ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 339

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
5 ta' Settembru 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 339/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10781 — KB AG / KB SFN / KBJ) ( 1 )

1

2022/C 339/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10861 — HG / TEAM.BLUE) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 339/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-2 ta' Settembru 2022

3

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2022/C 339/04

Rapport speċjali 18/2022 — Istituzzjonijiet tal-UE u COVID-19 – Ingħata rispons rapidu, iżda għad fadal sfidi biex isir l-aħjar użu mill-innovazzjoni u l-flessibbiltà mmexxija mill-kriżi

4


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 339/05

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

5


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10781 — KB AG / KB SFN / KBJ)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 339/01)

Fit 29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10781. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10861 — HG / TEAM.BLUE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 339/02)

Fit 29 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10861. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta' Settembru 2022

(2022/C 339/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

0,9993

JPY

Yen Ġappuniż

140,36

DKK

Krona Daniża

7,4370

GBP

Lira Sterlina

0,86478

SEK

Krona Żvediża

10,7498

CHF

Frank Żvizzeru

0,9839

ISK

Krona Iżlandiża

141,50

NOK

Krona Norveġiża

10,0035

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,481

HUF

Forint Ungeriż

398,38

PLN

Zloty Pollakk

4,7063

RON

Leu Rumen

4,8335

TRY

Lira Turka

18,2072

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4671

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3131

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,8439

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6394

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4013

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 360,84

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,2791

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9031

HRK

Kuna Kroata

7,5225

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 895,92

MYR

Ringgit Malażjan

4,4809

PHP

Peso Filippin

56,854

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,624

BRL

Real Brażiljan

5,2153

MXN

Peso Messikan

20,1024

INR

Rupi Indjan

79,8096


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/4


Rapport speċjali 18/2022

“Istituzzjonijiet tal-UE u COVID-19 – Ingħata rispons rapidu, iżda għad fadal sfidi biex isir l-aħjar użu mill-innovazzjoni u l-flessibbiltà mmexxija mill-kriżi”

(2022/C 339/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-rapport speċjali 18/2022 tagħha “Istituzzjonijiet tal-UE u COVID-19 – Ingħata rispons rapidu, iżda għad fadal sfidi biex isir l-aħjar użu mill-innovazzjoni u l-flessibbiltà mmexxija mill-kriżi”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=61688


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/5


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 339/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Navarra

PDO-ES-A0127-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 14.6.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

IL-POSSIBBILTÀ LI JITĦALLTU NBEJJED ROŻÈ MA’ ĦOMOR

Qed tiġi introdotta l-possibbiltà li jitħallat jew jiżdied inbid rożè mill-ħsad tas-sena ta’ qabel mal-inbid aħmar tas-sena attwali, sakemm il-perċentwal ta’ rożè ma jaqbiżx 15 % tal-kapaċità totali li tirriżulta.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3.b(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.

L-emenda titqies bħala emenda standard skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, peress li ma tinkludix bidla fl-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta; Ma tikkonsistix f’bidla, tħassir jew żieda ta’ kategorija jew ta’ prodott tad-dwieli, kif imsemmi fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; Ma għandhiex il-potenzjal li tħassar ir-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013; u ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Wara t-tmiem tal-istat ta’ emerġenza ddikjarat bid-Digriet Reġju 926/2020 tal-25 ta’ Ottubru 2020 u estiż sad-9 ta’ Mejju 2021 bid-Digriet Reġju 956/2020 tat-3 ta’ Novembru 2020, u bit-tneħħija gradwali tal-miżuri eċċezzjonali adottati mill-gvern (lockdown, għeluq totali tal-industrija tal-ospitalità u għeluq tal-fruntieri, eċċ.), is-soċjetà mxiet lejn in-normalizzazzjoni tal-attivitajiet, ħaġa li se jkollha impatt pożittiv fuq is-suq tal-inbid u se twassal għal żieda fil-konsum.

Minħabba li l-inbejjed rożè għandhom tendenza li jiġu kkunsmati l-aktar fix-xhur tar-rebbiegħa u tas-sajf, kienu l-aktar affettwati mill-miżuri restrittivi adottati bħala riżultat tal-kriżi tas-saħħa tal-COVID. Il-konsum tal-inbejjed rożè normalment jonqos ħafna mill-ħarifa ’l quddiem. Dan baqa’ l-każ, minħabba l-istat ta’ emerġenza li ninsabu fih u r-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Is-sena li għaddiet kien possibbli li dan it-tnaqqis jiġi kkumpensat bl-introduzzjoni ta’ emenda eċċezzjonali temporanja għall-punt 3.b.c tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fuq talba tal-Bord Regolatorju, b’konsegwenzi pożittivi ħafna għall-produtturi tagħna.

L-effett pożittiv tal-emenda ta’ hawn fuq juri li l-miżura temporanja eċċezzjonali meħuda jeħtieġ li ssir permanenti fid-dawl tar-riżultati eċċellenti miksuba. L-evitar tal-bejgħ fit-tul tal-inbejjed rożè assigura standards ta’ kwalità u evita dewmien fit-tqegħid fis-suq tal-inbid mill-ħsad li jmiss, u b’hekk żgura l-kompetittività tiegħu.

L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea, peress li l-punt 2 tal-Artikolu 7 [Definizzjoni tal-coupage] tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jgħid kif ġej: “Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-inbid rożè għandu jitqies bħala nbid aħmar.”

Il-kwalità tal-inbejjed ħomor mhux imqaddmin li jirriżultaw mis-sena inizjali l-ġdida se tissaħħaħ u l-karatteristiċi organolettiċi tagħhom saħansitra jittejbu; l-aromi primarji, it-trattib, it-tannini, eċċ. kollha għandhom effetti pożittivi fuq il-kwalità u l-karattru distint tal-inbejjed tad-DOP Navarra, f’konformità mal-karatteristiċi analitiċi stipulati fil-punt 2.a.c tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP Navarra.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Navarra

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad

Lewn isfar ċar li jagħti fl-isfar dehbi, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ pjanti. Fil-ħalq, ibbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ta’ frott u b’finitura medja sa għolja.

*

Jekk iz-zokkrijiet residwi jaqbżu l-5 g/l il-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit irid ikun ta’ 300 g/l jew inqas. Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

2.   Inbid abjad immaturat fl-injam (iffermentat fil-bettija, Crianza, Reserva, Gran Reserva)

Lewn isfar kulur it-tiben li jagħti fl-isfar dehbi, bi sfumaturi fl-ambra, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ njam u/jew pikkanti u/jew affumikati. Fil-ħalq, ibbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Jekk il-kontenut taz-zokkor residwu jkun akbar minn 5 g/l, il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit ikun daqs jew anqas minn 300 g/l.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

3.   Inbid abjad magħmul minn għeneb infettat mill-Botrytis

Lewn isfar ċar li jagħti fl-isfar dehbi, bi sfumaturi fl-ambra, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ pjanti. Fil-ħalq, ibbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ta’ frott u b’finitura medja sa għolja.

L-aċidità volatili tiżdied b’1 meq/l għal kull grad ta’ qawwa naturali attwali ta’ aktar minn 10 % fil-volum.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

4.   Inbid rożè

Lewn li jagħti fir-roża, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’aromi ta’ frott aħmar u iswed u/jew ta’ frott. Fil-ħalq, ibbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ta’ frott aħmar u iswed u/jew ħelwa u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

5.   Inbid rożè mmaturat fl-injam (iffermentat fil-bettija, Reserva)

Lewn li jagħti fir-roża, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’aromi ta’ frott aħmar u iswed u/jew ta’ njam. Fil-ħalq, ibbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

6.   Inbid aħmar

Lewn vjola li jagħti fl-aħmar kulur ir-rubini, limpidu u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ njam. Fil-ħalq, ibbilanċjat u għandu densità medja, b’aroma retronażali ta’ frott u/jew ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

7.   Inbid aħmar immaturat fl-injam (Roble, Crianza, Reserva jew Gran Reserva)

Lewn vjola fl-aħmar bi sfumaturi ħamranija, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ njam u/jew pikkanti u/jew affumikati. Fil-ħalq, ibbilanċjat, b’densità medja sa sħiħa, b’aroma retronażali ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

8.   Inbid likur

Bojod: sofor ċari li jagħtu fil-kannella kulur il-kawba, ċari u jleqqu. Ħomor: Vjola fl-aħmar li jagħtu fl-aħmar bi sfumaturi ħamranin, ċari u jleqqu. Aroma b’intensità għolja, mingħajr difetti, b’noti ta’ frott misjur jew imqadded. Fil-ħalq, dan huwa bbilanċjat, b’densità medja sa sħiħa, b’aroma retronażali ta’ frott misjur jew imqadded u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.   Prattika ta’ kultivazzjoni

Id-densità tat-tħawwil se tkun ta’ mill-anqas 2 400 stokk għal kull ettaru.

Huwa awtorizzat li ssir irrigazzjoni b’sistemi lokalizzati fil-vinja. Is-sistemi tal-irrigazzjoni li ma humiex lokalizzati (it-tisqija bl-għarar, it-tisqija bil-friefet) huma awtorizzati sat-8 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

2.   Prattika enoloġika speċifika

Abjad: għeneb abjad biss. Hija permessa l-maċerazzjoni kiesħa.

Rożè: għeneb aħmar biss, il-volum massimu awtorizzat ta’ most miksub mit-tnixxija se jkun ta’ 40 litru għal kull 100 kilogramma għeneb.

Ħomor: għeneb aħmar biss. L-inbid rożè jista’ jiġi mħallat jew miżjud mal-inbid aħmar tas-sena ta’ wara, sakemm il-perċentwal ta’ rożè ma jaqbiżx 15 % tal-kapaċità totali li tirriżulta.

Inbejjed likuri: Iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ ≥96 % vol., jew ta’ taħlita li jkun fiha dan u ta’ most, most iffermentat, jew inbid, mill-Moscatel de Grano Menudo jew mill-Garnacha Tinta u Blanca b’livell alkoħoliku naturali ta’ > 12 % vol. Fejn dawn jiġu mmaturati, jistgħu jiżdiedu l-most ikkonċentrat permezz tas-sħana diretta, il-Moscatel de Grano Menudo u/jew il-Garnacha Tinta u/jew Blanca.

3.   Restrizzjoni dwar il-produzzjoni tal-inbid

Għall-preparazzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP, l-użu ta’ pressi kontinwi jibqa’ pprojbit.

It-tqaddim għandu jibda fl-1 ta’ Ottubru fl-istess sena tal-ħsad.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Varjetajiet bojod

9 200 kilogramma għeneb għal kull ettaru

64,40 ettolitru għal kull ettaru

2.   Varjetajiet ħomor

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

56 ettolitru għal kull ettaru

3.   Inbid rożè

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

32 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Muniċipalitajiet:

Distrett I: L-ebda

Distrett II: Lumbier, Lónguida, Romanzado u Urraul Bajo u Urraul Alto.

Distrett III: Obanos, Añorbe, Muruzabal, Tiebas-Muruarte de Reta, Adios, Legarda, Uterga, Guirguillano, Puente la Reina, Artazu, Echauri, Ucar, Tirapu, Vidaurreta, Enériz, Cizur.

Distrett IV: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Genevilla, Cabredo, Marañón, Aras, Bargota, Viana, Aguilar de Codes, Zuñiga, Etayo, Ancín, Salinas de Oro, Lezaún u Abárzuza.

Distrett V: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Petilla de Aragón.

Distrett VI: kollha minbarra Mendavia, San Arian, Azagra, Andosilla u Sartaguda.

Distrett VII: kollha minbarra Cortes, Cabanillas, Fustiñana, Fontellas, Ribaforada u Buñuel.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

CABERNET SAUVIGNON

CHARDONNAY

GARNACHA BLANCA

GARNACHA TINTA

GRACIANO

MACABEO - VIURA

MERLOT

MOSCATEL DE GRANO MENUDO

TEMPRANILLO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Iż-żona koperta mid-DOP Navarra tinsab f’żona ġeografika lejn it-Tramuntana tal-Peniżola tal-Iberja li hija ideali għall-kultivazzjoni tad-dielja. Il-klima hija Mediterranja b’influwenza Atlantika fir-reġjun tal-Majjistral, b’riħ kiesaħ u xott prevalenti madwar iż-żona kollha. Ix-xita medja hija ta’ bejn 400 u 500 mm. Il-ħamrija għandha livelli għoljin ta’ ġebla tal-ġir, livelli medji ta’ kontenut tal-ġebel, u konsistenza ta’ trab ġulġlieni tafli.

Dan l-ambjent ġeografiku jipprovdi nbejjed b’aċidità medja sa għolja, b’sensazzjonijiet organolettiċi ta’ freskezza u togħma bbilanċjata u b’ċerta natura minerali bħala riżultat tat-tipoloġija tal-ħamrija.

8.2.   Inbid likur

L-inbejjed huma essenzjalment prodotti bil-varjetajiet Moscatel de Grano Menudo u Garnacha Tinta u Blanca, li huma nattivi għal Navarre u kkaratterizzati minn kontenut għoli ta’ zokkor, tondizza u sensazzjoni żejtnija fil-palat, b’aromi ta’ għeneb imqadded u bilanċ tajjeb bejn il-ħwawar ħelwin u aċidużi. Din id-densità għolja fit-togħma hija r-riżultat ta’ kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi kkaratterizzati minn klima xotta ħafna, temperaturi għoljin matul il-perjodu ta’ tkabbir, preċipitazzjoni baxxa u nuqqas permanenti tal-ilma.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-karattri tipografiċi użati biex jindikaw l-isem tad-DOP fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jkunu anqas minn 3 mm jew aktar minn 9 mm u jridu jkunu ċari, jinqraw faċilment, ma jkunux jistgħu jitħassru u ma jkunux ħoxnin iżżejjed, u l-indikazzjoni ma tistax tieħu aktar minn nofs il-wisa’ totali tat-tikketta.

Il-logo tad-DOP huwa obbligatorju u ma jistax ikollu dijametru ta’ anqas minn 8 mm jew ta’ aktar minn 11-il mm.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://cutt.ly/9H0Dv6L


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.