ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 444

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
23 ta' Novembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 444/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10960 — EPPE / PZEM SUBSIDIARIES) ( 1 )

1

2022/C 444/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10854 — GIC INVESTOR / KIA / OMERS / DCLI) ( 1 )

2

2022/C 444/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10925 — BNP PARIBAS / TERBERG BUSINESS) ( 1 )

3

2022/C 444/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10928 — ICI / BENVIC) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 444/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-22 ta' Novembru 2022

5

2022/C 444/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2022 li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Polonja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 444/07

Sejħa għall-proposti 2023 - EAC/A10/2022 — Il-Programm Erasmus+

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 444/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20

2022/C 444/09

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

24

2022/C 444/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

32


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10960 — EPPE / PZEM SUBSIDIARIES)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 444/01)

Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10960. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10854 — GIC INVESTOR / KIA / OMERS / DCLI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 444/02)

Fit-8 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10854. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10925 — BNP PARIBAS / TERBERG BUSINESS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 444/03)

Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10925. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10928 — ICI / BENVIC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 444/04)

Fit-8 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10928. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta' Novembru 2022

(2022/C 444/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0274

JPY

Yen Ġappuniż

145,20

DKK

Krona Daniża

7,4377

GBP

Lira Sterlina

0,86358

SEK

Krona Żvediża

10,9653

CHF

Frank Żvizzeru

0,9791

ISK

Krona Iżlandiża

145,70

NOK

Krona Norveġiża

10,4445

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,351

HUF

Forint Ungeriż

408,23

PLN

Zloty Pollakk

4,7125

RON

Leu Rumen

4,9269

TRY

Lira Turka

19,1221

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5473

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3765

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,0313

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6707

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4167

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 392,68

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,7568

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3344

HRK

Kuna Kroata

7,5438

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 106,79

MYR

Ringgit Malażjan

4,7055

PHP

Peso Filippin

58,942

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,110

BRL

Real Brażiljan

5,4578

MXN

Peso Messikan

20,0951

INR

Rupi Indjan

83,8768


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Settembru 2022

li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Polonja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 444/06)

IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (3). Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4), id-Deċiżjoni 2011/278/UE tkompli tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2021. L-allokazzjonijiet notifikati kollha msemmija f’din id-deċiżjoni huma relatati mal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020.

(2)

Fil-5 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/448/UE (5) dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu 2013-2020, skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Bid-Deċiżjoni 2014/9/UE (6), il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE (7) u 2011/278/UE fir-rigward tal-listi ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (minn hawn ’il quddiem “il-lista tar-rilaxx tal-karbonju”).

(4)

Bid-Deċiżjonijiet C(2013) 9281 (8), C(2014) 123 (9), C(2014) 674 (10) u C(2014) 1167 (11), il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali u t-tabelli riveduti tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata l-4 ta’ Jannar 2022, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet lill-entranti ġodda.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Awwissu 2022, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha minħabba ċessjonijiet parzjali.

(7)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittri datati l-11 ta’ Frar 2022, it-28 ta’ Frar 2022, is-27 ta’ April 2022 u t-30 ta’ Awwissu 2022, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet lill-entranti ġodda u bil-bidliet minħabba l-irkupru tal-livelli ta’ attività kif ukoll l-emendi għal-lista tar-rilaxx tal-karbonju.

(8)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Latvja nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Awwissu 2022, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet lill-entranti ġodda u bil-bidliet minħabba waqfiet parzjali.

(9)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata s-7 ta’ Marzu 2022, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet lill-entranti ġodda.

(10)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, l-Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu, il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Mejju 2022, bil-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha biex tipprovdi allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet lil entranti ġodda.

(11)

Il-bidliet notifikati fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Polonja u tal-Finlandja huma f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Għalhekk, jenħtieġ li l-amministratur ċentrali jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-bidliet fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-amministratur ċentrali għandu jdaħħal il-bidliet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Ġermanja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Polonja u tal-Finlandja stabbiliti fl-Anness tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President Eżekuttiv


(1)  ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p.10).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9281 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Awstrija, tal-Greċja, tal-Irlanda, tal-Latvja, tan-Netherlands, tal-Portugall, tal-Iżvezja u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 123 tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Litwanja, tal-Ungerija u tas-Slovakkja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 674 tat-12 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Estonja, tal-Lussemburgu, tas-Slovenja u tal-Finlandja fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1167 tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Bulgarija, ta’ Spanja, tal-Kroazja, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Polonja, tar-Rumanija u tar-Renju Unit fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS I

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Il-Ġermanja

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

DE000000000001726

1726

Universität Regensburg

Energiezentrale

0

0

0

0

0

0

0

1 100

1 100

DE000000000003398

3398

Orion Engineered Carbons GmbH

Orion Engineered Carbons GmbH Werk Kalscheuren Furnacerußanlage

0

421

416

364

314

265

218

1 725

3 723

DE000000000214200

214200

Hamburger Rieger GmbH Papierfabrik Spremberg

Papiermaschine 2

0

0

0

0

0

0

0

497

497

 

 

 

TOTAL

0

421

416

364

314

265

218

3 322

5 320


ANNESS II

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Spanja

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

ES-new-128

202235

Pavimentos Bechí, SL

Pavimentos Bechí, SL

3 118

3 064

3 009

2 955

2 901

2 064

2 793

2 738

22 642

 

 

 

TOTAL

3 118

3 064

3 009

2 955

2 901

2 064

2 793

2 738

22 642

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Spanja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

ES-new-128

202235

Pavimentos Bechí, SL

Pavimentos Bechí, SL

9 961

9 788

9 614

9 436

9 258

7 761

8 895

6 695

71 408


ANNESS III

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: L-Italja

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

IT000000000000652

652

BUNGE ITALIA S.P.A.

BUNGE ITALIA S.P.A. STABILIMENTO DI PORTO CORSINI

0

0

0

0

0

0

4 210

4 924

9 134

IT-new-2466-211439

211439

Tomato Farm S.p.A.

Stabilimento di Pozzolo Formigaro di Tomato Farm S.p.A.

0

0

0

0

0

0

0

2 308

2 308

IT-new-2469

212320

FCA Italy SpA

Stabilimento FCA Italy Rivalta

0

0

0

0

0

0

0

2 671

2 671

IT-new-2470

212720

Società Chimica Bussi SpA

Società Chimica Bussi SpA

0

0

0

0

0

0

0

8 548

8 548

IT-new-2298-205332

205332

ITELYUM REGENERATION S.p.A.

ITELYUM REGENERATION S.p.A. Stabilimento di Pieve Fissiraga

0

0

0

0

0

0

834

876

1 710

IT-new-2243

205283

Itelyum Regeneration S.p.A.

Itelyum Regeneration S.p.A. Stabilimento di Ceccano

745

732

719

706

693

680

667

654

5 596

 

 

 

TOTAL

745

732

719

706

693

680

5 711

19 981

29 967

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: L-Italja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata, modifikata skont id- data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

IT000000000000515

515

ArcelorMittal Italia S.p.A.

ArcelorMittal Italia S.p.A. - Stabilimento di Taranto

14 663 517

13 987 508

13 737 355

13 484 595

13 229 113

12 151 525

11 906 846

11 661 315

104 821 774

IT-new-2243

205283

Itelyum Regeneration S.p.A.

Itelyum Regeneration S.p.A. Stabilimento di Ceccano

17 771

17 462

17 149

16 834

16 515

16 194

15 867

15 541

133 333


ANNESS IV

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Il-Latvja

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

LV000000000000096

96

SIA Kronospan Riga sadedzināšanas iekārtas

SIA Kronospan Riga

0

0

0

0

0

0

0

1 168

1 168

 

 

 

TOTAL

0

0

0

0

0

0

0

1 168

1 168

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (NIMs)

Stat Membru: Il-Latvja

L-allokazzjonijiet mibdula fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-installazzjonijiet indikati huma kif ġej:

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata, modifikata skont id-data tan-NE&C, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

LV000000000000058

58

SIA “Solum Estate”

Papīra un kartona ražošanas iekārta

3 948

3 878

2 519

2 472

2 425

2 378

2 330

2 282

22 232


ANNESS V

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Il-Polonja

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

PL000000000000508

734

Huta szkła płaskiego

Guardian Częstochowa Sp. z o.o.

0

0

0

0

0

6 256

15 775

54 989

77 020

PL000000000000302

302

Ciepłownia Czarnków

SW - SOLAR Czarna Woda Sp. z o.o.

0

0

0

0

0

0

0

926

926

 

 

 

TOTAL

0

0

0

0

0

6 256

15 775

55 915

77 946


ANNESS VI

Bidliet fit-Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2013-2020 skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE (NER)

Stat Membru: Il-Finlandja

ID tal-Installazzjoni (NE&C)

ID tal-Installazzjoni (Reġistru tal-Unjoni)

Isem l-Operatur

Isem l-installazzjoni

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata min-NER, skont l-installazzjoni

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

FI-existing-FI-21331104

403

UPM Kymmene Oyj, Kymin tehtaat

UPM, Kymi

0

0

0

0

0

12 340

24 012

23 545

59 897

 

 

 

TOTAL

0

0

0

0

0

12 340

24 012

23 545

59 897


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/16


Sejħa għall-proposti 2023 - EAC/A10/2022

Il-Programm Erasmus+

(2022/C 444/07)

1.   Introduzzjoni u Għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Erasmus+”) kif ukoll dwar il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2023 tal-Erasmus+ (C(2022)6002). Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. L-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikolu 3 tar-Regolament Erasmus+.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi:

Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

DiscoverEU – Azzjoni ta’ Inklużjoni

Skambji virtwali fl-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

Il-mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport

Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) - Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Sħubijiiet għall-Eċċellenza:

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

Azzjoni Erasmus Mundus

Sħubijiet għall-Innovazzjoni:

Alleanzi għall-innovazzjoni

Proġetti li jħarsu ’l quddiem

Il-bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) - Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

Azzjonijiet Jean Monnet:

Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista' japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà għat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ, l-attivitajiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-Azzjoni ta’ Inklużjoni DiscoverEU.

Dawn il-Pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej,

il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

il-pajjiżi kandidati tal-UE: ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u r-Repubblika tas-Serbja (3).

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2023 għal aktar dettalji dwar il-modalitajietgħal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Baġit u durata tal-proġetti

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija stmata għal EUR 3 393,17 miljun:

Edukazzjoni u Taħriġ:

EUR

2 980,70 miljun

Żgħażagħ:

EUR

321,12 miljun

Sport:

EUR

65,13 miljun

Jean Monnet:

EUR

26,22 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2023 tal-Erasmus+ li ġie adottat fil-25 ta’ Awwissu 2022, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus + u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:

https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_mt

L-għotjiet mogħtija kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett, it-tip ta’ applikanti eliġibbli u l-għadd ta’ sħab involuti.

Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019)2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.

5.   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet speċifikati hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-VET, tal-edukazzjoni skolastika u tal-edukazzjoni għall-adulti

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Il-mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Mobbiltà internazzjonali li tinvolvi pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fil-VET, fl-edukazzjoni skolastika u fl-edukazzjoni għall-adulti

19 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Akkreditazzjoni tal-Erasmus fil-qasam taż-żgħażagħ

19 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

23 ta’ Frar 2023 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Azzjoni ta’ Inklużjoni DiscoverEU

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Skambji virtwali fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

26 ta’ April 2023 fil-17:00


Azzjoni Ewlenija 2

Sħubiji ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk ippreżentati mill-NGOs Ewropej

22 ta’ Marzu 2023 f’12:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Sħubijiiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, ħlief dawk sottomessi mill-NGOs Ewropej

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

22 ta’ Marzu 2023 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

4 ta’ Ottubru 2023 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fil-qasam tal-isport

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

8 ta’ Ġunju 2023 fil-17:00

Azzjoni Erasmus Mundus

16 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Alleanzi għall-Innovazzjoni

3 ta’ Mejju 2023 fil-17:00

Proġetti li jħarsu ’l quddiem

15 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja

16 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali

28 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taż-Żgħażagħ

8 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Isport

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

22 ta’ Marzu 2023 fil-17:00


Azzjoni Ewlenija 3

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

9 ta’ Marzu 2023 fil-17:00


Networks u Azzjonijiet Jean Monnet

14 ta’ Frar 2023 fil-17:00

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Informazzjoni fid-dettall

Ara l-kundizzjonijiet ta' din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2023 fl-indirizz tal-internet li ġej:

http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1

(2)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(3)  Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 444/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Komiški rogač”

Nru tal-UE: PGI-HR-02634 — 18.9.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Komiški rogač”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Repubblika tal-Kroazja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-prodott “Komiški rogač” huwa kkummerċjalizzat f’żewġ forom: “Komiški rogač” (frotta) u “Komiški rogač” (mitħun).

Il-“Komiški rogač” (frotta) hija l-frotta matura kummerċjalment tal-varjetà awtoktona tal-ħarrub mill-gżira ta’ Vis, magħrufa bil-Kroat bħala Komiški krupni, Komiški veliki jew Komiški tusti (Ceratonia Siliqua L.), li daħħlet fil-Bażi tad-Data Kroata tar-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti taħt il-kodiċi ta’ referenza FRU00317.

Il-karatteristiċi organolettiċi tal-frotta matura kummerċjalment tal-“Komiški rogač” huma kulur kannella skur, miżwed tawwali u kemxejn ikkurvat bi truf ittondjati, togħma xi ftit ħelwa bi rwejjaħ ta’ ċikkulata u kawkaw, aroma eċċezzjonalment qawwija u intensa li tfakkar fiċ-ċikkulata u l-kawkaw.

Il-karatteristiċi fiżiċi tal-frotta kummerċjalment matura tal-“Komiški rogač” huma wiċċ kemxejn imkemmex, iebes, lixx u jleqq, laħam (polpa) kannella ċar li huwa aktar artab mill-ġilda, u strutturi li jitfarrku b’żerriegħa kannella skura, soda, iebsa, ittondjata u kemxejn iċċattjata. Il-miżwed huwa twil bejn 10 cm u 20 cm u jiżen bejn 17 g u 40 g.

F’termini tal-kompożizzjoni kimika tiegħu, il-prodott “Komiški rogač” (frotta) għandu bħala minimu:

kontenut totali ta’ zokkor ta’ 40,0 %, u

kontenut ta’ kalċju f’materja niexfa ta’ 0,17 % (170 mg)

kontenut ta’ proteini f’materja niexfa ta’ 3,9 % (3,9 g)

Il-“Komiški rogač” (mitħun) huwa prodott miksub bit-tħin tal-miżwed misjur u mnixxef tal-varjetà Komiški krupni.

Il-“Komiški rogač” (mitħun) għandu kulur kannella ċar, u t-tiswira tiegħu tista’ tvarja minn lixxa għal ħarxa. Il-prodott mitħun lixx għandu sensazzjoni ta’ ħarir meta jintmess, filwaqt li l-prodott mitħun aħrax jinħass bil-frak. Il-ħarrub mitħun għandu togħma xi ftit ħelwa u aroma aktar intensa taċ-ċikkulata u l-kawkaw mill-frotta sħiħa matura kummerċjalment. Dan huwa għaliex meta l-qoxra tal-miżwed titkisser, l-aromi jiġu rilaxxati b’intensità akbar u jsiru aktar qawwija minn dawk tal-frotta sħiħa matura kummerċjalment.

F’termini tal-kompożizzjoni kimika tiegħu, il-prodott “Komiški rogač” (mitħun) għandu bħala minimu:

kontenut totali ta’ zokkor ta’ 40,0 %, u

kontenut ta’ kalċju f’materja niexfa ta’ 0,17 % (170 mg)

kontenut ta’ proteini f’materja niexfa ta’ 3,9 % (3,9 g)

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

….

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha ewlenin fil-produzzjoni tal-“Komiški rogač”, mill-ħsad tal-imwieżed għall-ħżin, it-tnixxif u t-tħin tagħhom, iridu jseħħu fuq il-gżira ta’ Vis.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Ladarba jilħqu l-maturità kummerċjali tagħhom, l-imwieżed tal-ħarrub misjura jiġu ppakkjati f’basktijiet tax-xibka minsuġa, kaxxi tal-kartun jew ċestuni tal-PVC maħsuba għall-ħżin tal-ikel fi kwantitajiet ta’ 1–25 kg u ttikkettati “Komiški rogač”. Meta jiġi ppakkjat, il-prodott maħsub għall-kummerċjalizzazzjoni fl-għamla ta’ frotta tal-ħarrub sħiħa matura kummerċjalment jista’ jkun fih sa 60 miżwed għal kull kilogramma. Meta jkunu lesti, l-imwieżed tal-ħarrub sħaħ maturi kummerċjalment jistgħu jkunu disponibbli bl-ingrossa.

Il-“Komiški rogač” (mitħun) irid jiġi ppakkjat f’boroż tal-karti jew f’kaxxi tal-kartun fi kwantitajiet ta’ 0,1–1 kg u jrid jiġi tikkettat bħala “Komiški rogač”. Barra minn hekk, meta jkun lest, il-“Komiški rogač” (mitħun) huwa kkummerċjalizzat ukoll bl-ingrossa.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

...

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Komiški rogač” tinkludi l-gżira kollha ta’ Vis, li għandha fruntiera kostali naturali u hija separata mill-gżejjer tal-viċinat u mill-kontinent bil-baħar. Il-gżira tinsab fl-Adrijatiku ċentrali, f’latitudni ta’ 43°12" sa 43°5'6" fit-Tramuntana u lonġitudni ta’ 16°3' sa 16°15'48" fil-Lvant. F’termini amministrattivi, Vis tifforma parti mill-kontea ta’ Split-Dalmatia. Hija għandha żewġ ċentri amministrattivi, jiġifieri l-ibliet ta’ Vis u Komiža.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali bejn il-prodott “Komiški rogač” u l-gżira ta’ Vis hija bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi (minħabba t-tradizzjoni tal-kultivazzjoni u tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet ġeografiċi) u fuq ir-reputazzjoni tal-“Komiški rogač”.

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-gżira ta’ Vis tinsab fiż-żona tal-klima Mediterranja, u għalhekk għandha klima Mediterranja (klima Csa, skont il-klassifikazzjoni Köppen tal-klima) bi sjuf sħan. Il-pożizzjoni ġeografika tagħha, jiġifieri d-distanza bejn Vis u l-gżejjer tal-viċinat u l-kontinent, tiddetermina l-karatterisitiċi klimatiċi tal-gżira. Dawn huma influwenzati ferm mill-baħar, li jwassal għal temperatura medja annwali u għal esponiment għad-dawl tax-xemx ogħla. Bis-saħħa tat-temperatura medja annwali ta’ 17 °C u madwar 2 800 siegħa ta’ dawl tax-xemx fis-sena, fl-imwieżed tal-ħarrub jinħolqu u jinħażnu ammonti sostanzjali ta’ zokkor.

Il-metodu tradizzjonali għall-produzzjoni tal-“Komiški rogač” fuq il-gżira ta’ Vis jinkludi l-kapaċità li jiġu rikonoxxuti l-aħjar kundizzjonijiet tat-temp għall-ħsad u l-ġbir tal-imwieżed; huwa vitali li l-imwieżed jinħasdu qabel ix-xita li tagħmel tard fis-sajf u fil-bidu tal-ħarifa bejn l-aħħar ta’ Awwissu u kmieni f’Settembru, biex jiġi evitat li l-frott jixrob l-ilma u jitħassar faċilment, li jaffettwa b’mod negattiv l-apparenza, il-kwalità, il-ħżin u l-ipproċessar tagħhom (tħin).

L-imwieżed tal-“Komiški rogač” jinġabru meta jkunu saru għal kollox, ladarba jsiru kannella skur u, bis-saħħa tal-akkumulu ta’ zokkor, isiru ħelwin u jiżviluppaw aroma li tfakkar fiċ-ċikkulata u l-kawkaw. Il-ħsad jiddependi ħafna mill-ġudizzju ta’ min jaqtagħhom, li hija ħila li ntirtet minn ġenerazzjoni għal oħra, minħabba li l-esperjenza u l-għarfien tagħhom huma meħtieġa biex jiġi vvalutat kemm ikunu saru l-imwieżed tal-ħarrub billi jagħżlu ponn minn ftit siġar differenti, jispezzjonawhom billi jarawhom u jmissuhom, ikissruhom u jduqu l-laħam. Huwa f’idejn min jaqtagħhom li jiddeċiedi jekk, skont id-dehra, l-istruttura tal-polpa u t-togħma tiegħu, miżwed ikunx xieraq għall-ħsad, il-ħżin u l-ipproċessar (tħin). Meta jivvalutaw il-maturità kummerċjali tal-frott tal-ħarrub f’termini tad-dehra karatteristika u tal-istruttura tal-polpa tagħhom, dawk li jaqtgħuhom jeżaminaw it-tul medju tal-imwieżed, il-kulur kannella skur u l-għebusija tal-qoxra meta tinħass; billi jaqsmu l-miżwed min-nofs, dawk li jaqtgħuhom jispezzjonaw il-kulur kannella ċar u kemm hi ratba l-polpa; billi jduqu u jxommu l-miżwed, dawk li jaqtgħuhom jiġġudikaw it-togħma xi ftit ħelwa karatteristika tiegħu u l-aroma taċ-ċikkulata u tal-kawkaw.

L-arboretum tal-ħarrub f’Komiža, b’siġar individwali eqdem minn 500 sena, huwa prova tat-tradizzjoni tal-kultivazzjoni tal-ħarrub fuq il-gżira ta’ Vis (J. Božanić 2008, Carob Tree in the Mediterranean Landscape Imaginary). It-tradizzjoni tat-tkabbir u tal-produzzjoni tal-“Komiški rogač” fuq il-gżira, u partikolarment is-sinifikat storiku u ekonomiku tal-għalla, huma attestati wkoll minn dokument bil-miktub ippubblikat fil-gazzetta lokali, Viška ric (Spasimo rogače minn J. Božanić, l-1 ta’ Diċembru 1986), li jipproponi li ż-żona ta’ Komiža msejħa Norpina tiġi protetta, bl-imsaġar tal-ħarrub tagħha partikolarment densi u qodma, bħala art agrikola ta’ valur eċċezzjonali.

B’mod addizzjonali, it-tradizzjoni tal-kultivazzjoni tal-prodott hija evidenzjata mill-fatt li t-tħin tal-ħarrub f’Komiža beda fl-1980, wara li l-kooperattiva agrikola lokali kriet mitħna tat-tip “hammer”. Fl-1997 inbniet faċilità għat-tnixxif (Z. Demaria 2011, Mogućnosti uzgoja rogača na otoku Visu, teżi tal-baċellerat, Fakultà tal-Agrikoltura tal-Università ta’ Zagreb – l-Università ta’ Split u l-Istitut għall-Għelejjel Adrijatiċi u r-Reklamazzjoni tal-Karst, Split, p. 11). Il-metodu tal-ipproċessar, li huwa konformi mal-prinċipji tal-produzzjoni tradizzjonali, ġie ppreservat sal-lum.

Speċifiċità tal-prodott

Il-“Komiški rogač” huwa magħruf għall-frott karatteristiku tiegħu, jiġifieri l-imwieżed, li jsiru meta jkollhom tul ta’ bejn 10 cm u 20 cm u jkunu jiżnu bejn 17 g u 40 g, kif ukoll għat-togħma xi ftit ħelwa u l-aroma taċ-ċikkulata u tal-kawkaw tiegħu, li huma tipikament aktar qawwija milli fi prodotti simili. Il-kontenut għoli ta’ zokkor (minimu ta’ 40 %) jagħti lill-“Komiški rogač” it-togħma xi ftit ħelwa, distinta u qawwija tiegħu u l-profil aromatiku tiegħu.

Il-“Komiški rogač huwa kondiment imfittex li jintuża bħala ingredjent f’varjetà ta’ riċetti ħelwin, xarbiet u pasti (Šefovi kuhinja mediteranskih i europskih regija: “Komiški rogač: Dugovječni stanovnik Mediterana koji je othranio generacije otočana”, 2019).

Minħabba t-togħma karatteristika u qawwija, xi ftit ħelwa tiegħu, u l-aroma ta’ ċikkulata u kawkaw tiegħu, il-“Komiški rogač” huwa partikolarment apprezzat fl-industrija tal-ħelu, fejn jintuża bħala ingredjent f’għadd ta’ diżerti, bħal toppings, kejkijiet u xarbiet ħelwin. Huwa jidher fir-riċetti ta’ ħafna kotba tat-tisjir kontemporanji u ġeneralment jintuża bħala sostitut għaz-zokkor u dolċifikanti oħra użati b’mod komuni, jew bħala ingredjent li jagħti aroma u togħma distinti għall-prodotti lesti (BioandBio recepti: Komiški rogač na vruće; Coolinarika minn Podravka, Torta od rogača; BioandBio recepti, Rogačnjača koju ćeš voljeti do zadnjeg komadića; Slatka tvornica Medenko, Sladoled od rogača).

Minħabba r-riħa u l-aroma tiegħu, il-“Komiški rogač” (mitħun) ta’ spiss jintuża bħala ingredjent f’riċetti ħelwin, li jagħtihom it-togħma u l-aroma distinti tiegħu, bħalma huwa l-każ bil-kejk tal-ħarrub u tat-tuffieħ b’topping taċ-ċikkulata u tal-karamella mielħa (Bake me minn Nina Mrvica, Kolač od rogača i jabuke s kremom od čokolade i slanog karamela).

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-kundizzjonijiet klimatiċi fuq il-gżira, b’temperaturi tal-arja medji u esponiment għad-dawl tax-xemx ogħla, jiffavorixxu t-tkabbir u t-tisjir tal-“Komiški rogač”, li l-imwieżed maturi tagħhom jistgħu jintgħarfu mid-daqs tagħhom, jiġifieri t-tul u l-piż tagħhom, u t-togħma xi ftit ħelwa u l-aroma qawwija speċifiċi tagħhom.

It-tradizzjoni tal-kultivazzjoni u l-produzzjoni tal-“Komiški rogač” fuq il-gżira ta’ Vis, li tmur lura għall-antikità, tat prattiki tal-produzzjoni lokali uniċi li żviluppaw matul is-sekli tal-kultivazzjoni u l-produzzjoni tal-“Komiški rogač” fuq il-gżira.

Sa mill-qedem, l-abitanti ta’ Vis kienu kapaċi jagħrfu u jisfruttaw ir-rabta tal-fatturi naturali, bħat-temperatura medja annwali u l-esponiment għad-dawl tax-xemx, li jaffettwaw b’mod pożittiv il-karatteristiċi tal-prodott finali. Ir-rabta reċiproka ta’ dawn il-fatturi tat prodott speċifiku bit-togħma xi ftit ħelwa qawwija u karatterisitka tiegħu, u aroma li tfakkar fiċ-ċikkulata u fil-kawkaw.

Ir-reputazzjoni tal-“Komiški rogač” u r-rabta tiegħu mal-gżira ta’ Vis jidhru wkoll fi stħarriġ ta’ aktar minn 1 000 persuna, fejn 82 % tar-rispondenti ddikjaraw li kienu familjari mal-prodott u mal-isem “Komiški rogač”, filwaqt li 88 % ikkunsidrawh bħala prodott awtoktonu tal-gżira ta’ Vis. Il-proporzjon ta’ rispondenti li daqu l-prodott tal-inqas darba kien 69 %. Barra minn hekk, ir-rispondenti semmew iż-żewġ forom eżistenti tal-prodott, jiġifieri l-“Komiški rogač” (frotta) u l-“Komiški rogač” (mitħun), bħala l-aktar forom komuni li fihom il-prodott jiġi kkunsmat; 74 % kienu kielu l-imwieżed, filwaqt li 84 % daqu l-“Komiški rogač” mitħun (CEDRA Split, Findings of a survey on “Komiški rogač”, 2017).

Ir-rabta bejn l-isem “Komiški rogač” u ż-żona ġeografika tal-gżira ta’ Vis hija riflessa wkoll permezz tal-promozzjoni tat-turiżmu. Għal snin sħaħ, il-Bord tat-Turiżmu ta’ Komiža inkluda d-Dani rogača (il-Jiem tal-Ħarrub), ċelebrazzjoni lokali tal-frotta tal-ħarrub, fuq l-aġenda tal-avveniment ta’ Ljeto u Komiži (is-Sajf f’Komiža), li juri l-kultura u l-assi tat-turiżmu tal-gżira. Id-Dani rogača sseħħ fil-belt ta’ Komiža f’Settembru u tinkludi taħditiet edukattivi dwar il-frotta tal-ħarrub, żjara fil-mitħna tal-ħarrub u l-opportunità li wieħed iduq għadd ta’ riċetti lokali bbażati fuq il-ħarrub. Is-sidien ta’ akkomodazzjonijiet privati fil-gżira wkoll iħobbu jieħdu vantaġġ mir-reputazzjoni tal-“Komiški rogač” u jippromwovu l-akkomodazzjoni tagħhom fiż-żmien meta jkun hemm id-Dani rogača.

Ir-rabta bejn l-isem u ż-żona ġeografika hija evidenzjata wkoll mill-frażi lokali antika “Zoc? Za rogoc!”, li għadha tintuża f’Komiža llum il-ġurnata. Fil-fatt, l-assoċjazzjoni tal-iskola ta’ Bravura f’Vis tuża l-frażi għat-tikkettar ta’ tnejn mill-prodotti lokali tagħhom tal-gżira, jiġifieri l-ġulepp tal-ħarrub u l-ġamm tal-ħarrub.

Il-fama u r-reputazzjoni tal-“Komiški rogač”, kif ukoll ir-rabta tiegħu maż-żona ġeografika, ġew attestati ulterjorment fl-2016, meta l-Ministeru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE ta lill-“Komiški rogač” it-tikketta nazzjonali Hrvatski otočni proizvod - HOP (prodott tal-gżira Kroata), li l-għan tagħha huwa li tħeġġeġ il-produzzjoni ta’ prodotti oriġinali awtoktoni tal-gżejjer (Katalog HOP, 2016, pp. 41 u 263).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://poljoprivreda.gov.hr/UserDocsImages/dokumenti/hrana/proizvodi_u_postupku_zastite-zoi-zozp-zts/Specifikacija_proizvoda_Komiski_rogac_18052022.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/24


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2022/C 444/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“De Voerendaalse Bergen”

PDO-NL-02776

Data tal-applikazzjoni: 10.6.2021

1.   Isem/ismijiet

De Voerendaalse Bergen

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   INBID TAL-KATEGORIJA 1: Inbid, Tip ta’ nbid: Inbid abjad, mhux ħelu

Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ta’ għeneb bojod fil-lista ta’ varjetajiet

Karatteristiċi organolettiċi:

Togħma: togħma, ħafifa u bbilanċjata, b’finitura ta’ lanġas u bettieħ jew, skont il-varjetà, b’aktar aroma ta’ frott (berquq/tuffieħ) u kemxejn imħawra (noċemuskata/lewż)

Kulur: isfar ċar

Aroma: aroma ta’ frott, ħarira mħawra b’noti ta’ fjuri

Karatteristiċi analitiċi:

Kontenut ta’ zokkor: minn 0 sa 9 grammi għal kull litru

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

79,8 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   INBID TAL-KATEGORIJA 1: Inbid, Tip ta’ nbid: Inbid abjad, ħelu/ħelu mezzan

Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ta’ għeneb bojod fil-lista ta’ varjetajiet

Karatteristiċi organolettiċi:

Togħma: Togħmiet ta’ ananas u lanġas

Kulur: isfar

Aroma: fwieħa ta’ fjuri bi ħjiel ta’ għasel

Karatteristiċi analitiċi:

Kontenut taz-zokkor minn 30 sa 100 gramma għal kull litru

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9,5

Aċidità totali minima

79,8 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   INBID TAL-KATEGORIJA 1: Inbid, Tip ta’ nbid: Rożè, mhux ħelu

Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ta’ għeneb ħomor fil-lista ta’ varjetajiet

Karatteristiċi organolettiċi:

Togħma: frott irqiq aħmar: mirtilli, lampun, frawli selvaġġ

Kulur: roża ċar/aħmar

Aroma: frott irqiq aħmar ifuħ

Karatteristiċi analitiċi:

Kontenut ta’ zokkor: minn 0 sa 9 grammi għal kull litru

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

79,8 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   INBID TAL-KATEGORIJA 1: Inbid, Tip ta’ nbid: Inbid aħmar

Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ta’ għeneb ħomor fil-lista ta’ varjetajiet

Karatteristiċi organolettiċi:

Togħma: frott irqiq aħmar, bħal mirtilli, lampun, ċirasa

Kulur: aħmar medju / aħmar

Aroma: frott irqiq aħmar: mirtilli, lampun, ċirasa

Karatteristiċi analitiċi:

Kontenut taz-zokkor minn 0 sa 4 grammi għal kull litru

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

66,5 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   INBID TAL-KATEGORIJA 1: Inbid, Tip ta’ nbid: Inbid aħmar, mhux ħelu, maħżun fl-injam

Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ta’ għeneb ħomor fil-lista ta’ varjetajiet

Karatteristiċi organolettiċi:

Togħma: togħma ħarira ta’ vanilla, filwaqt li t-togħma ta’ ċirasa u ta’ frott irqiq hija qawwija

Kulur: aħmar / vjola ċar

Aroma: frott aħmar: ċirasa u frott irqiq

Karatteristiċi analitiċi:

Kontenut taz-zokkor minn 0 sa 4 grammi għal kull litru

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

66,58 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   KATEGORIJA TAL-INBID 5: Tip ta’ nbid: Inbid spumanti ta’ kwalità, abjad

Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ta’ għeneb bojod fil-lista ta’ varjetajiet

Karatteristiċi organolettiċi:

Togħma: bi ħjiel ta’ frott u ta’ ħwawar, bħal ħawħ u mango, b’ragħwa fina

Kulur: isfar ċar

Aroma: aroma ta’ frott, ħarira mħawra b’noti ta’ fjuri

Karatteristiċi analitiċi:

Kontenut taz-zokkor minn 6 sa 12-il gramma għal kull litru

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

79,89 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   KATEGORIJA TAL-INBID 5: Tip ta’ nbid: Inbid spumanti ta’ kwalità, rożè, aħmar

Varjetajiet ta’ għeneb: il-varjetajiet ta’ għeneb ħomor fil-lista ta’ varjetajiet

Karatteristiċi organolettiċi:

Rożè:

Togħma: frott aħmar, mirtilli u frawli selvaġġ u finitura sottili ta’ frotta tal-ballerina u lampun, b'ragħwa fina

Kulur: lewn ċar tas-salamun

Aroma: frott irqiq aħmar ifuħ

Aħmar:

Togħma: ċirasa u mirtilli, b’ragħwa fina

Kulur: aħmar medju / aħmar

Aroma: ċirasa/mirtilli

Karatteristiċi analitiċi: Kontenut taz-zokkor minn 6 sa 12-il gramma għal kull litru

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

79,89 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Għall-kategoriji kollha tal-Inbid / tipi ta’ nbid

Prattika enoloġika speċifika

L-użu ta’ njam huwa awtorizzat biex jappoġġa l-profil tat-togħma tal-inbid, jekk ikun meħtieġ.

KATEGORIJA TAL-INBID: 1. Inbid: Tip ta’ nbid: Inbid abjad

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni kiesħa taħt l-20 °C (eċċezzjonijiet: żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u nbejjed li huma diffiċli biex jiffermentaw)

KATEGORIJA TAL-INBID: 1. Inbid: Tip ta’ nbid: Inbid abjad, ħelu/ħelu mezzan

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni kiesħa taħt l-20 °C (eċċezzjonijiet: żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u nbejjed li huma diffiċli biex jiffermentaw).

KATEGORIJA TAL-INBID: 1. Inbid: Tip ta’ nbid: Inbid rożè

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni kiesħa taħt l-20 °C (eċċezzjonijiet: żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u nbejjed li huma diffiċli biex jiffermentaw).

Maċerazzjoni kiesħa tal-qxur għall-estrazzjoni tal-kulur rożè.

KATEGORIJA TAL-INBID: 1. Inbid: Tip ta’ nbid: Inbid aħmar

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas 4 ijiem

KATEGORIJA TAL-INBID: 5. Inbid spumanti ta’ kwalità: Tip ta’ nbid: Abjad

Prattika enoloġika speċifika

It-tieni fermentazzjoni fil-flixkun permezz tal-metodu tradizzjonali.

KATEGORIJA TAL-INBID: 5. Inbid spumanti ta’ kwalità: Tip ta’ nbid: Inbid aħmar u nbid rożè

Prattika enoloġika speċifika

It-tieni fermentazzjoni fil-flixkun permezz tal-metodu tradizzjonali.

Maċerazzjoni kiesħa tal-qxur għall-estrazzjoni tal-kulur rożè.

Tip ta’ nbid: Inbid aħmar, mhux ħelu, maħżun fl-injam

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas 4 ijiem

Maturazzjoni fi krietel tal-injam għal bejn 8 u 24 xahar

b.   Rendimenti massimi

1.

Auxerrois

65 ettolitru għal kull ettaru

2.

Reichensteiner

85 ettolitru għal kull ettaru

3.

Bacchus

75 ettolitru għal kull ettaru

4.

Muller Thurgau

70 ettolitru għal kull ettaru

5.

Riesling

55 ettolitru għal kull ettaru

6.

Solaris

55 ettolitru għal kull ettaru

7.

Pinot Noir

50 ettolitru għal kull ettaru

8.

Monarch

75 ettolitru għal kull ettaru

9.

Dornfelder

75 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ta’ oriġini “De Voerendaalse Bergen” hija reġjun kollu għoljiet li fih dawn l-għoljiet li ġejjin: “De Fromberg”, “De Vrakelberg”, “Vrouweheide”, “Daelsberg”, “Welterberg” u “Kunderberg”.

Iż-żona ġeografika demarkata qiegħda fit-tarf tal-muniċipalità ta’ Voerendaal (lejn in-Nofsinhar-Xlokk). Il-muniċipalità ta’ Voerendaal hija maqsuma fi tliet żoni: il-wied bi xmajra, livell ċatt uniku, u żona bl-għoljiet.

Iż-żona fiha madwar 900 ettaru.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Auxerrois B

 

Bacchus B

 

Dornfelder N

 

Monarch

 

Müller Thurgau B

 

Pinot Noir N

 

Reichensteiner B

 

Solaris

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

It-terroir, jiġifieri l-medda sħiħa ta’ influwenzi fuq id-dielja fil-vinja, għandu impatt kbir fuq il-kwalità tal-inbid. Fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata De Voerendaalse Bergen, l-aspetti kollha tat-terroir – il-klima, l-aspett, il-ħamrija, il-ġestjoni tal-vinji, l-għażla tal-varjetajiet, u l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid – jikkontribwixxu għall-kwalità tal-inbejjed taż-żewġ kategoriji (1. Inbid u 5. Inbid spumanti ta’ kwalità).

Klima

Il-klima, f’termini ta’ sigħat ta’ xemx, temperatura u preċipitazzjoni, hija partikolarment tajba għall-kultivazzjoni tal-għeneb.

Dan huwa kkonfermat kemm mill-indiċi Huglin fiż-żona “De Voerendaalse Bergen” (in-Nofsinhar ta’ Limburg), li kellu medja ta 1 772 mill-2016 sal-2020 kif ukoll mis-sigħat ta’ xemx f’dan il-perjodu, li kellu medja ta’ 7,2 sigħat kuljum – 1,3 sigħat aktar mill-perjodu bejn l-1996 u l-2000 (skont id-data tar-Royal Dutch Meteorological Institute).

Aspett

L-inklinazzjonijiet fejn jinsabu l-vinji għandhom gradjent ta’ bejn 17 % u 23 % u jħarsu lejn in-Nofsinhar, żewġ fatturi li flimkien jisfruttaw ix-xemx bi sħiħ waqt li l-għeneb ikun qed jimmatura.

Ħamrija

Il-karatteristiċi uniċi taż-żona ta’ oriġni (iż-żona tal-għoljiet fil-muniċipalità ta’ Voerendaal) joħorġu minn tizwiqa ta’:

L-inklinazzjonijiet tal-ġebla tal-ġir

Il-gradjent tal-għoljiet, li jvarja bejn17 % u 23 %, b’esponiment li jagħti għan-Nofsinhar għal dawl tax-xemx ottimali.

Il-komponenti ewlenin ta’ dawn l-għoljiet tal-ġebla tal-ġir huma prinċipalment il-ġebla tal-ġir fis-safef ta’ fuq u ta’ taħt il-wiċċ tal-ħamrija, u trab ġulġlieni b’kontenut ta’ frak/żrar.

Il-varjetajiet ta’ ħamrija, l-indewwa fit-trab ġulġlieni u l-ġir jiffurmaw flimkien tizwiqa ideali għall-vinji biex jipproduċu nbejjed tajbin u robusti.

Il-ħamrija tal-ġebla tal-ġir tagħti wkoll lill-inbid il-karattru kemxejn spumanti tiegħu.

Immaniġġjar tal-vinja

It-tneħħija ta’ għenieqed u weraq.

It-twaqqit eżatt tal-ħsad (f’termini ta’ zokkor/aċidu/aroma) jirriżulta fuq kollox f’għeneb li jagħmluha possibbli biex isiru l-inbejjed spumanti friski/b’togħma ta’ frott.

L-għażla tal-varjetajiet ta’ għeneb hija essenzjali biex jinkiseb għeneb misjur bl-aħjar mod. Bis-sajran kemxejn bikri tagħhom, il-varjetajiet ta’ għeneb li jintużaw fiż-żona ta’ oriġini “De Voerendaalse Bergen” huma tajbin ferm għal klima tat-Tramuntana.

Dettalji tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-bniedem:

Żbir: tintuża s-sistema ta’ żbir Guyot, flimkien mat-tneħħija tal-weraq minn naħa waħda taż-żona tal-għenieqed għall-għeneb abjad f’Lulju/Awwissu u miż-żewġ naħat għall-għeneb aħmar. Il-weraq jitneħħa biex jitħeġġu għenieqed f’saħħithom, tiġi miġġielda l-botrytis u jitħaffef l-inxif fin-nida u wara x-xita.

Sabiex tiġi żgurata maturazzjoni ottima, fil-każ tal-għeneb abjad, l-għenieqed jitneħħew mir-rimjiet iż-żgħar (taħt il-ħabel ta’ fuq). Fil-każ tal-għeneb aħmar, b’mod partikolari l-għenieqed fejn jittardja l-bidu tas-sajran (jiġifieri li jdumu biex isiru ħomor) u l-għenieqed iż-żgħar jitneħħew. Dan jikkonċentra l-maturazzjoni fl-għenieqed it-tajbin li jifdal.

Il-ħsad isir bl-idejn, fejn l-għenieqed il-ħżiena jitneħħew minnufih biex il-kwalità tal-għenieqed tiġi ppreservata għall-produzzjoni tal-inbid. It-twaqqit tal-ħsad jiġi ddeterminat mill-kontenut ta’ zokkor, l-aċidità, u speċjalment, l-aroma tal-għeneb. Jenħtieġ ekwilibriju tajjeb bejn dawn il-valuri sabiex jinkiseb inbid li jkun bilanċjat u robust, u s-saħħa tal-għeneb hija importanti wkoll f’dan ir-rigward.

Il-vinifikazzjoni

Il-metodi ta’ vinifikazzjoni jiffukaw fuq l-ippreservar tal-aromi primarji u l-aċidità friska li joħolqu l-inbejjed bil-karattru b’togħma qarsa u ta’ frott tipika tal-inbejjed spumanti u bojod/rożè. It-tul ta’ żmien li jinħażnu u jiġu mmaturati fi btieti jagħmel l-inbejjed ħomor robusti u armonjużi.

Fil-qosor:

Il-karatteristiċi tal-vinja (il-ħamrija, il-klima, l-aspett) jipprovdu l-ingredjenti kollha biex jagħmlu nbejjed spumanti attraenti u b’togħma ta’ frott.

Fil-każ ta’ nbejjed mhux spumanti, dan jiġi rifless fl-inbejjed bojod u rożè b’togħma ta’ frott. L-inbejjed ħomor għandhom aroma ta’ frott aħmar, biċ-ċirasa u l-frott irqiq li jiddominaw fil-ħalq. Il-ħamrija bil-ġebla tal-ġir tagħti lill-inbejjed spumanti aċidità delikata u pjaċevoli fil-ħalq.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas ġuridiku:

Regoli tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Isem ta’ żona iżgħar

Jekk 85 % tal-għeneb ġie minn waħda miż-żoni ż-żgħar taż-żona tal-oriġini, l-isem taż-żona ż-żgħira jista’ jintuża flimkien mal-isem taż-żona tal-oriġini. Dan huwa l-każ hawnhekk għal “De Fromberg” u “De Vrakelberg”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.rvo.nl/sites/default/files/2021/01/Productdossier%20BOB%20De%20Voerendaalse%20Bergen.pdf


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


23.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 444/32


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 444/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Sörmlands Ädel”

Nru tal-UE: PGI-SE-02629 – 1.9.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/ismijiet

“Sörmlands Ädel”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Iżvezja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Sörmlands Ädel” huwa ġobon artab u matur bil-vina blu[1] magħmul minn ħalib sħiħ tal-baqra organiku b’pastorizzazzjoni baxxa.

Il-ġobnijiet bl-indikazzjoni protetta “Sörmlands Ädel” jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Proprjetajiet fiżiċi:

Forma: Il-ġobon huwa ċilindriku u għandu dijametru ta’ 19–21 cm u għoli ta’ 10–12 cm.

Piż: 2,8–3,0 kg

Perjodu tal-maturazzjoni: 5–12-il xahar

Karatteristiċi kimiċi:

Kontenut ta’ ndewwa: 45–48 %

Kontenut ta’ materja niexfa: 52–55 %

Kontenut ta’ melħ: 2 %

Kontenut ta’ xaħam: 32–34 % (58–65 % ta’ materja niexfa)

Proteini: 21–23 % (38–44 % ta’ materja niexfa)

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra: Wiċċ: Fjuri. In-naħa ta’ fuq u ta’ isfel tal-ġobon huma ta’ lewn isfar moħmi b’kulur kannella lewn il-ġewż u sfumaturi griżi skuri. It-tarf huwa kannella lewn il-ġewż bi sfumaturi ta’ kulur griż skur u isfar moħmi.

Wiċċ maqtugħ: Isfar omoġenju (NCS S1010-Y) b’moffa ħadra-blu (NCS S5020-B30G).

Konsistenza: Konsistenza elastika ratba jew semiratba.

Aroma: Aroma bażika ta’ butir tal-krema qarsa b’temperatura moderata, kantina umda b’noti ta’ faqqiegħ u tartufi u noti moderati ta’ polpa tal-larinġ u oranġjo morr.

Togħma: Miftuħa, tonda, kremuża u kumplessa. Jintiegħem bla ma jkun qawwi jew aċiduż wisq. Noti aċidużi bil-melħ u l-umami kif ukoll noti ta’ kantina, stalla u karamella. It-togħma tintensifika matul il-maturazzjoni.

Il-finitura: Togħma persistenti u sħiħa li timla l-ħalq kollu. Umami, butir, melħ ibbilanċjat u aċidità.

Sensazzjoni fil-ħalq: Kremuża, mimlija u ttundjata bi mluħa pjaċevoli u ħarira mrammla b’mod pjaċevoli.

Is-“Sörmlands Ädel” jappartjeni għall-kategorija tal-ġobon aċiduż bil-vini blu (bleu acid). Għandu togħma u aroma kumplessi li joħolqu esperjenza armonjuża b’mod ġenerali. Is-“Sörmlands Ädel” huwa bnin u għandu togħma persistenti u pjaċevoli li tibqa’ fil-ħalq mingħajr l-imrar li jinstab f’ġobnijiet oħra mmaturati bil-vina blu tat-tip bleu acid.

Materja prima: Ħalib sħiħ organiku minn baqar tar-razez ħomor bl-abjad Żvediżi (Svensk röd och vit boskap, SRB), Friesian Żvediżi (Svensk låglandsboskap, SLB) u Polled Żvediżi (Svensk kullig boskap, SKB). Il-baqar jinħalbu minn 2 sa 3 darbiet kuljum. Il-ħalib jinżamm imkessaħ sakemm jintuża fl-azjenda tal-ġobon. Il-ħalib ma għandux ikollu aktar minn 72 siegħa. Il-kontenut tax-xaħam u tal-proteini tal-ħalib ivarja bejn 4,3 % u 4,6 % u 3,5 % u 3,7 %, rispettivament, skont l-istaġun (ir-ragħa jew l-għalf b’taħlita tal-għalf) u l-kompożizzjoni tar-razza tal-merħla.

Addittivi oħrajn: Melħ tat-tisjir (NaCl), kulturi starter meżofiliċi (Lactococcus lactis, Lactobacillus cremoris, Lactobacillus diacetylactis, Leuconostoc cremoris u Streptococcus thermophilus), tames naturali u kultura tal-moffa blu (Penicillium roqueforti).

[1]

Skont l-Istandards tal-Codex 283–1978

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Id-dieta tal-baqar hija magħmula minn għalf li jiġi prodott b’mod organiku. Matul il-perjodu tas-sajf, minn Mejju sa Settembru, il-baqar jinżammu fil-beraħ u jirgħu fuq il-ħaxix mill-mergħat. Matul il-perjodu meta l-mergħat ma jipproduċux biżżejjed ħaxix biex ikun hemm għalf suffiċjenti, il-baqar jistgħu jiġu mitmugħa taħlita ta’ għalf organiku li tikkonsisti f’silaġġ, tiben, ċereali (xgħir (Hordeum vulgare), ħafur (Avena sativa) u qamħ (Triticum aestivum)), fażola tal-għalf (Vicia faba), minerali, melħ u ġir.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tas-“Sörmlands Ädel” għandha ssir fiż-żona ddefinita fil-punt 4 u tinkludi l-passi li ġejjin: Il-baqar jinħalbu u l-ħalib ikollu pastorizzazzjoni baxxa u jitħallat mal-batterji tal-aċidu lattiku u mal-kultura tal-moffa blu. Il-baqta tinqata’ u tiġi ffurmata. Il-ġobon jiġi ppressat, jiddawwar regolarment u jitmellaħ.

It-tkabbir tal-moffa blu huwa stimulat billi jsiru fetħiet fil-ġobnijiet. Il-ġobnijiet imbagħad jitgeżwru u jitħallew jimmaturaw.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tas-“Sörmlands Ädel” tkopri l-provinċja ta’ Södermanland.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta hija bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tas-“Sörmlands Ädel”, li huma prinċipalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu.

Bis-saħħa tal-ħalib minn tliet razez speċifiċi u l-għarfien espert żviluppat fiż-żona ġeografika, is-“Sörmlands Ädel” kiseb l-ispeċifiċitajiet li ġejjin: aroma ta’ butir tal-krema qarsa u ta’ kantina umda u togħma tonda, kremuża u kumplessa b’xi noti aċidużi kif ukoll noti ta’ kantina, stalla u karamella. Il-ġobon huwa bnin b’togħma persistenti u pjaċevoli li ddum fil-ħalq mingħajr l-imrar li jinstab f’ġobnijiet oħra mmaturati bil-vina blu tat-tip bleu acid.

Is-“Sörmlands Ädel” huwa magħmul minn taħlita ta’ żewġ razez differenti ta’ P. roqueforti, metodu ta’ produzzjoni li huwa uniku għas-“Sörmlands Ädel” u jagħti lill-ġobon spettru ta’ togħmiet wiesa’ u kumpless.

Il-karatteristiċi tas-“Sörmlands Ädel” jiddependu mill-esperjenza u l-kapaċità tal-produttur tal-ġobon li jadatta l-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon billi jiddependi fuq is-sens tal-vista, tat-tgħim u tal-mess tiegħu jew tagħha, pereżempju għal varjazzjonijiet staġjonali fil-kontenut tax-xaħam u tal-proteini tal-ħalib. Dan isir billi jiġu varjati l-ħin u t-temperatura matul l-istadji differenti tal-produzzjoni tas-“Sörmlands Ädel”.

Meta l-ġobon jiġi ffurmat, il-produttur tal-ġobon jiddetermina meta l-baqta jkollha s-sawra t-tajba, id-daqs tal-partiċelli u l-kontenut ta’ ndewwa għall-moffa blu u l-batterji tal-aċidu lattiku biex ikollhom il-kundizzjonijiet ta’ tkabbir meħtieġa biex tiġi prodotta l-attività enzimatika meħtieġa għat-tkissir tax-xaħam tal-ħalib u konsegwentement għall-iżvilupp tal-karatteristiċi organolettiċi tas-“Sörmlands Ädel”.

Biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-moffa blu matul il-maturazzjoni, isiru fetħiet fil-ġobon sabiex l-ossiġenu jkun jista’ jippenetra l-ġobon u d-diossidu tal-karbonju jkun jista’ jiġi rilaxxat. Il-produttur tal-ġobon jirregola r-rata ta’ tkabbir tal-moffa blu billi, minn naħa, inaqqas l-iskambju tal-gass billi jqiegħed il-ġobon f’rita speċjali u, min-naħa l-oħra, inaqqas it-temperatura tal-maturazzjoni tal-ġobon.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.livsmedelsverket.se/globalassets/produktion-handel-kontroll/livsmedelsinformation-markning-halsopastaenden/skyddade-beteckningar/produktbeskrivning-sormlands-adel-2021-06-13.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.