ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 485

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
21 ta' Diċembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 485/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali

1

2022/C 485/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10949 — GONVARRI / MAJORITY SHAREHOLDERS / HIDRIA) ( 1 )

91

2022/C 485/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10932 — ZF / HELLA / NGK / CLARIOS / AHEAD JV) ( 1 )

92


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 485/04

Rata tal-kambju tal-euro — L-20 ta' Diċembru 2022

93

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 485/05

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

94

2022/C 485/06

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

95


 

Rettifika

 

Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2023 — EAC/A10/2022 — Il-Programm Erasmus+ ( ĠU C 444, 23.11.2022 )

96


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali

(2022/C 485/01)

Werrej

PARTI I.

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI 4

KAPITOLU 1.

Introduzzjoni 4

KAPITOLU 2.

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet 4

2.1.

L-effett tal-PAK fuq il-kamp ta’ applikazzjoni 6

2.2.

Kamp ta’ applikazzjoni 7

2.3.

Regoli orizzontali u strumenti għall-għajnuna applikabbli għas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u għaż-żoni rurali 9

2.4.

Definizzjonijiet 10

KAPITOLU 3.

Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat 15

3.1.

L-ewwel kundizzjoni: l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika 16

3.1.

1.Attività ekonomika megħjuna 16

3.1.2.

L-effett ta’ inċentiv 17

3.1.3.

L-ebda ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni 19

3.2.

It-tieni kundizzjoni: l-għajnuna ma taffettwax indebitament il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni 20

3.2.1.

Il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat 20

3.2.2.

Adegwatezza tal-għajnuna 21

3.2.3.

Proporzjonalità tal-għajnuna 22

3.2.4.

Trasparenza 25

3.2.5.

L-evitar ta’ effetti negattivi avversi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ 26

3.2.6.

L-evalwazzjoni tal-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna (test ta’ bbilanċjar) 28

PARTI II.

KATEGORIJI TA’ GĦAJNUNA 30

KAPITOLU 1.

Għajnuna favur l-intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli 30

1.1.

Miżuri li jixbħu lil dawk għall-iżvilupp rurali 30

1.1.1.

Għajnuna għall-investiment 30

1.1.1.1.

Għajnuna għal investimenti f’azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja 30

1.1.1.2.

Għajnuna għal investiment favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jkun jinsab fl-azjendi agrikoli 34

1.1.1.3.

Għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli 35

1.1.2.

Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna inizjali ta’ attivitajiet agrikoli 36

1.1.3.

Għajnuna inizjali għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura 36

1.1.4.

Għajnuna għal impenji agro-ambjentali klimatiċi 38

1.1.5.

Għajnuna għal impenji tal-benessri tal-annimali 40

1.1.6.

Għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji 42

1.1.7.

Għajnuna lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona 43

1.1.8.

Għajnuna għall-biedja organika 43

1.1.9.

Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fl-iskemi ta’ kwalità 45

1.1.10.

Għajnuna għall-għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur tal-agrikoltura 46

1.1.10.1.

Għajnuna għall-iskambju tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni 46

1.1.10.2.

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza 47

1.1.10.3.

Għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni tal-farms 49

1.1.11.

Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur tal-agrikoltura 49

1.2.

Ġestjoni tar-riskju u tal-kriżijiet 51

1.2.1.

Għajnuna li tikkumpensa l-ħsara fil-produzzjoni agrikola jew fil-mezzi tal-produzzjoni agrikola u sabiex tiġi evitata ħsara 51

1.2.1.1.

Għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali 51

1.2.1.2.

Għajnuna ta’ kumpens għat-telf ikkawżat minn event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali 54

1.2.1.3.

Għajnuna għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali, tal-pesti tal-pjanti u tal-infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi u għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat mill-mard tal-annimali, mill-pesti tal-pjanti u mill-ispeċijiet aljeni invażivi 56

1.2.1.4.

Għajnuna għal bhejjem mejta 58

1.2.1.5.

Għajnuna biex tikkumpensa għad-danni kkawżati minn annimali protetti 59

1.2.1.6.

Għajnuna għall-pagament ta’ premia tal-assigurazzjoni 61

1.2.1.7.

Għajnuna għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi 61

1.3.

Tipi oħrajn ta’ għajnuna fis-settur tal-agrikoltura 62

1.3.1.

Għajnuna għall-għeluq tal-kapaċità tal-produzzjoni 62

1.3.1.1.

Għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, tal-pjanti jew tal-bniedem, kif ukoll għal raġunijiet sanitarji, etiċi, ambjentali jew klimatiċi 62

1.3.1.2.

Għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet oħrajn 64

1.3.2.

Għajnuna għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja 64

1.3.3.

Għajnuna lis-settur tat-trobbija tal-bhejjem 65

1.3.4.

Għajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni favur prodotti agrikoli 66

1.3.5.

Għajnuna għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew 69

1.3.6.

Għajnuna għal konsolidazzjoni tal-art agrikola 70

1.3.7.

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura 70

KAPITOLU 2.

Għajnuna għas-settur tal-forestrija 71

2.1.

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni tal-foresti u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti 72

2.1.1.

Għajnuna għat-tisġir u għall-ħolqien tal-imsaġar 72

2.1.2.

Għajnuna għall-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ sistemi tal-agroforestrija 74

2.1.3.

Għajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti 74

2.1.4.

Għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali 75

2.1.5.

Għajnuna għall-investimenti fit-teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-foresti 76

2.1.6.

Għajnuna għall-investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-forestrija 76

2.1.7.

Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jkun jinsab fil-foresti 76

2.1.8.

Għajnuna għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi fil-forestrija 77

2.2.

Għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji fiż-żoni tal-foresti 78

2.3.

Għajnuna għal servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u għall-konservazzjoni tal-foresti 78

2.4.

Għajnuna għal skambju ta’ għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-forestrija 79

2.5.

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza fis-settur tal-forestrija 80

2.6.

Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur ibbażat fuq is-settur tal-forestrija 80

2.7.

Għajnuna inizjali għal gruppi u għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-forestrija 82

2.8.

Għajnuna oħra lis-settur tal-forestrija b’objettivi ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi 83

2.8.1.

Għajnuna għal azzjonijiet u interventi speċifiċi tal-foresta bl-objettiv primarju li jikkontribwixxu sabiex jinżammu u jiġu restawrati l-ekosistema u l-bijodiversità tal-foresti jew il-pajsaġġ tradizzjonali 83

2.8.2.

Għajnuna għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u sabiex ikun żgurat tkabbir bilanċjat u b’saħħtu tas-siġar fis-settur tal-forestrija 83

2.8.3.

Ir-restawr u l-manutenzjoni tal-mogħdijiet naturali, l-elementi u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-ħabitat naturali għall-annimali fis-settur tal-forestrija 84

2.8.4.

Għajnuna għall-manutenzjoni tat-toroq sabiex jiġu evitati n-nirien fil-foresti 84

2.8.5.

Għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara fil-foresti kkawżata minn annimali protetti 84

2.9.

Għajnuna fis-settur tal-forestrija allinjata mal-miżuri tal-għajnuna agrikola 85

2.9.1.

Għajnuna għar-riċerka u għall-iżvilupp fis-settur tal-forestrija 85

2.9.2.

Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija 87

KAPITOLU 3.

Għajnuna f’żoni rurali b’kofinanzjament mill-FAEŻR, jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal interventi kkofinanzjati bħal dawn 87

PARTI III.

KWISTJONIJIET PROĊEDURALI 87

1.

Id-durata tal-iskemi ta’ għajnuna u tal-evalwazzjoni 88

2.

Klawżola ta’ reviżjoni 89

3.

Rapportar u monitoraġġ 89

4.

Applikazzjoni tal-Linji Gwida 90

5.

Proposti għal miżuri xierqa 90

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

KAPITOLU 1

Introduzzjoni

(1)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) jiddikjara li, “(ħ)lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” Għalkemm it-Trattat jistabbilixxi l-prinċipju li l-għajnuna mill-Istat hija pprojbita, f’ċerti każijiet tali għajnuna tista’ tkun kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(2) u (3) tat-Trattat.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-Trattat, l-għajnuna mill-Istat sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn okkorrenzi eċċezzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija hija kompatibbli mas-suq intern.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tqis l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u taż-żoni rurali bħala kompatibbli mas-suq intern, diment li din ma taffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet kummerċjali sal-punt li jmur kontra l-interess komuni.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 42 tat-Trattat, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, li jinkludu lil dawk dwar l-għajnuna mill-Istat, japplikaw għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli biss sa fejn ikun iddeterminat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-politika agrikola komuni stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

(5)

F’dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Rigward l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-Trattat, dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom miżura li tikkostitwixxi għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn okkorrenzi eċċezzjonali tkun kompatibbli mas-suq intern.

(6)

L-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u taż-żoni rurali hija integrata fil-politika agrikola komuni (“il-PAK”) usa’. Fi ħdan il-PAK, l-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għas-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija u għaż-żoni rurali. Billi l-effetti ekonomiċi tal-għajnuna mill-Istat ma jinbidlux skont jekk din tkunx iffinanzjata (anki parzjalment) mill-Unjoni, jew minn Stat Membru waħdu, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jkun hemm konsistenza u koerenza bejn il-politika tagħha fir-rigward tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u l-appoġġ li jingħata skont il-politika agrikola komuni tal-Unjoni stess. Għalhekk, meta l-Kummissjoni tapplika u tinterpreta r-regoli f’dawn il-Linji Gwida għal skemi ta’ għajnuna speċifiċi u għal għajnuna individwali, hija tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli tal-PAK.

(7)

L-atti tal-Unjoni li ġejjin huma ta’ rilevanza partikolari għall-kunsiderazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat relatati mal-PAK:

(a)

ir-Regolament (UE) 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(b)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (2) u (UE) Nru 229/2013 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)

ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(d)

ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(e)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(8)

Il-PAK hija bbażata fuq żewġ pilastri (il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“il-FAEG”) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“il-FAEŻR”)) li, flimkien, jipprovdu saff fundamentali ta’ appoġġ lill-bdiewa u liż-żoni rurali fl-Unjoni, li joħloq il-kundizzjonijiet sabiex tinżamm il-biedja tibqa’ sostenibbli madwar l-Unjoni.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 39(1) tat-Trattat, l-objettivi tal-PAK huma li tiżdied il-produttività agrikola, li jiġi żgurat standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola, li jiġu stabbilizzati s-swieq, u li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-provvisti u jiġi żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumatur bi prezzijiet raġonevoli. F’konformità mal-Artikolu 39(2) tat-Trattat, irid jittieħed kont ta’ dan li ġej fit-tfassil tal-PAK u fil-metodi speċjali għall-applikazzjoni tagħha:

(a)

in-natura partikolari tal-attività agrikola, li tirriżulta mill-istruttura soċjali tal-agrikola u mid-disparitajiet strutturali u naturali ta’ bejn id-diversi reġjuni agrikoli;

(b)

il-ħtieġa li jsiru l-aġġustamenti gradwali xierqa;

(c)

il-fatt li fl-Istati Membri l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-ekonomija fl-intier tagħha.

(10)

Bl-għan li jittejjeb ulterjorment l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja, tal-ikel u taż-żoni rurali, l-objettivi tal-PAK ta’ wara l-2020 jiffokaw fuq it-trawwim ta’ settur tal-agrikoltura intelliġenti, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat li jiżgura s-sigurtà tal-ikel fit-tul, fuq l-appoġġ u t-tisħiħ tal-protezzjoni ambjentali u tal-azzjoni klimatika, fuq il-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi ambjentali u relatati mal-klima tal-Unjoni u fuq it-tisħiħ tan-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali. Dawk l-objettivi ġenerali huma kkomplementati mill-objettiv trażversali tal-modernizzazzjoni tas-settur billi jitrawmu u jiġu kondiviżi l-għarfien, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura, fil-forestrija u fiż-żoni rurali, u billi jitħeġġeġ l-użu tagħhom. L-ilħuq tal-objettivi ġenerali tal-PAK għandu jiġi segwit permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

l-appoġġ għal introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u għar-reżiljenza tas-settur tal-agrikoltura madwar l-Unjoni sabiex jittejbu s-sigurtà alimentari u d-diversità agrikola fit-tul, kif ukoll l-iżgurar tas-sostenibbiltà ekonomika tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni;

(b)

it-tisħiħ tal-orjentazzjoni tas-suq u ż-żieda fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul, inkluż fokus akbar fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni;

(c)

it-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur;

(d)

il-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u billi jittejjeb is-sekwestru tal-karbonju, kif ukoll bil-promozzjoni tal-enerġija sostenibbli;

(e)

it-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u l-immaniġġjar effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, inkluż billi titnaqqas id-dipendenza fuq sustanzi kimiċi;

(f)

kontribut għall-waqfien u t-treġġigħ lura tat-telfien tal-bijodiversità, it-tisħiħ tas-servizzi tal-ekosistema u l-preservazzjoni tal-ħabitats u tal-pajsaġġi;

(g)

l-attrazzjoni u s-sostenn tal-bdiewa żgħażagħ u ta’ bdiewa ġodda oħrajn u l-faċilitazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tan-negozju f’żoni rurali;

(h)

il-promozzjoni tal-impjiegi, tat-tkabbir, tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluża l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-biedja, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali f’żoni rurali, inklużi l-bijoekonomija ċirkolari u l-forestrija sostenibbli;

(i)

it-titjib tar-rispons tal-agrikoltura tal-Unjoni għad-domandi tas-soċjetà dwar l-ikel u s-saħħa, inkluż ikel ta’ kwalità tajba, sikur u sustanzjuż prodott b’mod sostenibbli, u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, kif ukoll it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ġlieda kontra r-reżistenzi għall-antimikrobiċi.

KAPITOLU 2

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

2.1.   L-effett tal-PAK fuq il-kamp ta’ applikazzjoni

(11)

F’konformità mal-Artikolu 42 tat-Trattat, sa fejn huma kkonċernati l-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fl-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat japplikaw biss sa fejn huwa ddeterminat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-politika agrikola komuni stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

(12)

Skont l-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli.Madankollu, hemm diversi derogi minn dan il-prinċipju ġenerali li huma stabbiliti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, fl-Artikolu 145(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, fl-Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

(13)

Rigward l-appoġġ mogħti skont ir-Regolament (UE) 2021/2115, l-Artikolu 145(2) ta’ dak ir-Regolament jistipula li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għall-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri skont u f’konformità ma’ dak ir-Regolament, jew għal finanzjament nazzjonali addizzjonali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

(14)

Għalhekk, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat la japplikaw għall-kofinanzjament tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali (kemm il-parti tal-FAEŻR kif ukoll dik nazzjonali) u lanqas għall-finanzjament nazzjonali addizzjonali bħala żieda ma’ tali appoġġ, diment li l-intervent inkwistjoni jkun relatat ma’ attività agrikola li taqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat u tifforma parti minn Pjan Strateġiku tal-PAK.

(15)

Madankollu, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw bis-sħiħ għal kull intervent kofinanzjat (kemm il-parti tal-FAEŻR kif ukoll il-parti nazzjonali) u għall-finanzjament nazzjonali addizzjonali għat-tali interventi, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat iżda li huma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115, jiġifieri fil-każijiet li ġejjin: (a) interventi li jappoġġaw attivitajiet fiż-żoni rurali u (b) interventi fis-settur ibbażat fuq il-foresti.

(16)

Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw jekk Stat Membru jkun beħsiebu jiffinanzja miżura, li tkun fil-biċċa l-kbira mfassla f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ intervent partikolari għall-iżvilupp rurali (“miżura li tixbah lil dawk għall-iżvilupp rurali”), esklużivament minn fondi nazzjonali (jiġifieri mingħajr kofinanzjament mill-FAEŻR), irrispettivament minn jekk il-miżura taqax fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat jew barra minnu.

2.2.   Kamp ta’ applikazzjoni

(17)

Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-iskemi ta’ għajnuna u għall-għajnuna individwali.

(18)

Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni agrikola primarja, għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli li jirriżultaw fi prodott agrikolu ieħor u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli.

(19)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali stipulati fit-Taqsima 2.1 ta’ din il-Parti, sabiex tiġi żgurata koerenza mal-politika ta’ żvilupp rurali u sabiex tiġi appoġġata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, huwa xieraq li jiġu inklużi wkoll ċerti interventi tal-iżvilupp rurali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, kemm jekk ikkofinanzjati mill-FAEŻR jew minn finanzjament nazzjonali addizzjonali, kif ukoll miżuri li jixbħu lil dawk għall-iżvilupp rurali ffinanzjati esklużivament minn fondi nazzjonali. Għalhekk, minbarra s-settur tal-agrikoltura, dawn il-Linji Gwida jistipulaw il-kriterji ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna mill-Istat lis-settur ibbażat fuq il-foresti u għall-għajnuna lill-intrapriżi attivi fiż-żoni rurali li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

(20)

Meta tanalizza l-għajnuna mill-Istat u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern f’konformità mal-prinċipji ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fil-Parti I, il-Kapitolu 3 ta’ dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni, sa fejn possibbli, se tqis il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2115 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(21)

Il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida:

(a)

miżuri fis-settur tal-agrikoltura, iffinanzjati esklużivament minn fondi nazzjonali, li jikkonsistu f’waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

miżuri li jixbħu lil dawk tal-iżvilupp rurali li jaqgħu barra mill-qafas ta’ Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (il-Parti II, it-Taqsima 1.1);

(ii)

miżuri oħrajn għajr dawk imsemmija f’(i) li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115, bħal xi miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju u tal-kriżijiet, għajnuna għas-settur tal-bhejjem u xi miżuri ta’ promozzjoni (il-Parti II, it-Taqsimiet 1.2 u 1.3);

(b)

għajnuna għas-settur tal-forestrija (il-Parti II, il-Kapitolu 2), li tikkonsisti f’waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

tingħata bħala parti minn Pjan Strateġiku tal-PAK jew bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali intervent għall-iżvilupp rurali;

(ii)

tiġi ffinanzjata esklużivament minn riżorsi nazzjonali;

(c)

għajnuna għal impriżi attivi f’żoni rurali li tingħata f’waħda mill-forom li ġejjin:

(i)

intervent inkluż fi Pjan Strateġiku tal-PAK, kofinanzjat mill-FAEŻR skont u f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115, fejn il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat notifikabbli tkun identika għall-intervent fil-Pjan Strateġiku tal-PAK (il-Parti II, il-Kapitolu 3);

(ii)

finanzjament nazzjonali addizzjonali relatat ma’ intervent fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK (il-Kapitolu 3 tal-Parti II).

(22)

Dawn il-Linji Gwida japplikaw għall-għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u fil-prinċipju anke lil intrapriżi kbar. Madankollu, l-intrapriżi l-kbar għandhom it-tendenza li jkunu anqas affettwati mill-fallimenti tas-suq milli l-SMEs. Barra minn hekk, l-intrapriżi l-kbar fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali huma aktar probabbli li jkunu atturi sinifikanti fis-suq u, konsegwentement, f’każijiet speċifiċi, l-għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar tista’ tfixkel b’mod partikolari l-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern. Peress li l-għajnuna lill-intrapriżi l-kbar fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali u lil intrapriżi kbar oħrajn tista’ tikkawża distorsjonijiet simili tal-kompetizzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-intrapriżi l-kbar f’dawn il-Linji Gwida huma armonizzati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u huma soġġetti għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat kif deskritt fil-Kapitolu 3 ta’ din il-Parti. Rigward il-miżuri ta’ għajnuna għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem skont il-Parti II, it-Taqsima 1.3.1. ta’ dawn il-Linji Gwida, li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2021/2115, il-Kummissjoni żżomm il-politika preċedenti tagħha li l-intrapriżi l-kbar jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffinanzjaw il-kostijiet ta’ dawn il-miżuri huma stess. Għalhekk, l-għajnuna fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem jenħtieġ li tiġi limitata għall-SMEs.

(23)

L-impriżi f’diffikultà huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt. Il-Kummissjoni tqis li meta impriża tkun f’diffikultà finanzjarja, minħabba li l-eżistenza tagħha tkun f’periklu, ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ objettivi oħrajn ta’ politika pubblika sakemm tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħha. Għalhekk, meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun impriża f’diffikultà kif definita fil-punt (33)63, l-għajnuna tiġi vvalutata f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (7). Madankollu, il-prinċipju li ma tiġix ipprovduta għajnuna mill-Istat lil impriżi f’diffikultajiet finanzjarji ma japplikax għal għajnuna ta’ kumpens għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali u minn okkorrenzi eċċezzjonali msemmija fil-Parti II, it-Taqsimiet 1.2.1.1 u 2.1.3, dment li l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b) tat-Trattat. Jekk id-diffikultajiet finanzjarji ta’ impriża attiva fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija jkunu kkawżati minn event ta’ riskju msemmi fil-Parti II, it-Taqsimiet 1.2.1.2, 1.2.1.3, 1.2.1.5, 2.1.3, 2.8.1 jew 2.8.5, tista’ tingħata għajnuna sabiex tikkumpensa għat-telf jew għall-ħsara kkawżata minn tali eventi ta’ riskju, u sabiex tkopri l-kostijiet tal-qerda tal-pesti tal-pjanti, f’konformità ma’ dawn il-Linji Gwida, bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u minħabba s-sitwazzjoni ta’ emerġenza marbuta ma dawn it-tipi ta’ għajnuna, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ impriża ma għandhiex titqies fir-rigward tal-għajnuna għall-qerda u t-tneħħija ta’ bhejjem mejta, kif stabbilit fil-Parti II, it-Taqsima 1.2.1.4, u għall-għajnuna għall-miżuri ta’ prevenzjoni, ta’ kontroll u ta’ eradikazzjoni fil-każ ta’ mard tal-annimali u ta’ pesti tal-pjanti msemmi fil-punti ((370)) u ((371)) fil-Parti II, it-Taqsima 1.2.1.3. Barra minn hekk, dan il-prinċipju ma japplikax għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fil-Parti II, it-Taqsimiet 1.1.10.1 u 2.4, u lanqas għall-miżuri ta’ promozzjoni li huma ta’ natura ġenerika, kif stabbiliti fil-Parti II, it-Taqsima 1.3.4.

(24)

Għajnuna favur prodotti agrikoli skont it-tifsira tal-Anness 1 tal-Ftehim tad-WTO dwar il-Biedja, li tikkostitwixxi sussidju għall-esportazzjoni kif definit minn dak il-Ftehim, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida. Bl-istess mod, l-għajnuna favur tali prodotti, li tikkostitwixxi appoġġ għall-finanzjament tal-esportazzjoni pprovdut minn gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO dwar il-Kompetizzjoni fl-Esportazzjoni tad-19 ta’ Diċembru 2015 (8), hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, jekk ma tkunx konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-paragrafu 15 ta’ dik id-Deċiżjoni dwar it-terminu massimu ta’ ripagament u l-awtofinanzjament.

(25)

Meta tivvaluta l-għajnuna li tingħata lil impriża li tkun soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti b’segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-ammont tal-għajnuna li jkun għad irid jiġi rkuprat (9). Dan ma japplikax għall-għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali u minn okkorrenzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-Trattat u għall-għajnuna għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali msemmija fil-punti (370) u (371) fil-Parti II, it-Taqsima 1.2.1.3.

(26)

L-Istati Membri huma mfakkra wkoll li s-sistema ta’ finanzjament, pereżempju permezz ta’ taxxi parafiskali, jenħtieġ li tiġi nnotifikata, meta din is-sistema tkun parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna (10).

(27)

Il-Kummissjoni se tivvaluta kwalunkwe miżura ta’ għajnuna li ma hijiex koperta minn dawn il-Linji Gwida jew permezz ta’ kwalunkwe regola rilevanti oħra ta’ għajnuna mill-Istat fuq bażi ta’ każ b’każ direttament skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), u l-Artikolu 107(3) tat-Trattat, filwaqt li tqis ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat, il-PAK u b’analoġija dawn il-Linji Gwida, meta jkun possibbli. L-Istati Membri li jinnotifikaw l-għajnuna mill-Istat mhux koperta minn dawn il-Linji Gwida se jkollhom juru li l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat kif stabbilit fil-Kapitolu 3 ta’ din il-Parti ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-Kummissjoni se tapprova tali miżuri biss jekk il-kontribut pożittiv għall-iżvilupp tas-settur ikun akbar b’mod ċar mir-riskji li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(28)

Sabiex l-għajnuna tingħata fl-Irlanda ta’ Fuq, meta miżura tkun teħtieġ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2115, trid tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti fin-notifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

2.3.   Regoli orizzontali u strumenti għall-għajnuna applikabbli għas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u għaż-żoni rurali

(29)

Fil-prinċipju, sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u minħabba x-xebh bejn l-impriżi attivi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali u impriżi oħrajn, l-istrumenti ġenerali tal-għajnuna mill-Istat li jistabbilixxu l-kriterji għall-kompatibbiltà tal-għajnuna huma applikabbli għas-setturi li huma koperti b’dawn il-Linji Gwida. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (11), il-Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (12), il-Linji Gwida tal-2022 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija (13), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-networks tal-broadband (14), il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (15), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għat-taħriġ soġġetta għal notifika individwali (16), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għat-taħriġ soġġetta għal notifika individwali (17) u l-istrumenti relatati ma’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (18).

(30)

L-istrumenti orizzontali msemmija fil-punt (29) japplikaw għall-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli sakemm dawn il-Linji Gwida ma jipprovdux regoli speċifiċi. Dawn il-Linji Gwida jipprevedu regoli speċifiċi relatati ma’ miżuri ta’ għajnuna ambjentali, bħall-għajnuna għall-impenji agroambjentali klimatiċi u tat-trattament xieraq tal-annimali (il-Parti II, it-Taqsimiet 1.1.4 u 1.1.5), l-għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (il-Parti II, it-Taqsima 1.1.6) u l-għajnuna għall-agrikoltura organika (il-Parti II, it-Taqsima 1.1.8). L-għajnuna għal investimenti biex jiġu segwiti objettivi ambjentali fil-qasam tal-produzzjoni agrikola primarja hija evalwata f’konformità mar-regoli stabbiliti fit-Taqsima 1.1.1.1 tal-Parti II. L-għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent favur impriżi attivi fl-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2022 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija. L-għajnuna għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika, fil-bijokarburanti u fis-sorsi tal-enerġiji rinnovabbli hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Parti II, il-Kapitoli 2 u 3, peress li tali għajnuna jenħtieġ li tkun konformi mal-Linji Gwida tal-2022 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija, sakemm din ma tkunx eżentata mill-obbligu ta’ notifika. Madankollu, l-għajnuna għall-investimenti marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja relatata mal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jew mal-produzzjoni ta’ bijokarburanti fuq l-azjendi tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm tali produzzjoni ma tkunx taqbeż il-konsum annwali medju ta’ karburanti jew ta’ enerġija tal-azjenda agrikola partikolari (il-Parti II, it-Taqsima 1.1.1.1).

(31)

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (19) ma japplikawx għall-għajnuna għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli primarji minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-settur. Madankollu, dawn japplikaw għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli sal-punt stabbilit f’dawn il-Linji Gwida.

(32)

Kemm ir-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll id-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi ta’ dawn il-Linji Gwida jaf ikunu jikkonċernaw impriżi attivi fis-settur tal-forestrija jew f’żoni rurali. Meta applikabbli, l-għajnuna lill-impriżi attivi fis-settur tal-forestrija jew fiż-żoni rurali tista’ wkoll tinstab kompatibbli skont il-kundizzjonijiet u f’konformità ma’ regoli ġenerali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat (b’mod partikolari, mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat, il-Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u l-Linji Gwida tal-2022 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija).

2.4.   Definizzjonijiet

(33)

Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida:

(1)

“bidwi attiv” tfisser bidwi kif iddeterminat minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu (20) f’konformità mal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(2)

“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(3)

“event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali” tfisser kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħal ġlata, maltempati u silġ, borra, xita bil-qliel jew persistenti, jew nixfa severa li jeqirdu, fil-każ tal-agrikoltura, aktar minn 30 % tal-medja tal-produzzjoni kkalkolata fuq il-bażi tal-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perjodu preċedenti ta’ ħames snin jew ta’ tmin snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa; fil-każ tal-forestrija, aktar minn 20 % tal-potenzjal tal-forestrija;

(4)

“konsulenza” tfisser konsulenza kompleta mogħtija fil-qafas tal-istess kuntratt;

(5)

“attività agrikola” tfisser attività kif iddeterminata minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(6)

“żona agrikola” tfisser kwalunkwe żona kif iddeterminata minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(7)

“azjenda agrikola” tfisser unità li tinkludi art, bini u faċilitajiet li jintużaw għall-produzzjoni agrikola primarja;

(8)

“prodott agrikolu” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, għajr il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(9)

“is-settur tal-agrikoltura” tfisser l-intrapriżi kollha attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli;

(10)

“sistemi agroforestali” tfisser sistemi tal-użu tal-art li fihom is-siġar jitkabbru flimkien ma’ agrikoltura fuq l-istess art;

(11)

“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;

(12)

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont gross tal-għajnuna espress bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposta oħra;

(13)

“skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu għajnuna li ma tkunx marbuta ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil waħda jew lil bosta impriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit;

(14)

“distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet kontraenti ma jvarjawx minn dawk li jkunu stabbiliti bejn intrapriżi indipendenti u ma fihom ebda element ta’ kollużjoni; kull tranżazzjoni li tirriżulta minn proċedura miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjoni titqies li tilħaq il-prinċipju tad-distakkament;

(15)

“miżuri ta’ bijosigurtà” tfisser ġestjoni u miżuri fiżiċi mfassla sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-tixrid ta’ mard lejn, minn u ġewwa fiha: (a) popolazzjoni ta’ annimali, jew (b) stabbiliment, żona, kompartiment, mezz tat-trasport jew kwalunkwe faċilità, bini jew post ieħor;

(16)

“ktieb tat-tnissil” tfisser il-ktieb tat-tnissil kif previst fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(17)

“Pjan Strateġiku tal-PAK” tfisser Pjan Strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(18)

“xogħlijiet kapitalizzati” tfisser xogħlijiet li jitwettqu mill-bidwi nnifsu jew mill-ħaddiema tiegħu, li permezz tagħhom jinħoloq attiv;

(19)

“skemi ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” tfisser skemi ta’ għajnuna relatati ma’ prattiki ta’ ġestjoni tal-art li jirriżultaw fiż-żieda tal-ħżin tal-karbonju fil-bijomassa ħajja, fil-materja organika mejta u fil-ħamrija billi jittejjeb il-qbid tal-karbonju u/jew jitnaqqas ir-rilaxx tal-karbonju fl-atmosfera;

(20)

“event katastrofiku” tfisser event mhux previst ta’ natura bijotika jew mhux bijotika li jiġi kkawżat minn azzjoni umana, li jwassal għal disturbi kbar fl-istrutturi forestali, u li eventwalment jikkawża dannu ekonomiku kbir lis-setturi tal-foresti;

(21)

“raggruppament” tfisser grupp ta’ impriżi indipendenti, inklużi intrapriżi ġodda, żgħar, medji u kbar, kif ukoll korpi konsultattivi jew organizzazzjonijiet ta’ riċerka li jkunu mfassla sabiex jistimolaw l-attività ekonomika/innovattiva billi jippromwovu interazzjonijiet intensivi, il-kondiviżjoni ta’ faċilitajiet u l-iskambju ta’ għarfien espert, kif ukoll jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-trasferiment tal-għarfien, in-networking u t-tixrid ta’ informazzjoni fost l-impriżi fir-raggruppament;

(22)

“miżuri ta’ kontroll u ta’ eradikazzjoni” tfisser miżuri rigward mard tal-annimali li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta formalment tifqigħa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, jew rigward pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi, li tkun ġiet rikonoxxuta formalment il-preżenza tagħhom minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru;

(23)

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju ngħata d-dritt ġuridiku li jirċievi l-għajnuna skont ir-reġim legali nazzjonali applikabbli;

(24)

“inċident ambjentali” tfisser okkorrenza speċifika ta’ tniġġis, kontaminazzjoni jew degradazzjoni fil-kwalità tal-ambjent, li tkun relatata ma’ event speċifiku u li tkun ta’ ambitu ġeografiku limitat, li teqred aktar minn 30 % tal-produzzjoni annwali medja tal-impriża attiva fis-settur tal-agrikoltura fil-perjodu preċedenti ta’ tliet snin, jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, bl-esklużjoni tal-ogħla entrata u ta’ dik l-aktar baxxa; fil-każ tal-forestrija, aktar minn 20 % tal-potenzjal tal-forestrija; ma tkoprix ir-riskji ambjentali ġenerali li ma humiex marbuta ma’ event speċifiku, bħat-tibdil fil-klima jew it-tniġġis tal-arja;

(25)

“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li jkun fih mill-anqas l-elementi li ġejjin: l-objettivi li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet tal-valutazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq il-valutazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-valutazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni interim u dak finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq il-valutazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli pubblikament;

(26)

“bhejjem mejta” tfisser annimali li jkunu nqatlu permezz tal-ewtanasja b’dijanjożi definita jew mingħajrha jew li jkunu mietu, inklużi annimali li twieldu mejta u li jkunu għadhom ma twildux, ġewwa farm jew ġewwa kwalunkwe bini jew matul it-trasport, iżda li ma nqatlux għall-konsum tal-bniedem;

(27)

“siġar li jikbru malajr” tfisser foresta b’newba qasira, fejn iż-żmien minimu qabel it-tqaċċit ma jistax ikun anqas minn 8 snin u ż-żmien massimu qabel it-tqaċċit ma jistax jeċċedi l-20 sena;

(28)

“skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema li qabel kienet teżisti fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, u li tissostitwixxiha;

(29)

“bijokarburant ibbażat fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf” tfisser bijokarburant prodott minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(30)

“oġġetti tal-ikel” tfisser oġġetti tal-ikel li ma humiex prodotti agrikoli u li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24);

(31)

“foresta” tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettaru b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kanupew li jkopri aktar minn 10 %, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ u ma tinkludix art li hija prinċipalment taħt użu ta’ art agrikola jew urbana, jew; foresta kif definita u applikata minn Stat Membru jew minn reġjun fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tas-sistema tal-inventarju eżistenti u kif ipprovduta lill-Kummissjoni fin-notifika; u, meta tkun relatata ma’ intervent għall-iżvilupp rurali, kif previst fil-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(32)

“ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku tkun ġiet provduta fil-forma ta’ għotja lill-benefiċjarju, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra;

(33)

“għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc jew għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(34)

“assi intanġibbli” tfisser assi li ma għandhomx forma fiżika jew finanzjarja bħalma huma l-privattivi, il-liċenzji, l-għarfien espert jew proprjetà intellettwali oħra;

(35)

“speċijiet aljeni invażivi” tfisser speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni u speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istati Membri kif definit fl-Artikolu 3(3) u 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(36)

“intrapriżi kbar” tfisser intrapriżi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472 (26);

(37)

“swieq lokali” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

swieq f’raġġ ta’ 75 km mill-farm fejn joriġina l-prodott, li fih iridu jitwettqu l-attivitajiet ta’ proċessar u bejgħ lill-klijent finali;

(b)

swieq li għalihom l-Istati Membri jistabbilixxu definizzjoni alternattiva konvinċenti, li ma jaqbżux raġġ ta’ 100 km;

(38)

“kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli” tfisser li prodott jitqiegħed jew jiġi espost bil-ħsieb ta’ bejgħ, jiġi offrut għall-bejgħ, jiġi kkonsenjat jew kwalunkwe mod ieħor ta’ tqegħid fis-suq, ħlief l-ewwel bejgħ minn bidwi lil rivendituri jew proċessuri u kull attività ta’ preparazzjoni ta’ prodott għal dan l-ewwel bejgħ; bejgħ minn produttur primarju lill-konsumaturi finali jitqies bħala kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli jekk iseħħ f’bini jew f’faċilitajiet separati riżervati għal dak l-għan;

(39)

“fond mutwu” tfisser skema akkreditata minn Stat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għall-bdiewa affiljati, detenturi tal-foresti u maniġers tal-foresti sabiex jassiguraw lilhom infushom, fejn il-pagamenti kumpensatorji jsiru lill-bdiewa affiljati, detenturi tal-foresti u maniġers tal-foresti li jesperjenzaw telf ekonomiku;

(40)

“investiment mhux produttiv” tfisser investiment li ma jwassalx għal żieda sinifikanti fil-valur jew fil-profittabbiltà tal-azjenda agrikola;

(41)

“operazzjonijiet qabel l-ipproċessar industrijali” tfisser qtugħ, separazzjoni, strippaġġ, ħżin, trattament protettiv u tnixxif tal-injam u l-operazzjonijiet l-oħra kollha ta’ ħidma qabel l-isserrar industrijali tal-injam f’impjant tal-isserrar; kif ukoll l-isserrar fejn il-kapaċità massima għall-isserrar hija ta’ input ta’ 20 000 m3 injam tond għall-isserrar fis-sena;

(42)

“event klimatiku avvers ieħor” tfisser kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevoli li ma jikkostitwixxux event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali;

(43)

“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat;

(44)

“pest tal-pjanti” tfisser kwalunkwe speċi, razza jew bijotip ta’ pjanta, ta’ annimal jew ta’ aġent patoġeniku li jagħmel ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti;

(45)

“miżuri ta’ prevenzjoni” tfisser miżuri rigward mard tal-annimali, pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi li jkunu għadhom ma seħħewx;

(46)

“produzzjoni agrikola primarja” tfisser il-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħamrija u tat-trobbija tal-bhejjem, li huma elenkati fl-Anness I tat-Trattat, mingħajr it-twettiq ta’ kwalunkwe operazzjoni ulterjuri li tbiddel in-natura ta’ dawn il-prodotti;

(47)

“ipproċessar ta’ prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, ħlief attivitajiet fuq il-farm meħtieġa għat-tħejjija ta’ prodott tal-annimali jew tal-pjanti għall-ewwel bejgħ;

(48)

“grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi” tfisser grupp jew organizzazzjoni stabbiliti għall-fini ta’ mill-inqas raġuni waħda minn dawn:

(a)

l-adattament tal-produzzjoni u l-output tal-produtturi li huma membri tal-grupp jew l-organizzazzjoni ta’ produtturi skont ir-rekwiżiti tas-suq;

(b)

it-tqegħid konġunt ta’ oġġetti fis-suq, inkluża l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lil xerrejja bl-ingrossa;

(c)

l-istabbiliment ta’ regoli komuni dwar l-informazzjoni fuq il-produzzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-ħsad u d-disponibbiltà;

(d)

attivitajiet oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi jew minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi, bħall-iżvilupp ta’ ħiliet kummerċjali u ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-organizzazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-proċessi ta’ innovazzjoni, il-ġestjoni konġunta tal-art tal-membri, u l-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni u tekniki ta’ produzzjoni ambjentalment sani u ta’ prattiki u tekniki tajbin għat-trattament xieraq tal-annimali;

(49)

“annimal protett” tfisser kwalunkwe annimal protett jew mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew minn dik nazzjonali, inklużi speċijiet ta’ annimali li għalihom il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi regoli speċifiċi sabiex tiġi ppreservata l-popolazzjoni;

(50)

“avvanz ripagabbli” tfisser għoti ta’ self għal proġett li jitħallas f’pagament wieħed jew aktar, u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu fuq l-eżitu tal-proġett;

(51)

“organizzazzjoni ta’ riċerka u tixrid tal-għarfien” tfisser entità (bħal universitajiet jew istituti ta’ riċerka, aġenziji ta’ trasferiment tat-teknoloġija, intermedjarji tal-innovazzjoni, entitajiet kollaborattivi fiżiċi u/jew virtwali orjentati lejn ir-riċerka), irrispettivament mill-istatus legali tagħha jew mod ta’ finanzjament tagħha, bil-għan primarju li twettaq riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp esperimentali b’mod indipendenti, kif definit fil-Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, jew li tqassam b’mod mifrux ir-riżultati ta’ tali attivitajiet permezz ta’ tagħlim, pubblikazzjoni jew trasferiment tal-għarfien; meta tali entità twettaq ukoll attivitajiet ekonomiċi, il-finanzjament, il-kostijiet u d-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi jridu jitqiesu b’mod separat. Impriżi li jistgħu jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq entità bħal din, pereżempju fil-kapaċità tagħhom bħala azzjonisti jew membri, ma jistgħux igawdu aċċess preferenzjali għar-riżultati ġġenerati minnha;

(52)

“katina tal-provvista qasira” tfisser katina tal-provvista li tinvolvi għadd limitat ta’ operaturi ekonomiċi, li huma impenjati għall-kooperazzjoni, għall-iżvilupp ekonomiku lokali, u għal relazzjonijiet ġeografiċi u soċjali mill-qrib bejn il-produtturi, il-proċessuri u l-konsumaturi;

(53)

“infrastruttura fuq skala żgħira” tfisser infrastruttura b’kostijiet eliġibbli limitati għal EUR 2 miljun;

(54)

“operatur żgħir” tfisser mikrointrapriża kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 (27), jew persuna fiżika mhux impenjata f’attività ekonomika fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna;

(55)

“gżejjer minuri tal-Eġew” tfisser il-gżejjer minuri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

(56)

“SMEs” jew “intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” tfisser intrapriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472;

(57)

“bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett jew l-attività” tfisser jew il-bidu tal-attivitajiet, jew il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni marbuta mal-investiment, skont liema minnhom jinbdew l-ewwel, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti sabiex jiġi ordnat apparat jew jiġu impjegati servizzi jew kull impenn ieħor li permezz tiegħu, il-proġett jew l-attività jsiru irriversibbli; ix-xiri ta’ art u xogħlijiet preparatorji bħalma huma l-kisba ta’ permessi u t-twettiq ta’ studji ta’ fattibbiltà ma humiex ikkunsidrati bħala l-bidu ta’ xogħlijiet jew attività; ix-xiri ta’ art imsemmi fil-punt (153)(a) u fil-punt (502)(c), meta l-kostijiet eliġibbli għax-xiri tal-art ikun daqs 100 % tal-kostijiet eliġibbli tal-investiment, jitqies li huwa l-bidu tax-xogħlijiet fuq proġett jew attività;

(58)

“ġestjoni sostenibbli tal-foresti” tfisser it-tmexxija u l-użu tal-artijiet tal-foresti b’mod u b’rata li jżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jiġu ssodisfati, attwalment u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, f’livell lokali, nazzjonali u dinji, u mingħajr ma jikkawżaw ħsara lil ekosistemi oħrajn;

(59)

“assi tanġibbli” tfisser assi li jikkonsistu f’art, binjiet u impjanti, makkinarju u tagħmir;

(60)

“kost ta’ tranżazzjoni” tfisser kost addizzjonali marbut mat-twettiq ta’ impenn, iżda li ma jkunx direttament attribwibbli għall-implimentazzjoni tiegħu jew ma jkunx inkluż fil-kostijiet jew fid-dħul mitluf li jiġu kkumpensati direttament, u li jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi ta’ kost standard;

(61)

“kostijiet tal-ittestjar għall-Enċefalopatija Sponġiformi Trażmissibbli (TSE) u għall-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina (BSE)” tfisser il-kostijiet kollha, inklużi dawk għall-kits għall-ittestjar u għat-teħid, it-trasport, l-ittestjar, il-ħżin u l-qerda ta’ kampjuni, li jkunu meħtieġa għall-kampjunar u għall-ittestjar fil-laboratorju f’konformità mal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

(62)

“siġar għat-tkabbir ta’ msaġar b’rotazzjoni qasira” tfisser speċijiet ta’ siġar tal-kodiċi NM 06 02 9041 li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri, li jikkonsistu minn għelejjel perenni tal-injam, fejn ir-riżomi jew iz-zkuk tagħhom jibqgħu fl-art wara l-ħsad, bi friegħi ġodda li jikbru fl-istaġun ta’ wara u b’ċiklu massimu tal-ħsad li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri;

(63)

“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà;

(64)

“standard tal-Unjoni” tfisser standard obbligatorju stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jistabbilixxi l-livell li impriżi individwali jridu jiksbu, b’mod partikolari fir-rigward tal-ambjent, tal-iġjene u tat-trattament xieraq tal-annimali; għaldaqstant, standards jew miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni li huma vinkolanti għall-Istati Membri iżda mhux għal impriżi individwali ma jitqisux bħala standards tal-Unjoni;

(65)

“bidwi żgħażugħ” tfisser bidwi kif iddeterminat minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(66)

għall-finijiet tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u fil-forestrija:

(a)

“konservazzjoni in situ” fl-agrikoltura tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku fl-ekosistemi u fil-ħabitats naturali u ż-żamma u l-irkupru ta’ popolazzjoni vijabbli ta’ speċi jew razez selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom, u fil-każ ta’ razez tal-annimali domestikati jew speċi ta’ pjanti kkultivati, fl-ambjent tat-trobbija fejn ikunu żviluppaw il-proprjetajiet distinti tagħhom;

(b)

“konservazzjoni in situ” fil-forestrija tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku fl-ekosistemi u fil-ħabitats naturali u ż-żamma u l-irkupru ta’ popolazzjoni vijabbli ta’ speċi fl-ambjent naturali tagħhom;

(c)

“konservazzjoni f’azjenda fil-farm jew fil-foresta” tfisser il-konservazzjoni u l-iżvilupp in situ fil-livell ta’ azjenda agrikola jew forestali;

(d)

“konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura jew għall-forestrija barra mill-ħabitat naturali tiegħu;

(e)

“ġbir ex situ” tfisser il-ġabra ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura jew għall-forestrija miżmum barra mill-ħabitat naturali tiegħu.

2.5.   Għajnuna notifikabbli

(34)

Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. L-Istati Membri ma jridux idaħħlu fis-seħħ il-miżura proposta qabel ma l-proċedura ta’ notifika msemmijia fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat tkun irriżultat f’deċiżjoni finali, bl-eċċezzjoni tal-miżuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2472.

(35)

L-għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna tibqa’ soġġetta għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk l-għajnuna tkun taqbeż dawn il-livelli limitu tan-notifika li ġejjin:

(a)

għal għajnuna individwali għal investiment għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli skont it-Taqsima 1.1.1.3 tal-Parti II: il-kostijiet eliġibbli li jaqbżu l-EUR 25 miljun, jew meta l-ekwivalenti ta’ għotja gross tkun taqbeż it-EUR 12-il miljun;

(b)

għall-għajnuna għall-kampanji ta’ promozzjoni skont it-Taqsima 1.3.4 tal-Parti II: kampanji ta’ promozzjoni b’baġit annwali li jaqbeż il-EUR 5 miljun.

KAPITOLU 3

Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat

(36)

Abbażi tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tqis kompatibbli mas-suq intern l-għajnuna mill-Istat li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi, meta din l-għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(37)

Konsegwentament, sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat għall-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali tistax titqies kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni se tiddetermina jekk il-miżura ta’ għajnuna tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ ċerta attività ekonomika (l-ewwel kundizzjoni) u jekk taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni (it-tieni kundizzjoni).

(38)

F’din it-Taqsima, il-Kummissjoni tiċċara kif se twettaq il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà. Hija tistabbilixxi kundizzjonijiet ġenerali ta’ kompatibilità, u fejn ikun applikabbli, tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għal skemi ta’ għajnuna u kundizzjonijiet addizzjonali għall-għajnuna individwali li hija soġġetta għall-obbligu ta’ notifika.

(39)

Sabiex tagħmel il-valutazzjoni msemmija fil-punt (37), il-Kummissjoni tqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

L-ewwel kundizzjoni: l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika:

(i)

identifikazzjoni tal-attività ekonomika kkonċernata (it-Taqsima 3.1.1);

(ii)

effett ta’ inċentiv: l-għajnuna trid tbiddel l-imġiba tal-impriża/i kkonċernata/i b’tali mod li din tidħol għal attività addizzjonali, li mingħajr l-għajnuna ma kinitx tagħmel jew li kieku tagħmel b’mod ristrett jew differenti (it-Taqsima 3.1.2);

(iii)

l-għajnuna ma tiksirx id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali rilevanti tad-dritt tal-Unjoni (it-Taqsima 3.1.3).

(b)

It-tieni kundizzjoni: l-għajnuna ma taffettwax indebitament il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni:

(i)

ħtieġa għal intervent mill-Istat: il-miżura ta’ għajnuna trid toħloq titjib materjali li s-suq ma jistax jipprovdi waħdu, pereżempju billi jiġi rrimedjat falliment tas-suq jew jiġi indirizzat tħassib dwar l-ekwità jew il-koeżjoni fejn applikabbli (it-Taqsima 3.2.1);

(ii)

adegwatezza tal-miżura ta’ għajnuna: il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument ta’ politika xieraq sabiex jiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika (it-Taqsima 3.2.2);

(iii)

proporzjonalità tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-bżonn minimu): l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ sabiex jinduċi l-investiment jew l-attività addizzjonali mill-impriża/i kkonċernata/i (it-Taqsima 3.2.3);

(iv)

trasparenza tal-għajnuna: l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti u għall-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-għajnuna li tingħata fil-qafas tagħhom (it-Taqsima 3.2.4);

(v)

evitar ta’ effetti negattivi avversi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (it-Taqsima 3.2.5);

(vi)

jitqiesu l-effetti pożittivi u negattivi li l-għajnuna jista’ jkollha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri (test tal-ibbilanċjar) (it-Taqsima 3.2.6).

(40)

Il-bilanċ kumplessiv ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi jista’ jiġi soġġett ukoll għal rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post kif deskritt fil-punti (639) sa (645). F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tillimita d-durata ta’ dawk l-iskemi (normalment għal erba’ snin jew anqas) bil-possibbiltà li terġa’ tinnotifika l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tagħhom wara dan.

(41)

Dawn il-kriterji ġenerali ta’ kompatibbiltà japplikaw għall-għajnuna kollha koperta minn dawn il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux previsti derogi fit-Taqsimiet 3.1 u 3.2 ta’ din il-Parti, minħabba kunsiderazzjonijiet partikolari applikabbli fis-settur tal-agrikoltura.

3.1.   L-ewwel kundizzjoni: l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika

3.1.1.   Attività ekonomika megħjuna

(42)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tidentifika liema attività ekonomika se tkun appoġġata mill-miżura notifikata.

(43)

L-Istat Membru jrid juri li l-għajnuna għandha l-għan li tiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika identifikata.

(44)

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiddeskrivu wkoll jekk u, jekk iva, kif l-għajnuna se tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-PAK u fi ħdan dik il-politika għall-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/2115 u jiddeskrivu b’mod aktar speċifiku l-benefiċċji mistennijin tal-għajnuna.

(45)

Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna favur il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u tal-kriżjiet mogħtija f’konformità mal-Parti II, it-Taqsima 1.2 ta’ dawn il-Linji Gwida tista’ tiffaċilita l-iżvilupp tal-attività jew taż-żona ekonomika identifikata, peress li mingħajr għajnuna, tali żvilupp ma jistax isir bl-istess mod.

Kundizzjonijiet addizzjonali għal għajnuna individwalment notifikabbli abbażi ta’ skema

(46)

Meta tagħti l-għajnuna għal proġetti ta’ investiment individwalment notifikabbli abbażi ta’ skema msemmija fil-punt (35), l-awtorità awtorizzanti trid turi li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-objettivi tal-iskema u li b’hekk jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jirreferu għall-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-għajnuna, fejn iridu jiġu deskritti l-effetti pożittivi tal-investiment.

3.1.2.   L-effett ta’ inċentiv

(47)

L-għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali tista’ biss titqies kompatibbli mas-suq intern jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Effett ta’ inċentiv jeżisti meta l-għajnuna tbiddel l-imġiba ta’ impriża b’tali mod li din tkun involuta f’attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur li ma kinitx tkun involuta fiha mingħajr l-għajnuna jew li fiha kienet tkun involuta biss b’mod ristrett jew differenti. Madankollu, l-għajnuna ma għandhiex tissussidja l-kostijiet ta’ attività li impriża xorta waħda kienet iġġarrab u ma għandhiex tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali ta’ attività ekonomika.

(48)

Sakemm l-eċċezzjonijiet ma jkunux stipulati b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew f’dawn il-Linji Gwida, il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li huma sempliċiment maħsuba sabiex itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi iżda li bl-ebda mod ma jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur, u b’mod partikolari għajnuna li tingħata biss fuq il-bażi tal-prezz, il-kwantità, l-unità ta’ produzzjoni jew l-unità tal-mezzi ta’ produzzjoni jitqiesu li jikkostitwixxu għajnuna operattiva li hija inkompatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, fis-sustanza tagħha, għajnuna bħal din aktarx li xxekkel ukoll il-mekkaniżmi li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-suq intern.

(49)

L-għajnuna mogħtija skont il-Parti II, it-Taqsimiet 1.2 u 2.8.5 jenħtieġ li tkun limitata għal għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija li jiffaċċjaw diversi diffikultajiet minkejja li jkunu wettqu sforzi raġonevoli sabiex jimminimizzaw dawn ir-riskji. L-għajnuna mill-Istat ma għandux ikollha bħala effett li tħajjar lil impriżi jieħdu riskju bla bżonn. Jenħtieġ li l-impriżi attivi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija jġarrbu huma stess il-konsegwenzi ta’ għażliet mhux prudenti ta’ metodi ta’ produzzjoni jew prodotti.

(50)

Għar-raġunijiet spjegati fil-punt (47), il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna ma tippreżentax inċentiv għall-benefiċjarju kull meta l-ħidma fuq il-proġett jew l-attività rilevanti tkun diġà bdiet qabel ma l-benefiċjarju jkun applika għall-għajnuna mingħand l-awtoritajiet nazzjonali.

(51)

L-applikazzjoni għall-għajnuna trid tinkludi tal-anqas l-isem tal-applikant u d-daqs tal-impriża, deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inkluż il-post u d-dati ta’ bidu u tat-tmiem tagħhom, l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa sabiex jitwettqu u l-kostijiet eliġibbli.

(52)

Barra minn hekk, fl-applikazzjoni, l-intrapriżi l-kbar iridu jiddeskrivu s-sitwazzjoni mingħajr l-għajnuna, liema sitwazzjoni ssir referenza għaliha bħala x-xenarju kontrofattwali jew bħala proġett jew attività alternattiva, u għandhom jissottomettu evidenza dokumentata li tappoġġa x-xenarju kontrofattwali deskritt fl-applikazzjoni. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-muniċipalitajiet, li huma awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u ta’ anqas minn 5 000 abitant.

(53)

Meta tirċievi applikazzjoni, l-awtorità awtorizzanti trid twettaq kontroll tal-kredibbiltà tax-xenarju kontrofattwali u tikkonferma li l-għajnuna għandha l-effett ta’ inċentiv meħtieġ. Xenarju kontrofattwali jkun kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju jieħu d-deċiżjoni dwar il-proġett jew l-attività kkonċernata.

(54)

L-għajnuna fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa titqies li għandha effett ta’ inċentiv, jekk l-iskema ta’ għajnuna tistabbilixxi dritt għall-għajnuna f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u mingħajr aktar eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru u jekk l-iskema ta’ għajnuna tkun ġiet adottata u fis-seħħ qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Ir-rekwiżit tal-aħħar ma japplikax fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi, sakemm l-attività ma kinitx diġà koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa.

(55)

B’deroga mill-punti (50) sa (54), il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin ma humiex meħtieġa li jkollhom effett ta’ inċentiv jew jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv:

(a)

skemi ta’ għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art f’konformità mal-Parti II, it-Taqsima 1.3.6 u t-Taqsima 2.9.2 u skemi ta’ għajnuna b’objettivi ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi f’konformità mal-Parti II, it-Taqsima 2.8 u meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-iskema tal-għajnuna tkun tistabbilixxi dritt għall-għajnuna f’konformità mal-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċitar ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru;

(ii)

l-iskema ta’ għajnuna tiġi adottata u tidħol fis-seħħ qabel ma l-benefiċjarju jġarrab l-kostijiet eliġibbli skont il-Parti II, it-Taqsimiet 1.3.6, 2.8 u 2.9.2;

(iii)

l-iskema tal-għajnuna tkopri biss lill-SMEs;

(b)

għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji f’konformità mal-Parti II, it-Taqsima 1.1.6;

(c)

għajnuna għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn f’konformità mat-Taqsima 1.1.7 tal-Parti II;

(d)

għajnuna għal azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-agrikoltura f’konformità mat-Taqsima 1.1.10.1 tal-Parti II li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni għal għadd mhux definit ta’ benefiċjarji;

(e)

għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkaġunata minn diżastri naturali jew minn okkorrenzi eċċezzjonali f’konformità mat-Taqsima 1.2.1.1 tal-Parti II;

(f)

għajnuna li tikkumpensa l-ħsara li jikkaġunaw eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali f’konformità mat-Taqsima 1.2.1.2 tal-Parti II;

(g)

għajnuna li tikkumpensa l-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni ta’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u għat-telf ikkaġunat minn dak il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti f’konformità mat-Taqsima 1.2.1.3 tal-Parti II;

(h)

għajnuna sabiex tkopri l-kostijiet tat-tneħħija u tal-qerda ta’ stokk mitluf f’konformità mat-Taqsima 1.2.1.4 tal-Parti II;

(i)

għajnuna sabiex tikkumpensa d-danni kkawżati minn annimali protetti f’konformità mat-Taqsima 1.2.1.5 tal-Parti II;

(j)

għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara fil-foresti kkaġunata minn annimali regolati mil-liġi f’konformità mat-Taqsima 2.8.5 tal-Parti II;

(k)

għajnuna għal azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-forestrija f’konformità mat-Taqsima 2.4 tal-Parti II li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni għal għadd mhux definit ta’ benefiċjarji;

(l)

għajnuna għall-investimenti favur il-konservazzjoni ta’ wirt kulturali u naturali fl-impriża agrikola f’konformità mal-Parti II, it-Taqsima 1.1.1.2, għajr għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment;

(m)

għajnuna għall-promozzjoni ta’ miżuri f’konformità mal-punt (468) (b), (c) u (d);

(n)

għajnuna sabiex tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali tat-trasport f’konformità mal-punti (480) u (481);

(o)

għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija f’konformità mal-Parti II, it-Taqsima 1.3.7 u t-Taqsima 2.9.1;

(p)

għajnuna għar-restawr ta’ dannu lil foresti minn nirien, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi, pesti tal-pjanti, mard tal-annimali, eventi katastrofiċi u eventi marbutin mat-tibdil fil-klima f’konformità mat-Taqsima 2.1.3 tal-Parti II;

(q)

għajnuna għall-kostijiet ta’ trattament u għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-organiżmi ta’ ħsara u l-mard tas-siġar u għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkaġunata minn organiżmi ta’ ħsara u l-mard tas-siġar f’konformità mal-Parti II, it-Taqsima 2.8.1.

Kundizzjonijiet addizzjonali għal għajnuna għall-investiment individwalment notifikabbli

(56)

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima, għall-għajnuna għall-investiment individwalment notifikabbli, l-Istat Membru jrid jipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna effettivament għandha impatt fuq l-għażla tal-investiment. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istat Membru ma jridx jipprovdi biss l-informazzjoni dwar il-proġett megħjun iżda anki deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali, li fih l-ebda awtorità pubblika ma tagħti xi għajnuna lill-benefiċjarju.

(57)

L-Istati Membri huma mistiedna jibbażaw fuq dokumenti ġenwini u uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskji, inkluża l-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi għall-post, rapporti finanzjarji, pjanijiet operazzjonali interni, opinjonijiet esperti u studji oħrajn relatati mal-proġett ta’ investiment li jkun qiegħed jiġi vvalutat. Dawk id-dokumenti jeħtieġ li jkunu kontemporanji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment jew dwar il-post tiegħu. Dokumenti ta’ tagħrif dwar tbassir tad-domanda, tbassir tal-kostijiet, tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lill-kumitat ta’ investiment u li jelaboraw fuq diversi xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jistgħu jgħinu lill-Istati Membri juru l-effett ta’ inċentiv.

(58)

F’dan il-kuntest, il-livell ta’ profittabbiltà jista’ jiġi evalwat bl-użu ta’ metodoloġiji li huma prattika standard fis-settur ikkonċernat, u li jistgħu jinkludu metodi għall-evalwazzjoni tal-valur preżenti nett (VPN) (29) tal-proġett, tar-rata ta’ redditu interna (IRR) (30) jew tar-redditu medju fuq il-kapital investit (ROCE). Il-profittabbiltà tal-proġett trid titqabbel mar-rati normali ta’ redditu applikati mill-benefiċjarju fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ natura simili. Meta dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profittabbiltà tal-proġett għandha titqabbel mal-kost tal-kapital tal-impriża kollha kemm hi jew mar-rati ta’ redditu komuni osservati fis-settur ikkonċernat.

(59)

Meta ma jkun magħruf l-ebda xenarju kontrofattwali speċifiku, l-effett ta’ inċentiv jista’ jiġi preżunt meta jkun hemm diskrepanza fil-finanzjament. Jiġifieri meta l-kostijiet tal-investiment jaqbżu l-VPN tal-profitti operatorji mistennija tal-investiment abbażi ta’ pjan ta’ negozju ex ante.

(60)

Jekk l-għajnuna ma tibdilx l-imġiba tal-benefiċjarju billi tħeġġeġ investiment addizzjonali, din ma jkollha l-ebda effett pożittiv għall-iżvilupp tas-settur ikkonċernat. Għalhekk, l-għajnuna ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern jekk ikun jidher li l-istess investiment xorta jkun jista’ jitwettaq anke mingħajr għajnuna.

3.1.3.   L-ebda ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni

(61)

Jekk miżura ta’ għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet mehmużin magħha, inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta dan jifforma parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat, jew l-attività li tiffinanzja jkunu jinvolvu ksur tad-dritt tal-Unjoni rilevanti, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (31).

(62)

Minħabba l-ispeċifiċità tas-settur tal-agrikoltura (32), għalkemm ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma ġeneralment applikabbli għal dan is-settur, l-applikazzjoni tagħhom xorta tibqa’ soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti tal-ewwel pilastru tal-PAK. Fi kliem ieħor, ir-rikors tal-Istati Membri għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat ma jistax jieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (33). Għalhekk, il-Kummissjoni mhux se tawtorizza għajnuna mill-Istat li tkun inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq jew li tfixkel il-funzjonament xieraq tal-organizzazzjoni komuni.

(63)

Barra minn hekk, l-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern meta l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu għall-impriża benefiċjarja li tuża prodotti jew servizzi nazzjonali, kif ukoll għal għajnuna li tillimita l-possibbiltà għall-impriża benefiċjarja li tisfrutta r-riżultati tar-riċerka, tal-żvilupp u tal-innovazzjoni fi Stati Membri oħra.

(64)

Il-Kummissjoni ma hijiex se tawtorizza għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lil pajjiżi terzi jew lil Stati Membri li jkunu marbutin direttament mal-kwantitajiet esportati, għajnuna li tkun kontinġenti fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi fuq dawk importati, jew għajnuna sabiex jiġi stabbilit u jitħaddem network ta’ distribuzzjoni jew sabiex tiġi koperta xi nefqa oħra marbuta mal-attivitajiet ta’ esportazzjoni. Għajnuna għall-ispiża tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, jew għal studji jew għal servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid, fil-prinċipju ma tikkostitwix għajnuna għall-esportazzjoni.

3.2.   It-tieni kundizzjoni: l-għajnuna ma taffettwax indebitament il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni

(65)

Skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli, “basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

(66)

Din it-Taqsima tistabbilixxi l-metodu tal-eżerċitar tad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni fit-twettiq tal-valutazzjoni skont it-tieni kundizzjoni tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà msemmija fil-punt (39)(b).

(67)

Min-natura tagħha stess, kwalunkwe miżura ta’ għajnuna tiġġenera distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u jkollha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, sabiex jiġi stabbilit jekk l-effetti ta’ distorsjoni tal-għajnuna jkunux limitati għall-minimu, il-Kummissjoni tivverifika jekk l-għajnuna tkunx meħtieġa, xierqa, proporzjonata u trasparenti.

(68)

Imbagħad, il-Kummissjoni tivvaluta l-effett ta’ distorsjoni tal-għajnuna inkwistjoni fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. Il-Kummissjoni mbagħad tibbilanċja l-effetti pożittivi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Meta l-effetti pożittivi jegħlbu l-effetti negattivi, il-Kummissjoni tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli.

(69)

Il-konformità tal-għajnuna mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3.2.1 sa 3.2.5 ta’ dan il-Kapitolu trid titqies fil-kuntest speċifiku tal-PAK.

3.2.1.   Il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat

(70)

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex meħtieġa sabiex jintlaħaq l-eżitu maħsub, l-ewwel huwa meħtieġ li tiġi ddijanjostikata l-problema. L-għajnuna mill-Istat trid tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista’ ġġib magħha żvilupp materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jġib waħdu, pereżempju billi tirrimedja falliment tas-suq għall-attività megħjuna jew l-investiment inkwistjoni. Tabilħaqq, miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti tas-suq u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u jsaħħu l-kompetittività.

(71)

Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-suq ma huwiex qiegħed iwassal l-objettivi mistennija mingħajr l-intervent tal-Istat fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Parti I. Għalhekk, jenħtieġ li tali għajnuna titqies bħala meħtieġa.

3.2.2.   Adegwatezza tal-għajnuna

(72)

Il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument ta’ politika adegwat sabiex jiġi indirizzat l-objettiv ta’ politika kkonċernat. Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li jista’ jkun hemm strumenti oħrajn li jkunu aktar adattati bħal regolamenti, strumenti bbażati fuq is-suq, l-iżvilupp tal-infrastruttura u t-titjib fl-ambjent tan-negozju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. Għal dak l-għan, l-Istat Membru jeħtieġlu juri li l-għajnuna u t-tfassil tagħha huma xierqa sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-miżura li għaliha tkun immirata l-għajnuna.

Adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi

(73)

Dwar l-għajnuna mogħtija fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija, li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet rilevanti tal-Parti II, il-Kummissjoni tqis li din hi strument tal-politika xieraq.

(74)

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jdaħħal fis-seħħ miżura tal-għajnuna simili għal dik tal-iżvilupp rurali ffinanzjata esklussivament minn fondi nazzjonali, meta fl-istess ħin l-istess intervent huwa previst fil-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK, l-Istat Membru jenħtieġ li juri l-vantaġġi ta’ tali strument tal-għajnuna nazzjonali meta mqabbel mal-intervent tal-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat.

Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna

(75)

L-għajnuna tista’ tingħata f’diversi forom. Madankollu jenħtieġ li l-Istat Membru jiżgura li l-għajnuna tingħata fil-forma li hija l-aktar probabbli li tiġġenera l-anqas distorsjonijiet fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni.

(76)

Meta tkun prevista formola speċifika għal miżura tal-għajnuna kif deskritt fil-Parti II, din il-formola titqies xierqa bħala strument tal-għajnuna xieraq għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida.

(77)

Meta l-għajnuna tingħata lill-benefiċjarju aħħari fil-forma ta’ servizz sussidjat, jiġifieri indirettament, in natura, u titħallas lil fornitur tas-servizz jew tal-attività inkwestjoni, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat kif stipulat f’din il-Parti u l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ dawn il-Linji Gwida japplikaw għall-benefiċjarju aħħari.

(78)

Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mogħtija fil-forma prevista fl-interventi rispettivi għall-iżvilupp rurali, ikkofinanzjata mill-FAEŻR jew mogħtija bħala finanzjament addizzjonali għal tali interventi kofinanzjati għall-iżvilupp rurali, hija strument xieraq ta’ għajnuna.

(79)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment li ma hijiex inkluża fil-Pjan Strateġiku tal-PAK jew bħala finanzjament addizzjonali għal tali intervent għall-iżvilupp rurali, fejn l-għajnuna tingħata f’forom li jipprovdu vantaġġ finanzjarju dirett (pereżempju għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f’imposti obbligatorji oħrajn, eċċ.), l-Istat Membru jrid juri għaliex forom ta’ għajnuna oħra li potenzjalment joħolqu anqas distorsjoni, bħall-ħlas bil-quddiem ripagabbli jew bħal forom ta’ għajnuna li huma bbażati fuq strumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità (pereżempju, self b’imgħax baxx jew rifużjonijiet tal-imgħax, garanziji tal-Istat, jew forniment alternattiv ta’ kapital b’termini favorevoli), huma anqas adegwati.

(80)

Fir-rigward tal-miżuri tal-forestrija msemmija fit-Taqsima 2.8 tal-Parti II, l-Istati Membri jridu juru li l-objettivi ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi li qegħdin jimmiraw għalihom ma jistgħux jintlaħqu bil-miżuri tal-forestrija li jixbhu lil dawk tal-iżvilupp rurali msemmija fil-Kapitoli 2.1 sa 2.7 tal-Parti II.

(81)

Fil-każ ta’ diversi kategoriji ta’ għajnuna bħall-għajnuna għall-kostijiet tal-attivitajiet ta’ riċerka tas-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodotti u għall-preparazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ skemi tal-kwalità, l-għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni, l-għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza, l-għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni fuq l-azjendi agrikoli, l-għajnuna għal miżuri promozzjonali, l-għajnuna sabiex tikkumpensa l-kostijiet tal-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali, il-pesti tal-pjanti u l-ispeċi aljeni invażivi u l-għajnuna għas-settur tal-bhejjem, l-għajnuna trid tingħata lill-benefiċjarji finali tal-għajnuna permezz ta’ servizzi sussidjati. F’dawn il-każijiet l-għajnuna titħallas lill-fornitur tas-servizz jew l-attività inkwistjoni.

(82)

Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mas-suq intern hija mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku u għall-prinċipji ta’ trasparenza u ftuħ u n-nondiskriminazzjoni fil-proċess ta’ għażla ta’ fornitur tas-servizzi.

3.2.3.   Proporzjonalità tal-għajnuna

(83)

L-għajnuna hija kkunsidrata bħala proporzjonata jekk l-ammont ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju jkun limitat għall-minimu meħtieġ sabiex titwettaq l-attività megħjuna.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna u l-ammonti massimi tal-għajnuna

(84)

Fil-prinċipju, sabiex l-għajnuna tkun proporzjonata, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli għal inċentivi ambjentali jew għal inċentivi pubbliċi oħrajn li huma previsti b’mod espliċitu fit-Taqsimiet 1.2.2, 2.1.4 u 2.3 tal-Parti II.

(85)

Sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, il-Kummissjoni tapplika intensitajiet massimi tal-għajnuna għal għajnuna. Meta l-intensità massima tal-għajnuna ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, pereżempju fil-każ tal-għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp ta’ farms żgħar, jiġu stabbiliti l-ammonti massimi tal-għajnuna definiti f’termini nominali ħalli tkun żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna.

(86)

Jekk il-kostijiet eliġibbli jkunu kkalkolati b’mod korrett u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jew l-ammonti massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-Parti II ikunu rispettati, il-kriterju ta’ proporzjonalità jitqies bħala ssodisfat.

(87)

L-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont tal-għajnuna jridu jiġu kkalkolati mill-awtorità awtorizzanti meta tingħata l-għajnuna. Il-kostijiet eliġibbli jridu jkunu sostnuti minn evidenza dokumentarja li jenħtieġ li tkun ċara, speċifika u kontemporanja. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-kostijiet eliġibbli, iċ-ċifri kollha użati jridu jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis fit-taxxa jew imposta oħraf.

(88)

It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma hijiex eliġibbli għal għajnuna, ħlief meta ma tkunx tista’ tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT.

(89)

Meta tingħata l-għajnuna f’forma oħra għajr għotja, l-ammont tal-għajnuna huwa l-ekwivalenti ta’ għotja gross tal-għajnuna.

(90)

Għajnuna pagabbli f’diversi ħlasijiet parzjali hija skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata l-għajnuna. Il-kostijiet eliġibbli huma skontati għall-valur tagħhom fil-mument li tingħata l-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta’ skontijiet hija r-rata tal-iskont applikabbli fid-data ta’ meta ngħatat l-għotja.

(91)

L-għajnuna pagabbli fil-futur, inkluża għajnuna f’għadd ta’ pagamenti, tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata.

(92)

Meta l-għajnuna tingħata b’vantaġġi fiskali, l-iskontar tal-porzjonijiet tal-għajnuna għandu jsir abbażi tar-rati ta’ skont applikabbli fid-diversi drabi li jidħol fis-seħħ il-benefiċċju fiskali.

(93)

L-Istati Membri jistgħu jiffissaw l-ammont ta’ għajnuna għall-miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet imsemmijin fil-Parti II, it-Taqsimiet 1.1.4, 1.1.5, 1.1.6, 1.1.7, 1.1.8, 2.1.1, 2.1.2, 2.1.4, 2.2 u 2.3 fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet standard ta’ kostijiet addizzjonali u dħul mitluf.Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kalkoli u l-għajnuna korrispondenti jissodisfaw dan kollu li ġej:

(a)

jinkludu biss elementi li jkunu verifikabbli;

(b)

ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti b’kompetenza xierqa;

(c)

jindikaw b’mod ċar is-sors taċ-ċifri użati;

(d)

ikunu differenzjati sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-siti reġjonali jew lokali u l-użu proprju tal-art, fejn dan ikun applikabbli;

(e)

ma jkunx fihom elementi marbutin mal-kostijiet tal-investiment.

(94)

Mingħajr preġudizzju għall-punt (93), u bl-eċċezzjoni tal-għajnuna koperta mill-Parti II, it-Taqsimiet 1.2 u 2.8.5, l-għajnuna tista’ tingħata f’konformità mal-opzjonijiet ta’ kostijiet issimplifikati li ġejjin:

(a)

kostijiet unitarji;

(b)

somom f’daqqa;

(c)

finanzjament b’rata fissa.

(95)

L-ammont tal-għajnuna msemmi fil-punt ((94)) aktar ’il fuq irid jiġi stabbilit b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli bbażat fuq wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

data statistika, informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert;

(ii)

data storika vverifikata tal-benefiċjarji individwali;

(iii)

l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi normali tal-kostijiet tal-benefiċjarji individwali;

(b)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet unitarji korrispondenti, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni.

(96)

Fir-rigward tal-miżuri kofinanzjati, l-ammonti tal-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu kkalkolati f’konformità mal-opzjonijiet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) u fir-Regolament (UE) 2021/2115.

(97)

Meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna, il-Kummissjoni se tqis kwalunkwe assigurazzjoni meħuda, jew li setgħet tittieħed mill-benefiċjarju tal-għajnuna. Fir-rigward tal-għajnuna għall-kumpens ta’ telf ikkawżat minn eventi klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastru naturali, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-għajnuna fl-intensità massima tal-għajnuna jenħtieġ li tingħata biss lil impriża li ma tistax tkun koperta minn assigurazzjoni għal dan it-telf. Għaldaqstant, sabiex titjieb ulterjorment il-ġestjoni tar-riskji, il-benefiċjarji jridu jkunu mħeġġa li jagħmlu assigurazzjoni kull meta dan ikun possibbli.

Kundizzjonijiet addizzjonali għal għajnuna għall-investiment individwalment notifikabbli u għajnuna tal-investiment għal intrapriżi kbar skont skemi notifikati

(98)

Bħala regola ġenerali, għajnuna għall-investiment individwalment notifikabbli se tkun ikkunsidrata li hija limitata għall-minimu jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kostijiet żejda netti tal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas tal-għajnuna (35), bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu. Bl-istess mod, fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lil impriżi kbar skont skemi notifikati, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-ammont tal-għajnuna jkun limitat għall-minimu abbażi ta’ “approċċ tal-kostijiet żejda netti”, bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala l-limitu massimu.

(99)

L-ammont tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-minimu neċessarju sabiex il-proġett jagħmel qligħ suffiċjenti. Pereżempju, l-ammont tal-għajnuna dan ma għandux iwassal sabiex iżid l-IRR tiegħu aktar mir-rati normali ta’ redditu applikati mill-impriża kkonċernata fi proġetti oħrajn tal-investiment tal-istess tip jew, meta disponibbli, sabiex iżid l-IRR tiegħu aktar mill-kost tal-kapital tal-impriża b’mod sħiħ jew aktar mir-rati ta’ redditu osservati b’mod komuni fis-settur ikkonċernat.

(100)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment lill-intrapriżi l-kbar taħt skemi nnotifikati, l-Istat Membru jrid jiżgura li l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kostijiet żejda netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel ma’ dak li seta’ jiġri mingħajr l-għajnuna f’xenarju kontrofattwali. Il-metodu stabbilit fil-punt (99) irid jintuża flimkien mal-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu.

(101)

Fir-rigward ta’ għajnuna għall-investiment notifikabbli individwalment, il-Kummissjoni se tivverifika jekk l-ammont tal-għajnuna jaqbiżx il-minimu meħtieġ sabiex il-proġett jiġi jrendi biżżejjed profitt, billi tuża l-metodu stabbilit fil-punt (99). Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta’ inċentiv jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata. L-Istat Membru jeħtieġlu juri l-proporzjonalità abbażi ta’ dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-punt (57).

(102)

Il-punti (98) sa (101) ma japplikawx għall-muniċipalitajiet li huma awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u ta’ anqas minn 5 000 abitant.

Kumulazzjoni ta’ għajnuna

(103)

L-għajnuna tista’ tingħata flimkien ma’ diversi skemi jew akkumulata ma’ għajnuna ad hoc, sakemm l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat għal attività jew proġett megħjun ma taqbiżx il-limiti massimi tal-għajnuna stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida.

(104)

L-għajnuna b’kostijiet eliġibbli identifikabbli tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra tal-Istat, sakemm dawn l-għajnuniet jikkonċernaw kostijiet eliġibbli identifikabbli differenti. L-għajnuna b’kostijiet eliġibbli identifikabbli tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, li jikkoinċidu parzjalment jew b’mod sħiħ, biss jekk tali akkumulazzjoni ma twassalx sabiex tinqabeż l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għal dan it-tip ta’ għajnuna skont dawn il-Linji Gwida.

(105)

Għajnuna mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli skont it-Taqsima 1.1.2 tal-Parti II tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe miżura oħra ta’ għajnuna mill-Istat b’kostijiet eliġibbli identifikabbli. L-għajnuna mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna mill-Istat oħra mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli, sal-livelli limitu ta’ finanzjament totali rilevanti stabbilit fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ minn dawn il-Linji Gwida jew linji gwida oħrajn dwar l-għajnuna mill-Istat, regolament ta’ eżenzjoni ġenerali jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

(106)

Għajnuna mill-Istat favur is-settur tal-agrikoltura ma għandhiex tiġi akkumulata mal-pagamenti msemmija fl-Artikoli 145 u 146 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli jekk dan l-akkumulu jirriżulta f’intensità tal-għajnuna jew f’ammont tal-għajnuna li jaqbeż lil dawk stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida.

(107)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija skont il-Parti II, it-Taqsimiet 1.1.4, 1.1.5 u 1.1.8 ma għandhiex tiġi akkumulata mal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità tal-għajnuna jew f’ammont ta’ għajnuna li jaqbeż dawk stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida.

(108)

Meta finanzjament tal-Unjoni ġestit ċentralment mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji, mill-impriżi konġunti jew minn korpi oħrajn tal-Unjoni li ma jkunx direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru jiġi kkombinat flimkien ma’ għajnuna mill-Istat, din tal-aħħar biss titqies sabiex jiġi stabbilit jekk il-livelli limitu ta’ notifika u tal-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jew il-limiti massimi ta’ għajnuna ġewx irrispettati, diment li l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku mogħti għal dawn il-kostijiet eliġibbli ma jaqbiżx ir-rata/i ta’ finanzjament l-aktar favorevoli stabbilita/i fir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni.

(109)

L-għajnuna ambjentali skont dawn il-Linji Gwida ma għandhiex tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna jew f’ammont ta’ għajnuna li jaqbeż dak stabbilit f’dawn il-Linji Gwida.

(110)

L-għajnuna għal investimenti maħsuba għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola kif imsemmi fil-punt (152)(d) ma għandhiex tiġi akkumulata ma’ għajnuna li tikkumpensa għal dannu materjali msemmi fil-Parti II, it-Taqsimiet 1.2.1.1, 1.2.1.2 u 1.2.1.3.

(111)

Għajnuna inizjali għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fil-Parti II, it-Taqsima 1.1.3 ma għandhiex tiġi akkumulata mal-appoġġ korrispondenti għall-gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ, għajnuna inizjali għall-iżvilupp ta’ farms żgħar u għajnuna inizjali għal attivitajiet agrikoli kif imsemmija fil-Parti II, it-Taqsima 1.1.2 ma għandhomx jiġu akkumulati mal-appoġġ korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’ammont ta’ għajnuna li jaqbeż lil dawk stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida.

3.2.4.   Trasparenza

(112)

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza (36) tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali:

(a)

it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna u d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha, jew il-bażi ġuridika għall-għajnuna individwali, jew ħolqa għaliha;

(b)

l-identità tal-awtorità jew awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna;

(c)

l-identità tal-benefiċjarji individwali (37), il-forma u l-ammont ta’ għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għotja, it-tip tal-impriża (SME/kumpanija kbira), ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju (fil-Livell II NUTS) u s-settur ekonomiku prinċipali li fih il-benefiċjarju għandu l-attivitajiet tiegħu (fil-livell tal-grupp NACE). Rekwiżit bħal dan jista’ jitħalla barra jekk l-għotjiet ta’ għajnuna individwali li ma jkunux jaqbżu dawn il-livelli limitu:

(i)

EUR 10 000 għal benefiċjarji attivi fil-produzzjoni agrikola primarja;

(ii)

EUR 100 000 għal benefiċjarji fis-setturi tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fis-settur tal-forestrija jew f’attivitajiet li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

(113)

Għal skemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ għajnuna individwali tista’ tiġi pprovduta fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR): 0,01-0,1 għall-produzzjoni agrikola primarja biss; 0,1-0,5; 0,5-1; 1 sa 2; 2 sa 5; 5 sa 10; 10 sa 30; u 30 u aktar.

(114)

Din l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-għoti, u trid tinżamm għal mill-anqas 10 snin u tkun disponibbli għall-pubbliku bla restrizzjonijiet (38).

(115)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-Istati Membri jridu jwettqu rapportar u reviżjoni kif mitlub fil-Kapitolu 2 tal-Parti III.

3.2.5.   L-evitar ta’ effetti negattivi avversi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(116)

L-għajnuna għas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u għaż-żoni rurali tista’ potenzjalment tikkawża distorsjonijiet fis-suq tal-prodotti. Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jiġu mminimizzati.

(117)

Il-Kummissjoni tidentifika s-suq/swieq affettwati mill-għajnuna, filwaqt li tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru fis-suq/swieq tal-prodotti kkonċernat(i), jiġifieri s-suq/swieq affettwat(i) mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna, il-Kummissjoni se tiffoka l-analiżi tagħha tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fuq l-impatt prevedibbli li l-għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali għandha fuq il-kompetizzjoni bejn l-impriżi fis-suq/swieq tal-prodotti affettwat(i) (39).

(118)

Bħala punt ta’ tluq, jekk l-għajnuna tkun immirata sew, proporzjonata u limitata għall-kostijiet żejda netti, l-impatt negattiv tal-għajnuna jitnaqqas u r-riskju li l-għajnuna tfixkel il-kompetizzjoni b’mod avvers ikun aktar limitat. It-tieni nett, il-Kummissjoni tistabbilixxi intensitajiet tal-għajnuna jew ammonti ta’ għajnuna massimi. L-għan huwa li jiġi evitat li l-għajnuna mill-Istat tintuża għal proġetti fejn il-proporzjon bejn l-ammont tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli għandu jitqies għoli ħafna u partikolarment suxxettibbli li joħloq distorsjonijiet. B’mod ġenerali, aktar ma l-proġett megħjun iġib miegħu effetti pożittivi potenzjali u aktar ma tkun kbira l-ħtieġa potenzjali għall-għajnuna, aktar ikun għoli l-limitu massimu fuq l-intensità tal-għajnuna.

(119)

Madankollu, anke meta l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonata, din tista’ tirriżulta f’bidla fl-imġiba tal-benefiċjarji li tfixkel il-kompetizzjoni. Dan huwa aktar probabbli fis-settur tal-agrikoltura li huwa differenti minn swieq oħrajn bl-istruttura speċifika tal-produzzjoni agrikola primarja li hija karatterizzata minn numru ġmielu ta’ impriżi żgħar involuti. Fi swieq bħal dawn, ir-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni huwa kbir anke meta jingħataw biss ammonti żgħar ta’ għajnuna.

L-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli u fis-settur tal-forestrija

(120)

Minħabba li l-għajnuna għall-investiment lil impriżi attivi fl-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli u lil impriżi attivi f’setturi oħrajn, pereżempju fis-settur tal-ipproċessar tal-ikel, għandha t-tendenza li jkollha effetti ta’ distorsjoni simili fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-politika ta’ kompetizzjoni fuq l-effett tal-kompetizzjoni u l-kummerċ jenħtieġ li japplikaw ugwalment għal dawk is-setturi kollha. Għalhekk, il-kundizzjonijiet deskritti fil-punti (121) sa (133) iridu jiġu rrispettati fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli u fis-settur tal-forestrija.

(121)

L-iskemi ta’ għajnuna ma jridux iwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. B’mod partikolari, anke jekk id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu limitati fuq livell individwali (sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-għajnuna għall-investiment), fuq bażi kumulattiva l-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment xorta waħda jistgħu jwasslu għal livelli ta’ distorsjoni għoljin. F’każ li skema ta’ għajnuna għall-investiment tkun tiffoka fuq ċerti setturi, ir-riskju ta’ distorsjoni bħal din jinħass aktar.

(122)

Għalhekk, l-Istat Membru kkonċernat irid juri li kwalunkwe effett negattiv se jkun limitat għall-minimu filwaqt li jqis, pereżempju, id-daqs tal-proġetti kkonċernati, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattiva, il-benefiċjarji mistennija kif ukoll il-karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-effetti negattivi potenzjali, l-Istat Membru huwa mħeġġeġ jippreżenta kull valutazzjoni tal-impatt li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, kif ukoll evalwazzjonijiet ex post li jkunu twettqu għal skemi simili.

Għajnuna għall-investimenti notifikabbli individwalment għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli u fis-settur tal-forestrija

(123)

Fl-istima tal-effetti negattivi tal-għajnuna għall-investiment individwali, il-Kummissjoni tenfasizza b’mod partikolari l-effetti negattivi marbuta mal-bini tal-kapaċità żejda fi swieq li jkunu sejrin lura, mal-prevenzjoni tal-ħruġ, u mal-kunċett tas-setgħa sostanzjali fis-suq. Dawn l-effetti negattivi huma deskritti fil-punti (124) sa (133) u jridu jkunu kontrobilanċjati bl-effetti pożittivi tal-għajnuna.

(124)

Sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw u jivvvalutaw id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu evidenza li tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (jiġifieri, il-prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati. Il-prodott ikkonċernat huwa normalment il-prodott kopert mill-proġett ta’ investiment (40). Meta l-proġett jittratta prodott intermedju u parti sinifikanti tal-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista’ jkun il-prodott downstream. Is-suq tal-prodotti rilevanti jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti tiegħu meqjusin bħala tali, jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet, jew l-użu maħsub tal-prodott) jew mill-produttur (minħabba l-flessibbiltà tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni).

(125)

Il-Kummissjoni tuża diversi kriterji sabiex tivvaluta dawn id-distorsjonijiet potenzjali, bħall-istruttura tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-prestazzjoni tas-suq (suq li sejjer lura jew li qiegħed jikber), il-proċess għall-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ħruġ minnu, u d-differenzi bejn il-prodotti.

(126)

Meta intrapriża tiddependi b’mod sistematiku fuq l-għajnuna mill-Istat, dan jista’ jindika li l-intrapriża ma tiflaħx għall-kompetizzjoni waħedha jew li qiegħda tgawdi minn vantaġġi mhux mistħoqqa meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

(127)

Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn żewġ sorsi ewlenin ta’ effetti negattivi potenzjali fuq is-swieq tal-prodotti:

(a)

każijiet ta’ espansjoni sinifikanti fil-kapaċità li jew twassal għal sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda jew inkella tkompli tgħarraq sitwazzjoni diġà eżistenti ta’ kapaċità żejda, speċjalment f’suq li jkun sejjer lura;

(b)

każijiet fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu saħħa sinifikanti fis-suq.

(128)

Sabiex tevalwa jekk l-għajnuna sservix sabiex jinħolqu jew sabiex jinżammu strutturi ineffiċjenti fis-suq, il-Kummissjoni se tqis il-kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni maħluqa mill-proġett u jekk is-suq huwiex qiegħed jagħti riżultati tajbin.

(129)

Jekk is-suq inkwistjoni jkun qiegħed jikber, normalment ikun hemm anqas raġuni għal tħassib li l-għajnuna se taffettwa b’mod negattiv inċentivi dinamiċi jew li sejra xxekkel il-ħruġ jew id-dħul fis-suq aktar milli dovut.

(130)

Huwa ġġustifikat li persuna tkun aktar imħassba meta s-swieq ikunu sejrin lura. Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn każijiet li fihom, minn perspettiva fit-tul, is-suq relevanti jkun strutturalment sejjer lura (jiġifieri qiegħed jiċkien), u każijiet li fihom is-suq rilevanti jkun sejjer lura b’mod relattiv (jiġifieri għadu qiegħed jikber, iżda ma jaqbiżx ir-rata ta’ referenza għat-tkabbir).

(131)

Prestazzjoni baxxa tas-suq tipikament titkejjel kontra l-PDG taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) matul it-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett (rata normattiva). Din tista’ titkejjel ukoll fuq il-bażi tar-rati tat-tkabbir imbassra għat-tliet snin sa ħames snin li jkun imiss. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur mistenni tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija riżultanti, kif ukoll l-impatt possibbli taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri f’termini ta’ prezzijiet u marġnijiet tal-profitt.

(132)

F’ċerti każijiet, il-valutazzjoni tat-tkabbir tas-suq tal-prodotti fiż-ŻEE tista’ ma tkunx adegwata sabiex jiġu vvalutati l-effetti kollha tal-għajnuna fl-intier tagħhom, b’mod partikolari jekk is-suq ġeografiku jkun globali. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqis l-effett tal-għajnuna fuq l-istrutturi tas-suq ikkonċernat, b’mod partikolari, il-potenzjal tagħha li ġġiegħel produtturi fiż-ŻEE sabiex joħorġu mis-suq.

(133)

Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tas-saħħa sinifikanti fis-suq, il-Kummissjoni se tqis il-pożizzjoni tal-benefiċjarju fuq perjodu ta’ żmien qabel ma rċieva l-għajnuna, u l-pożizzjoni mistennija tiegħu fis-suq wara li l-investiment jiġi finalizzat. Il-Kummissjoni se tqis l-ishma mis-suq tal-benefiċjarju, kif ukoll l-ishma mis-suq tal-kompetituri tiegħu u fatturi rilevanti oħrajn. Pereżempju, se tivvaluta l-istruttura tas-suq billi tħares lejn il-konċentrazzjoni tas-suq, l-ostakli potenzjali għad-dħul (41), il-poter tax-xerrej (42) u l-ostakli għall-espansjoni jew għall-ħruġ.

3.2.6.   L-evalwazzjoni tal-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna (test ta’ bbilanċjar)

(134)

Il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-effetti pożittivi tal-miżura ta’ għajnuna jegħlbux l-effetti negattivi identifikati fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi dwar il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq intern biss meta l-effetti pożittivi jegħlbu l-effetti negattivi.

(135)

F’każijiet meta l-miżura tal-għajnuna proposta ma tindirizzax falliment tas-suq identifikat tajjeb, b’mod xieraq u proporzjonat, l-effetti distorsivi negattivi fuq il-kompetizzjoni jkollhom it-tendenza li jegħlbu l-effetti pożittivi tal-miżura; għalhekk, il-Kummissjoni x’aktarx tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna proposta tkun inkompatibbli.

(136)

Bħala parti mill-valutazzjoni tal-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna, il-Kummissjoni se tqis l-impatt tal-għajnuna fuq il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK stipulati fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li għandhom l-għajn li jrawwmu settur tal-agrikoltura intelliġenti, kompetittiv, reżiljenti u diversifikat, jappoġġaw u jsaħħu l-ħarsien ambjentali, inklużi l-bijodiversità, u l-azzjoni klimatika u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni u dawk marbuta mal-klima u wkoll isaħħu n-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali.

(137)

Fil-prinċipju, minħabba l-effetti pożittivi tagħha fuq l-iżvilupp tas-settur, il-Kummissjoni tqis li meta għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet u ma taqbiżx l-intensitajiet massimi rilevanti tal-għajnuna jew l-ammonti massimi tal-għajnuna stabbiliti fit-Taqsimiet applikabbli tal-Parti II, l-effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ ikun limitat għall-minimu.

(138)

Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat li hija kofinanzjata skont ir-Regolament (UE) 2021/2115, jew iffinanzjata mill-Unjoni, il-Kummissjoni se tqis li l-effetti pożittivi relatati ġew stabbiliti.

(139)

Jenħtieġ li n-notifiki kollha dwar l-għajnuna mill-Istat jinkludu valutazzjoni dwar jekk l-attività megħjuna tkunx mistennija li jkollha xi impatt ambjentali u/jew klimatiku, filwaqt li jitqiesu l-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien ambjentali (43), u l-istandards ta’ kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) skont ir-Regolament (UE) 2021/2115. Meta jintwera li l-għajnuna għandha impatt ambjentali u klimatiku pożittiv, il-Kummissjoni se tqis li l-effetti pożittivi ta’ tali għajnuna ġew stabbiliti. L-Artikolu 11 tat-Trattat jiddikjara li “l-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet ta’ l-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli.” Il-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan tal-ħarsien tal-ambjent kif stabbilit f’dak l-Artikolu 11 tat-Trattat, iqis ukoll il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Għalhekk jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għal kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi fin-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat.

(140)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tqis ukoll, fejn ikun rilevanti, jekk l-għajnuna twassalx għal effetti pożittivi jew negattivi oħrajn. Meta tali effetti pożittivi oħrajn jirriflettu dawk inkorporati fil-politiki tal-Unjoni, bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew (44), l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (45), l-Istrateġija dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (46), il-Komunikazzjoni dwar ir-Restawr ta’ Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli (47), L-Istrateġija għall-Foresti (48) u l-Istrateġija għall-Bijodiversità (49) imbagħad l-għajnuna allinjata ma’ tali politiki tal-Unjoni tista’ tiġi preżunta li għandha tali effetti pożittivi usa’.

(141)

Meta tingħata għajnuna skont dawn il-Linji Gwida favur l-investimenti, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari wkoll għall-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50), inkluż il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew metodoloġiji komparabbli oħrajn.

PARTI II

KATEGORIJI TA’ GĦAJNUNA

KAPITOLU 1

Għajnuna favur l-intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

1.1.   Miżuri li jixbħu lil dawk għall-iżvilupp rurali

1.1.1.   Għajnuna għall-investiment

(142)

Din it-Taqsima tapplika għall-investiment fl-azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja, għall-investiment b’rabta mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli.

(143)

L-għajnuna kollha għall-investiment skont it-Taqsimiet 1.1.1.1, 1.1.1.2 u 1.1.1.3 ta’ din il-Parti ma għandhiex tingħata bi ksur ta’ xi projbizzjoni jew restrizzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, anke meta tali projbizzjonijiet u restrizzjonijiet jirreferu biss għall-appoġġ mill-Unjoni previst f’dak ir-Regolament.

1.1.1.1.   Għajnuna għal investimenti f’azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja

(144)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-investimenti f’azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk din tkun tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mal-kundizzjoni ġenerali għall-għajnuna għall-investiment stipulata fil-punt (134) u mal-kundizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima.

(145)

Din it-Taqsima tapplika għall-għajnuna għall-investimenti f’assi tanġibbli u f’assi intanġibbli f’azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja. L-investiment jitwettaq minn benefiċjarju wieħed jew aktar jew jikkonċerna assi tanġibbli jew assi intanġibbli użat minn benefiċjarju wieħed jew aktar.

(146)

Din it-Taqsima tapplika wkoll għall-investiment f’assi tanġibbli u f’assi intanġibbli marbuta mal-produzzjoni ta’ bijofjuwils jew mal-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’azjendi, li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-investiment isir għall-produzzjoni tal-bijofjuwils kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (33), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 f’azjendi agrikoli, il-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jkunu eliġibbli għall-għajnuna biss jekk il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tagħhom ma tkunx aktar mill-ekwivalenti tal-konsum medju annwali tal-fjuwil tal-azjenda agrikola; jenħtieġ li l-bijofjuwil prodott ma jinbiegħx fis-suq;

(b)

meta l-investiment isir għall-produzzjoni ta’ enerġija termali u/jew tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’azjendi agrikoli, il-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jkunu eliġibbli għall-għajnuna biss jekk l-għan ikun li jaqdu l-ħtiġijiet tal-enerġija tagħhom stess u jekk il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tagħhom ma tkunx aktar mill-ekwivalenti tal-konsum ikkombinat medju annwali tal-enerġija termali u tal-elettriku fl-azjenda agrikola, inkluż fl-unità domestika tal-azjenda agrikola; rigward l-elettriku, huwa permess il-bejgħ tal-elettriku fil-grilja dment li jiġi rispettat il-limitu medju annwali tal-awtokonsum.

(147)

Meta aktar minn azjenda agrikola waħda tagħmel investiment għall-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bl-għan li taqdi l-ħtiġijiet tal-enerġija tagħha stess, jew inkella għall-produzzjoni ta’ bijofjuwils f’azjendi, il-konsum medju annwali jkun ekwivalenti għat-total tal-konsum medju annwali tal-benefiċjarji kollha.

(148)

L-Istati Membri jridu jeħtieġu konformità mal-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika għall-investimenti f’infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli li tikkonsma jew li tipproduċi l-enerġija, fejn tali standards jeżistu fil-livell nazzjonali.

(149)

Investimenti f’installazzjonijiet li l-għan primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa ma humiex eliġibbli għall-għajnuna, diment li ma jintużax perċentwal minimu tal-enerġija mis-sħana prodotta, li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri.

(150)

L-Istati Membri jridu jistabbilixxu livelli limitu għall-proporzjonijiet massimi ta’ ċereali u għelejjel oħra rikki fil-lamtu, zokkor u għelejjel taż-żejt li jintużaw għall-produzzjoni tal-bijoenerġija, inklużi l-bijofjuwils għal tipi differenti ta’ installazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-għajnuna għall-proġetti tal-bijoenerġija trid tkun limitata għall-bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji applikabbli tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(151)

Jekk il-kapaċità tal-produzzjoni tal-installazzjoni taqbeż il-konsum medju annwali tal-benefiċjarju jew tal-benefiċjarji kif jissemma fil-punti (146) u (147), l-Istati Membri jeħtiġilhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2022 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija, diment li din l-għajnuna ma tkunx eżentata mill-obbligu ta’ notifika.

(152)

L-investiment irid jipprova jilħaq mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a)

it-titjib tal-prestazzjoni u tas-sostenibbiltà ġenerali tal-azjenda agrikola, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni jew tat-titjib u t-tqassim mill-ġdid tal-produzzjoni;

(b)

it-titjib tal-ambjent naturali, tal-iġjene jew tal-istandards tal-benessri tal-annimali;

(c)

il-ħolqien u t-titjib tal-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, l-adattament u l-immodernizzar tal-agrikoltura, inkluż aċċess għar-raba’, il-konsolidazzjoni tal-art u t-titjib tal-art, il-provvista ta’ enerġija sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika, il-provvista u l-iffrankar tal-ilma;

(d)

it-treġġigħ lura tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li ġarrbet danni minn diżastri naturali, okkorrenzi eċċezzjonali jew eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti, l-annimali protetti u l-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tad-danni kkawżati minn dawk l-eventi u l-fatturi msemmija qabel;

(e)

il-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u billi jittejjeb is-sekwestru tal-karbonju, kif ukoll il-promozzjoni tal-enerġija sostenibbli u tal-effiċjenza enerġetika;

(f)

il-kontribut għall-ekonomija ċirkolari sostenibbli u t-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, inkluż billi titnaqqas id-dipendenza fuq sustanzi kimiċi;

(g)

il-kontribut għat-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telfien tal-bijodiversità, għat-titjib tas-servizzi tal-ekosistema u għall-preservazzjoni tal-ħabitats u tal-pajsaġġi.

Kostijiet eliġibbli

(153)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ beni immobbli, inklużi investimenti f’wajers passivi interni jew f’kejbils strutturati għan-networks tad-data u, jekk ikun meħtieġ, il-parti anċillari tan-network passiv fuq il-proprjetà privata barra mill-bini, b’art mixtrija li tkun eliġibbli biss sa punt li ma jaqbiżx l-10 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-operazzjoni kkonċernata; f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, jista’ jkun permess perċentwal ogħla għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali u l-preservazzjoni tal-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju , jew art mixtrija minn bdiewa żgħażagħ permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji;

(b)

ix-xiri jew il-kiri b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji tal-fattibbiltà jibqgħu kostijiet eliġibbli anke meta abbażi tar-riżultati tagħhom ma tiġġarrab ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

(d)

it-tariffi għall-akkwiżizzjoni, għall-iżvilupp jew għall-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u simili, u għall-akkwiżizzjoni ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

(e)

spejjeż għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-objettivi li hemm referenza għalihom fil-punt (152)(e), (f) u (g);

(f)

fil-każ ta’ investiment li għandu l-għan li jirrestawra l-potenzjal ta’ produzzjoni agrikola li ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali, okkorrenzi eċċezzjonali jew eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti u annimali protetti, il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu l-kostijiet imġarrba għar-restawr tal-potenzjal ta’ produzzjoni, inkluż xogħlijiet kapitalizzati, sal-livell preċedenti li kien hemm qabel ma seħħew dawk l-eventi; jenħtieġ li l-benefiċjarji, fejn xieraq, jagħmlu ħilithom biex fir-restawr jinkludu miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;

(g)

fil-każ ta’ investimenti bil-għan li jipprevjenu ħsara kkaġunata minn diżastri naturali, ċirkostanzi eċċezzjonali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u minn annimali protetti, il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu l-kostijiet ta’ azzjonijiet speċifiċi ta’ prevenzjoni bil-għan li jnaqqsu l-konsegwenzi tat-tali eventi probabbli. F’każ ta’ dannu minn eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali jew ma’ pesti tal-pjanti, il-benefiċjarji, fejn xieraq, jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex fir-restawr jinkludu miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, sabiex jiġu mminimizzati d-danni u t-telf magħmulin minn eventi simili fil-futur.

(154)

L-għajnuna ma tridx tingħata għal dawn li ġejjin:

(a)

ix-xiri ta’ drittijiet ta’ produzzjoni agrikola u ta’ drittijiet għall-pagament;

(b)

ix-xiri u t-tħawwil ta’ pjanti annwali;

(c)

ix-xiri ta’ annimali;

(d)

investimenti sabiex tinżamm konformità ma’ standards nazzjonali jew tal-Unjoni li huma fis-seħħ;

(e)

il-kostijiet, għajr dawk imsemmijin fil-punt (153), relatati ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni, bħall-marġni ta’ lokatur, il-kostijiet ta’ rifinanzjament tal-imgħax, spejjeż ġenerali u imposti tal-assigurazzjoni;

(f)

il-kapital operatorju;

(g)

il-wajers jew il-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà privata.

(155)

B’deroga mill-punt (154)(b), tista’ tingħata għajnuna għax-xiri u għat-tħawwil ta’ pjanti annwali mwettqa għall-objettiv stabbilit fil-punt (152)(d) u għax-xiri u għat-tħawwil ta’ pjanti annwali mwettqa għall-preservazzjoni ta’ varjetajiet ta’ pjanti taħt theddida ta’ erożjoni ġenetika skont l-impenji imsemmija fil-punt (210).

(156)

B’deroga mill-punt (154)(c), l-għajnuna tista’ tingħata għall-kostijiet li ġejjin:

(a)

ix-xiri ta’ annimali mwettaq għall-objettiv tal-punt (152)(d);

(b)

ix-xiri ta’ annimali ta’ razez fil-periklu kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (24) tar-Regolament (UE) 2016/1012 skont l-impenji msemmija fil-punt (207);

(c)

ix-xiri ta’ klieb tal-għassa li jipproteġu l-bhejjem kontra predaturi kbar.

(157)

Fir-rigward tat-tisqija f’żoni msoqqija eżistenti jew ġodda, l-investimenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin se jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli:

(a)

pjan ta’ ġestjoni tal-baċir idrografiku, f’konformità mat-termini tad-Direttiva 2000/60/KE, ikun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni għaż-żona sħiħa fejn ikun se jsir l-investiment, kif ukoll fi kwalunkwe żona oħra li l-ambjent tagħha jista’ jiġi affettwat mill-investiment; il-miżuri li jidħlu fis-seħħ taħt il-pjan ta’ ġestjoni tal-baċir idrografiku f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva u tar-rilevanza għas-settur tal-agrikoltura jridu jkunu ġew speċifikati fil-programm ta’ miżuri rilevanti;

(b)

bħala parti mill-investiment hemm jew irid ikun hemm fis-seħħ kejl tal-ilma li jippermetti li jitkejjel l-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat;

(c)

investiment f’titjib għal installazzjoni tat-tisqija eżistenti jew f’element ta’ infrastruttura tat-tisqija jkun eliġibbli biss jekk:

(i)

jiġi vvalutat ex ante bħala li joffri ffrankar potenzjali tal-ilma li jirrifletti l-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew tal-infrastruttura eżistenti;

(ii)

jekk l-investiment jaffettwa korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala inqas minn tajjeb fil-pjan ta’ ġestjoni rilevanti tal-baċir idrografiku għal raġunijiet relatati mal-kwantità tal-ilma, jew jekk il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u tar-riskju klimatiċi tal-ogħla livell jiddeterminaw li l-korpi tal-ilma affettwati fi stat tajjeb jistgħu jitilfu l-istatus tagħhom għal raġunijiet relatati mal-kwantità tal-ilma kkawżata mill-impatti tat-tibdil fil-klima, irid jinkiseb tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma li jikkontribwixxi għall-kisba u ż-żamma ta’ status tajjeb ta’ dawn il-korpi tal-ilma, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

(iii)

L-Istati Membri jridu jistabbilixxu perċentwali għall-iffrankar potenzjali tal-ilma u għat-tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma bħala kundizzjoni ta’ eliġibbiltà, biex jiżguraw li:

1.

il-perċentwal tal-iffrankar potenzjali tal-ilma jrid jammonta għal mill-anqas 5 % meta l-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew tal-infrastruttura eżistenti diġà jiżguraw grad għoli ta’ effiċjenza, u għal mill-anqas 25 % meta l-grad attwali ta’ effiċjenza (qabel l-investiment) jkun baxx u/jew għal investimenti li jseħħu f’żoni fejn l-iffrankar tal-ilma huwa l-aktar meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-kisba ta’ status tajjeb tal-ilma (fejn ikun għadu ma ntlaħaqx) u jiġi evitat id-deterjorament tal-istatus tal-korpi tal-ilma;

2.

il-perċentwal ta’ tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment kollu kemm hu, irid jammonta għal mill-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali ta’ ilma li jkun possibbli permezz tal-investiment fl-installazzjoni tat-tisqija jew l-element tal-infrastruttura eżistenti.

Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet elenkati f’dan il-punt (c) japplikaw għal investiment f’installazzjoni eżistenti li tolqot biss l-effiċjenza enerġetika jew investiment fil-ħolqien ta’ ġibjun jew investiment fl-użu tal-ilma riċiklat li la jolqot korp ta’ ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ;

(d)

l-appoġġ jista’ jingħata għal investimenti fl-użu tal-ilma reklamat bħala provvista alternattiva tal-ilma biss jekk il-provvista u l-użu ta’ tali ilma jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51);

(e)

investiment li jirriżulta f’żieda netta taż-żona li tissaqqa li jaffettwa medda partikolari ta’ ilma tal-wiċċ jew ta’ taħt l-art għandu jkun eliġibbli biss jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(i)

fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċir idrografiku, l-istatus tal-korp tal-ilma ma ġiex identifikat li hu anqas minn tajjeb minħabba raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma;

(ii)

analiżi ambjentali turi li l-investiment ma huwa se jħalli l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent. Analiżi tal-impatt ambjentali bħal din trid jew issir mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tiġi approvata minnha u tista’ tirreferi wkoll għal gruppi ta’ azjendi.

(158)

Investiment fil-ħolqien jew fl-espansjoni ta’ riżerva għall-finijiet ta’ irrigazzjoni huwa eliġibbli biss sakemm ma jwassalx għal impatt ambjentali negattiv sinifikanti.

Intensità tal-għajnuna

(159)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż 65 % tal-kostijiet eliġibbli.

(160)

L-intensità tal-għajnuna msemmija fil-punt (159) tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 % għall-investimenti li ġejjin:

(a)

investimenti marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punt (152) (e), (f) u (g) jew mat-trattament xieraq tal-annimali;

(b)

investimenti minn bdiewa żgħażagħ;

(c)

investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew.

(161)

L-intensità tal-għajnuna msemmija fil-punt (159) tista’ tiżdied għal massimu ta’ 85 % għal investimenti ta’ bdiewa żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(162)

L-intensità tal-għajnuna msemmija fil-punt (159) tista’ tiżdied għal massimu ta’ 100 % għall-investimenti li ġejjin:

(a)

investimenti mhux produttivi marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punt (152)(e), (f) u (g);

(b)

investimenti għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni msemmi fil-punt (152)(d) u investimenti relatati mal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ danni kkawżati minn diżastri naturali, okkorrenzi eċċezzjonali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, jew annimali protetti.

(163)

F’każ ta’ irrigazzjoni, l-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż:

(a)

80 % tal-kostijiet eliġibbli għall-investimenti għall-irrigazzjoni fil-farms magħmula skont il-punt (157)(c);

(b)

100 % tal-kostijiet eliġibbli għall-investimenti fl-infrastruttura mhux tal-farms fl-agrikoltura li jridu jintużaw għall-irrigazzjoni;

(c)

65 % tal-kostijiet eliġibbli għal investimenti oħrajn għall-irrigazzjoni fil-farms.

1.1.1.2.   Għajnuna għal investiment favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jkun jinsab fl-azjendi agrikoli

(164)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-investimenti favur il-konservazzjoni tal-wirt kulturali u naturali li jinsab fl-impriża agrikola bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (d), tat-Trattat jekk din tkun konformi mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, il-kundizzjoni ġenerali għall-għajnuna għal investiment stabbilita fil-punt (143) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(165)

L-għajnuna jenħtieġ li tingħata għall-konservazzjoni tal-wirt kulturali u naturali fil-forma ta’ pajsaġġi naturali u binjiet li huwa formalment rikonoxxut bħala wirt kulturali jew naturali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Kostijiet eliġibbli

(166)

Il-kostijiet li ġejjin maħsuba għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali huma eliġibbli:

(a)

kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli;

(b)

xogħlijiet kapitalizzati.

Intensità tal-għajnuna

(167)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(168)

L-għajnuna għax-xogħlijiet kapitali trid tkun limitata għal EUR 10 000 fis-sena.

1.1.1.3.   Għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli

(169)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-investimenti relatati mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk din tkun konformi mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mal-kundizzjoni ġenerali għall-għajnuna għal investiment stabbilita fil-punt (143) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(170)

L-għajnuna għall-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf ma għandhiex tingħata skont din it-Taqsima, sabiex tiġi inċentivata l-bidla lejn il-produzzjoni ta’ forom aktar avvanzati ta’ bijokarburanti, kif previst mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija tal-2022.

(171)

Din it-Taqsima tapplika għal għajnuna għal investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli kif definiti fil-punt(33)47 u fil-punt (33)38.

(172)

L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna għal investimenti relatati mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, diment li din l-għajnuna tkun tissodisfa kull kundizzjoni ta’ wieħed milli ġejjin:

(a)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (52);

(b)

il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat;

(c)

din it-Taqsima.

Kostijiet eliġibbli

(173)

L-għajnuna tista’ tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli, inklużi investimenti f’wajers passivi interni jew f’kejbils strutturati għan-networks tad-data u, jekk ikun meħtieġ, il-parti anċillari tan-network passiv fuq il-proprjetà privata barra mill-bini, b’art mixtrija li tkun eliġibbli biss sa punt li ma jaqbiżx l-10 % tal-kostijiet eliġibbli totali tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

għax-xiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma tkun saret l-ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

(d)

it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u simili, u l-akkwiżizzjoni ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks.

(174)

Il-kostijiet li ġejjin ma humiex eliġibbli:

(a)

il-kostijiet, għajr dawk imsemmijin fil-punt (173) relatati ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni, bħall-marġni ta’ lokatur, il-kostijiet ta’ rifinanzjament tal-imgħax, spejjeż ġenerali u imposti tal-assigurazzjoni;

(b)

il-kapital operatorju;

(c)

il-wajers jew il-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà privata;

(d)

il-kostijiet relatati ma’ investimenti sabiex tinżamm konformità mal-istandards tal-Unjoni u dawk nazzjonali li hemm fis-seħħ.

Intensità tal-għajnuna

(175)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-65 %.

(176)

L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 % għall-investimenti li ġejjin:

(a)

investimenti marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punt (152) (e), (f) u (g) jew investimenti fir-rigward tal-għajnuna favur l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, jew marbuta ma’ titjib fit-trattament xieraq tal-annimali;

(b)

investimenti minn bdiewa żgħażagħ;

(c)

investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew.

(177)

Għajnuna individwali li taqbeż il-livell limitu ta’ notifika msemmi fil-punt (35)(a) trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

1.1.2.   Għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna inizjali ta’ attivitajiet agrikoli

(178)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna inizjali kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(179)

Din it-Taqsima tapplika għal impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(180)

L-għajnuna skont din it-Taqsima tista’ tingħata biss favur:

(a)

l-installazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ;

(b)

il-bidu ta’ attivitajiet agrikoli.

(181)

L-għajnuna inizjali għal bdiewa żgħażagħ tingħata lil bdiewa żgħażagħ kif definit fil-punt (33)65. L-għajnuna pprovduta skont din it-taqsima trid tkun limitata għall-SMEs.

(182)

L-għajnuna trid tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

L-ammont tal-għajnuna

(183)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-EUR 100 000.

1.1.3.   Għajnuna inizjali għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura

(184)

Il-Kummissjoni għandha fehma pożittiva fir-rigward tal-għajnuna inizjali għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi peress li din toħloq inċentiv sabiex il-bdiewa jingħaqdu flimkien. Għalhekk se tikkunsidra l-għajnuna għall-bidu għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(185)

Din it-Taqsima tapplika għas-settur tal-agrikoltura kollu (53).

(186)

Huma biss il-gruppi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li huma eliġibbli għall-għajnuna.

(187)

Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u prattiki oħrajn fil-qafas tal-grupp jew l-organizzazzjoni ta’ produtturi jridu jikkonformaw mar-regoli tal-kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 210a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(188)

Bħala alternattiva li tiġi pprovduta għajnuna inizjali għall-gruppi u l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, tista’ tingħata għajnuna sal-istess ammont globali direttament lill-produtturi sabiex jagħmlu tajjeb għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-kostijiet tat-tmexxija tal-gruppi jew tal-organizzazzjonijiet matul l-ewwel ħames snin wara l-formazzjoni tal-grupp jew tal-organizzazzjoni.

(189)

L-Istati Membri jistgħu jibqgħu jagħtu għajnuna inizjali lill-gruppi ta’ produtturi anke wara li jkunu ġew rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta’ produtturi skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(190)

L-għajnuna trid tkun limitata għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi li għandhom definizzjoni ta’ SMEs. Il-Kummissjoni ma hijiex se tawtorizza għajnuna mill-Istat għall-kostijiet koperti minn din it-Taqsima favur intrapriżi kbar.

(191)

L-iskemi ta’ għajnuna awtorizzati skont din it-Taqsima se jkunu soġġetti għal kundizzjoni li teħtieġ li jiġu aġġustati sabiex iqisu kwalunkwe bidla fir-regolamenti li jirregolaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli.

Kostijiet eliġibbli

(192)

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-kiri ta’ bini xieraq, l-akkwiżizzjoni ta’ tagħmir tal-uffiċċju, l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv, l-ispejjeż ġenerali, it-tariffi legali u amministrattivi, l-akkwist ta’ hardware tal-kompjuter u t-tariffi tal-akkwist jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u ta’ soluzzjonijiet simili. Meta jinxtara bini, il-kostijiet eliġibbli għal bini jridu jkunu limitati għal kostijiet ta’ kera b’rati tas-suq.

(193)

Ma tistax tingħata għajnuna lil:

(a)

organizzazzjonijiet tal-produzzjoni, entitajiet jew korpi bħalma huma kumpaniji jew kooperattivi, li l-objettiv tagħhom huwa l-ġestjoni ta’ azjenda agrikola waħda jew aktar u li huma għalhekk produtturi uniċi;

(b)

assoċjazzjonijiet agrikoli, li jagħmlu kompiti, bħalma huma appoġġ reċiproku u sostituzzjoni tal-farms u servizzi ta’ ġestjoni tal-farms, fl-azjendi tal-membri mingħajr ma jkunu involuti fl-adattament konġunt tal-provvista lis-suq;

(c)

gruppi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ produtturi li l-objettivi tagħhom ma humiex kompatibbli mal-Artikolu 152(3) u mal-Artikolu 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(194)

L-għajnuna trid titħallas bħala għajnuna b’rata fissa f’pagamenti akkont annwali għall-ewwel ħames snin mid-data li fiha l-grupp jew l-organizzazzjoni tal-produtturi jkun/tkun ġie(t) rikonoxxut(a) b’mod uffiċjali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiegħu/tagħha. L-Istati Membri jridu jħallsu biss l-aħħar parti wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju.

(195)

L-għajnuna li tingħata lil grupp jew lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi sabiex ikopru l-ispejjeż li ma humiex marbuta ma’ kostijiet tal-bidu, bħal investimenti jew attivitajiet ta’ promozzjoni, se tiġi vvalutata f’konformità mar-regoli li jirregolaw dan it-tip ta’ għajnuna.

Intensità tal-għajnuna

(196)

L-għajnuna ma tridx taqbeż l-10 % tal-produzzjoni kkummerċjalizzata annwali tal-grupp jew tal-organizzazzjoni b’massimu ta’ EUR 100 000 fis-sena. L-għajnuna trid tkun digressiva.

1.1.4.   Għajnuna għal impenji agro-ambjentali klimatiċi

(197)

Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna għall-impenji agroambjentali klimatiċi kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(198)

Din it-Taqsima tapplika għal għajnuna lil impriżi u lil gruppi ta’ tali impriżi li jkunu attivi fil-produzzjoni agrikola primarja li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f’impenn agroambjentali klimatiku wieħed jew aktar.

(199)

Din il-miżura jrid ikollha l-għan li tippreserva, kif ukoll li tippromwovi, il-bidliet meħtieġa fil-prattiki agrikoli li jagħtu kontribuzzjoni pożittiva għall-ambjent u l-klima.

(200)

L-għajnuna tista’ tkopri biss dawk l-impenji volontarji li jmorru lil hinn minn:

(a)

ir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

ir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju rilevanti stabbilit mil-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;

(c)

il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(201)

Dawn l-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji kollha jridu jkunu identifikati u deskritti fin-notifika lill-Kummissjoni.

(202)

Għall-impenji msemmija fil-punt (200)(b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, tista’ tingħata għajnuna għal impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.

(203)

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet skont din it-Taqsima jkollhom aċċess għall-għarfien u għall-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jimplimentaw tali operazzjonijiet, u li jkun hemm disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħin lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jibdlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom.

(204)

L-impenji skont din it-Taqsima jridu jitwettqu għal perjodu ta’ bejn ħamsa u seba’ snin. Madankollu, meta jkun hemm bżonn li jinkisbu jew li jinżammu l-benefiċċji ambjentali mfittxija, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji, anke billi jipprovdu għall-estensjoni annwali tagħhom wara tmiem il-perjodu inizjali (54). Għal impenji għall-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi, għal impenji ġodda li jsegwu direttament l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali jew f’każijiet oħrajn debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar ta’ mill-anqas sena.

(205)

L-għajnuna għall-impenji agroambjentali klimatiċi lil benefiċjarji għajr impriżi attivi fis-settur tal-agrikoltura tista’ tingħata skont il-Kapitolu 3 ta’ din il-Parti.

(206)

L-impenji sabiex tiġi estiża t-trobbija tal-bhejjem iridu tal-anqas jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-mergħa kollha tal-azjenda trid titmexxa u tinżamm b’tali mod li jiġi evitat ragħa nieqes jew żejjed;

(b)

id-densità tal-bhejjem trid tiġi definita filwaqt li jitqiesu l-bhejjem kollha li jirgħu miżmuma fil-farm jew, fil-każ ta’ impenn għal limiti tal-lissija ta’ nutrijenti, l-annimali kollha miżmuma fil-farm li huma rilevanti għall-impenn inkwistjoni.

(207)

L-impenji għat-trobbija ta’ razez lokali f’periklu li jintilfu minħabba l-biedja jew sabiex jiġu ppreservati riżorsi ġenetiċi tal-pjanti mhedda b’erożjoni ġenetiku, iridu jeħtieġu wieħed milli ġejjin:

(a)

li jitrabbew annimali tal-farm ta’ razez lokali, adatti ġenetikament għal sistema jew għal ambjent wieħed jew aktar ta’ produzzjoni tradizzjonali fil-pajjiż, f’periklu li jintilfu minħabba l-biedja;

(b)

li jiġu ppreservati r-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti adattati għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u li jinsabu mhedda bit-tgħawwir ġenetiku.

(208)

L-ispeċijiet ta’ annimali tal-farm li ġejjin se jkunu eliġibbli għall-għajnuna: frat, nagħaġ, mogħoż, ekwidi, ħnieżer, għasafar, fniek u naħal.

(209)

Ir-razez lokali se jiġu kkunsidrati bħala f’periklu li jintilfu minħabba l-biedja jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu wkoll deskritti u inklużi fin-notifika lill-Kummissjoni:

(a)

l-għadd, fuq livell nazzjonali, ta’ bhejjem nisa kkonċernati tat-tnissil ikun iddikjarat;

(b)

dak l-għadd u l-istatus bħala fil-periklu, tar-razez elenkati, ikun iċċertifikat minn korp xjentifiku rilevanti debitament rikonoxxut;

(c)

korp tekniku rilevanti debitament rikonoxxut jirreġistra u jżomm aġġornat il-ktieb tat-tnissil għar-razza;

(d)

il-korpi kkonċernati jkollhom il-ħiliet u l-għarfien neċessarji sabiex jidentifikaw l-annimali tar-razez fil-periklu.

(210)

Ir-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti se jiġu kkunsidrati bħala li huma mhedda mill-erożjoni ġenetika bil-kundizzjoni li fin-notifika lill-Kummissjoni tiġi deskritta u inkluża biżżejjed evidenza tal-erożjoni ġenetika, abbażi tar-riżultati jew tal-indikaturi xjentifiċi għat-tnaqqis tar-razez lokali jew varjetajiet lokali primittivi, id-diversità tal-popolazzjoni tagħhom u fejn ikun rilevanti għall-modifiki fil-prattiki agrikoli prevalenti fil-livell lokali.

(211)

Tista’ tingħata għajnuna għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli u għall-iżvilupp tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura għall-operazzjonijiet mhux koperti mill-punti (198) sa (210).

(212)

L-għajnuna taħt din it-taqsima tista’ tkopri skemi kollettivi u skemi ta’ pagamenti bbażati fuq ir-riżultati, bħal skemi ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, sabiex iħeġġu lill-bdiewa jtejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar jew b’mod li jista’ jitkejjel.

Kostijiet eliġibbli

(213)

Għajnuna, ħlief l-għajnuna għall-operazzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġeneriċi kif jissemma fil-punt (211), li tkopri l-kumpens lill-benefiċjarji għall-kostijiet addizzjonali kollha jew għal parti minnhom u d-dħul mitluf minħabba l-impenji li saru. L-għajnuna trid tingħata b’mod annwali.

(214)

F’każijiet debitament ġustifikati, bħal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali jew impenji sabiex jiġi rriżervat l-użu kummerċjali taż-żoni, l-għajnuna tista’ tingħata bħala pagament ta’ darba għal kull unità, ikkalkolat abbażi tal-kostijiet addizzjonali mġarrba u tal-introjtu mitluf.

(215)

Meta jkun hemm bżonn, il-pagamenti jistgħu jkopru wkoll kostijiet tat-tranżazzjoni li jaslu sa 20 % tal-primjum imħallas għall-impenji agroambjentali klimatiċi. Meta l-impenji jidħlu għalihom gruppi ta’ impriżi, il-livell massimu jrid ikun ta’ 30 %.

(216)

Madankollu, jekk Stat Membru jkun jixtieq jikkumpensa għall-kostijiet tat-tranżazzjoni kkawżati mid-dħul f’impenji agroambjentali klimatiċi, irid jipprovdi provi konvinċenti ta’ dawk il-kostijiet, pereżempju billi jippreżenta tqabbil bejn il-kostijiet ma’ impriżi li ma jidħlux f’impenji bħal dawn. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tawtorizzax għajnuna mill-Istat għal kostijiet tat-tranżazzjoni għall-issoktar ta’ impenji li Stat Membru jkun diġà daħal għalihom fil-passat, sakemm Stat Membru ma jurix li dawk il-kostijiet għadhom iseħħu jew li qegħdin jiġu imposti kostijiet ġodda tat-tranżazzjoni.

(217)

Meta l-kostijiet tat-tranżazzjoni jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ kostijiet medji u/jew ta’ farms medji, jenħtieġ li l-Istati Membri juru li l-intrapriżi l-kbar, b’mod partikolari, ma jkunux ikkumpensati żżejjed. Għall-fini ta’ kalkolu tal-kumpens, l-Istati Membri jridu jqisu jekk il-kostijiet tat-tranżazzjoni inkwistjoni humiex imġarrba għal kull impriża jew għal kull ettaru.

(218)

Ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna taħt din it-Taqsima għal impenji li huma koperti mill-miżura dwar l-agrikoltura organika definita fit-Taqsima 1.1.8 ta’ din il-Parti.

(219)

Għajnuna għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura tkopri l-ispejjeż għal dawn l-operazzjonijiet:

(a)

azzjonijiet immirati: azzjonijiet li jippromwovu konservazzjoni in situ u ex situ, karatterizzazzjoni, ġbir u użu ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura, inklużi inventarji bbażati fuq il-web ta’ riżorsi ġenetiċi li bħalissa huma kkonservati in situ/ konservazzjoni fuq il-farm, u ta’ ġabriet u bażijiet tad-data ex situ;

(b)

azzjonijiet konċertati: azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta’ tagħrif għall-konservazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura tal-Unjoni, fost organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;

(c)

azzjonijiet ta’ akkumpanjament: l-azzjonijiet ta’ informazzjoni, disseminazzjoni u konsulenza li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, korsijiet ta’ taħriġ u l-preparazzjoni ta’ rapporti tekniċi.

Intensità tal-għajnuna

(220)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(221)

L-għajnuna trid titħallas għal kull ettaru. F’każijiet debitament ġustifikati, l-għajnuna tista’ tingħata bħala somma f’daqqa jew pagament ta’ darba għal kull unità.

1.1.5.   Għajnuna għal impenji tal-benessri tal-annimali

(222)

Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna għall-impenji favur it-trattament xieraq tal-annimali kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(223)

Din it-Taqsima tapplika għall-għajnuna lill-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f’impenn wieħed jew aktar tat-trattament xieraq tal-annimali.

(224)

L-għajnuna tkopri biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115 u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħrajn stabbiliti mil-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni.

(225)

Meta ma jeżisti l-ebda standard jew rekwiżit obbligatorju rilevanti, l-impenji jridu jmorru lil hinn mill-prattika stabbilita tal-biedja fil-livell nazzjonali.

(226)

L-istandards, ir-rekwiżiti u l-prattiki tal-biedja stabbiliti obbligatorji kollha jridu jiġu identifikati u deskritti fin-notifika lill-Kummissjoni.

(227)

Meta il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, tista’ tingħata għajnuna għal impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.

(228)

L-impenji għat-trattament xieraq tal-annimali eliġibbli biex jirċievu għajnuna jridu jipprovdu standards imtejba tal-metodi ta’ produzzjoni f’wieħed mill-oqsma li ġejjin:

(a)

l-ilma, l-għalf u l-kura tal-annimali f’konformità mal-ħtiġijiet naturali tat-trobbija tal-annimali;

(b)

il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni li jtejbu l-kumdità tal-annimali u l-libertà ta’ moviment tagħhom, bħal żieda fil-konċessjonijiet ta’ spazju, superfiċi tal-art, dawl naturali, kontroll tal-mikroklima, kif ukoll kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni bħall-ħlas fil-miftuħ jew l-akkomodazzjoni fi gruppi, skont il-ħtiġijiet naturali tal-annimali;

(c)

il-kundizzjonijiet li jippermettu espressjoni ta’ mġiba naturali, bħall-arrikkiment tal-ambjent tal-għajxien jew il-ftim tard;

(d)

aċċess u ragħa fil-beraħ;

(e)

prattiki li jżidu r-robustezza u t-tul tal-ħajja tal-annimali, inklużi razez li jikbru aktar bil-mod;

(f)

prattiki li jevitaw il-mutilazzjoni jew il-kastrazzjoni tal-annimali; f’każijiet speċifiċi meta l-mutilazzjoni jew il-kastrazzjoni tal-annimali jitqiesu meħtieġa, iridu jintużaw l-anestetiċi, l-analġeżija u l-mediċina antiinfjammatorja jew l-immunokastrazzjoni;

(g)

miżuri sanitarji, li jipprevjenu l-mard mhux trażmissibbli, li ma jeħtiġux l-użu ta’ sustanzi mediċi bħal vaċċini, insettiċidi jew mediċini kontra l-parassiti.

(229)

L-impenji għat-trattament xieraq tal-annimali jridu jittieħdu għal perjodu ta’ bejn sena u seba’ snin. Meta jkun hemm bżonn li jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji tat-trattament xieraq tal-annimali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji, anki billi jipprovdu għall-estensjoni annwali tagħhom wara tmiem il-perjodu inizjali.

(230)

It-tiġdid ta’ kuntratt ma’ benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jkun ukoll awtomatiku, jekk id-dettalji tiegħu ikunu deskritti fil-kuntratt. Il-mekkaniżmu ta’ tiġdid tal-impenji għall-benessri tal-annimali stipulat aktar ’il fuq irid jiġi stabbilit mill-Istati Membri f’konformità mar-regoli nazzjonali rilevanti tagħhom. Mekkaniżmu bħal dan irid jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni bħala parti min-notifika dwar l-għajnuna mill-Istat skont din it-Taqsima. It-tiġdid dejjem irid ikun soġġett għar-rispett tal-kundizzjonijiet approvati mil-Kummissjoni għall-għajnuna skont din it-Taqsima.

(231)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet skont din il-miżura jkollhom aċċess għall-għarfien u għall-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jimplimentaw tali operazzjonijiet, u li jkun hemm disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħin lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jibdlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom.

Kostijiet eliġibbli

(232)

L-għajnuna trid tingħata b’mod annwali u tista’ tikkumpensa lill-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u għad-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenji li jkunu għamlu. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala pagament ta’ darba għal kull unità, ikkalkolat abbażi tal-kostijiet addizzjonali mġarrba u tal-introjtu mitluf.

(233)

Meta jkun hemm bżonn, jistgħu jkopru wkoll kostijiet tat-tranżazzjoni għall-valur sa 20 % tal-primjum imħallas għall-impenji fuq it-trattament xieraq tal-annimali. Madankollu, jekk Stat Membru jixtieq jikkumpensa għall-kostijiet tat-tranżazzjoni kkawżati mid-dħul f’impenji fuq it-trattament xieraq tal-annimali, irid jipprovdi provi konvinċenti dwar dawk il-kostijiet, pereżempju billi jippreżenta tqabbil bejn il-kostijiet ma’ impriżi li ma daħlux f’impenji għat-trattament xieraq tal-annimali bħal dawn. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tawtorizzax għajnuna mill-Istat għal kostijiet tat-tranżazzjoni għall-issoktar ta’ impenji fuq it-trattament xieraq tal-annimali li Stat Membru jkun diġà daħal għalihom fil-passat, sakemm l-Istat Membru ma jurix li dawk il-kostijiet għadhom iseħħu jew li qegħdin jiġu imposti kostijiet tat-tranżazzjoni ġodda.

(234)

Meta l-kostijiet tat-tranżazzjoni jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ kostijiet medji u/jew ta’ farms medji, jenħtieġ li l-Istati Membri juru li l-intrapriżi l-kbar, b’mod partikolari, ma jkunux ikkumpensati żżejjed. Għall-fini ta’ kalkolu tal-kumpens, l-Istati Membri jridu jqisu jekk il-kostijiet tat-tranżazzjoni inkwistjoni humiex imġarrba għal kull impriża jew għal kull ettaru.

Intensità tal-għajnuna

(235)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(236)

L-għajnuna trid titħallas għal kull unità. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ bħala somma f’daqqa jew bħala pagament ta’ darba għal kull unità.

1.1.6.   Għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

(237)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(238)

Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(239)

L-għajnuna għall-benefiċjarji għajr impriżi attivi fis-settur tal-agrikoltura tista’ tingħata f’konformità mal-Kapitolu 3 ta’ din il-Parti.

Kostijiet eliġibbli

(240)

L-għajnuna tkopri kumpens lill-benefiċjarji għal kostijiet addizzjonali u introjtu mitluf li jirriżultaw minn żvantaġġi fiż-żoni kkonċernati, relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 2000/60/KE.

(241)

Meta jkun neċessarju, l-għajnuna tista’ tkopri wkoll il-kostijiet tat-tranżazzjoni sa valur ta’ mhux aktar minn 20 % tal-kostijiet imsemmija fil-punt (240).

(242)

Meta l-kostijiet tat-tranżazzjoni jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ kostijiet medji u/jew farms medji, l-Istati Membri jenħtieġ li juru li b’mod partikolari l-intrapriżi l-kbar ma jkunux ikkumpensati żżejjed. Għall-fini ta’ kalkolu tal-kumpens, l-Istati Membri jridu jqisu jekk il-kostijiet tat-tranżazzjoni inkwistjoni humiex imġarrba għal kull impriża jew għal kull ettaru.

(243)

L-għajnuna marbuta mad-Direttiva 92/43/KEE u mad-Direttiva 2009/147/KE tista’ tingħata biss fir-rigward ta’ żvantaġġi li jirriżultaw minn rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards rilevanti tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(244)

L-għajnuna marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE tista’ tingħata biss fir-rigward tal-iżvantaġġi li jirriżultaw minn rekwiżiti li jmorru lil hinn minn wieħed, waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-SMR 1 elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/2115, u l-istandards tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola ddeterminati minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115

(245)

Ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (243) u (244) iridu jkunu identifikati u deskritti fin-notifika lill-Kummissjoni.

(246)

Iż-żoni li ġejjin huma eliġibbli għall-għajnuna:

(a)

Iż-żoni agrikoli ta’ Natura 2000 magħżula skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(b)

żoni oħrajn delimitati ta’ ħarsien tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE; dawk iż-żoni ma jridux jaqbżu l-5 % taż-żoni ddeżinjati ta’ Natura 2000 koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK;

(c)

żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir idrografiku skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Intensità tal-għajnuna

(247)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(248)

L-għajnuna trid titħallas b’mod annwali għal kull ettaru.

1.1.7.   Għajnuna lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona

(249)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna mill-Istat f’żoni muntanjużi u f’żoni oħrajn li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(250)

Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(251)

L-għajnuna tista’ tingħata lil bdiewa attivi li jimpenjaw ruħhom li jsegwu l-attività tal-biedja tagħhom f’żoni magħżula skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. L-Istati Membri jistgħu jwettqu eżerċizzju ta’ rfinar skont il-kundizzjonijiet previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Kostijiet eliġibbli

(252)

L-għajnuna tkopri kumpens għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u l-introjtu mitluf relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew ma’ restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi għaż-żona għall-produzzjoni agrikola fiż-żona kkonċernata. L-Istati Membri jridu juru l-limiti inkwistjoni u jridu jagħtu evidenza li l-ammont ta’ kumpens li jrid jitħallas ma jmurx lil hinn mit-telf ta’ dħul u l-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw minn dawk il-limiti.

(253)

Il-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf iridu jiġu kkalkolati fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew ta’ restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi għaż-żona, meta mqabbla ma’ żoni li ma humiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi għaż-żona.

Intensità tal-għajnuna

(254)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli. L-għajnuna trid tingħata b’mod annwali għal kull ettaru ta’ żona agrikola.

1.1.8.   Għajnuna għall-biedja organika

(255)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-biedja organika kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(256)

Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(257)

L-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi jew lill-gruppi ta’ impriżi li jimpenjaw ruħhom b’mod volontarju li jikkonvertu jew li jżommu prattiki u metodi tal-agrikoltura organika kif inhu definit fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55).

(258)

L-għajnuna tingħata biss għal impenji li jmorru lil hinn mill-istandards u mir-rekwiżiti li ġejjin, li jridu jiġu identifikati u deskritti fin-notifika ta’ għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni:

(a)

ir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni rilevanti u l-istandards tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

ir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju ieħor stabbilit mil-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;

(c)

il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(259)

Għall-impenji msemmija fil-punt (258)(b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, tista’ tingħata għajnuna għal impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.

(260)

L-impenji jridu jitwettqu fuq perjodu inizjali ta’ ħames sa seba’ snin. Madankollu, sabiex jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali mfittxija, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu itwal, inkluż billi jipprovdu għall-estensjoni annwali tagħhom wara tmiem il-perjodu inizjali. Meta tingħata għajnuna għall-konverżjoni għall-biedja organika, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar ta’ mill-anqas sena. Fir-rigward ta’ impenji ġodda li jikkonċernaw iż-żamma direttament wara l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar ta’ mill-anqas sena.

(261)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet skont din il-miżura jkollhom aċċess għall-għarfien u għall-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jimplimentaw tali operazzjonijiet, u li jkun hemm disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħin lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jibdlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom.

Kostijiet eliġibbli

(262)

L-għajnuna tkopri kumpens lill-benefiċjarji għal parti, jew l-ammont kollu, tal-kostijiet addizzjonali u t-telf tal-introjtu, li ġejjin mill-impenji. L-għajnuna trid tingħata b’mod annwali. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna bħala pagament ta’ darba għal kull unità.

(263)

Meta jkun hemm bżonn, l-għajnuna tista’ tkopri wkoll kostijiet tat-tranżazzjoni b’valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenn. Meta l-impenji jidħlu għalihom gruppi ta’ impriżi, il-livell massimu huwa ta’ 30 %. Din l-għajnuna tingħata fuq bażi annwali.

(264)

Madankollu, jekk Stat Membru jkun jixtieq jikkumpensa għall-kostijiet tat-tranżazzjoni kkawżati mid-dħul f’impenji fuq il-biedja organika, irid jipprovdi prova konvinċenti dwar dawk il-kostijiet, pereżempju billi jippreżenta tqabbil bejn il-kostijiet ma’ impriżi li ma jkunux daħlu f’impenji bħal dawn. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tawtorizzax għajnuna mill-Istat għal kostijiet tat-tranżazzjoni għall-issoktar ta’ impenji tal-biedja organika li Stat Membru jkun diġà daħal għalihom fil-passat, sakemm l-Istat Membru ma jurix li dawk il-kostijiet għadhom iseħħu jew li qegħdin jiġu imposti kostijiet ġodda tat-tranżazzjoni.

(265)

Meta l-kostijiet tat-tranżazzjoni jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ kostijiet medji jew farms medji jew it-tnejn li huma, l-Istati Membri jenħtieġ li juru li b’mod partikolari l-impriżi l-kbar ma jkunux ikkumpensati żżejjed. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kumpens, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu jekk il-kostijiet tat-tranżazzjoni inkwistjoni jkunux imġarrba għal kull impriża jew għal kull ettaru.

(266)

L-għajnuna ma tistax tingħata skont din it-Taqsima għal impenji koperti mill-miżura agroambjentali klimatika, jew għal kostijiet koperti mit-Taqsima dwar l-għajnuna sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fis-sistemi tal-kwalità.

(267)

L-għajnuna għall-investimenti fil-produzzjoni primarja u fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti organiċi hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 1.1.1.1 u 1.1.1.2 ta’ din il-Parti dwar l-għajnuna għall-investiment.

Intensità tal-għajnuna

(268)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(269)

L-għajnuna trid titħallas għal kull ettaru. F’każijiet debitament ġustifikati, l-għajnuna tista’ tingħata bħala somma f’daqqa jew pagament ta’ darba għal kull unità.

1.1.9.   Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fl-iskemi ta’ kwalità

(270)

Il-Kummissjoni tqis l-għajnuna favur il-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli u l-gruppi tagħhom fl-iskemi tal-kwalità kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(271)

Din it-Taqsima tapplika għal produtturi ta’ prodotti agrikoli.

Kostijiet eliġibbli

(272)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin fir-rigward tal-iskemi tal-kwalità kif jissemma fil-punt (274):

(a)

il-kostijiet għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi tal-kwalità, b’mod partikolari l-kostijiet li jiġġarrbu għad-dħul fi skema tal-kwalità appoġġata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f’dik l-iskema tal-kwalità, inkluż, fejn ikun meħtieġ, in-nefqa fuq il-verifiki meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema tal-kwalità;

(b)

il-kostijiet għall-miżuri obbligatorji tal-kontroll b’rabta mal-iskemi tal-kwalità li tkun daħlet għalihom l-awtorità kompetenti jew f’isimha, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali;

(c)

il-kostijiet għall-attivitajiet ta’ riċerka tas-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodotti u għall-preparazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ skemi tal-kwalità.

(273)

L-għajnuna msemmija fil-punt (272)(a) u (b) ma tridx tingħata għall-kostijiet ta’ kontrolli li jsiru mill-benefiċjarji stess, jew meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-kostijiet tal-kontrolli jiġġarrbu mill-produtturi tal-prodotti agrikoli u l-grupp tagħhom, mingħajr ma tispeċifika l-livell attwali ta’ imposti.

(274)

L-iskemi tal-kwalità msemmija fil-punt (272)(a) iridu jkunu dawn:

(a)

Skemi tal-kwalità tal-Unjoni;

(b)

skemi tal-kwalità, inklużi skemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ azjendi agrikoli, għal prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(i)

l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott skont tali skemi ta’ kwalità għandha tinħoloq minn obbligi ċari li jiggarantixxu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

1.

karatteristiċi speċifiċi tal-prodott;

2.

metodu speċifiku ta’ biedja jew produzzjoni;

3.

kwalità tal-prodott finali li teċċedi b’mod sinifikanti l-istandards tal-komoditajiet kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, il-benessri tal-annimali jew il-ħarsien tal-ambjent;

(ii)

l-iskema tal-kwalità trid tkun miftuħa għall-produtturi kollha;

(iii)

l-iskema ta’ kwalità trid tkun tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet trid tiġi vverifikata minn awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta’ spezzjoni indipendenti;

(iv)

l-iskema tal-kwalità trid tkun trasparenti u tiżgura t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli;

(c)

skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala li jissodisfaw il-linji gwida tal-Unjoni dwar l-aħjar prattiki msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 bit-titolu “ Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel” relatati ma’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (56).

(275)

L-għajnuna trid tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta’ kundizzjonijiet iddefiniti b’mod oġġettiv.

(276)

L-għajnuna msemmija fil-punt (272)(b) u (c) trid tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati u trid titħallas lill-korp responsabbli għall-miżuri ta’ kontroll, lill-fornitur tar-riċerka jew lill-fornitur tal-konsulenza.

Intensità tal-għajnuna

(277)

L-għajnuna msemmija fil-punt (272)(a) trid tingħata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin, trid titħallas b’mod annwali u ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(278)

L-għajnuna msemmija fil-punt (272)(b) u (c) tista’ tilħaq il-100 % tal-kostijiet reali mġarrba.

1.1.10.   Għajnuna għall-għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur tal-agrikoltura

(279)

Din it-Taqsima tkopri l-għajnuna għall-għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur tal-agrikoltura ħlief l-għajnuna għas-servizzi ta’ sostituzzjoni tal-farms li tista’ tingħata biss lil ċerti impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(280)

L-għoti ta’ appoġġ tekniku jista’ jsir minn gruppi ta’ produtturi jew minn organizzazzjonijiet oħrajn, ikun xi jkun id-daqs tagħhom.

(281)

L-għajnuna trid tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta’ kondizzjonijiet iddefiniti b’mod oġġettiv. Meta l-għoti ta’ appoġġ tekniku jsir minn gruppi u minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi, is-sħubija tat-tali gruppi jew organizzazzjonijiet ma tridx tkun kundizzjoni għal aċċess għas-servizz. Kull kontribut ta’ persuni mhux membri għall-kostijiet amministrattivi tal-grupp jew tal-organizzazzjoni kkonċernata għandu jkun limitat għall-kostijiet tal-forniment tas-servizz.

1.1.10.1.   Għajnuna għall-iskambju tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni

(282)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-iskambju tal-għarfien u l-azzjonijiet ta’ informazzjoni kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-għajnuna għall-appoġġ tekniku stabbiliti fil-punti (279), (280) u (281) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(283)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont din it-Taqsima jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tas-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS) prevista fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

(284)

L-għajnuna tkopri t-taħriġ vokazzjonali, azzjonijiet ta’ kisba ħiliet, inklużi korsijiet ta’ taħriġ, workshops, konferenzi u kkowċjar, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-innovazzjoni, li jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ objettiv speċifiku wieħed jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(285)

L-għajnuna tista’ tkopri wkoll skambju ta’ ġestjoni tal-farms fuq perjodu qasir u żjarat fil-farms.

Kostijiet eliġibbli

(286)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

il-kostijiet ta’ organizzazzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali, azzjonijiet ta’ kisba ta’ ħiliet, inklużi korsijiet ta’ taħriġ, workshops, konferenzi u kkowċjar, attivitajiet ta’ wiri u azzjonijiet ta’ informazzjoni;

(b)

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u l-ispejjeż per diem tal-parteċipanti;

(c)

il-kostijiet tal-provvediment tas-servizzi ta’ sostituzzjoni meta l-parteċipanti jkunu assenti;

(d)

fil-każ ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni, huma eliġibbli wkoll dawn il-kostijiet tal-investiment li ġejjin:

(i)

il-kostijiet għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inklużi l-lokazzjoni, jew it-titjib tal-beni immobbli, bl-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata; f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, perċentwal ogħla jista’ jiġi awtorizzat għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali u l-preservazzjoni tal-ħamrija rikka fil-karbonju;

(ii)

il-kostijiet għax-xiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(iii)

il-kostijiet ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji ta’ fattibbiltà jibqgħu spiża eliġibbli anke meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma tiġġarrab ebda nefqa skont il-punti (i) u (ii);

(iv)

il-kostijiet għall-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u simili, u l-akkwiżizzjonijiet ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

(v)

meta jkun debitament ġustifikat, l-għajnuna għal proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala żgħira tista’ tingħata għal kostijiet addizzjonali u introjtu mitluf marbut mal-proġett ta’ dimostrazzjoni.

(287)

Il-kostijiet imsemmija fil-punt (286)(d) (i) sa (iv) huma eliġibbli biss sakemm dawn jintużaw għall-proġett ta’ dimostrazzjoni u għad-durata tal-proġett ta’ dimostrazzjoni. Jitqiesu eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett ta’ dimostrazzjoni u li huma kkalkolati abbażi ta’ prinċipji kontabilistiċi aċċettati ġeneralment.

(288)

Il-korpi li jipprovdu servizzi ta’ skambju tal-għarfien u ta’ informazzjoni jrid ikollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari sabiex iwettqu dawk il-kompiti.

(289)

L-għajnuna msemmija fil-punt (286)(a),(c) u (d)(i) sa (iv) trid tiġi pprovduta fil-forma ta’ servizzi ssussidjati. L-għajnuna għall-kostijiet tal-provvediment ta’ servizzi ta’ sostituzzjoni msemmija fil-punt (286)(c) tista’, alternattivament, titħallas direttament lill-fornitur tas-servizzi ta’ sostituzzjoni. L-għajnuna msemmija fil-punt (286)(d)(v) trid titħallas direttament lill-benefiċjarji. L-għajnuna għal proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala żgħira skont il-punt (286)(d)(i) sa (iv), tista’ titħallas direttament lill-benefiċjarji.

Intensità tal-għajnuna

(290)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(291)

Fil-każ tal-kostijiet eliġibbli msemmijin fil-punt (286)(d), l-ammont massimu tal-għajnuna jrid ikun limitat għal EUR 100 000 fuq 3 snin fiskali.

1.1.10.2.   Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza

(292)

Il-Kummissjoni tqis l-għajnuna għall-forniment ta’ servizzi konsultattivi kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-għajnuna għall-appoġġ tekniku stabbiliti fil-punti (279), (280) u (281) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(293)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont din it-Taqsima jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tal-AKIS ipprovduta fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

(294)

Il-parir irid ikun marbut ma’ mill-anqas objettiv speċifiku wieħed stabbilit fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 u jrid ikopri mill-anqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

l-obbligi li jirriżultaw mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u mill-istandards tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(b)

il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u ż-żamma taż-żona agrikola msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57), id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58), ir-Regolament (UE) 2016/2031, ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59), l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60) u d-Direttiva 2009/128/KE;

(d)

il-prattiki tal-farms li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi” (61);

(e)

il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju;

(f)

miżuri mmirati għall-modernizzazzjoni tal-farms, it-tiswir tal-kompetittività, l-integrazzjoni settorjali, l-innovazzjoni, l-orjentazzjoni tas-suq kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija;

(g)

it-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura kif imsemmija fl-Artikolu 114, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(h)

il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti, inkluż, mhux aktar tard mill-2024, l-użu tal-Għodda ta’ Sostenibbiltà tal-Farms għan-Nutrijenti, imsemmi fl-Artikolu 15(4), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(i)

il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-obbligi tal-impjegatur kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u l-appoġġ soċjali fil-komunitajiet tal-agrikoltura;

(j)

produzzjoni sostenibbli tal-għalf, evalwazzjoni tal-għalf f’termini ta’ kontenut ta’ nutrijenti u valuri tal-għalf, dokumentazzjoni, ippjanar u kontroll tal-għalf tal-annimali tal-farms abbażi tal-ħtiġijiet.

(295)

L-għajnuna trid tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati.

(296)

Il-korpi magħżula sabiex jipprovdu servizz konsultattiv irid ikollhom ir-riżorsi xierqa fil-forma ta’ taħriġ regolari u persunal ikkwalifikat u esperjenza konsultattiva, u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li jagħtu pariri fihom.

(297)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-pariri jkunu imparzjali u li l-fornituri tas-servizzi ta’ konsulenza ma jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess.

(298)

F’każijiet fejn ikun debitament iġġustifikat u xieraq, il-parir jista’ jingħata fi grupp b’mod parzjali, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tal-utent individwali tas-servizzi konsultattivi.

L-ammont tal-għajnuna

(299)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(300)

L-għajnuna ma tridx taqbeż, fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin, l-ammonti li ġejjin:

(a)

EUR 25 000 għal kull impriża attiva fil-produzzjoni agrikola primarja;

(b)

EUR 200 000 għal kull impriża attiva fl-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

1.1.10.3.   Għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni tal-farms

(301)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni ta’ farm kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-għajnuna għall-appoġġ tekniku stabbiliti fil-punti (279), (280) u (281) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(302)

L-għajnuna trid tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati.

Kostijiet eliġibbli

(303)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet reali mġarrba għas-sostituzzjoni ta’ bidwi, persuna fiżika li hija membru ta’ unità domestika ta’ farm, jew ħaddiem fuq farm, matul l-assenza tagħhom mix-xogħol minħabba mard, inkluż mard ta’ wliedhom jew mard serju ta’ persuna li tgħix magħhom, li tkun teħtieġ kura kostanti, btala, liv tal-maternità u tal-ġenituri, lieva obbligatorja, u f’każ ta’ mewt jew għall-kostijiet deskritti fil-punt (286)(c).

(304)

Id-durata totali tas-sostituzzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal tliet xhur kull sena għal kull benefiċjarju, ħlief fil-każ ta’ sostituzzjoni għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri u s-sostituzzjoni waqt servizz militari obbligatorju. Fir-rigward tal-liv tal-maternità u tal-ġenituri, id-durata tas-sostituzzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal sitt xhur f’kull wieħed minn dawn il-każijiet. Madankollu, f’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza estensjoni tal-perjodu ta’ tliet xhur u sitt xhur. Fir-rigward ta’ servizz militari obbligatorju, id-durata tas-sostituzzjoni jenħtieġ li tkun limitata għad-durata tas-servizz.

Intensità tal-għajnuna

(305)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

1.1.11.   Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur tal-agrikoltura

(306)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur tal-agrikoltura kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(307)

Din it-Taqsima tapplika għas-settur tal-agrikoltura kollu kif definit fil-punt (33)9.

(308)

L-għajnuna taħt din it-Taqsima ma tridx tingħata għal kooperazzjoni li tinvolvi biss korpi ta’ riċerka.

(309)

L-għajnuna tista’ tingħata biss sabiex tippromwovi l-kooperazzjoni, li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(310)

L-għajnuna jenħtieġ li tingħata sabiex jiġu promossi għamliet ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-anqas żewġ atturi, irrispettivament minn jekk dawn ikunux attivi fis-settur tal-agrikoltura, iżda li jkunu soġġetti li mill-kooperazzjoni jgawdi prinċipalment is-settur tal-agrikoltura, u b’ mod partikolari:

(a)

kooperazzjoni fost impriżi differenti fis-settur tal-agrikoltura, il-katina alimentari u bejn atturi oħrajn attivi fis-settur tal-agrikoltura li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika tal-iżvilupp rurali, inklużi l-gruppi ta’ produtturi, il-kooperattivi u l-organizzazzjoni interprofessjonali;

(b)

il-ħolqien ta’ raggruppamenti u networks;

(c)

is-suċċessjoni tal-farms, b’mod partikolari għat-tiġdid ġenerazzjonali fil-livell tal-farms (l-għajnuna tista’ tingħata biss lil bdiewa li jkollhom, jew li sa tmiem l-operazzjoni se jkunu laħqu l-età tal-irtirar, iddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu).

(311)

L-għajnuna tista’ tingħata għall-kooperazzjoni relatata, b’mod partikolari, mal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

proġetti pilota;

(b)

l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiċi, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur tal-agrikoltura u fis-settur tal-ikel biss, sa fejn huma kkonċernati l-prodotti agrikoli;

(c)

kooperazzjoni bejn operaturi żgħar fis-settur tal-agrikoltura fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u l-qsim ta’ faċilitajiet u riżorsi;

(d)

kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista sabiex jinħolqu u jiġu żviluppati ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali;

(e)

attivitajiet promozzjonali f’kuntest lokali relatati mal-iżvilupp ta’ katina qasira tal-provvista u swieq lokali;

(f)

azzjoni kollettiva li ssir għall-għanijiet ta’ mitigazzjoni jew ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;

(g)

approċċi komuni għall-proġetti ambjentali u għall-prattiki ambjentali li qegħdin jitħaddmu, fosthom il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu tal-enerġija (62) rinnovabbli u l-preservazzjoni tal-pajsaġġi agrikoli;

(h)

kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista fil-forniment sostenibbli ta’ bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel jekk ir-riżultat ikun prodott agrikolu u produzzjoni tal-enerġija għall-konsum proprju;

(i)

implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sħab pubbliċi u privati minbarra dawk definiti fl-Artikolu 31(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060, ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali għajr dawk definiti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(j)

forom oħra ta’ kooperazzjoni.

(312)

L-għajnuna tista’ tingħata biss għal forom ġodda ta’ kooperazzjoni, inklużi dawk eżistenti jekk tinbeda attività ġdida.

(313)

L-għajnuna għall-istabbiliment u għall-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista, kif imsemmi fil-punt (311)(d) u (e) trid tkopri biss il-ktajjen tal-provvista li jinvolvu biss intermedjarju wieħed bejn il-bidwi u l-konsumatur.

(314)

Il-kooperazzjoni li għandha tiġi implimentata trid tikkonforma mar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti, kif huwa speċifikat fit-Taqsima rilevanti ta’ dawn il-Linji Gwida.

Kostijiet eliġibbli

(315)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin, sakemm ikollhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet agrikoli:

(a)

il-kostijiet għal studji dwar iż-żona kkonċernata, u għal studji tal-fattibbiltà, u għat-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(b)

il-kostijiet operazzjonali tal-kooperazzjoni, bħalma huma l-paga tal-“koordinatur”;

(c)

il-kostijiet tal-operazzjonijiet li jridu jiġu implimentati;

(d)

il-kostijiet għall-attivitajiet ta’ promozzjoni.

(316)

L-għajnuna trid tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin. F’każijiet debitament ġustifikati, l-għajnuna tista’ tingħata għal perjodu ta’ żmien itwal fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (311)(i) u l-azzjonijiet kollettivi dwar l-ambjent u l-klima sabiex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punti (d), (e) u (f), tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Intensità tal-għajnuna

(317)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(318)

Fil-każ ta’ operazzjonijiet imsemmija fil-punt (314)(c) li jikkonsistu f’investimenti, l-għajnuna trid tkun limitata għall-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment, kif speċifikat fit-Taqsima rilevanti dwar l-għajnuna għall-investiment.

1.2.   Ġestjoni tar-riskju u tal-kriżijiet

(319)

L-għajnuna mill-Istat tista’ tkun mezz xieraq ta’ appoġġ fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ riskji fis-settur tal-agrikoltura, peress li l-attività agrikola inġenerali hija partikolarment skoperta għal riskji u kriżijiet. Madankollu jeżistu differenzi bejn impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja u impriżi attivi fl-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, li normalment ikollhom possibbiltajiet aħjar sabiex jilqgħu r-riskji. Għaldaqstant, uħud mill-kategoriji tal-għajnuna inklużi f’din it-Taqsima se jkunu disponibbli għall-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja biss.

(320)

Meta tingħata għajnuna mill-Istat għal attivitajiet affettwati mir-riskji u l-kriżijiet, il-Kummissjoni tqis il-bżonn li jiġu evitati distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni, billi teħtieġ kontribuzzjoni minima mill-produtturi għat-telf jew għall-ispiża tat-tali miżuri ta’ għajnuna jew xi miżuri adegwati oħrajn li jenħtieġ li jittieħdu sabiex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Istat hija proporzjonata mat-telf imġarrab. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis il-ħtieġa li l-benefiċjarju jieħu miżuri preventivi adegwati sabiex jimminimizza l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija.

1.2.1.   Għajnuna li tikkumpensa l-ħsara fil-produzzjoni agrikola jew fil-mezzi tal-produzzjoni agrikola u sabiex tiġi evitata ħsara

1.2.1.1.   Għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali

(321)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna mill-Istat sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew minn okkorrenzi eċċezzjonali bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-Trattat jekk din tikkonforma ma’ dawn il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(322)

Din it-Taqsima tapplika għas-settur tal-agrikoltura kif definit fil-punt (33)9.

(323)

Il-Kummissjoni konsistentement tenniet li, peress li jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni ġenerali ta’ għajnuna mill-Istat fis-suq intern stabbilit fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kunċetti ta’ “diżastru naturali” u “okkorrenzi eċċezzjonali” msemmija fl-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-Trattat iridu jiġu interpretati b’mod restrittiv. Dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (63).

(324)

Sal-lum il-ġurnata, il-Kumissjoni aċċettat li terremoti, valangi, uqigħ tal-art u għargħar jistgħu jikkostitwixxu diżastri naturali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis l-inizjattiva tal-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat li tippermetti li ssir eżenzjoni ġenerali ta’ dawn il-kategoriji li ġejjin ta’ eventi ta’ diżastri naturali: trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi, u nirien qawwija b’oriġini naturali. Okkorrenzi eċċezzjonali li l-Kummissjoni aċċettat fl-imgħoddi kienu jinkludu gwerer, disturbi interni jew strajkijiet u, b’ċerti riżervi u skont il-kobor tagħhom, aċċidenti nukleari jew industrijali kbar u nirien li jirriżultaw f’telf fuq skala kbira (64). Il-Kummissjoni se tkompli tevalwa pjanijiet sabiex tingħata għajnuna mill-Istat f’konformità mal-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-Trattat fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li tqis il-prattika preċedenti tagħha f’dan il-qasam.

(325)

L-għajnuna mogħtija skont din it-Taqsima hija soġġetta għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet b’mod formali l-karattru tal-event bħala diżastru naturali jew okkorrenza eċċezzjonali;

(b)

hemm rabta ta’ kawżalità diretta bejn id-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali u l-ħsara mġarrba mill-impriża.

(326)

Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bil-quddiem kriterji li abbażi tagħhom jitqies li jkun ingħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (325)(a).

(327)

L-għajnuna trid titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li l-impriża hija membru fihom. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp u lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont tal-għajnuna ma jridx jaqbeż l-ammont tal-għajnuna li għalih hija eliġibbli l-impriża.

(328)

L-iskema ta’ għajnuna trid tiġi stabbilita fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-event, u l-għajnuna trid titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data. Fir-rigward ta’ diżastru naturali jew ta’ okkorrenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni tawtorizza separatament l-għajnuna nnotifikata li tidderoga minn din ir-regola f’każijiet debitament ġustifikati, pereżempju minħabba n-natura u/jew il-firxa tal-event jew in-natura mdewma jew kontinwa tal-ħsara.

(329)

Sabiex titħaffef il-ġestjoni rapida ta’ kriżijiet, il-Kummissjoni se tawtorizza skemi ta’ għajnuna qafas ex-ante bħala kumpens għall-ħsarat ikkawżati minn terremoti, valangi, uqigħ tal-art u għargħar kif ukoll minn trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien qawwija ta’ oriġini naturali, dment li l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata l-għajnuna f’każijiet bħal dawn jiġu stipulati b’mod ċar (65). Fil-każ ta’ skemi ex ante l-Istati Membri jeħtiġilhom jikkonformaw mal-obbligu ta’ rapportar stabbilit fil-punt (651).

(330)

L-għajnuna mogħtija bħala kumpens għall-ħsara kkawżata minn tipi oħrajn ta’ diżastri naturali mhux imsemmija fil-punt (324) u għall-ħsara kkawżata b’okkorrenzi eċċezzjonali, trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

Kostijiet eliġibbli

(331)

Il-kostijiet eliġibbli huma l-ammont tad-danni mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali jew ta’ okkorrenza eċċezzjonali, kif ivvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.

(332)

Id-dannu jista’ jinkludi dan li ġej:

(a)

ħsara materjali f’assi bħal binjiet, tagħmir, makkinarju, stokkijiet u l-mezzi ta’ produzzjoni;

(b)

telf tal-introjtu li jirriżulta mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u l-mezzi ta’ produzzjoni agrikola.

(333)

Il-ħsara trid tiġi kkalkolata fil-livell tal-benefiċjarju individwali.

(334)

Il-kalkolu tad-dannu materjali jrid ikun ibbażat fuq il-kostijiet tat-tiswija jew fuq il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel id-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali. Dan ma jridx jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżati minn diżastru naturali jew mill-okkorrenza eċċezzjonali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi eżatt qabel u eżatt wara d-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali.

(335)

It-telf tal-introjtu jrid jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tad-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali, jew f’kull sena ta’ wara affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, bil-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena

minn

(b)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel id-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezjonali, ħlief l-ogħla u l-inqas entrata bil-prezz medju tal-bejgħ miksub.

(336)

Dak l-ammont jista’ jiżdied b’kostijiet oħrajn imġarrbin mill-benefiċjarju minħabba d-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali, u jrid jitnaqqas b’kull kost mhux imġarrab minħabba d-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali li b’mod ieħor xorta waħda kien iġarrabhom il-benefiċjarju.

(337)

Jistgħu jintużaw indiċijiet sabiex tiġi kkalkolata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju dment li l-metodu ta’ kalkolu użat jippermetti li jiġi determinat it-telf reali ta’ benefiċjarju individwali f’sena partikolari.

(338)

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta metodi oħrajn għall-kalkolu tad-dannu diment li tkun issodisfata li dawn il-metodi jkunu rappreżentattivi, mhux ibbażati fuq redditi għoljin b’mod mhux normali u ma jirriżultawx f’kumpens eċċessiv għal xi benefiċjarju. Il-kejl tal-firxa tad-danni jista’ jitfassal skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull tip ta’ prodott bl-użu ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

indiċijiet bijoloġiċi (kwantità ta’ telf ta’ bijomassa) jew indiċijiet ta’ telf ta’ rendiment ekwivalenti stabbilit fil-livell ta’ farm, lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(b)

indiċijiet tat-temp (inkluża l-kwantità ta’ xita u t-temperatura) stabbiliti fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali.

Intensità tal-għajnuna

(339)

L-għajnuna u kull pagament ieħor riċevut bħala kumpens għad-dannu, inklużi pagamenti minn poloz tal-assigurazzjoni, ma jridux jaqbżu l-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

1.2.1.2.   Għajnuna ta’ kumpens għat-telf ikkawżat minn event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali

(340)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna bħala kumpens għad-dannu kkaġunat minn event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk din tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(341)

Din it-Taqsima tapplika għal għajnuna mogħtija biex tikkumpensa għad-dannu kkaġunat minn event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali kif definit fil-punt (33)3. Hija tapplika biss għal impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(342)

L-għajnuna mogħtija skont din it-Taqsima hija soġġetta għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun għarfet b’mod formali l-karattru tal-event bħala event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali;

(b)

ikun hemm rabta kawżali diretta bejn l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali u d-danni mġarrba mill-impriża.

(343)

L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (342)(a).

(344)

Fil-każ ta’ skemi ex ante l-Istati Membri jeħtiġilhom jikkonformaw mal-obbligu ta’ rapportar stabbilit fil-punt (651).

(345)

L-għajnuna trid titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li l-impriża hija membru fihom. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont tal-għajnuna ma jridx jaqbeż l-ammont tal-għajnuna li għalih hija eliġibbli l-impriża.

(346)

L-iskemi ta’ għajnuna jridu jkunu stabbiliti fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-event klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali. L-għajnuna trid titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

Kostijiet eliġibbli

(347)

Il-kostijiet eliġibbli huma d-dannu mġarrab bħala konsegwenza diretta ta’ event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, kif ivvalutat jew minn awtorità pubblika, jew minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew inkella minn impriża tal-assigurazzjoni.

(348)

Il-ħsara tinkludi dan li ġej:

(a)

il-ħsara materjali lil assi bħal binjiet tal-farms, tagħmir u makkinarju, stokkijiet u l-mezzi ta’ produzzjoni;

(b)

it-telf tal-introjtu mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u l-mezzi ta’ produzzjoni.

(349)

Il-kalkolu tad-dannu mġarrab minħabba l-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali jrid isir fil-livell tal-benefiċjarju individwali.

(350)

Id-dannu materjali għall-assi kkaġunat mill-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali jrid jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-ispiża tat-tiswija jew tal-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali. Ma jistax jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mill-event klimatiku avvers u li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi eżatt qabel u eżatt wara l-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali.

(351)

Meta t-telf fid-dħul tal-benefiċjarju msemmi fil-punt (348)(b) jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-livell ta’ għelejjel jew bhejjem, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat biss id-dannu materjali marbut ma’ dawk l-għelejjel jew bhejjem.

(352)

It-telf tal-introjtu jrid jiġi kkalkolat jew fil-livell ta’ produzzjoni annwali tal-farm jew fil-livell tal-uċuħ tar-raba’ jew bhejjem billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tal-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, skont il-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena

minn

(b)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel ma jkun seħħ l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu tal-ħames snin qabel ma jkun seħħ l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, eskluża l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa, bil-prezz medju tal-bejgħ miksub.

(353)

Dak l-ammont jista’ jiżdied b’kostijiet oħrajn imġarrba mill-benefiċjarju minħabba l-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali. Dak l-ammont irid jitnaqqas bi kwalunkwe kost mhux imġarrab minħabba l-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali li kieku xorta waħda kien iġarrabhom il-benefiċjarju.

(354)

Jistgħu jintużaw indiċijiet sabiex tiġi kkalkolata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju dment li l-metodu ta’ kalkolu użat jippermetti li jiġi determinat it-telf reali ta’ benefiċjarju individwali f’sena partikolari.

(355)

okkorrenza tal-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, ir-referenza għall-kwantità medja annwali matul il-perjodi ta’ tliet snin jew ta’ ħames snin fil-punt (352)(b) trid tinftiehem bħala li tirreferi għall-fatturat iġġenerat jew għall-kwantità prodotta u mibjugħa minn impriża medja tal-istess daqs bħall-applikant, jiġifieri mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew intrapriża medja, rispettivament, fis-settur nazzjonali jew reġjonali affettwat mill-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

(356)

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta metodi oħrajn għall-kalkolu tad-dannu diment li tkun issodisfata li dawn huma rappreżentattivi, ma humiex ibbażati fuq rendimenti għoljin b’mod mhux normali u ma jirriżultawx f’kumpens eċċessiv għal xi benefiċjarju. Il-kejl tal-firxa tad-danni jista’ jitfassal skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull tip ta’ prodott bl-użu ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

indiċijiet bijoloġiċi (kwantità ta’ telf ta’ bijomassa) jew indiċijiet ta’ telf ta’ rendiment ekwivalenti stabbilit fil-livell ta’ farm, lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(b)

indiċijiet tat-temp (inkluża l-kwantità ta’ xita u t-temperatura) stabbiliti fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali.

Intensità tal-għajnuna

(357)

L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut bħala kumpens għad-dannu, inklużi pagamenti minn miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni jew poloz tal-assigurazzjoni oħrajn għad-dannu li għalih tingħata għajnuna, ma jridux jaqbżu t-80 % tal-kostijiet eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied sa 90 % f’żoni li jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew limitazzjonijiet oħrajn speċifiċi għaż-żona.

(358)

L-ammont tal-għajnuna mogħti skont din it-Taqsima jrid jitnaqqas b’tal-anqas 50 % jekk jingħata lil benefiċjarji li ma jkunux għamlu assigurazzjoni jew li ma jkunux ħallsu kontributi finanzjarji lil fondi mutwi akkreditati fl-Istat Membru li jkopru tal-anqas 50 % tal-produzzjoni annwali medja jew tal-introjtu relatat mal-produzzjoni tagħhom u l-aktar riskji klimatiċi statistikament frekwenti fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat, li tiġi pprovduta kopertura ta’ assigurazzjoni għalihom. It-tnaqqis ma japplikax biss jekk Stat Membru jista’ juri b’mod konvinċenti li, minkejja l-isforzi raġonevoli kollha, fiż-żmien li fih seħħ id-dannu ma kienx hemm disponibbli assigurazzjoni affordabbli li tkopri l-aktar riskji klimatiċi statistikament frekwenti fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat.

1.2.1.3.   Għajnuna għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali, tal-pesti tal-pjanti u tal-infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi u għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat mill-mard tal-annimali, mill-pesti tal-pjanti u mill-ispeċijiet aljeni invażivi

(359)

Il-Kummissjoni tikkunsidra għajnuna għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali, tal-pesti tal-pjanti u tal-infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi u għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn dak il-mard tal-annimali, mill-pesti tal-pjanti u mill-ispeċijiet aljeni invażivi, li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(360)

Din it-Taqsima tapplika biss għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(361)

L-għajnuna tista’ titħallas biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-mard tal-annimali, tal-pesti tal-pjanti u tal-infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi, jeżistu regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, kemm jekk stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva;

(b)

dawn ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali jikkonċernaw alternattiva minn fost dawn li ġejjin:

(i)

programm pubbliku fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni, il-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali jew tal-pesti tal-pjanti kkonċernati;

(ii)

miżuri ta’ emerġenza imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

(iii)

miżuri sabiex jinqered jew jitrażżan pest tal-pjanti implimentati f’konformità mal-Artikoli 17 u 18, mal-Artikolu 28(1) u (2), mal-Artikolu 29(1) u (2), mal-Artikolu 30(1) u mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(iv)

miżuri għall-qerda jew għall-konteniment ta’ speċijiet aljeni invażivi implimentati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

(362)

Il-programmi u l-miżuri msemmijin fil-punt (361)(b) iridu jinkludu deskrizzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni kkonċernati.

(363)

L-għajnuna ma tridx tkun relatata ma’ miżuri li fir-rigward tagħhom il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula li l-kostijiet tat-tali miżuri jridu jiġġarrbu mill-benefiċjarju, sakemm il-kost ta’ tali miżuri ta’ għajnuna ma jiġux ikkumpensati kompletament minn imposti obbligatorji fuq il-benefiċjarji.

(364)

L-għajnuna trid titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi li l-impriża hija membru fihom. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont tal-għajnuna ma jridx jaqbeż l-ammont tal-għajnuna li għalih hija eliġibbli l-impriża.

(365)

Ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna individwali fejn jiġi stabbilit li l-marda jew l-infestazzjoni bil-pesti tal-pjanti jew tal-ispeċijiet aljeni invażivi kienet ikkaġunata deliberatament jew bin-negliġenza tal-benefiċjarju.

(366)

Fir-rigward tal-mard tal-annimali, l-għajnuna tista’ tingħata fir-rigward tal-mard imsemmi fil-lista tal-mard tal-annimali tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (66), jew fil-lista ta’ mard tal-annimali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-annimali.

(367)

L-għajnuna tista’ tingħata wkoll fir-rigward ta’ mard emerġenti, li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(368)

L-iskemi ta’ għajnuna jridu jiġu introdotti fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-kost jew tad-dannu kkawżat mill-mard tal-annimali, mill-pest tal-pjanti jew mill-ispeċijiet aljeni invażivi. L-għajnuna trid titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data. Dawn il-kundizzjonijiet ma japplikawx għall-kostijiet stabbiliti fil-punt (370).

(369)

Fil-każ ta’ skemi ex ante l-Istati Membri jeħtiġilhom jikkonformaw mal-obbligu ta’ rapportar stabbilit fil-punt (651).

Kostijiet eliġibbli

(370)

Fil-każ ta’ miżuri ta’ prevenzjoni, l-għajnuna trid tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

kostijiet għall-miżuri ta’ bijosigurtà, inkluż għall-prevenzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(b)

kostijiet għal kontrolli tas-saħħa;

(c)

kostijiet għal analiżijiet inkluża d-dijanjostika in vitro;

(d)

kostijiet għal testijiet u miżuri oħrajn ta’ skrinjar inklużi testijiet tat-TSE u l-BSE;

(e)

kostijiet għax-xiri, għall-ħżin, għall-amministrazzjoni u għat-tqassim ta’ tilqim, mediċini, sustanzi għat-trattamenti tal-annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali;

(f)

kostijiet għat-tbiċċir jew għall-qtil preventiv ta’ annimali jew għall-qerda ta’ prodotti tal-annimali u pjanti;

(g)

kostijiet tat-tindif, tad-diżinfezzjoni jew tad-diżinfestazzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir abbażi tal-epidemjoloġija u l-karatteristiċi tal-patoġenu jew tal-vettur.

(371)

Fil-każ ta’ miżuri ta’ kontroll u eradikazzjoni, l-għajnuna tista’ tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

kostijiet għal testijiet u miżuri oħrajn ta’ skrinjar fil-każ ta’ mard tal-annimali, inklużi testijiet tat-TSE u l-BSE;

(b)

kostijiet għax-xiri, għall-ħżin, għall-amministrazzjoni u għat-tqassim ta’ tilqim, mediċini, sustanzi għat-trattamenti tal-annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(c)

kostijiet għat-tbiċċir jew għall-qtil u l-qerda tal-annimali u l-qerda ta’ prodotti marbutin magħhom jew il-qerda ta’ pjanti, inklużi dawk li jmutu jew li jiġu meqruda bħala riżultat ta’ tilqima jew miżuri oħrajn ordnati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u t-tindif u d-diżinfezzjoni jew id-diżinfezzjoni tal-azjenda u t-tagħmir;

(d)

kostijiet għax-xiri, għall-ħżin, għall-amministrazzjoni u għad-distribuzzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti sabiex jiġu indirizzati speċijiet aljeni invażivi tal-pjanti;

(e)

kostijiet għax-xiri, għall-ħżin, għall-użu u għad-distribuzzjoni ta’ nases jew ta’ tagħmir ieħor sabiex jiġu indirizzati speċijiet aljeni invażivi tal-annimali.

(372)

L-għajnuna fir-rigward tal-kostijiet eliġibbli msemmija fil-punti (370) u (371) trid tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati u trid titħallas lil minn jipprovdi l-miżuri tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-qerda għajr il-kostijiet eliġibbli msemmija fil-punti (370)(e) u (371)(b) u l-kostijiet eliġibbli msemmija fil-punti (370)(f) u (371)(c) fil-każ tal-pesti tal-pjanti u għat-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u tat-tagħmir. F’każijiet debitament ġustifikati, l-għajnuna fir-rigward ta’ kostijiet oħrajn msemmija fil-punti (370) u (371) tista’ titħallas direttament lil benefiċjarju bħala rimborż tal-kostijiet reali mġarrba u mal-preżentazzjoni lill-awtorità awtorizzanti ta’ prova tal-kostijiet imġarrba.

(373)

Fil-każ ta’ għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn mard tal-annimali, pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi, il-kumpens irid jiġi kkalkolat biss fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

tal-valur tas-suq tal-annimali mbiċċra jew maqtula jew li mietu jew il-prodotti relatati magħhom, jew il-pjanti meqruda:

(i)

bħala riżultat tal-marda tal-annimali, tal-pest tal-pjanti jew tal-infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi;

(ii)

bħala parti minn programm jew minn miżura pubblika msemmija fil-punt (361)(b);

(b)

it-telf tal-introjtu minħabba obbligi ta’ kwarantina u diffikultajiet fir-riforestazzjoni jew it-tħawwil mill-ġdid u n-newba tal-għelejjel obbligatorja imposta bħala parti minn programm jew miżura pubbliku/a msemmi/ja fil-punt (361)(b).

(374)

Dak l-ammont irid jitnaqqas:

(a)

bi kwalunkwe kost mhux imġarrab direttament minħabba l-marda tal-annimali, il-pesti tal-pjanti jew l-ispeċijiet aljeni invażivi, li kieku kienet tiġġarrab mill-benefiċjarju;

(b)

bi kwalunkwe dħul magħmul mill-bejgħ ta’ prodotti marbuta mal-annimali mbiċċra jew maqtula u mal-pjanti meqruda għal finijiet preventivi jew ta’ eradikazzjoni fuq ordni tal-awtorità tal-Istat Membru.

(375)

Il-valur tas-suq imsemmi fil-punt (373)(a) irid jiġi stabbilit abbażi tal-valur tal-annimali, tal-prodotti u l-pjanti immedjatament qabel ma nħoloq jew ġie kkonfermat kwalunkwe suspett tal-marda tal-annimali jew tal-pesti tal-pjanti jew infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi.

(376)

L-ammont tal-għajnuna msemmi fil-punt (373) irid ikun limitat għall-kostijiet u għad-dannu kkawżati mill-mard tal-annimali, mill-pesti tal-pjanti u mill-infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi li għalihom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun għamlet waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

tkun irrikonoxxiet formalment tifqigħa, fil-każ ta’ marda tal-annimali;

(b)

tkun irrikonoxxiet formalment il-preżenza tagħhom, fil-każ ta’ pesti tal-pjanti jew ta’ speċijiet aljeni invażivi.

(377)

F’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-kostijiet imġarrbin fit-twettiq tal-miżuri neċessarji għajr dawk imsemmijin f’din it-Taqsima.

Intensità tal-għajnuna

(378)

L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut mill-benefiċjarju, inklużi l-pagamenti skont miżuri jew politiki oħrajn ta’ assigurazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew fondi mutwi għall-istess kostijiet eliġibbli ma jridux jaqbżu l-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

1.2.1.4.   Għajnuna għal bhejjem mejta

(379)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-bhejjem mejta kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3 ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(380)

Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(381)

L-għajnuna trid tkun kondizzjonali fuq l-eżistenza ta’ programm ta’ monitoraġġ konsistenti li jiżgura r-rimi sikur tal-bhejjem mejta kollha fl-Istat Membru kkonċernat.

Intensità tal-għajnuna

(382)

B’rabta mal-kostijiet eliġibbli elenkati hawn taħt, japplikaw l-intensitajiet tal-għajnuna li ġejjin:

(a)

għajnuna b’rata li tasal sa 100 % tal-kostijiet għat-tneħħija ta’ bhejjem mejta, u 75 % tal-kostijiet għall-qerda ta’ tali bhejjem mejta; tista’ tingħata għajnuna għall-kostijiet tal-premia għall-assigurazzjoni li tkopri l-kostijiet tat-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1.2.1.6;

(b)

għajnuna b’rata li tasal sa 100 % tal-kostijiet għat-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta meta l-għajnuna tkun iffinanzjata permezz ta’ tariffi jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji maħsuba għall-finanzjament tat-tneħħija u l-qerda ta’ tali bhejjem mejta, diment li tali tariffi jew kontribuzzjonijiet ikunu limitati għas-settur tal-laħam u imposti direttament fuqu;

(c)

għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet għat-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta fejn ikun hemm obbligu ta’ twettiq ta’ testijiet għat-TSE fuq il-bhejjem mejta ikkonċernati jew fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-annimali msemmija fil-punt (366).

(383)

L-għajnuna trid tiġi pprovduta fil-forma ta’ servizzi ssussidjati, għajr meta n-nissiel tal-bhejjem li jkun il-benefiċjarju tal-għajnuna jaġixxi wkoll bħala fornitur ta’ servizz.

(384)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-għajnuna, l-għajnuna tista’ titħallas lill-operaturi ekonomiċi jew lill-korpi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu attivi downstream mill-impriżi attivi fis-settur tal-bhejjem;

(b)

dawn jipprovdu servizzi marbuta mat-tneħħija u mal-qerda ta’ bhejjem mejta.

(385)

Fir-rigward tal-bhejjem mejta u l-iskart tal-biċċeriji, il-Kummissjoni ma tawtorizzax l-għajnuna għall-bhejjem mejta mogħtija lil operaturi attivi fl-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli u l-għajnuna għall-kostijiet tad-disponiment tal-iskart tal-biċċeriji. L-għajnuna mill-Istat għall-investimenti magħmula fir-rigward tad-disponiment tal-iskart tal-biċċeriji tiġi eżaminata skont ir-regoli rilevanti li japplikaw għall-għajnuna għall-investiment.

1.2.1.5.   Għajnuna biex tikkumpensa għad-danni kkawżati minn annimali protetti

(386)

Ħsara lil tagħmir, infrastruttura, annimali u pjanti kkawżata minn annimali protetti hija problema li qiegħda tikber. Is-suċċess tal-politika ta’ konservazzjoni tal-Unjoni jiddependi parzjalment fuq il-ġestjoni effettiva tal-kunflitti bejn annimali protetti u bdiewa. B’konsegwenza ta’ dan, u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna sabiex tikkumpensa għad-dannu kkawżat minn annimali protetti kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(387)

Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(388)

Sabiex jittaffa r-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex jiġi pprovdut inċentiv biex jitnaqqas ir-riskju, il-benefiċjarji jridu jipprovdu kontribuzzjoni minima. Din il-kontribuzzjoni trid tieħu l-forma ta’ miżuri preventivi raġonevoli, bħal sisien tas-sikurezza meta jkun possibbli u bħal klieb li joqogħdu għassa mal-bhejjem, li huma proporzjonati għar-riskju ta’ danni kkawżati minn annimali protetti fiż-żona kkonċernata. Dan il-punt ma għandux japplika għall-ewwel attakk ta’ annimal protett f’żona partikolari. Barra minn hekk, jekk il-miżuri preventivi ma jkunux raġonevolment possibbli, l-Istat Membru kkonċernat irid juri l-impossibbiltà li jieħu tali miżuri preventivi sabiex l-għajnuna titqies kompatibbli.

(389)

L-Istat Membru jrid jistabbilixxi rabta ta’ kawżalità diretta bejn id-danni mġarrba u l-imġiba tal-annimal protett.

(390)

L-għajnuna trid titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li l-impriża hija membru fihom. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp u lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont tal-għajnuna ma jridx jaqbeż l-ammont tal-għajnuna li għalih hija eliġibbli l-impriża.

(391)

L-iskema tal-għajnuna trid tiġi stabbilita fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-event ta’ ħsara. L-għajnuna trid titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

Kostijiet eliġibbli

(392)

Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet imġarrba bħala konsegwenza diretta tal-event li kkawża d-dannu, kif jiġu vvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.

(393)

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu dan li ġej:

(a)

dannu għall-annimali maqtula jew għall-pjanti meqruda: il-kostijiet eliġibbli huma bbażati fuq il-valur tas-suq tal-annimal maqtul jew tal-pjanti meqruda mill-annimali protetti;

(b)

il-kostijiet indiretti: il-kostijiet tal-veterinarju li jirriżultaw mill-kura tal-annimali mweġġgħin u l-kostijiet tax-xogħol marbuta mat-tiftix għal annimali mitlufin; telf ta’ introjtu minħabba rendiment tal-produzzjoni aktar baxx marbut ma’ attakki minn annimali protetti;

(c)

id-dannu materjali lil dawn l-assi: it-tagħmir tal-farm, il-makkinarju, il-binjiet tal-farm u l-istokkijiet; il-kalkolu tad-dannu materjali jrid ikun ibbażat fuq il-kostijiet tat-tiswija jew fuq il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-event li kkawża l-ħsara; dan ma jistax jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżat mill-event li kkawża d-danni, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-proprjetà eżatt qabel u eżatt wara l-event.

(394)

L-ammont tal-għajnuna jrid jitnaqqas bi kwalunkwe kost li ma jiġġarrabx minħabba l-event li jikkawża l-ħsara, li kieku kien jiġġarrab mill-benefiċjarju, u bi kwalunkwe introjtu li jsir mill-bejgħ tal-prodotti marbuta mal-annimali maqtula jew mal-pjanti meqruda mill-annimali protetti.

(395)

Il-ħsara trid tiġi kkalkolata fil-livell tal-benefiċjarju individwali.

(396)

It-telf tal-introjtu jrid jiġi kkalkolat jew fil-livell tal-produzzjoni annwali tal-farm, jew fil-livell tal-popolazzjoni tal-bhejjem jew tal-għelejjel billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tal-event dannuż, bil-prezz tal-bejgħ medju akkwistat matul dik is-sena; minn

(b)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel l-event dannuż, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel l-event dannuż, eskluża l-ogħla u l-anqas entrata bil-prezz medju tal-bejgħ medju miksub.

(397)

L-investimenti relatati mal-miżuri sabiex jiġu evitati d-danni li jsiru minn annimali protetti jistgħu jiġu appoġġati skont il-kundizzjonijiet tat-Taqsima 1.1.1.1 ta’ din il-Parti dwar l-għajnuna għal investimenti fl-azjendi agrikoli.

Intensità tal-għajnuna

(398)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(399)

Il-kumpens għall-kostijiet indiretti msemmija fil-punt (393)(b) irid ikun proporzjonat għall-kostijiet diretti msemmija fil-punt (393)(a) u ma jridx jaqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli indiretti totali.

(400)

L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut bħala kumpens għad-dannu, inklużi pagamenti minn miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni jew poloz tal-assigurazzjoni għad-dannu li għalih tingħata l-għajnuna, ma jridux jaqbżu l-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

1.2.1.6.   Għajnuna għall-pagament ta’ premia tal-assigurazzjoni

(401)

F’ħafna każijiet, l-assigurazzjoni hija għodda li tgħin ferm għall-ġestjoni tajba tar-riskji u l-kriżijiet. Għaldaqstant, u fir-rigward tal-possibbiltajiet ta’ finanzjament spiss neqsin tal-bdiewa, il-Kummissjoni tieħu pożizzjoni favorevoli fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat għall-premia tal-assigurazzjoni meta l-assigurazzjoni tikkonċerna l-produzzjoni agrikola primarja.

(402)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-bdiewa għall-pagament ta’ premia tal-assigurazzjoni kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(403)

Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(404)

L-għajnuna ma tridx tikkostitwixxi xkiel għall-operat tas-suq intern għas-servizzi tal-assigurazzjoni. B’mod partikolari, l-għajnuna ma tridx tkun limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni unika jew grupp ta’ kumpaniji, jew tkun soġġetta għall-kundizzjoni li jiġi ffirmat kuntratt ta’ assigurazzjoni ma’ kumpanija stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat.

(405)

L-iskemi ta’ assigurazzjoni mill-ġdid jiġu analizzati abbażi ta’ każ b’każ.

Kostijiet eliġibbli

(406)

Il-kostijiet eliġibbli huma dawk il-kostijiet tal-premia tal-assigurazzjoni biex ikopru d-dannu kkawżat minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u speċijiet aljeni invażivi, it-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta u d-dannu kkawżat minn annimali protetti, kif imsemmi fit-Taqsimiet 1.2.1.1, 1.2.1.2, 1.2.1.3, 1.2.1.4 u 1.2.1.5, kif ukoll minn eventi klimatiċi avversi oħrajn jew dannu kkawżat minn inċidenti ambjentali.

(407)

L-assigurazzjoni tista’ tikkumpensa biss il-kost tal-kumpens għad-dannu msemmi fil-punt (406) u tista’ ma teħtieġx jew ma tispeċifikax it-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni futura.

(408)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-premia tal-assigurazzjoni għall-assigurazzjoni kontra telf ikkawżat minn inċidenti ambjentali, l-okkorrenza ta’ inċident ambjentali trid tiġi rikonoxxuta formalment bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

(409)

fejn rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom jitqies li jkun ingħata dak ir-rikonoxximent formali.

(410)

Jistgħu jintużaw l-indiċijiet imsemmija fil-punti (337) u (338) sabiex tiġi kkalkolata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju u l-firxa tat-telf.

Intensità tal-għajnuna

(411)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż is-70 % tal-kost tal-primjum tal-assigurazzjoni. Fir-rigward tal-għajnuna għat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejta, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-100 % tal-kost tal-primjum tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ premia tal-assigurazzjoni għat-tneħħija ta’ bhejjem mejta u 75 % tal-kost tal-primjum tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-premia tal-assigurazzjoni għall-qerda ta’ tali bhejjem mejta.

(412)

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjum tal-assigurazzjoni li huwa eliġibbli għal għajnuna billi japplikaw limiti massimi xierqa.

1.2.1.7.   Għajnuna għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi

(413)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi reċiproċi sabiex jitħallas kumpens għall-bdiewa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(414)

Din it-Taqsima tapplika għal intrapriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(415)

Il-fond mutwu kkonċernat irid:

(a)

ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali;

(b)

ikollu politika trasparenti dwar il-pagamenti fil-fond u l-ġbid minnu;

(c)

ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.

(416)

L-Istati Membri jridu jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti bħala kumpens, kif ukoll għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-arranġamenti tal-fondi jipprevedu penali f’każ ta’ negliġenza min-naħa tal-benefiċjarju.

Kostijiet eliġibbli

(417)

Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil fondi mutwi bħala ħlas ta’ kumpens lill-bdiewa għal dannu kkawżat minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u speċijiet aljeni invażivi, it-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta u d-dannu kkawżat minn annimali protetti, kif imsemmi fit-Taqsimiet 1.2.1.1, 1.2.1.2, 1.2.1.3, 1.2.1.4 u 1.2.1.5, kif ukoll minn eventi klimatiċi avversi oħrajn jew dannu kkawżat minn inċidenti ambjentali. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu marbuta biss mal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lil impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(418)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi sabiex jitħallas kumpens għal dannu kkawżat minn inċidenti ambjentali, l-okkorrenza ta’ inċident ambjentali trid tiġi rikonoxxuta formalment bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

(419)

L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom jitqies li r-rikonoxximent formali msemmi ngħata

(420)

Jistgħu jintużaw l-indiċijiet imsemmija fil-punti (337) u (338) sabiex tiġi kkalkolata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju u l-firxa tat-telf.

Intensità tal-għajnuna

(421)

L-għajnuna ma tridx taqbeż is-70 % tal-kostijiet eliġibbli.

1.3.   Tipi oħrajn ta’ għajnuna fis-settur tal-agrikoltura

1.3.1.   Għajnuna għall-għeluq tal-kapaċità tal-produzzjoni

(422)

Din it-Taqsima tapplika għas-settur tal-agrikoltura kollu kif definit fil-punt (33)9.

1.3.1.1.   Għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, tal-pjanti jew tal-bniedem, kif ukoll għal raġunijiet sanitarji, etiċi, ambjentali jew klimatiċi

(423)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-għeluq tal-kapaċità kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(424)

L-għeluq tal-kapaċità jsir għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, tal-pjanti jew tal-bniedem, kif ukoll għal raġunijiet sanitarji, etiċi, ambjentali jew klimatiċi, bħat-tnaqqis fid-densitajiet globali ta’ bhejjem.

(425)

Il-benefiċjarju jrid jipprovdi kontribuzzjoni minima fil-forma ta’ deċiżjoni definittiva u irrevokabbli sabiex titneħħa jew tingħalaq b’mod irrevokabbli l-kapaċità ta’ produzzjoni kkonċernata. Din id-deċiżjoni tinvolvi jew l-għeluq sħiħ tal-kapaċità mill-impriża kkonċernata jew, fejn dan ikun debitament iġġustifikat, l-għeluq parzjali tal-kapaċità. Iridu jinkisbu impenji legalment vinkolanti mill-benefiċjarju li l-għeluq tal-kapaċità ta’ produzzjoni kkonċernata huwa definittiv u ma jistax jitreġġa’ lura u li l-benefiċjarju ma huwiex se jibda l-istess attività xi mkien ieħor. Dawk l-impenji jridu jkunu vinkolanti wkoll għal kwalunkwe xerrej ieħor tal-art jew faċilità kkonċernata fil-futur.

(426)

Huma biss l-impriżi li fil-fatt kienu qegħdin jipproduċu, u huma biss il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni li fil-fatt kienu qegħdin jintużaw b’mod kostanti matul l-aħħar ħames snin qabel l-għeluq tal-kapaċità li huma eliġibbli għall-għajnuna. F’każijiet fejn il-kapaċità tal-produzzjoni tkun diġà għalqet b’mod definittiv, jew fejn tali għeluq jidher li jkun inevitabbli, ma jkun hemm l-ebda sforz minimu (suffiċjenti) ta’ kontribuzzjoni mill-benefiċjarju, u l-għajnuna ma tistax tingħata.

(427)

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tehmeż kundizzjonijiet addizzjonali mal-awtorizzazzjoni tal-għajnuna.

(428)

Għall-għajnuna, huma eliġibbli biss dawk l-impriżi li jissodisfaw l-istandards tal-Unjoni. Impriżi li ma jissodisfawx l-istandards tal-Unjoni u li jkunu obbligati jwaqqfu l-produzzjoni xorta waħda huma esklużi.

(429)

Sabiex tiġi evitata l-erożjoni u sabiex jiġu evitati effetti negattivi oħrajn fuq l-ambjent, art agrikola miftuħa li titwaqqaf mill-produzzjoni trid fil-prinċipju tinsaġar jew tinqeleb f’żona tan-natura fi żmien sentejn u b’tali mod li jiġi żgurat li jiġu evitati effetti negattivi fuq l-ambjent. Sabiex jiġu evitati effetti klimatiċi negattivi, l-art agrikola ikkonvertita għal art mistagħdra jew għal torbiera ma għandhiex tinsaġar b’mod mhux xieraq. Inkella, art agrikola miftuħa tista’ terġa’ tintuża 20 sena wara l-għeluq effettiv tal-kapaċità. Sa dak iż-żmien, dik l-art agrikola trid tinżamm f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, f’konformità mal-istandards tal-KAAT stabbiliti taħt it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115, u mar-regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti. L-għeluq ta’ installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (67) irid jitwettaq f’konformità mal-Artikoli 11 u 22 ta’ dik id-Direttiva.

(430)

L-għajnuna mogħtija skont skema ta’ għajnuna trid tkun aċċessibbli għall-impriżi eliġibbli kollha.

Kostijiet eliġibbli

(431)

L-għajnuna tkopri l-kumpens għat-telf tal-valur tal-assi, imkejla bħala l-valur attwali tal-bejgħ tal-assi.

(432)

Minbarra l-kumpens għat-telf tal-valur tal-assi, għall-għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet ambjentali jew klimatiċi, jista’ jingħata pagament ta’ inċentiv li ma jistax jaqbeż l-20 % tal-valur tal-assi.

(433)

Jista’ jingħata wkoll kumpens għall-kostijiet tal-qerda tal-kapaċità tal-produzzjoni.

(434)

L-għajnuna tista’ titħallas ukoll sabiex tikkumpensa għall-kostijiet soċjali obbligatorji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-għeluq.

(435)

L-għajnuna għall-afforestazzjoni u l-konverżjoni tal-art f’żoni tan-natura trid tingħata f’konformità mar-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 2.1.1 u 2.1.2 u r-regoli dwar l-investiment mhux produttiv stabbiliti fit-Taqsima 1.1.1.1 ta’ din il-Parti.

Intensità tal-għajnuna

(436)

L-intensità massima tal-għajnuna hija stabbilita kif ġej:

(a)

sa 100 % għall-kumpens għat-telf tal-valur tal-assi, għall-kumpens għall-kostijiet tal-qerda tal-kapaċità tal-produzzjoni u sabiex il-kostijiet soċjali obbligatorji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-għeluq jiġu paċuti;

(b)

sa 120 % għall-kumpens tat-telf tal-valur tal-assi fejn l-għeluq isir għal raġunijiet ambjentali.

1.3.1.2.   Għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet oħrajn

(437)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet oħra għajr dawk stabbiliti fil-punt (424) kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(438)

L-għeluq irid isir għar-ristrutturar tas-settur, għad-diversifikazzjoni jew għall-irtirar bikri.

(439)

Iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (425) sa (429).

(440)

Kif stabbilit fil-punt (62), ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna li tinterferixxi mal-mekkaniżmi tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli. L-iskemi tal-għajnuna li japplikaw għas-setturi li huma soġġetti għal-limiti jew kwoti ta’ produzzjoni jiġu evalwati fuq bażi ta’ każ b’każ.

(441)

L-għajnuna trid tkun parti minn programm li għandu objettivi definiti u skeda ta’ żmien speċifika mmirata għar-ristrutturar tas-settur, għad-diversifikazzjoni, jew għall-irtirar bikri.

(442)

Sabiex jiġi żgurat impatt rapidu fuq is-suq, id-durata tal-iskemi ta’ għajnuna bil-għan li tingħalaq il-kapaċità jenħtieġ li jiġi limitat għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur għall-ġbir ta’ applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni, u perjodu ieħor ta’ tnax-il xahar għall-għeluq proprju. Il-Kummissjoni ma taċċettax skemi ta’ għajnuna b’durata ta’ aktar minn tliet snin, peress li l-esperjenza turi li dawn jistgħu jirriżultaw fl-ittardjar tal-bidliet meħtieġa.

(443)

L-iskema ta’ għajnuna trid tkun aċċessibbli għall-atturi ekonomiċi kollha fis-settur ikkonċernat bl-istess kundizzjonijiet. Sabiex jinkiseb impatt massimu, l-Istat Membru jrid juża sistema trasparenti u miftuħa ta’ sejħiet għal interess li pubblikament tistieden lill-impriżi kollha potenzjalment interessati sabiex jieħdu sehem; fl-istess ħin, l-organizzazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna trid titmexxa b’tali mod li la tkun teħtieġ u lanqas ma tiffaċilita ftehimiet mhux kompetittivi jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi kkonċernati.

Il-kostijiet eliġibbli u l-intensità tal-għajnuna

(444)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kostijiet eliġibbli u dwar l-intensità tal-għajnuna stabbiliti fit-Taqsima 1.2.2.1 huma applikabbli, bl-eċċezzjoni tal-kostijiet imsemmija fil-punt (432).

1.3.2.   Għajnuna għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja

(445)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(446)

Din it-Taqsima tapplika għal impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

(447)

Ir-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja trid issegwi objettiv ta’ interess pubbliku, bħal raġunijiet ambjentali jew sanitarji, jew is-saħħa tal-annimali, tal-pjanti jew tal-bniedem. L-interess pubbliku invokat sabiex jiġġustifika l-għajnuna skont din it-Taqsima jrid ikun speċifikat fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat. Il-benefiċjarju jrid jipprovdi kontribuzzjoni minima fl-għamla ta’ impenn biex ibiddel is-sit abbandunat għal stat ambjentalment sodisfaċenti, inklużi ż-żarmar u l-qerda tal-faċilitajiet preżenti fis-sit abbandunat.

(448)

L-għajnuna skont din it-Taqsima, li tinvolvi investimenti stabbiliti fil-punt (449)(b) u (c), trid tikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-għajnuna għall-investiment stabbiliti fil-punt (143) ta’ dawn il-Linji Gwida.

L-intensitajiet tal-għajnuna

(449)

Japplikaw l-intensitajiet tal-għajnuna li ġejjin:

(a)

meta r-rilokazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja tkun tikkonsisti f’operazzjonijiet ta’ żarmar, ta’ tneħħija u ta’ bini mill-ġdid jew fl-akkwiżizzjoni ta’ faċilitajiet eżistenti oħrajn, u fit-tibdil tas-sit abbandunat fi stat ambjentalment sodisfaċenti, l-intensità tal-għajnuna tista’ tasal sa 100 % tal-kostijiet reali mġarrba;

(b)

meta r-rilokazzjoni tirriżulta fl-immodernizzar tal-faċilitajiet jew f’żieda fil-kapaċità produttiva, japplikaw l-intensitajiet tal-għajnuna għall-investimenti kif imsemmi fil-punti (159), (160), (161) u (162) fir-rigward tal-kostijiet relatati mal-immodernizzar tal-faċilitajiet jew maż-żieda tal-kapaċità ta’ produzzjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, is-sempliċi sostituzzjoni ta’ binja jew ta’ faċilitajiet eżistenti b’binja jew b’faċilitajiet aġġornati mingħajr ma fundamentalment jinbidlu l-produzzjoni jew it-teknoloġiji involuti, ma hijiex ikkunsidrata bħala relatata mal-immodernizzar;

(c)

meta r-rilokazzjoni tikkonċerna attivitajiet qrib stabbilimenti rurali, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja jew tiżdied il-prestazzjoni ambjentali tal-istabbiliment rurali u tikkonċerna infrastrutturi fuq skala żgħira, l-intensità tal-għajnuna tista’ tasal sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

1.3.3.   Għajnuna lis-settur tat-trobbija tal-bhejjem

(450)

Il-Kummissjoni tieħu pożizzjoni favorevoli fir-rigward tal-għajnuna li tikkontribwixxi għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità ġenetika tal-bhejjem tal-Unjoni. Għalhekk hija tqis l-għajnuna fis-settur tal-bhejjem kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(451)

Din it-Taqsima tapplika għall-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja. Il-Kummissjoni ma tawtorizzax għajnuna mill-Istat għall-kostijiet koperti minn din it-Taqsima favur intrapriżi kbar.

(452)

Jenħtieġ li l-għajnuna tiġi pprovduta fil-forma ta’ servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji.

Kostijiet eliġibbli

(453)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ kotba tat-tnissil kif ukoll it-testijiet imwettqa minn jew f’isem partijiet terzi, sabiex tiġi ddeterminata l-kwalità ġenetika jew sabiex jiġi ddeterminat ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta’ kontrolli mwettqa mis-sid tal-bhejjem u kontrolli ta’ rutina tal-kwalità tal-ħalib.

(454)

Il-kostijiet eliġibbli huma:

(a)

il-kostijiet amministrattivi li ġejjin għall-istabbiliment u għaż-żamma ta’ kotba tat-tnissil imsemmija fil-punt (453):

(i)

il-kostijiet għall-ġbir u l-amministrazzjoni tad-data dwar l-annimali, pereżempju l-oriġini ta’ annimal, id-data ta’ twelid tiegħu, id-data ta’ inseminazzjoni tiegħu, id-data tal-mewt tiegħu u r-raġunijiet għala seħħ dan, u evalwazzjoni ta’ espert, l-attwalizzazzjoni u l-ipproċessar tad-data meħtieġa għall-istabbiliment u għaż-żamma tal-kotba tat-tnissil;

(ii)

il-kostijiet għax-xogħlijiet amministrattivi relatati mar-reġistrazzjoni tad-data rilevanti dwar l-annimali fil-kotba tat-tnissil;

(iii)

il-kostijiet għall-aġġornament ta’ software għall-ġestjoni tad-data fil-kotba tat-tnissil;

(iv)

il-kostijiet għall-pubblikazzjoni online ta’ informazzjoni dwar il-kotba tat-tnissil u ta’ data mill-kotba tat-tnissil;

(v)

kostijiet amministrattivi oħrajn relatati;

(b)

il-kostijiet li ġejjin għat-testijiet sabiex tiġi ddeterminata l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem imsemmija fil-punt (453):

(i)

il-kostijiet tat-testijiet jew tal-kontrolli;

(ii)

il-kostijiet relatati mal-ġbir u mal-evalwazzjoni tad-data riċevuta minn tali testijiet u kontrolli fir-rigward taż-żieda fis-saħħa tal-annimali u l-livell ta’ ħarsien tal-ambjent;

(iii)

il-kostijiet relatati mal-ġbir u l-evalwazzjoni tad-data riċevuta minn tali testijiet u kontrolli mmirati lejn il-valutazzjoni tal-kwalità ġenetika tal-annimali għall-implimentazzjoni ta’ tekniki avvanzati ta’ tgħammir u għaż-żamma tad-diversità ġenetika;

(iv)

kostijiet amministrattivi relatati mal-kostijiet stipulati hawn fuq fis-subpunti minn (i) sa (iii).

Intensità tal-għajnuna

(455)

L-għajnuna tista’ tkopri sa 100 % tal-finanzjament tal-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment u ż-żamma ta’ kotba tat-tnissil imsemmija fil-punt (454)(a).

(456)

L-għajnuna tista’ tkopri sa 70 % għall-kostijiet tat-testijiet imwettqa minn jew f’isem partijiet terzi, sabiex tiġi stabbilita l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, imsemmija fil-punt (454)(b).

1.3.4.   Għajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni favur prodotti agrikoli

(457)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(458)

Din it-Taqsima tapplika għas-settur tal-agrikoltura kollu kif definit fil-punt (33)9 ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet, fieri kummerċjali jew wirjiet, imsemmija fil-punt (468)(a) iridu jkunu limitati għall-SMEs.

(459)

L-attività ta’ promozzjoni trid tkun maħsuba jew sabiex tinforma lill-pubbliku dwar il-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli, bħal pereżempju bl-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet, bil-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali u f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi, bil-popolarizzazzjoni tal-għarfien xjentifiku, jew bil-pubblikazzjonijiet b’informazzjoni fattwali, jew inkella sabiex l-operaturi ekonomiċi jew il-konsumaturi jiġu mħeġġa jixtru l-prodott agrikolu kkonċernat permezz ta’ kampanji ta’ promozzjoni. L-attività ta’ promozzjoni tista’ tiġi implimentata fis-suq intern u f’pajjiżi terzi.

(460)

Il-miżuri ta’ promozzjoni jistgħu:

(a)

ikunu relatati speċifikament ma’ prodotti koperti minn skemi tal-kwalità msemmija fil-punt (274); jew

(b)

ikunu ta’ karattru ġeneriku u ta’ benefiċċju għall-produtturi kollha tat-tip ta’ prodott ikkonċernat.

(461)

Il-miżuri ta’ promozzjoni jridu jkunu konformi mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68) u, fejn xieraq, mar-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar.

(462)

L-Istati Membri jeħtiġilhom jibagħtu kampjuni rappreżentattivi ta’ materjal ta’ promozzjoni lill-Kummissjoni meta jinnotifikaw għajnuna jew skema ta’ għajnuna individwali għal miżura ta’ promozzjoni. Jekk dak il-materjal ma jkunx disponibbli meta ssir in-notifika, jenħtieġ li jsir impenn sabiex jiġi pprovdut fi stadju aktar tard u fi kwalunkwe każ qabel it-tnedija tal-miżura ta’ promozzjoni.

(463)

Il-miżuri ta’ promozzjoni li jaqbżu l-livell limitu tan-notifika msemmi fil-punt (35)(b) iridu jiġu nnotifikati b’mod individwali.

(464)

Il-provvediment ta’ miżuri promozzjonali jista’ jsir minn gruppi ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjonijiet oħrajn irrispettivament mid-daqs tagħhom. Meta l-miżura ta’ promozzjoni ssir minn gruppi ta’ produtturi jew minn organizzazzjonijiet oħrajn, il-parteċipazzjoni ma tridx tkun kondizzjonali għal sħubija ta’ dawk il-gruppi jew organizzazzjonijiet filwaqt li kwalunkwe kontribuzzjoni fir-rigward tat-tariffi amministrattivi għall-grupp jew għall-organizzazzjoni trid tkun limitata għall-ispiża tal-għoti tal-miżura ta’ promozzjoni.

(465)

L-għajnuna trid tingħata f’waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

fil-forma ta’ servizzi sussidjati;

(b)

abbażi ta’ rimborż tal-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju;

(c)

fir-rigward tal-għajnuna għal premjijiet simboliċi, anke fi flus.

(466)

B’deroga mill-punt (465), l-għajnuna għall-kampanji ta’ promozzjoni trid tingħata biss fil-forma ta’ servizzi ssussidjati.

(467)

L-għajnuna għal premjijiet simboliċi msemmija fil-punt (468)(a)(v) tista’ titħallas biss lill-fornitur tal-miżuri ta’ promozzjoni jekk il-premju fil-fatt ikun ingħata u mal-preżentazzjoni ta’ prova tal-għoti.

Kostijiet eliġibbli

(468)

Il-kostijiet eliġibbli għall-għajnuna għall-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli huma dawn:

(a)

kostijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet, f’fieri kummerċjali u f’wirjiet, dment li l-għajnuna tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv:

(i)

tariffi tal-parteċipazzjoni;

(ii)

kostijiet tal-ivvjaġġar u kostijiet għat-trasport ta’ prodotti kkonċernati mill-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet, fieri kummerċjali u wirjiet;

(iii)

kostijiet ta’ pubblikazzjonijiet u siti web li jħabbru l-event;

(iv)

kera ta’ bini u stands u l-kostijiet għall-installazzjoni u ż-żarmar tagħhom;

(v)

premjijiet simboliċi sa valur ta’ EUR 3 000 għal kull premju u għal kull rebbieħ tal-kompetizzjoni;

(b)

il-kostijiet tal-pubblikazzjonijiet f’mezzi stampati u elettroniċi, siti web u riklami f’mezzi elettroniċi, fuq ir-radju jew it-televixin, bil-għan li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar il-produtturi minn reġjun partikolari jew produtturi ta’ prodott partikolari, sakemm l-informazzjoni tkun newtrali u l-produtturi kollha jingħataw l-istess opportunità li jkunu rrappreżentati fil-pubblikazzjoni;

(c)

kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali dwar:

(i)

skemi tal-kwalità kif jissemma fil-punt (274) miftuħin għal prodotti agrikoli minn Stati Membri oħrajn u pajjiżi terzi;

(ii)

prodotti agrikoli ġeneriċi u l-benefiċċji nutrizzjonali tagħhom u l-użu ssuġġerit għalihom;

(d)

il-kostijiet għall-kampanji ta’ promozzjoni mmirati lejn il-konsumaturi organizzati fil-media jew fi ħwienet għall-konsumaturi kif ukoll il-kostijiet għall-materjal ta’ promozzjoni kollu li jiġi distribwit direttament lill-konsumaturi.

Referenza għal impriża, isem tad-ditta jew oriġini partikolari

(469)

Attivitajiet ta’ promozzjoni msemmija fil-punt (468)(c) u kampanji ta’ promozzjoni li jissemmew fil-punt (468)(d), b’mod partikolari dawk li huma ġeneriċi fin-natura tagħhom u għall-benefiċċju tal-produtturi kollha tat-tip ta’ prodott ikkonċernat, kif hemm referenza għal dan fil-punt (468)(b), ma jridu jiddikjaraw l-ebda impriża, isem tad-ditta jew oriġini partikolari. Kampanji ta’ promozzjoni msemmija fil-punt (468)(d) ma jridux ikunu assenjati għal prodotti ta’ kumpanija partikolari waħda jew aktar. Il-Kummissjoni ma tiddikjarax bħala kompatibbli għajnuna mill-Istat għal promozzjoni li tirriskja li tipperikola l-bejgħ ta’ prodotti minn Stati Membri oħrajn jew li tmaqdarhom.

(470)

Madankollu, ir-restrizzjoni fuq ir-referenza għall-oriġini stabbilita fil-punt (469), ma tapplikax għal:

(a)

attivitajiet ta’ promozzjoni u kampanji ta’ promozzjoni msemmija rispettivament fil-punt (468)(c) u (d), li huma relatati speċifikament ma’ prodotti koperti minn skemi tal-kwalità kif imsemmi fil-punt (274), diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

meta l-attività ta’ promozzjoni jew il-kampanja ta’ promozzjoni tkun relatata speċifikament mad-denominazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni msemmija fit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, din tista’ tirreferi għall-oriġini tal-prodotti diment li r-referenza tkun tikkorrispondi eżattament ma’ dik irreġistrata mill-Unjoni;

(ii)

meta l-attività ta’ promozzjoni jew il-kampanja ta’ promozzjoni tkun tikkonċerna prodotti koperti minn skemi tal-kwalità għajr skemi għal denominazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni msemmija fit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-oriġini tal-prodotti tista’ tissemma diment li din tkun sekondarja fil-messaġġ. Sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-referenza għall-oriġini hijiex sekondarja, il-Kummissjoni se tqis l-ammont globali tat-test, id-daqs tas-simbolu inkluż l-istampi kif ukoll il-preżentazzjoni ġenerali li tirreferi għall-oriġini meta mqabbla mat-test jew mas-simbolu li jirreferi għall-element li l-aktar jolqot l-għajn, jiġifieri l-parti tal-promozzjoni li ma hijiex iffokata fuq l-oriġini tal-prodott. Ir-referenza għall-oriġini ma tridx tkun diskriminatorja, ma jridx ikollha l-għan li tinkoraġġixxi l-konsum tal-prodott unikament minħabba l-oriġini tiegħu, trid tirrispetta l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u ma tridx twassal għal restrizzjoni tal-moviment liberu ta’ prodotti agrikoli bi ksur tal-Artikolu 34 tat-Trattat;

(b)

attivitajiet ta’ promozzjoni u kampanji ta’ promozzjoni fis-swieq lokali jew li huma marbuta ma’ prodotti fis-swieq lokali, bl-objettiv li jippreservaw il-komunità agrikola, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott hija sekondarja fil-messaġġ prinċipali;

(ii)

l-attività ta’ promozzjoni jew il-kampanja ta’ promozzjoni hija proporzjonata għall-objettiv segwit; f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis jekk il-miżura tikkontribwixxix għall-ilħuq tal-objettivi tal-PAK previsti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, il-kriterji marbuta mal-metodu ta’ produzzjoni u l-istaġunalità tal-prodott, sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-ktajjen qosra tal-provvista tal-prodotti ma jiġux kontrobilanċjati mill-impatti negattivi tal-metodi tal-produzzjoni użati (69).

Intensità tal-għajnuna

(471)

L-intensità tal-għajnuna għall-kostijiet eliġibbli msemmija fil-punt (468)(a), (b) u (c), ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(472)

L-intensità tal-għajnuna għall-kampanji ta’ promozzjoni relatati speċifikament ma’ prodotti koperti mill-iskemi tal-kwalità, kif jissemma fil-punt (468)(d) flimkien mal-punt (460)(a) ma tridx taqbeż il-50 % tal-kostijiet eliġibbli tal-kampanja jew it-80 % fir-rigward ta’ promozzjoni f’pajjiżi terzi. Jekk is-settur jikkontribwixxi tal-anqas 50 % tal-kostijiet, tkun xi tkun il-forma tal-kontribuzzjoni, pereżempju taxxi speċjali, l-intensità tal-għajnuna tista’ tasal sa 100 %.

(473)

L-intensità tal-għajnuna għall-kampanji ta’ promozzjoni ġeneriċi, imsemmija fil-punt (468)(d) flimkien mal-punt (460)(b), ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

1.3.5.   Għajnuna għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew

(474)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer minuri tal-Eġew kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(475)

Din it-Taqsima tapplika għas-settur tal-agrikoltura kollu kif definit fil-punt (33)9.

(476)

Rigward ir-reġjuni ultraperiferiċi, skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma japplikawx għall-għajnuna li ġejja mogħtija minn Stati Membri f’konformità ma’ dak ir-Regolament:

(a)

miżuri favur produzzjonijiet agrikoli lokali skont il-Kapitolu IV ta’ dak ir-Regolament;

(b)

għajnuna mogħtija minn Franza lis-settur tal-agrikoltura taz-zokkor skont l-Artikolu 23(3) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

għajnuna għall-programmi dwar is-saħħa tal-pjanti skont l-Artikolu 24 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

għajnuna mogħtija minn Spanja għall-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji skont l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament.

(477)

Ħlief f’dawn il-każijiet, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw għal miżuri fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013.

(478)

Rigward il-gżejjer minuri tal-Eġew, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma japplikawx għal pagamenti li jsiru skont il-Kapitoli III u IV ta’ dak ir-Regolament mill-Greċja f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(479)

Ħlief f’dawn il-każijiet, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw għal miżuri fir-rigward tal-gżejjer minuri tal-Eġew, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

Kostijiet eliġibbli

(480)

Il-kostijiet addizzjonali tat-trasport ta’ prodotti agrikoli li ġew prodotti fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer minuri tal-Eġew huma eliġibbli għal kumpens skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-benefiċjarji jkollhom l-attività tal-produzzjoni tagħhom fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(b)

l-għajnuna tkun oġġettivament kwantifikabbli bil-quddiem fuq il-bażi ta’ somma fissa jew proporzjon għal kull tunnellata jew kilometru jew għal xi unità relevanti oħra;

(c)

il-kostijiet addizzjonali tat-trasport jiġu kkalkolati skont il-vjaġġ tal-prodotti fil-fruntieri nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat bil-mezz ta’ trasport li jġarrab l-anqas kostijiet għall-benefiċjarju, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet esterni għall-ambjent;

(d)

għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kostijiet addizzjonali tat-trasport jistgħu jinkludu l-kostijiet għat-trasport tal-prodotti agrikoli mill-post tal-produzzjoni tagħhom sal-postijiet fiż-żoni ultraperiferiċi fejn ikomplu jiġu proċessati.

(481)

Il-Kummissjoni se teżamina pjanijiet għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għal kostijiet oħrajn għajr kostijiet addizzjonali tat-trasport li hija mfassla sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer minuri tal-Eġew fuq bażi ta’ każ b’każ, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u d-dispożizzjonijiet legali speċifiċi li japplikaw għal dawk ir-reġjuni, u, filwaqt li tiġi kkunsidrata, jekk ikun applikabbli, il-kompatibbiltà tal-miżuri kkonċernati mal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għar-reġjuni kkonċernati, u l-effetti tagħhom fuq il-kompetizzjoni kemm fir-reġjuni kkonċernati kif ukoll f’partijiet oħrajn tal-Unjoni.

1.3.6.   Għajnuna għal konsolidazzjoni tal-art agrikola

(482)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għal konsolidazzjoni tal-art agrikola kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kostijiet eliġibbli

(483)

Il-kostijiet eliġibbli jridu jkunu limitati għall-ispejjeż legali, amministrattivi u ta’ stħarriġ tal-konsolidazzjoni tal-art.

Intensità tal-għajnuna

(484)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet reali mġarrba.

1.3.7.   Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura

(485)

Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(486)

L-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-agrikoltura li ma tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima se tiġi vvalutata f’konformità mal-Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

(487)

Din it-Taqsima tapplika għas-settur tal-agrikoltura kollu kif definit fil-punt (33)9.

(488)

Il-proġett megħjun irid ikun ta’ interess għall-impriżi kollha fis-settur partikolari jew fis-sottosettur ikkonċernat.

(489)

Qabel il-bidu tal-proġett megħjun, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi ppubblikata fuq l-Internet:

(a)

id-data tal-bidu tal-proġett megħjun;

(b)

l-għanijiet tal-proġett megħjun;

(c)

data approssimattiva tal-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun;

(d)

il-post tal-pubblikazzjoni fuq l-internet tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun fuq l-internet;

(e)

referenza li r-riżultati huma disponibbli għall-impriżi kollha attivi fis-settur jew fis-sottosettur tal-agrikoltura partikolari ikkonċernat mingħajr ebda kost.

(490)

Ir-riżultati tal-proġett megħjun iridu jkunu disponibbli fuq l-internet mid-data ta’ tmiem il-proġett megħjun jew mid-data meta tingħata xi informazzjoni dwar dawk ir-riżultati lill-membri ta’ xi organizzazzjoni partikolari, skont liema data tiġi l-ewwel. Ir-riżultati jridu jibqgħu disponibbli fuq l-internet għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin mid-data tat-tmiem tal-proġett megħjun.

(491)

L-għajnuna trid tingħata direttament lill-organizzazzjoni tar-riċerka u ta’ tixrid tal-għarfien. Il-miżura ma tridx tinvolvi l-għoti tal-għajnuna bbażata fuq il-prezz tal-prodotti agrikoli għall-impriżi attivi fis-settur tal-agrikoltura.

Kostijiet eliġibbli

(492)

Il-kostijiet eliġibbli huma dawn li ġejjin:

(a)

kostijiet tal-persunal relatati mar-riċerkaturi, ma’ persunal tekniku u ma’ persunal ieħor ta’ sostenn sa fejn dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b)

kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir sa fejn jintużaw għall-proġett u għall-perjodu użati għall-proġett. Jekk tali strumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(c)

kostijiet tal-binjiet u tal-art, sa fejn jintużaw għall-proġett u għat-tul ta’ żmien użati għall-proġett; fir-rigward tal-binjiet, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji aċċettati ġeneralment tal-kontabbiltà; fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(d)

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u l-privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenza u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;

(e)

spejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, li jinkludu kostijiet ta’ materjali, fornimenti u prodotti simili, magħmula direttament bħala riżultat tal-proġett.

Intensità tal-għajnuna

(493)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

KAPITOLU 2

Għajnuna għas-settur tal-forestrija

(494)

Is-settur tal-forestrija ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat u l-Anness I tiegħu. L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat japplikaw għal għajnuna li jagħtu l-Istati Membru lis-settur tal-forestrija. Minkejja l-fatt li l-produzzjoni ta’ sufra naturali, mhux maħduma, mgħaffġa, granulata jew mitħuna, skart tas-sufra (intestatura NM 4501) u l-produzzjoni tal-qastan (Castanea spp., il-kodiċi NM 0802 41 00) huma koperti mill-Anness I tat-Trattat, l-għajnuna kollha għall-attivitajiet ta’ forestrija relatati ma’ dawk is-siġar tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

(495)

Mill-Artikolu 5, il-punt (b) u mill-Artikolu 6(1), il-punti (d) sa (f) u (h), tar-Regolament (UE) 2021/2115, isegwi li l-għajnuna għall-użu tal-art sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-klima tista’ tinkludi l-iżvilupp taż-żona tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Dan il-Kapitolu għandu l-għan li jiżgura l-koerenza bejn ir-Regolament (UE) 2021/2115 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, minn naħa waħda, u l-prinċipji ġenerali tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-għajnuna għas-settur tal-forestrija, min-naħa l-oħra. Dawk il-prinċipji jaffettwaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet tal-għajnuna skont dan il-Kapitolu.

(496)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma mingħajr preġudizzju għall-possibilità li tingħata għajnuna mill-Istat lis-settur tal-forestrija skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni komuni jew għas-setturi kollha jew għall-kummerċ u l-industrija, kif jissemma fil-punt (32). L-għajnuna għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġiji rinnovabbli ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, peress li tali għajnuna trid tikkonforma mal-Linji Gwida tal-2022 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija, sakemm ma tkunx eżentata mill-obbligu ta’ notifika. Dawn il-Linji Gwida ma japplikawx għal industriji bbażati fuq il-foresti.

(497)

Dan il-Kapitolu jkopri l-għajnuna għas-settur tal-forestrija kif imsemmi fil-punt (21)(b).

(498)

F’konformità ma’ dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni tiddikjara l-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-forestrija ffinanzjata esklussivament minn riżorsi nazzjonali kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk l-għajnuna tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.9.

(499)

Madankollu, meta l-għajnuna għas-settur tal-forestrija tkun kofinanzjata mill-FAEŻR, il-Kummissjoni tiddikjara tali għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat, dment li tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna hija inkluża fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imfassla f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 jew bħala għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR jew bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali għajnuna;

(b)

l-għajnuna ma tingħatax favur kapital operatorju, ħlief meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji;

(c)

l-għajnuna ma tingħatax bħala għajnuna operatorja, sakemm ma jkunux previsti espressament eċċezzjonijiet fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;

(d)

l-għajnuna ma tingħatax lil impriżi f’diffikultà kif definita fil-punt (33)63;

(e)

l-għajnuna ma tingħatax lil impriża li hija suġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tkun iddikjarat għajnuna bħala waħda illegali u inkompatibbli mas-suq intern;

(f)

l-għajnuna tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (496).

2.1.   Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni tal-foresti u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

(500)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-investimenti fl-iżvilupp taż-żoni tal-foresti u t-titjib tal-vijabbiltà tal-foresti kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(501)

Din it-Taqsima tikkonċerna għajnuna għall-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar; l-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ sistemi tal-agroforestrija, il-prevenzjoni u r-restawr ta’ dannu lill-foresti minn nirien fil-foresti, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi, eventi katastrofiċi, eventi relatati mat-tibdil fil-klima, tifqigħat tal-pesti u tal-mard, l-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali kif ukoll il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tal-ekosistemi tal-foresti u l-investimenti fit-teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti.

(502)

Il-kostijiet li ġejjin ma humiex eliġibbli:

(a)

il-kapital operatorju;

(b)

xiri ta’ intitolamenti għal pagament;

(c)

xiri ta’ art għal ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa eliġibbli totali għall-operazzjoni kkonċernata, ħlief għax-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali u għall-preservazzjoni tal-ħamrija rikka fil-karbonju, li jistgħu jkunu eliġibbli għal rata ogħla minn 10 %;

(d)

rata tal-imgħax fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta’ għotjiet mogħtija fil-forma ta’ sussidju għar-rata tal-imgħax jew sussidju għat-tariffa ta’ garanzija.

2.1.1.   Għajnuna għat-tisġir u għall-ħolqien tal-imsaġar

(503)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għat-tisġir u għall-ħolqien tal-imsaġar kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(504)

Fil-kuntest tal-afforestazzjoni u l-ħolqien tal-imsaġar japplikaw ir-rekwiżiti ambjentali minimi li ġejjin:

(a)

l-għażla tal-ispeċijiet li jridu jitħawlu, taż-żoni u tal-metodi li jridu jintużaw trid tevita l-afforestazzjoni mhux xierqa ta’ ħabitats sensittivi bħalma huma l-artijiet tal-pit u l-artijiet mistagħdra u l-effetti negattivi fuq żoni b’valur ekoloġiku kbir inklużi żoni b’biedja ta’ valur naturali kbir; fis-siti indikati bħala ta’ Natura 2000 skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE trid tiġi permessa biss afforestazzjoni konsistenti mal-objettivi ta’ ġestjoni tas-siti kkonċernati u miftiehma mal-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ Natura 2000;

(b)

l-għażla tal-ispeċijiet, tal-varjetajiet, tal-ekotipi u tal-provenjenzi tas-siġar trid tqis il-ħtieġa għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u għal diżastri naturali u l-kundizzjoni pedoloġika u idroloġika taż-żona kkonċernata, kif ukoll il-karattru invażiv potenzjali tal-ispeċijiet fil-kundizzjonijiet lokali kif definiti mill-Istati Membri; il-benefiċjarju jrid jintrabat li jipproteġi u jieħu ħsieb il-foresti tal-anqas matul il-perjodu li għalih jitħallas il-primjum għad-dħul agrikolu mitluf u għall-manutenzjoni; dan irid jinkludi l-indukrar, iż-żbir jew ir-ragħa, kif xieraq, fl-interess tal-iżvilupp tal-foresta fil-futur u r-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni b’veġetazzjoni erbaċea u fl-istess waqt tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ materjal li jikber minn taħt li huwa suxxettibbli għan-nar; fir-rigward tal-ispeċijiet li jikbru malajr, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiddefinixxu ż-żmien minimu u massimu qabel il-qtugħ; iż-żmien minimu ma jridx ikun anqas minn 8 snin u ż-żmien massimu ma jridx jaqbeż l-20 sena;

(c)

f’każijiet fejn, minħabba kundizzjonijiet tal-ħamrija, ambjentali jew klimatiċi diffiċli, inklużi d-degradazzjoni ambjentali, it-tħawwil ta’ speċijiet imsaġġra perenni ma jistax ikun mistenni li jwassal għall-istabbiliment ta’ kopertura ta’ foresta kif definit f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jippermetti lill-benefiċjarju jistabbilixxi kopertura ta’ veġetazzjoni ta’ siġar oħrajn bħalma huma l-arbuxelli jew buxxijiet xierqa għall-kundizzjonijiet lokali; il-benefiċjarju jrid jiżgura l-istess livell ta’ attenzjoni u protezzjoni kif applikabbli għall-foresti;

(d)

fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ afforestazzjoni li jwasslu sabiex il-foresti jikbru aktar minn ċertu livell limitu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, l-operazzjoni trid tikkonsisti minn dan li ġej:

(i)

it-tħawwil ta’ speċijiet adatti għall-ekoloġija u/jew speċijiet reżiljenti għat-tibdil fil-klima fiż-żona bijoġeografika kkonċernata, u li valutazzjoni tal-impatti tkun sabithom li ma jheddux il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema, jew li jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem;

(ii)

taħlita ta’ speċijiet ta’ siġar li tinkludi tal-inqas 10 % tas-siġar b’weraq wesgħin fiż-żona, jew minimu ta’ tliet speċijiet ta’ siġar jew varjetajiet, bl-inqas waħda abbundanti fosthom li tieħu tal-inqas 10 % taż-żona.

(505)

Jenħtieġ li n-notifika lill-Kummissjoni tinkludi deskrizzjoni tajba li turi l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (504) u l-ġustifikazzjonijiet fejn tapplika kwalunkwe deroga.

Kostijiet eliġibbli

(506)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet ta’ stabbiliment ta’ żona tal-foresti jew masġar fuq art agrikola u mhux agrikola. Barra minn hekk, l-għajnuna fil-forma ta’ primjum annwali għal kull ettaru tista’ tingħata sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tad-dħul agrikolu mitluf u ta’ żamma, inkluż tindif bikri u tard, għal perjodu massimu ddeterminat mill-Istat Membru. Il-kostijiet tat-tagħmir għat-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar jistgħu jiġu appoġġati biss skont it-Taqsima 2.1.5. Il-kostijiet tal-istabbiliment jistgħu jinkludu s-sostituzzjoni ta’ mewt matul l-ewwel sena. Il-kostijiet taż-żamma jistgħu jinkludu s-sostituzzjoni ta’ mewt fuq skala żgħira matul l-ewwel snin wara t-tħawwil. Il-kostijiet tas-sostituzzjoni ta’ mewt fuq skala kbira jistgħu jiġu appoġġati biss skont it-Taqsima 2.1.3.

(507)

Ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna għat-tħawwil ta’ siġar għall-imsaġar ta’ rotazzjoni qasira, għas-siġar tal-Milied jew għas-siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija u għall-investimenti fl-afforestazzjoni li ma humiex konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali u lanqas mal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppat fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u r-Riforestazzjoni (70). Speċijiet imħawla jridu jkunu adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona u jridu jkunu konformi ma’ rekwiżiti ambjentali minimi fil-punt (504).

Intensità tal-għajnuna

(508)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.1.2.   Għajnuna għall-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ sistemi tal-agroforestrija

(509)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ sistemi tal-agroforestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(510)

L-għajnuna tista’ tingħata għall-istabbiliment ta’ sistemi agroforestali kif definiti fil-punt (33)(10).

Kostijiet eliġibbli

(511)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet tal-istabbiliment, tar-riġenerazzjoni jew tar-rinnovazzjoni ta’ sistema agroforestali u jista’ jingħata primjum annwali għal kull ettaru sabiex ikopri l-kostijiet ta’ manutenzjoni għal perjodu massimu ddeterminat mill-Istat Membru.

(512)

L-Istati Membri jeħtiġilhom jistabbilixxu l-istruttura u l-kompożizzjoni tas-sistema agroforestali, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet pedoklimatiċi u ambjentali lokali, l-ispeċijiet tal-forestrija u l-ħtieġa li jiġi żgurat użu agrikolu sostenibbli tal-art.

Intensità tal-għajnuna

(513)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.1.3.   Għajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti

(514)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-prevenzjoni u għar-restawr mid-dannu lill-foresti minħabba nirien tal-foresti, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi oħrajn, pesti tal-pjanti, infestazzjoni minn speċijiet aljeni invażivi, eventi katastrofiċi, eventi relatati mat-tibdil fil-klima u investimenti fiż-żamma tas-saħħa tal-foresti kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), jew, kif jaf ikun il-każ, l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, jekk din tkun konformi mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kostijiet eliġibbli

(515)

L-għajnuna tista’ tkopri l-kostijiet tal-investiment tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ restawr, bħal:

(a)

l-istabbiliment ta’ infrastruttura protettiva; fil-każ ta’ tifqigħat ta’ nirien, l-għajnuna tista’ tkopri wkoll għajnuna li tikkontribwixxi għall-kostijiet ta’ manutenzjoni; ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna għal attivitajiet relatati mal-agrikoltura fiż-żoni koperti minn impenji agroambjentali klimatiċi msemmija fil-Parti II, it-Taqsima 1.1.4. ;

(b)

attivitajiet lokali fuq skala żgħira ta’ prevenzjoni kontra n-nirien jew perikli naturali oħrajn, inklużi l-kostijiet tal-użu ta’ annimali li jirgħu, bħal barrakki, tisqija, sisien, u trasport tal-annimali;

(c)

l-istabbiliment u t-titjib ta’ faċilitajiet ta’ monitoraġġ tan-nar tal-foresti, pesti, speċijiet aljeni invażivi u mard u tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni;

(d)

ir-restawr tal-potenzjal tal-forestrija li sofrew dannu minħabba nirien, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi oħrajn, pesti tal-pjanti, speċijiet aljeni invażivi, eventi katastrofiċi u eventi relatati mat-tibdil fil-klima; f’każ ta’ ħsara minn eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, jew pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi, jekk il-ħsara tista’ tkun relatata mat-tibdil fil-klima, il-benefiċjarji jenħtieġ li jagħmlu ħilithom sabiex jinkludu fir-restawr, miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, sabiex jiġu mminimizzati d-danni u t-telf magħmulin minn eventi simili fil-futur;

(e)

l-ispejjeż tal-investimenti relatati maż-żamma tas-saħħa tal-foresti.

(516)

Fil-każ tar-restawr tal-potenzjal tal-forestrija, imsemmi fil-punt (515)(d), l-għajnuna trid tkun soġġetta għar-rikonoxximent formali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun seħħ tal-anqas wieħed mill-eventi msemmija f’dak il-punt u għas-sottomissjoni mill-benefiċjarji ta’ prova ta’ għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju sabiex tiġi indirizzata l-okkorrenza potenzjali tal-event dannuż fil-futur, meta dan ikun xieraq. Għodda xierqa tal-ġestjoni tar-riskju bħalma huma dawn, jistgħu jinkludu kopertura tal-assigurazzjoni jew fond mutwu jew miżuri preventivi adattati biex jipprevjenu l-okkorrenza ta’ tip tal-event dannuż.

(517)

Fil-każ ta’ għajnuna għall-prevenzjoni ta’ dannu f’foresta minn pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi, ir-riskju tal-okkorrenza tal-pest tal-pjanti jew tal-ispeċijiet aljeni invażivi jrid ikun appoġġat b’evidenza xjentifika u rikonoxxut minn organizzazzjoni xjentifika pubblika. Meta jkun rilevanti, man-notifika trid tingħata l-lista ta’ organiżmi ta’ ħsara li jistgħu jsiru pest tal-pjanti.

(518)

L-operazzjonijiet eliġibbli jridu jkunu konsistenti mal-pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istat Membru meta jkunu relatati ma’ ħsara minn nirien tal-foresti jew aġenti bijotiċi.

(519)

Huma biss iż-żoni tal-foresti li jappartjenu għall-pjan ta’ protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat li huma eliġibbli għall-għajnuna għall-prevenzjoni tan-nirien.

(520)

Ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għat-telf ta’ introjtu li jirriżulta min-nirien, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi oħrajn, pesti tal-pjanti, speċijiet aljeni invażivi, eventi katastrofiċi u eventi relatati mat-tibdil fil-klima.

Intensità tal-għajnuna

(521)

Tista’ tingħata għajnuna sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(522)

L-għajnuna mogħtija għall-kostijiet eliġibbli kif imsemmi fil-punt (515)(d) u kull pagament ieħor riċevut mill-benefiċjarju, inklużi pagamenti skont miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew poloz tal-assigurazzjoni għall-istess kostijiet eliġibbli, huma limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.1.4.   Għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali

(523)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk din tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kostijiet eliġibbli

(524)

L-għajnuna tista’ tingħata għal investimenti li jkollhom l-għan li jwettqu impenji ambjentali bil-ħsieb li jipprovdu servizzi tal-ekosistemi, li jtejbu l-valur ta’ utilità pubblika tal-foresti u l-imsaġar fiż-żona kkonċernata jew li jtejbu l-potenzjal ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament tat-tibdil fil-klima tal-ekosistemi, mingħajr ma jeskludu l-benefiċċji ekonomiċi fit-tul.

Intensità tal-għajnuna

(525)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.1.5.   Għajnuna għall-investimenti fit-teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-foresti

(526)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk din tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kostijiet eliġibbli

(527)

L-għajnuna tista’ tingħata għall-investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija jew li jkunu relatati mal-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li jżidu l-valur tal-prodotti tal-foresti.

(528)

L-investimenti marbuta mat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti jridu jkunu ġġustifikati fir-rigward tat-titjib mistenni għall-foresti fuq azjenda waħda jew aktar u jistgħu jinkludu investimenti għal makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux dannu lill-ħamrija u li ma jagħmlux ħsara lir-riżorsi.

(529)

L-investimenti marbuta mal-produzzjoni u l-użu tal-injam bħala materja prima jew sors tal-enerġija jridu jkunu limitati għall-operazzjonijiet ta’ ħidma kollha qabel l-ipproċessar industrijali.

Intensità tal-għajnuna

(530)

L-għajnuna ma tistax taqbeż il-65 % tal-ammont tal-kostijiet eliġibbli. Tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 % għal investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew u għal investimenti marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fl-Artikolu 73(4), il-punt (a)(i), tar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.1.6.   Għajnuna għall-investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-forestrija

(531)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-investimenti fl-infrastruttura relatati mal-iżvilupp, mal-immodernizzar jew mal-adattament tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kostijiet eliġibbli

(532)

L-għajnuna tkopri investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli li jikkonċernaw infrastruttura relatata mal-iżvilupp, mal-modernizzazzjoni jew mal-adattament tal-forestrija, inkluż l-aċċess għall-art tal-foresti, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, id-diġitalizzazzjoni tal-forestrija, l-istabbiliment ta’ faċilitajiet temporanji ta’ ħżin u l-provvista ta’ enerġija sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika, il-provvista u l-iffrankar tal-ilma, u l-użu ta’ bhejjem minflok makkinarju.

Intensità tal-għajnuna

(533)

Fil-każ ta’ investimenti mhux produttivi, investimenti bil-għan esklużiv li jtejbu l-valur ambjentali tal-foresti u investimenti għal toroq fil-foresti, li huma miftuħin għall-pubbliku bla ħlas u li jaqdu l-aspetti multifunzjonali tal-foresta, l-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(534)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż it-80 % għal investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew u għal investimenti marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fl-Artikolu 73(4), il-punt (a)(i), tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(535)

Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-65 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.1.7.   Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jkun jinsab fil-foresti

(536)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-investimenti favur il-konservazzjoni tal-wirt kulturali u naturali li jinsab fil-foresti kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (d), tat-Trattat jekk din tkun konformi mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(537)

L-għajnuna jenħtieġ li tingħata għall-wirt kulturali u naturali fil-forma ta’ pajsaġġi naturali u binjiet li huwa formalment rikonoxxut bħala wirt kulturali jew naturali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Kostijiet eliġibbli

(538)

Il-kostijiet li ġejjin maħsuba għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali huma eliġibbli:

(a)

kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli;

(b)

xogħlijiet kapitalizzati.

Intensità tal-għajnuna

(539)

L-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli. L-għajnuna għax-xogħlijiet kapitali trid tkun limitata għal EUR 10 000 fis-sena.

2.1.8.   Għajnuna għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi fil-forestrija

(540)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi reċiproċi kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(541)

Din it-Taqsima tapplika għal impriżi attivi fil-forestrija.

(542)

Il-fond mutwu kkonċernat irid:

(a)

ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali;

(b)

ikollu politika trasparenti dwar il-pagamenti fil-fond u l-ġbid minnu;

(c)

ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.

(543)

L-Istati Membri jridu jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti bħala kumpens, kif ukoll għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-arranġamenti tal-fondi jipprevedu penali f’każ ta’ negliġenza min-naħa tal-benefiċjarju.

Kostijiet eliġibbli

(544)

Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi mutwi sabiex jitħallas kumpens lid-detenturi tal-foresti u lill-maniġers tal-foresti għal danni kkawżati minn nirien fil-foresti, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, eventi klimatiċi avversi oħrajn, pesti tal-pjanti, infestazzjonijiet minn speċijiet aljeni invażivi, eventi katastrofiċi u eventi relatati mat-tibdil fil-klima kif imsemmi fil-punt (514) u danni fil-foresti kkawżati minn annimali protetti, kif imsemmi fit-Taqsima 2.8.5. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu marbuta biss mal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lil impriżi attivi fil-forestrija.

(545)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi biex jitħallas kumpens għal dannu kkawżat minn inċidenti ambjentali, l-okkorrenza ta’ inċident ambjentali trid tiġi rikonoxxuta formalment bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

(546)

L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (545).

Intensità tal-għajnuna

(547)

L-għajnuna ma tridx taqbeż is-70 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.2.   Għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji fiż-żoni tal-foresti

(548)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna relatata ma’ pagamenti għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE jew 2000/60/KE kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat bil-għan li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(549)

L-għajnuna skont din it-Taqsima trid tingħata b’mod annwali u għal kull ettaru ta’ foresta sabiex il-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom imġarrba u għall-introjtu mitluf li jirriżultaw minn żvantaġġi speċifiċi għaż-żona fiż-żoni kkonċernati, inkluża kwalunkwe kost tat-tranżazzjoni.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna

(550)

L-għajnuna tista’ tingħata lil detenturi tal-foresti, maniġers tal-foresti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

Kostijiet eliġibbli

(551)

Iż-żoni li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna:

(a)

iż-żoni tal-foresti ta’ Natura 2000 magħżula skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(b)

żoni oħrajn delimitati ta’ ħarsien tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawn iż-żoni ma jaqbżux il-5 % taż-żoni magħżula ta’ Natura 2000 koperti bil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ kull Pjan Strateġiku tal-PAK.

Intensità tal-għajnuna

(552)

Il-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf imsemmija fil-punt (549) iridu jiġu kkalkolati abbażi tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2000/60/KE.

(553)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.3.   Għajnuna għal servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u għall-konservazzjoni tal-foresti

(554)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għal servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u impenji oħrajn ta’ ġestjoni kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(555)

L-għajnuna tkopri impenji ta’ ġestjoni volontarja li jitqiesu bħala ta’ benefiċċju sabiex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-klima u mal-ambjent stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji rilevanti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-forestrija jew minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni rilevanti oħra. Ir-rekwiżiti rilevanti obbligatorji jridu jkunu identifikati u deskritti fin-notifika dwar għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

(556)

L-impenji jridu jittieħdu għal perjodu minn ħames snin sa seba’ snin. Madankollu, fejn meħtieġ u ġġustifikat kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu itwal għal tipi ta’ impenji partikolari. F’każijiet debitament ġustifikati, eż. fil-każ ta’ riżorsi ġenetiċi tal-foresti, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar ta’ mill-anqas sena fin-notifika dwar l-għajnuna mill-Istat. L-interventi ta’ ġestjoni meħtieġa darba waħda biss jew ftit drabi biss matul iċ-ċiklu tal-foresti huma eliġibbli wkoll.

Kostijiet eliġibbli u modalitajiet tal-għajnuna

(557)

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu kkalkolati jew:

(a)

bħala kumpens lill-benefiċjarji għall-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf kollha jew għal parti minnhom li jirriżultaw mill-impenji li jsiru. Meta jkun hemm bżonn din tista’ tkopri wkoll il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet sa valur li jasal sa 20 % tal-primjum tal-għajnuna mħallas għall-impenji favur l-ambjent tal-foresti. L-għajnuna tista’ tkopri skemi kollettivi u skemi ta’ pagamenti bbażati fuq ir-riżultati, bħal skemi ta’ sekwestru tal-karbonju, sabiex il-benefiċjarji jitħeġġu jsaħħu b’mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar jew b’mod li jista’ jitkejjel. Minbarra l-kumpens, jista’ jingħata pagament ta’ inċentiv, li ma jistax jaqbeż l-20 % tal-kumpens;

(b)

abbażi tal-valur tas-servizzi tal-ambjent tal-foresti u tal-klima li ma humiex remunerati mis-suq, inklużi skemi kollettivi u skemi ta’ pagamenti bbażati fuq ir-riżultati, bħal skemi ta’ sekwestru tal-karbonju.

(558)

F’każijiet debitament ġustifikati, bħal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni tal-ambjent, l-għajnuna għal impenji sabiex jiġi rinunzjat l-użu kummerċjali ta’ siġar u foresti tista’ tingħata bħala rata fissa jew pagament ta’ darba għal kull unità kkalkolata abbażi tal-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf.

(559)

L-għajnuna tista’ tiġi pprovduta għall-konservazzjoni u għall-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-foresti għal operazzjonijiet mhux koperti mill-punti (554) sa (558).

(560)

L-operazzjonijiet għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija jridu jinkludu dan li ġej:

(a)

azzjonijiet immirati: azzjonijiet li jippromwovu l-konservazzjoni in situ u ex situ, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, inklużi inventarji bbażati fuq l-internet ta’ riżorsi ġenetiċi li bħalissa huma kkonservati in situ, inkluż il-konservazzjoni f’azjenda fil-foresta, ta’ ġabriet u bażijiet tad-data ex situ;

(b)

azzjonijiet konċertati: azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni għall-konservazzjoni, għall-karatterizzazzjoni, għall-ġbir u għall-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija tal-Unjoni, bejn l-organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;

(c)

azzjonijiet ta’ akkumpanjament: azzjonijiet ta’ informazzjoni, tixrid u konsultazzjoni li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u lil partijiet ikkonċernati oħrajn rilevanti, korsijiet tat-taħriġ u t-tħejjija ta’ rapporti tekniċi.

Intensità tal-għajnuna

(561)

L-intensità massima tal-għajnuna hija stabbilita kif ġej:

(a)

sa 120 % tal-kostijiet eliġibbli għal servizzi relatati mal-bijodiversità, mal-klima, mal-ilma jew mal-ħamrija, għall-iskemi kollettivi u għall-iskemi ta’ pagamenti bbażati fuq ir-riżultati, bħall-iskemi ta’ sekwestru tal-karbonju;

(b)

sal-valur tas-servizzi tal-ambjent tal-foresti u tal-klima li ma humiex remunerati mis-suq, fil-każ ta’ skemi li jikkalkolaw il-kostijiet eliġibbli abbażi tal-punt (557)(b);

(c)

sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli għall-konservazzjoni u għall-promozzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-foresti u fil-każijiet l-oħrajn kollha.

2.4.   Għajnuna għal skambju ta’ għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-forestrija

(562)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-iskambju tal-għarfien u l-azzjonijiet ta’ informazzjoni kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk din tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(563)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont din it-Taqsima jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tal-AKIS pprovduta fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(564)

L-għajnuna taħt din it-Taqsima tista’ tkopri l-kostijiet ta’ kwalunkwe azzjoni rilevanti sabiex jiġu promossi l-innovazzjoni, it-taħriġ, it-tfassil u l-aġġornament ta’ pjanijiet, studji, kif ukoll l-iskambju u t-tixrid tal-għarfien u tal-informazzjoni li jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(565)

L-għajnuna tista’ tkopri skambji ta’ ġestjoni tal-foresti għal żmien qasir u żjarat fil-foresti. Tali skemi u żjarat iridu jiffukaw b’mod partikolari fuq metodi jew fuq teknoloġiji tal-forestrija sostenibbli, l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda ta’ negozju u teknoloġiji ġodda, u fuq it-titjib tar-reżiljenza tal-foresta. Għajnuna għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tista’ tkopri kostijiet ta’ investiment rilevanti.

Intensità tal-għajnuna

(566)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.5.   Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza fis-settur tal-forestrija

(567)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza fis-settur tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(568)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont din it-Taqsima jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tal-AKIS pprovduta fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(569)

Is-servizzi ta’ konsulenza jridu jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u jridu jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u mill-innovazzjoni.

(570)

Il-konsulenza lid-detenturi tal-foresti trid tkun marbuta ma’ mill-anqas objettiv speċifiku wieħed stabbilit fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 u tkopri bħala minimu l-obbligi rilevanti skont id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 2000/60/KE. Din il-konsulenza tista’ tkopri wkoll kwistjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda tal-forestrija.

(571)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-konsulenza mogħtija tkun imparzjali u li l-konsulenti ma jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess.

(572)

L-għajnuna trid tingħata fil-forma ta’ servizzi ssussidjati.

Kostijiet eliġibbli

(573)

L-għajnuna tingħata sabiex tgħin lid-detenturi tal-foresti jibbenefikaw mill-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza bil-għan li tittejjeb kemm il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll ir-rispett lejn il-klima u r-reżiljenza tal-azjendi, tal-intrapriża jew tal-investiment tagħhom. L-għajnuna tista’ tingħata wkoll għall-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti.

Intensità tal-għajnuna

(574)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli u ma tridx taqbeż il-EUR 200 000 għal kull impriża fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin.

2.6.   Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur ibbażat fuq is-settur tal-forestrija

(575)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur ibbażat fuq is-settur tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(576)

L-għajnuna tista’ tingħata biss sabiex tippromwovi l-kooperazzjoni, li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(577)

Jenħtieġ li l-għajnuna tingħata sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ atturi irrispettivament minn jekk humiex attivi fis-settur tal-forestrija jew fis-setturi tal-forestrija u tal-agrikoltura iżda soġġett għall-kooperazzjoni li tibbenefika biss lis-settur tal-forestrija jew lis-setturi tal-forestrija u tal-agrikoltura. Il-kooperazzjoni tista’ tieħu l-forom li ġejjin, b’mod partikolari:

(a)

kooperazzjoni fost impriżi differenti fis-settur tal-forestrija u atturi oħrajn attivi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija li jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, inklużi gruppi ta’ produtturi, u kooperattivi;

(b)

il-ħolqien ta’ raggruppamenti u networks.

(578)

L-għajnuna ma tistax tingħata għal kooperazzjoni li tinvolvi biss korpi ta’ riċerka.

(579)

L-għajnuna tista’ tingħata għall-kooperazzjoni relatata, b’mod partikolari, mal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

proġetti pilota;

(b)

l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur tal-forestrija;

(c)

kooperazzjoni fost operaturi żgħar fis-settur tal-forestrija fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u l-qsim ta’ faċilitajiet u riżorsi;

(d)

kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista sabiex jinħolqu u jiġu żviluppati ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali;

(e)

attivitajiet promozzjonali f’kuntest lokali relatati mal-iżvilupp ta’ katina qasira tal-provvista u swieq lokali;

(f)

azzjoni kollettiva li ssir għall-għanijiet ta’ mitigazzjoni jew ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;

(g)

l-implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sħab pubbliċi u privati għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 31(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/1060, ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

(580)

Għajnuna għall-ħolqien ta’ raggruppamenti u networks trid tingħata biss lil raggruppamenti u networks li jkunu għadhom kif jiffurmaw u dawk li jkunu għadhom kif bdew attività li tkun ġdida għalihom.

(581)

L-għajnuna għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista, kif imsemmi fil-punt (579)(d) u (e) trid tkopri biss il-ktajjen tal-provvista li ma jinvolvux aktar minn intermedjarju wieħed bejn id-detentur/il-maniġer tal-foresta u l-konsumatur.

Il-kostijiet eliġibbli u l-intensità tal-għajnuna

(582)

L-għajnuna tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin, sakemm ikollhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet tal-forestrija:

(a)

il-kostijiet għal studji dwar iż-żona kkonċernata, u għal studji tal-fattibbiltà, u għat-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(b)

il-kostijiet operazzjonali tal-kooperazzjoni, bħalma huma l-paga tal-“koordinatur”;

(c)

il-kostijiet tal-operazzjonijiet li jridu jiġu implimentati;

(d)

il-kostijiet għall-attivitajiet ta’ promozzjoni;

(e)

il-kostijiet għat-tfassil ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti.

(583)

L-għajnuna trid tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’snin ħlief għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (579)(g), u azzjonijiet kollettivi ambjentali u klimatiċi f’każijiet debitament ġustifikati sabiex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi ambjentali u klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punti (d), (e) u (f) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

(584)

Il-kostijiet tal-operazzjonijiet imsemmijin fil-punt (582)(c) li jikkonsistu minn investimenti, b’mod partikolari kostijiet diretti ta’ proġetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-ekwivalenti, iridu jkunu limitati għall-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna ta’ għajnuna għal investiment fis-settur tal-forestrija, kif speċifikat fit-Taqsima 2.1 ta’ din il-Parti dwar l-għajnuna għal investiment.

(585)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.7.   Għajnuna inizjali għal gruppi u għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-forestrija

(586)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna inizjali għall-gruppi u l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(587)

Huma biss il-gruppi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat abbażi ta’ preżentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li huma eliġibbli għall-għajnuna. L-għajnuna trid tingħata soġġetta għall-obbligu tal-Istat Membru sabiex ikun ivverifikat li l-objettivi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ntlaħqu fi żmien il-perjodu ta’ ħames snin mid-data ta’ rikonoxximent tal-grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi.

(588)

Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u prattiki oħrajn konklużi fil-qafas tal-grupp jew l-organizzazzjoni ta’ produtturi jridu jikkonformaw mar-regoli tal-kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 210a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(589)

L-għajnuna ma tridx tingħata lil:

(a)

organizzazzjonijiet tal-produzzjoni, entitajiet jew korpi, bħalma huma kumpaniji jew kooperattivi, li l-objettiv tagħhom huwa l-ġestjoni ta’ azjenda tal-forestrija waħda jew aktar u li għalhekk għandhom jitqiesu bħala produtturi uniċi;

(b)

assoċjazzjonijiet tal-forestrija oħrajn, li jagħmlu kompiti, bħalma huma appoġġ reċiproku u servizzi maniġerjali tal-forestrija, fl-azjenda tal-membri mingħajr ma jkunu involuti fl-adattament konġunt tal-provvista lis-suq.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna

(590)

L-għajnuna tista’ tingħata lill-gruppi jew lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew, sal-istess ammont globali, direttament lill-produtturi sabiex tagħmel tajjeb għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-kostijiet tat-tmexxija tal-gruppi jew tal-organizzazzjonijiet matul l-ewwel ħames snin wara l-formazzjoni tal-grupp.

Kostijiet eliġibbli

(591)

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu l-kostijiet tal-kiri ta’ bini xieraq, l-akkwiżizzjoni ta’ tagħmir tal-uffiċċju, il-kostijiet tal-persunal amministrattiv, il-kostijiet ġenerali, it-tariffi legali u amministrattivi, l-akkwiżizzjoni ta’ hardware tal-kompjuter u t-tariffi tal-akkwiżizzjoni jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u ta’ soluzzjonijiet simili. Meta jinxtara bini, il-kostijiet eliġibbli għal bini jridu jkunu limitati għal kostijiet ta’ kera b’rati tas-suq. L-għajnuna ma tridx titħallas fir-rigward tal-kostijiet imġarrba wara l-ħames sena mir-rikonoxximent tal-grupp jew tal-organizzazzjoni ta’ produtturi mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha.

(592)

Meta l-għajnuna titħallas f’pagamenti annwali, l-Istati Membri jridu jħallsu l-aħħar pagament biss wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju.

Intensità tal-għajnuna

(593)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

(594)

L-ammont totali tal-għajnuna jrid ikun limitat għal EUR 500 000.

2.8.   Għajnuna oħra lis-settur tal-forestrija b’objettivi ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi

(595)

Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, bl-objettiv primarju li jinżammu, jittejbu jew jiġu rkuprati l-funzjonijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi tal-foresti, tal-bijodiversità u ta’ ekosistema tal-foresti b’saħħitha, huma kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(596)

L-Istati Membri jeħtiġilhom juru li l-miżuri megħjuna jikkontribwixxu direttament għaż-żamma jew għall-irkupru tal-funzjonijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreazzjonali tal-foresti, il-bijodiversità u ekosistema tal-foresti b’saħħitha.

(597)

Skont din it-Taqsima, ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna lil industriji bbażati fil-foresti jew għal estrazzjoni kummerċjalment vijabbli ta’ injam maqtugħ jew għat-trasport ta’ injam maqtugħ jew għall-ipproċessar ta’ injam jew riżorsi oħrajn tal-foresta fi prodotti jew għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. Ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna għall-qtugħ li l-għan primarju tiegħu tkun l-estrazzjoni kummerċjalment vijabbli tal-injam jew għal stokkjar mill-ġdid sempliċi.

Intensità tal-għajnuna

(598)

L-għajnuna għall-miżuri kollha msemmija f’din it-Taqsima ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.8.1.   Għajnuna għal azzjonijiet u interventi speċifiċi tal-foresta bl-objettiv primarju li jikkontribwixxu sabiex jinżammu u jiġu restawrati l-ekosistema u l-bijodiversità tal-foresti jew il-pajsaġġ tradizzjonali

(599)

Il-Kummissjoni se tqis għajnuna għat-tħawwil, għall-irmondar, għaż-żbir u għall-qtugħ ta’ siġar u veġetazzjoni oħra f’foresti eżistenti, it-tneħħija ta’ siġar li jkunu waqgħu, u l-kostijiet tal-ippjanar ta’ tali miżuri, għajnuna għall-kostijiet għat-trattament u għall-prevenzjoni tat-tifrix tal-pesti, tal-mard tas-siġar u ta’ speċijiet aljeni invażivi u sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat mill-pesti, mill-mard tas-siġar u mill-ispeċijiet aljeni invażivi kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk l-għajnuna tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, u mar-regoli komuni stabbiliti fil-punti (595), (596) u (597), u fejn l-objettiv primarju ta’ tali miżuri huwa li jikkontribwixxu għaż-żamma jew l-irkupru tal-ekosistema u l-bijodiversità ta’ foresta jew il-pajsaġġ tradizzjonali.

(600)

Għajnuna għall-kostijiet ta’ trattament u sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmi ta’ ħsara, il-mard tas-siġar u l-ispeċijiet aljeni invażivi u għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu kkaġunat minn organiżmi ta’ ħsara, mard tas-siġar u speċijiet aljeni invażivi tista’ tingħata għall-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

kostijiet għal miżuri tal-prevenzjoni u tat-trattament, inkluż il-preparazzjoni tal-ħamrija għat-tħawwil mill-ġdid, u għall-prodotti, għall-apparati u għall-materjali meħtieġa għal dawn il-miżuri; il-prinċipji tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta’ ħsara stabbiliti fl-Artikolu 14 u fl-Anness III tad-Direttiva 2009/128/KE jridu jiġu rrispettati, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif meħtieġ mill-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(b)

it-telf tal-istokk u l-kostijiet tal-istokkjar mill-ġdid sal-valur tas-suq tal-istokk meqrud meta jordnaw l-awtoritajiet sabiex jinqered il-mard jew il-pest inkwistjoni; meta jiġi kkalkolat it-telf tal-inkrement, jista’ jitqies l-inkrement potenzjali tal-istokk meqrud sal-età normali tal-qtugħ.

2.8.2.   Għajnuna għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u sabiex ikun żgurat tkabbir bilanċjat u b’saħħtu tas-siġar fis-settur tal-forestrija

(601)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għaż-żamma u għat-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u l-iżgurar ta’ tkabbir ibbilanċjat u b’saħħtu tas-siġar fis-settur tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk din tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, ir-regoli komuni stabbiliti f’(595), (596) u (597) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(602)

L-għajnuna tista’ tingħata għaż-żamma u għat-titjib tal-kwalità tal-ħamrija fil-foresti u sabiex jiġi żgurat tkabbir ibbilanċjat u b’saħħtu tas-siġar.

(603)

Il-miżuri jistgħu jinkludu titjib tal-ħamrija bil-fertilizzazzjoni u trattamenti oħrajn għaż-żamma tal-bilanċ naturali tagħha, it-tnaqqis tad-densità eċċessiva tal-veġetazzjoni u l-iżgurar taż-żamma tal-ilma suffiċjenti u drenaġġ kif suppost. Jenħtieġ li l-Istati Membri juru li l-miżuri ma jnaqqsux il-bijodiversità, ma jikkawżawx lissija ta’ nutrijenti u ma jaffettwawx ħażin l-ekosistemi tal-ilma naturali jew iż-żoni ta’ protezzjoni tal-ilma.

(604)

L-għajnuna tista’ tkopri l-kostijiet tal-ippjanar ta’ tali miżuri.

2.8.3.   Ir-restawr u l-manutenzjoni tal-mogħdijiet naturali, l-elementi u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-ħabitat naturali għall-annimali fis-settur tal-forestrija

(605)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għar-restawr u għaż-żamma tal-mogħdijiet naturali, tal-elementi u tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ u tal-ħabitat naturali għall-annimali fis-settur tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mar-regoli komuni stabbiliti fil-punti (595), (596) u (597) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(606)

L-għajnuna tista’ tingħata għar-restawr u għaż-żamma tal-mogħdijiet naturali, l-elementi u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-ħabitat naturali għall-annimali, inklużi l-kostijiet għall-ippjanar.

(607)

Il-miżuri li għandhom l-għan li jimplimentaw id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE huma esklużi minn din it-tip ta’ għajnuna, billi jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ f’konformità mal-kundizzjonijiet tat-Taqsima 2.2 ta’ din il-Parti.

2.8.4.   Għajnuna għall-manutenzjoni tat-toroq sabiex jiġu evitati n-nirien fil-foresti

(608)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għall-manutenzjoni tat-toroq sabiex jiġu evitati n-nirien fil-foresti kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mar-regoli komuni stabbiliti fil-punti (595), (596) u (597) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(609)

L-għajnuna għall-manutenzjoni tat-toroq jenħtieġ li jkollha l-għan li tevita nirien fil-foresti. Ir-rabta bejn l-objettiv tal-għajnuna u l-manutenzjoni tat-toroq jenħtieġ li tintwera fin-notifika dwar l-għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

2.8.5.   Għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara fil-foresti kkawżata minn annimali protetti

(610)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn annimali protetti fil-foresti kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mar-regoli komuni stabbiliti fil-punti (595), (596) u (597) u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(611)

Sabiex jittaffa r-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex jiġi pprovdut inċentiv għall-minimizzazzjoni tar-riskji, il-benefiċjarji jridu jkunu meħtieġa jipprovdu kontribuzzjoni minima. Din il-kontribuzzjoni trid tieħu l-forma ta’ miżuri preventivi, bħal sisuen tas-sikurezza meta jkun possibbli, li huma proporzjonati għar-riskju ta’ dannu mill-annimali protetti fiż-żona tal-foresta kkonċernata. Jekk l-ebda miżura preventiva raġonevoli ma tkun possibbli, l-Istat Membru jeħtieġlu juri l-impossibbiltà li tittieħed miżura preventiva bħal din fin-notifika dwar għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni sabiex l-għajnuna titqies kompatibbli.

(612)

Trid tiġi stabbilita rabta każwali diretta bejn il-ħsara mġarrba u l-imġiba tal-annimali.

(613)

Iridu jiġu stabbiliti skemi ta’ għajnuna relatati ma’ event ta’ dannu speċifiku fi żmien tliet snin mill-okkorrenza tal-event li kkawża d-dannu. L-għajnuna trid titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

(614)

Il-ħsara trid tiġi kkalkolata fil-livell tal-benefiċjarju individwali.

Kostijiet eliġibbli

(615)

Il-kostijiet eliġibbli huma l-ammont tad-dannu mġarrab bħala konsegwenza diretta tal-event li jikkawża d-dannu, kif jiġi vvalutat minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.

(616)

Id-dannu jista’ jinkludi dan li ġej:

(a)

ħsara lil siġar ħajjin; l-għajnuna tista’ tingħata sabiex tikkumpensa t-telf tal-istokk u għall-kostijiet tal-istokkjar mill-ġdid sal-valur tas-suq tal-istokk meqrud mill-annimali protetti; meta jiġi kkalkolat il-valur tas-suq tat-telf inkrementali, l-inkrement potenzjali tal-istokk meqrud sal-età normali tal-qtugħ jista’ jitqies;

(b)

kostijiet oħrajn li jġarrab il-benefiċjarju minħabba l-event li kkawża d-dannu, bħal miżuri tat-trattament, inkluż it-tħejjija tal-ħamrija għat-tħawwil mill-ġdid u l-prodotti, l-apparati u l-materjali meħtieġa għal dawn l-operazzjonijiet;

(c)

id-dannu materjali lil dawn l-assi: tagħmir tal-forestrija, makkinarju u binjiet; il-kalkolu tad-dannu materjali jrid ikun ibbażat fuq il-kost tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel ma l-event ikkawża d-dannu; dan ma jridx jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżat mill-event, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi eżatt qabel u eżatt wara l-event li kkawża d-dannu.

(617)

Dak l-ammont irid jitnaqqas bi kwalunkwe kost mhux imġarrab minħabba l-event li jkun ikkawża l-ħsara, li inkella kien ikollu jitħallas mill-benefiċjarju.

(618)

Miżuri preventivi kontra ħsara li tkun saret minn annimali protetti jistgħu jkunu sostnuti skont it-Taqsima 2.1.4 bħala protezzjoni ta’ ħabitats u azzjonijiet relatati mal-bijodiversità.

(619)

L-għajnuna għar-restawr tad-dannu fil-foresti kkawżat minn annimali protetti tista’ tingħata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 2.1.3 jiġu ssodisfati.

(620)

L-għajnuna u kull pagament ieħor mogħti bħala kumpens għad-danni, inklużi pagamenti minn poloz tal-assigurazzjoni jew minn miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni, ma jridux jaqbżu l-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.9.   Għajnuna fis-settur tal-forestrija allinjata mal-miżuri tal-għajnuna agrikola

(621)

Fil-passat, il-Kummissjoni stabbiliet il-politika tagħha li, fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi ta’ għajnuna li joħolqu anqas distorsjoni, is-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija huma soġġetti għal regoli komuni.

(622)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-forestrija u l-għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art forestali kompatibbli mas-suq intern jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 2.9.1. u 2.9.2.

(623)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.9.1.   Għajnuna għar-riċerka u għall-iżvilupp fis-settur tal-forestrija

(624)

Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-forestrija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mal-kundizzjoni stabbilita fil-punt (623) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

(625)

L-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-forestrija li ma tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima tiġi vvalutata f’konformità mal-Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

(626)

Il-proġett megħjun jenħtieġ li jkun ta’ interess għall-impriżi kollha attivi fis-settur jew is-sottosettur partikolari tal-forestrija kkonċernat.

(627)

Qabel id-data tal-bidu tal-proġett megħjun, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi ppubblikata fuq l-Internet:

(a)

id-data tal-bidu tal-proġett megħjun;

(b)

l-għanijiet tal-proġett megħjun;

(c)

data approssimattiva għall-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun;

(d)

il-post tal-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun fuq l-internet;

(e)

dikjarazzjoni li r-riżultati tal-proġett megħjun huma disponibbli bla ħlas għall-impriżi kollha attivi fis-settur jew f’sottosettur tal-forestrija kkonċernat.

(628)

Ir-riżultati tal-proġett megħjun iridu jkunu disponibbli fuq l-internet mid-data ta’ tmiem il-proġett megħjun jew mid-data meta tingħata xi informazzjoni dwar dawk ir-riżultati lill-membri ta’ xi organizzazzjoni partikolari, skont liema data tiġi l-ewwel. Ir-riżultati jridu jibqgħu disponibbli fuq l-internet għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin mid-data tat-tmiem tal-proġett megħjun.

(629)

Jenħtieġ li l-għajnuna tingħata direttament lill-organizzazzjoni ta’ riċerka u tqassim tal-għarfien u ma għandhiex tinvolvi l-forniment ta’ għajnuna fuq il-bażi tal-prezz tal-prodotti tal-forestrija lil impriżi attivi fis-settur tal-forestrija.

Kostijiet eliġibbli

(630)

L-għajnuna trid tkun limitata għall-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

kostijiet tal-persunal relatati mar-riċerkaturi, mal-persunal tekniku u ma’ persunal ieħor ta’ sostenn sa fejn dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b)

kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir sa fejn jintużaw għall-proġett u għall-perjodu użati għall-proġett. Jekk tali strumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(c)

kostijiet tal-binjiet u tal-art, sa fejn jintużaw għall-proġett u għat-tul ta’ żmien użati għall-proġett. Fir-rigward tal-binjiet, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji aċċettati ġeneralment tal-kontabbiltà. Għall-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(d)

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien tekniku u l-privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet ta’ distakkament, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;

(e)

spejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, li jinkludu kostijiet ta’ materjali, fornimenti u prodotti simili, magħmula direttament bħala riżultat tal-proġett.

Intensità tal-għajnuna

(631)

L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli.

2.9.2.   Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija

(632)

Il-Kummissjoni se tikkunsidra għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art forestali kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-Parti I, il-Kapitolu 3, ta’ dawn il-Linji Gwida, mal-kundizzjoni stabbilita fil-punt (623) u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kostijiet eliġibbli

(633)

Il-kostijiet eliġibbli jridu jkunu limitati għall-ispejjeż reali legali, amministrattivi u ta’ stħarriġ tal-konsolidazzjoni tal-art imġarrba.

KAPITOLU 3

Għajnuna f’żoni rurali b’kofinanzjament mill-FAEŻR, jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal interventi kkofinanzjati bħal dawn

(634)

Dan il-Kapitolu japplika għal:

(a)

għajnuna għal servizzi bażiċi f’żoni rurali (71);

(b)

għajnuna inizjali għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali;

(c)

għajnuna għal impenji agroambjentali klimatiċi f’żoni rurali lil benefiċjarji għajr il-bdiewa;

(d)

għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji għal benefiċjarji għajr il-bdiewa;

(e)

għajnuna għall-promozzjoni u l-appoġġ ta’ skemi tal-kwalità għall-qoton jew għall-oġġetti tal-ikel u l-użu tagħhom mill-bdiewa;

(f)

għajnuna għall-kooperazzjoni f’żoni rurali, inkluża l-għajnuna għall-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) jew tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà (“EIP”);

(g)

għajnuna sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

(635)

Il-Kummissjoni se tqis l-għajnuna msemmija fil-punt (634) bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat jekk tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna hija inkluża fi Pjan Strateġiku tal-PAK skont u f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115, jew bħala għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR jew bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali li jiffinanzja tali għajnuna;

(b)

l-għajnuna ma tingħatax favur kapital operatorju, ħlief meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji;

(c)

l-għajnuna ma tingħatax bħala għajnuna operatorja, sakemm ma jkunux previsti espressament eċċezzjonijiet fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;

(d)

l-għajnuna ma tingħatax lil impriżi f’diffikultà kif definita fil-punt (33)63;

(e)

l-għajnuna ma tingħatax lil impriża li hija suġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tkun iddikjarat għajnuna bħala waħda illegali u inkompatibbli mas-suq intern.

(636)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tingħata għajnuna għaż-żoni rurali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li huma komuni għas-setturi kollha jew għall-kummerċ u l-industrija.

(637)

Dan il-Kapitolu ma japplikax għall-investimenti fl-iffrankar tal-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli. Din l-għajnuna trid tikkonforma mal-Linji Gwida tal-2022 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-protezzjoni ambjentali u għall-enerġija, sakemm ma tkunx eżentata mill-obbligu ta’ notifika.

PARTI III

KWISTJONIJIET PROĊEDURALI

1.    Id-durata tal-iskemi ta’ għajnuna u tal-evalwazzjoni

(638)

Skont il-prattika stabbilita fil-Linji Gwida preċedenti tagħha, sabiex tikkontribwixxi għat-trasparenza u għar-rieżami regolari tal-iskemi ta’ għajnuna kollha eżistenti, il-Kummissjoni tawtorizza biss l-iskemi ta’ għajnuna b’durata limitata. L-iskemi li jkopru l-għajnuna mill-Istat għal interventi li jistgħu jibbenefikaw ukoll minn kofinanzjament tal-FAEŻR f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 jenħtieġ li jkunu limitati għad-durata tal-perjodu ta’ programmazzjoni bejn l-2023 u l-2027. Fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tippermetti dan, u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħmlu impenji ġodda għall-iżvilupp rurali abbażi tar-Regolament (UE) 2021/2115 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni tapplika dawk il-Linji Gwida anke għal tali impenji ġodda. Skemi oħrajn ta’ għajnuna ma għandhomx japplikaw għal aktar minn seba’ snin.

(639)

Sabiex jiġi żgurat li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun limitata, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-iskemi ta’ għajnuna kif imsemmi fil-punt (640) jiġu soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet se jsiru għall-iskemi fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun partikolarment għolja, jiġifieri, li jista’ jkun hemm riskju ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni ma tiġix riveduta fi żmien dovut.

(640)

Tista’ tkun meħtieġa evalwazzjoni ex post għal skemi b’baġits kbar għall-għajnuna, jew li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew meta jkunu previsti bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew fir-regolamentazzjoni. Fi kwalunkwe każ, se tkun meħtieġa evalwazzjoni għal skemi b’baġit tal-għajnuna mill-Istat jew nefqa kontabbilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew ta’ aktar minn EUR 750 miljun matul id-durata totali tagħhom, jiġifieri d-durata kkombinata tal-iskema u ta’ kwalunkwe skema ta’ qabel li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, sa mill-1 ta’ Jannar 2023. Minħabba l-objettivi tal-evalwazzjoni, u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, evalwazzjonijiet ex post huma meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li d-durata totali tagħhom taqbeż it-tliet snin, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2023.

(641)

Ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni ex post jista’ jiġi eżentat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, li r-rapport ta’ evalwazzjoni finali tagħha kien f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema trid tiġi sospiża b’effett immedjat.

(642)

Jenħtieġ li l-għan tal-evalwazzjoni jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Jenħtieġ li din tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

(643)

Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-punt (640), l-Istati Membri jeħtiġilhom jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, li se jifforma parti integrali mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-iskema, kif ġej:

(a)

flimkien mal-iskema ta’ għajnuna, jekk il-baġit għall-għajnuna mill-Istat tal-iskema jaqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew is-EUR 750 miljun tul id-durata kollha tagħha;

(b)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema;

(c)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema li taqbeż EUR 150 miljun f’xi sena partikolari.

(644)

L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni jrid ikun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-Kummissjoni (72). L-Istati Membri jridu jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni.

(645)

L-evalwazzjoni ex post trid issir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni trid tinkludi tal-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri jridu jippubblikaw iż-żewġ rapporti.

(646)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien xieraq, biex tkun tista’ tiġi vvalutata kwalunkwe estensjoni tal-iskema ta’ għajnuna u mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel l-iskadenza tagħha. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tagħhom. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-arranġamenti preċiżi ta’ kull evalwazzjoni jiġu definiti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. In-notifika ta’ kwalunkwe miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili trid tiddeskrivi b’liema mod tqiesu r-riżultati tal-evalwazzjoni.

2.    Klawżola ta’ reviżjoni

(647)

Għal operazzjonijiet imwettqa skont il-Parti II, it-Taqsimiet 1.1.4 u 1.1.5, it-Taqsima 1.1.8 u t-Taqsima 2.3, l-Istati Membri jeħtiġilhom jipprovdu klawżola ta’ reviżjoni sabiex jiżguraw l-aġġustament tagħhom fil-każ tal-emendar tal-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija f’dawk it-Taqsimiet li jridu jinqabżu mill-impenji li jissemmew f’dawk it-Taqsimiet.

(648)

L-operazzjonijiet imwettqin skont il-Parti II, it-Taqsimiet 1.1.4 u 1.1.5, it-Taqsima 1.1.8 u t-Taqsima 2.3, li jmorru lil hinn mill-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali mill-2023 sal-2027, irid ikun fihom klawżola ta’ reviżjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu aġġustati għall-qafas legali tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara.

(649)

Jekk l-aġġustamenti msemmija fil-punti (647) u (648) ma jiġux aċċettati jew ma jiġux implimentati mill-benefiċjarju, l-impenn jiskadi u l-ammont tal-għajnuna jenħtieġ li jitnaqqas għall-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għall-perjodu sa ma jiskadi l-impenn.

3.    Rapportar u monitoraġġ

(650)

F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (73), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (74), l-Istati Membri jridu jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni.

(651)

Ir-rapport annwali jrid ikun fih ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna dan li ġej:

(a)

il-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti kkonċernati fit-Taqsima 1.2.1.3 tal-Parti II;

(b)

informazzjoni meteoroloġika fuq it-tip, it-twaqit, id-daqs relattiv u l-post tad-diżastri naturali jew tal-event klimatiku, li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali li hemm referenza għalih fit-Taqsimiet 1.2.1.1 u 1.2.1.2 tal-Parti II rispettivament.

(652)

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tfittex informazzjoni addizzjonali dwar skemi tal-għajnuna eżistenti fuq bażi ta’ każ b’każ, meta dan ikun meħtieġ sabiex tkun tista’ twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat.

(653)

L-Istati Membri jridu jiżguraw li jinżammu reġistri ddettaljati rigward il-miżuri kollha li jinvolvu l-għoti ta’ għajnuna. Dawn ir-reġistri jridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet kollha ta’ dawn il-Linji Gwida li, fejn applikabbli, jirrigwardaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna, ikunux ġew rispettati. Dawn ir-reġistri jridu jinżammu għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jingħataw lill-Kummissjoni fuq talba.

4.    Applikazzjoni tal-Linji Gwida

(654)

Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida mill-1 ta’ Jannar 2023.

(655)

Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għal kull miżura ta’ għajnuna nnotifikata li fir-rigward tagħha hija tintalab li tieħu deċiżjoni wara l-1 ta’ Jannar 2023, anke meta l-għajnuna tkun ġiet innotifikata qabel dik id-data. Madankollu, l-għajnuna individwali mogħtija skont l-iskemi ta’ għajnuna approvati u nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-obbligu ta’ notifika ta’ tali għajnuna fuq bażi individwali se jiġu vvalutati skont dawn il-Linji Gwida li japplikaw għall-iskema ta’ għajnuna approvata li fuqha hija bbażata l-għajnuna individwali.

(656)

Għajnuna illegali tiġi vvalutata f’konformità mar-regoli fis-seħħ fid-data ta’ għoti tal-għajnuna. L-għajnuna individwali mogħtija minn skema ta’ għajnuna illegali tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida li japplikaw għall-iskema ta’ għajnuna illegali fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna individwali.

(657)

Il-punt 737 tal-Linji Gwida tal-2014 għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali (75) jiddikjara li dawk il-linji gwida huma applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2022. Dawn il-Linji Gwida se jissostitwixxu l-Linji Gwida tal-2014 għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali malli jiskadu. Madankollu, għall-interventi ta’ żvilupp rurali kofinanzjati mill-FAEŻR, fejn id-dritt tal-Unjoni jippermetti dan, u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ żvilupp rurali applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħmlu impenji ġodda skont il-Linji Gwida tal-2014 għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali f’konformità mal-punt (719) tagħhom.

(658)

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrieżamina jew li temenda dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet assoċjati mal-politika tal-kompetizzjoni jew sabiex tqis politiki oħrajn tal-Unjoni, bħall-iżvilupp agrikolu u rurali jew is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u kunsiderazzjonijiet tal-politika ambjentali, u impenji internazzjonali, jew għal kwalunkwe raġuni ġġustifikata oħra.

5.    Proposti għal miżuri xierqa

(659)

F’konformità mal-Artikolu 108(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni tipproponi li l-Istati Membri jemendaw l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti tagħhom sabiex jikkonformaw ma’ dawn il-Linji Gwida sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023.

(660)

L-Istati Membri huma mistiedna jesprimu l-qbil espliċitu mingħajr ebda kundizzjoni tagħhom ma’ dawn il-miżuri xierqa proposti fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tweġiba, il-Kummissjoni se tassumi li l-Istat Membru inkwistjoni ma jaqbilx mal-miżuri proposti.

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għal pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(7)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà. (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(8)  WT/MIN(15)/45 — WT/L/980.

(9)  Ara s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 1995, TWD vs Il-Kummissjoni, kawżi magħquda T-244/93 u T-486/93, EU:T:1995:160, il-punt 56.

(10)  Ara s-sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Streekgewest, C-174/02, EU:C:2005:10, il-punt 26; is-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord et al, C-206/06, EU:C:2008:413, il-punt 90; is-sentenza tas-16 ta’ Ottubru 2013, TF1 vs Il-Kummissjoni, T-275/11, EU:T:2013:535, il-punti 41 - 44; u s-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2014, DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni, T-533/10, EU:T:2014:629, il-punti 50-52.

(11)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(12)  ĠU C 198, 27.6.2014, p. 1.

(13)  ĠU C 80, 18.02.2022, p. 1.

(14)  ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1.

(15)  ĠU C 508, 16.12.2021, p. 1.

(16)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 1.

(17)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 6.

(18)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(19)  ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1.

(20)  Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, fejn l-Istati Membri jridu jiddefinixxu ċerti termini (bħal “bidwi attiv”) fil-Pjanijiet Strateġiċi rispettivi tal-PAK tagħhom, l-Irlanda ta’ Fuq trid tiddefinixxi dawn it-termini, f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dawn il-Linji Gwida, fin-notifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).

(23)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472 14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 21.12.2022, p. 1).

(27)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(28)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(29)  Il-VPN ta’ proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imnaqqsa għall-valur attwali tagħhom (normalment billi jintuża l-kost tal-kapital).

(30)  L-IRR ma hijiex ibbażata fuq qligħ kontabilizzat f’sena partikolari, imma tqis il-fluss tal-flussi ta’ flus futuri li l-investitur jistenna li jirċievi matul il-ħajja kollha tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta’ skont li għaliha l-NPV tal-fluss ta’ flussi ta’ flus ikun żero.

(31)  Ara, pereżempju, is-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-156/98, EU:C:2000:467, il-punt 78; is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, EU:C:2002:753, C-456/00, il-punt 30, is-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, Regie Networks, C-333/07, EU:C:2008:764, il-punti 94-116; is-sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni, C-67/09 P, EU:C:2010:607, il-punt 51; u s-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, EU:C:2020:742, il-punt 44.

(32)  Ara l-punti (6) sa (10) ta’ dawn il-Linji Gwida.

(33)  Ara s-sentenza tas-26 ta’ Ġunju 1979, Pigs and Bacon Commission vs. McCarren, il-Kawża 177/78, EU:C:1979:164, il-punt 11; is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, EU:C:2002:753, C-456/00, il-punt 30; is-sentenza tal-14 ta’ Novembru 2017, Président de l’Autorité de la concurrence vs l-Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE) u Oħrajn, C-671/15, EU:C:2017:860, il-punt 37.

(34)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(35)  Meta jitqabblu x-xenarji kontrofattwali, l-għajnuna trid tiġi skontata bl-istess fattur bħax-xenarji tal-investiment u dawk kontrofattwali korrispondenti.

(36)  “Tiftix Pubbliku tal-Bażi tad-Data dwar it-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat”, disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt

(37)  Meta jitqies l-interess leġittimu fit-trasparenza sabiex tiġi pprovduta informazzjoni lill-pubbliku, fl-ippeżar tal-ħtiġijiet tat-trasparenza mad-drittijiet skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pubblikazzjoni tal-isem tal-benefiċjarju tal-għajnuna meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun persuna fiżika jew persuna ġuridika li jkollha ismijiet ta’ persuni fiżiċi, hija ġġustifikata (ara C-92/09, Volker und Markus Schecke u Eifert, il-punt 53), filwaqt li jitqies l-Artikolu 49(1)(g) tar-Regolament 2016/679. Ir-regoli ta’ trasparenza għandhom l-għan li jkun hemm konformità aħjar, responsabbiltà akbar, rieżami bejn il-pari u fl-aħħar mill-aħħar infiq pubbliku aktar effettiv. Dan l-għan għandu jipprevali fuq id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data ta’ persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ pubbliku.

(38)  Din l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data tal-għoti tal-għajnuna (jew fi żmien sena mid-data tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fil-każ tal-għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa). Fil-każ ta’ għajnuna mhux skont il-liġi, l-Istati Membri se jintalbu jiżguraw li din l-informazzjoni ex post tiġi ppubblikata tal-anqas fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-informazzjoni trid tkun disponibbli f’format li jippermetti li d-data titfittex, tiġi estratta u tiġi ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML.

(39)  Għadd ta’ swieq jistgħu jiġu affettwati mill-għajnuna, għaliex l-impatt tal-għajnuna jista’ ma jkunx limitat għas-suq li jikkorrispondi għall-attività appoġġata, iżda jista’ jestendi għal swieq oħrajn li huma marbuta ma’ dak is-suq għaliex ikunu f’fażi upstream, downstream jew kumplimentari, jew għaliex il-benefiċjarju jkun diġà preżenti fihom jew se jkun preżenti fihom fil-futur qrib.

(40)  Għal proġetti ta’ investiment li jinvolvu l-produzzjoni ta’ diversi prodotti differenti, kull prodott irid jiġi vvalutat.

(41)  Dawn l-ostakli għad-dħul jinkludu ostakli legali (b’mod partikolari drittijiet ta’ proprjetà intellettwali), l-ekonomiji ta’ skala u l-kamp ta’ applikazzjoni, l-ostakli għall-aċċess għan-networks u l-infrastruttura. Meta l-għajnuna tittratta suq fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun diġà stabbilit, l-ostakli possibbli għad-dħul jistgħu jintensifikaw is-saħħa sinifikanti fis-suq ta’ dan il-benefiċjarju u b’hekk l-effetti negattivi possibbli ta’ dik is-saħħa fis-suq.

(42)  Meta jkun hemm xerrejja b’saħħithom fis-suq, huwa anqas probabbli li benefiċjarju tal-għajnuna jkun jista’ jżid il-prezzijiet fil-konfront ta’ dawn ix-xerrejja b’saħħithom.

(43)  B’mod partikolari, [diment li l-lista li ġejja tkun indikattiva u mhux eżawrjenti], id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1); id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7); id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1); fejn applikabbli, id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30); id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19); id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71); id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7); Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1); id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1); u r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(44)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, (COM/2019/640 final).

(45)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM/2020/381 final).

(46)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM/2013/0216 final).

(47)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar ir-Restawr ta’ Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli. (COM(2021)800 final).

(48)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 (COM/2021/572 final).

(49)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (COM/2020/380 final).

(50)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(51)  Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).

(52)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(53)  Ara d-definizzjoni ta’ settur tal-agrikoltura fil-punt (34) 9.

(54)  Pereżempju, fil-każ ta’ sottomiżuri mmirati għar-restawr u ż-żamma tal-ħabitats mistagħdra, l-għajnuna tista’ tingħata għal perjodu ta’ aktar minn seba’ snin fid-dawl tal-kumplessità sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(55)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(56)  ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5.

(57)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(58)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

(59)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(60)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(61)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Pjan ta’ Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM) (COM(2017) 339 final).

(62)  Dan japplika wkoll għall-kooperazzjoni relatata mal-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew il-produzzjoni ta’ bijokarburanti f’azjendi agrikoli, dment li jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1.1.1.1 tal-Parti II.

(63)  Ara s-Sentenza tat-11 ta’ Novembru 2004, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-73/03, EU:C:2004:711, il-punt 37, u s-Sentenza tat-23 ta’ Frar 2006, Atzeni et, il-Kawżi Magħquda C-346/03 u C-529/03, EU:C:2006:130, il-punt 79.

(64)  Il-Kummissjoni ma aċċettatx li nirien f’impjant tal-ipproċessar uniku li kien kopert minn assigurazzjoni kummerċjali normali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala okkorrenzi eċċezzjonali. Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni ma taċċettax li tifqigħa ta’ mard tal-annimali jew l-okkorrenza ta’ pesti tal-pjanti tista’ titqies li tikkostitwixxi diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali. Madankollu, f’każ wieħed, il-Kummissjoni għarfet li t-tifqigħa mifruxa ta’ marda tal-annimali kompletament ġdida kienet tikkostitwixxi okkorrenza eċċezzjonali.

(65)  Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat fil-Każijiet N 274b/2010, N 274a/2010, SA.33605, SA.33628, SA.36787.

(66)  Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Il-Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

(67)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(68)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(69)  Bħall-emissjonijiet minħabba t-tisħin tas-serrer.

(70)  Adottati mill-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa fit-12 u t-13 ta’ Novembru 2008 (https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/08/Pan-EuropeanAfforestationReforestationGuidelines.pdf).

(71)  L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat japplikaw għall-għajnuna għal servizzi fiż-żoni rurali, dment li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, filwaqt li jqisu l-interpretazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija fl-avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

(72)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, Brussell, 28 ta’ Mejju 2014, SWD(2014) 179 final.

(73)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(74)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(75)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1.


21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/91


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10949 — GONVARRI / MAJORITY SHAREHOLDERS / HIDRIA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 485/02)

Fl-24 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10949. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/92


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10932 — ZF / HELLA / NGK / CLARIOS / AHEAD JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 485/03)

Fl-14 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10932. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/93


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta' Diċembru 2022

(2022/C 485/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0599

JPY

Yen Ġappuniż

140,58

DKK

Krona Daniża

7,4388

GBP

Lira Sterlina

0,87530

SEK

Krona Żvediża

11,0615

CHF

Frank Żvizzeru

0,9854

ISK

Krona Iżlandiża

151,50

NOK

Krona Norveġiża

10,5098

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,181

HUF

Forint Ungeriż

403,88

PLN

Zloty Pollakk

4,6757

RON

Leu Rumen

4,9125

TRY

Lira Turka

19,7744

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5972

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4451

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2488

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6816

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4347

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 363,73

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,4239

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3900

HRK

Kuna Kroata

7,5471

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 537,09

MYR

Ringgit Malażjan

4,6991

PHP

Peso Filippin

58,549

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,853

BRL

Real Brażiljan

5,6234

MXN

Peso Messikan

20,9355

INR

Rupi Indjan

87,6649


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/94


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 485/05)

Stat Membru

Spanja

Rotta kkonċernata

Menorca-Madrid

Data tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotta tal-OSP għat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji

1 ta’ Mejju 2023

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra relatata mal-obbligi tas-servizz pubbliku.

Ministerio de Transportes, Movilidad y Agenda

Urbana

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

Spanja

Telefown +34 91 597 7837

Faks +34 91 597 8643

Indirizz elettroniku: osp.dgac@mitma.es

Ir-rotot suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu operati abbażi ta’ aċċess ħieles għall-kompetizzjoni sa mill-1 ta’ Mejju 2023. F’każ li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi li jkun konformi mal-obbligi imposti tas-servizz pubbliku, l-aċċess se jiġi ristrett għal trasportatur wieħed tal-ajru mill-1 ta’ Novembru 2023 sat-30 ta’ April 2024 permezz tal-proċedura tal-offerti pubbliċi korrispondenti, f’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.


21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/95


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 485/06)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Pantelleria - Trapani u viċiversa

Pantelleria - Palermo u viċiversa

Pantelleria - Katanja u viċiversa

Lampedusa - Palermo u viċiversa

Lampedusa - Katanja u viċiversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2025

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

ENAC

Direzione Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio, n. 118

00185 Ruma

L-ITALJA

Telefown +39 06 44596247

Email: osp@enac.gov.it

Sit web fuq l-internet: http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


Rettifika

21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 485/96


Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2023 — EAC/A10/2022 — Il-Programm Erasmus+

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 444 tat-23 ta’ Novembru 2022 )

(2022/C 485/07)

Fil-paġna 18, fil-punt 5 — Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet:

L-iskadenza li ġejja għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija miżjuda għall-KA2:

Avveniment Sportiv Ewropew fuq skala kbira

21 ta’ Frar 2023 fil-17.00