ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 54

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
13 ta' Frar 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 54/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 54/02

Kawżi magħquda C-40/20 u C-173/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – AQ, BO, CP (C-40/20), AZ, BY, CX, DW, EV, FU, GJ (C-173/20) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Università degli studi di Perugia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim Qafas – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat – Relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat irregolata mid-dritt pubbliku – Riċerkaturi universitarji)

2

2023/C 54/03

Kawża C-125/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u kontinwu tal-valuri limitu ffissati għad-dijossidu tal-karbonju (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Spanjoli – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu ta’ qbiż l-iqsar possibbli – Miżuri xierqa)

3

2023/C 54/04

Kawża C-470/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – L-Estonja) AS Veejaam, OÜ Espo vs AS Elering (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Appoġġ għall-enerġija rinnovabbli – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 – Effett ta’ inċentiv ta’ għajnuna mitluba wara l-bidu tax-xogħlijiet marbutin mal-proġett ikkonċernat – Artikolu 108(3) TFUE – Obbligu ta’ komunikazzjoni – Konsegwenzi tal-ksur tal-obbligu ta’ komunikazzjoni)

4

2023/C 54/05

Kawża C-530/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – Il-Latvja) – EUROAPTIEKA SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikolu 86(1) – Kunċett ta’ reklamar għal prodotti mediċinali – Artikolu 87(3) – Użu razzjonali ta’ prodotti mediċinali – Artikolu 90 – Metodi ta’ reklamar ipprojbiti – Reklamar għal prodotti mediċinali li la huma suġġetti għal preskrizzjoni medika u lanqas huma rimborsabbli – Reklamar abbażi tal-prezz – Reklamar għal offerti promozzjonali – Reklamar għal bejgħ ikkombinat – Projbizzjoni)

5

2023/C 54/06

Kawża C-61/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles – Franza) – JP vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttivi 80/779/KEE, 85/203/KEE, 96/62/KE, 1999/30/KE u 2008/50/KE – Kwalità tal-arja – Valuri limitu ffissati għall-mikropartiċelli (PM10) u għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) – Qbiż – Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja – Danni li ġew ikkawżati lil individwu minħabba d-degradazzjoni tal-arja li tirriżulta minn qbiż ta’ dawn il-valuri limitu – Responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat – Kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ din ir-responsabbiltà – Rekwiżit li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni miksura jkollha l-għan li tikkonferixxi drittijiet lill-partijiet leżi – Assenza)

6

2023/C 54/07

Kawża C-83/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Artikolu 114(2) TFUE – Esklużjoni tad-dispożizzjonijiet fiskali – Direttiva 2000/31/CE – Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Kummerċ elettroniku – Portal telematiku ta’ intermedjazzjoni ta’ proprjetà immobbli – Artikolu 1(5) (a) – Esklużjoni tal-qasam tat-tassazzjoni – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi fis-suq intern – Artikolu 2(3) – Esklużjoni tal-qasam tat-tassazzjoni – Direttiva (UE) 2015/1535 – Artikolu 1(1) (e) u (f) – Kunċetti ta’ regola dwar is-servizzi u ta’ regolament tekniku – Obbligu impost fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ proprjetà immobbli li jiġbru u li jibgħatu lill-awtoritajiet tat-taxxa d-data ta’ kuntratti tal-kiri u li jiġbru f’ras il-għajn it-taxxa fuq il-ħlasijiet imwettqa – Obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali impost fuq il-fornituri ta’ servizzi li ma għandux stabbiliment permanenti fl-Italja – Artikolu 56 TFUE – Natura restrittiva – Għan leġittimu – Natura sproporzjonata tal-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali – It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE – Prerogattivi ta’ qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern)

7

2023/C 54/08

Kawża C-88/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Regionų apygardos administracinio teismo Kauno rūmai (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) – Deċiżjoni 2007/533/ĠAI – Allert dwar oġġett imfittex – Artikolu 38 – Għanijiet tal-allert – Qbid jew użu bħala prova fi proċeduri kriminali – Artikolu 39 – Eżekuzzjoni tal-azzjoni bbażata fuq allert – Miżuri meħuda skont id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li tiġi pprojbita r-reġistrazzjoni ta’ vetturi li jkunu s-suġġett ta’ allert fis-SIS II)

8

2023/C 54/09

Kawża C-115/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Oriol Junqueras i Vies vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Dritt istituzzjonali – Membri tal-Parlament Ewropew – Telf tal-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà wara kundanna kriminali – Tħabbir ta’ siġġu vakanti ta’ Membru tal Parlament Ewropew – Talba sabiex tiġi adottata b’urġenza inizjattiva sabiex tiġi kkonfermata l-immunità ta’ membru tal-Parlament Ewropew – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà)

8

2023/C 54/10

Kawżi magħquda C-148/21 u C-184/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu, Tribunal de l’enterprise francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Christian Louboutin vs Amazon Europe Core Sàrl (C-148/21), Amazon EU Sàrl (C-148/21), Amazon Services Europe Sàrl (C-148/21), Amazon.com Inc. (C-184/21), Amazon Services LLC (C-184/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 9(2)(a) – Drittijiet mogħtija mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Kunċett ta’ użu – Operatur ta’ sit internet ta’ bejgħ online li jintegra suq online – Reklami ppubblikati f’dan is-suq minn bejjiegħa terzi li jużaw, f’dawn ir-reklami, sinjal identiku għal trade mark ta’ persuna oħra għal prodotti identiċi għal dawk li għalihom din hija rreġistrata – Perċezzjoni ta’ dan is-sinjal bħala li jagħmel parti integrali mill-kommunikazzjoni kummerċjali ta’ dan l-operatur – Mod ta’ preżentazzjoni tar-reklami li ma jippermettix li ssir distinzjoni ċara bejn l-offerti tal-imsemmi operatur u dawk ta’ dawn il-bejjiegħa terzi)

9

2023/C 54/11

Kawża C-237/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Proċeduri dwar l-estradizzjoni ta’ S.M. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 18 u 21 TFUE – Talba indirizzata lil Stat Membru minn Stat terz, intiża għall-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati Membri – Talba mressqa għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija – Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali – Restrizzjoni għall-moviment liberu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità – Proporzjonalità)

10

2023/C 54/12

Kawża C-311/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – CM vs TimePartner Personalmanagement GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Impjiegi u politika soċjali – Xogħol temporanju – Direttiva 2008/104/KE – Artikolu 5 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Neċessità li tiġi ggarantita, fil-każ ta’ deroga minn dan il-prinċipju, il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji – Ftehim kollettiv li jipprevedi remunerazzjoni inferjuri għal dik tal-persunal irreklutat direttament mill-impriża utenti – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ ġudizzjarju)

11

2023/C 54/13

Kawża C-366/21 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 – Maxime Picard vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Pensjoni – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Riforma tas-sena 2014 – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Anness XIII ta’ dawn ir-regolament – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) – Miżuri tranżitorji li jirrigwardaw ir-rata annwali ta’ kisba tad-drittijiet għall-pensjoni u l-età tal-irtirar – Skema applikabbli għall-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni – Anness – Artikolu 1(1) – Applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri tranżitorji b’analoġija għall-membri l-oħra fis-servizz fil-31 ta’ Diċembru 2013 – Iffirmar ta’ kuntratt ġdid ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt – Att li jikkawża preġudizzju – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

12

2023/C 54/14

Kawża C-577/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – LM, NO vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ danni personali – Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja – Inċident tat-traffiku – Mewt ta’ passiġġier – Dritt għal kumpens tal-ulied minuri – Dannu mhux materjali – Tbatija minn wild li tirriżulta mill-mewt tal-ġenitur tiegħu wara dan l-inċident – Kumpens biss fil-każ ta’ dannu patoloġiku)

13

2023/C 54/15

Kawżi magħquda C-753/21 u C-754/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Instrubel NV vs Montana Management Inc., BNP Paribas Securities Services (C-753/21), u Montana Management Inc. vs Heerema Zwijndrecht BV, BNP Paribas Securities Services (C-754/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Regolament (KE) Nru 1210/2003 – Restrizzjonijiet speċifiċi applikabbli għar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq – Artikolu 4 – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lill-persuni, lill-korpi u lill-entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein – Artikolu 6 – Trasferiment lill-mekkaniżmi suċċessivi tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq – Proprjetà tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ffriżati)

13

2023/C 54/16

Kawża C-23/22: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Caxamar – Comércio e Indústria de Bacalhau SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Regolament (UE) Nru 651/2014 – Eżenzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali – Kamp ta’ applikazzjoni – Esklużjonijiet – Settur tas-sajd u tal-akkwakultura – Settur tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli – Kunċett ta’ prodotti agrikoli – Regolament (UE) Nru 1379/2013 – Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura – Anness I – Attività ta’ pproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura – Bakkaljaw immellaħ, iffriżat, u mlaħlaħ mill-melħ)

14

2023/C 54/17

Kawża C-559/22 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 minn Vtesse Harlow Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-64/22, Vtesse Harlow vs Il-Kummissjoni

15

2023/C 54/18

Kawża C-762/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja

15

2023/C 54/19

Kawża C-769/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

16

2023/C 54/20

Kawża C-773/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 54/21

Kawża T-720/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – G.J. Riedel vs EUIPO – BrewDog (Punk) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2023/C 54/22

Kawża T-775/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – TJ et vs Il-Kunsill

19

2023/C 54/23

Kawża T-795/22: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2022 – TV u TW vs Il-Kunsill

20

2023/C 54/24

Kawża T-796/22: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 – Drinks Prod vs EUIPO – Coolike-Regnery (VIVIASEPT)

21

2023/C 54/25

Kawża T-800/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Palírna U Zeleného stromu vs EUIPO – Bacardi (B42V)

21

2023/C 54/26

Kawża T-801/22: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – 3M vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ faxex sofor luminużi b’faxxa griża fidda bejniethom)

22

2023/C 54/27

Kawża T-802/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2022 – ExxonMobil Producing Netherlands and Mobil Erdgars- Erdöl vs Il-Kunsill

23

2023/C 54/28

Kawża T-1/23: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2023 – Enmacc vs Il-Kummissjoni

24


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 54/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 45, 6.2.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 35, 30.1.2023

ĠU C 24, 23.1.2023

ĠU C 15, 16.1.2023

ĠU C 7, 9.1.2023

ĠU C 482, 19.12.2022

ĠU C 472, 12.12.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – AQ, BO, CP (C-40/20), AZ, BY, CX, DW, EV, FU, GJ (C-173/20) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Università degli studi di Perugia

(Kawżi magħquda C-40/20 u C-173/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim Qafas - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat irregolata mid-dritt pubbliku - Riċerkaturi universitarji)

(2023/C 54/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AQ, BO, CP (C-40/20), AZ, BY, CX, DW, EV, FU, GJ (C-173/20)

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Università degli studi di Perugia

fil-preżenza ta’: Federazione Lavoratori della Conoscenza Cgil, Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Cipur – Coordinamento Intersedi Professori Universitari di Ruolo, Anief – Associazione Professionale e Sindacale (C-40/20), HS, IR, JQ, KP, LO, MN, NM, OZ, PK, QJ, RI, SH, TG, UF, WE, XC, YD (C-173/20)

Dispożittiv

1)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel parti tal-ewwel domanda u għat-tieni domanda għandha tkun li l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-universitajiet jikkonkludu ma’ riċerkaturi kuntratti għal żmien determinat ta’ tliet snin, li jistgħu jiġu estiżi għal mhux iktar minn sentejn, mingħajr ma tissuġġetta l-konklużjoni tagħhom jew l-estensjoni tagħhom għal raġunijiet oġġettivi marbuta mal-eżistenza ta’ bżonnijiet temporanji jew eċċezzjonali, u dan sabiex jiġu koperti l-bżonnijiet ordinarji u permanenti tal-università kkonċernata.

2)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni parti tal-ewwel domanda għandha tkun li l-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa għal tnax-il sena t-tul totali tal-kuntratti ta’ xogħol li jistgħu jiġu konklużi mill-istess riċerkatur, inkluż ma’ universitajiet u istituti differenti, u anki b’mod mhux konsekuttiv.

3)

Għaldaqstant, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jiġi stabbilizzat l-impjieg ta’ riċerkaturi ta’ korpi pubbliċi ta’ riċerka li jkunu kkonkludew kuntratt għal żmien determinat iżda li tirrifjuta din il-possibbiltà għal riċerkaturi universitarji li jkunu kkonkludew kuntratt għal żmien determinat.

4)

Minn dan isegwi li r-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li ll-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, b’deroga, minn naħa, mir-regola ġenerali applikabbli għall-ħaddiema pubbliċi u privati kollha, li tipprovdi li, mis-sena 2018, it-terminu massimu ta’ relazzjoni għal żmien determinat hija ffissata għal 24 xahar, inklużi l-prorogi u t-tiġdid, kif ukoll, min-naħa l-oħra, mir-regola applikabbli għall-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika li tipprovdi li l-użu ta’ dawn it-tip ta’ relazzjonijiet huwa suġġett għall-eżistenza ta’ bżonnijiet temporanji u eċċezzjonali, tippermetti lill-universitajiet jikkonkludu ma’ riċerkaturi kuntratti għal żmien determinat ta’ tliet snin, li jistgħu jiġu estiżi b’massimu ta’ sentejn, mingħajr ma tissuġġetta l-konklużjoni jew il-proroga tagħhom għall-eżistenza ta’ bżonnijiet temporanji jew eċċezzjonali tal-università inkwistjoni, u li tippermetti wkoll, fi tmiem il-perijodu ta’ ħames snin, tikkonkludi mal-istess persuna jew ma’ persuni oħra kuntratt ieħor għal żmien determinat tal-istess tip, sabiex jiġu ssodisfatti l-istess bżonnijiet ta’ tagħlim u ta’ riċerka bħal dawk tal-kuntratt preċedenti.

5)

Minn dan isegwi li r-risposta għas-sitt domanda għandha tkun li l-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-riċerkaturi li jkunu kkonkludew kuntratt għal żmien indeterminat għandhom il-possibbiltà, meta jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni xjentifika nazzjonali, li jissuġġettaw ruħhom għal proċedura ta’ evalwazzjoni speċifika għall-finijiet tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ professuri assoċjati, filwaqt li din il-possibbiltà hija rrifjutata lir-riċerkaturi li jkunu kkonkludew kuntratt għal żmien determinat, inkluż meta jkunu wkoll kisbu l-awtorizzazzjoni xjentifika nazzjonali, fil-każ fejn dawn tal-aħħar jeżerċitaw l-istess attivitajiet professjonali u jipprovdu l-istess servizzi ta’ tagħlim lill-istudenti bħar-riċerkaturi li jkunu kkonkludew kuntratt għal żmien indeterminat.


(1)  ĠU C 161, 11.05.2020.

ĠU C 19, 18.01.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-125/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u kontinwu tal-valuri limitu ffissati għad-dijossidu tal-karbonju (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Spanjoli - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” - Miżuri xierqa)

(2023/C 54/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. C. Becker, M. Jauregui Gómez u M. Noll-Ehlers, sussegwentement minn M. Jauregui Gómez u M. Noll-Ehlers, u fl-aħħar minn M. Noll-Ehlers u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenut: ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Jiménez García u M. J. Ruiz Sánchez, sussegwentement minn M. J. Ruiz Sánchez, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta’ Spanja:

billi ma żgurax li ma jinqabżux, b’mod sistematiku u persistenti, minn naħa, il-valur ta’ limitu annwali stabbilit għad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2), b’effett mis-sena 2010 sas-sena 2018 inkluża, fiż-żoni ES0901 Área de Barcelona u ES1301 Madrid kif ukoll, b’effett mis-sena 2010 sas-sena 2017 inkluża, fiż-żona ES 0902 Vallès – Baix Llobregat u, min-naħa l-oħra, il-valur ta’ limitu għal kull siegħa stabbilit għan-NO2, b’effett mis-sena 2010 sas-sena 2018 inkluża, fiż-żoni ES 1301 Madrid, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 13(1) u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, u,

billi ma adottax, b’effett mill-11 ta’ Ġunju 2010, il-miżuri xierqa sabiex jiġġarantixxi l-osservanza tal-valuri ta’ limitu stabbiliti għan-NO2 fiż-żoni ES 0901 Àrea de Barcelona, ES 0902 Vallès – Baix Llobregat u ES 1301 Madrid, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, u, b’mod partikolari, u, b’mod partikolari, dak li jiżgura li l-pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja jkunu jipprevedu miżuri xierqa sabiex il-perijodu ta’ qbiż ta’ dawn il-valuri ta’ limitu ikun l-iqsar possibbli.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, disgħa minn għaxra tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati wieħed minn għaxra tal-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 175, 25.05.2020


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – L-Estonja) AS Veejaam, OÜ Espo vs AS Elering

(Kawża C-470/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Appoġġ għall-enerġija rinnovabbli - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 - Effett ta’ inċentiv ta’ għajnuna mitluba wara l-bidu tax-xogħlijiet marbutin mal-proġett ikkonċernat - Artikolu 108(3) TFUE - Obbligu ta’ komunikazzjoni - Konsegwenzi tal-ksur tal-obbligu ta’ komunikazzjoni)

(2023/C 54/04)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Veejaam, OÜ Espo

Konvenut: AS Elering

Dispożittiv

1)

Il-punti 49 u 50 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014 – 2020,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi skema ta’ għajnuna għall-enerġija rinnovabbli li tippermetti lill-applikant għall-għajnuna jikseb il-ħlas tagħha anki meta l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata wara t-tnedija tax-xogħlijiet tat-twettiq tal-proġett ikkonċernat.

2)

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014 – 2020,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

għajnuna mill-Istat jista’ jkollha effett ta’ inċentiv meta l-investiment li operatur ekonomiku jkun għamel sabiex jikkonforma ruħu ma’ bidla fil-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni ambjentali, peress li din tal-aħħar hija neċessarja għall-attività ta’ dan l-operatur, probabbilment ma kienx iseħħ fl-assenza tal-ħlas tal-għajnuna kkonċernata.

3)

L-Artikolu 1(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġu interpretat fis-sens li:

skema ta’ għajnuna eżistenti, li l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern ġiet ikkonstatata minn deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, għandha tiġi kklassifikata bħala “għajnuna ġdida”, fis-sens tal-Artikolu 1(c) ta’ dan ir-regolament, meta din l-iskema tiġi applikata lil hinn mid-data li l-Istat Membru kkonċernat kien indika lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-għajnuna li ngħalqet permezz tal-imsemmija deċiżjoni, bħala d-data tat-tmiem ta’ applikazzjoni tal-imsemmija skema.

4)

L-Artikolu 108(3) TFUE

għandu jiġu interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li tintlaqa’ t-talba ta’ operatur ekonomiku intiża għall-ħlas ta’ għajnuna mill-Istat, implimentata bi ksur tal-obbligu ta’ komunikazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni, minn naħa, għall-perijodu qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà tal-imsemmija għajnuna mas-suq intern, u, min-naħa l-oħra, meta l-imsemmi operatur kien applika għall-imsemmija għajuna f’mument meta din kienet illegali, peress li ma kinitx ġiet ikkomunikata lil din l-istituzzjoni, għalkemm l-investiment li fir-rigward tiegħu kienet marbuta l-għajnuna kien seħħ f’mument fejn l-imsemmija skema kienet legali, peress li l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern kienet ġiet ikkonstatata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, sa fejn, f’dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, il-benefiċjarju tal-għajnuna jħallas l-interess fuq l-ammonti possibbilment irċevuti, għall-perijodu li matulu l-għajnuna titqies li hija illegali.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – Il-Latvja) – “EUROAPTIEKA” SIA

(Kawża C-530/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 86(1) - Kunċett ta’ “reklamar għal prodotti mediċinali” - Artikolu 87(3) - Użu razzjonali ta’ prodotti mediċinali - Artikolu 90 - Metodi ta’ reklamar ipprojbiti - Reklamar għal prodotti mediċinali li la huma suġġetti għal preskrizzjoni medika u lanqas huma rimborsabbli - Reklamar abbażi tal-prezz - Reklamar għal offerti promozzjonali - Reklamar għal bejgħ ikkombinat - Projbizzjoni)

(2023/C 54/05)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“EUROAPTIEKA” SIA

Fil-preżenza ta’: Ministru kabinets

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 86(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004:

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-trażmissjoni ta’ informazzjoni li tinkoraġġixxi x-xiri ta’ prodott mediċinali billi tiġġustifika n-neċessità ta’ tali xiri bil-prezz tiegħu, billi tħabbar bejgħ speċjali jew billi tindika li dawn il-prodotti mediċinali jinbiegħu ma’ prodotti mediċinali oħra, inkluż bi prezz imnaqqas, jew ma’ tipi ta’ prodotti oħra, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “reklamar għal prodotti mediċinali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki meta din l-informazzjoni ma tirrigwardax prodott mediċinali speċifiku iżda prodotti mediċinali mhux speċifiċi.

2)

L-Artikolu 87(3) u l-Artikolu 90 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

dawn ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-inklużjoni, fir-reklamar lill-pubbliku ta’ prodotti mediċinali li la huma suġġetti għal preskrizzjoni medika u lanqas huma rimborsabbli, ta’ informazzjoni li tinkoraġġixxi x-xiri ta’ prodotti mediċinali billi tiġġustifika n-neċessità ta’ tali xiri abbażi tal-prezz ta’ dawn il-prodotti mediċinali, billi tħabbar bejgħ speċjali jew billi jiġi indikat li l-imsemmija prodotti mediċinali jinbiegħu ma’ prodotti mediċinali oħra, inkluż bi prezz imnaqqas, jew ma’ tipi ta’ prodotti oħra.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles – Franza) – JP vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

(Kawża C-61/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttivi 80/779/KEE, 85/203/KEE, 96/62/KE, 1999/30/KE u 2008/50/KE - Kwalità tal-arja - Valuri limitu ffissati għall-mikropartiċelli (PM10) u għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) - Qbiż - Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja - Danni li ġew ikkawżati lil individwu minħabba d-degradazzjoni tal-arja li tirriżulta minn qbiż ta’ dawn il-valuri limitu - Responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat - Kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ din ir-responsabbiltà - Rekwiżit li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni miksura jkollha l-għan li tikkonferixxi drittijiet lill-partijiet leżi - Assenza)

(2023/C 54/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JP

Konvenuti: Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

Dispożittiv

L-Artikoli 3 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar il-limiti tal-valuri tal-kwalità ta’ l-arja u gwidi għall-valuri tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja, l-Artikoli 3 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta’ Marzu 1985 dwar l-istandards ta’ kwalità tà l-arja għan-nitroġenu dijossidu, l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta’ Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità ta’ l-arja ċirkostanti, l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta’ April 1999 dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali kif ukoll l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma għandhomx l-għan li jikkonferixxu drittijiet individwali lill-individwi li jistgħu jagħtuhom lok għal dritt għal kumpens mingħand Stat Membru, skont il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil tali Stat Membru.


(1)  ĠU C 128, 12.04.2021


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-83/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Artikolu 114(2) TFUE - Esklużjoni tad-dispożizzjonijiet fiskali - Direttiva 2000/31/CE - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Kummerċ elettroniku - Portal telematiku ta’ intermedjazzjoni ta’ proprjetà immobbli - Artikolu 1(5) (a) - Esklużjoni tal-“qasam tat-tassazzjoni” - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Artikolu 2(3) - Esklużjoni tal-“qasam tat-tassazzjoni” - Direttiva (UE) 2015/1535 - Artikolu 1(1) (e) u (f) - Kunċetti ta’ “regola dwar is-servizzi” u ta’ “regolament tekniku” - Obbligu impost fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ proprjetà immobbli li jiġbru u li jibgħatu lill-awtoritajiet tat-taxxa d-data ta’ kuntratti tal-kiri u li jiġbru f’ras il-għajn it-taxxa fuq il-ħlasijiet imwettqa - Obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali impost fuq il-fornituri ta’ servizzi li ma għandux stabbiliment permanenti fl-Italja - Artikolu 56 TFUE - Natura restrittiva - Għan leġittimu - Natura sproporzjonata tal-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE - Prerogattivi ta’ qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern)

(2023/C 54/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

fil-preżenza ta’: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Federazione delle Associazioni Italiane Alberghi e Turismo (Federalberghi), Renting Services Group Srls, Coordinamento delle Associazioni e dei Comitati di tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e dei consumatori (Codacons)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

L-ewwel, ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ proprjetà immobbli, indipendentement mill-post fejn huma stabbiliti u mill-mod li bih huma jaġixxu ta’ medjaturi, f’dak li jirrigwarda kirjiet ta’ tul massimu ta’ 30 jum li jirrigwardaw proprjetà immobbli li tinstab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, li jiġbru u sussegwentement li jikkomunikaw lill-amministrazzjoni fiskali nazzjonali d-data dwar il-kuntratti tal-kiri konklużi wara l-intermedjazzjoni tagħhom, u, jekk dawn il-fornituri jkunu ġabru l-kirjiet jew il-korrispettiv korrispondenti jew inkella intervjenew fil-ġbir tagħhom, li jiġbru f’ras il-għajn l-ammont tat-taxxa dovuta fuq is-somom imħallsa mill-kerrejja lil sidien il-kera u li jħallsuha lit-Teżor pubbliku tal-imsemmi Stat Membru;

It-tieni, li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ proprjetà immobbli, f’dak li jirrigwarda kirjiet ta’ tul massimu ta’ 30 jum li jirrigwardaw proprjetà immobbli li tinstab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, meta dawn il-fornituri jkunu ġabru l-kirjiet jew il-korrispettiv korrispondenti jew inkella intervjenew fil-ġbir tagħhom u meta jirrisjedu jew huma stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr dak fejn tiġi imposta t-taxxa, li jaħtru rappreżentant fiskali li jirrisjedi jew li huwa stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru fejn tiġi imposta t-taxxa.

2)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jkun hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma minn waħda mill-partijiet fil-kawża prinċipali, id-determinazzjoni u l-formulazzjoni tad-domandi li għandhom isiru lill-Qorti tal-Ġustizzja huma biss responsabbiltà tal-qorti nazzjonali u dawn il-partijiet ma jistgħux jimponu jew ibiddlu l-kontenut tagħhom.


(1)  ĠU C 182, 10.05.2021


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Regionų apygardos administracinio teismo Kauno rūmai

(Kawża C-88/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) - Deċiżjoni 2007/533/ĠAI - Allert dwar oġġett imfittex - Artikolu 38 - Għanijiet tal-allert - Qbid jew użu bħala prova fi proċeduri kriminali - Artikolu 39 - Eżekuzzjoni tal-azzjoni bbażata fuq allert - Miżuri meħuda skont id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li tiġi pprojbita r-reġistrazzjoni ta’ vetturi li jkunu s-suġġett ta’ allert fis-SIS II)

(2023/C 54/08)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regionų apygardos administracinio teismo Kauno rūmai

fil-preżenza ta’: Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

Dispożittiv

L-Artikolu 39 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), moqri flimkien mal-Artikolu 38(1) tagħha,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprevedix obbligu ġenerali li tiġi pprojbita r-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur li tkun is-suġġett ta’ allert pendenti fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II);

ma jimponix fuq l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni l-obbligu li jipprevedi regoli ġenerali li jipprojbixxu azzjonijiet relatati mal-oġġett misjub minbarra dawk li jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 38(1):

ma jipprekludix li dan l-Istat Membru jipprevedi derogi minn projbizzjoni ġenerali li tali vettura tiġi rreġistrata.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 – Oriol Junqueras i Vies vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-115/21 P) (1)

(Appell - Dritt istituzzjonali - Membri tal-Parlament Ewropew - Telf tal-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà wara kundanna kriminali - Tħabbir ta’ siġġu vakanti ta’ Membru tal Parlament Ewropew - Talba sabiex tiġi adottata b’urġenza inizjattiva sabiex tiġi kkonfermata l-immunità ta’ membru tal-Parlament Ewropew - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà)

(2023/C 54/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Oriol Junqueras i Vies (rappreżentanti: M. Marsal i Ferret u A. Van den Eynde Adroer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u J.-C. Puffer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Oriol Junqueras i Vies għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg – il-Lussemburgu, Tribunal de l’enterprise francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Christian Louboutin vs Amazon Europe Core Sàrl (C-148/21), Amazon EU Sàrl (C-148/21), Amazon Services Europe Sàrl (C-148/21), Amazon.com Inc. (C-184/21), Amazon Services LLC (C-184/21)

(Kawżi magħquda C-148/21 u C-184/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 9(2)(a) - Drittijiet mogħtija mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “użu” - Operatur ta’ sit internet ta’ bejgħ online li jintegra suq online - Reklami ppubblikati f’dan is-suq minn bejjiegħa terzi li jużaw, f’dawn ir-reklami, sinjal identiku għal trade mark ta’ persuna oħra għal prodotti identiċi għal dawk li għalihom din hija rreġistrata - Perċezzjoni ta’ dan is-sinjal bħala li jagħmel parti integrali mill-kommunikazzjoni kummerċjali ta’ dan l-operatur - Mod ta’ preżentazzjoni tar-reklami li ma jippermettix li ssir distinzjoni ċara bejn l-offerti tal-imsemmi operatur u dawk ta’ dawn il-bejjiegħa terzi)

(2023/C 54/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qrati tar-rinviju

Tribunal d’arrondissement de Luxembourg, Tribunal de l’enterprise francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Louboutin

Konvenuti: Amazon Europe Core Sàrl (C-148/21), Amazon EU Sàrl (C-148/21), Amazon Services Europe Sàrl (C-148/21), Amazon.com Inc. (C-184/21), Amazon Services LLC (C-184/21)

Dispożittiv

L-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-operatur ta’ sit internet ta’ bejgħ online li jintegra, minbarra l-offerti ta’ bejgħ tiegħu stess, suq online jista’ jitqies bħala li jagħmel huwa stess użu minn sinjal identiku għal trade mark tal-Unjoni Ewropea ta’ persuna oħra għal prodotti identiċi għal dawk li għalihom din it-trade mark hija rreġistrata, meta bejjiegħa terzi jipproponu għall-bejgħ, f’dan is-suq, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tal-imsemmija trade mark, tali prodotti li jkollhom dan is-sinjal, jekk utent normalment informat u raġonevolment attent ta’ dan is-sit jistabbilixxi rabta bejn is-servizzi ta’ dan l-operatur u s-sinjal inkwistjoni, fatt li b’mod partikolari jkun il-każ meta, fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni inkwistjoni, tali utent ikun jista’ jkollu l-impressjoni li huwa l-imsemmi operatur li jikkummerċjalizza huwa stess, f’ismu u għan-nom tiegħu stess, il-prodotti li jkollhom l-imsemmi sinjal. F’dan ir-rigward, huma rilevanti l-fatt li dan l-operatur jirrikorri għal mod ta’ preżentazzjoni uniformi tal-offerti ppubblikati fuq is-sit internet tiegħu, filwaqt li juri fl-istess ħin ir-reklami relatati mal-prodotti li huwa jbigħ f’ismu u għan-nom tiegħu stess u dawk relatati ma’ prodotti proposti minn bejjiegħa terzi fl-imsemmi suq, il-fatt li huwa juri l-logo tiegħu stess ta’ distributur li għandu reputazzjoni fuq dawn ir-reklami kollha u l-fatt li huwa joffri lill-bejjiegħa terzi, fil-kuntest tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li jkollhom is-sinjal inkwistjoni, servizzi addizzjonali li jikkonsistu b’mod partikolari fil-ħażna u fl-ispedizzjoni ta’ dawn il-prodotti.


(1)  ĠU C 189, 17.5.2021.

ĠU C 217, 7.6.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Proċeduri dwar l-estradizzjoni ta’ S.M.

(Kawża C-237/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 18 u 21 TFUE - Talba indirizzata lil Stat Membru minn Stat terz, intiża għall-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati Membri - Talba mressqa għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija - Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali - Restrizzjoni għall-moviment liberu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità - Proporzjonalità)

(2023/C 54/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.M.

Fil-prezenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft München

Dispożittiv

L-Artikoli 18 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jimponu fuq Stat Membru, li lilu titressaq talba għal estradizzjoni minn Stat terz għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jirrisjedi b’mod permanenti fl-ewwel Stat Membru, li d-dritt nazzjonali tiegħu jipprojbixxi biss l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess barra mill-Unjoni Ewropea u jipprevedi l-possibbiltà li din il-piena tiġi eżegwita fit-territorju tiegħu bil-kundizzjoni li l-Istat terz jagħti l-kunsens tiegħu b’mod attiv, ifittex b’mod attiv dan il-kunsens tal-Istat terz li għamel it-talba għal estradizzjoni billi juża l-mekkaniżmi kollha tiegħu ta’ kooperazzjoni u assistenza fil-qasam kriminali li għandu fil-kuntest tar-relazzjonijiet tiegħu ma’ dan l-Istat terz;

jekk tali kunsens ma jinkisibx, huma ma jipprekludux li, f’tali ċirkustanzi, l-imsemmi l-ewwel Stat Membru jipproċedi bl-estradizzjoni ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, konformement mal-obbligi tiegħu skont konvenzjoni internazzjonali, sakemm din l-estradizzjoni ma tippreġudikax id-drittijiet iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 297, 26.7.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – CM vs TimePartner Personalmanagement GmbH

(Kawża C-311/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Impjiegi u politika soċjali - Xogħol temporanju - Direttiva 2008/104/KE - Artikolu 5 - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Neċessità li tiġi ggarantita, fil-każ ta’ deroga minn dan il-prinċipju, il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji - Ftehim kollettiv li jipprevedi remunerazzjoni inferjuri għal dik tal-persunal irreklutat direttament mill-impriża utenti - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Stħarriġ ġudizzjarju)

(2023/C 54/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CM

Konvenuta: TimePartner Personalmanagement GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

din id-dispożizzjoni ma teħtieġx, permezz tar-riferiment tagħha għall-kunċett ta’ “protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji”, li jittieħed inkunsiderazzjoni livell ta’ protezzjoni speċifiku għall-ħaddiema temporanji li jeċċedi dak stabbilit, għall-ħaddiema b’mod ġenerali, mid-dritt nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet essenzjali tax-xogħol u tal-impjieg. Madankollu, meta l-imsieħba soċjali jawtorizzaw, permezz ta’ ftehim kollettiv, differenzi fit-trattament fil-qasam tal-kundizzjonijiet essenzjali tax-xogħol u tal-impjieg għad-detriment tal-ħaddiema temporanji, dan il-ftehim kollettiv għandu, sabiex jiggarantixxi l-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji kkonċernati, jagħti lil dawn tal-aħħar benefiċċji fil-qasam tal-kundizzjonijiet essenzjali tax-xogħol u tal-impjieg li jkunu ta’ natura li jikkumpensaw id-differenza fit-trattament li huma jissubixxu.

2)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/104

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-osservanza tal-obbligu li tiġi ggarantita l-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji għandha tiġi evalwata, b’mod konkret, billi jiġu pparagunati, għal pożizzjoni partikolari, il-kundizzjonijiet essenzjali ta’ xogħol u ta’ impjieg applikabbli għall-ħaddiema rreklutati direttament mill-impriża utenti ma’ dawk applikabbli għall-ħaddiema temporanji, sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk il-benefiċċji kumpensatorji mogħtija fir-rigward tal-imsemmija kundizzjonijiet essenzjali jippermettux li jiġu kkumpensati l-effetti tad-differenza fit-trattament subit.

3)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/104

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-obbligu li tiġi ggarantita l-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji ma jeżiġix li l-ħaddiem temporanju kkonċernat ikun marbut mal-aġenzija ta’ xogħol temporanju permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat.

4)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/104

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-leġiżlatur nazzjonali ma huwiex obbligat li jipprevedi l-kundizzjonijiet u l-kriterji intiżi sabiex jiggarantixxu l-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-Istat Membru kkonċernat jagħti l-possibbiltà lill-imsieħba soċjali li jżommu jew jikkonkludu ftehimiet kollettivi li jawtorizzaw differenzi fit-trattament fil-qasam tal-kundizzjonijiet essenzjali tax-xogħol u tal-impjieg għad-detriment tal-imsemmija ħaddiema.

5)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/104

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-ftehimiet kollettivi li jawtorizzaw, skont din id-dispożizzjoni, differenzi fit-trattament fil-qasam tal-kundizzjonijiet essenzjali tax-xogħol u tal-impjieg għad-detriment tal-ħaddiema temporanji għandhom ikunu jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv sabiex tiġi vverifikata l-osservanza, mill-imsieħba soċjali, tal-obbligu tagħhom li jiggarantixxu l-protezzjoni ġenerali ta’ dawn il-ħaddiema.


(1)  ĠU C 320, 09.08.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 – Maxime Picard vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-366/21 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Pensjoni - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Riforma tas-sena 2014 - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Anness XIII ta’ dawn ir-regolament - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) - Miżuri tranżitorji li jirrigwardaw ir-rata annwali ta’ kisba tad-drittijiet għall-pensjoni u l-età tal-irtirar - Skema applikabbli għall-membri l-oħra tal-persunal tal-Unjoni - Anness - Artikolu 1(1) - Applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri tranżitorji b’analoġija għall-membri l-oħra fis-servizz fil-31 ta’ Diċembru 2013 - Iffirmar ta’ kuntratt ġdid ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt - Att li jikkawża preġudizzju - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2023/C 54/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Maxime Picard (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u B. Mongin, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Marzu 2021, Picard vs Il-Kummissjoni (T-769/16, EU:T:2021:153), kif emendata bid-Digriet tas-16 ta’ April 2021, Picard vs Il-Kummissjoni (T-769/16, EU:T:2021:200), hija annullata.

2)

It-tweġiba tal-amministratur tat-Taqsima “Pensjonijiet” tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tal-Kummissjoni Ewropea (PMO) tal-4 ta’ Jannar 2016 kif ukoll id-deċiżjoni tal-25 ta’ Lulju 2016 tad-Direttur tad-Direttorat E tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni, li tiċħad l-ilment ta’ Maxime Picard tal-4 ta’ April 2016 fir-rigward ta’ din it-tweġiba, huma annullati.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Maxime Picard għall-preżentata ta’ dan l-appell, kif ukoll dawk sostnuti minnu fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 357, 6.9.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – LM, NO vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-577/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “danni personali” - Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja - Inċident tat-traffiku - Mewt ta’ passiġġier - Dritt għal kumpens tal-ulied minuri - Dannu mhux materjali - Tbatija minn wild li tirriżulta mill-mewt tal-ġenitur tiegħu wara dan l-inċident - Kumpens biss fil-każ ta’ dannu patoloġiku)

(2023/C 54/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LM, NO

Konvenut: HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

Dispożittiv

Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-kumpens, mill-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur, għad-dannu immaterjali subit mill-membri tal-familja qrib il-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku għall-kundizzjoni li dan id-dannu jkun ikkawża dannu patoloġiku lil tali membri tal-familja qrib il-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku.


(1)  ĠU C 513, 20.12.2021.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Instrubel NV vs Montana Management Inc., BNP Paribas Securities Services (C-753/21), u Montana Management Inc. vs Heerema Zwijndrecht BV, BNP Paribas Securities Services (C-754/21)

(Kawżi magħquda C-753/21 u C-754/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Regolament (KE) Nru 1210/2003 - Restrizzjonijiet speċifiċi applikabbli għar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq - Artikolu 4 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lill-persuni, lill-korpi u lill-entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein - Artikolu 6 - Trasferiment lill-mekkaniżmi suċċessivi tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq - Proprjetà tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ffriżati)

(2023/C 54/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Instrubel NV (C-753/21), Montana Management Inc. (C-754/21)

Konvenuti: Montana Management Inc., BNP Paribas Securities Services (C-753/21), Heerema Zwijndrecht BV, BNP Paribas Securities Services (C-754/21)

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) sa (4) u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 85/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ffriżati jibqgħu, sad-deċiżjoni ta’ trasferiment għall-mekkaniżmi suċċessivi tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq, il-proprjetà tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-korpi u tal-entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein, milquta mill-iffriżar.


(1)  ĠU C 95, 28.2.2022.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Caxamar – Comércio e Indústria de Bacalhau SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-23/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Regolament (UE) Nru 651/2014 - Eżenzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali - Kamp ta’ applikazzjoni - Esklużjonijiet - Settur tas-sajd u tal-akkwakultura - Settur tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli - Kunċett ta’ “prodotti agrikoli” - Regolament (UE) Nru 1379/2013 - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura - Anness I - Attività ta’ pproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura - Bakkaljaw immellaħ, iffriżat, u mlaħlaħ mill-melħ)

(2023/C 54/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caxamar – Comércio e Indústria de Bacalhau SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 1 u l-punti 10 u 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 [TFUE], kif ukoll il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, moqrija flimkien mal-Artikolu 2 u mal-Artikolu 5(a) u (d) kif ukoll mal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

attività ta’ pproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bħall-produzzjoni tal-bakkaljaw immellaħ, ta’ bakkaljaw iffriżat u ta’ bakkaljaw imlaħlaħ mill-melħ, ma tikkostitwixxix attività ta’ pproċessar ta’ prodotti agrikoli, li hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 651/2014 skont l-Artikolu 1(3)(c) ta’ dan ir-regolament, iżda attività li taqa’ taħt is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, li hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament skont l-Artikolu 1(3)(a) tiegħu.


(1)  ĠU C 165, 19.4.2022.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/15


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 minn Vtesse Harlow Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-64/22, Vtesse Harlow vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-559/22 P)

(2023/C 54/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Vtesse Harlow Ltd (rappreżentant: H. Mercer KC)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tad-19 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell għandu jinċaħad bħala manifestament infondat u li Vtesse Harlow Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/15


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawża C-762/22)

(2023/C 54/18)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot u I. Rubene)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx, sa mhux iktar tard mis-6 ta’ Frar 2018, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Latvja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 106 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Latvja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Konformement mal-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/59/Euratom, l-Istati Membri kellhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mis-6 ta’ Frar 2018. L-Istati Membri kellhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-direttiva.

Peress li r-Repubblika tal-Latvja la adottat u lanqas, fi kwalunkwe każ, ikkomunikat lill-Kummissjoni l-miżuri ta’ traspożizzjoni kollha neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva, il-Kummissjoni ddeċidiet, fid-29 ta’ Settembru 2022, li tressaq rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għall-konstatazzjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE, li r-Repubblika tal-Latvja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 106 ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU 2014, L 13, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 72, p. 69 u fil-ĠU 2019, L 152, p. 128.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/16


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-769/22)

(2023/C 54/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, K. Talabér-Ritz, L. Malferrari, J. Tomkin, aġenti)

Konvenut: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tiddikjara li, billi adottat l-a pedofil bűnelkövetőkkel szembeni szigorúbb fellépésről, valamint a gyermekek védelme érdekében egyes törvények módosításáról szóló 2021. évi LXXIX. törvény (il-Liġi LXXIX tal-2021 li tadotta miżuri iktar stretti kontra persuni li nstabu ħatja ta’ pedofilija u li temenda ċerti liġijiet għall-protezzjoni tat-tfal), l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea bil-modi li ġejjin:

(1)

 

billi pprojbixxiet lit-tfal milli jkollhom aċċess għal kontenut li jippromwovi jew juri identitajiet tal-ġeneru li ma jikkorrispondux mas-sess assenjat mat-twelid, ir-riassenjament tas-sess jew l-omosesswalità, l-Ungerija kisret l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1) l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) l-Artikolu 56 TFUE u l-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

billi pprojbixxiet lit-tfal milli jkollhom aċċess għal reklamar li jippromwovi jew juri identitajiet tal-ġeneru li ma jikkorrispondux mas-sess assenjat mat-twelid, ir-riassenjament tas-sess jew l-omosesswalità, l-Ungerija kisret l-Artikolu 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (3), l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-Kummerċ Elettroniku, l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-Servizzi fis-Suq Intern, l-Artikolu 56 TFUE u l-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

billi imponiet fuq il-fornituri tas-servizzi tal-media li joffru servizzi tal-media lineari l-obbligu li jikklassifikaw taħt il-Kategorija V il-programmi kollha li l-element essenzjali tagħhom ikun li jippromwovu jew juru identitajiet tal-ġeneru li ma jikkorrispondux mas-sess assenjat mat-twelid, ir-riassenjament tas-sess jew l-omosesswalità, u għaldaqstant li jxandru dawn il-programmi bejn l-22.00 u l-05.00, u billi eskludiet tali programmi minn klassifikazzjoni bħala media ta’ interess pubbliku jew bħala reklamar li huwa ta’ benefiċċju soċjali, l-Ungerija kisret l-Artikolu 6a(1) tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u l-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

billi imponiet fuq il-Kunsill tal-Media l-obbligu li jitlob li l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-fornitur tas-servizzi tal-media jadotta miżuri effettivi u jieħu azzjoni sabiex itemm il-ksur li nstab mill-Kunsill tal-Media, l-Ungerija kisret l-Artikoli 2 u 3(1) tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

billi pprojbixxiet lil professjonijiet marbuta mal-kultura sesswali, il-ħajja sesswali, l-orjentazzjoni sesswali u l-iżvilupp sesswali milli jkollhom l-għan li jippromwovu identitajiet tal-ġeneru li ma jikkorrispondux mas-sess assenjat mat-twelid, ir-riassenjament tas-sess jew l-omosesswalità, l-Ungerija kisret l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123/UE dwar is-Servizzi fis-Suq Intern, l-Artikolu 56 TFUE u l-Artikoli 1, 7, 11 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

billi adottat il-leġiżlazzjoni ċċitata fl-ewwel paragrafu, l-Ungerija kisret l-Artikolu 2 TUE.

(3)

billi imponiet fuq il-korp li għandu aċċess dirett għad-data rreġistrata l-obbligu li jagħmel disponibbli, għal persuni li huma intitolati li jkollhom aċċess għaliha, id-data rreġistrata ta’ persuni li wettqu, kontra tfal, reati kontra l-libertà sesswali u l-moralità sesswali, l-Ungerija kisret l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2), kif ukoll l-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-15 ta’ Ġunju 2021, il-Parlament Ungeriż adottata l-a pedofil bűnelkövetőkkel szembeni szigorúbb fellépésről, valamint a gyermekek védelme érdekében egyes törvények módosításáról szóló 2021. évi LXXIX. törvény (il-Liġi LXXIX tal-2021 li tadotta miżuri iktar stretti kontra persuni li nstabu ħatja ta’ pedofilija u li temenda ċerti liġijiet għall-protezzjoni tat-tfal), li daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2021. Il-Liġi tinkludi emendi għal numru ta’ diversi dispożizzjonijiet legali li jkopru, inter alia, is-servizzi tal-media, ir-reklamar, il-kummerċ elettroniku u l-edukazzjoni. L-emendi jimponu numru ta’ impożizzjonijiet u restrizzjonijiet rigward il-promozzjoni u r-rappreżentazzjoni ta’ identitajiet tal-ġeneru li ma jikkorrispondux mas-sess assenjat mat-twelid, ir-riassenjament tas-sess jew l-omosesswalità.

Fil-15 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur kontra l-Ungerija fir-rigward tal-Liġi LXXIX tal-2021.

Peress li qieset li r-risposta pprovduta mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni għaddiet għall-fażi segwenti tal-proċeduri ta’ ksur u, fit-2 ta’ Diċembru 2021, bagħtet lill-Ungerija opinjoni motivata.

Peress li qieset li r-risposta għall-opinjoni motivata kienet hija wkoll mhux sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja għal dikjarazzjoni li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3(1), 6a(1), and 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-Kummerċ Elettroniku, l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-Servizzi fis-Suq Intern, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Artikolu 56 TFUE, l-Artikoli 1, 7, 8(2), 11 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 2 TUE.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.

(2)  ĠU 2006 L 376, p. 36.

(3)  ĠU 2010 L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-773/22)

(2023/C 54/20)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, R. Lindenthal et M. Mataija, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi naqset milli tittrasponi b’mod korrett fl-ordinament ġuridiku tagħha l-Artikolu 2(3), il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 14(1) u (4), l-Artikolu 35(3), l-Artikolu 41(1)(c), l-Artikolu 42(2)(a), (c), (f) u (j), l-Artikolu 50(1), moqrija flimkien mal-punt 1(d) tal-Anness VII u l-Artikolu 55a(2) tad-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet tad-direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE skada fl-20 ta’ Ottubru 2007 u t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2013/55/UE (2) li temenda d-Direttiva 2005/36/KE skada fit-18 ta’ Jannar 2016. Ir-Repubblika Slovakka ma ttrasponietx korrettament, jew b’mod iktar preċiż ma ttrasponietx l-Artikolu 2(3), il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 14(1) u (4), l-Artikolu 35(3), l-Artikolu 41(1)(c), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 50(1), moqrija flimkien mal-punt 1(d) tal-Anness VII u l-Artikolu 55a(2) tad-Direttiva 2005/36/KE.


(1)  ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2008, L 93, p. 28, u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115.

(2)  Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (ĠU 2013, L 354, p. 132).


Il-Qorti Ġenerali

13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2022 – G.J. Riedel vs EUIPO – BrewDog (Punk)

(Kawża T-720/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2023/C 54/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: G.J. Riedel GmbH (Kufstein, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Terheggen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Harrington u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: BrewDog plc (Ellon, ir-Renju Unit)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Lulju 2021 (Każ R 291/2020-1)

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

G.J. Riedel GMBh hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 11, 10.1.2022.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/19


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – TJ et vs Il-Kunsill

(Kawża T-775/22)

(2023/C 54/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TJ u seba’ rikorrenti oħra (rappreżentant: J. Janssen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taċċetta u tilqa l-motivi ta’ annullament mqajjma fir-rikors f’din il-kawża;

tannulla l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 15 tar-regolament ikkontestat sa fejn dan jippermetti l-ġbir retroattiv ta’ kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għas-sena 2022; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat żbaljatament abbażi tal-Artikolu 122(1) TFUE u kellu jiġi adottat mill-Kunsill, b’mod unanimu wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u skont proċedura leġiżlattiva speċjali, peress li r-regolament ikkontestat jinkludi miżuri fiskali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikkostitwixxi ksur kemm tad-dritt għall-proprjetà kif sanċit fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-KEDB u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-prinċipji tal-Unjoni ta’ legalità u ta’ ċertezza legali sa fejn ir-regolament ikkontestat jippermetti applikazzjoni retroattiva.


(1)  ĠU 2022, L 261, p. 1.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/20


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2022 – TV u TW vs Il-Kunsill

(Kawża T-795/22)

(2023/C 54/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TV u TW (rappreżentant: J. Janssen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taċċetta u tilqa l-motivi ta’ annullament mqajjma fir-rikors f’din il-kawża;

tannulla l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”), sa fejn dan jippermetti l-ġbir retroattiv ta’ kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għas-sena 2022; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikkostitwixxi ksur kemm tad-dritt għall-proprjetà kif sanċit fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-prinċipji tal-Unjoni ta’ legalità u ta’ ċertezza legali sa fejn ir-regolament ikkontestat jippermetti applikazzjoni retroattiva.


(1)  ĠU 2022, L 261, p. 1.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/21


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2022 – Drinks Prod vs EUIPO – Coolike-Regnery (VIVIASEPT)

(Kawża T-796/22)

(2023/C 54/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Drinks Prod Srl (Păntășești, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac u V. Stănese, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coolike-Regnery GmbH (Bensheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Ir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “VIVIASEPT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 329 344

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 488/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tobbliga lill-EUIPO jissokta l-proċedimenti ta’ reġistrazzjoni ta’ EUTM Nru 18 329 344 (“VIVIASEPT”) għall-oġġetti u s-servizzi kollha mitlubin minn fost il-Klassijiet 3 u 5.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/21


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2022 – Palírna U Zeleného stromu vs EUIPO – Bacardi (B42V)

(Kawża T-800/22)

(2023/C 54/25)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Palírna U Zeleného stromu a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Kindl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bacardi & Co. Ltd (Meyrin, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Ir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “B42V” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 987 536

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 1240/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex

a.

id-deċiżjoni Nru B 3 077 353 tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-20 ta’ Mejju 2021 titħassar sa fejn kienet laqgħet l-oppożizzjoni ppreżentata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward tal-applikazzjoni għat-trade mark kontenzjuża kkonċernata; u

b.

l-oppożizzjoni ppreżentata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward tal-applikazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kkonċernata tiġi miċħuda fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell (u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni) żbalja meta applika l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dan billi kkonkluda li kien hemm l-eżistenza tal-użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti Nru 999 938; mill-evidenza ppreżentata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ebda waħda mit-trade marks preċedenti ma setgħet tintlaħaq il-konklużjoni li kien hemm użu ġenwin;

Il-Bord tal-Appell (u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni) żbalja meta applika l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dan billi osserva xebh bejn it-trade marks inkwistjoni; skont l-Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-trade mark kontenzjuża kkonċernata u d-drittijiet preċedenti ma jixxiebhux.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/22


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 – 3M vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ faxex sofor luminużi b’faxxa griża fidda bejniethom)

(Kawża T-801/22)

(2023/C 54/26)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: 3M Company (St. Paul, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. De Haan, u S. Vandezande, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ faxex sofor luminużi b’faxxa griża fidda bejniethom) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 438 962

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2022 fil-Każ R 1151/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/23


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2022 – ExxonMobil Producing Netherlands and Mobil Erdgars- Erdöl vs Il-Kunsill

(Kawża T-802/22)

(2023/C 54/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ExxonMobil Producing Netherlands BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi), Mobil Erdgars-Erdöl GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Brouwer, W. Knibbeler u A. Pliego Selie, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (1), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jimponux kontribuzzjoni ta’ solidarjetà fuq EMPN u MEEG, peress li huma kumpanniji fl-Unjoni u stabbilimenti permanenti b’attivitajiet fis-setturi tal-petroleum grezz, tal-gass naturali, tal-faħam u tar-raffineriji;

jordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż relatati ma eventwali partijiet intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ kompetenza sa fejn l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2022/1854 jiksru l-prinċipju ta’ għoti ta’ kompetenzi sanċit fl-Artikoli 4(1) u 5(1) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ kompetenza sa fejn l-Artikolu 122(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tat-Trattati sa fejn l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2022/1854 jiksru l-prinċipju ta’ trattament ugwali, ukoll sanċit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tat-Trattati sa fejn l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2022/1854 jiksru l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tat-Trattati sa fejn l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2022/1854 jiksru l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur ta’ dispożizzjoni legali relatata mal-applikazzjoni tat-Trattati sa fejn l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2022/1854 jiksru l-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità sanċit fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; u

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur ta’ dispożizzjoni legali relatata mal-applikazzjoni tat-Trattati sa fejn l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2022/1854 jiksru l-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali u l-preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ retroattività.


(1)  ĠU 2022, L 261 I, p. 1.


13.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/24


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2023 – Enmacc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/23)

(2023/C 54/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enmacc GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Bonin, A. Pliego Selie u T. van Helfteren, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2022 li tiġi mniehdija s-sejħa għal offerti permezz ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, li r-rikorrenti ma tiġix mistiedna tipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti ENER/2022/NP/0041 u li tiġi miċħuda b’mod espliċitu t-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi mistiedna għal dik il-proċedura ta’ sejħa għal offerti;

b’mod sussidjarju, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tagħtix espressjoni lid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniehdi proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt u li r-rikorrenti ma tiġix mistiedna għall-proċedura ta’ sejħa għal offerti ENER/2022/NP/0041, tannulla dik id-deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 164(5)(f) u l-punt 11.1(c) tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata naqset milli tagħti motivazzjoni, bi ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 296(2) TFUE.


(1)  ĠU 2018, L 193, p. 1.