ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 3

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
5ta' Jannar 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 3/01

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta' Jannar 2023

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 3/02

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10985 – BMHC / ALD / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

2


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 3/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta' Jannar 2023

(2023/C 3/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0599

JPY

Yen Ġappuniż

138,74

DKK

Krona Daniża

7,4374

GBP

Lira Sterlina

0,88076

SEK

Krona Żvediża

11,1653

CHF

Frank Żvizzeru

0,9843

ISK

Krona Iżlandiża

151,70

NOK

Krona Norveġiża

10,7380

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,028

HUF

Forint Ungeriż

395,85

PLN

Zloty Pollakk

4,6685

RON

Leu Rumen

4,9264

TRY

Lira Turka

19,8670

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5452

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4363

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2864

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6775

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4212

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 348,95

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,8349

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2985

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 504,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,6641

PHP

Peso Filippin

59,330

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,047

BRL

Real Brażiljan

5,7758

MXN

Peso Messikan

20,4494

INR

Rupi Indjan

87,7910


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 3/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10985 – BMHC / ALD / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 3/02)

1.   

Fil-21 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsubishi HC Capital inc. (“MHC”, il-Ġappun);

Bangkok Mitsubishi HC Capital Co., Ltd (“BMHC”, it-Tajlandja), ikkontrollata minn MHC;

ALD S.A. (“ALD”, Franza), ikkontrollata minn Société Générale S.A. (Franza);

Kumpanija maħluqa ġdida (“JVco”, it-Tajlandja).

MHC, direttament u indirettament permezz ta’ BMHC, u ALD se jiksbu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JVco.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

MHC tipprovdi varjetà ta’ servizzi finanzjarji inklużi lokazzjoni finanzjarja, lokazzjoni operatorja ffukata fuq il-valuri tal-assi, lokazzjoni tal-karozzi, lokazzjoni tal-proprjetà immobbli, inizjattivi ta’ finanzjament privat (PFI business), fatturament u prodotti ambjentali;

BMHC tipprovdi servizzi ta’ lokazzjoni finanzjarja, lokazzjoni operatorja, lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri u ta’ lokazzjoni ta’ karozzi biex in-negozji jkunu jistgħu jakkwistaw makkinarju, tagħmir tal-manifattura, karozzi jew assi oħra;

ALD tipprovdi servizzi ta’ lokazzjoni ta’ vetturi u ta’ ġestjoni ta’ flotot;

JVco se topera n-negozju ta’ servizzi ta’ lokazzjoni operazzjonali ta’ ditti differenti u tal-ġestjoni ta’ flotot fit-Tajlandja akkwistat minn BHMC. Jvco se tkun attiva fit-Tajlandja u mhu se jkollha l-ebda attività fiż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10985 – BMHC / ALD / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.