ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 78/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11018 — COMPAGNIA SIDERURGICA ITALIANA / STEELAG DEUTSCHLAND) ( 1 ) |
|
2023/C 78/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10991 — GIP / KKR / VODAFONE / VANTAGE TOWERS) ( 1 ) |
|
2023/C 78/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11042 — BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER) ( 1 ) |
|
2023/C 78/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10993 — T-MOBILE AUSTRIA HOLDING / MERIDIAM INVESTMENT / JV) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 78/05 |
||
2023/C 78/06 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ) ( 1 ) |
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
|
2023/C 78/07 |
||
2023/C 78/08 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 78/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10933 – ORLEN / SGE / OSGE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2023/C 78/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11066 – BERKSHIRE PARTNERS / GTCR / POINT BROADBAND) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 78/11 |
||
2023/C 78/12 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11018 — COMPAGNIA SIDERURGICA ITALIANA / STEELAG DEUTSCHLAND)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 78/01)
Fl-20 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11018. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10991 — GIP / KKR / VODAFONE / VANTAGE TOWERS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 78/02)
Fit-22 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10991. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11042 — BLACKROCK / AT&T / GIGAPOWER)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 78/03)
Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11042. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10993 — T-MOBILE AUSTRIA HOLDING / MERIDIAM INVESTMENT / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 78/04)
Fis-27 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10993. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/5 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
2,50 % fl-1 ta' Marzu 2023
Rata tal-kambju tal-euro (2)
L-1 ta' Marzu 2023
(2023/C 78/05)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0684 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
144,82 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4431 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88574 |
SEK |
Krona Żvediża |
11,1000 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9997 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,70 |
NOK |
Krona Norveġiża |
11,0365 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
23,426 |
HUF |
Forint Ungeriż |
373,58 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6745 |
RON |
Leu Rumen |
4,9174 |
TRY |
Lira Turka |
20,1798 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5776 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4531 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,3866 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7048 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4316 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 389,03 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
19,3769 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3349 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 273,43 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7784 |
PHP |
Peso Filippin |
58,762 |
RUB |
Rouble Russu |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,063 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,5535 |
MXN |
Peso Messikan |
19,4883 |
INR |
Rupi Indjan |
88,0848 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/6 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 78/06)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
C(2023) 1180 |
it-23 ta’ Frar 2023 |
4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (“4-tert-OPnEO”) Nru KE: Nru CAS: |
Wallac Oy, Mustionkatu 6, 20750 Turku, il-Finlandja |
REACH/23/5/0 |
Formulazzjoni tal-4-tert-OPnEO (bħala Triton X-100) għall-użu fil-buffer tal-assaġġ għall-GSP® Neonatal GALT kit użat għad-determinazzjoni semikwantitattiva tal-attività tal-galattożju-1-fosfat uridil transferażi (GALT) |
l-4 ta’ Jannar 2026 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
REACH/23/5/1 |
Fil-buffer tal-assaġġ tal-GSP® Neonatal GALT kit użat għad-determinazzjoni semikwantitattiva tal-attività tal-galattożju-1-fosfat uridil transferażi (GALT) |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/7 |
Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2023/C 78/07)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
Is-7 ta’ Novembru 2022 |
|||||
Il-Każ Nru |
89494 |
|||||
Id-Deċiżjoni Nru |
199/22/COL |
|||||
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|||||
It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju) |
Qafas Temporanju għall-Kriżijiet: Skema ta’ garanzija għall-impriżi partikolarment affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriìtá |
|||||
Il-bażi ġuridika |
Id-Deċiżjoni Parlamentari tas-27 ta’ Ottubru 2022 li tawtorizza l-miżura u l-baġit tagħha, kif stabbilit f’Innst. 34 S (2022–2023), fuq il-bażi ta’ proposta tal-Gvern fi Prop. 142 S (2021 - 2022) u r-regolament mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd lil Export Finance Norway. |
|||||
It-tip ta’ miżura |
Skema |
|||||
L-objettiv |
Li jiġi żgurat li l-kumpaniji li f’kundizzjonijiet normali tas-suq ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż tal-elettriċità tagħhom u jkunu idonei għall-kreditu, iżda li jkunu partikolarment affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-elettriċità u jiffaċċjaw ħtiġijiet akuti ta’ likwidità minħabba dawk iż-żidiet fil-prezzijiet, ikunu kapaċi jiżguraw il-likwidità. |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Garanziji |
|||||
Il-baġit |
NOK 1 biljun |
|||||
L-intensità |
Il-garanziji mhux se jaqbżu d-90 % tal-inqas minn (i) 15 % tal-fatturat annwali medju għall-aħħar tliet perjodi kontabilistiċi magħluqa, u (ii) 50 % tal-ispejjeż tal-enerġija matul it-12-il xahar ta’ qabel ix-xahar meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna. |
|||||
Għal kemm żmien |
Mit-8 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Marzu 2023 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
L-iskema mhijiex limitata għal setturi magħżula. Istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra huma esklużi bħala benefiċjarji finanzjarji eliġibbli. |
|||||
L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/.
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/9 |
Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati tal-imgħax ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2022 Ippubblikat f’konformità mar-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-Għajnuna mill-Istat
u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (1)
(2023/C 78/08)
Ir-rati bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida tal-ESA dwar l-Għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-ESA Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġini xierqa mar-rata bażi f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:
|
L-Iżlanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
1.12.2022 – |
6,13 |
-0,45 |
2,81 |
(1) ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE tal-ĠU Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10933 – ORLEN / SGE / OSGE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 78/09)
1.
L-Erbgħa, 22 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Polski Koncern Naftowy Orlen S.A. (“ORLEN”, il-Polonja), entità kkwotata pubblikament (2), |
— |
Synthos Green Energy S.A. (“SGE”, il-Polonja), finalment ikkontrollata minn MS Galleon GmbH, |
— |
Orlen Synthos Green Energy sp. z o.o. (“OSGE”, il-Polonja), ikkontrollata bi sħab minn ORLEN u SGE. |
ORLEN u SGE jikkontrollaw bi sħab OSGE, impriża bi sħab (joint venture, JV) mhux b’funzjoni sħiħa. Mat-trasformazzjoni tal-mudell kummerċjali eżistenti tal-OSGE permezz tal-espansjoni u l-aċċellerazzjoni tal-attivitajiet tiegħu, l-OSGE se jevolvi minn funzjoni mhux sħiħa għal funzjoni sħiħa. Il-bidla ta’ OSGE minn funzjoni mhux sħiħa għal funzjoni sħiħa tammonta għal konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa tal-azzjonisti ta’ OSGE li tistabbilixxi t-trasformazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ OSGE u l-espansjoni u l-aċċellerazzjoni tal-attivitajiet ta’ OSGE.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
ORLEN hija raffinatur taż-żejt u bejjiegħ bl-imnut tal-petrol. |
— |
SGE tiżviluppa soluzzjonijiet tal-enerġija b’emissjonijiet żero. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ OSGE huma dawn li ġejjin:
— |
l-iżvilupp u l-użu ta’ impjanti tal-enerġija nukleari (small-modular reactor, “SMR” u micro-modular reactor, “MMR”) ibbażati fuq teknoloġija tar-reatturi żgħar u mikromodulari (fuq skala żgħira), l-esplorazzjoni ta’ siti ta’ reatturi potenzjali, u, ladarba l-impjanti tal-enerġija nukleari jkunu operattivi, il-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriċità ġġenerat mill-SMR/MMR fil-Polonja. L-attività ewlenija tan-negozju ta’ OSGE se tkun il-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriċità fil-Polonja. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10933 – ORLEN / SGE / OSGE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) 35,66 % tal-ishma ta’ ORLEN huma tat-Teżor tal-Istat tar-Repubblika tal-Polonja. L-azzjonisti ewlenin l-oħra huma Nationale-Nederlanden OFE (7,31 %) u Aviva OFE Aviva Santander (5,43 %).
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11066 – BERKSHIRE PARTNERS / GTCR / POINT BROADBAND)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 78/10)
1.
Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Berkshire Partners LLC (“Berkshire”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
GTCR, LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Point Broadband Holdings, LLC (“Point Broadband”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn GTCR. |
Berkshire u GTCR se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Point Broadband.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Berkshire hija kumpanija ta’ ekwità privata bbażata f’Boston, l-Istati Uniti tal-Amerka u li tinvesti f’kumpaniji ppożizzjonati tajjeb u li qed jikbru fit-teknoloġija u l-komunikazzjonijiet, servizzi tal-konsumatur, tal-kura tas-saħħa, u tan-negozju u l-industrijali. |
— |
GTCR hija ditta ta’ ekwità privata bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka li tiffoka fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fis-Servizzi Finanzjarji, it-Teknoloġija, il-Kura tas-Saħħa, it-Teknoloġija, l-industriji tal-Media u t-Telekomunikazzjonijiet u s-Servizzi tan-Negozju. |
— |
Point Broadband tipprovdi servizzi ta’ data minn fibra għall-post tax-xogħol b’veloċità għolja lil klijenti residenzjali u kummerċjali rurali u mhux moqdija biżżejjed fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11066 – BERKSHIRE PARTNERS / GTCR / POINT BROADBAND
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/14 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 78/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Riviera Ligure”
Nru tal-UE: PDO-IT-1540-AM03 – 4.6.2021
DOP (X) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consorzio per la tutela dell’olio extravergine di oliva DOP Riviera Ligure [Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tad-DOP “Riviera Ligure”, Żejt taż-Żebbuġa Ekstra Verġni], Via T. Schiva, 29 – 18100 Imperia, Italia; Tel. +39 0183767924; Fax +39 0183769039; Email info@oliorivieraligure.it
L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tad-DOP “Riviera Ligure” Żejt taż-Żebbuġa Ekstra Verġni hija magħmula mill-produtturi tad-DOP “Riviera Ligure”. Hija intitolata tippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija.
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☒ |
Żona ġeografika |
☒ |
Prova tal-oriġini |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
☒ |
Rabta |
☒ |
Tikkettar |
☒ |
Oħrajn [speċifika]: l-ippakkjar |
4. Tip ta’ emenda/i
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) |
5. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem
L-użu tal-isem “Riviera Ligure”
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4.2 tas-sommarju ppubblikat, issa l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku
— |
“Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata”, it-terminu li kien użat qabel, ġiet issostitwita b’“Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” kull fejn tidher fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
— |
Ġiet introdotta l-possibbiltà li tintuża d-denominazzjoni “Riviera Ligure” għaż-żejt kollu miksub fiż-żona ġeografika ddefinita, jiġifieri ma għadux obbligatorju li jintużaw referenzi ġeografiċi addizzjonali. |
— |
L-isem tar-referenza ġeografika ġie kkoreġut peress li kien fih żball f’dan l-artikolu. |
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’, flimkien ma’ waħda mir-referenzi ġeografiċi addizzjonali li ġejjin: ‘Riviera dei Fiori’, ‘Riviera del Ponente Savonese’ u ‘Riviera del Levante’, hija rriżervata għaż-żejt taż-żebbuġa stra verġni li jissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”
Verżjoni ġdida:
“Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ hija rriżervata għaż-żejt taż-żebbuġa stra verġni li jissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”
L-emenda tissodisfa ħtieġa urġenti tal-produtturi. Meta ġiet irreġistrata d-DOP, kienu qed jinbiegħu prodotti bid-denominazzjoni “Riviera Ligure” fi swieq aktar lokali, fejn l-użu ta’ referenzi ġeografiċi addizzjonali kien importanti. Mill-bejgħ tal-prodott fi swieq akbar u mill-promozzjoni tiegħu matul is-snin jidher ċar li l-użu tad-denominazzjoni “Riviera Ligure” mingħajr ma neċessarjament jiżdiedu referenzi ġeografiċi addizzjonali huwa mod ħafna aktar effettiv kif jiġi ppreżentat u promoss il-prodott. L-operaturi, madankollu, għandhom il-libertà li jagħżlu jekk jagħmlux użu minn din l-għażla jew le.
Ir-referenzi ġeografiċi addizzjonali llimitaw ukoll in-numru ta’ produtturi li setgħu jużaw id-denominazzjoni “Riviera Ligure” minħabba li r-restrizzjonijiet konnessi mal-varjetajiet taż-żebbuġ li għandhom jintużaw fid-diversi subżoni għamluha diffiċli li tinżamm il-konformità mas-sistema ta’ kontroll. Għalhekk, il-possibbiltà li tiġi applikata d-denominazzjoni “Riviera Ligure” fiż-żona ġeografika kollha se tagħmilha possibbli li jiżdied in-numru ta’ operaturi li jistgħu jużaw id-denominazzjoni ta’ oriġini.
Deskrizzjoni tal-prodott
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4.2 tas-sommarju ppubblikat u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku
— |
F’konformità mal-emendi t’hawn fuq, huwa propost sett wieħed ta’ karatteristiċi dwar il-konsum. |
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“1. |
Iż-żejt taż-żebbuġa stra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ u r-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera dei Fiori’ jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin meta jiġi rilaxxat għall-konsum:
Kulur: minn isfar sa isfar/aħdar Deskritturi għall-valutazzjoni organolettika (COI/T.20/Dok. Nru 22):
|
2. |
Iż-żejt taż-żebbuġa stra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ u r-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera del Ponente Savonese’ jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin meta jiġi rilaxxat għall-konsum:
Kulur: minn isfar/aħdar sa isfar Deskritturi għall-valutazzjoni organolettika (COI/T.20/Dok. Nru 22):
|
3. |
Iż-żejt taż-żebbuġa stra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ u r-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera di Levante’ jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin meta jiġi rilaxxat għall-konsum:
Kulur: minn isfar sa aħdar/isfar
|
4. |
Parametri oħra li ma humiex espressament imsemmija jridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE attwali. |
5. |
F’kull staġun tat-tkabbir taż-żebbuġ, l-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tidentifika numru xieraq ta’ kampjuni rappreżentattivi taż-żejt imsemmi fl-Artikolu 1 u tippreżervahom fl-aħjar kundizzjonijiet għall-użu bħala standards ta’ referenza meta jitwettqu t-testijiet organolettiċi. |
6. |
L-identifikazzjoni formali taż-żjut matul il-fażi tal-ippakkjar għandha ssir biss wara li titlesta l-proċedura stabbilita fil-pjan ta’ kontroll, kif approvat mill-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija.” |
Verżjoni ġdida:
“1. |
Iż-żejt taż-żebbuġa stra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin meta jiġi rilaxxat għall-konsum:
Deskritturi għall-valutazzjoni organolettika (COI/T.20/Dok. Nru 22): Fil-valutazzjoni organolettika, il-medjan għad-difetti jrid ikun ugwali għal 0 Togħma tal-frott: medjan ≥ 3,0 Punġenza: medjan ≤ 5,0 Imrar: medjan ≤ 4,5 Ħlewwa: medjan ≥ 2,0 Aċidità totali massima skont il-piż espressa bħala aċidu olejku: mhux aktar minn 0,50 g għal kull 100 g ta’ żejt Valur tal-perossidu: ≤ 17 mEq O2/kg K232 ≤ 2,30 K270 ≤ 0,16 |
2. |
Parametri oħra li ma humiex espressament imsemmija jridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.” |
F’konformità mal-emenda preċedenti, nipproponu sett wieħed ta’ karatteristiċi dwar il-konsum; dan jagħmilha possibbli li jiġu inkorporati l-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u sensorji taż-żjut miż-żoni tal-produzzjoni tat-tliet referenzi ġeografiċi addizzjonali filwaqt li, fl-istess ħin, il-konsumatur jiġi pprovdut b’żejt li huwa rappreżentattiv tal-attributi lokali speċifiċi, u li jirrifletti t-titjib ġenerali fil-kwalità miksub f’dawn l-aħħar snin. Dan it-titjib, li huwa enfasizzat mill-parametri deskrittivi l-ġodda, huwa dovut għal għadd ta’ fatturi, li jvarjaw minn fokus akbar fuq l-operazzjonijiet tal-ħsad — skont ix-xejra ta’ ħsad aktar bikri, parzjalment minħabba l-bidliet fil-klima — għal investimenti fit-teknoloġija tat-tħin u l-faċilitajiet tal-estrazzjoni. Għalhekk, il-valuri massimi tal-aċidità u tal-perossidu meqjusa huma l-aktar restrittivi minn dawk preżenti sal-lum fit-tliet subżoni, filwaqt li l-valuri K232 u K270 jibqgħu l-istess. L-esperjenza f’dawn l-aħħar snin — ikkaratterizzati minn sajran aktar bikri taż-żebbuġ u mir-rikorrenza tan-nixfiet, li jaffettwaw il-kompożizzjoni tal-frazzjoni volatili kif ukoll ċerti karatteristiċi morfoloġiċi taż-żebbuġ — issuġġeriet li hija meħtieġa bidla parzjali fil-medjani tad-deskritturi użati fil-valutazzjoni organolettika sabiex jiġu riflessi aħjar il-karatteristiċi taż-żejt tad-DOP “Riviera Ligure” filwaqt li jiġu ggarantiti l-attributi delikati u aromatiċi tradizzjonali tiegħu.
Ġie deċiż li jitneħħa l-parametru tal-kulur għax ma għadux meqjus indikattiv tal-kwalità taż-żejt.
Il-punti 5 u 6 tħassru wkoll għax jiffurmaw parti mill-pjan ta’ kontroll.
Is-simplifikazzjoni mdaħħla tfisser li l-punt 4 tal-Artikolu 7 jsir il-punt 2.
Żona ġeografika
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4.3 tas-sommarju ppubblikat, issa l-punt 4 tad-Dokument Uniku
— |
F’konformità mal-emendi preċedenti, iż-żona tal-produzzjoni għad-denominazzjoni “Riviera Ligure” hija ppreżentata mingħajr l-ebda referenza ġeografika addizzjonali; iż-żona tinkludi t-territorju amministrattiv fi ħdan ir-Reġjun tal-Liguria li jikkonsisti mill-muniċipalitajiet kollha li jiffurmaw iż-żoni tal-produzzjoni tat-tliet referenzi ġeografiċi addizzjonali. |
— |
Fir-rigward tar-referenzi ġeografiċi addizzjonali, saru korrezzjonijiet fl-ismijiet ta’ xi muniċipalitajiet minħabba li l-ismijiet inbidlu maż-żmien jew minħabba żball klerikali fit-test preċedenti. |
— |
Żdiedu xi muniċipalitajiet peress li jissodisfaw ir-rekwiżiti storiċi u agronomiċi, biex b’hekk saru parti miż-żona tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Riviera Ligure”, bl-użu tal-indikazzjoni ġeografika addizzjonali jew mingħajru. Meta saret ir-reġistrazzjoni, dawn il-muniċipalitajiet kienu ġew esklużi miż-żona ġeografika ddefinita peress li l-produzzjoni taż-żejt fihom kienet prinċipalment għall-konsum proprju tagħhom. F’dawn l-aħħar snin, il-promozzjoni u l-inizjattivi li saru għenu biex jinħoloq interess fost il-produtturi f’dawk il-muniċipalitajiet, li, minħabba l-kontinwità ġeografika, storika u agronomika, għandhom l-istess karatteristiċi bħall-muniċipalitajiet l-oħra li jiffurmaw iż-żona tal-produzzjoni. Dan kien dovut b’mod partikolari għall-bidu mill-ġdid tat-tkabbir taż-żebbuġ bis-saħħa ta’ ħafna bdiewa żgħażagħ li qegħdin ikabbru ż-żebbuġ bħala attività kummerċjali. |
Speċifikament:
— |
Fir-rigward tar-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera dei Fiori”: |
Ġew ikkoreġuti xi żbalji klerikali, bl-ismijiet Costa Rainera, CastelVittorio, Baiardo u Olivetta S. Michele jinbidlu għal Costarainera, Castelvittorio, Bajardo u Olivetta San Michele, rispettivament.
S.Biagio tħassar minħabba li l-isem korrett tal-muniċipalità, San Biagio della Cima, diġà kien inkluż.
L-ismijiet tal-eks muniċipalitajiet ta’ Montalto Ligure u Carpasio nbidlu għal Montalto Carpasio wara li dawn il-muniċipalitajiet ingħaqdu flimkien.
— |
Fir-rigward tar-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera del Ponente Savonese”: |
Ġew ikkoreġuti xi żbalji klerikali, bl-ismijiet Castel Bianco, Masino u Vezzi Porzio jinbidlu għal Castelbianco, Nasino u Vezzi Portio, rispettivament.
— |
Fir-rigward tar-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera di Levante”: |
Ġew ikkoreġuti xi żbalji klerikali, bl-ismijiet San Colombano, Certenoli, Borghetto Vara u Santo Stefano Magra jinbidlu għal San Colombano Certenoli, Borghetto di Vara u Santo Stefano di Magra, rispettivament.
L-isem tal-muniċipalità ta’ Ortonovo nbidel għal Luni wara bidla fl-isem.
Barra minn hekk, żdiedu l-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
Triora (ir-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera dei Fiori”); |
|
Calizzano u Osiglia (ir-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera del Ponente Savonese”; |
|
Davagna, Brugnato, Carro, Carrodano, Maissano, Rocchetta di Vara, Sesta Godano, Varese Ligure u Zignago (ir-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera di Levante”). |
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“1. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ użat għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni msemmi fl-Artikolu 1 tinkludi bis-siġar taż-żebbuġ fit-territorju amministrattiv tar-Reġjun tal-Liguria li huma kapaċi jagħtu prodotti bil-karatteristiċi tal-kwalità previsti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din iż-żona hija murija fuq mappa ddedikata. |
2. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ maħsuba għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera dei Fiori’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċja ta’ Imperia: Cervo, Ranzo, Caravonica, Lucinasco, Camporosso, Chiusavecchia, Dolcedo, Pieve di Teco, Aurigo, Ventimiglia, Taggia, Costa Rainera, Pontedassio, Civezza, San Bartolomeo al Mare, Diano San Pietro, Vasia, Pietrabruna, Pornassio, Vessalico, Molini di Triora, Borgomaro, Diano Castello, Imperia, Diano Marina, Borghetto d’Arroscia, Cipressa, Castellaro, Dolceacqua, Cesio, Chiusanico, Airole, Montalto Ligure, Castel Vittorio, Isolabona, Vallebona, Sanremo, Baiardo, Diano Arentino, Badalucco, Ceriana, Perinaldo, Prelà, Pigna, Apricale, Villa Faraldi, Vallecrosia, S.Biagio, Bordighera, Soldano, Ospedaletti, Seborga, Olivetta S.Michele, Rocchetta Nervina, Carpaso, San Lorenzo al Mare, Santo Stefano al Mare, Riva Ligure, Pompeiana, Terzorio, Aquila d’Arroscia, Armo, Rezzo, San Biagio della Cima, Cosio di Arroscia, Montegrosso Pian Latte u Mendatica. |
3. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ maħsuba għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera del Ponente Savonese’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċja ta’ Savona: Orco Feglino, Finale Ligure, Quiliano, Vendone, Andora, Boissano, Calice Ligure, Noli, Stellanello, Balestrino, Arnasco, Tovo San Giacomo, Alassio, Testico, Casanova Lerrone, Loano, Albenga, Ceriale, Cisano sul Neva, Giustenice, Villanova d’Albenga, Toirano, Celle Ligure, Laigueglia, Onzo, Ortovero, Vado Ligure, Varazze, Pietra Ligure, Garlenda, Albisola Superiore, Castel Bianco, Savona, Albisola Marina, Borghetto Santo Spirito, Bergeggi, Borgio Verezzi, Castelvecchio di Rocca Barbena, Erli, Magliolo, Masino, Rialto, Spotorno, Vezzi Porzio, Stella u Zuccarello. |
4. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ maħsuba għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera di Levante’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċji ta’ Ġenova u La Spezia: Il-provinċja ta’ Ġenova: Orero, Coreglia Ligure, Borzonasca, Leivi, Ne, Carasco, Lavagna, Genova, Rapallo, San Colombano, Certenoli, Recco, Chiavari, Bogliasco, Castiglione Chiavarese, Cogorno, Sestri Levante, Casarza Ligure, Moneglia, Sori, Santa Margherita Ligure, Zoagli, Avegno, Pieve Ligure, Camogli, Portofino, Arenzano, Bargagli, Cicagna, Cogoleto, Favale di Malvaro, Lorsica, Lumarzo, Mezzanego, Moconesi, Neirone, Tribogna, Uscio, Mele u Sant’Olcese. Il-provinċja ta’ La Spezia: Ameglia, Vernazza, Framura, Deiva Marina, Follo, Vezzano Ligure, La Spezia, Arcola, Bolano, Beverino, Pignone, Borghetto Vara, Ortonovo, Castelnuovo Magra, Sarzana, Lerici, Bonassola, Levanto, Santo Stefano Magra, Monterosso al Mare, Portovenere, Riomaggiore, Calice al Cornoviglio u Riccò del Golfo.” |
Verżjoni ġdida:
“1. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni ‘Riviera Ligure’ tinkludi ż-żoni bis-siġar taż-żebbuġ fil-muniċipalitajiet kollha msemmija fil-punti 2, 3 u 4 hawn taħt. |
2. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera dei Fiori’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċja ta’ Imperia: Cervo, Ranzo, Caravonica, Lucinasco, Camporosso, Chiusavecchia, Dolcedo, Pieve di Teco, Aurigo, Ventimiglia, Taggia, Costarainera, Pontedassio, Civezza, San Bartolomeo al Mare, Diano San Pietro, Vasia, Pietrabruna, Pornassio, Vessalico, Molini di Triora, Borgomaro, Diano Castello, Imperia, Diano Marina, Borghetto d’Arroscia, Cipressa, Castellaro, Dolceacqua, Cesio, Chiusanico, Airole, Montalto Carpasio, Castelvittorio, Isolabona, Vallebona, Sanremo, Bajardo, Diano Arentino, Badalucco, Ceriana, Perinaldo, Prelà, Pigna, Apricale, Villa Faraldi, Vallecrosia, San Biagio della Cima, Bordighera, Soldano, Ospedaletti, Seborga, Olivetta San Michele, Rocchetta Nervina, San Lorenzo al Mare, Santo Stefano al Mare, Riva Ligure, Pompeiana, Terzorio, Aquila d’Arroscia, Armo, Rezzo, Cosio di Arroscia, Montegrosso Pian Latte, Mendatica u Triora. |
3. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera del Ponente Savonese’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċja ta’ Savona: Orco Feglino, Finale Ligure, Quiliano, Vendone, Andora, Boissano, Calice Ligure, Noli, Stellanello, Balestrino, Arnasco, Tovo San Giacomo, Alassio, Testico, Casanova Lerrone, Loano, Albenga, Ceriale, Cisano sul Neva, Giustenice, Villanova d’Albenga, Toirano, Celle Ligure, Laigueglia, Onzo, Ortovero, Vado Ligure, Varazze, Pietra Ligure, Garlenda, Albisola Superiore, Castelbianco, Savona, Albisola Marina, Borghetto Santo Spirito, Bergeggi, Borgio Verezzi, Castelvecchio di Rocca Barbena, Erli, Magliolo, Nasino, Rialto, Spotorno, Vezzi Portio, Stella, Zuccarello, Calizzano u Osiglia. |
4. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali ‘Riviera di Levante’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċji ta’ Ġenova u La Spezia: Il-provinċja ta’ Ġenova: Orero, Coreglia Ligure, Borzonasca, Leivi, Ne, Carasco, Lavagna, Genova, Rapallo, San Colombano Certenoli, Recco, Chiavari, Bogliasco, Castiglione Chiavarese, Cogorno, Sestri Levante, Casarza Ligure, Moneglia, Sori, Santa Margherita Ligure, Zoagli, Avegno, Pieve Ligure, Camogli, Portofino, Arenzano, Bargagli, Cicagna, Cogoleto, Favale di Malvaro, Lorsica, Lumarzo, Mezzanego, Moconesi, Neirone, Tribogna, Uscio, Mele, Sant’Olcese u Davagna. Il-provinċja ta’ La Spezia: Ameglia, Vernazza, Framura, Deiva Marina, Follo, Vezzano Ligure, La Spezia, Arcola, Bolano, Beverino, Pignone, Borghetto di Vara, Luni, Castelnuovo Magra, Sarzana, Lerici, Bonassola, Levanto, Santo Stefano di Magra, Monterosso al Mare, Portovenere, Riomaggiore, Calice al Cornoviglio, Riccò del Golfo, Brugnato, Carro, Carrodano, Maissano, Rocchetta di Vara, Sesta Godano, Varese Ligure u Zignago.” |
Prova tal-oriġini
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4.4 tas-sommarju
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
— |
Il-prova tal-oriġini ġiet irriformulata, biex tistabbilixxi fil-qosor il-prinċipji fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll. |
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Kull stadju fil-proċess tal-produzzjoni jrid jiġi mmonitorjat billi jiġu rreġistrati l-prodotti li jidħlu u joħorġu. Huwa obbligatorju għall-partijiet kollha involuti fil-katina li jimlew id-dokumenti xierqa, li jakkumpanjaw kull lott taż-żebbuġ u/jew taż-żejt waqt li jiġi ttrasportat, u jindikaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ggarantita l-oriġini tal-prodott. Dawn id-dokumenti jridu jintbagħtu lill-korp ta’ kontroll, li jiċċekkjahom waqt l-ispezzjonijiet flimkien mar-rekords tal-operazzjonijiet fis-seħħ biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott. It-traċċabbiltà u l-insegwiment tal-prodott (tul il-katina tal-produzzjoni kollha) jiġu żgurati b’dan il-mod, kif ukoll billi l-produtturi kollha u l-pakkjaturi kollha jiddaħħlu f’listi miżmuma għal dan il-għan mill-korp ta’ kontroll, u permezz tad-dikjarazzjoni f’waqtha tal-kwantitajiet prodotti lill-korp ta’ kontroll. Il-kultivaturi taż-żebbuġ bi msaġar taż-żebbuġ inklużi fis-sistema ta’ kontroll jidentifikaw iż-żebbuġ maħsub għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’, filwaqt li jżommuhom separati, u jipprovdu lill-korp b’informazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-prodott u dwar il-produzzjoni matul l-istaġun. L-operaturi kollha (il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi) imniżżlin f’dawn il-listi jiġu vverifikati mill-korp ta’ spezzjoni f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-pjan ta’ kontroll korrispondenti.”
Verżjoni ġdida:
“1. |
Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni hija mmonitorjata billi jiġu rreġistrati l-inputs u l-outputs kollha. It-traċċabbiltà u l-insegwiment tal-prodott jiġu żgurati b’dan il-mod, kif ukoll billi l-imsaġar taż-żebbuġ, il-produtturi, il-proċessuri, l-intermedjarji u l-pakkjaturi jiddaħħlu f’listi miżmuma għal dan il-għan mill-korp ta’ kontroll. |
2. |
Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mniżżlin fil-listi rilevanti huma soġġetti għal verifiki mill-korp ta’ kontroll, f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-pjan ta’ kontroll korrispondenti.” |
Metodu tal-produzzjoni
Il-varjetajiet taż-żebbuġ
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku dwar il-varjetajiet taż-żebbuġ
— |
F’konformità mal-emenda msemmija fl-artikolu preċedenti, sar possibbli li jintuża l-isem “Riviera Ligure”, li jista’ jkun akkumpanjat minn waħda mir-referenzi ġeografiċi addizzjonali, għaż-żejt miksub miż-żebbuġ tal-varjetajiet speċifikati mkabbra fi kwalunkwe post fiż-żona tal-produzzjoni. |
— |
Iddaħħlet l-għażla li tintuża l-varjetà Frantoio. |
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“1. |
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera dei Fiori’ tista’ tintuża biss għal żejt taż-żebbuġa ekstra verġni miksub mill-prodott ta’ msaġar taż-żebbuġ fejn il-varjetà Taggiasca tirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-għalla. Jistgħu jintużaw ukoll varjetajiet oħra preżenti fil-masġar, sakemm ma jkunux jirrappreżentaw aktar minn 10 %. |
2. |
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera del Ponente Savonese’ tista’ tintuża biss għal żejt taż-żebbuġa ekstra verġni miksub mill-prodott ta’ msaġar taż-żebbuġ fejn il-varjetà Taggiasca tirrappreżenta mill-inqas 50 % tal-għalla. Jistgħu jintużaw ukoll varjetajiet oħra preżenti fil-masġar, sakemm ma jkunux jirrappreżentaw aktar minn 50 %. |
3. |
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera di Levante’ tista’ tintuża biss għal żejt taż-żebbuġa ekstra verġni miksub mill-prodott ta’ msaġar taż-żebbuġ fejn il-varjetajiet Lavagnina, Razzola, Pignola u/jew kultivari indiġeni lokali jirrappreżenta mill-inqas 65 % tal-għalla (individwalment jew flimkien). Jistgħu jintużaw ukoll varjetajiet oħra preżenti fil-masġar, sakemm ma jkunux jirrappreżentaw aktar minn 35 %.” |
Verżjoni ġdida:
“Iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni ‘Riviera Ligure’, li jista’ jkun akkumpanjat minn waħda mir-referenzi ġeografiċi addizzjonali, irid jinkiseb minn waħda jew aktar mill-varjetajiet taż-żebbuġ lokali li ġejjin (li wħud mill-aktar sinonimi komuni tagħhom huma indikati fil-parentesi), li huma preżenti fl-imsaġar taż-żebbuġ tat-territorju speċifikati fl-Artikolu 3 jew waħedhom jew flimkien: Arnasca, Carparina, Castelnovina, Colombaia, Cozzanina, Cozzanone, Fiandola, Frantoio, Finalina, Lantesca (jew Mattea, Pertegara), Lavagnina, Leccino, Liccione (jew Lizzone, Olivastrone), Merlina, Mortellina, Mortina, Negrea, Nostrale, Olivella, Olivotto, Pignola, Prempesa (jew Principina), Razzola, Rondino, Rossese, Taggiasca (jew Gentile, Giuggiolina), Taggiasca di Feglino u Toso.”
Instab li hemm varjetajiet fiż-żona li jistgħu jiġu traċċati lura b’mod partikolari għall-varjetà Frantoio u li maż-żmien adattaw biex saru varjetajiet indiġeni; għalhekk huwa ċar li hemm bżonn li jiġu involuti l-akbar ammont possibbli ta’ produtturi taż-żebbuġ ikkonċernati. Barra minn hekk, analiżijiet tal-laboratorju wrew li ż-żejt miksub minn dawn il-varjetajiet jissodisfa l-karatteristiċi speċifikati għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni “Riviera Ligure”.
L-ispeċifiċità tal-prodott ma hijiex affettwata mit-tneħħija tar-restrizzjonijiet preċedenti fuq il-varjetajiet użati għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni “Riviera Ligure”. Dan għaliex f’sena medja kważi ż-żejt kollu prodott taħt id-denominazzjoni jiġi mill-ipproċessar taż-żebbuġ ta’ varjetà waħda: Taggiasca. Din il-varjetà, li titkabbar taħt dan l-isem fil-provinċji ta’ Imperia u Savona, adattat ukoll għall-karatteristiċi speċifiċi tal-Liguria u wasslet għal varjetajiet b’ismijiet differenti, bħal Lavagnina fil-provinċja ta’ Ġenova u Razzola fil-provinċja ta’ La Spezia. Il-fatt li ż-żebbuġ imkabbar fil-Liguria kollu jiġi minn razza komuni ġie nnutat mill-botaniku l-aktar rinomat fl-Italja, Giorgio Gallesio, fl-ewwel snin tas-seklu dsatax. Huwa stabbilixxa li kien hemm tip wieħed ta’ siġra taż-żebbuġ, li hu sejjaħlu Gentile, li gradwalment beda jikkaratterizza t-territorju kollu tal-Liguria u kien sar magħruf b’ismijiet differenti skont fejn kien ikun tkabbar u d-diversi modi li bihom kien adatta għall-ambjent f’dawk il-postijiet. Iż-żejt tar-“Riviera Ligure” għalhekk għandu karatteristiċi uniformi, peress li d-differenzi bejn iż-żjut indikati bit-tliet referenzi ġeografiċi differenti huma pjuttost marġinali u normalment jistgħu jintgħarfu biss minn dewwieq b’ħila kbira u ħafna esperjenza.
Karatteristiċi tat-tkabbir
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4.5 tas-sommarju ppubblikat dwar id-deskrizzjoni taż-żona tat-tkabbir. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
— |
F’konformità mal-emendi preċedenti, id-deskrizzjoni taż-żona tat-tkabbir li fiha huwa possibbli li tintuża d-denominazzjoni “Riviera Ligure”, li tista’ tkun akkumpanjata minn waħda mir-referenzi ġeografiċi addizzjonali, ġiet irriformulata: iż-żona tat-tkabbir issa hija deskritta fil-qosor b’deskrizzjoni waħda li tkopri d-diversi subżoni inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali. |
Verżjoni attwali:
“3. |
Għalhekk, l-imsaġar taż-żebbuġ fuq il-ġnub ta’ għoljiet b’inklinazzjoni medja jew wieqfa, prinċipalment imtarrġin, li jinsabu fiż-żona indikata fl-Artikolu 3 hawn fuq u li l-ħamrija tagħhom ġejja mit-tifrik tal-blat oriġinali li joriġina mill-ġir huma adattati. |
4. |
Għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera dei Fiori’, l-imsaġar taż-żebbuġ adattati huma dawk li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni deskritta fl-Artikolu 3(2), fuq art bi grad akbar jew iżgħar ta’ inklinazzjoni, imtarrġin, fejn, bħala riżultat tat-tifrik mekkaniku tal-blat oriġinali li joriġina mill-ġir (Eoċene), il-formazzjoni tas-saffi, maż-żmien, tat lok għal ħamrija medja li ssir aktar maħlula f’altitudnijiet ogħla. |
5. |
Għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera del Ponente Savonese’, l-imsaġar taż-żebbuġ adattati huma dawk li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni deskritta fl-Artikolu 3(3), li jinsabu fuq art inklinata u huma mtarrġin, minbarra l-pjanura ta’ Albenga, fejn il-blat oriġinali li joriġina mill-ġir ġie affettwat minn fenomeni meteoroloġiċi u passaġġi tal-ilma, u ta lok għal ħamrija medja, ġeneralment fonda, li ssir aktar maħlula u aktar permeabbli f’altitudniijet ogħla minħabba l-preżenza tax-shale. |
6. |
Għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera di Levante’, l-imsaġar taż-żebbuġ adattati huma dawk li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni deskritta fl-Artikolu 3(4), li jinsabu fuq art inklinata u huma mtarrġin, appoġġati lejn il-kosta minn ħitan tas-sejjieħ, fejn il-ħamrija, li toriġina mill-Mijoċene u l-Eoċene, tiġi mill-blat oriġinali li primarjament joriġina mill-ġir ’il ġewwa mill-kosta u mix-shale/ramli fil-kosta. Il-ħamrija fiż-żona ’l ġewwa mill-kosta hija medja b’ħafna tafal, filwaqt li dik fil-kosta hija maħlula u prinċipalment ramlija.” |
Verżjoni ġdida:
“3. |
Għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’, l-imsaġar taż-żebbuġ adattati huma dawk li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni deskritta fl-Artikolu 3(2), (3) u (4), li jinsabu prinċipalment fuq art inklinata, huma mtarrġin u jirriżultaw mit-tifrik tal-blat oriġinali li joriġina mill-ġir jew mix-shale/ramel, li, maż-żmien, ta lok għal ħamrija medja li ssir aktar maħlula f’altitudnijiet ogħla jew qrib iż-żoni kostali.” |
L-għan ta’ din l-emenda huwa li tissimplifika parti mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li kienet purament deskrittiva. Bħala riżultat ta’ din l-emenda, l-Artikolu 5(7) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott isir l-Artikolu 5(4).
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 5(8) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4.5 tas-sommarju ppubblikat dwar ir-rendiment massimu taż-żebbuġ. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“8. |
Ir-rendiment massimu taż-żebbuġ mill-imsaġar taż-żebbuġ iddedikati għall-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata msemmija fl-Artikolu 1 ma jistax jaqbeż is-7 000 kg għal kull ettaru fil-każ ta’ pjantaġġuni intensivi. Ir-rendiment ta’ żejt minn frott ma jistax jaqbeż il-25 %. |
9. |
Anke fi snin eċċezzjonalment favorevoli, ir-rendiment irid jinżamm fil-limiti t’hawn fuq permezz ta’ proċess ta’ għażla bir-reqqa, sakemm ir-rendiment totali ma jaqbiżx il-limiti massimi ddikjarati hawn fuq b’aktar minn 20 %.” |
Verżjoni ġdida:
“5. |
Ir-rendiment massimu taż-żebbuġ mill-imsaġar taż-żebbuġ iddedikati għall-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta msemmija fl-Artikolu 1 ma jistax jaqbeż id-9 000 kg għal kull ettaru. Ir-rendiment ta’ żejt minn frott ma jistax jaqbeż il-25 %.” |
Ir-raġuni għall-emenda hija li l-operaturi qegħdin ikunu dejjem aktar speċjalizzati bħala riżultat tal-iżvilupp tal-għarfien tekniku u xjentifiku flimkien ma’ investimenti fit-tagħmir, l-infrastruttura u s-sistemi tal-irrigazzjoni. Il-metodi tal-produzzjoni tjiebu fil-25 sena li għaddew mir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni, peress li l-kultivaturi taż-żebbuġ bdew japplikaw approċċ aktar attent u ta’ ħila biex jimmaniġġjaw l-imsaġar taż-żebbuġ. Il-fatturi ewlenin kienu, b’mod partikolari: żbir organizzat aħjar u fi żmien aħjar, filwaqt li jiġu rrispettati t-tekniki tradizzjonali għaż-żona; fertilizzazzjoni mmirata, inkluża l-applikazzjoni fuq il-weraq; u l-adozzjoni tal-aktar strateġiji innovattivi u sostenibbli għall-ġestjoni tal-pesti. Dawn it-tekniki qegħdin jiġu implimentati minn numru dejjem akbar ta’ azjendi taż-żebbuġ, parzjalment bis-saħħa tal-promozzjoni tal-kwalità li ġġib magħha d-denominazzjoni “Riviera Ligure” li saret magħrufa ħafna. Kien hemm fatturi oħra, li issa saru stabbiliti, involuti f’dan il-qasam, li kienu jvarjaw mill-użu ta’ tagħmir aktar effiċjenti biex jiffaċilita l-ħsad bl-idejn, bħal tagħmir li jheżżeż is-siġar, għall-installazzjoni aktar mifruxa ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni ta’ emerġenza biex itaffu n-nixfiet estremi.
Barra minn hekk, l-Artikolu 5(9) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar iż-żieda fir-rendimenti fi snin eċċezzjonalment tajbin tħassar. Din l-eliminazzjoni hija ġġustifikata mill-esperjenza matul l-aħħar ftit snin, li ripetutament wriet li d-dispożizzjoni hija diffiċli biex tiġi applikata minħabba l-varjabbiltà estrema tal-kundizzjonijiet klimatiċi bejn iż-żoni individwali li twassal għal disparità fil-produzzjoni bejn il-mikrożoni fiż-żona tal-produzzjoni.
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
— |
Ġiet miżjuda d-deskrizzjoni taż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għad-denominazzjoni meta tintuża mingħajr referenza ġeografika. |
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“1. |
Iż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera dei Fiori’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2). |
2. |
Iż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera del Ponente Savonese’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(3). |
3. |
Iż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera di Levante’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(4).” |
Verżjoni ġdida:
“1. |
Iż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt taż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ mingħajr waħda mit-tliet referenzi ġeografiċi addizzjonali tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet kollha li jiffurmaw iż-żona tal-produzzjoni, li huwa ffurmat billi jingħaqdu ż-żoni tat-tliet referenzi ġeografiċi addizzjonali. |
2. |
Iż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera dei Fiori’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2). |
3. |
Iż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera del Ponente Savonese’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(3). |
4. |
Iż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ flimkien mar-referenza ġeografika ‘Riviera di Levante’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(4).” |
Żdiedet l-għażla, fejn l-ebda waħda mit-tliet referenzi ġeografiċi addizzjonali ma tiġi indikata, li l-estrazzjoni taż-żejt titwettaq fi kwalunkwe post fil-muniċipalitajiet li jiffurmaw parti miż-żona tal-produzzjoni, li tinkludi ż-żoni tat-tliet referenzi ġeografiċi addizzjonali. Dan min-naħa huwa konformi mal-fatt li ma għadux obbligatorju li jiġu speċifikati s-subżoni u min-naħa l-oħra jippermetti lill-produtturi żgħar li ma għandhomx faċilità tal-estrazzjoni proprja tagħha jużaw l-aħjar faċilitajiet esterni f’termini tal-kost u s-servizzi, mingħajr ma jkunu ristretti għal dawk preżenti fis-subżona partikolari tagħhom. Il-punti 4 u 5 tal-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew enumerati mill-ġdid, u saru l-punti 5 u 6 rispettivament.
Rabta mat-territorju
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4.6 tas-sommarju ppubblikat u l-punt 5 tad-Dokument Uniku
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-karatteristiċi tal-prodott huma dovuti għall-kundizzjonijiet partikolari tal-ħamrija u tal-klima: tabilħaqq, il-fatturi ambjentali taż-żona u l-kultivari speċifiċi jagħtu liż-żejt mil-Liguria karattru distintiv.
Dawn il-fatturi — kultivari li huma speċifiċi għal-Liguria u l-ambjent lokali, mifhuma bħala t-taħlita tal-klima u t-territorju — u l-fatt li ż-żebbuġ mill-kultivari speċifiċi tal-Liguria jimmatura fuq firxa ta’ punti differenti fiż-żmien, jgħinu biex jifformaw il-profil ta’ żejt taż-żebbuġa ekstra verġni tad-DOP ‘Riviera Ligure’, li huwa kkaratterizzat minn bilanċ bejn noti ħelwin u kemxejn ta’ frott.
Fatturi oħra li jixhdu r-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika huma l-varjetajiet ta’ siġar taż-żebbuġ esklużivi għal-Ligurja, il-livelli ta’ aċidu olejku — li huma fost l-ogħla fl-Italja kollha u huma marbuta mill-qrib mal-varjetajiet taż-żebbuġ u l-klima lokali — u l-metodi ta’ kultivazzjoni (b’mod partikolari l-ħsad), li huma influwenzati mit-topografija tar-reġjun.
L-introduzzjoni u t-tixrid tas-siġra taż-żebbuġ huma storikament attribwiti lill-patrijiet Benedittini li, fil-bidu tal-Medju Evu, nisslu l-kultivari lokali u tejbu t-tekniki tal-kultivazzjoni billi għallmu dwar l-użu tat-terrazzi bil-kostruzzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ. Hemm xhieda tal-kummerċ taż-żejt mill-kosta tal-Liguria (Riviera Ligure) f’dokumenti mir-Repubblika ta’ Ġenova dwar l-amministrazzjoni u l-proviżjonament tal-belt. Il-Magistratura dei Provvisori dell’Olio (il-Maġistratura tal-Prokuraturi taż-Żejt) ġiet stabbilita lura fl-1593; din iggarantiet l-imparzjalità fl-amministrazzjoni ta’ dan il-prodott importanti, billi introduċiet rekwiżit għall-produtturi fuq il-kosta tal-Liguria li jikkunsinnaw bi prezz fiss kwota taż-żejt prodott.
Hemm dokumenti mis-seklu 17 li jixhdu provvisti ta’ żejt mill-kosta tal-Liguria, pereżempju għad-Dukat ta’ Milan u l-Prinċep ta’ Savoja.
It-talent għall-produzzjoni taż-żejt fil-Liguria ġie kkonsolidat fis-seklu 18 u kompla b’kummerċ li ffjorixxa fiż-żejt lokali, b’mod partikolari tul il-kosta tal-Punent, il-‘ponente’. Fi tmiem is-seklu 19, il-fama u l-karatteristiċi taż-żejt tal-Liguria kienu magħrufa sew anke barra mill-pajjiż, kif jixhdu l-kotba tar-riċetti. Id-denominazzjoni ‘Riviera Ligure’ tmur lura għal dan il-perjodu, era meta l-Liguria għaddiet taħt id-dominju tal-Familja ta’ Savoja u li fiha l-kosta ta’ Ġenova (riviera di Genova) saret magħrufa bħala l-kosta tal-Liguria (Riviera Ligure), u ngħatat aġġettivi bħal ‘tal-Punent’ (ponente) u ‘tal-Lvant’ (levante), li jirriflettu l-pożizzjoni ċentrali okkupata minn Ġenova. Kien eżatt wara l-unifikazzjoni tal-Italja, meta l-Liguria assumiet il-forma ġeografika attwali tagħha, jiġifieri mingħajr iż-żona ta’ Nizza, li t-terminu ‘Riviera’ sar mifrux bħala d-denominazzjoni komuni għall-produzzjoni taż-żejt fir-reġjun.”
Verżjoni ġdida:
“Il-karatteristiċi tar-‘Riviera Ligure’ huma dovuti għall-kundizjonijiet speċjali tal-ħamrija u tal-klima tat-territorju.
Liguria għandha forma ta’ arkata, bil-parti miftuħa tħares lejn in-Nofsinhar. Tinsab bejn serbut muntanji li jilqgħulha mill-irjieħ u minn temperaturi kesħin ħafna mit-Tramuntana, u baħar li joħloq kundizzjonijiet tat-temp favorevoli, b’mod partikolari fir-rigward tat-temperatura u l-umdità. Il-klima Mediterranja, flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħamrija kkaratterizzati fil-biċċa l-kbira minn art imżerżqa b’ħamrija ta’ konsistenza medja, ħolqot kundizzjonijiet ottimali biex jikbru s-siġar taż-żebbuġ u dawn huma mifruxa kważi madwar iż-żona kollha sa altitudni ta’ madwar 800 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, għalkemm prinċipalment jinsabu tul l-istrixxa kostali tal-Punent, ir-Riviera di Ponente.
Il-bnedmin taw kontribuzzjoni importanti għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir taż-żebbuġ fil-Liguria permezz ta’ xogħol tal-idejn intensiv ta’ bini ta’ terrazzi sostnuti minn ħitan tas-sejjieħ. Dawn jipprevjenu l-erożjoni tal-ħamrija u jżommu l-ħamrija arjata u skulata. Dan ix-xogħol sar tul is-sekli u kellu impatt partikolari fuq l-art ikkultivata, biex għen jagħmel il-pajsaġġ tal-Liguria uniku fid-dinja. Il-prattiki tat-tkabbir taż-żebbuġ tal-Liguria wkoll huma r-riżultat ta’ sekli ta’ esperjenza. Dawn ivarjaw mill-mod kif jinżabru s-siġar, li tradizzjonalment jiffavorixxi t-tkabbir naturali tas-siġra ’l fuq u jista’ jinvolvi wkoll distanzi ta’ tħawwil qrib ħafna ta’ xulxin minħabba n-nuqqas ta’ art, sal-prattika tal-ħsad imqassam tul iż-żmien, li jfisser li l-ħsad idum żmien twil u ż-żebbuġ jinqata’ biss meta jkun misjur perfettament.
Storikament, huwa maħsub li l-patrijiet Benedettini (is-seklu 9) kienu l-ewwel li introduċew is-siġar taż-żebbuġ fil-Liguria. Ir-razza oriġinali ħadet l-isem ‘Taggiasca’ minn Taggia, port kummerċjali li minnu kien jintbagħat u jiġi kkummerċjalizzat iż-żebbuġ.
Il-fatt li ż-żebbuġ imkabbar fil-Liguria kollu jiġi minn razza komuni ġie nnutat mill-botaniku l-aktar rinomat fl-Italja, Giorgio Gallesio, fl-ewwel snin tas-seklu dsatax. Huwa stabbilixxa li kien hemm tip wieħed ta’ siġra taż-żebbuġ, li gradwalment beda jikkaratterizza t-territorju kollu u sar magħruf b’ismijiet differenti skont fejn kien ikun tkabbar (Pomona Italiana, 1817). Dan il-fatt ġie nnotat ukoll aktar reċentement minn studji u riċerka speċjalizzati, li kkonfermaw li t-tkabbir taż-żebbuġ fil-Liguria huwa prinċipalment ibbażat fuq il-varjetà storika ‘Taggiasca’, li għadha titkabbar b’dan l-isem fil-provinċji ta’ Imperia u Savona, u fuq il-varjetajiet derivati minnha, magħrufa bl-isem Lavagnina fil-provinċja ta’ Ġenova, u bl-isem Razzola fil-provinċja ta’ La Spezia. Fil-fatt, matul is-snin, il-kloni l-qodma kollha adattaw bis-sħiħ għall-ambjenti fejn saru stabbiliti, li rriżulta f’differenzi żgħar li jistgħu jinstabu biss lokalment (Le varietà di olivo liguri [Varjetajiet ta’ siġar taż-żebbuġ fil-Liguria], Roberto Barrichello et al., ir-Reġjun tal-Liguria, 2017).
Iż-żejt ‘Riviera Ligure’ huwa apprezzat ħafna mill-konsumaturi għaliex huwa bbilanċjat sew, għandu valuri għoljin ta’ aċidu olejku u jagħti sensazzjoni partikolari kemxejn ħelwa meta jintiegħem. Dawn il-karatteristiċi distintivi kollha jiddependu fuq il-fatturi naturali u umani fl-ambjent ta’ oriġini. Prodott ‘ibbilanċjat tajjeb’, b’mod partikolari b’togħma bbilanċjata bejn l-imrar u/jew l-punġenza minn naħa waħda u ta’ frott min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija u tal-klima u mill-għażla tal-mument it-tajjeb biex iż-żebbuġ jinqata’ meta jkun misjur perfettament, permezz tal-prattika tal-ħsad imqassam tul iż-żmien. Il-livell għoli ta’ aċidu olejku huwa influwenzat prinċipalment mill-predominanza tal-varjetà ‘Taggiasca’ u varjetajiet oħra li huma ġenetikament marbuta mill-qrib magħha. Is-sensazzjoni partikolarment ‘ħafifa’, imfittxija minn ħafna konsumaturi, hija influwenzata mit-tendenza li l-ħsad jibqa’ jsir sa tard fl-istaġun, ħaġa li ma ssirx f’reġjuni oħra fl-Italja. Fl-aħħar nett, ma għandux jintesa li l-karatteristiċi tar-‘Rivera Ligure’ jistgħu jiġu attribwiti wkoll għad-dedikazzjoni antika tal-Liguria għall-produzzjoni u l-kummerċ taż-żejt taż-żebbuġa. Din id-dedikazzjoni hija bbażata kemm fuq l-attenzjoni mogħtija lill-art kif ukoll fuq l-għarfien li jista’ jinstab kemm fil-ġestjoni tal-imsaġar taż-żebbuġ kif ukoll fl-impjanti tal-ipproċessar, li n-numru kbir tagħhom jidher li huwa sinjal ċar ta’ approċċ professjonali mifrux.”
Il-kontenut tat-taqsima dwar ir-rabta maż-żona ġeografika jmur lura għal aktar minn 25 sena ilu u ma għadux jissodisfa l-kriterji attwali għall-abbozzar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku. Għalhekk, ġiet proposta riformulazzjoni parzjali tat-test. B’mod partikolari, it-test il-ġdid jispjega r-raġunijiet għan-natura speċifika tal-karatteristiċi ambjentali b’mod aktar ċar. Fil-verżjoni preċedenti dawn kienu ġew indirizzati biss fil-qosor. Il-fatturi umani wkoll ingħataw aktar prominenza, inkluż f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/2117 dwar il-ġestjoni tal-ħamrija u tal-pajsaġġ. Il-fatti storiċi tqassru għall-informazzjoni essenzjali u ngħataw spjegazzjonijiet dwar il-fatt li ż-żebbuġ li jikber fil-Liguria ġeneralment jiġi minn razza komuni u l-kloni l-qodma bil-mod adattaw għall-mikroambjenti lokali bħala riżultat ta’ dan. Fl-aħħar nett, il-karatteristiċi tarż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni “Riviera Ligure” u kif huma influwenzati mill-fatturi umani u ambjentali ġew speċifikati f’aktar dettall.
Tikkettar
Żdiedet sentenza li tippermetti l-użu fakultattiv ta’ referenzi ġeografiċi addizzjonali. It-test tal-Artikolu 9 għalhekk ġie organizzat mill-ġdid, biex iqis il-punti li diġà ssemmew hawn fuq.
Verżjoni ġdida:
“Id-denominazzjoni ‘Riviera Ligure’ tista’ tkun akkumpanjata minn waħda mir-referenzi ġeografiċi addizzjonali li ġejjin: ‘Riviera dei Fiori’, ‘Riviera del Ponente Savonese’ jew ‘Riviera di Levante’, kif iddefiniti fl-Artikolu 3.
Il-karattri użati biex juru r-referenzi ġeografiċi addizzjonali ‘Riviera dei Fiori’, ‘Riviera del Ponente Savonese’ u ‘Riviera di Levante’, fejn jintużaw, ma jistgħux ikunu akbar minn dawk użati biex juru d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’.”
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 9(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4.8 tas-sommarju ppubblikat u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta
Ġie miżjud it-test li ġej:
“L-attribut ‘ħelu’ jista’ jiġi inkluż fuq it-tikketta biss jekk il-medjan tal-attribut ‘morr’ u l-medjan tal-attribut ‘punġenti’ jkunu ta’ 2,0 jew inqas.”
Din iż-żieda twieġeb għar-rekwiżit doppju tal-maġġoranza vasta tal-kumpaniji, jiġifieri li jkunu jistgħu jippruvaw li ż-żejt tagħhom għandu attribut li huwa apprezzat ħafna minn segment sinifikanti tas-suq tradizzjonali u fl-istess ħin li jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni li mhix inkonsistenti ma’ dik ipprovduta għal żjut oħra fis-suq.
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 9(2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4.8 tas-sommarju ppubblikat u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“2. |
Jistgħu jintużaw l-ismijiet, l-ismijiet kummerċjali u l-ismijiet ta’ ditti sakemm dawn ma jkollhomx sinifikat ta’ tfaħħir u ma jkunux b’mod li jservu biex iqarrqu bil-konsumatur.” |
Verżjoni ġdida:
“2. |
Jistgħu jintużaw l-ismijiet, l-ismijiet kummerċjali u l-ismijiet ta’ ditti sakemm dawn ma jkunux iservu biex iqarrqu bil-konsumatur.” |
L-għażla li tingħata aktar informazzjoni minbarra d-denominazzjoni ġiet stabbilita b’mod aktar ċar fl-artikolu għall-benefiċċju tal-konsumatur. Il-formulazzjoni preċedenti, matul is-snin, wasslet għal xi problemi fl-interpretazzjoni waqt il-kontrolli.
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 9(3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku dwar l-informazzjoni addizzjonali fuq it-tikkettar
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“L-ismijiet u l-postijiet tal-azjendi, il-proprjetajiet u l-farms jistgħu jintużaw biss jekk il-prodott ikun inkiseb biss mill-għalla tal-imsaġar taż-żebbuġ f’dik l-azjenda partikolari u ż-żejt ikun ġie estrattat u ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita fl-Artikoli 3 u 5(1).”
Verżjoni ġdida:
“L-ismijiet u l-postijiet tal-azjendi agrikoli, il-proprjetajiet u l-farms jistgħu jiżdiedu mat-tikketta biss jekk il-prodott ikun inkiseb esklużivament mill-għalla tal-imsaġar taż-żebbuġ fl-azjenda, il-proprjetà jew il-farm partikolari.”
Ġie ċċarat fil-paragrafu, għall-benefiċċju tal-konsumatur, li l-azjendi kkonċernati jridu jkunu azjendi agrikoli, u l-għażla li tingħata informazzjoni addizzjonali dwar id-dettalji ġeografiċi tal-azjendi saret aktar trasparenti mingħajr ħafna kliem bla bżonn. Il-formulazzjoni preċedenti, matul is-snin, wasslet għal xi problemi fl-interpretazzjoni waqt il-kontrolli.
Barra minn hekk, żdied punt li jagħti l-għażla li fuq it-tikketta jiġu indikati l-varjetà jew il-varjetajiet użati.
Il-punt il-ġdid jaqra kif ġej:
“Il-varjetajiet użati għall-produzzjoni taż-żejt bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ jistgħu jiġu indikati fuq it-tikketta, dment li l-korrispondenza tal-prodott ma’ dawk il-varjetajiet tkun traċċabbli. Jekk iż-żejt jiġi prodott minn varjetà waħda, din il-varjetà tista’ tiġi indikata fuq it-tikketta bl-isem tal-kultivar użat, dment li, f’dan il-każ ukoll, il-korrispondenza tal-prodott ma’ din il-varjetà tkun traċċabbli. L-indikazzjoni tal-varjetajiet użati jew tal-varjetà waħda ma għandhiex tidher fuq it-tikketta b’karattri akbar minn dawk użati għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’.”
Ir-raġuni għall-emenda hija minħabba l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni importanti dwar il-varjetà taż-żebbuġ użata għad-denominazzjoni, f’konformità mad-domandi tas-suq.
Barra minn hekk, “Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata”, it-terminu użat qabel, ġie ssostitwit b’dak aktar korrett “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”.
Oħrajn
Ippakkjar
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 9(4) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku dwar l-operazzjonijiet tal-ippakkjar
Verżjoni attwali:
Verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta msemmija fl-Artikolu 1 irid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 5.”
Verżjoni ġdida:
“Iż-żona li fiha jiġi ppakkjat iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ‘Riviera Ligure’ tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona tal-produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 3(1).”
Dan il-punt ġie rriformulat biex jiġi allinjat mal-għażla li tintuża d-denominazzjoni “Riviera Ligure” mingħajr referenzi ġeografiċi addizzjonali.
Emenda li tikkonċerna l-Artikolu 9(8) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku dwar il-kontenituri użati
Verżjoni attwali:
“Iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta msemmija fl-Artikolu 1 jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss f’kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux aktar minn 10 litri.”
Verżjoni ġdida:
“Biex jiġi rilaxxat għall-konsum, iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni ‘Riviera Ligure’ jrid jiġi ppakkjat fi kwalunkwe kontenitur permess skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ b’kapaċità massima ta’ 5 litri.”
Din l-emenda saret minħabba l-ħtieġa li l-produtturi jadattaw il-forom ta’ ppakkjar tagħhom għad-domandi tas-suq.
DOKUMENT UNIKU
“Riviera Ligure”
Nru tal-UE: PDO-IT-1540-AM03 – 4.6.2021
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]
“Riviera Ligure”
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.5. — Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure” jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin meta jiġi rilaxxat għall-konsum:
Deskritturi għall-valutazzjoni organolettika (COI/T.20/Dok. Nru 22):
|
Fil-valutazzjoni organolettika, il-medjan għad-difetti jrid ikun ugwali għal 0
|
|
Aċidità totali massima skont il-piż espressa bħala aċidu olejku: mhux aktar minn 0,50 g għal kull 100 g ta’ żejt
|
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni “Riviera Ligure” jrid jinkiseb minn waħda jew aktar mill-varjetajiet taż-żebbuġ lokali li ġejjin (li wħud mill-aktar sinonimi komuni tagħhom huma indikati fil-parenteżi), li huma preżenti fl-imsaġar taż-żebbuġ jew waħedhom jew flimkien: Arnasca, Carparina, Castelnovina, Colombaia, Cozzanina, Cozzanone, Fiandola, Frantoio, Finalina, Lantesca (jew Mattea, Pertegara), Lavagnina, Leccino, Liccione (jew Lizzone, Olivastrone), Merlina, Mortellina, Mortina, Negrea, Nostrale, Olivella, Olivotto, Pignola, Prempesa (jew Principina), Razzola, Rondino, Rossese, Taggiasca (jew Gentile, Giuggiolina), Taggiasca di Feglino u Toso.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha fil-proċess tal-produzzjoni, jiġifieri l-kultivazzjoni, il-ħsad u l-estrazzjoni taż-żejt, iridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Biex jiġi rilaxxat għall-konsum, iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni “Riviera Ligure” jrid jiġi ppakkjat fi kwalunkwe kontenitur permess skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ b’kapaċità massima ta’ 5 litri.
Iż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure” jrid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita fit-taqsima 4.1.
Sabiex jiġu ggarantiti t-traċċabbiltà u l-oriġini tal-prodott, iż-żejt “Riviera Ligure” irid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita. In-natura delikata tal-prodott u l-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi tiegħu jfissru li l-immaniġġjar irid jinżamm f’minimu u li l-kontrolli mill-korp ta’ kontroll, inkluż fl-istadju tal-ippakkjar, iridu jsiru b’tali mod li jiġi evitat ir-riskju li possibbilment jitħalltu żjut ta’ oriġini differenti, li jnaqqas il-fiduċja fid-denominazzjoni.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
“Id-denominazzjoni “Riviera Ligure” tista’ tkun akkumpanjata minn waħda mir-referenzi ġeografiċi addizzjonali li ġejjin: “Riviera dei Fiori”, “Riviera del Ponente Savonese” jew “Riviera di Levante”, kif iddefiniti fit-taqsima 4.
Il-karattri użati biex juru r-referenzi ġeografiċi addizzjonali “Riviera dei Fiori”, “Riviera del Ponente Savonese” u “Riviera di Levante”, fejn jintużaw, ma jistgħux ikunu akbar minn dawk użati biex juru d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure”.
Huwa pprojbit li tiżdied xi deskrizzjoni li mhix espressament prevista f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott mad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure”, inklużi l-aġġettivi li ġejjin: “fine” (fin), “scelto” (magħżul), “selezionato” (selezzjonat) jew “superiore” (superjuri).
L-attribut “mhux qawwi” jista’ jiġi inkluż fuq it-tikketta biss jekk il-medjan tal-attribut “morr” u l-medjan tal-attribut “punġenti” jkunu ta’ 2,0 jew inqas.
Jistgħu jintużaw l-ismijiet, l-ismijiet kummerċjali u l-ismijiet ta’ ditti sakemm dawn ma jkunux iservu biex iqarrqu bil-konsumatur.
L-ismijiet u l-postijiet tal-azjendi agrikoli, il-proprjetajiet u l-farms jistgħu jiżdiedu mat-tikketta biss jekk il-prodott ikun inkiseb esklużivament mill-għalla tal-imsaġar taż-żebbuġ fl-azjenda, il-proprjetà jew il-farm partikolari.
Minbarra r-referenzi ġeografiċi addizzjonali, il-varjetajiet użati għall-produzzjoni taż-żejt bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure” jistgħu jiġu indikati fuq it-tikketta, sakemm il-korrispondenza tal-prodott ma’ dawk il-varjetajiet tkun traċċabbli. Jekk iż-żejt jiġi prodott minn varjetà waħda, din il-varjetà tista’ tiġi indikata fuq it-tikketta bl-isem tal-kultivar użat, dment li, f’dan il-każ ukoll, il-korrispondenza tal-prodott ma’ din il-varjetà tkun traċċabbli. L-indikazzjoni tal-varjetajiet użati jew tal-varjetà waħda ma għandhiex tidher fuq it-tikketta b’karattri akbar minn dawk użati għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure”.
Jekk jintuża kwalunkwe isem ġeografiku ieħor jindika l-muniċipalitajiet, id-distretti, il-proprjetajiet jew il-farms minn fejn verament jiġi ż-żejt użat, għandu jiġi ppreżentat b’karattri mhux akbar minn nofs id-daqs ta’ dawk użati għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure”.
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure” jrid jidher fuq it-tikketta b’ittri ċari li ma jitħassrux u b’kulur li jikkuntrasta sew ma’ dak tat-tikketta nnifisha ħalli jkun jintgħaraf b’mod ċar mill-bqija tal-informazzjoni li tidher fuq it-tikketta.
Is-sena tal-produzzjoni taż-żebbuġ li minnu jkun sar iż-żejt trid tkun iddikjarata fuq it-tikketta.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
1. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni “Riviera Ligure” tinkludi ż-żoni bis-siġar taż-żebbuġ fil-muniċipalitajiet kollha msemmija fil-punti 2, 3 u 4 hawn taħt. |
2. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure” flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera dei Fiori” tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċja ta’ Imperia: Cervo, Ranzo, Caravonica, Lucinasco, Camporosso, Chiusavecchia, Dolcedo, Pieve di Teco, Aurigo, Ventimiglia, Taggia, Costarainera, Pontedassio, Civezza, San Bartolomeo al Mare, Diano San Pietro, Vasia, Pietrabruna, Pornassio, Vessalico, Molini di Triora, Borgomaro, Diano Castello, Imperia, Diano Marina, Borghetto d’Arroscia, Cipressa, Castellaro, Dolceacqua, Cesio, Chiusanico, Airole, Montalto Carpasio, Castelvittorio, Isolabona, Vallebona, Sanremo, Bajardo, Diano Arentino, Badalucco, Ceriana, Perinaldo, Prelà, Pigna, Apricale, Villa Faraldi, Vallecrosia, San Biagio della Cima, Bordighera, Soldano, Ospedaletti, Seborga, Olivetta San Michele, Rocchetta Nervina, San Lorenzo al Mare, Santo Stefano al Mare, Riva Ligure, Pompeiana, Terzorio, Aquila d’Arroscia, Armo, Rezzo, Cosio di Arroscia, Montegrosso Pian Latte, Mendatica u Triora. |
3. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure” flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera del Ponente Savonese” tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċja ta’ Savona: Orco Feglino, Finale Ligure, Quiliano, Vendone, Andora, Boissano, Calice Ligure, Noli, Stellanello, Balestrino, Arnasco, Tovo San Giacomo, Alassio, Testico, Casanova Lerrone, Loano, Albenga, Ceriale, Cisano sul Neva, Giustenice, Villanova d’Albenga, Toirano, Celle Ligure, Laigueglia, Onzo, Ortovero, Vado Ligure, Varazze, Pietra Ligure, Garlenda, Albisola Superiore, Castelbianco, Savona, Albisola Marina, Borghetto Santo Spirito, Bergeggi, Borgio Verezzi, Castelvecchio di Rocca Barbena, Erli, Magliolo, Nasino, Rialto, Spotorno, Vezzi Portio, Stella, Zuccarello, Calizzano u Osiglia. |
4. |
Iż-żona tal-produzzjoni taż-żebbuġ u ż-żona tal-estrazzjoni taż-żejt għaż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Riviera Ligure” flimkien mar-referenza ġeografika addizzjonali “Riviera di Levante” tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċji ta’ Ġenova u La Spezia: Il-provinċja ta’ Ġenova: Orero, Coreglia Ligure, Borzonasca, Leivi, Ne, Carasco, Lavagna, Genova, Rapallo, San Colombano Certenoli, Recco, Chiavari, Bogliasco, Castiglione Chiavarese, Cogorno, Sestri Levante, Casarza Ligure, Moneglia, Sori, Santa Margherita Ligure, Zoagli, Avegno, Pieve Ligure, Camogli, Portofino, Arenzano, Bargagli, Cicagna, Cogoleto, Favale di Malvaro, Lorsica, Lumarzo, Mezzanego, Moconesi, Neirone, Tribogna, Uscio, Mele, Sant’Olcese u Davagna. Il-provinċja ta’ La Spezia: Ameglia, Vernazza, Framura, Deiva Marina, Follo, Vezzano Ligure, La Spezia, Arcola, Bolano, Beverino, Pignone, Borghetto di Vara, Luni, Castelnuovo Magra, Sarzana, Lerici, Bonassola, Levanto, Santo Stefano di Magra, Monterosso al Mare, Portovenere, Riomaggiore, Calice al Cornoviglio, Riccò del Golfo, Brugnato, Carro, Carrodano, Maissano, Rocchetta di Vara, Sesta Godano, Varese Ligure u Zignago. |
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-karatteristiċi tar-“Riviera Ligure” huma dovuti għall-kundizjonijiet speċjali tal-ħamrija u tal-klima tat-territorju.
Liguria għandha forma ta’ arkata, bil-parti miftuħa tħares lejn in-Nofsinhar. Tinsab bejn serbut muntanji li jilqgħulha mill-irjieħ u minn temperaturi kesħin ħafna mit-Tramuntana, u baħar li joħloq kundizzjonijiet tat-temp favorevoli, b’mod partikolari fir-rigward tat-temperatura u l-umdità. Il-klima Mediterranja, flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħamrija kkaratterizzati fil-biċċa l-kbira minn art imżerżqa b’ħamrija ta’ konsistenza medja, ħolqot kundizzjonijiet ottimali biex jikbru s-siġar taż-żebbuġ u dawn huma mifruxa kważi madwar iż-żona kollha sa altitudni ta’ madwar 800 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, għalkemm prinċipalment jinsabu tul l-istrixxa kostali tal-Punent, ir-Riviera di Ponente.
Il-bnedmin taw kontribuzzjoni importanti għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir taż-żebbuġ fil-Liguria permezz ta’ xogħol tal-idejn intensiv ta’ bini ta’ terrazzi sostnuti minn ħitan tas-sejjieħ. Dawn jipprevjenu l-erożjoni tal-ħamrija u jżommu l-ħamrija arjata u skulata. Dan ix-xogħol sar tul is-sekli u kellu impatt partikolari fuq l-art ikkultivata, biex għen jagħmel il-pajsaġġ tal-Liguria uniku fid-dinja. Il-prattiki tat-tkabbir taż-żebbuġ tal-Liguria wkoll huma r-riżultat ta’ sekli ta’ esperjenza. Dawn ivarjaw mill-mod kif jinżabru s-siġar, li tradizzjonalment jiffavorixxi t-tkabbir naturali tas-siġra “l fuq u jista’ jinvolvi wkoll distanzi ta’ tħawwil qrib ħafna ta’ xulxin minħabba n-nuqqas ta’ art, sal-prattika tal-ħsad imqassam tul iż-żmien, li jfisser li l-ħsad idum żmien twil u ż-żebbuġ jinqata’ biss meta jkun misjur perfettament.
Storikament, huwa maħsub li l-patrijiet Benedettini (is-seklu 9) kienu l-ewwel li introduċew is-siġar taż-żebbuġ fil-Liguria. Ir-razza oriġinali ħadet l-isem ‘Taggiasca’ minn Taggia, port kummerċjali li minnu kien jintbagħat u jiġi kkummerċjalizzat iż-żebbuġ.
Il-fatt li ż-żebbuġ imkabbar fil-Liguria kollu jiġi minn razza komuni ġie nnutat mill-botaniku l-aktar rinomat fl-Italja, Giorgio Gallesio, fl-ewwel snin tas-seklu dsatax. Huwa stabbilixxa li kien hemm tip wieħed ta’ siġra taż-żebbuġ, li gradwalment beda jikkaratterizza t-territorju kollu u sar magħruf b’ismijiet differenti skont fejn kien ikun tkabbar (Pomona Italiana, 1817). Dan il-fatt ġie nnotat ukoll aktar reċentement minn studji u riċerka speċjalizzati, li kkonfermaw li t-tkabbir taż-żebbuġ fil-Liguria huwa prinċipalment ibbażat fuq il-varjetà storika ‘Taggiasca’, li għadha titkabbar b’dan l-isem fil-provinċji ta’ Imperia u Savona, u fuq il-varjetajiet derivati minnha, magħrufa bl-isem Lavagnina fil-provinċja ta’ Ġenova, u bl-isem Razzola fil-provinċja ta’ La Spezia. Fil-fatt, matul is-snin, il-kloni l-qodma kollha adattaw bis-sħiħ għall-ambjenti fejn saru stabbiliti, li rriżulta f’differenzi żgħar li jistgħu jinstabu biss lokalment (Le varietà di olivo liguri [Varjetajiet ta’ siġar taż-żebbuġ fil-Liguria], Roberto Barrichello et al., ir-Reġjun tal-Liguria, 2017).
Iż-żejt ‘Riviera Ligure’ huwa apprezzat ħafna mill-konsumaturi għaliex huwa bbilanċjat sew, għandu valuri għoljin ta’ aċidu olejku u jagħti sensazzjoni partikolari kemxejn ħelwa meta jintiegħem. Dawn il-karatteristiċi distintivi kollha jiddependu fuq il-fatturi naturali u umani fl-ambjent ta’ oriġini. Prodott ‘ibbilanċjat tajjeb’, b’mod partikolari b’togħma bbilanċjata bejn l-imrar u/jew il-punġenza minn naħa waħda u ta’ frott min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija u tal-klima u mill-għażla tal-mument it-tajjeb biex iż-żebbuġ jinqata’ meta jkun misjur perfettament, permezz tal-prattika tal-ħsad imqassam tul iż-żmien. Il-livell għoli ta’ aċidu olejku huwa influwenzat prinċipalment mill-predominanza tal-varjetà ‘Taggiasca’ u varjetajiet oħra li huma ġenetikament marbuta mill-qrib magħha. Is-sensazzjoni partikolarment ‘ħafifa’, imfittxija minn ħafna konsumaturi, hija influwenzata mit-tendenza li l-ħsad jibqa’ jsir sa” tard fl-istaġun, ħaġa li ma ssirx f’reġjuni oħra fl-Italja. Fl-aħħar nett, ma għandux jintesa li l-karatteristiċi tar-“Rivera Ligure” jistgħu jiġu attribwiti wkoll għad-dedikazzjoni antika tal-Liguria għall-produzzjoni u l-kummerċ taż-żejt taż-żebbuġa. Din id-dedikazzjoni hija bbażata kemm fuq l-attenzjoni mogħtija lill-art kif ukoll fuq l-għarfien li jista’ jinstab kemm fil-ġestjoni tal-imsaġar taż-żebbuġ kif ukoll fl-impjanti tal-ipproċessar, li n-numru kbir tagħhom jidher li huwa sinjal ċar ta’ approċċ professjonali mifrux.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew inkella:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
2.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/31 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 78/12)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Lesachtaler Brot”
PGI-AT-02849 - 3.6.2022
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem
“Lesachtaler Brot”
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Awstrija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.3 – Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-prodott protett bl-Indikazzjoni Ġeografika “Lesachtaler Brot” huwa ħobż magħmul minn taħlita ta’ 2/3 dqiq tas-segala u 1/3 dqiq tal-qamħ komuni li magħha jiżdiedu l-ilma tax-xorb, il-melħ tal-ikel (massimu ta’ 40 gramma għal kull kilogramma ta’ dqiq), ħwawar tal-ħobż (ta’ tip wieħed jew taħlita ta’ diversi) – il-karwija (massimu ta’ 10 grammi għal kull kg ta’ dqiq), il-kosbor (massimu ta’ 10 grammi għal kull kg ta’ dqiq), il-bużbież (massimu ta’ 10 grammi għal kull kg ta’ dqiq), l-aniżetta (massimu ta’ 10 grammi għal kull kg ta’ dqiq), iż-żerriegħa tal-kittien (massimu ta’ 20 gramma għal kull kg ta’ dqiq), iż-żerriegħa tal-isquash (massimu ta’ 30 gramma għal kull kg ta’ dqiq) – kif ukoll, kultura ppreparata minn qabel li tibda l-fermentazzjoni msejħa “Dampfl” (aġent b’effett ta’ ħmira għad-dqiq tas-segala) u ħmira (aġent b’effett ta’ ħmira għad-dqiq tal-qamħ komuni).
Il-ħobż għandu l-karatteristiċi partikolari deskritti hawn taħt.
— |
Forma tal-ħobża |
Il-“Lesachtaler Brot” jissajjar biss fil-forma ta’ ħobża tonda. Il-ħobż jiżen bejn 500 g u 1 200 g u jinqasam f’żewġ kategoriji: il-ħobż iż-żgħir ta’ bejn 500 g u 799 g u l-ħobż il-kbir ta’ bejn 800 g u 1 200 g. Fin-nofs tal-parti ta’ fuq tal-ħobż hemm l-“għajn t’Alla” (Auge Gottes) – skont it-tradizzjoni taż-żona ddefinita –, triangolu li għandhu ċirku ovali li jissimbolizza “għajn” fiċ-ċentru tiegħu. Dan is-simbolu, il-kurvatura irregolari kif ukoll il-qsim li jifforma fuq il-parti ta’ fuq tal-ħobż wara s-sajran tiegħu jagħtu lil-“Lesachtaler Brot” id-dehra tipika tiegħu.
— |
Qoxra |
Il-qoxra għandha ħxuna minima ta’ 0,3 cm u ma hijiex omoġenja: fl-istess ħobża, il-ħxuna tagħha tvarja bejn 0,3 cm u 0,8 cm. Il-qoxra titfarrak u tqarmeċ u għandha konsistenza iebsa u soda. Hija miksija kemxejn bid-dqiq u għandha kulur li jvarja minn kannella ċar matt sa kannella skur.
— |
Qalba |
Il-qalba hija lewn l-avorju u għandha sawra ħafifa, iddub, ratba iżda soda, u għandha togħma mħawra sa aromatika ħafna. It-toqob jiffurmaw b’mod irregolari u f’ċerti postijiet huma akbar minn millimetru.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
It-tħin taċ-ċereali, it-tħejjija tal-għaġina tal-ħobż u s-sajran iridu jsiru fiż-żona ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-ippakkjar fil-basktijiet tal-karti (boroż tal-karti) irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita, wara li l-ħobż jitkessaħ kompletament fil-post tal-produzzjoni. Dan huwa neċessarju sabiex il-ħobż ma jinxifx malajr fil-miftuħ, biex tinżamm is-sawra ħafifa tal-qalba, kif ukoll għal raġunijiet ta’ iġjene tal-ikel.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Ir-reġjun li fih jiġi magħmul il-“Lesachtaler Brot” huwa ż-żona ġeografika ta’ Lesachtal, wied għoli fl-Alpi fil-Lbiċ tar-reġjun ta’ Carinthia. Dan imiss mal-Alpi Karniki fin-Nofsinhar u mad-Dolomiti ta’ Lienz fit-Tramuntana. Jinkludi l-postijiet li ġejjin: il-muniċipalità ta’ Lesachtal, il-muniċipalità ta’ Untertilliach, il-muniċipalità ta’ Obertilliach, il-lokalità ta’ Äußerst fil-muniċipalità ta’ Kartitsch-Ost, il-lokalitajiet ta’ Podlanig, St. Jakob, Strajach, Gentschach, Kosta, Passau, Aigen, Nischlwitz u Sittmos fil-muniċipalità ta’ Kötschach-Mauthen-West.
5. Rabta maż-żona ġeografika
It-tradizzjoni tal-kultura tal-furnara f’Lesachtal u r-reputazzjoni tajba tagħha jmorru lura sew fil-passat; l-ewwel xhieda jinsabu fil-kuntest tat-twaqqif tal-post ta’ pellegrinaġġ ta’ Maria Luggau fis-seklu 16. Ir-raħħala kienu jagħtu ħafna importanza lill-ħobż, mhux biss bħala sors prezzjuż ta’ enerġija, iżda wkoll fil-kuntest reliġjuż Kristjan. Dan il-karattru reliġjuż għadu jidher anki llum fis-simbolu tal-“għajn t’Alla” li titħalla fuq il-parti ta’ fuq ta’ kull ħobża tal-“Lesachtaler Brot” qabel is-sajran. F’Liesing, instabu l-istrutturi ta’ forn tal-ħobż antik li jmur lura għas-seklu 16 waqt skavar f’lukanda ta’ dak iż-żmien. Sabiex l-istorja tibqa’ ħajja, inbena forn tal-ħobż ġdid fl-istess post u dan iservi b’mod regolari lill-komunità għas-sajran tal-“Lesachtaler Brot” tradizzjonali.
Barra minn hekk, Lesachtal huwa karatterizzat ħafna mill-ambjent muntanjuż tiegħu minħabba l-pożizzjoni tiegħu bejn l-Alpi ta’ Gailtal, id-Dolomiti ta’ Lienz u l-Alpi Karniki. Ix-xmara Gail tgħaddi mill-wied u hemm iffurmat kanal, għall-kuntrarju ta’dak li ġara fil-wied ġar ta’ Gailtal, li f’xi partijiet jilħaq fond ta’ 200 m. Minħabba l-ammont abbundanti tar-riżorsi tal-ilma tiegħu, Lesachtal huwa wkoll magħruf bl-isem “il-wied b’100 mitħna” (Tal der 100 Mühlen). It-tradizzjoni tat-tħin taċ-ċereali fuq ir-rota tat-tħin tmur lura għas-seklu 16, fl-imtieħen ta’ Trattenbach qrib Maria Luggau. Matul is-sekli li għaddew, kien hemm mifruxa għadd ta’ mtieħen tal-ilma tul dan il-wied żgħir. Illum il-ġurnata, minn madwar 200 mitħna tal-ilma tal-injam antika li kienu jeżistu f’dak iż-żmien, ħamsa biss baqgħu ppreservati u fi stat li jaħdmu. Dawn l-imtieħen ma kinux biss jippermettu t-twettiq ta’ diversi kompiti agrikoli manwali, iżda wkoll u fuq kollox it-tħin taċ-ċereali għall-produzzjoni tal-ħobż.
Permezz tat-tħin taċ-ċereali fl-imtieħen tradizzjonali tal-ġebel, li jitħnu fuq ir-rota tat-tħin, id-dqiq tal-ħobż huwa inqas fin, u dan jagħti lill-qalba s-sawra ħafifa u elastika karatteristika tagħha. Barra minn hekk, l-imtieħen tal-ġebel jiggarantixxu li t-tħin isir bil-mod, fattur importanti biex tiġi żgurata l-kwalità speċjali tal-ħobż. Fil-fatt, waqt it-tħin, dawn l-imtieħen jilħqu veloċità aktar baxxa minn dik tal-imtieħen biċ-ċilindri. Għalhekk, id-dqiq li jinkiseb huwa espost għal inqas sħana, li hija importanti biex jilħaq biss it-temperatura neċessarja waqt it-tlugħ tal-għaġina.
Barra minn hekk, sa nofs is-seklu 20, Lesachtal kien prattikament maqtugħ mid-dinja esterna minħabba l-pożizzjoni esposta tiegħu, ikkaratterizzata minn xmajjar fondi u muntanji għoljin. In-nies li joqogħdu fil-wied kisbu aċċess għall-elettriku biss fl-1962. Dawn il-kundizzjonijiet mhux biss affettwaw l-istorja tal-abitazzjonijiet f’dan il-post, iżda wkoll il-konċentrazzjoni stretta u t-trażmissjoni tal-għarfien lokali, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-furnara. Minħabba din is-sitwazzjoni speċjali, kien assolutament neċessarju li l-wied isir kemm jista’ jkun awtosuffiċjenti. Kien hemm biss skambji u tranżazzjonijiet sporadiċi ma’ xi muniċipalitajiet ġirien. Illum-il ġurnata, il-“Lesachtaler Brot” jikkontribwixxi bil-kbir għall-awtosuffiċjenza tan-nies li joqogħdu fil-wied, b’mod speċjali meta jkun iżolat minn ammont abbundanti ta’ borra.
In-know-how lokali u l-esperjenza twila tal-furnara huma essenzjali għall-kwalità u għall-ispeċifiċità tal-“Lesachtaler Brot”. Anki jekk ix-xiri taċ-ċereali huwa awtorizzat minħabba l-kapaċitajiet ta’ kultivazzjoni ristretti u l-varjabbiltà tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni (it-temp), sadanittant il-kultivazzjoni taċ-ċereali reġgħet intensifikat f’Lesachtal, u l-għelejjel maħsuda jintużaw bħala materja prima għal-“Lesachtaler Brot” tradizzjonali. F’Lesachtal, l-għarfien tal-furnara jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, skont it-tradizzjoni. Għalhekk, ikomplu, pereżempju, jużaw aġenti b’effett ta’ ħmira naturali u jesiġu tħin mhux daqsekk fin għad-dqiq użat. Minbarra l-użu tal-imtieħen tal-ġebel tradizzjonali biex jiġi garantit tħin ġentili, b’tali mod li d-dqiq ma jkunx espost għal temperatura eċċessiva qabel it-tlugħ tal-għaġina, l-għarfien speċifiku tat-taħħana dwar il-grad tat-tħin xieraq matul dan il-proċess huwa wkoll partikolarment importanti. Il-grad tat-tħin ma jistax jiġi rregolat permezz tal-magni jew awtomatikament fl-imtieħen tal-ġebel. Għalhekk, huwa t-taħħan biss li jrid jivvaluta l-grad tat-tħin xieraq.
Minħabba li l-altitudni u t-tip ta’ ħamrija minn dejjem kienu jiffavorixxu t-tkabbir tas-segala fiż-żona ġeografika ddefinita u li l-kultivazzjoni tal-qamħ qatt ma kienet partikolarment mifruxa, il-proporzjon tradizzjonali tat-taħlita huwa ta’ żewġ terzi ta’ dqiq tas-segala u terz ta’ dqiq tal-qamħ komuni. Ir-riżultati miksuba mill-esperjenza wrew li l-“Lesachtaler Brot” iżomm aktar fit-tul minħabba l-proporzjon aktar għoli tad-dqiq tas-segala. Dan l-għarfien trażmess dwar it-taħlita tal-varjetajiet taċ-ċereali u taż-żewġ aġenti b’effett ta’ ħmira differenti, il-ħin eżatt tas-sajran, il-kwantità ta’ njam meħtieġa kif ukoll il-ħin xieraq ta’ meta jinxtegħlu l-fran tradizzjonali, li ġeneralment ma jkunux mgħammra b’termometru biex titkejjel it-temperatura t-tajba, jibqa’ dejjem essenzjali matul il-proċess tal-produzzjoni. Madwar nofs il-ħobż tal-“Lesachtaler Brot” jissajjar bil-fran tal-ħatab eżistenti.
Mill-2010, il-produzzjoni tal-“Lesachtaler Brot” saret parti mill-wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO. Fl-2018, huwa nħatar prodott “Presidia” tal-moviment internazzjonali Slow Food, bħala prodott li għandu valur partikolari għall-konservazzjoni tal-ekosistemi lokali u tat-tradizzjonijiet reġjonali. Kull sena mill-1983 ’l hawn, fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Settembru, issir il-festa tar-raħal u tal-ħobż f’Liesing, f’Lesachtal. Waqt dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, il-parteċipanti mhux biss jiġu mistiedna jduqu u jixtru l-“Lesachtaler Brot”: hemm ukoll programm sħiħ dwar din l-ispeċjalità reġjonali.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://www.patentamt.at/herkunftsangaben/lesachtalerbrot/
jew tista’ tiġi aċċessata wkoll direttament permezz tas-sit web tal-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Awstrija (www.patentamt.at) billi wieħed jikklikkja: “Marken/Marken anmelden/Herkunftsangaben”. Hemmhekk, wieħed isib l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott taħt l-isem tad-denominazzjoni tal-kwalità.