Istati Membri biex jadottaw mentalità ta’ “juste retour” (rimborż ġust); ir-riżorsi proprji għandhom jiġu stabbiliti b’mod sostenibbli għall-baġits tal-Istati Membri; |
|
3. |
josserva li l-ewwel riżorsa proprja dwar l-iskart mill-imballaġġ mhux irriċiklat, fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021, mhijiex allokata biex tiġi investita direttament fl-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik; għalhekk, jappella sabiex l-UE tkun aktar ambizzjuża fit-tnaqqis tal-użu tal-plastik u fil-promozzjoni tar-riċiklaġġ tiegħu. |
|
4. |
jinnota li l-introduzzjoni tal-ewwel basket ta’ riżorsi proprji ġodda fl-2023, f’konformità mal-pjan direzzjonali stabbilit fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2021, se tibgħat messaġġ pożittiv lill-investituri dwar is-swieq finanzjarji u l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni; ifakkar li dħul suffiċjenti minn riżorsi proprji ġodda huwa essenzjali biex jiġi ggarantit il-ħlas lura tad-dejn tan-Next Generation EU mingħajr ma jiġu pperikolati l-programmi tal-UE fil-QFP li jmiss. |
Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri
|
5. |
jappoġġja l-proposta għall-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) biex jistimola l-azzjoni klimatika globali. Is-CBAM għandu jiġi inkorporat fi strateġija industrijali usa’ tal-UE dwar it-tranżizzjonijiet; |
|
6. |
jirrimarka li l-introjtu mis-suq tal-karbonju u minn imposta tal-karbonju fil-fruntieri jista’ jonqos maż-żmien hekk kif l-ekonomija Ewropea tiddekarbonizza u pajjiżi terzi oħra jadottaw progressivament mekkaniżmi simili tal-ipprezzar tal-karbonju; |
|
7. |
jirrikonoxxi l-mekkaniżmu bħala għodda utli għall-UE biex tgħin fir-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 b’mod globali, madankollu dan iqajjem tħassib, bħall-impatt imprevedibbli tal-mekkaniżmu fuq is-swieq tal-UE, inklużi l-SMEs u l-biedja. Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid il-monitoraġġ u r-rappurtar lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu u l-impatt tiegħu fuq is-swieq; |
|
8. |
jenfasizza li l-allokazzjonijiet bla ħlas tal-ETS (1) għandhom jitneħħew b’mod gradwali għas-setturi koperti mis-CBAM, u jiġu sostitwiti bl-irkant tal-kwoti tal-emissjonijiet kollha, sabiex jiżgura l-kompatibbiltà mad-WTO fuq perjodu twil ta’ żmien. |
Riżorsa proprja ġdida bbażata fuq l-ETS
|
9. |
jappoġġja l-proposta li jinħolqu riżorsi proprji ġodda bbażati fuq Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) riformata; jenfasizza li n-natura transfruntiera tal-emissjonijiet tal-karbonju, li huma assoċjati ma’ esternalitajiet negattivi mhux ristretti għall-pajjiżi emittenti, tipprovdi raġunament b’saħħtu għall-allokazzjoni tad-dħul mill-irkant miċ-ċertifikati tal-ETS għal-livell tal-UE; jenfasizza li dan ma għandux jolqot ħażin il-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-programmi nazzjonali tagħhom dwar it-tibdil fil-klima; |
|
10. |
huwa essenzjali li jittaffew l-effetti negattivi soċjali u territorjali tal-estensjoni tal-ETS għas-settur tal-bini u t-trasport (ETS 2). Il-KtR jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqaf Fond Soċjali għall-Klima ffinanzjat b’ammont ekwivalenti għal 25 % tad-dħul mill-ETS2 tkun għal kollox mhux biżżejjed biex tikkumpensa għall-iskala vasta ta’ rinnovazzjonijiet tad-djar u l-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq. Il-KtR jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti bis-sħiħ fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ETS u fil-ġestjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima. Il-KtR jirrakkomanda li l-Fond Soċjali għall-Klima jiġi integrat fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni tal-politika ta’ koeżjoni sabiex tiġi ssemplifikata l-ġestjoni tiegħu fil-prattika għall-awtoritajiet maniġerjali u l-benefiċjarji. Għandha tingħata prijorità biex l-għodod eżistenti ta’ investiment u koeżjoni jiffunzjonaw aħjar u aktar malajr minflok ma jiġu stabbiliti fondi ġodda li jiddupplikaw il-mekkaniżmi u l-objettivi eżistenti b’regoli differenti u bir-riskju li jiġu evitati r-regoli attwali dwar l-eliġibbiltà tas-sorsi tal-enerġija; |
|
11. |
jemmen li sabiex inżommu l-pass mat-tibdil teknoloġiku, regolatorju u tas-suq, is-CBAM għandu jkun dinamiku u l-iskop settorjali u l-kopertura tal-emissjonijiet tiegħu għandhom jiġu rieżaminati regolarment, sabiex jitqies l-impatt lokali u reġjonali tal-mekkaniżmu; jinsab lest li jappoġġja l-valutazzjoni tal-impatti territorjali tas-CBAM; |
|
12. |
jappoġġja l-idea li l-Fond Soċjali għall-Klima jiġi ffinanzjat permezz ta’ riżorsi proprji minflok ma jiġu allokati r-rikavati tal-ETS2 permezz ta’ dħul assenjat; jinnota li mekkaniżmu ta’ allokazzjoni jagħmel l-ippjanar fit-tul diffiċli peress li l-ammonti annwali jkunu imprevedibbli u volatili; |
|
13. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riżorsa proprja bbażata fuq l-ETS se tkun 71 % tad-dħul totali minn dan l-ewwel basket ta’ riżorsi proprji ġodda. Għalhekk, iż-żamma ta’ riżorsa proprja bbażata fuq l-ETS hija kruċjali għall-kredibbiltà tal-pakkett. |
|
14. |
jinsab imħasseb, madankollu, li l-volum ta’ riżorsi għall-Fond Soċjali għall-Klima jista’ jkun insuffiċjenti fil-każ ta’ prezzijiet tal-karbonju għoljin ħafna. Il-KtR jappoġġja l-idea (2) li jinħoloq “aġġustament awtomatiku għall-fluttwazzjoni tal-prezzijiet tal-karbonju” biex jissaħħaħ il-baġit annwali tal-Fond Soċjali għall-Klima f’każ ta’ prezzijiet ogħla tal-karbonju fis-setturi tal-ETS2; |
|
15. |
iqis li l-Fond Soċjali għall-Klima għandu jibda fl-2024, sena qabel l-implimentazzjoni tal-ETS fil-qasam tat-trasport bit-triq u s-setturi tal-bini sabiex il-familji vulnerabbli, l-intrapriżi mikro u żgħar u l-utenti tal-mobbiltà, l-iżjed dawk li jiffaċċjaw il-faqar tal-mobbiltà, jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw. |
Riżorsa proprja bbażata fuq il-ftehim tal-OECD/G20 dwar “L-Ewwel Pilastru”
|
16. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tinħoloq riżorsa proprja ġdida bbażata fuq “l-Ewwel Pilastru” tal-ftehim internazzjonali dwar it-taxxa tal-OECD/G20; jinnota, madankollu, li l-istabbiliment ta’ din ir-riżorsa proprja ġdida jiddependi mill-finalizzazzjoni b’suċċess tal-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD/G20 matul l-2022; |
|
17. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħejji għall-eventwalità li ġurisdizzjonijiet ewlenin, u b’mod partikolari l-Istati Uniti, ma jirratifikawx il-ftehim; iqis li, f’każ bħal dan, l-UE għandha timxi ’l quddiem u tipproponi Taxxa fuq is-Servizzi Diġitali tal-UE li sservi bħala soluzzjoni interim sakemm tiġi stabbilita soluzzjoni aktar globali għall-intaxxar ta’ kumpaniji multinazzjonali kbar; |
|
18. |
ifakkar li l-ftehim tal-OECD/G20 tal-2021 dwar it-tassazzjoni globali ppreveda l-konklużjoni tal-ħidma preparatorja dwar il-konvenzjoni multilaterali sa kmieni fl-2022; josserva li l-progress fl-implimentazzjoni qed jieqaf peress li l-OECD għadha ma ffinalizzatx it-test tal-konvenzjoni multilaterali; jinsab imħasseb li bidla politika fl-elezzjonijiet ta’ nofs il-mandat tal-Istati Uniti tista’ tipperikola l-kapaċità tal-Istati Uniti li jiffirmaw u jirratifikaw l-konvenzjoni multilaterali. |
Riżorsi proprji possibbli oħra
|
19. |
jirrimarka li, b’mod ġenerali, it-tliet riżorsi proprji ġodda proposti se jrendu sa EUR 17-il biljun fis-sena mill-2026 sal-2030 skont l-istimi tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li dan l-ammont mhux se jkun biżżejjed biex ikopri kemm l-ispejjeż tal-ħlas lura tad-dejn tan-Next Generation EU (EUR 15-il biljun fis-sena) kif ukoll il-finanzjament tal-Fond Soċjali għall-Klima (EUR 9,7 biljun/sena); jenfasizza, għaldaqstant, li se jkunu meħtieġa riżorsi proprji ġodda addizzjonali; jenfasizza l-importanza tal-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u jistieden lill-Kummissjoni tqishom meta tippreżenta riżorsi proprji ġodda. |
|
20. |
jinsab imħasseb dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jallokaw il-fondi li ma ntefqux mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jew il-PAK lura lill-pjan REPowerEU; jafferma mill-ġdid li l-politiki l-ġodda għandhom jiġu ffinanzjati b’mezzi finanzjarji ġodda; |
|
21. |
jinnota li r-riforma futura tas-sistema tal-baġit tal-UE tirrikjedi riżorsi proprji tal-UE li jappoġġjaw it-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomiji ċirkolari kompetittivi. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-proposti Ex'Tax biex it-tassazzjoni tinbidel minn fuq ix-xogħol għal fuq it-tniġġis u l-użu tar-riżorsi, kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Din il-bidla fit-tassazzjoni (taxshift) hija bbażata fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas kif ukoll fuq il-prinċipji “nagħmlu x-xogħol irodd” u “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”. L-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji tallinja l-politiki tat-taxxa mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, fost l-oħrajn; |
|
22. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem fuq proposti għal riżorsi proprji ġodda mingħajr dewmien; iqis bħala promettenti ħafna l-idea li tinħoloq riżorsa proprja marbuta ma’ korporazzjonijiet ewlenin, li tibni fuq il-proposta tal-BEFIT (In-Negozju fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni fuq l-Introjtu) ippjanata għall-2023; josserva li, skont ċerti studji, l-implimentazzjoni tal-ftehim OECD/G20 tista’ twassal għal żieda fid-dħul mit-taxxa korporattiva fl-Ewropa b’aktar minn EUR 80 biljun fis-sena (3); |
|
23. |
jenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tistabbilixxi Faċilità “RebuildUkraine”, li suppost se taġixxi bħala l-istrument legali ewlieni għall-appoġġ tal-UE għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jenfasizza li kompiti ġodda jeħtieġu sorsi finanzjarji ġodda u jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward li l-ħtiġijiet addizzjonali b’riżultat tal-gwerra jisbqu bil-bosta l-mezzi disponibbli fil-QFP attwali u l-impenn li se jkun meħtieġ li jiġu identifikati sorsi ġodda ta’ finanzjament; |
|
24. |
jilqa’ bil-qawwa li l-Kummissjoni akkumpanjat il-proposta għal skema ġdida tal-ETS u l-abbozz ta’ Regolament li jistabbilixxi CBAM bi grilji tas-sussidjarjetà. Ir-raġunament mogħti fir-rigward tal-valur miżjud Ewropew tal-proposti u l-introduzzjoni ta’ miżuri li jirriżultaw mill-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima kif definiti fl-Artikoli 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jissodisfa l-valutazzjoni proprja tal-KtR tal-kompatibbiltà sħiħa tal-proposti mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2022.
Vasco ALVES CORDEIRO
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, il-kumpaniji jridu jiksbu kwoti tal-emissjonijiet li jkopru l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom. L-allokazzjoni bla ħlas hija stabbilita bħala metodu tranżitorju għall-allokazzjoni ta’ kwoti b’kuntrast mal-metodu prestabbilit (irkant). Madankollu, il-kwoti allokati bla ħlas għadhom jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli.
(2) Abbozz ta’ Opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima (COM(2021) 568 — C9-0324/2021 — 2021/206 (COD), 9.2.2022.
(3) Barake, Mona et al 2021 Revenue Effects of the Global Minimum Tax: Country-by-Country Estimates (Effetti fuq id-dħul tat-taxxa minima globali: stimi għal kull pajjiż), Osservatorju tat-Taxxa tal-UE, Nota Nru 2, Ottubru 2021 (Mhux disponibbli bil-Malti).