|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 48/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10964 — WILMAR / CLARIANT / CLARIANT QUATS BUSINESS JV) ( 1 ) |
|
|
2023/C 48/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11001 — SKIPJACK / MITSUI O.S.K. LINES / INTERNATIONAL TRANSPORTATION) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2023/C 48/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 48/04 |
||
|
2023/C 48/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2023/C 48/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 48/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 48/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10997 — NB / ARDIAN / MEDIOLANUM / NEOPHARMED) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 48/09 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10964 — WILMAR / CLARIANT / CLARIANT QUATS BUSINESS JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 48/01)
Fis-27 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10964. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11001 — SKIPJACK / MITSUI O.S.K. LINES / INTERNATIONAL TRANSPORTATION)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 48/02)
Fit-2 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11001. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Frar 2023
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Oesterreichische Nationalbank
(2023/C 48/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2022/44) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-Artikolu 37(1) tal-Att Federali Awstrijakk dwar l-Oesterreichische Nationalbank jipprevedi illi l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi awditur estern wieħed u awditur estern alternattiv wieħed għal perjodu ta’ massimu ta’ ħames snin. L-awditur estern alternattiv jingħata l-mandat biss f’każ li l-awditur estern ma jistax iwettaq l-awditu. |
|
(3) |
Kemm il-mandat ta’ Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H., l-awditur estern attwali tal-Oesterreichische Nationalbank, u l-mandat ta’ Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH, l-awditur estern alternattiv attwali, ser jintemmu wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2022. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023. |
|
(4) |
L-Oesterreichische Nationalbank għażel lil BDO Austria GmbH Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungsgesellschaft bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027. L-Oesterreichische Nationalbank ser jagħżel l-awditur estern alternattiv tiegħu aktar tard. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“9. BDO Austria GmbH Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungsgesellschaft huwa b’dan approvat bħala l-awditur estern tal-Oesterreichische Nationalbank għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) OJ C 484, 20.12.2022, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-7 ta' Frar 2023
(2023/C 48/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0700 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
141,30 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4415 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89338 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,3805 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9906 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
152,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,1253 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,832 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
394,40 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,7565 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9020 |
|
TRY |
Lira Turka |
20,1478 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5470 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4371 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,3974 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6994 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4199 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 348,81 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
18,8746 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2608 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 239,13 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6035 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,032 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,989 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,5216 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,4316 |
|
INR |
Rupi Indjan |
88,5096 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Jannar 2023
li tistabbilixxi l-Bord ta’ Tmexxija ad hoc biex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass
(2023/C 48/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 tat-19 ta’ Diċembru 2022 li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet u skambji transfruntieri tal-gass (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kriżi tal-enerġija li għaddejja bħalissa ħarġet fid-dieher id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili Russi u l-impatt tal-azzjonijiet mhux koordinati mill-Istati Membri ffaċċjati bl-użu tal-provvista tal-gass bħala arma mir-Russja, li wasslu għal prezzijiet eċċessivi. |
|
(2) |
Il-kooperazzjoni dwar l-enerġija qiegħda fil-qofol tal-Unjoni Ewropea. Kooperazzjoni mill-qrib bejn l-atturi rilevanti, b’mod partikolari l-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, hija kruċjali biex il-kriżi tal-enerġija tiġi indirizzata b’mod unit. |
|
(3) |
Il-pjattaforma tal-Enerġija tal-UE nbdiet fis-7 ta’ April 2022 b’konsegwenza tal-mandat tal-Kunsill Ewropew, permezz ta’ għadd ta’ azzjonijiet relatati max-xiri tal-gass naturali, tal-gass naturali likwifikat (LNG) u tal-idroġenu: sensibilizzazzjoni internazzjonali, aggregazzjoni tad-domanda, użu effiċjenti tal-infrastrutturi tal-gass tal-Unjoni u b’mod partikolari użu aħjar tat-terminals tal-LNG biex jiġu appoġġati s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni u l-aċċess għal enerġija affordabbli. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju tax-xiri konġunt tal-gass, filwaqt li kkoordina u pprijoritizza n-negozjati ma’ sħab affidabbli biex jinstabu sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku li jisfruttaw il-piż kollettiv tas-suq tal-Unjoni u jagħmlu użu sħiħ mill-Pjattaforma tal-Enerġija tal-UE. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2022/2576 jipprovdi qafas legali għall-Pjattaforma tal-Enerġija tal-UE biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija għax-xitwa tal-2023/2024 u b’mod partikolari l-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tagħhom. |
|
(6) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2576 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza sabiex jiġu żgurati koordinazzjoni u solidarjetà tal-enerġija aħjar fost l-Istati Membri. Meta l-Kummissjoni tqis li x-xiri ppjanat tal-gass jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament tax-xiri konġunt, is-suq intern, is-sigurtà tal-provvista jew is-solidarjetà tal-enerġija, hija tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet. Tali rakkomandazzjonijiet ikunu indirizzati lill-impriżi tal-gass naturali jew lill-impriżi li jikkunsmaw il-gass stabbiliti fl-Unjoni jew lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u jitolbuhom jikkunsidraw miżuri xierqa bl-għan li jżidu l-koordinazzjoni. |
|
(7) |
Qabel ma toħroġ kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-Bord ta’ Tmexxija ad hoc, li jenħtieġ li jassisti lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk ix-xiri tal-gass ippjanat isaħħaħx is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u jekk huwiex kompatibbli mal-prinċipju tas-solidarjetà tal-enerġija, u jekk koordinazzjoni ulterjuri tistax ittejjeb il-funzjonament tax-xiri konġunt. Għalhekk, il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc jenħtieġ li jiġi stabbilit. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni minn membri tal-grupp. |
|
(9) |
Id-data personali jenħtieġ li tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc
Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc huwa stabbilit.
Artikolu 2
Missjoni u kompiti tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc
1. Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar abbozz(i) ta’ rakkomandazzjoni(jiet) skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2576:
|
(1) |
dwar jekk koordinazzjoni ulterjuri fir-rigward tat-tnedija ta’ sejħa għall-offerti għax-xiri tal-gass jew ix-xiri ppjanat tal-gass tistax ittejjeb il-funzjonament tax-xiri konġunt; |
|
(2) |
dwar jekk it-tnedija ta’ sejħa għall-offerti għax-xiri tal-gass jew ix-xiri ppjanat tal-gass jistax ikollha impatt negattiv fuq is-suq intern, fuq is-sigurtà tal-provvista jew fuq is-solidarjetà tal-enerġija; |
2. Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jaġixxi bħala entità għall-koordinazzjoni msaħħa fil-livell tal-Unjoni, bl-għan li jiffaċilita l-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass, inkluż minn pajjiżi terzi;
3. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord ta’ Tmexxija ad hoc dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma tal-Enerġija;
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord ta’ Tmexxija ad hoc dwar l-impatt tal-parteċipazzjoni tal-impriżi fil-pjattaforma tax-xiri konġunt fuq is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni u s-solidarjetà tal-enerġija.
Artikolu 3
Sħubija
1. Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandhom ikunu awtoritajiet tal-Istati Membri.
2. L-awtorità ta’ kull Stat Membru għandha tinnomina r-rappreżentant tagħha u għandha tkun responsabbli biex tiżgura li r-rappreżentant tagħha jipprovdi livell għoli ta’ għarfien espert relatat ma’ kwistjonijiet tal-enerġija, b’mod partikolari l-gass.
3. Kull rappreżentant jista’ jkun appoġġat minn espert tekniku.
Artikolu 4
Presidenza
Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jkun ippresedut mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva.
Artikolu 5
Operazzjoni
1. Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jaġixxi fuq it-talba tal-President tiegħu.
2. Normalment, il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni iżda jistgħu jsiru virtwalment, skont iċ-ċirkostanzi.
3. Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni għandu jipprovdi servizzi segretarjali għall-Bord ta’ Tmexxija ad hoc. Jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu uffiċjali tal-Kummissjoni minn dipartimenti oħrajn li jkollhom interess fil-proċedimenti.
4. Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, jista’ jiddeċiedi li d-deliberazzjonijiet għandhom ikunu pubbliċi.
5. Il-minuti tad-diskussjoni ta’ kull punt fuq l-aġenda u tal-valutazzjonijiet mogħtija mill-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandhom ikunu siewja u sħaħ. Il-minuti għandhom jiġu abbozzati mis-segretarjat, taħt ir-responsabbiltà tal-President.
6. Sa fejn ikun possibbli, il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jadotta l-valutazzjonijiet tiegħu b’konsensus.
Artikolu 6
Sottogruppi
Il-President jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza ddefiniti mill-Kummissjoni. Is-sottogruppi għandhom joperaw f’konformità mar-regoli orizzontali tal-Kummissjoni dwar il-gruppi ta’ esperti (“ir-regoli orizzontali”) (3) u għandhom jirrapportaw lill-Bord ta’ Tmexxija ad hoc. Dawn għandhom jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom.
Artikolu 7
Esperti mistiedna
Fuq bażi ad hoc, il-President jista’ jistieden lil xi esperti li għandhom kompetenza speċifika dwar suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc jew tas-sottogruppi tiegħu.
Artikolu 8
Parteċipazzjoni f’laqgħat u Osservaturi
1. Is-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija (“Segretarjat”) jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc, bħala Osservatur, fuq stedina tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku. F’dak il-każ, huwa għandu jinnomina r-rappreżentant(i) tiegħu.
2. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc fuq stedina tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ interess reċiproku.
3. Il-President jista’ jippermetti lill-osservaturi u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc u ta’ kwalunkwe sottogrupp u jipprovdu għarfien espert. Madankollu, huma ma għandhomx jipparteċipaw fil-formulazzjoni tal-valutazzjonijiet għall-Bord ta’ Tmexxija ad hoc.
Artikolu 9
Regoli ta’ proċedura
Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu b’maġġoranza kwalifikata fl-ewwel laqgħa tiegħu.
Artikolu 10
Protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva
1. Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc għandhom jittrattaw l-informazzjoni sensittiva bil-kunfidenzjalità dovuta, inkluża kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva, li ma għandhiex tiġi kondiviża ma’ xi impriża jew użata għal xi skop ieħor għajr għat-twettiq tal-kompiti tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc speċifikati f’din id-Deċiżjoni.
2. Kwalunkwe data personali li tista’ tiġi pproċessata bħala parti mill-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 11
Segretezza professjonali u trattament ta’ informazzjoni klassifikata
Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, huma soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali, li skont it-Trattati u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, japplika għall-membri kollha tal-istituzzjonijiet u għall-persunal tagħhom, u huma soġġetti wkoll għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (5) u 2015/444 (6). F’każ li dawn l-obbligi ma jiġux rispettati, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.
Artikolu 12
Trasparenza
1. Il-Bord ta’ Tmexxija ad hoc u kwalunkwe sottogrupp tiegħu għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet oħra simili (“ir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti”).
2. Rigward il-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc u tas-sottogruppi, għandha tiġi ppubblikata d-data li ġejja fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti:
|
(1) |
l-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru rrappreżentati fil-Bord ta’ Tmexxija ad hoc; |
|
(2) |
l-ismijiet tal-osservaturi. |
3. Id-dokumenti rilevanti kollha, inklużi l-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti, għandhom ikunu disponibbli fuq ir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti. B’mod partikolari, l-aġenda u dokumenti oħra ta’ sfond rilevanti għandhom jiġu ppubblikati fi żmien xieraq qabel il-laqgħa, segwiti mill-pubblikazzjoni fil-ħin tal-minuti. L-eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni (7) għandhom ikunu possibbli biss meta l-iżvelar ta’ xi dokument ikun idgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).
Artikolu 13
Spejjeż tal-laqgħat
1. Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc u tas-sottogruppi tiegħu ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li joffru.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Bord ta’ Tmexxija ad hoc u tas-sottogruppi għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 335, 29.12.2022, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)3301 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(7) Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsuba biex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċedimenti tal-qorti u l-konsulenza ġuridika, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditi u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/11 |
Lista ta’ awtoritajiet awtorizzati li joħorġu permessi tal-esportazzjoni għal oġġetti kulturali, ippubblikata skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 (1)
(2023/C 48/06)
|
Stat Membru |
Awtoritajiet emittenti |
||||||||||||||||
|
Il-BELĠJU |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IL-BULGARIJA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
ID-DANIMARKA |
|
||||||||||||||||
|
IL-ĠERMANJA |
Awtorità emittenti li toħroġ il-liċenzji fil-Land |
||||||||||||||||
|
Baden-Württemberg |
Normale Genehmigungen:
|
||||||||||||||||
|
Allgemein offene und Spezifisch offene Genehmigungen:
|
|||||||||||||||||
|
Bayern |
Normale Genehmigungen:
Allgemein offene und Spezifisch offene Genehmigungen:
|
||||||||||||||||
|
Berlin |
|
||||||||||||||||
|
Brandenburg |
|
||||||||||||||||
|
Freie und Hansestadt Bremen |
|
||||||||||||||||
|
Freie und Hansestadt Hamburg |
|
||||||||||||||||
|
Hessen |
|
||||||||||||||||
|
Mecklenburg-Vorpommern |
GenehmigungenNormale, Allgemein offene und Spezifisch offene Genehmigungen:
|
||||||||||||||||
|
Niedersachsen |
Für Kulturgut: Normale Genehmigungen:
Allgemein offene und Spezifisch offene Genehmigungen:
Für Archivgut:
|
||||||||||||||||
|
Nordrhein-Westfalen |
|
||||||||||||||||
|
Rheinland-Pfalz |
|
||||||||||||||||
|
Saarland |
|
||||||||||||||||
|
Sachsen |
Für Kulturgut: Normale Genehmigungen:
Vorübergehende Ausfuhren von nationalem Kulturgut, Allgemein offene und Spezifisch offene Genehmigungen:
Für Archivgut:
|
||||||||||||||||
|
Sachsen-Anhalt |
Für Kulturgut:
Für Archivgut:
|
||||||||||||||||
|
Schleswig-Holstein |
|
||||||||||||||||
|
Thüringen |
|
||||||||||||||||
|
L-ESTONJA |
|
||||||||||||||||
|
L-IRLANDA |
|
||||||||||||||||
|
IL-GREĊJA |
Il-Ministeru Grieg għall-Kultura,
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
SPANJA |
|
||||||||||||||||
|
FRANZA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IL-KROAZJA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
L-ITALJA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
ĊIPRU |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IL-LATVJA |
|
||||||||||||||||
|
IL-LITWANJA |
|
||||||||||||||||
|
IL-LUSSEMBURGU |
|
||||||||||||||||
|
L-UNGERIJA |
|
||||||||||||||||
|
MALTA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IN-NETHERLANDS |
|
||||||||||||||||
|
L-AWSTRIJA |
Għall-arkivji:
|
||||||||||||||||
|
IL-POLONJA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IL-PORTUGALL |
(For old books and bibliographic species)
|
||||||||||||||||
|
(For manuscripts, archives and photographic heritage)
|
|||||||||||||||||
|
(For audiovisual heritage)
|
|||||||||||||||||
|
(For all other cultural goods, such as archaeological, artistic, historic and paleontological)
|
|||||||||||||||||
|
IR-RUMANIJA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IS-SLOVENJA |
|
||||||||||||||||
|
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
IL-FINLANDJA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
L-IŻVEZJA |
|
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/32 |
Avviż ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2023/C 48/07)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “RPĊ”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċieviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba tressqet fit-8 ta’ Novembru 2022 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar EUROFER (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.
Verżjoni miftuħa tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ appoġġ mill-produtturi tal-Unjoni għat-talba huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ dan l-Avviż jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.
2. Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew tal-azzar mhux illigat; deossidati bl-aluminju; miksija jew mgħottija b’galvanizzazzjoni b’immersjoni taħraq biż-żingu u/jew bl-aluminju, u b’ebda metall ieħor; b’passivazzjoni kimika; li skont il-piż, fihom: 0.015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0.170 % ta’ karbonju, 0.015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0.100 % ta’ aluminju, mhux aktar minn 0.045 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0.010 % ta’ titanju u mhux aktar minn 0.010 % ta’ vanadju; ippreżentati f’kojls, f’folji maqtugħa skont id-daqs u fi strixxi dojoq.
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:
|
— |
l-azzar inossidabbli, l-azzar bis-siliċju manjetiku, u l-azzar b’veloċità għolja, |
|
— |
mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati bis-sħana jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa). |
Il-prodott taħt rieżami bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (TARIC codes 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990092, 7226993010, 7226997094). Il-kodiċi NM u TARIC huma pprovduti għal skopijiet ta’ informazzjoni biss, mingħajr preġudizzju għal bidliet sussegwenti fil-klassifikazzjoni tat-tariffi.
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186 (3) u estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni kkunsinnat mir-RPĊ, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1156 (4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1994 (5).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping
L-applikant sostna li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant qagħad fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pajjiż prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fir-RPĊ (6). B’mod partikolari, l-applikant irrefera għal distorsjonijiet rigward il-preżenza tal-istat b’mod ġenerali u b’mod aktar speċifiku fl-industrija tal-azzar, il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà, u distorsjonijiet fir-rigward tal-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera. L-applikant iddeskriva wkoll il-programmi ta’ sussidju għall-benefiċċju tal-industrija Ċiniża tal-azzar ċatt b’laminazzjoni termali inkluż self preferenzjali, garanziji de facto, il-forniment ta’ art b’remunerazzjoni inqas minn adegwata u diversi skemi tat-taxxa. Barra minn hekk, l-applikant irrefera għad-database tal-OECD u d-Dokument ta’ Ħidma tal-OECD Nru. 1536 data ta Frar 2019: “Ditti tal-Istat wara d-Dibattitu Korporattiv taċ-Ċina, Dipartiment tal-Ekonomija”; il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija; il-Prinċipji Ġenerali tal-Kostituzzjoni Ċiniża; id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; il-qafas tal-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (2021-2025) għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Viżjoni 2035 tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fir-rigward tal-kontroll mill-Istat fuq is-settur tal-azzar; is-sejbiet fl-investigazzjoni oriġinali kontra s-sussidji fuq ċerti prodotti ċatti rrumblati bis-sħana li joriġinaw fir-RPĊ u s-sejbiet fl-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksi b’mod organiku li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Bħala riżultat, fid-dawl tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ hija bbażata fuq paragun ta’ valur normali mibni (spejjeż tal-manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u profitt) fuq il-bażi ta’ spejjeż ta’ produzzjoni u bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mhux distorti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq bil-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta esportat lejn pajjiżi terzi oħra.
Fid-dawl tal-volumi ta’ importazzjoni negliġibbli mir-RPĊ lejn l-Unjoni, l-applikant jallega li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ.
4.2. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu
L-applikant jallega l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mir-RPĊ. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ lejn l-Unjoni x’aktarx jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fir-RPĊ. Barra minn hekk, is-surplus tal-provvista minħabba domanda baxxa għall-azzar fir-RPĊ minħabba l-iżviluppi ta’ wara l-COVID-19, il-miżuri imposti minn pajjiżi terzi oħra kontra l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni mir-RPĊ, kif ukoll it-tnaqqis sinifikanti u kontinwu tal-kostijiet tat-trasport mir-RPĊ lejn l-Unjoni x’aktarx li jwasslu għar-ridirezzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu. L-applikant ipprovda wkoll biżżejjed evidenza li l-esportaturi tar-RPĊ bħalissa qed jagħmlu dumping tal-prodotti tagħhom fi swieq oħra, bi prezzijiet ħafna aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq tal-UE, li turi li s-suq tal-UE huwa suq attraenti għall-esportaturi tar-RPĊ bi prezz.
Fl-aħħar nett, l-applikant jallega li t-tneħħija tad-dannu seħħet prinċipalment minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kwalunkwe rikorrenza ta’ importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping (7) u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se tiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ u kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika (8), dwar il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li tista’ tkun applikabbli għal dan il-proċediment.
5.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inkluż il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9).
Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.3. Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping
F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx ikomplu jew jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri jiskadu.
Għalhekk, il-produtturi kollha (10) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, inkluż dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fir-RPĊ li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ kampjunar, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inkluż dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-rieżami preżenti, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R790_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER. Informazzjoni dwar l-aċċess Tron tista’ tinstab fit-taqsimiet 5.6 u 5.9 hawn taħt.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi f’dan il-pajjiż.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fir-RPĊ, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji li jintgħażlu għall-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija se tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun se jkollhom jibagħtu kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien 3 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-kampjun.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2653
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw.
5.3.2. Proċedura addizzjonali fir-rigward tar-RPĊ li hija soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba, jipproponu pajjiż(i) rappreżentattiv(i) xieraq/xierqa u jipprovdu l-identità tal-produtturi tal-prodott taħt rieżami f’dawk il-pajjiżi. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Skont il-punt(e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fir-RPĊ skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikopri s-sorsi kollha, inkluż l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv xieraq fejn adegwat. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha dik in-nota tiżdied mal-fajl biex jiġu ppreżentati l-kummenti.
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’dan il-każ huwa l-Messiku. Bl-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li fihom hemm data rilevanti disponibbli minnufih. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi li għandhom livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.
Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni dwar il-materji (primi u dawk ipproċessati) u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni għandha tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R790_INFO_ON_INPUTS_FOR_EXPORTING_PRODUCER_FORM. Informazzjoni dwar l-aċċess Tron tista’ tinstab fit-taqsimiet 5.6 u 5.9 hawn taħt.
Barra minn hekk, kull preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid issir fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż. Tali informazzjoni fattwali għandha tittieħed esklussivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli wkoll kwestjonarju għall-Gvern tar-RPĊ.
5.3.3. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (11) (12)
Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma b’dan mitluba jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiemmid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness ta’ din in-Notifika u jibagħtuha fl-indirizz tal-posta elettronika relatat mal-aspetti tad-dannu pprovduti fit-taqsima 5.9 hawn taħt.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi kollha magħrufa se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li jirriflettu l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiemmid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-kampjun.
Sabiex tikseb informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2653
5.4. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà li jissokta jew jerġa’ jseħħ id-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni.
Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jistgħu jinstabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.
Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inkluż il-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni(jiet) li tkun wasslet/jkunu wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun provviżorju jridu jaslu fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni tal-kumpaniji li finalment intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.
Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun se jkollhom jibagħtu kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2653
5.5. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format liberu jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.
Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2653
Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fiż-żmien tas-sottomissjoni, li tissostanzja l-validità tagħha.
5.6. Partijiet interessati
Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, produtturi tal-Unjoni, importaturi u assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li għamlu l-informazzjoni disponibbli skont il-proċeduri deskritti fit-taqsimiet 5.3.1, 5.3.3 u 5.4 se jitqiesu bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u il-prodott taħt rieżami.
Partijiet oħra se jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-investigazzjoni biss bħala parti interessata mill-mument li jippreżentaw ruħhom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna biex tikseb aċċess (13).
5.7. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.8. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ se tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti bil-miktub mill-partijiet interessati minn qabel.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ mhux se jintużaw biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu javvanzaw fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu ordnati jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.9. Struzzjonijiet biex isiru sottomissjonijiet bil-miktub u jintbagħtu kwestjonarji mimlija u korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu lill-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittiva) (14). Il-partijiet li jissottomettu informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jiġġustifikaw it-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għal spezzjoni minn partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli turi raġuni tajba għal talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://circabc.europa.eu/ui/group/2e3865ad-3886-4131-92bb-a71754fffec6/library/c8672a13-8b83-4129-b94c-bfd1bf27eaac/details. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz elettroniku validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inkluż il-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate G |
|
Office: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi
Emails:
|
— |
Għal kwistjonijiet ta’ dumping: TRADE-R790-CRS-DUMPING@ec.europa.eu |
|
— |
Għal kwistjonijiet ta’ ħsara u interess tal-Unjoni, u jintbagħat l-Anness għal dan l-Avviż imtela: TRADE-R790-CRS-INJURY@ec.europa.eu |
6. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien tnax-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħmistax-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.
7. Preżentazzjoni ta’ informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu biss informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.
Sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi obbligatorji, il-Kummissjoni mhux se taċċetta sottomissjonijiet mill-partijiet interessati wara l-iskadenza biex tipprovdi kummenti dwar id-divulgazzjoni finali jew, jekk applikabbli, wara l-iskadenza biex tipprovdi kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali.
8. Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, il-partijiet interessati għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Il-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi għandhom jiġu ppreżentati fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduti minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri għandhom isiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni għal limiti ta’ żmien speċifikati f’dan l-Avviż
Kull estensjoni tal-limiti ta’ żmien prevista f’din in-Notifika għandha tintalab biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji tkun limitata għal tlett ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tliet ijiem sakemm ma jintweriex li hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.
10. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Nuqqas ta’ għoti ta’ risposta kompjuterizzata ma għandhiex tiġi meqjusa li tikkonstitwixxi nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li preżentazzjoni ta’ risposta kienet tirriżulta fi sforz żejjed bla raġuni jew spiża żejda bla raġuni. Il-parti interessata għandha tikkuntattja minnufih lill-Kummissjoni.
11. Uffiċjal tas-Smigħ
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u kwalunkwe talba oħra li tikkonċerna d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi kif jista’ jinqala’ matul il-proċediment.
L-uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti interessata/partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-uffiċjal tas-Seduta se jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ għandhom isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien xieraq u mingħajr dewmien sabiex ma jiġix ipperikolat l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak l-għan, il-partijiet interessati għandhom jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta mill-aktar fis possibbli wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għas-smigħ jiġu ppreżentati barra mill-perjodi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għal tali talbiet tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif xieraq l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija f’waqtha tal-investigazzjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://policy.trade.ec.europa.eu/contacts/hearing-officer_en
12. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Peress li dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda se jwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew miżmuma skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li rieżami tal-miżuri huwa ġġustifikat sabiex jippermetti l-possibbiltà li jiġu emendati l-miżuri, dik il-parti tista’ titlob rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu tali rieżami, li jitwettaq indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
13. Proċessar ta’ data personali
Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)..
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://policy.trade.ec.europa.eu/enforcement-and-protection/trade-defence_en
(1) ĠU C 197, 16.5.2022, p. 4.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186 tas-7 ta’ Frar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 34, 8.2.2018, p. 16).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1156 tal-4 ta’ Awwissu 2020 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/186 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni b’modifiki żgħar (ĠU L 255, 5.8.2020, p. 36).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1994 tal-4 ta’ Diċembru 2020 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1156 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/186 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni b’modifiki żgħar (ĠU L 410, 7.12.2020, p. 67).
(6) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2. Ir-rapport tal-pajjiż huwa disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf). Id-dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll fuq talba debitament motivata.
(7) Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku li għandha t-tendenza li turi li, minħabba distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-ispejjeż, l-użu tal-prezzijiet u l-ispejjeż domestiċi fil-pajjiż kkonċernata mhix xierqa, u għalhekk tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
(8) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29
(9) Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(10) Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluż kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.
(11) Huma biss l-importaturi mhux relatati mal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li jistgħu jiġu inklużi fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) huma uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) huma legalment rikonoxxuti bħala msieħba fin-negozju; (c) ikunu impjegaturi u impjegati; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom jikkontrolla direttament jew indirettament lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma kkontrollati direttament jew indirettament minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) huma membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu bħala membri tal-istess familja biss jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri u ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(12) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni tad-dumping.
(13) F’każ ta’ problemi tekniċi jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Kummerċ bil-posta elettronika trade-service-desk@ec.europa.eu jew bit-telefown +32 22979797.
(14) Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
|
☐ |
Verżjoni “sensittiva” (1) |
|
☐ |
Verżjoni “għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa xierqa) |
|
RIEŻAMI TA’ SKADENZA TAL-MIŻURI ANTI-DUMPING APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTU AZZAR REŻISTENTI GĦALL-KORRUŻJONI LI JORIĠINA MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3. tan-Notifika ta’ Bidu.
Kemm il-verżjoni “Sensittiva” kif ukoll il-verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati” jenħtieġ li jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.
1. IDENTITÀ U DETTALJI TA’ KUNTATT
Ipprovdi d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz tal-Email: |
|
|
Numru tat-telefown |
|
2. FATTURAT U VOLUM TA’ BEJGĦ
Indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, u l-valur f’euro (EUR) u l-volum f’tunnellati tal-importazzjonijiet (2) u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif definit fin-Notifika ta’ Bidu.
|
|
Tunnellati metriċi |
Valur f’euro (EUR) |
|
Il-fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR) |
|
|
|
Importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
|
|
L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami (kwalunkwe oriġini) |
|
|
|
Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-prodott rieżaminat. |
|
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U KUMPANIJI RELATATI (3)
Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u l-kumpaniji relatati kollha (jekk jogħġbok elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew domestiku) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. Tali attivitajiet jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għax-xiri tal-prodott li qed jiġi rieżaminat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.
|
Isem il-kumpanija u l-post fejn tinsab il-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OĦRA
Jekk jogħġbok ipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis utli biex tassisti lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun jinvolvi l-mili ta’ kwestjonarju u l-aċċettazzjoni ta’ żjara fil-bini tagħha sabiex tiġi vverifikata t-tweġiba tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) Dan id-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett bis-saħħa tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-dumping).
(2) Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(3) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) huma uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) huma legalment rikonoxxuti bħala msieħba fin-negozju; (c) ikunu impjegaturi u impjegati; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom jikkontrolla direttament jew indirettament lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma kkontrollati direttament jew indirettament minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) huma membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu bħala membri tal-istess familja biss jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri u ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/44 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10997 — NB / ARDIAN / MEDIOLANUM / NEOPHARMED)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 48/08)
1.
Fil-31 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ardian France S.A. (Franza), |
|
— |
NB Renaissance Partners Holdings S.à r.l. (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Neuberger Berman Group, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Mediolanum Farmaceutici S.p.A. (l-Italja), |
|
— |
Neopharmed Gentili S.p.A. (l-Italja). |
Ardian France S.A., NB Renaissance Partners Holdings S.à r.l. u Mediolanum Farmaceutici S.p.A. se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Neopharmed Gentili S.p.A.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Ardian France S.A. hija kumpanija ta’ ekwità privata Franċiża, li tamministra u tagħti pariri, permezz tas-sussidjarji tagħha, lil għadd ta’ fondi ta’ investiment, |
|
— |
NB Renaissance Partners Holdings S.à r.l. hija parti mill-grupp Neuberger Berman, li jipprovdi firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet ta’ investiment, |
|
— |
Mediolanum Farmaceutici S.p.A. hija kumpanija azzjonista bbażata fl-Italja prinċipalment attiva, permezz tas-sussidjarji tagħha, fis-setturi tal-organizzazzjonijiet tal-farmaċewtika u tal-manifattura b’kuntratt, |
|
— |
Neopharmed Gentili S.p.A hija attiva fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi b’doża lesta u supplimenti f’diversi oqsma terapewtiċi, il-bejgħ ta’ apparati mediċi u kożmetiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10997 — NB / ARDIAN / MEDIOLANUM / NEOPHARMED
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regoalment dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/46 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2023/C 48/09)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Anjou Villages”
PDO-FR-A0493-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 11.11.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali
Il-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata ġew aġġornati f’konformità mal-Code officiel géographique [Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali].
Dan ma għandu l-ebda impatt fuq il-perimetru taż-żona ġeografika demarkata.
Il-punti 6 u 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
2. Wisa’ bejn id-dwieli
Il-wisa’ minima bejn d-dwieli tnaqqset minn 1 m għal 0,90 m.
L-għan ta’ din l-emenda huwa li tippermetti żieda fid-densità tat-tħawwil tad-dwieli mingħajr ma tinbidel il-wisa’ bejn il-flanni.
Żdiedet ukoll dispożizzjoni speċjali għad-dwieli fuq inklinazzjonijiet fejn il-gradjent huwa ogħla minn 10 %, li għalihom il-wisa’ minima awtorizzata bejn id-dwieli hija ta’ 0,80 m.
L-għan ta’ din iż-żieda huwa li jittieħed kont tal-każ partikolari tad-dwieli mħawla fuq inklinazzjonijiet weqfin, li jeħtieġu arranġamenti speċifiċi fl-istadju tat-tħawwil (tħawwil parallel mal-inklinazzjoni aktar milli perpendikolari magħha).
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
3. Żbir
Ir-regoli dwar iż-żbir armonizzati fil-livell tad-denominazzjonijiet fiż-żona Anjou Saumur fil-wied tal-Loire.
Dan sar biex jiġi żgurat li l-vitikulturi jiġu infurmati aħjar u biex jiġu ssimplifikati l-kontrolli meħtieġa. Din l-emenda tagħmilha eħfef għall-vitikulturi biex jadattaw meta jkunu qed jiffaċċjaw perjodi ta’ ġlata, li qegħdin iseħħu dejjem aktar tard fis-sena.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
4. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta ġiet emendata biex tinkludi referenza għall-2021 minflok għall-2018.
Il-punt 8 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
5. Tikkettar
Il-qafas regolatorju għat-termini fakultattivi ġie ċċarat.
Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
6. Emendi editorjali
Saru għadd ta’ aġġornamenti fl-abozzar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dawn l-emendi ma jinvolvu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
7. Referenza għall-korp ta’ spezzjoni
Ir-referenza għall-korp ta’ kontroll ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi Speċifikazzjonijiet tal-Prodott oħrajn. Din hija emenda purament editorjali.
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda bidla għad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Anjou Villages
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
DESKRIZZJONI QASIRA
Dawn huma nbejjed ħomor bla gass bil-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 11 %.
Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mhux anqas minn 3 grammi għal kull litru.
Trid issir fermentazzjoni malolattika. L-inbejjed lesti biex jitqiegħdu fis-suq bl-ingrossa jew fl-istadju tal-ippakkjar għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,4 grammi għal kull litru.
Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 12,5 %.
L-aċidità volatili totali, l-aċidità totali u l-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit totali huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
L-inbejjed jitqaddmu mill-inqas sal-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
L-inbid ġeneralment ikollu kulur aħmar skur u sod lewn ir-rubin. L-aroma ta’ spiss tevoka noti fini ta’ frott aħmar u ta’ fjuri (l-iris, il-vjoletta) li tevolvi f’aromi aktar kumplessi, bħal taħlitiet ta’ frott iswed, ħwawar, laħam tal-kaċċa jew veġetazzjoni ta’ taħt is-siġar. It-togħma hija mimlija u korpuża, filwaqt li tinżamm il-firxa sħiħa ta’ aromi. Hemm tannini qawwija sottostanti u finitura twila. Inbid ġeneruż li jibbenifika minn tqaddim għal ftit snin qabel jindaq.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Densità tat-tħawwil - Wisa’
Metodu tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Il-wisa’ bejn il-flanni ta’ dawn id-dwieli ma tistax tkun akbar minn 2,5 metri, u l-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann trid tkun tal-anqas 0,90 metri. L-irqajja’ tal-vinji fejn il-wisa’ bejn id-dwieli fl-istess flann tkun inqas minn 0,90 m iżda daqs 0,80 m jew aktar, u fejn il-gradjent ikun aktar minn 10 %, għandhom ikunu intitolati li jużaw id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata għall-ħsad tagħhom. Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata tista’ tintuża għall-ħsad ta’ rqajja’ tal-vinji b’densità tat-tħawwil ta’ inqas minn 4 000 — iżda tal-anqas 3 300 — dielja għal kull ettaru, iżda jridu jikkonformaw ma’ ċerti regoli dwar it-tħarriġ tad-dwieli u l-għoli tal-faxxina stipulati f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-wisa’ bejn il-flanni ta’ dawn id-dwieli ma tistax tkun aktar minn 3 metri, u l-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann trid tkun mill-inqas ta’ 1 metru.
2. Regoli dwar iż-żbir u t-tħarriġ tad-dwieli
Metodu tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru bil-metodu taż-żbir bil-friegħi twal jew qosra, jew taħlita tat-tnejn, b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull dielja.
Id-dwieli jistgħu jinżabru b’żewġ għejun addizzjonali għal kull pjanta bil-kundizzjoni li, fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa (blanzuni separati), ma jkunx hemm aktar minn 12-il fergħa li tagħti l-frott fis-sena għal kull pjanta.
Il-faxxina fuq il-kannizzata trid tilħaq għoli ta’ mill-inqas 0,6 darbiet id-distanza bejn il-flanni. Dan l-għoli jitkejjel bħala d-distanza bejn il-limitu l-aktar baxx tal-faxxina (li għandu jkun mill-inqas 0,40 m ’il fuq mil-livell tal-art), u l-ogħla limitu taż-żbir (li għandu jkun mill-inqas 0,20 m ’il fuq mill-ogħla fil tal-kannizzata).
Fil-każ ta’ rqajja’ tal-vinji fejn id-densità tat-tħawwil tkun mill-inqas 3 300 iżda inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru, japplikaw ir-regoli addizzjonali li ġejjin dwar it-tħarriġ mal-kannizzati: l-għoli minimu tal-arbli għat-tħarriġ mal-kannizzati ’il fuq mill-art huwa ta’ 1,9 metru; il-kannizzata tinkludi 4 livelli ta’ fili; l-għoli minimu tal-ogħla fil huwa ta’ 1,85 metru ’l fuq mill-art.
3. Irrigazzjoni
Metodu tal-kultivazzjoni
L-irrigazzjoni hija pprojbita.
4.
Prattika enoloġika speċifika
It-tekniki ta’ arrikkiment bi tnaqqis huma permessi, bir-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali stabbilita għal 10 % fir-rigward tal-volumi użati. L-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 12,5 %.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi użati li jikkonċernaw dawn l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
5.2. Rendimenti massimi
|
1. |
|
60 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika li tħaddan il-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2021:
|
— |
id-département ta’ Deux-Sèvres: Loretz-d’Argenton (il-muniċipalità delegata ta’ Bouillé-Loretz biss), Val en Vignes (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul, Cersay u Saint-Pierre-à-Champ); |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon, Blaison-Saint-Sulpice (il-muniċipalità delegata ta’ Blaison-Gohier biss), Bouchemaine, Brissac Loire Aubance (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance u Coutures biss), Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou biss), Cléré-sur-Layon, Doué-en-Anjou (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon biss), Ingrandes-Le Fresne sur Loire (l-eks muniċipalità ta’ Ingrandes biss), Lys-Haut-Layon (il-muniċipalitajiet delegati ta’ La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné u Trémont biss), Mauges-sur-Loire (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire u La Pommeraye biss), Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rochefort-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Savennières, Terranjou, Tuffalun (il-muniċipalità delegata ta’ Ambillou-Château biss), Val-du-Layon. |
Mapep li juru ż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
|
Cabernet Franc N |
|
|
Cabernet Sauvignon N |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1.
a) Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta
Iż-żona ġeografika tinsab fil-parti tal-Punent taż-żona ġeografika għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata Anjou, essenzjalment fuq il-premontorji tal-era Prekambrijana u dik tal-Paleożojku mqabbdin mal-Massif Armorikan, f’postijiet miksija b’formazzjonijiet taż-żrar jew b’karatteristiċi taċ-Ċenomanjan bħal-lom bid-depożiti tal-qxur tal-gajdri li jinsabu fil-konfini tal-Lvant tagħha. Fl-2021 tinkludi ż-żoni ġeografiċi għad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Kontrollati Anjou-Coteaux de la Loire, Coteaux du Layon, Savennières u xi muniċipalitajiet li jmissu magħhom. Tkopri territorju li ġie demarkat u magħżul minħabba li l-ambjent naturali tiegħu huwa tant adattat tajjeb għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor. Hija mifruxa fuq 24 muniċipalità fid-département ta’ Maine-et-Loire u fuq tnejn fid-département ta’ Deux-Sèvres, fix-Xlokk u fin-Nofsinhar tal-belt ta’ Angers. Il-pajsaġġ jikkonsisti f’għadd ta’ għoljiet żgħar b’aspetti varjabbli u altitudnijiet li jvarjaw bejn 50 u 90 metru.
Iż-żona tal-irqajja’ art demarkata speċifikament għall-ħsad tal-għeneb tikkonsisti l-aktar minn irqajja’ art b’esponiment tajjeb u ħamrija kannella li żviluppat fuq ix-shale, ħamrija kannella bit-tafal u ż-żrar jew fuq livell lokalizzat ħafna, ħamrija kannella li żviluppat fuq il-lom b’depożiti tal-qxur tal-gajdri. Din il-ħamrija spiss ma tkunx fonda u jkollha irrigazzjoni u skular tajbin, l-ebda sinjali ta’ idromorfija u riżervi ta’ ilma tipikament baxxi. Għandha prestazzjoni termali tajba u tiżgura tkabbir bikri ottimali. Il-parti tal-Punent taż-żona ġeografika hija miżgħuda bi blat subvulkaniku ffurmat minn blat ignew ta’ natura aċiduża (rijolit) jew bażaltika (spilit) li tipproduċi ħamrija ġeblija ħafna.
Iż-żona ġeografika tgawdi minn klima oċeanika moderata, b’differenzi relattivament baxxi fit-temperatura, minn naħa minħabba l-prossimità relattiva tal-Oċean Atlantiku, u min-naħa l-oħra minħabba r-rwol ta’ regolatur termiku tal-Loire u tat-tributarji tagħha. Fattur ieħor huwa l-fatt li l-vinji huma mħawla fuq l-għoljiet. L-inklinazzjonijiet li jiffaċċjaw il-Majjistral/ix-Xlokk jipproteġu lid-dwieli mill-irjieħ mill-Punent li spiss ikollhom kontenut għoli ta’ umdità. Għalhekk, iż-żona ġeografika għandha irrigazzjoni limitata u tibbenefika mill-effett ta’ fœhn, u hija protetta miċ-ċpar tal-baħar mill-inklinazzjonijiet ogħla ta’ Choletais u ta’ Mauges. Ix-xita annwali hija ta’ madwar 585 millimetru, meta mqabbla ma’ 800 millimetru f’Choletais.
b) Deskrizzjoni tal-fatturi umani li huma rilevanti għar-rabta ġeografika
Huwa magħruf li d-dwieli ilhom jiġu kkultivati fuq bażi kontinwa f’Anjou sa mill-ewwel seklu W.K. Dan huwa pajjiż eċċellenti għat-tkabbir tad-dwieli, kif jixhdu dawn il-linji minn poeżija ta’ Apollonju (is-sitt seklu): “Mhux bogħod mill-Bretanja hemm belt li tinsab fuq blata bi pjantaġġuni estensivi ddedikati lil Ceres u Bacchus u isem, Andecavi (Angers), li huwa dderivat mill-isem tal-post bil-Grieg.” Il-vitikultura żviluppat fiż-żona ta’ Anjou matul il-Medju Evu, taħt l-awspiċi tal-monasteri li jinsabu fuq ix-xtajtiet tal-Loire u madwar Angers. Saret partikolarment rinomata mis-sekli 7 u 8 ’il quddiem. Bis-saħħa tal-influwenza ta’ Henri II u ta’ Eleanor ta’ Aquitaine, l-inbid minn Anjou wasal fuq l-imwejjed l-iktar raffinati.
Il-produzzjoni żviluppat b’mod sinifikanti mis-seklu 16 ’il quddiem bil-wasla tan-negozjanti Netherlandiżi li kienu qegħdin ifittxu l-inbid għall-pajjiż u l-kolonji tagħhom. In-Netherlandiżi bdew jaħżnu l-inbejjed u l-kummerċ tant kien mexxej fis-seklu 18 li x-xmara Layon, li taqsam iż-żona ġeografika, saret navigabbli biex it-trasport isir aktar faċli.
Ir-reġjun ta’ Anjou essenzjalment ħa l-fama tiegħu mill-produzzjoni tal-inbejjed bojod magħmula mill-varjetà Chenin B. Madankollu, it-tħawwil tal-varjetà Cabernet Franc N jew tal-“pjanta tal-Bretanja” (hekk imsejħa minħabba li kienet ġiet introdotta bid-dgħajjes mill-estwarju tal-Loire, li dak iż-żmien kien jappartjeni għar-reġjun tal-Bretanja) u tal-Cabernet Sauvignon N ftit aktar tard infirxu b’mod sinifikanti wara l-kriżi tal-Pylloxera mill-1865 ’il quddiem.
8.2.
Fil-bidu tas-seklu 20, l-isforzi tal-produzzjoni tal-inbid kienu ffukati l-aktar fuq il-produzzjoni ta’ “rouget”, l-isem lokali għal inbid ħafif servut fil-kafetteriji. Dan kien jimmarka l-ewwel stadju fil-bidliet għall-vinji ta’ Anjou, fejn il-produzzjoni tal-inbejjed rożè emblematiċi saret sinifikanti. It-tieni stadju ta’ din it-trasformazzjoni kien ibbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-produtturi fil-ġestjoni ta’ dawn l-għelejjel. Il-produzzjoni tal-inbejjed ħomor żviluppat mis-snin 60 ’il quddiem, abbażi tal-monitoraġġ u l-analiżi tal-aħjar taħlitiet ta’ varjetajiet u postijiet ta’ tħawwil, flimkien mal-valutazzjoni tal-potenzjal tal-ħsad u l-għarfien espert miksub fit-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid.
Madankollu, il-produtturi tal-inbid tar-reġjun irrealizzaw li kellhom aċċess għal territorju u livell ta’ għarfien espert li setgħu jkomplu jtejbu l-oriġinalità tal-produzzjoni tagħhom tal-inbid aħmar. Għalhekk id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata Anjou Villages ġiet rikonoxxuta fl-14 ta’ Novembru 1991. Fl-2010 kienet tikkonsisti minn 130 kantina tal-inbid privata u 2 kantini tal-inbid kooperattivi.
2 Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott
L-inbid ġeneralment ikollu kulur aħmar skur u sod lewn ir-rubin. L-aroma ta’ spiss tevoka noti fini ta’ frott aħmar u ta’ fjuri (l-iris, il-vjoletta) li tevolvi f’aromi aktar kumplessi, bħal taħlitiet ta’ frott iswed, ħwawar, laħam tal-kaċċa jew veġetazzjoni ta’ taħt is-siġar.
It-togħma hija mimlija u korpuża, filwaqt li tinżamm il-firxa sħiħa ta’ aromi. Hemm tannini sottostanti qawwija u l-finitura hija twila. Huwa nbid ġeneruż li jibbenefika minn tqaddim għal ftit snin qabel jindaq.
3 Interazzjonijiet kawżali
It-taħlita tal-ħamrija mhux fonda fuq l-irqajja’ ta’ art li huma demarkati b’mod ċar li juru l-metodi użati u t-terren li jipprovdi espożizzjoni eċċellenti u jinkoraġġixxi provvista regolari tal-ilma ppermettiet lill-varjetajiet Cabernet Franc N u Cabernet Sauvignon N jiksbu l-espressjoni u l-oriġinalità sħiħa tagħhom. Il-post fejn jinsabu l-vinji jeħtieġ ġestjoni ottimali tad-dwieli u r-rendiment massimu tagħhom, fil-forma ta’ sistemi ta’ tħarriġ tad-dwieli u regoli stretti dwar iż-żbir.
Il-vitikulturi josservaw u janalizzaw l-imġiba tad-dwieli tagħhom sabiex jiddeterminaw il-post it-tajjeb għall-vinji, filwaqt li jqisu kemm iż-żewġ varjetajiet huma adattati għar-riżorsi pprovduti mill-ħamrija kannella li żviluppat fuq ix-shale u l-ħamrija tat-tafal u tal-ġebla tal-ġir li żviluppat fuq id-depożiti taċ-Ċenomanjan. Billi jistrieħu fuq id-demarkazzjoni speċifika tal-irqajja’ art, jadattaw it-tħarriġ tad-dwieli u l-metodi taż-żbir, jaħsdu l-għeneb fl-aħjar stat ta’ sajran, u jagħmlu titjib tekniku fir-regolazzjoni tat-temperatura u l-ħinijiet tal-maċerazzjoni, il-produtturi stabbilew regoli stretti tal-produzzjoni biex jiżguraw il-produzzjoni ta’ nbid aħmar strutturat tajjeb. L-għarfien espert tal-operaturi jiżgura li l-għeneb jinħasad b’kontenut minimu ta’ zokkor ta’ 189 gramma għal kull litru u meta jkun laħaq l-istadju ottimali ta’ sajran fenoliku.
Matul il-ġenerazzjonijiet, il-produtturi rnexxielhom jadattaw b’suċċess it-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid tagħhom biex joħorġu l-aħjar kwalità mill-għeneb tagħhom. Malajr ġie deċiż li jiġi impost perjodu ta’ tqaddim fit-tank wara l-fermentazzjoni sabiex ikun jista’ jiġi prodott inbid b’aromi kumplessi iżda b’mod partikolari biex it-tannini jkunu jistgħu jsiru bbilanċjati u lixxi. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie ddefinit perjodu minimu ta’ tqaddim sal-15 ta’ Ġunju ta’ wara s-sena tal-ħsad.
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata Anjou Villages tirrappreżenta wieħed mill-iżjed inbejjed apprezzati fir-reġjun ta’ Anjou.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
API
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita permezz tad-deroga għall-produzzjoni, għall-ipproċessar u għat-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali għall-2021:
|
— |
id-département ta’ Deux-Sèvres: Brion-près-Thouet, Loretz-d’Argenton (it-territorju delegat ta’ Argenton-l’Église biss), Louzy, Plaine-et-Vallées (il-muniċipalità delegata ta’ Oiron biss), Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Mauzé-Thouarsais, Sainte-Radegonde u l-eks muniċipalità ta’ Thouars biss), Tourtenay; |
|
— |
id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil; |
|
— |
id-département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis-Saint-Géréon (l-eks muniċipalità ta’ Ancenis biss), Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (il-muniċipalità delegata ta’ Anetz biss), Vallet; |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Bellevigne-les-Châteaux, Blaison-Saint-Sulpice (il-muniċipalità delegata ta’ Saint-Sulpice biss), Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Chemellier, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien biss), Brossay, Cernusson, Cizay-la-Madeleine, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné u Montfort biss), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire, Gennes-Val-de-Loire (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil biss), Huillé-Lézigné (il-muniċipalità delegata ta’ Huillé biss), Jarzé Villages (il-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois biss), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant u Vihiers biss), Mauges-sur-Loire (il-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay biss), Mazé-Milon (il-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon biss), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d'Anjou (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne biss), Parnay, Le Puy-Notre-Dame, Rives-de-Loir-en-Anjou, Rou-Marson, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Saumur, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Tuffalun (il-muniċipalitajiet delegati ta’ Louerre u Noyant-la-Plaine biss), Turquant, Les Ulmes, Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, Verrie, Verrières-en-Anjou; |
|
— |
id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers. |
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-termini fakultattivi kollha, li l-użu tagħhom, skont ir-regoli tal-UE, jista’ jiġi rregolat mill-Istati Membri, iridu jiġu stampati fuq it-tikketti b’ittri li ma jkunux akbar, fit-tul jew fil-wisa’, mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata.
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata jista’ jkun ikkompletat bid-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata.
L-inbejjed eliġibbli għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata jistgħu jispeċifikaw l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar fuq it-tikketti tagħhom, dment li dan ikun post elenkat fir-reġistru tal-artijiet u jkun jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. L-isem tal-post għandu jkun stampat b’ittri li ma jkunux akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-1e962c34-1858-44fd-b90b-d3b72b04d5b4