ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 301

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
5 ta' Awwissu 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-149 sessjoni plenarja tal-KtR, 27.4.2022–28.4.2022

2022/C 301/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-appoġġ tar-reġjuni u l-bliet tal-UE għall-Ukrajna

1

2022/C 301/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar REPowerEU: il-bliet u r-reġjuni jaċċelleraw it-tranżizzjoni tal-enerġija

6

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-149 sessjoni plenarja tal-KtR, 27.4.2022–28.4.2022

2022/C 301/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar It-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-livell sottonazzjonali u r-rimedju tal-impatt territorjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE

11

2022/C 301/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Sbuħija, Sostenibbiltà, Flimkien

16

2022/C 301/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Missjonijiet Ewropej

22

2022/C 301/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa

33

2022/C 301/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika

40

2022/C 301/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar L-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni

45

2022/C 301/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għall-Universitajiet

51

2022/C 301/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-għajnuna mill-Istat futura fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali

56

2022/C 301/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE għall-Foresti għall-2030

61


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-149 sessjoni plenarja tal-KtR, 27.4.2022–28.4.2022

2022/C 301/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn implimentazzjoni soċjalment ġusta tal-Patt Ekoloġiku

70

2022/C 301/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tisħiħ tad-demokrazija u l-integrità tal-elezzjonijiet

102

2022/C 301/14

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Nagħmlu l-ETS u s-CBAM jaħdmu għall-bliet u r-reġjuni tal-UE

116

2022/C 301/15

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar L-emendar tad-Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-miri l-ġodda tal-klima għall-2030

139

2022/C 301/16

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-emendar tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri klimatiċi l-ġodda għall-2030

184

2022/C 301/17

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tar-Regolament LULUCF u r-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi

221


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-149 sessjoni plenarja tal-KtR, 27.4.2022–28.4.2022

5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-appoġġ tar-reġjuni u l-bliet tal-UE għall-Ukrajna

(2022/C 301/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

1.   

Jikkundanna l-invażjoni mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022 mill-Federazzjoni Russa, appoġġjata mill-Belarussja;

2.   

Jappella għall-waqfien mill-ġlied immedjat u mingħajr kundizzjonijiet u l-ftuħ ta’ kurituri umanitarji sikuri; ir-Russja għandha twaqqaf l-azzjoni militari u tirtira l-forzi militari u paramilitari u l-uffiċjali amministrattivi kollha mit-territorji Ukreni okkupati immedjatament;

3.   

Jenfasizza li din l-invażjoni hija att kriminali kontra l-poplu tal-Ukrajna u s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u ksur brutali tal-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt; jenfasizza li l-attakki indiskriminati kontra persuni ċivili inklużi sindki ta’ bliet u rħula jikkostitwixxu delitti tal-gwerra mwettqa mill-armata Russa u jiksru l-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Helsinki, il-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida u l-Memorandum ta’ Budapest; il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità fit-territorju tal-Ukrajna jridu jiġu rreġistrati, investigati u pproċessati skont il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

4.   

Jinsab f’solidarjetà mal-poplu tal-Ukrajna, li qiegħed jiddefendi lil pajjiżu kontra l-invażuri Russi; jesprimi l-akbar niket tiegħu dwar it-telf ta’ ħajjiet u t-tbatija umana kkawżati mill-atroċitajiet Russi;

5.   

Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni u jappella għall-ħelsien immedjat tas-sindki u l-impjegati taċ-ċivil Ukreni maħtufa mill-forzi ta’ okkupazzjoni Russi bi ksur tar-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra;

6.   

Jiddikjara li l-poplu tal-Ukrajna biss jista’ jagħżel b’mod demokratiku l-mexxejja tiegħu fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u jiddikjara li mhu se jirrikonoxxi jew jikkollabora mal-ebda tmexxija reġjonali jew lokali installata mir-Russja fl-Ukrajna;

It-twassil ta’ solidarjetà konkreta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali

7.

Jiġbed l-attenzjoni għas-solidarjetà straordinarja man-nies li qegħdin jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna li wrew iċ-ċittadini tal-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-Ukreni li qed jiġu deportati kontra r-rieda tagħhom lejn territorju kkontrollat mir-Russja; ifaħħar lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea għall-għaqda tagħhom fil-konfront tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, talli żiedu s-solidarjetà permezz ta’ għajnuna umanitarja diretta u assistenza ta’ emerġenza għall-protezzjoni ċivili, u talli attivaw il-mekkaniżmu ta’ protezzjoni immedjata għal dawk li qegħdin jaħarbu mill-gwerra; jenfasizza li din l-għajnuna se jkollha bżonn tiżdied b’mod sinifikanti fix-xhur li ġejjin sabiex tiġi evitata kriżi umanitarja fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE;

8.

Jimpenja ruħu biex jimmobilizza iktar il-bliet u r-reġjuni biex iwasslu l-għajnuna lir-refuġjati mill-Ukrajna; jindika b’mod partikolari l-ħtiġijiet fir-reġjuni tal-fruntiera f’termini ta’ appoġġ loġistiku għall-akkoljenza inizjali u għat-tranżitu;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Ewropa jitolbu jew joffru appoġġ permezz ta’ Help Ukraine: Info-Support Hub (1) imniedi mill-KtR;

10.

Itenni s-sejħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ukrajna u tal-UE biex jagħtu ħajja ġdida jew jistabbilixxu sħubijiet u ġemellaġġi ta’ bliet u reġjuni, fid-dawl tal-proċess ta’ rikostruzzjoni;

Tisħiħ tal-perspettiva Ewropea tal-Ukrajna

11.

Jissottolinja li d-deċentralizzazzjoni u r-riformi tal-iżvilupp reġjonali tal-Ukrajna kkontribwew b’mod sinifikanti għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija lokali, saħħu l-awtogovernanza u r-reżiljenza ġenerali tal-komunitajiet lokali tal-pajjiż, li hija element importanti tar-reżistenza tal-Ukrajna kontra l-invażuri Russi. Dawn ir-riformi ġew implimentati b’appoġġ sostanzjali mir-reġjuni u l-bliet tal-Unjoni Ewropea, inkluż permezz tal-programm “U-LEAD with Europe”, u b’appoġġ immirat mill-KtR, fit-Task Force tiegħu tal-Ukrajna u permezz ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-pari. Is-suċċess ta’ dawn ir-riformi ta’ deċentralizzazzjoni ressqu lill-Ukrajna eqreb lejn l-Unjoni Ewropea u l-valuri tagħha tal-libertà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

12.

Jistieden lill-komunità internazzjonali biex tħejji pjan ta’ assistenza u rkupru għall-Ukrajna biex tappoġġja l-ekonomija tal-Ukrajna, l-istituzzjonijiet u s-servizzi pubbliċi tagħha, u r-rikostruzzjoni tal-infrastruttura meqruda tagħha; jilqa’ f’dan il-kuntest id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi Fond Fiduċjarju ta’ Solidarjetà għall-Ukrajna u jitlob Konferenza Internazzjonali biex jinġabru l-fondi fost l-imsieħba; jissottolinja li r-Russja, peress li hija responsabbli għall-qerda kkawżata, għandha tikkontribwixxi wkoll b’reparazzjonijiet tal-gwerra għall-bini mill-ġdid tal-Ukrajna;

13.

Jappoġġja l-inizjattiva li l-Ukrajna takkwista status ta’ pajjiż kandidat fl-UE f’konformità mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skont l-istess metodoloġija ta’ negozjati għal adeżjoni riveduta applikata għall-Balkani tal-Punent, b’enfasi aktar qawwija fuq l-istat tad-dritt u l-istituzzjonijiet demokratiċi; jenfasizza li l-applikazzjonijiet tal-Georgia u tal-Moldova biex isiru pajjiżi kandidati tal-UE għandhom ukoll jiġu ttrattati b’mod pożittiv; sadanittant, l-integrazzjoni tal-Ukrajna fis-suq uniku tal-UE fuq il-linji tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jeħtieġ li titkompla mingħajr dewmien;

Il-finanzjament tal-miżuri ta’ appoġġ

14.

Jilqa’ l-pakketti CARE (Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa) u CARE+ tal-Kummissjoni Ewropea, u l-flessibbiltajiet fil-qafas ta’ REACT-UE, u jissottolinja l-benefiċċji tal-involviment dirett tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-ippjanar, fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-pakketti CARE u REACT-EU; jenfasizza li l-adattamenti tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jeħtieġ li jkunu konsistenti mal-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni” introdott reċentement fit-Tmien Rapport dwar il-Koeżjoni;

15.

Jenfasizza li kemm matul il-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll fir-reazzjoni għall-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, il-politika ta’ koeżjoni tat prova li tista’ tagħti riżultati fuq medda qasira ta’ żmien meta dan ikun meħtieġ; madankollu, jinsisti li l-għan proprju tal-politika ta’ koeżjoni li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi tnaqqas id-differenzi bejn ir-reġjuni m’għandux ikun f’kompetizzjoni ma’ dawn l-għanijiet;

16.

Jilqa’ s-sospensjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera li jinvolvu msieħba Russi u Belarussi; jitlob li jissaħħu l-programmi eżistenti bejn ir-reġjuni tal-UE (il-Polonja, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovakkja) u l-Ukrajna; jissottolinja li l-appoġġ finanzjarju għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom il-fruntiera mal-Ukrajna u l-pajjiżi li ma jmissux magħha li jirċievu l-ogħla numru ta’ refuġjati huwa ferm insuffiċjenti u jeħtieġ li jingħata spinta sinifikanti minħabba r-rwol tagħhom mhux biss biex jipprovdu kenn lir-refuġjati iżda wkoll biex jintegrawhom fis-sistemi tal-edukazzjoni, tal-kura tas-saħħa u tal-akkomodazzjoni tagħhom;

17.

Jappoġġja l-istabbiliment ta’ riżerva tal-kriżijiet permanenti biex ittaffi emerġenzi futuri, li tikkomplementa jew issaħħaħ l-istrumenti eżistenti ta’ kontinġenza u flessibbiltà; jappella għall-ħolqien ta’ Faċilità Lokali għar-Refuġjati UE-Ukrajna unika li tiġbor il-finanzjament kollu disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-kenn tar-refuġjati, bil-ħsieb li jiġi ssemplifikat, integrat, u aċċellerat l-użu tal-fondi għad-dispożizzjoni tagħhom;

18.

Jinnota li, fil-każ tal-Istati Membri u r-reġjuni l-aktar milquta, jista’ jkun meħtieġ li jiġu riveduti l-Pjani għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom, fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni adatta mal-awtoritajiet reġjonali, b’mod partikolari fid-dawl tal-impatt ekonomiku dejjem jikber tal-gwerra fuq il-pajjiżi tal-UE;

L-akkoljenza ta’ refuġjati li qegħdin jaħarbu mill-Ukrajna

19.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qegħdin fuq quddiem nett meta jiġu biex jirċievu l-miljuni ta’ refuġjati fil-pajjiżi ġirien, kif ukoll il-persuni spostati internament fl-Ukrajna (2), billi hija l-akbar kriżi tar-refuġjati fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn; jenfasizza li r-refuġjati kollha, tkun xi tkun l-oriġini jew l-affiljazzjoni politika jew sesswali tagħhom, għandu jkollhom id-dritt li jintlaqgħu b’mod pożittiv daqs oħrajn li joriġinaw mill-Ukrajna fir-reġjuni u l-bliet kollha fl-UE;

20.

Jilqa’ l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja, li issa trid tiġi implimentata bis-sħiħ b’mod ikkoordinat tajjeb, ġeneruż, inklużiv u flessibbli, li tiggarantixxi aċċess għas-suq tax-xogħol, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-appoġġ għall-benesseri għan-nies kollha li qegħdin jaħarbu mill-Ukrajna, b’enfasi fuq gruppi vulnerabbli, speċjalment in-nisa u t-tfal, u irrispettivament mill-oriġini, l-etniċità, l-affiljazzjoni politika jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom;

21.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-karatteristiċi speċifiċi tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE (3) dwar il-Protezzjoni Temporanja (2001/55/KE), li tagħti lir-refuġjati l-libertà li jagħżlu l-Istat Membru tal-UE li fih jixtiequ jistabbilixxu ruħhom temporanjament (l-Artikolu 26), u jenfasizza li r-rikonoxximent tad-drittijiet tal-moviment liberu u l-awtonomija tar-refuġjati għandha r-riżultat pożittiv li ttaffi l-pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali tal-ażil, u fuq il-kapaċitajiet ta’ akkoljenza fir-reġjuni tal-fruntiera;

22.

Jappella għall-istabbiliment ta’ skema Ewropea ta’ rilokazzjoni volontarja, li tqis il-kapaċitajiet ta’ akkoljenza tal-awtoritajiet reġjonali u lokali; hawnhekk itenni t-talba tiegħu biex il-bliet u r-reġjuni tal-UE jingħataw aċċess dirett għall-finanzjament tal-UE għall-migrazzjoni u l-integrazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tressaq skema ta’ distribuzzjoni ta’ refuġjati li taħdem għal kriżijiet ta’ refuġjati futuri; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jirrikonoxxu u jsegwu wegħdiet volontarji bħal dawn;

23.

Jenfasizza li ħafna refuġjati Ukreni huma partikolarment vulnerabbli u madwar nofshom huma minorenni; jirrimarka li, fost il-mijiet ta’ eluf ta’ tfal li qegħdin jaħarbu, ħafna mhumiex akkumpanjati u jeħtieġu protezzjoni u kura speċjali; jappoġġja “Pakkett dwar il-Protezzjoni tat-Tfal” għat-tfal refuġjati Ukreni, u għandha tingħata prijorità għall-ħtieġa li jattendu l-iskola;

24.

Jappella għal miżuri b’saħħithom għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, peress li l-maġġoranza tan-nies li qegħdin jaħarbu mill-Ukrajna huma nisa u tfal, u r-rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem urew żieda fil-każijiet ta’ gruppi ta’ kriminalità organizzata li jżommuhom fil-mira u jisfruttawhom, b’mod partikolari għal skopijiet ta’ sfruttament sesswali jew tax-xogħol;

25.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu pprovduti korsijiet, edukazzjoni u taħriġ tal-lingwa; jindika l-potenzjal tan-network tal-Bliet u r-Reġjuni għall-Integrazzjoni tal-Migranti tal-KtR f’dan ir-rigward;

Impatt fuq il-politiki tal-UE

26.

Iħeġġeġ li jittieħdu passi immedjati fir-reġjuni Ewropej kollha biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE minn pajjiżi terzi, u partikolarment fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija Russa, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-isforzi tagħhom;

27.

Jappoġġja s-sejħa għal projbizzjoni sħiħa fuq l-importazzjonijiet tal-gass, taż-żejt u tal-faħam mir-Russja lejn l-Ewropa, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jibdew ifasslu pjani ta’ emerġenza biex iħejju għall-konsegwenzi ta’ tali sanzjonijiet;

28.

Jikkunsidra l-pjan REPowerEU (4) bħala mod kif tiġi aċċelerata t-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa, tiżdied is-sigurtà tal-enerġija tal-UE, titnaqqas id-dipendenza tal-UE minn importazzjonijiet ta’ fjuwils fossili u materja prima minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mill-Federazzjoni Russa, u b’hekk jitnaqqsu r-riskji politiċi, ekonomiċi u ta’ sigurtà li jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet; jappella għal investimenti massivi u miżuri konkreti sabiex jissaħħu l-enerġiji rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija, iċ-ċirkolarità, l-elettrifikazzjoni, u r-riċerka fi fjuwils sostenibbli alternattivi bħala soluzzjonijiet sikuri u affordabbli fit-tul;

29.

Jinsisti li l-impatti tal-gwerra m’għandhomx ikunu għad-detriment tal-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà, kif previst kemm fil-Ftehim ta’ Pariġi kif ukoll fl-Aġenda 2030 tan-NU dwar l-iżvilupp sostenibbli, u jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, li huwa wkoll it-triq għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-UE;

30.

Iqis l-isforzi tal-UE biex iżżid l-indipendenza enerġetika tagħha għandhom jinkludu l-abbandun totali tal-proġetti Nord Stream u Nord Stream 2;

31.

Jilqa’ bil-qawwa s-sinkronizzazzjoni reċenti tan-networks tal-elettriku tal-Ukrajna u tal-Moldova man-Network Kontinentali Ewropew;

32.

Itenni t-talba tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni lill-komunità internazzjonali biex jgħinuhom fil-ġestjoni tal-emerġenzi ambjentali kkawżati mill-invażjoni, inkluż fis-siti tal-impjanti tal-enerġija nukleari u l-fabbriki kimiċi;

33.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tibda negozjati mal-Ukrajna biex il-pajjiż jissieħeb fil-programm LIFE sabiex jibbenefika minn finanzjament biex jgħin fir-restawr tal-ambjent tagħha wara l-qerda mill-invażjoni Russa, kemm jekk ikun tniġġis, il-qerda tal-ekosistemi, jew effetti fit-tul oħrajn;

34.

Jenfasizza li l-kunflitt inevitabbilment se jkollu konsegwenzi severi għas-settur agroalimentari tal-UE, meta jitqies li l-Ukrajna u r-Russja huma esportaturi sinifikanti ta’ diversi prodotti agrikoli (bħal qamħ u żrieragħ taż-żejt) kif ukoll ta’ fertilizzanti nitroġenużi; jissottolinja li l-UE trid issaħħaħ l-impenn tagħha li twettaq l-għanijiet tagħha fir-rigward ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli filwaqt li tiggarantixxi l-affordabbiltà ta’ ikel ta’ kwalità għal kulħadd billi tnaqqas id-dipendenzi fuq prodotti u inputs agrikoli importati ewlenin; jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li t-tfixkil tal-esportazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja diġà wassal għal żidiet globali kbar fil-prezzijiet tal-komoditajiet agrikoli u li l-konsegwenzi qegħdin jinħassu speċjalment fil-pajjiżi u r-reġjuni l-aktar fqar tad-dinja;

Kunsiderazzjonijiet ulterjuri

35.

Jappoġġja d-drittijiet tal-persuni Russi u Belarussi li jipprotestaw kontra l-gwerra ta’ Putin u jiddefendu d-drittijiet tagħhom għal elezzjonijiet ġusti, il-libertà tal-espressjoni u l-għaqda, u jitlob il-ħelsien immedjat ta’ dimostranti detenuti b’mod inġust;

36.

Jappoġġja aktar sanzjonijiet robusti kkoordinati kontra r-Russja u l-Belarussja biex ifixklu b’mod effettiv il-kapaċitajiet tar-Russja biex tkompli l-aggressjoni; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tippreżenta linji gwida dwar l-infurzar u l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet, peress li għad hemm diverġenza, inkluż fil-livell reġjonali u f’dak lokali, fl-istrumenti u l-proċeduri li qegħdin jintużaw biex jiġi vverifikat l-istatus tas-sjieda tal-kumpaniji, l-assi u l-proprjetà immobbli;

37.

Jissottolinja li l-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kollha għas-sħubija mal-UE għandhom jitħeġġu jsegwu s-sanzjonijiet miftiehma fil-livell tal-UE biex jenfasizzaw l-impenn tagħhom lejn l-UE u l-valuri tagħha;

38.

Jikkundanna l-propaganda u d-diskors ta’ mibegħda tar-Russja, li jaggravaw il-kunflitt u jassistu lil dawk li wettqu delitti tal-gwerra; jitlob li jittieħdu miżuri effettivi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiġġieldu u jwarrbu tali propaganda; huwa kontra dimostrazzjonijiet li jappoġġjaw l-aggressjoni Russa fil-bliet Ewropej;

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Franċiża u dik Ċeka tal-Kunsill tal-UE, u lill-President tal-Kunsill Ewropew, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Help Ukraine: Info-Support Hub (ċentru ta’ informazzjoni u ta’ appoġġ) — hija pjattaforma ta’ pariġġar li torbot ir-reġjuni ta’ tranżitu u l-awtoritajiet lokali u reġjonali mgħobbija żżejjed ma’ dawk minn Stati Membri oħra tal-UE li għandhom il-kapaċitajiet biex jgħinu.

(2)  Is-Sitwazzjoni tar-Refuġjati fl-Ukrajna (unhcr.org)

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).

(4)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli, it-8 ta’ Marzu 2022.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/6


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “REPowerEU: il-bliet u r-reġjuni jaċċelleraw it-tranżizzjoni tal-enerġija”

(2022/C 301/02)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

wara li kkunsidra l-prezzijiet għoljin u li qed jiżdiedu tal-enerġija, li ilhom idgħajfu l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi u tal-intrapriżi mis-sajf tal-2021, xprunati mid-domanda globali għall-enerġija, b’mod partikolari l-gass, hekk kif qed nirkupraw mill-pandemija tal-COVID-19;

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni u s-sett ta’ għodod tal-Kummissjoni Ewropea (KE) dwar l-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, tat-13 ta’ Ottubru 2021;

wara li kkunsidra l-invażjoni tal-Ukrajna mhux provokata u mhux ġustifikata fl-24 ta’ Frar 2022 mill-Federazzjoni Russa, bl-appoġġ tal-Belarussja;

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-KE dwar REPowerEU: Azzjoni Ewropea konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sigura u sostenibbli tat-8 ta’ Marzu 2022;

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Versailles maħruġa mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE fil-laqgħa informali li saret fl-10 u l-11 ta’ Marzu 2022;

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-KE dwar Sigurtà tal-provvista u prezzijiet affordabbli tal-enerġija, il-Proposta għal Regolament dwar il-ħżin tal-gass, u l-qafas temporanju għall-kriżijiet għall-flessibbiltà skont ir-regola tal-għajnuna mill-Istat, tat-23 ta’ Marzu 2022;

wara li kkunsidra t-Task Force konġunta dwar is-Sigurtà tal-Enerġija li għandha tiġi stabbilita immedjatament mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Uniti;

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2022,

wara li kkunsidra l-ħidma attwali tiegħu dwar il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” mogħtija permezz ta’ Opinjonijiet u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali;

Dwar l-iffaċċjar ta’ diversi kriżijiet

1.

jilqa’ l-inizjattivi previsti mill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza l-prezzijiet għoljin attwali tal-enerġija, li ilhom jiżdiedu mis-sajf tal-2021, aggravati mill-gwerra illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna; jenfasizza li mhuwiex biżżejjed li sempliċiment neliminaw gradwalment id-dipendenza tagħna fuq il-provvista ta’ fjuwils fossili mill-Federazzjoni Russa biss, iżda jqis il-pjan REPowerEU bħala mod kif titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u l-materja prima b’mod ġenerali u b’hekk jitnaqqsu r-riskji politiċi, ekonomiċi u tas-sigurtà li jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet; madankollu, jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta’ referenza ċara għar-rwol tal-bliet u r-reġjuni, kemm fl-indirizzar tal-kriżi attwali tal-enerġija kif ukoll biex jipprovdu soluzzjonijiet dejjiema f’dan ir-rigward;

2.

jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar l-impatt reġjonali asimmetriku mistenni tal-kriżi tal-enerġija fuq il-bliet u r-reġjuni tal-UE li jirrifletti l-kapaċitajiet differenti tagħhom biex iwieġbu għat-tfixkil tal-provvisti tal-enerġija u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jqisu b’mod adegwat dawn l-asimmetriji meta jfasslu u jimplimentaw il-miżuri rispettivi;

3.

jinsab imħasseb ħafna dwar is-sejbiet ippreżentati fl-aħħar rapport tal-IPCC dwar it-Tibdil fil-Klima 2022 — Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà (1), li jikkonferma li ħafna mill-impatti tat-tibdil fil-klima diġà huma irriversibbli; jenfasizza l-importanza li ma jiġux posposti aktar il-miżuri ta’ adattament u mitigazzjoni, li fihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi ewlenin;

4.

jenfasizza li l-objettiv tas-sigurtà tal-enerġija fl-aħħar mill-aħħar irid jappoġġja l-objettiv tan-newtralità klimatika u t-tranżizzjoni tal-enerġija. It-triq lejn enerġija sigura, affordabbli u sostenibbli hija l-uniku approċċ li jibqa’ validu fil-futur għall-kriżi attwali; f’dan il-kuntest, jistieden lill-koleġislaturi tal-UE jkunu aktar ambizzjużi u jaċċelleraw l-adozzjoni tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, li jqis b’mod speċjali l-Opinjonijiet tal-KtR dwar ir-reviżjonijiet tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED) u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (EED) u dwar id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD);

5.

jilqa’ r-rikonoxximent tal-effiċjenza enerġetika bħala l-ewwel prinċipju u jtenni r-rwol kruċjali tar-reġjuni u l-bliet tal-UE biex jagħtu spinta lit-titjib fl-effiċjenza enerġetika; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-istrateġija tagħha l-kunċett ta’ suffiċjenza enerġetika (2) — approċċ li għandu l-għan li jikseb sitwazzjoni fejn kulħadd ikollu aċċess għas-servizzi tal-enerġija kollha li jeħtieġ u sehem ġust tas-servizzi tal-enerġija li jixtieq filwaqt li, fl-istess ħin, l-impatti tas-sistema tal-enerġija ma jeċċedux il-limiti ambjentali;

6.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-għodod ta’ governanza innovattivi eżistenti għall-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità bħall-Patt tas-Sindki, iċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku, il-Patt Klimatiku Ewropew, l-inizjattiva ta’ Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE, u inizjattivi simili tal-UE biex tissaħħaħ it-tranżizzjoni tant meħtieġa lejn enerġija affordabbli, sostenibbli u sigura;

7.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz biex jimplimentaw il-pjan REPowerEU fil-livell reġjonali u lokali, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew tal-Investiment;

8.

jistieden lill-Kummissjoni tippromovi r-replikazzjoni sistematika tal-aħjar prattiki attwali permezz ta’ appoġġ tekniku u finanzjarju ddedikat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-għan li jitnaqqas il-piż tal-kost inizjali tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-intrapriżi mikro u żgħar u lill-konsumaturi;

9.

iqis li s-Sett ta’ Għodod biex jiġu indirizzati l-prezzijiet tal-enerġija (3) għamel l-ewwel tentattiv biex jipproponi għodod biex jittaffew il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi tal-enerġija attwali, iżda ma weriex li huwa effettiv daqs kemm meħtieġ, u għandu jissaħħaħ; iqis li għandha ssir enfasi fuq soluzzjonijiet fit-tul għal Ewropa ħielsa mill-fjuwils fossili u indipendenti mill-enerġija, b’bidliet trasformattivi fis-setturi kollha biex jinqered il-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà;

10.

jistieden lill-Kummissjoni tqis l-isfidi tar-reġjuni li dipendenti mill-fjuwils fossili u li ma jistgħux ikollhom konnessjoni man-netwerk kontinentali — bħar-reġjuni ultraperiferiċi — meta tipprovdi soluzzjonijiet fit-tul biex tintlaħaq is-suffiċjenza enerġetika;

Dwar l-għoti ta’ spinta lill-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija flimkien permezz tal-pjan REPowerEU

11.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li investimenti massivi u miżuri konkreti biex jiġi aċċellerat l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli u biex tingħata spinta lill-effiċjenza enerġetika, lill-iffrankar tal-enerġija u lir-riċerka dwar fjuwils sostenibbli alternattivi jingħataw prijorità u jiġu akkoppjati bis-sħiħ flimkien;

12.

jistenna bil-ħerqa l-proposta li jmiss tal-KE biex tiġi żgurata proċedura aktar mgħaġġla għall-għoti tal-permessi, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli u jappella sabiex tiġi stabbilita azzjoni simili għal proġetti ewlenin tal-effiċjenza enerġetika; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-għodod eżistenti li jipprovdu appoġġ tekniku lill-awtoritajiet lokali u reġjonali; għalhekk jilqa’ l-proposta għal Inizjattiva Ewropea għal Bjut Solari fil-Komunikazzjoni li jmiss tal-KE dwar l-istrateġija tal-enerġija solari skedata għal Ġunju; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu inċentivi għax-xiri, bħal programmi ta’ għotjiet għal żmien qasir għall-konsumaturi;

13.

jenfasizza r-rwol deċiżiv li għandha l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġetti infrastrutturali fl-aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-ippjanar u tal-għoti tal-permessi u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu t-tixrid ta’ prattiki tajbin f’dan il-qasam, bħal dawk imsemmijin fir-rapport reċenti dwar l-infrastruttura min-Network taċ-Ċentri Reġjonali tal-KtR;

14.

iqis li d-dekarbonizzazzjoni tal-binjiet pubbliċi u privati hija parti ċentrali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u parti ewlenija mis-soluzzjoni għall-kriżi attwali biex titnaqqas id-domanda għall-gass; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef kemm l-introduzzjoni tal-pompi tas-sħana (4) bħala parti mill-pjan REPowerEU kif ukoll ir-riċerka dwar soluzzjonijiet innovattivi li jagħmlu l-istokk tal-bini tagħna kemm jista’ jkun intelliġenti u newtrali għall-klima;

15.

jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita wkoll konsorzji pubbliċi-privati tar-rinnovazzjoni tal-bini tal-industriji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippreżentaw pakketti integrati ta’ rinnovazzjoni għat-titjib tat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, tistabbilixxi programm ta’ iżolament industrijali biex taqbad investimenti kosteffettivi bi żminijiet qosra ta’ ħlas lura u tappoġġja t-taħriġ tal-forza tax-xogħol tar-rinnovazzjoni;

16.

jinnota li l-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija huwa enfasizzat fil-Komunikazzjoni REPowerEU u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw miżuri bħall-kampanji biex jinkoraġġixxu bidla fl-imġiba;

17.

jiddispjaċih għad-dewmien fl-adozzjoni tal-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura u jisħaq li l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità huma marbutin b’mod inerenti għall-adattament għat-tibdil fil-klima u jridu jibqgħu pilastru ewlieni tat-tranżizzjoni ekoloġika skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi bis-sħiħ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-identifikazzjoni ta’ “żoni ta’ referenza” għall-użu ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, sabiex jiġi żgurat li dawn jikkonformaw bis-sħiħ mal-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara”;

18.

jemmen li s-sigurtà tal-enerġija u n-newtralità klimatika jistgħu jinkisbu biss jekk l-Unjoni Ewropea tiddependi fuq suq intern tal-elettriku robust u kompletament interkonness u suq tal-karbonju li jiffunzjona tajjeb; jenfasizza li kwalunkwe azzjoni temporanja fuq terminu qasir, bħal ħżin imtejjeb tal-gass fossili u żieda fl-importazzjonijiet tal-LNG, ma għandhiex toħloq “intrappolament tal-klijentela” addizzjonali u għandha tkun “lesta għall-gass ekoloġiku”, bi tħejjija għan-newtralità klimatika bl-idroġenu rinnovabbli u fjuwils rinnovabbli oħrajn; iħeġġeġ li l-interkonnessjonijiet tal-gass, tal-idroġenu u tal-elettriku tagħna jitlestew u jittejbu fl-Unjoni Ewropea kollha, inkluża s-sinkronizzazzjoni sħiħa tal-grilji tal-enerġija;

19.

jenfasizza l-importanza li nikkunsidraw u nibbenefikaw mill-kontribuzzjonijiet tal- “prosumaturi” u l-komunitajiet lokali tal-enerġija rinnovabbli u jissuġġerixxi definizzjoni inqas restrittiva ta’ grilji intelliġenti fi ħdan il-qafas u l-infrastruttura tan-Networks Trans-Ewropej tal-Enerġija (TEN-E); jenfasizza li hemm bżonn li l-produtturi l-ġodda fuq skala żgħira jiġu konnessi man-networks b’vultaġġ baxx u medju; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi qafas għall-aggregazzjoni ta’ diversi proġetti iżgħar, bi flessibbiltà speċjalment għar-reġjuni tal-fruntiera, biex tkun tista’ tistabbilixxi ċerti proġetti transfruntiera aggregati u potenzjalment tikseb finanzjament għal dawn l-isforzi; jenfasizza li r-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) jistgħu jaqdu rwol sinifikanti f’dawn il-proġetti; ifakkar dwar ir-rwol indispensabbli li jaqdu ż-żoni rurali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

20.

jenfasizza li l-kriżi tal-enerġija attwali tirrappreżenta opportunità biex tiżdied b’mod sinifikanti l-elettrifikazzjoni u l-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli bħala soluzzjonijiet nodfa għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tagħna; jistieden lill-Kummissjoni tressaq azzjonijiet ambizzjużi u konkreti biex timplimenta l-Aċċelleratur tal-Idroġenu, inkluża skeda ta’ żmien fissa għal kull azzjoni; bħala azzjoni ewlenija f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi inizjattiva tal-UE għall-widien tal-idroġenu biex issaħħaħhom, tipprovdi appoġġ strutturali għan-networking Ewropew u l-kooperazzjoni transfruntiera, u tinkludi finanzjament mill-Fond ta’ Innovazzjoni tal-UE kif ukoll aktar finanzjament permezz tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif; jilqa’ l-proposta għal Faċilità Ewropea Globali għall-Idroġenu u jappella għall-involviment strutturali ta’ dawk ir-reġjuni tal-UE li diġà huma attivi f’dan il-qasam; jistieden lil-leġiżlaturi Ewropej biex meta jadottaw il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, inkluż il-pakkett leġiżlattiv għad-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-gass, jappoġġjaw b’mod konsistenti l-adozzjoni aċċellerata tal-idroġenu ekoloġiku;

21.

jappella għal aġġornament tar-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat biex dawn isiru ottimali għall-kofinanzjament, l-operat u l-iżvilupp ulterjuri tal-infrastruttura pubblika għall-iċċarġjar elettriku u jqis li l-ispejjeż tal-investiment relatati għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ pubbliku, kif ġie ppreżentat fir-rapport reċenti dwar l-infrastruttura min-Network ta’ Ċentri Reġjonali tal-KtR;

Lejn pjan REPowerEU fi sħubija mal-bliet u r-reġjuni

22.

jenfasizza li l-pjan REPowerEU li jmiss għandu jinkludi pjan dwar il-finanzjament u l-allokazzjoni ta’ finanzjament, eżistenti jew ġdid, tal-UE biex jappoġġja l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; jistieden lill-Istati Membri jidderieġu mill-ġdid il-fondi mhux użati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jappoġġjaw l-ippjanar lokali għas-sigurtà tal-enerġija u l-investimenti f’sorsi rinnovabbli;

23.

jappella biex il-Kummissjoni tiġi inkluża bħala msieħba istituzzjonali fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Faqar Enerġetiku u l-Konsumaturi Vulnerabbli li għadu kif ġie stabbilit, sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU li jmiss, il-leġiżlazzjoni, il-programmi u l-politiki tal-Unjoni li jindirizzaw l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-konsumaturi affettwati mill-faqar enerġetiku u tal-mobilità fil-livelli kollha. Il-KtR jinsab lest li jikkontribwixxi għal din il-kooperazzjoni interistituzzjonali permezz tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali billi jidentifika l-ostakli, il-modi u l-mezzi biex il-miżuri “lesti għall-mira ta’ 55 %” jiġu antiċipati u jiżdiedu fil-livell lokali u reġjonali, inkluż permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, esperjenzi u għarfien espert;

24.

jinnota li r-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jirrikjedi livell minimu ta’ 30 % tar-riżorsi fil-kategoriji kollha tar-reġjuni li jridu jiġu ddedikati biex l-Ewropa u r-reġjuni tagħha jsiru aktar ekoloġiċi, b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offruti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) biex jiffinanzjaw proġetti dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija, inkluż dwar l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti, grilji u ħżin barra mill-qafas tat-TEN-E;

25.

jilqa’ t-tnedija ta’ sejħa speċjali taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex tappoġġja lill-Istati Membri fit-tneħħija gradwali tad-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili mir-Russja iżda jiddispjaċih dwar l-iskadenza qasira għat-tressiq ta’ talbiet għal dan l-appoġġ speċifiku; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku disponibbli aktar faċilment biex tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment dawk li jinsabu f’reġjuni inqas żviluppati li qed jiffaċċjaw l-akbar distakk fil-kapaċità, peress li dan jiskoraġġihom milli jagħmlu l-aħjar użu mill-appoġġ tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza meta jimplimentaw l-investimenti u r-riformi; jinsab lest li jappoġġja lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-użu effettiv ta’ dan l-istrument mill-bliet u r-reġjuni;

26.

jirrikonoxxi l-ipprezzar tal-karbonju bħala għodda kruċjali biex jitmexxew ’il quddiem l-ambizzjonijiet klimatiċi miżjuda tal-UE u jappoġġja approċċ settorjali sħiħ biex dawn l-ambizzjonijiet isiru realtà; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi dawn ir-riskji u l-proposti biex tindirizzahom, bħall-emendar tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet; jenfasizza li xi wħud mill-miżuri proposti, bħaż-żieda fit-tassazzjoni ta’ profitti mhux mistennija, jistgħu ma jipprovdux appoġġ affidabbli; huwa konxju li l-introduzzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport bit-triq u tal-bini (ETS II), flimkien ma’ investiment insuffiċjenti f’dawn is-setturi u ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil jistgħu jaggravaw ir-riskju tal-faqar enerġetiku u tal-mobilità; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jintroduċu obbligu għall-Istati Membri biex jistabbilixxu limitu minimu ta’ perċentwal ta’ mill-inqas 20 % tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-ETS li għandu jiġi ġestit direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

27.

jilqa’ l-adozzjoni tal-Qafas Temporanju tal-Kriżijiet biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-flessibbiltà prevista skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw l-ekonomija fil-kuntest tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna; jenfasizza li l-effetti negattivi possibbli fuq il-kompetizzjoni u d-distorsjoni tas-Suq Uniku għandhom jiġu mmonitorjati bir-reqqa. Jinnota li r-rapport reċenti dwar l-infrastruttura tar-RegHub tal-KtR (5) jittratta l-għajnuna mill-Istat u jesprimi l-fehma li r-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat mhumiex ottimali għall-kofinanzjament, l-operat u l-iżvilupp ulterjuri tal-infrastruttura pubblika għall-iċċarġjar elettriku; rieżami futur għandu jqis l-ispejjeż tal-investiment bħala eliġibbli għall-appoġġ pubbliku;

28.

jinnota bi tħassib li l-kriżi attwali se jkollha impatt kbir fuq il-finanzi pubbliċi, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni testendi l-applikazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) sakemm jintlaħaq qbil dwar qafas ġdid ta’ governanza ekonomika, u tal-anqas sa tmiem l-2023; l-investimenti pubbliċi b’appoġġ għat-tranżizzjoni ambjentali, u b’mod partikolari l-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli, m’għandhomx jitqiesu bħala nefqa strutturali fil-qafas tal-governanza ekonomika;

29.

jilqa’ l-miżuri previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Elettriku fir-rigward tas-suq tal-elettriku, kif ukoll il-linji gwida mogħtija (6) dwar il-possibbiltà li l-Istati Membri jintervjenu fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku; iqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika attwali u l-konsegwenzi tagħha għas-suq tal-enerġija, biż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku u l-volatilità tagħhom, l-intervent tal-Istati Membri se jkun essenzjali, bil-għan doppju li jiġu protetti l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-intrapriżi mikro u żgħar u li tissaħħaħ il-kompetizzjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi fuq medda twila ta’ żmien. Madankollu, itenni (7) li dawn il-miżuri jridu jkunu limitati fiż-żmien tagħhom, marbutin mal-aspett tal-emerġenza tal-kriżi tal-enerġija u ma jridu qatt isiru bidla strutturali li tista’ timmina l-liberalizzazzjoni tal-ġestjoni tas-suq tal-elettriku; fid-dawl taż-żieda fl-ispiża baxxa tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, jissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat id-diżakkoppjar tal-gass u l-elettriku bħala miżura possibbli biex jiġi evitat li l-prezzijiet għoljin tal-gass jaffettwaw il-prezzijiet tal-enerġija;

30.

jilqa’ l-proposta leġiżlattiva biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ ħżin tal-enerġija fl-UE għax-xitwa li ġejja u wara; jenfasizza li l-istabbiliment ta’ dawn il-livelli minimi għandu jqis il-valutazzjonijiet tar-riskju reġjonali;

31.

jenfasizza l-ħtieġa għal fehim aħjar tal-ħtiġijiet u l-opportunitajiet reġjonali ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni tuża inizjattivi bħal Erasmus+ u Orizzont Ewropa biex tiżgura kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-industrija u d-dinja akkademika u tniedi l-Patt għall-Ħiliet f’ekosistemi industrijali ewlenin bħas-setturi tal-idroġenu, solari, tal-pompi tas-sħana u tar-riħ; jistieden lill-Istati Membri jaċċelleraw l-użu tagħhom tal-Fond Soċjali Ewropew+, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jagħtu spinta lit-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, f’konformità mal-ħtieġa li l-prattiki professjonali jiġu adattati għaċ-ċirkolarità, l-użu ta’ materjali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u teknoloġiji ġodda.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  https://report.ipcc.ch/ar6wg2/pdf/IPCC_AR6_WGII_FinalDraft_FullReport.pdf

(2)  https://www.energysufficiency.org

(3)  L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ, it-13 ta’ Ottubru 2021 (COM(2021) 660 final).

(4)  Il-pompi tas-sħana, li jixbhu l-kundizzjonaturi tal-arja u jitqiegħdu barra l-bini, isaħħnu d-djar billi jċaqalqu s-sħana minflok jipproduċuha. Bl-użu tal-elettriku, il-pompi tas-sħana jieħdu u jikkonċentraw is-sħana mill-arja ta’ barra, mill-art jew mill-ilma u mbagħad “jippompjaw” dik is-sħana fid-dar.

(5)  https://cor.europa.eu/mt/news/Pages/reghub-launches-consultation-on-21st-century-rules.aspx

(6)  Ara l-Anness 1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar REPowerEU.

(7)  Ara l-Opinjoni tal-KtR dwar “L-enerġija rinnovabbli u s-suq intern tal-elettriku” (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79), imressqa minn D. Matoniene (LT/KRE), Artikolu 20.


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-149 sessjoni plenarja tal-KtR, 27.4.2022–28.4.2022

5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/11


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “It-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-livell sottonazzjonali u r-rimedju tal-impatt territorjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE”

(2022/C 301/03)

Relatur:

Michael MURPHY (IE/PPE), Kunsillier, Kunsill tal-Kontea ta’ Tipperary, Sindku tad-Distrett ta’ Clonmel Borough

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (FKK) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u r-Renju Unit li daħal fis-seħħ bis-sħiħ fl-1 ta’ Mejju 2021 u li jipprovdi qafas legali stabbli għar-relazzjoni bilaterali. Il-KtR jappoġġja approċċ konġunt u responsabbli għall-implimentazzjoni tal-FKK, inklużi l-Protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq u r-rispett ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti, u jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex jinstabu soluzzjonijiet kreattivi, b’mod partikolari għal kwistjonijiet li jinħolqu bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-bqija tar-Renju Unit;

2.

jiġbed l-attenzjoni li l-FKK (1) huwa Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (2), u jinkludi dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u tas-sajd, iżda jinvolvi wkoll sħubija mill-qrib dwar is-sigurtà taċ-ċittadini u qafas ta’ governanza ġenerali. Il-KtR jinnota li l-FKK jinkludi oqsma ta’ kompetenza tal-Istati Membri, li f’xi Stati Membri tal-UE huma r-responsabbiltà ta’ reġjuni b’kompetenzi leġiżlattivi;

3.

jesprimi dispjaċir, għaldaqstant, li l-FKK ma għandux “profondità territorjali” u ma jirrikonoxxix kif xieraq ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit u jirreferi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biss fir-rigward tal-adattament ta’ xi elementi tal-ftehim għal kundizzjonijiet reġjonali speċifiċi (3) jew fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi ħafna bħad-dispożizzjonijiet fiskali (4). Il-KtR jenfasizza li l-FKK jinkludi rwol definit għas-soċjetà ċivili, li huwa meqjus bħala element per se tal-“Qafas istituzzjonali” (5);

4.

jilqa’ l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit b’reazzjoni għall-aggressjoni Russa fl-Ukrajna u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali fl-Ewropa jinsabu fuq quddiem nett fl-għoti ta’ appoġġ prattiku u umanitarju;

Il-mira għal rikonoxximent istituzzjonali akbar tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-livell sottonazzjonali

5.

jisħaq fuq il-punt li l-Grupp ta’ Kuntatt bejn il-KtR u r-Renju Unit, stabbilit fi Frar 2020, huwa l-uniku mezz istituzzjonali biex jiġi pprovdut forum għal djalogu kontinwu u sħubija politika bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u tar-Renju Unit u għall-iskambju tal-għarfien espert, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet transfruntiera u ta’ kooperazzjoni territorjali; jirrikonoxxi li l-Grupp ta’ Kuntatt jipprovdi l-ispazju għal benefiċċju reċiproku u interess kondiviż biex jiġu diskussi problemi jew opportunitajiet, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oqsma tematiċi mingħajr l-ebda konfini (eż. it-tibdil fil-klima, it-turiżmu, it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali u l-wirt kulturali komuni) li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Il-Grupp ta’ Kuntatt jagħti wkoll lir-rappreżentanti tal-KtR il-mezzi biex jiddiskutu kwistjonijiet bħal dawn mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit, u b’hekk jippermetti lill-KtR iżomm u jrawwem tali relazzjonijiet produttivi fil-livell sottonazzjonali;

6.

jirrikonoxxi li r-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, b’kont meħud tal-ħruġ mingħajr preċedent ta’ Stat Membru mill-UE, se tibqa’ l-aktar relazzjoni intensa u multidimensjonali ma’ pajjiż terz u r-relazzjoni fil-livell sottonazzjonali jistħoqqilha rikonoxximent. Għalhekk, huwa jappella għar-rikonoxximent formali tal-Grupp ta’ Kuntatt bejn il-KtR u r-Renju Unit u bħala interlokutur sottonazzjonali uffiċjali bejn l-UE u l-gvern lokali u reġjonali tar-Renju Unit taħt il-FKK sabiex tiġi pprovduta valutazzjoni tad-dimensjoni sottonazzjonali tal-kwistjonijiet ta’ politika u leġiżlattivi ewlenin li ser ikollhom impatt fuq ir-relazzjoni bilaterali bejn ir-Renju Unit u l-UE, bħalma ser iwettqu l-Assemblea Parlamentari, il-Forum tas-Soċjetà Ċivili u l-kumitati speċjalizzati bejn ir-Renju Unit u l-UE fl-oqsma ta’ interess tagħhom. Il-KtR jistieden ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-Renju Unit biex ikomplu jaħdmu mal-gvern tar-Renju Unit dwar ir-rikonoxximent formali tal-Grupp ta’ Kuntatt;

7.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea teżamina mill-ġdid l-istrutturi tal-Kunsill Konġunt ta’ Sħubija, li jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-FKK, biex tfittex tindirizza n-nuqqas ta’ profondità territorjali billi tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-monitoraġġ u l-governanza tal-FKK. L-istabbiliment ta’ djalogi lokali (konċertazzjoni teknika) biex jiġu indirizzati suġġetti ta’ kompetenza lokali (sajd, taħriġ, mobbiltà, kooperazzjoni territorjali …) għandu jikkontribwixxi għal titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit fil-livell makro;

8.

iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew jadotta interazzjoni formalizzata b’mod li jkun ta’ benefiċċju reċiproku dwar punti ta’ tħassib komuni bejn il-KtR u d-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija UE-Renju Unit biex tiġi pprovduta evidenza bbażata fuq it-territorju dwar l-implimentazzjoni tal-FKK;

9.

japprezza t-taħditiet li għaddejjin fil-livell politiku u tekniku biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Protokoll tal-Irlanda ta’ Fuq; huwa konxju wkoll tal-ħidma li għaddejja min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi ffinalizzat Trattat dwar Ġibiltà, iżda jenfasizza madankollu li tali żviluppi li għad iridu jitfasslu ma għandhomx ifixklu r-rieda urġenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jfasslu modi ta’ kooperazzjoni;

Rimedju tal-impatt reġjonali ta’ Brexit

10.

iqis li mill-bidu tal-2020 ’l hawn, għadu diffiċli li jintgħarfu l-effetti li jirriżultaw min-negozjati u mid-dħul fis-seħħ tal-FKK minn dawk tal-pandemija tal-COVID-19 (6). Jilqa’ l-istudju riċenti tal-KtR dwar New trade and economic relations between EU-UK: the impact on regions and cities (Relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi ġodda bejn l-UE u r-Renju Unit: l-impatt fuq ir-reġjuni u l-bliet) li jikkonkludi li l-effetti tal-Brexit huma asimmetriċi bejn is-setturi u r-reġjuni tal-UE, għandhom impatt aktar qawwi fuq kumpaniji iżgħar, jistgħu jnaqqsu l-mobilità tal-kapital uman u l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi tal-UE u r-Renju Unit, u jaffettwaw b’mod negattiv ir-reġjuni u l-komunitajiet involuti fi proġetti interreġjonali mar-Renju Unit; jilqa’ l-fatt li l-istudju jikkonferma li żieda fil-baġit ta’ Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit se tkun meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn l-impatti asimmetriċi fl-Ewropa;

11.

jirrikonoxxi li l-impatt territorjali tal-Brexit jinħass f’reġjuni madwar l-UE u l-kwistjonijiet huma, fost l-oħrajn, ekonomiċi, ambjentali, soċjali, kulturali u edukattivi — mill-kummerċ f’portijiet ewlenin li huma partikolarment esposti, bħal dawk ta’ Antwerp, Calais, Cork, Dover, Dublin, Rotterdam u Zeebrugge, sal-futur tal-iskambji tal-istudenti, is-setturi universitarji li jikkollaboraw dwar it-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u l-aġenziji kummerċjali reġjonali li jevalwaw swieq alternattivi u li jaħdmu fuq kwistjonijiet taċ-ċittadini inklużi l-mobbiltà u l-integrazzjoni;

12.

jisħaq fuq l-importanza tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit fil-mitigazzjoni tal-aktar kostijiet immedjati u fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ valutazzjoni fit-tul tal-impatt tal-Brexit, l-appoġġ għar-reġjuni u s-setturi ekonomiċi tal-Istati Membri, inklużi l-ħolqien u l-protezzjoni tal-impjiegi, bħal skemi ta’ impjieg b’ħinijiet iqsar, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ u t-tfittxija ta’ swieq ġodda;

13.

jisħaq għalhekk li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit relatati mal-involviment tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali fl-implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit u r-rapportar fil-livell ta’ NUTS 2 jiġu rispettati bis-sħiħ. Il-KtR ifakkar ukoll li, bil-ħsieb tal-programmazzjoni tal-fondi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, huwa kien talab enfasi fuq l-SMEs, fuq miżuri mmirati lejn l-integrazzjoni mill-ġdid taċ-ċittadini tal-UE u fuq l-assistenza teknika. Mil-lat tad-distribuzzjoni tal-fondi, il-KtR irrakkomanda kopertura/limitu minimu għar-reġjuni l-ġodda tal-fruntieri marittimi mar-Renju Unit u allokazzjoni tal-pakkett dwar is-sajd mingħajr indiċjar nazzjonali;

14.

bħalissa, il-KtR jikkondividi t-tħassib tal-kontropartijiet reġjonali fir-Renju Unit li l-ippjanar strateġiku tal-politika reġjonali jbati mit-telf tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u min-nuqqas ta’ sigurtà tal-programmazzjoni pluriennali;

It-tfassil ta’ toroq ġodda ta’ kooperazzjoni lil hinn mill-FKK

15.

jisħaq fuq ir-rieda li toriġina mill-assoċjazzjonijiet tal-gvern lokali u tal-awtoritajiet lokali fir-Renju Unit u b’mod partikolari n-nazzjonijiet deċentralizzati għal relazzjonijiet kontinwi, saħansitra msaħħa, mal-kontropartijiet tal-UE fil-livell sottonazzjonali f’din l-era ta’ wara l-Brexit;

16.

jindika li hemm mertu reali fir-rikonoxximent u fit-trawwim tar-relazzjoni sottonazzjonali, li huwa importanti, peress li l-konċertazzjoni lokali tista’ tikkontribwixxi għal relazzjonijiet aħjar fil-livell makro; pereżempju, l-istabbiliment mill-ġdid ta’ konċertazzjoni teknika lokali dwar is-sajd fiż-żona taċ-Channel Islands jista’ jikkontribwixxi għal titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit fil-livell makro;

17.

jilqa’ l-fatt li anke jekk ir-Renju Unit ma jibqax jipparteċipa fil-programmi ta’ finanzjament tal-UE, dan ikompli jipparteċipa f’erba’ programmi tekniċi tal-UE: l-Orizzont Ewropa, Copernicus u s-sorveljanza bis-satellita, ir-riċerka u t-taħriġ tal-Euratom u l-ITER. B’mod partikolari, l-ewwel żewġ programmi msemmija huma rilevanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jinnota li hemm għadd ta’ inizjattivi li r-reġjuni tar-Renju Unit għadhom jipparteċipaw fihom, inklużi l-Iskozja u Wales li jkomplu jipparteċipaw fl-Inizjattiva Vanguard iffinanzjata minn Orizzont Ewropa (7), (li takkumpanja t-trasformazzjoni industrijali wara proċess inklużiv, interattiv u intraprenditorjali mibni fuq ir-Reġjuni RIS3/I3), u l-Kunsill tal-Kontea ta’ Kent jipparteċipa fl-inizjattiva tal-Kumitat tal-Istretti (8);

18.

ifakkar li xi reġjuni tar-Renju Unit għadhom involuti fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (sa tmiem l-2023) inkluż l-Interreg tal-Baħar tat-Tramuntana, l-Interreg tal-Kanal Ingliż u l-Interreg tal-Irlanda — Wales, u jinnota li r-Renju Unit huwa kontributur ewlieni tal-baġit għal dawn il-programmi transfruntiera u jkopri sa terz tal-baġit tagħhom. Il-KtR jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali x’aktarx mhux se jkunu jistgħu jikkumpensaw għat-telf tal-finanzjament tal-Interreg bl-użu ta’ fondi reġjonali jew lokali;

19.

jirrikonoxxi li fir-rigward tal-għeluq tal-programm, b’mod partikolari fejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma bbażati fir-Renju Unit (l-Interreg ta’ Franza (il-Kanal) u l-Ingilterra, u tal-Irlanda — Wales) dawn iridu jingħalqu taħt l-aħjar kundizzjonijiet possibbli fl-interess tal-benefiċjarji Brittaniċi u tal-UE u f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE;

20.

jirrikonoxxi li l-uniku programm ta’ kooperazzjoni transfruntiera li se jkun għadu għaddej wara l-Brexit wara l-2023 se jkun il-programm PEACE PLUS għall-perjodu 2021-2027, iffinanzjat mill-UE b’madwar EUR 1 biljun. PEACE PLUS se jgħaqqad il-komponenti għall-finanzjament eżistenti tal-EU PEACE u tal-Interreg fi programm transfruntier koerenti uniku għall-Irlanda ta’ Fuq u l-kontej tal-fruntiera tal-Irlanda. Il-programm jibqa’ kontribut essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira;

21.

jinnota li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi Interreg — li diġà għandhom parteċipazzjoni qawwija ta’ pajjiżi terzi, bħall-Programm tal-Periferija tat-Tramuntana u l-Artiku, il-Programm tar-Reġjun tal-Baħar tat-Tramuntana u l-Programm tal-Ewropa tal-Majjistral — tista’ tkun possibbli jekk il-gvern tar-Renju Unit jaqbel li jiffinanzja l-parteċipazzjoni;

22.

jenfasizza li jista’ jkun possibbli li jitwaqqaf Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) li jinvolvi msieħeb minn Stat Membru wieħed biss tal-UE, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tiegħu, u awtorità lokali jew reġjonali waħda mir-Renju Unit u jissuġġerixxi li l-Istati Membri tal-UE jikkunsidraw din l-għodda, jekk tkun konsistenti mal-kooperazzjoni territorjali tagħhom, fit-tiftix ta’ kollaborazzjonijiet mar-Renju Unit;

23.

jesprimi dispjaċir li l-impatt tal-Brexit ma ġiex ikkunsidrat mill-Kummissjoni Ewropea fit-Tmien Rapport ta’ Koeżjoni. L-impatt ikkontribwixxa għat-tfixkil tal-ekonomija, il-kooperazzjoni interreġjonali, l-ekosistemi tar-riċerka, is-sistemi ta’ taħriġ u d-demografija għal ċertu numru ta’ reġjuni tal-UE. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jixtieq jara li l-iżviluppi ġeopolitiċi jitqiesu aħjar fl-approċċ prospettiv għall-perjodu ta’ wara l-2027;

24.

jilqa’ l-fatt li l-bliet u r-reġjuni tar-Renju Unit għadhom involuti b’mod attiv f’ħafna networks u assoċjazzjonijiet tal-UE, bħall-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa u huma mistennija li jibqgħu f’ċerti oqfsa ta’ assoċjazzjoni Ewropej bħall-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi (CPMR), Eurocities u l-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej (CEMR) u li dawn il-mekkaniżmi jipprevedu skambju eċċellenti ta’ esperjenzi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit u tal-UE;

25.

jesprimi fiduċja li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u tar-Renju Unit se tkompli permezz ta’ ġemellaġġ, meta jitqies li madwar 100 belt u raħal tar-Renju Unit (9) għandhom rabta ta’ ġemellaġġ ma’ bliet u rħula fl-Istati Membri tal-UE; iħeġġeġ lis-sħubijiet ikomplu jesploraw metodi ta’ finanzjament possibbli biex jappoġġjaw din il-ħidma, peress li dawn is-sħubijiet irawmu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, il-fehim reċiproku u l-valuri komuni u huma essenzjali għal mod ta’ ħajja Ewropew;

26.

jirrikonoxxi l-importanza ta’ skambji edukattivi għall-mobbiltà tal-istudenti u r-riċerka konġunta, kif ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet lingwistiċi u r-rabtiet umani u jappoġġja l-isforzi tal-amministrazzjonijiet deċentralizzati tar-Renju Unit biex jiftħu toroq ġodda għall-kooperazzjoni lil hinn mill-qafas tal-FKK;

27.

ifaħħar b’mod partikolari l-programm “Taith” ta’ Wales (10) u jilqa’ l-programmi ta’ skambju internazzjonali ta’ tagħlim ta’ Wales kif ukoll tal-Iskozja, li jistgħu tal-anqas parzjalment jikkumpensaw għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Erasmus+ u jimlew il-lakuni li fadal mill-Programm Nazzjonali tat-Turing tar-Renju Unit (11);

28.

jinnota li hemm xejra viżibbli lejn bilateralizzazzjoni tar-relazzjonijiet fil-livell sottonazzjonali, kif muri mill-ftuħ ta’ rappreżentanzi tar-reġjuni tal-UE f’Londra u fi bnadi oħra fir-Renju Unit. In-nazzjonijiet deċentralizzati tar-Renju Unit qed isegwu wkoll aġendi ta’ “nazzjonijiet globali”, li jagħtu prijorità lir-relazzjonijiet bilaterali mar-reġjuni Ewropej. Fl-Ingilterra, il-bliet u ż-żoni metropolitani qed iniedu wkoll proġetti ta’ kooperazzjoni bilaterali kif jidher mis-sħubija ta’ Greater Manchester u Nordrhein-Westfalen. Filwaqt li jilqa’ r-relazzjonijiet bilaterali, il-KtR jissuġġerixxi li din il-bilateralizzazzjoni ma għandhiex tkun għad-detriment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’pajjiżi b’kapaċitajiet aktar dgħajfa fil-livell sottonazzjonali u dan l-appoġġ ma għandux jitqies bħala wieħed li qed jikkompeti mal-objettiv tal-KtR li jikseb rikonoxximent istituzzjonali tad-dimensjoni sottonazzjonali tar-relazzjoni UE-Renju Unit;

29.

jara prospetti mhux sfruttati għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u tar-Renju Unit fl-involviment konġunt dwar sfidi komuni, bħall-għoti ta’ assistenza umanitarja, il-ġestjoni sostenibbli tal-Baħar tat-Tramuntana, il-Kanal Ingliż u l-Baħar Irlandiż, kif ukoll il-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima, l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-livell lokali u reġjonali u l-bidla lejn turiżmu aktar sostenibbli u diġitali. F’dan ir-rigward, jappoġġja l-idea mnedija mir-Renju Unit u Franza biex jiżguraw pagi minimi għall-baħħara u l-ħaddiema li joperaw fuq konnessjonijiet intra-Ewropej, jiġifieri anke bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea;

30.

jenfasizza li r-relazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE u tar-Renju Unit hija bbażata wkoll fuq wirt kulturali u lingwi komuni, konnessjonijiet (lingwistiċi) Ċeltiċi, kif ukoll fuq il-valuri u l-istorja Ewropej kondiviżi bejn iċ-ċittadini tagħna.

31.

jikkonkludi li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom id-dmir li jkunu jafu u jifhmu aħjar il-potenzjal tar-relazzjonijiet u s-sħubijiet fil-livell sottonazzjonali bejn l-UE u r-Renju Unit li jirrikonoxxu r-rwol ċentrali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala l-livell tal-gvern l-aktar qrib taċ-ċittadini;

32.

iqis li l-ħolqien ta’ strutturi konsultattivi komprensivi għat-tħejjija tal-Brexit mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali huwa għodda tajba sabiex jitjiebu r-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-UE;

33.

jikkonkludi li, meta jitqiesu l-isfidi futuri u d-direzzjoni tal-UE wara l-Brexit, hemm il-ħtieġa li wieħed jifhem aktar l-isfidi u l-prijoritajiet taċ-ċittadini fl-UE u jirrikonoxxi li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tipprovdi mekkaniżmu adatt biex dan isir.

Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Abbażi tal-Artikolu 217 tat-TFUE.

(2)  Abbażi tal-Artikolu 207 tat-TFUE.

(3)  Paġna 61.

(4)  Paġna 249.

(5)  Paġna 23.

(6)  Ara l-Kapitolu VI tal-Barometru Annwali tal-KtR għall-2021: https://cor.europa.eu/en/our-work/Documents/barometer-fullreport%20web.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  http://www.s3vanguardinitiative.eu/members

(8)  Il-Kumitat tal-Istretti huwa forum multilaterali għad-djalogu, li jipprovdi qafas flessibbli għall-membri tiegħu biex jaħdmu flimkien fi ħdan il-konfini tar-responsabbiltajiet tagħhom u biex jestendu l-kooperazzjoni għall-partijiet ikkonċernati lokali bħal dawk mis-settur volontarju, mill-qasam tal-edukazzjoni jew mid-dinja tan-negozju.

(9)  L-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali, ir-Renju Unit, Data tal-2018, ippubblikat f’Settembru 2020: https://www.ons.gov.uk/peoplepopulationandcommunity/populationandmigration/populationestimates/datasets/twinnedtownsandsistercities (mhux disponibbli bil-Malti).

(10)  Programm ta’ ħames snin (2022-2026) imniedi fi Frar 2022 b’finanzjament tal-Gvern ta’ Wales sa EUR 65 miljun.

(11)  Dan il-programm ma joffri l-ebda reċiproċità, idum sena, u l-enfasi tiegħu hija fuq il-persunal akkademiku minflok fuq l-istudenti.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/16


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Sbuħija, Sostenibbiltà, Flimkien

(2022/C 301/04)

Relatur:

Kieran MCCARTHY (IE/AE), Membru ta’ Assemblea Lokali: Kunsill tal-Belt ta’ Cork

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida — Sbuħija, Sostenibbiltà, Flimkien

COM(2021) 573

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Introduzzjoni għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

1.

jilqa’ l-inizjattiva interdixxiplinari tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Bahaus Ewropea l-Ġdida, li tgħin fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku tal-UE billi żżid dimensjoni kulturali vitali u tqarribha lejn iċ-ċittadini. Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tagħmel dan billi toħloq spazji u postijiet, prodotti u modi ta’ għajxien sbieħ, sostenibbli u inklużivi li jenfasizzaw il-faċilitazzjoni tas-sħubijiet u l-benefiċċji tar-rikonfigurazzjoni u t-tranżizzjoni ambjentali bl-użu ta’ esperjenzi tanġibbli fil-livell lokali;

2.

jirrikonoxxi l-entużjażmu u l-bażi tal-appoġġ għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida minn firxa ta’ ħbieb, atturi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, networks, kollettittivi, ċentri u pjattaformi reġjonali u Laboratorji Ħajjin, flimkien mal-interess kontinwu u l-ħidma fuq l-istimular tal-kreattività u l-parteċipazzjoni fil-konnessjoni u t-tiswir tal-valur u l-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida futura;

3.

huwa kuntent li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida huwa rikonoxxut, peress li jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika u għall-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

4.

iqis li madwar l-UE, il-bliet u r-reġjuni huma fuq quddiem nett fl-iżvilupp immexxi mill-kultura, u li l-livelli lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet ewlenin għal politiki urbani, reġjonali u kulturali sostenibbli; għalhekk, ir-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali huma kruċjali biex il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ssir aktar aċċessibbli u biex il-membri tal-pubbliku jiġu involuti fil-proċess ta’ trasformazzjoni sabiex tiġi avvanzata l-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

5.

jappoġġja bil-qawwa l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala opportunità ewlenija biex jiġi sfruttat il-potenzjal kreattiv tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet, u b’hekk jinħolqu soluzzjonijiet aċċettati u sostenibbli li jagħmlu l-Patt Ekoloġiku suċċess;

6.

jirrikonoxxi n-natura transdixxiplinari tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li hija minsuġa f’firxa ta’ programmi u ta’ linji ta’ finanzjament tal-UE; jenfasizza, madankollu, li se jkun meħtieġ xiri kontinwu minn imsieħba attwali u futuri;

7.

jafferma mill-ġdid l-ewwel prinċipju ewlieni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li tapprova approċċ fuq diversi livelli u bbażat fuq il-post. F’dan ir-rigward, il-KtR jindika li l-bidla qed isseħħ fil-livell lokali u reġjonali, fejn huwa ankrat ukoll sens ta’ post;

8.

huwa kuntent li l-viżjoni tal-Kummissjoni hija li ż-żoni rurali jiġu rrappreżentati fil-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Id-diversi dikjarazzjonijiet (1) u l-Patt Rurali jipprovdu qafas għall-futur tal-politika u l-azzjoni tal-iżvilupp rurali fl-Ewropa u huma għodda kruċjali għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex toħloq rabta maż-żoni rurali, li jistgħu jitqiesu wkoll bħala “żoni ta’ esperimentazzjoni” għall-proġetti trasformattivi fuq skala żgħira;

9.

jisħaq li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-potenzjal li tkun strument importanti fl-irkupru, li tipprovdi impjiegi lokalment u li tippromovi bidla fil-mentalità għal ippjanar territorjali sostenibbli u effiċjenti, li se jaffettwa u jtejjeb l-imġiba u l-mobilità tas-soċjetà;

Oqsma ta’ tħassib

10.

huwa mħasseb li l-Komunikazzjoni tibqa’ vaga dwar kif se jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; il-KtR jitlob proposti speċifiċi dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-KtR se jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva, u fl-istess waqt jitqies il-prinċipju tal-bilanċ ġeografiku, u b’hekk jiġu rappreżentati l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE kollha kemm hi;

11.

jisħaq li l-KtR, flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, għandu jkun parti min-network abilitanti tal-imsieħba ewlenin tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li se jiżviluppaw u jittestjaw il-politika u l-istrumenti ta’ finanzjament;

12.

jappella għall-involviment tal-KtR u istituzzjonijiet oħrajn tal-UE fir-Round Table ta’ Livell Għoli dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

13.

jirrimarka li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità se jiddeterminaw f’liema livell l-UE u l-Istati Membri se jagħmlu użu mill-għodod ta’ politika u mill-miżuri leġiżlattivi proposti għall-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

14.

jenfasizza li l-COVID-19 se tkompli jkollha impatt fuq perjodu ta’ żmien medju u itwal u li dan għandu jiġi rikonoxxut fl-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida; jinnota li l-effetti negattivi tal-pandemija fuq il-faqar, il-kwistjonijiet soċjali u l-impjiegi jridu jiġu nnotati fl-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

15.

jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu fiċ-ċentru tal-istrateġija, u jeħtieġ li tipprovdi assistenza teknika, finanzjament adegwat u flessibbiltà. Is-suċċess tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se jiddependi mis-sostenibbiltà u l-fattibbiltà, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn iż-żoni rurali u l-bliet;

L-iffinanzjar tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

16.

jappella li jiġu allokati riżorsi suffiċjenti mill-baġits tal-Istat u mill-programmi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE fil-livell lokali u reġjonali. Madankollu, jappella li jinkiseb bilanċ bejn is-sinerġiji kreattivi fi ħdan il-moviment kulturali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u l-parametri tal-programmi ffinanzjati mill-UE;

17.

iqis li jistgħu jintużaw fondi addizzjonali biex titħallas l-assistenza esterna biex tgħin fl-iskambju tal-għarfien u biex jiġu esplorati l-kompetenzi tal-persunal eżistenti tas-settur pubbliku fi skambju reċiproku u fluwidu ma’ atturi privati, lokali u tat-tielet settur;

18.

jemmen li esperjenzi, għotjiet u riżorsi preċedenti li jiffukaw fuq il-kwalità, l-estetika u l-kwistjonijiet komunitarji b’mod ċirkolari jistgħu jipprovdu inċentivi għall-investituri u għall-finanzjaturi kollettivi;

19.

jappella li jkun hemm sħubijiet u investimenti pubbliċi-privati fil-qasam usa’ tal-kultura u tal-wirt kulturali, kif mitlub fis-Sejħa għal Azzjoni ta’ Europa Nostra ta’ Venezja (2);

20.

jirrimarka li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija wkoll opportunità biex tiġi appoġġjata l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-Istati Membri u fl-awtoritajiet lokali;

21.

jirrimarka li Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha tkun allinjata mal-MMF għall-perjodu 2021-2027 u l-Inizjattiva Urbana tal-UE u għandu jkun disponibbli finanzjament adegwat biex jiġu koperti l-ispejjeż operazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida; jappella li jintużaw pjani direzzjonali ambizzjużi għall-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fil-qafas tal-SDGs;

22.

jitlob li jitqiesu l-bilanċ ġeografiku, id-diversità klimatika, ekonomika, soċjali u kulturali tal-UE, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-allokazzjoni ta’ fondi, meta jiġu mfassla u implimentati l-istrateġiji, il-proġetti, l-azzjonijiet u l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, u jeħtieġ li l-koeżjoni territorjali tibqa’ waħda mill-għanijiet ewlenin;

Indikaturi

23.

jisħaq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom, fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, jimmonitorjaw sa liema punt il-gvernijiet nazzjonali jużaw il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fid-diversi programmi, għodod u proċeduri, u jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta indikaturi ċari għal dan il-monitoraġġ;

24.

huwa mħasseb li ma hemm l-ebda indikatur fiċ-ċiklu ta’ finanzjament attwali tal-UE (2021-2027) u din hija opportunità mitlufa għall-kejl tas-suċċess;

25.

iqis li l-prinċipji ewlenin tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandhom jiġu żviluppati fi sħubija mal-gvernijiet lokali u reġjonali, u huwa tal-fehma li l-prinċipji ewlenin tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandhom jiġu integrati bħala kriterji ta’ kwalità għall-programmi ta’ finanzjament tal-UE b’impatt dirett jew indirett fuq l-ambjent mibni, l-iżvilupp urban u rurali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġi kulturali;

26.

jissuġġerixxi li għandha tinħoloq tabella ta’ valutazzjoni reġjonali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex tiġi stabbilita politika ta’ monitoraġġ reġjonali b’saħħitha li tiżgura li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tiġi implimentata fil-livelli kollha u li l-investimenti reġjonali jaġixxu fuq il-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

27.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal ammonti kbar ta’ binjiet pubbliċi lokali u ta’ spazji pubbliċi urbani u għandhom rwol regolatorju u ta’ finanzjament importanti fir-rinnovazzjoni ta’ dawn il-binjiet u ż-żoni urbani. Għaldaqstant, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiffukaw fuq l-identifikazzjoni ta’ ostakli regolatorji, u jikkontribwixxu għas-semplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni u t-tfassil ta’ approċċi regolatorji ġodda;

28.

jenfasizza li l-KtR kien involut fl-iżvilupp u fl-appoġġ ta’ strateġiji klimatiċi, tal-enerġija u tal-ambjent fil-livelli lokali u reġjonali. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali jista’ jintuża biex jippromovi l-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u biex jissorvelja s-suċċess;

29.

jissottolinja li d-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar kunċetti u proċessi innovattivi miftuħa, u approċċi u kompetenzi interdixxiplinarji huwa kruċjali. Dan għandu jinkludi l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida dwar il-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien (KEP) tal-KtR, il-programm Science Meets Regions u l-proġetti ta’ kooperazzjoni ffinanzjati minn programmi oħra tal-UE;

30.

jenfasizza li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha tippromovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha tkun kriterju trasversali u hija fattur qawwi u meħtieġ fl-iżvilupp sostenibbli u bbilanċjat tal-politika ta’ koeżjoni;

Il-kunċett tal-Festival, tal-premjijiet u tal-laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

31.

jilqa’ l-ewwel premju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u jissuġġerixxi li jiġu identifikati sinerġiji mal-għotjiet eżistenti għall-akkomodazzjoni, għall-wirt kulturali, għall-arkitettura kontemporanja u għall-pajsaġġi. Jappella wkoll li jiġu kondiviżi prattiki tajbin mis-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018;

32.

jirrikonoxxi l-ħolqien tas-Siġill ta’ Eċċellenza Ewropew bħala l-ewwel pass lejn il-kunċett tat-tikketta tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, iżda huwa mħasseb li n-nies jistgħu jistennew li t-Tikketta tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida jkollha fluss ta’ finanzjament. L-użu ta’ tikketta ddedikata jista’ jitqies bħala kontribut tanġibbli tal-KtR għall-iżvilupp tal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, kif irrakkomandat mill-KtR fl-2021;

33.

jilqa’ l-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u l-metodoloġija ta’ kokreazzjoni tiegħu, iżda jitlob li tingħata aktar informazzjoni dwar kif se jopera u biex il-KtR ikun membru attiv tal-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u l-governanza tiegħu;

34.

jitlob li l-Laboratorju jittestja r-riżultati/l-azzjonijiet magħżula għall-ewwel Premju, u jista’ javvanzahom u jagħmel prototip tagħhom

35.

huwa lest li jaħdem mal-gvernijiet nazzjonali, permezz taċ-Ċentri Reġjonali tal-KtR, dwar l-iżvilupp ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja u l-ittestjar ta’ approċċi regolatorji ġodda;

36.

jinnota li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha tibni fuq il-prattiki tajbin eżistenti madwar il-bliet u r-reġjuni tal-UE u toħloq pjattaforma ta’ riżorsi disponibbli għall-pubbliku;

37.

jilqa’ l-Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala mod tanġibbli u viżibbli biex jitrawwem aktar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-membri tal-pubbliku u jintwerew proġetti fil-livell lokali u reġjonali;

38.

jenfasizza l-ħidma b’suċċess imwettqa minn URBACT, mill-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) u minn Orizzont 2020 dwar l-iżvilupp ta’ għodod interattivi effettivi li għandhom jintużaw meta jkun rilevanti;

39.

jirrimarka li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha toħloq rabta mal-missjonijiet ta’ Orizzont 2020, b’mod partikolari dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Bliet Newtrali fil-Klima u Intelliġenti.

40.

itenni l-vantaġġ possibbli li jintuża l-istrument tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) għal proġetti ta’ governanza f’diversi livelli li jinvolvu diversi pajjiżi jew reġjun tal-euro;

41.

jinnota li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tgħaqqad it-tliet pilastri tal-Aġenda Urbana għall-UE (regolamentazzjoni aħjar, finanzjament aħjar u għarfien aħjar) u għandha l-għan li twettaqhom (3);

42.

jinnota l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani li għaddejjin bħalissa (il-Laboratorju Urban tal-Ewropa) u l-Inizjattiva Urbana Ewropea li ġejja. Jappella li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tiġi marbuta mas-sħubijiet tal-Aġenda Urbana tal-UE, peress li din l-Aġenda ilha taħdem fuq kunċetti relatati mal-Patt Ekoloġiku u l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għal kważi erba’ snin;

43.

jikkunsidra li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha rwol fl-implimentazzjoni tal-Karta ta’ Leipzig tal-2021 u d-Dikjarazzjoni ta’ Ljubljana tal-2021, li jitolbu approċċi integrati, approċċ ibbażat fuq il-post, governanza f’diversi livelli, parteċipazzjoni u metodi ta’ kokreazzjoni;

44.

jemmen li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-Bliet Kapitali Ewropej tal-Innovazzjoni, il-Bliet Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ u l-Bliet Kapitali Ekoloġiċi Ewropej jista’ jkollhom rwol qawwi fl-appoġġ tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

45.

jilqa’ l-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u jitlob li dawn jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, inkluża s-soċjetà ċivili, biex jiżguraw li l-moviment tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ikun jista’ jkompli jikber b’mod minn isfel għal fuq;

46.

jissuġġerixxi li jista’ jinħoloq programm ta’ taħriġ għal 100 belt interessata abbażi tal-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Dan jista’ juża l-metodoloġiji tal-Programm Bliet Diġitali jew il-programm 100 Belt Intelliġenti u l-kunċett tas-suq tiegħu;

Kunċetti dwar l-ambjent mibni, l-arkitettura u r-rinnovazzjoni

47.

jissottolinja li l-ambjent mibni huwa riflessjoni ta’ komunità, u r-responsabbiltà għall-kwalità ġenerali tiegħu hija f’idejn il-korpi tas-settur pubbliku u l-partijiet ikkonċernati, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-pubbliku;

48.

jindika li l-wirt kulturali u arkitettoniku rikk u divers tal-Ewropa huwa punt ta’ riferiment importanti għall-kwalità tal-ambjent mibni tagħna, f’termini ta’ esperjenza tal-utenti u assi fiżiċi;

49.

huwa kuntent li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-ippjanar spazjali urban biex jinkiseb żvilupp urban sostenibbli;

50.

huwa kuntent li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm kultura kondiviża ta’ arkitettura ta’ kwalità għolja. Dan se jirrikjedi s-sensibilizzazzjoni, it-tixrid tal-informazzjoni u l-promozzjoni tar-rwol tal-kultura u l-wirt kulturali, l-arkitettura ta’ kwalità għolja u l-ambjent mibni;

51.

jisħaq li l-Kummissjoni għandha tgħin lis-settur tal-bini u tal-kostruzzjoni biex tindirizza l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi u l-iskart u tippromovi ċ-ċirkolarità, b’enfasi fuq l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali. Dan jista’ jsir billi jiġu eliminati l-lakuni fl-għarfien u fil-ħiliet u billi jiġi diġitalizzat id-disinn;

52.

jinnota li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tista’ ssib modi kif tnaqqas il-burokrazija bil-għan li r-rinnovazzjoni ssir aktar faċli u aktar kosteffettiva; l-indirizzar tal-isfidi involuti fl-immodernizzar ta’ bini antik ħafna u ta’ wirt kulturali jirrikjedi s-servizzi ta’ periti u esperti oħra kif ukoll ta’ nies tas-sengħa b’ħiliet għoljin (4);

53.

ma għandu l-ebda eżitazzjoni biex jgħid li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar li r-rinnovazzjoni tal-bini tissodisfa r-rekwiżiti tal-użu tal-art u tal-ippjanar tal-bliet, tippromovi politiki biex tiġi miġġielda d-depopolazzjoni u hija konformi mal-ekwità soċjali u mal-kriterji ekoloġiċi. Jirrimarka li l-metodoloġiji tal-Istati Membri għall-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni ma għandhomx jimminaw dan ir-rwol fundamentali ta’ koordinazzjoni;

54.

jappella għal darb’oħra li s-Semestru Ewropew iqis aħjar il-kwistjonijiet urbani: il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali fl-UE trid tkopri l-akkomodazzjoni bi prezzijiet raġonevoli, l-inugwaljanza u l-investimenti fit-tul;

55.

jilqa’ n-narrattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida dwar l-esplorazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jippermettu l-aċċess għal akkomodazzjoni bi prezzijiet raġonevoli u deċenti, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u għal gruppi soċjali vulnerabbli oħra;

56.

jisħaq li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida jeħtieġ li toħloq rabta mal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali u mad-Dikjarazzjoni tas-Summit Soċjali ta’ Porto tal-2021 bil-għan li jingħata kontribut għar-riflessjoni dwar l-akkomodazzjoni soċjali u dik bi prezzijiet raġonevoli wara l-pandemija tal-COVID fil-livell Ewropew;

57.

jitlob li jiġu promossi sinerġiji bejn l-arti, l-arkitettura, il-pajsaġġ u l-arkitettura interna, l-ippjanar spazjali, id-disinn u l-ħila fis-sengħa, kif ukoll mudelli ta’ taħriġ innovattivi għall-periti u għal professjonisti oħra;

58.

jitlob ukoll l-involviment mal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa u, għalhekk, li jikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-fehim aħjar permezz tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-ħtiġijiet u l-opportunitajiet reġjonali relatati mal-ħiliet fil-qasam tal-ippjanar urban, il-kostruzzjoni, l-użu sostenibbli ta’ materjali ta’ riżorsi tal-kostruzzjoni, kif ukoll biex titnaqqas il-migrazzjoni ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati li tista’ tirriżulta fit-tnaqqis tal-ekonomija lokali f’termini ta’ manifattura. F’dan ir-rigward, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa taqdi rwol importanti peress li t-teknoloġija diġitali tista’ tipprovdi liċ-ċittadini b’opportunitajiet biex joħolqu flimkien l-ambjent tagħhom u hija għodda ta’ importanza vitali fil-passi kollha tal-iżvilupp tal-inizjattivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

59.

jappella li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tinvolvi ruħha ma’ sħubijiet tal-passat tal-Aġenda Urbana tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-kapaċità ta’ azzjoni klimatika, il-proposta għal Bliet aktar Ekoloġiċi u l-użu ta’ spazji pubbliċi; is-sħubijiet dwar l-Użu Sostenibbli ta’ Soluzzjonijiet Ibbażati fuq l-Art u n-Natura, l-Ekonomija Ċirkolari u l-Kultura u l-Wirt Kulturali huma partikolarment rilevanti;

60.

jenfasizza li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida hija għodda b’saħħitha biex jiġu sfruttati l-inizjattivi tal-ekonomija soċjali, peress li hija bbażata fuq il-kooperazzjoni u l-involviment ċiviku. Inizjattivi bħal dawn jagħtu spinta lill-koeżjoni soċjali, ekonomika, territorjali u kulturali u jgħollu l-livell ta’ fiduċja fil-livell lokali madwar l-UE;

Prinċipji tal-kwalità tal-wirt kulturali

61.

jappoġġa s-Sejħa għal Azzjoni ta’ Venezja ta’ Europa Nostra Għal dokument dwar Rinaxximent Ewropew Ġdid u d-dikjarazzjoni tagħha dwar il-wirt u l-memorja kondiviżi;

62.

jappella li jiġu identifikati sinerġiji bejn il-Prinċipji tal-Kwalità Davos Baukultur, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u l-prinċipji tal-kwalità Ewropej għall-interventi ffinanzjati mill-UE b’impatt potenzjali fuq il-wirt kulturali, u li dawn is-sinerġiji jiġu integrati fil-programmi kollha ta’ politika u ta’ finanzjament Ewropej;

63.

jemmen li l-wirt kulturali huwa dimensjoni vitali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida; il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandu jkollha “ruħ” u identità, filwaqt li tippromovi fehma olistika ta’ kif irridu niżviluppaw il-bliet u r-reġjuni tagħna;

64.

jappella li l-KtR jaħdem mal-partijiet ikkonċernati biex jippromovi l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u l-premju “Sindku tas-Sena għall-Ħarsien tal-Wirt”;

65.

jappella li l-wirt kulturali u l-Patt Ekoloġiku tal-UE jkunu interkonnessi mill-qrib, kif muri mill-Green Paper tal-UE dwar il-Wirt Kulturali (5);

66.

jaqbel li l-fondi pubbliċi għall-istrateġiji ekoloġiċi bbażati fuq il-kultura jridu jiġu mmobilizzati permezz ta’ proġetti u inizjattivi pilota tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li jindirizzaw id-dimensjonijiet kulturali vitali tat-tranżizzjoni ekoloġika u li jibnu fuq id-diversi kapaċitajiet tal-komunitajiet u r-reġjuni lokali;

Konklużjonijiet

67.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi rabtiet aħjar bejn il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u oqfsa kunċettwali, relatati mal-kultura, orjentati lejn l-estetika u orjentati lejn id-disinn eżistenti. Dan isarraf il-prinċipji f’azzjoni u jippermetti lill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tisfrutta l-potenzjal kreattiv, kulturali u tal-wirt kulturali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jirrinnovaw u jirrivitalizzaw il-viċinati madwar l-UE. Jipproponi għalhekk skema ta’ vawċers tal-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li permezz tagħha l-bliet u r-reġjuni interessati jistgħu jirċievu dan il-vawċer li jintitolahom biex jingħataw l-appoġġ meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fil-kostitwenza tagħhom. Kundizzjoni biex wieħed jirċievi dan il-vawċer tkun li 1) il-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandu jkun involut fil-kokreazzjoni, iwettaq prototipi u jittestja l-għodod, is-soluzzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ politika li se jiffaċilitaw it-trasformazzjoni fil-prattika u 2) ir-riżultati tal-Laboratorju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida jiġu ppreżentati lill-kunsill reġjonali jew tal-belt;

68.

jappella li jiġu identifikati sinerġiji bejn l-inizjattiva u l-proċessi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li jinvolvu lin-nies fl-Ewropa (bħall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa) u strateġiji u pjani ta’ azzjoni li jippromovu l-kwalità arkitettonika u estetika (bħall-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-UE);

69.

jemmen li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida trid issir moviment reali li jinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u mhix biss proġett ieħor minn fuq għal isfel. Il-ħolqien ta’ mod ta’ ħajja Ewropew konxju mil-lat ekoloġiku huwa kruċjali għall-bliet u għan-nies kollha tal-UE. Dan irid ikun proġett għal kulħadd, mhux biss għal ftit. Is-sjieda trid tibda bl-individwi fil-livell lokali u tmur lil hinn minn żoni urbani kbar. L-aċċessibbiltà għall-persuni ordinarji u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili hija aspett pożittiv importanti tal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Sabiex ikun ta’ suċċess, dan l-eżerċizzju jrid ikun soċjalment, kulturali u territorjalment inklużiv.

Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Bħad-Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0 tal-2016: Ħajja Aħjar fiż-Żoni Rurali.

(2)  Seħja għal Azzjoni ta’ Venezja, Għal Rinaxximent Ewropew Ġdid li tfittex li tippermetti sinerġiji aktar mill-qrib u aktar b’saħħithom bejn il-komunità tan-negozju u l-ekosistema kulturali, tal-wirt u kreattiva wiesgħa, fost l-oħrajn permezz tat-tisħiħ ta’ alleanza strateġika bejn il-moviment tal-wirt Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-istitut tiegħu.

(3)  Kif identifikat fil-Patt ta’ Amsterdam.

(4)  Kif deskritt fil-Green Paper ta’ Europa Nostra dwar il-Patrimonju Ewropew.

(5)  “Putting Europe’s Shared Heritage at the Heart of the European Green Deal” (Inpoġġu l-wirt kondiviż tal-Ewropa fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew), ippubblikat minn Europa Nostra.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/22


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Missjonijiet Ewropej

(2022/C 301/05)

Relatur:

Markku MARKKULA (FI/PPE), President tar-Reġjun ta’ Ħelsinki

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Missjonijiet Ewropej

COM(2021) 609 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

1.

jilqa’ l-Missjonijiet tal-UE, bħala sforz ikkoordinat mill-Kummissjoni biex tlaqqa’ flimkien ir-riżorsi meħtieġa f’termini ta’ programmi ta’ finanzjament, politiki u regolamenti, kif ukoll attivitajiet oħra biex jiġu mmobilizzati u attivati atturi pubbliċi u privati, biex flimkien joħolqu impatt reali u dejjiemi biex tingħata spinta lill-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet u approċċi ġodda mis-soċjetà. il-KtR jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ inklużiv li fih il-Missjonijiet tal-UE, il-politika ta’ koeżjoni fl-UE kollha, u l-istrumenti ta’ finanzjament l-oħrajn kollha tal-UE għandhom jintużaw biex jippromovu l-koeżjoni territorjali u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

2.

jenfasizza (1) li, fid-dawl tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-Missjonijiet Ewropej, bħala strument ġdid u essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi jaħarqu tas-soċjetà, huma test reali tal-impatt u l-kredibbiltà tal-UE. Jeħtieġ li jkollhom leġittimità u aċċettazzjoni mifruxa. Kif enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea, ir-rwol tal-bliet u r-reġjuni, flimkien mal-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini kollha tagħhom, huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-Missjonijiet tal-UE;

3.

itenni l-istqarrija tal-KtR (2) ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Missjonijiet tal-UE bħala pass kuraġġuż biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà, u jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal sistema effettiva ta’ governanza f’diversi livelli li tgħaqqad il-Missjonijiet tal-UE mal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali, l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, il-miżuri ta’ rkupru mill-COVID u l-finanzjament għall-innovazzjoni permezz tal-fondi strutturali;

4.

iħeġġeġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin fl-UE u l-Istati Membri biex jirreaġixxu b’rispons rapidu u deċiżiv għas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, inkluż fit-tnedija tal-Missjonijiet Ewropej, speċjalment il-Missjoni dwar il-Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti. Il-kriterji ta’ finanzjament tal-fondi NextGenerationEU u sorsi oħra ta’ finanzjament pubbliku jeħtieġ li jkunu orjentati b’mod flessibbli biex jagħmlu parti mill-attivitajiet tal-Missjoni dwar il-Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti biex jiffurmaw awtostradi Ewropej għat-trasformazzjoni tal-enerġija. Dawn għandhom jappoġġjaw ir-riċerka pubblika-privata fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda tas-sistema tal-enerġija. B’mod partikolari, il-bliet u atturi pubbliċi oħra jistgħu jużaw akkwist pubbliku innovattiv, flimkien ma’ kumpaniji, biex jaċċelleraw l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u joħolqu soluzzjonijiet tal-enerġija sostenibbli u innovattivi biex jissostitwixxu l-fjuwils fossili li bħalissa jinxtraw mir-Russja lejn il-pajjiżi tal-UE;

5.

jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni dwar il-Missjonijiet Ewropej (3) tirrikonoxxi kif dovut ir-rilevanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twettiq, kif ukoll fil-fażijiet tat-tfassil u l-komunikazzjoni tal-Missjonijiet Ewropej;

6.

jenfasizza li, fid-dawl tal-ħolqien konġunt ta’ għarfien u know-how, l-implimentazzjoni tal-Missjonijiet tal-UE jeħtieġ li tkun ibbażata fuq il-ħidma ta’ kuljum li tiffoka fuq l-iżvilupp u t-tiġdid tal-proċessi tal-bliet u r-reġjuni. Dan se jibni sinerġiji sistematiċi mal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, l-użu tal-Fondi Strutturali u strumenti dedikati oħra. Dan se juri wkoll, fil-livell globali, il-potenzjal tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali, u r-rwol tal-muniċipalitajiet biex iwettqu t-trasformazzjonijiet speċifiċi;

Il-Missjonijiet tal-UE bħala strument ġdid ambizzjuż biex jiġu indirizzati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà

7.

jirrikonoxxi li l-Missjonijiet tal-UE huma ppjanati li jkunu strument “ġdid” u “essenzjali” kif iddikjarat mill-Kummissjoni Ewropea: Il-Missjonijiet tal-UE huma mod ġdid biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti għal xi wħud mill-akbar sfidi tagħna billi jwasslu impatt u riżultati konkreti sal-2030 billi jpoġġu r-riċerka u l-innovazzjoni fi rwol ġdid, flimkien ma’ forom ġodda ta’ governanza u kollaborazzjoni, kif ukoll billi jinvolvu liċ-ċittadini (4);

8.

ifakkar li kull Missjoni tal-UE għandha tiddefinixxi pjan direzzjonali ċar u toħloq approċċ sistematiku ġdid ta’ governanza f’diversi livelli u metodoloġiji dwar l-esperimentazzjoni, il-prototipi, il-monitoraġġ u l-espansjoni tal-attivitajiet fil-livelli kollha ta’ governanza. Hija meħtieġa attenzjoni speċjali sabiex jinħolqu portafolli ta’ azzjonijiet kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak reġjonali/lokali u sabiex dawn jinxterdu b’mod effettiv fil-fażijiet kollha tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni. Dan jirrikjedi l-involviment u l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħubijiet fil-kondiviżjoni tal-esperjenzi effettivi ta’ governanza innovattiva;

9.

jirrimarka l-ħtieġa li jiġu allokati fondi għall-Missjonijiet fil-livelli lokali u reġjonali għall-ħolqien konġunt ta’ skoperti mhux konvenzjonali f’ħafna “sitwazzjonijiet li jinsabu staġnati”, li ħafna drabi jimblukkaw il-progress meħtieġ biex jinkisbu soluzzjonijiet u impatti ġodda. Dan jirrikjedi sħubijiet Ewropej ġodda bbażati fuq interessi lokali u reġjonali definiti fl-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti; Il-Missjonijiet tal-UE għandhom jużaw l-esperjenzi li se jġib miegħu l-eżerċizzju pilota konġunt tal-KtR u tal-JRC dwar “Sħubijiet għall-Innovazzjoni Reġjonali”;

10.

iħeġġeġ lill-Missjonijiet tal-UE biex jenfasizzaw il-progress lejn l-umanità u l-iċċentrar fuq il-bniedem fejn is-sostenibbiltà fid-dimensjonijiet kollha tagħha — ekoloġiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali — hija l-mutur tal-bidla biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-Missjonijiet tal-UE. Il-kwalità tal-ħajja tista’ tiżdied biss billi naħdmu flimkien b’mod konxju f’entitajiet kumplessi. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li nsibu bilanċ aħjar bejn il-benesseri materjali u intanġibbli fuq livell Ewropew u globali. In-natura tippermettilna ngħixu fuq din il-pjaneta. Irridu nirrispettaw id-dipendenza umana fuq in-natura;

11.

jenfasizza li l-Missjonijiet tal-UE jeħtieġ li joħolqu flimkien metodi ġodda ta’ kif joperaw. L-iżvilupp jirrikjedi li l-atturi kollha jitgħallmu kompetenzi ġodda billi jintegraw it-teknoloġija u r-riċerka b’approċċ iċċentrat fuq il-bniedem, jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw proċessi konġunti ta’ trasformazzjoni ekoloġika u dik diġitali, u jiżguraw l-aċċess għar-riżorsi meħtieġa. Ir-rekwiżiti huma essenzjali biex jinħolqu ekosistemi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) reġjonali u lokali li jiffunzjonaw tajjeb, li jibnu pontijiet innovattivi ġodda ta’ għarfien li jgħaqqdu lill-kreaturi tal-għarfien Ewropej tal-ogħla livell ma’ laboratorji ħajjin reġjonali u lokali u ċentri oħra ta’ esperimentazzjoni, kif ukoll attivitajiet ta’ dimostrazzjoni bħal inizjattivi fanal. Bl-għajnuna ta’ dawn, il-bliet u r-reġjuni kollha jistgħu joħolqu proċessi ta’ tagħlim komparattiv u networking bejn il-pari biex jużaw il-kunċetti u s-soluzzjonijiet tal-prekursuri fi prattiki intelliġenti u sostenibbli;

12.

jirrimarka li l-governanza reġjonali u lokali, il-prospettiva u ż-żieda fl-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni huma l-pedamenti tal-portafolli tal-Missjonijiet tal-UE, li jikkonsistu f’azzjonijiet orkestrati professjonalment fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. L-orkestrazzjoni fil-qafas tal-Missjonijiet tal-UE żżid il-kollaborazzjoni, il-motivazzjoni, u l-kapaċitajiet, fi kliem ieħor, il-kompetittività, billi jinħolqu flimkien portafolli u azzjonijiet ġodda. L-orkestrazzjoni tinvolvi ħafna passi paralleli u attivitajiet ta’ governanza f’diversi livelli f’sistemi differenti. L-istrumenti finanzjarji, kemm pubbliċi kif ukoll privati, jeħtieġ li jiġu involuti, u jeħtieġ li jingħata appoġġ, b’mod speċjali, lir-reġjuni inqas żviluppati biex ir-reġjuni kollha jiġu mħeġġa jtejbu s-sistemi tagħhom tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Missjonijiet tal-UE;

13.

ifakkar fir-rwol strumentali tiegħu, abbażi tal-esperjenza tiegħu bis-sitt kummissjonijiet u kampanji tiegħu bħall-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali u r-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej (EER), fl-implimentazzjoni tal-Missjonijiet tal-UE — filwaqt li jinnota li l-KtR jipprovdi punt ta’ aċċess naturali għall-kooperazzjoni mas-settur pubbliku u privat, mal-industrija u s-servizzi kif ukoll maċ-ċittadini;

Ir-rwol tal-bliet u r-reġjuni fil-Missjonijiet tal-UE

14.

jissottolinja, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt iffirmat fl-2020 mill-Kummissarju Mariya Gabriel u mill-KtR, li l-KtR, flimkien mal-Istati Membri u r-reġjuni u l-bliet Ewropej, huwa lest li jkollu rwol attiv biex b’mod konġunt joħloq sistema ta’ governanza f’diversi livelli biex jintlaħqu l-miri tal-Missjonijiet tal-UE. Il-miżuri biex jiġi żgurat l-iżvilupp neċessarju ser ikunu bbażati fuq ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali bbażati fuq il-post, u Strateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti;

15.

jista’ jinfluwenza l-proċessi ġenerali tal-Missjonijiet tal-UE, jinforma lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u jimmobilizza lir-reġjuni u l-bliet biex jikkontribwixxu b’mod attiv u b’modi differenti, eċċ. Il-pjani tal-Missjoni tal-UE għandhom dimensjoni reġjonali u lokali qawwija bbażata fuq il-post, u l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni jinkludu proposti li jpoġġu lir-reġjuni u l-bliet — u l-ekosistemi tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tagħhom — fiċ-ċentru tagħhom. Għalhekk, il-KtR jista’ jikkoopera b’mod estensiv mal-imsieħba kollha biex jiżgura li dan l-istrument ġdid ta’ politika minn isfel għal fuq joħloq l-impatt mixtieq;

16.

jaqbel — billi jinvolvi l-kummissjonijiet kollha tal-KtR responsabbli għal diversi suġġetti ta’ missjoni — li jgħin fl-involviment tal-akbar numru possibbli ta’ bliet u reġjuni biex jiġi żgurat li l-livelli reġjonali u lokali jappoġġjaw il-Missjonijiet tal-UE billi:

(a)

jimplimenta kampanji ta’ informazzjoni, djalogi diretti, u proċessi konġunti oħrajn ta’ involviment miftuħin u interattivi mmirati lejn gruppi differenti inklużi wkoll tfal taħt it-18-il sena,

(b)

iħeġġeġ lill-komunitajiet prekursuri jimpenjaw ruħhom biex jesperimentaw b’soluzzjonijiet innovattivi fil-prattiki tal-ħajja reali tagħhom,

(c)

iħeġġeġ lill-komunitajiet dimostraturi biex jikkontribwixxu għal proċessi ta’ skjerament fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet innovattivi, u biex iżidu l-aħjar soluzzjonijiet għall-użu madwar l-Ewropa kollha,

(d)

jiżgura li d-diversità Ewropea tar-reġjuni bil-komunitajiet multipli tagħhom ta’ partijiet interessati u ċittadini tkun inkluża b’mod wiesa’ fl-attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-missjoni;

17.

jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Missjonijiet Ewropej billi joħolqu sinerġiji mal-programmi nazzjonali u reġjonali u jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali;

18.

iħeġġeġ sabiex jiġi żgurat li ż-żoni urbani u rurali kollha (kemm jekk għandhom prestazzjoni eċċellenti, medja, jew fqira) ikollhom biżżejjed mezzi u kapaċità biex jinnovaw fil-komunitajiet tagħhom, u jiġu appoġġjati permezz ta’ proċessi rilevanti ta’ tagħlim li jippermettulhom ukoll joperaw bħala pjattaformi għal fornituri ta’ servizzi b’diversi atturi li jappoġġjaw lil oħrajn, inklużi l-gruppi kollha ta’ atturi. Il-proċessi ta’ ħolqien tal-valur lokali/reġjonali jeħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell ta’ ktajjen tal-valur kollaborattivi effiċjenti u flussi tal-valur li jiżviluppaw aktar l-ekosistemi;

19.

jenfasizza li l-miri ambizzjużi jirrikjedu, bħala prekundizzjoni kruċjali, li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, impjegati taċ-ċivil, u professjonisti tal-innovazzjoni jiksbu kompetenzi biex joperaw bħala aġenti tal-bidla fl-akkwist ta’ għarfien u kapaċitajiet ġodda. It-tliet proċessi kritiċi huma:

(a)

il-proċessi ta’ tagħlim operazzjonali tal-bliet u tar-reġjuni, b’enfasi fuq l-integrazzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-missjoni f’attivitajiet lokali oħra biex ikunu parti mit-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiku u operazzjonali normali,

(b)

il-motivazzjoni u l-appoġġ lill-kumpaniji u lill-istituti ta’ riċerka, universitajiet, istituti vokazzjonali, u l-ekosistemi tematiċi u bbażati fuq il-post tagħhom biex jikkontribwixxu fil-ħolqien konġunt ta’ soluzzjonijiet innovattivi ġodda u avvanzati, u

(c)

l-użu ta’ metodi inklużivi ġodda fl-innovazzjoni.

Il-mezzi f’dawn il-proċessi għandhom jinkludu sħubijiet fuq skala wiesgħa, akkwist pubbliku innovattiv, prototipi żviluppati b’mod rapidu u esperimentazzjoni b’soluzzjonijiet ġodda;

20.

ifakkar li jeżistu proċessi li taw riżultati, iżda dawn jeħtieġu l-impenn ta’ bliet u reġjuni individwali u l-kooperazzjoni speċifika organizzata mit-timijiet tal-Missjonijiet tal-UE. L-allokazzjoni ta’ fondi għas-sħubijiet madwar l-Ewropa kollha se tagħti spinta lill-akkwist ta’ dawn il-fatturi kritiċi f’għadd kbir ta’ bliet u reġjuni Ewropej. Diversi strumenti eżistenti tal-UE, bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), Interreg, u l-Inizjattivi ta’ Programmar Konġunt (JPIs), u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) flimkien mal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tiegħu, jista’ jkollhom rwol essenzjali f’dan ir-rigward;

21.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu riveduti l-istrumenti finanzjarji kollha tal-UE biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet tal-Missjonijiet, speċjalment fuq livell lokali u reġjonali. Il-fondi tal-programm Orizzont mhumiex faċilment aċċessibbli għar-reġjuni u l-bliet, u għad mhumiex allinjati biżżejjed mal-objettivi strateġiċi l-ġodda tal-Missjonijiet tal-UE. Ħafna reġjuni għandhom diffikultajiet konsiderevoli biex jaċċessaw il-finanzjament minħabba d-diversi sejħiet, il-kriterji speċjalizzati ħafna, u s-sistemi kumplessi. Pereżempju, bosta reġjuni jiffaċċjaw problemi b’rabta mal-finanzjament għat-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom sabiex jaċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika, li hija element essenzjali tal-Missjonijiet tal-UE. Dan se jirrikjedi reviżjoni biex jiġi ssemplifikat l-aċċess għall-fondi tal-UE;

Linji gwidi għal implimentazzjoni aktar influwenti tal-Missjonijiet tal-UE

22.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ għajnuna biex jinħolqu sħubijiet dinamiċi, li jeħtieġ li jieħdu forma ta’ impenji reċiproċi iżda wkoll parzjalment flessibbli, fil-każ tal-kuntratti ta’ sħubija bejn il-Missjonijiet tal-UE u l-bliet u r-reġjuni ta’ dimostrazzjoni, sabiex jiżdied l-impatt fl-Ewropa kollha tal-assenjazzjonijiet sinifikanti u tal-ħidma tad-dimonstraturi distribwiti;

23.

jappoġġja l-użu flessibbli u jissottolinja l-iżvilupp kunċettwali attiv tal-kuntratti tal-bliet u r-reġjuni li huma proposti fil-pjani ta’ implimentazzjoni tal-Missjonijiet tal-UE;

24.

jipproponi li jinħoloq il-kunċett tat-Tikketta tal-Missjoni tal-UE għal dawk il-bliet u r-reġjuni li se jieħdu r-responsabbiltà biex juru l-prekursuri u s-sostenituri tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali Ewropea biex jintlaħqu l-miri tal-Missjoni tal-UE, u japplikaw fuq skala akbar ir-riżultati tas-soluzzjonijiet innovattivi tagħhom, u jappella sabiex jinsiltu tagħlimiet mill-prattiki diġà eżistenti, bħall-Patt tas-Sindki;

25.

jipproponi modi differenti kif tintuża t-Tikketta tal-Missjoni tal-UE biex tiżdied is-sinerġija ma’ inizjattivi rilevanti oħra tal-UE u ma’ inizjattivi relatati oħra u l-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament, bħall-Fond InvestEU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni I3, l-Interreg Europe, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Ewropa Diġitali, l-UE għas-Saħħa, il-BEI u l-EIT. Il-KtR jipproponi li tinħoloq sistema mifruxa mal-Ewropa kollha li permezz tagħha kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri jużaw it-Tikketta tal-Missjoni tal-UE biex jissemplifikaw il-proċessi ta’ applikazzjoni. It-Tikketta għandha tgħin fl-aċċess għall-fondi tal-UE u dawk nazzjonali biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet fil-livell lokali u reġjonali biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-Missjoni tal-UE u fl-istess ħin jittejbu l-proċeduri lokali u reġjonali;

26.

jirrimarka li, fil-livell lokali u reġjonali, iċ-Ċentri taż-ŻER jistgħu jkunu waħda mill-aktar għodod effettivi għall-allinjament tal-istrateġiji reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3/S4), mal-istrateġiji nazzjonali u Ewropej, iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, Orizzont Ewropa, u l-Missjonijiet tal-UE. Iċ-Ċentri taż-ŻER jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ proġetti ta’ strutturar li jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-Missjonijiet tal-UE u jimmobilizzaw is-sorsi differenti ta’ finanzjament madwarhom, għalhekk ikun utli li kull meta jkun possibbli t-Tikketta tal-Missjonijiet tal-UE tkun marbuta maċ-Ċentri taż-ŻER;

27.

ifakkar fil-ħtieġa li jinħolqu u jintużaw proċeduri effettivi ta’ ġestjoni tal-għarfien biex il-Missjonijiet tal-UE jiġu infurzati billi jintuża l-aħjar għarfien globali u reġjonali, filwaqt li jitqiesu l-kriterji etiċi tal-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni ta’ internazzjonalizzazzjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni. Għall-adozzjoni u l-espansjoni tar-riżultati, Orizzont Ewropa u strumenti oħra jeħtieġ li jkunu aktar dinamiċi għall-esperimentazzjoni u l-ħolqien ta’ prototipi f’ambjenti tad-dinja reali;

28.

jenfasizza li l-Missjonijiet tal-UE għandhom jiġi implimentati permezz ta’ proċess miftuħ u parteċipattiv, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell lokali, reġjonali, Ewropew u globali (5). L-involviment tar-reġjuni, tal-muniċipalitajiet u taċ-ċittadini, b’mod partikolari, se jkun kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Missjonijiet tal-UE. F’dan ir-rigward, għandu jiġi żgurat djalogu dirett ma’ dawn il-partijiet interessati f’kull Missjoni. Il-KtR huwa lest li jkun alleat b’saħħtu tal-Missjonijiet tal-UE;

29.

jindika li l-esperimenti u d-dimostrazzjonijiet tal-Missjoni tal-UE għandhom jiffukaw fuq l-istabbiliment ta’ attivitajiet biex ikomplu jixprunaw il-fruntieri tax-xjenza, l-akkwist ta’ teknoloġiji profondi, u l-kombinazzjoni ta’ innovazzjonijiet diġitali, fiżiċi, ambjentali, u innovazzjonijiet bijoloġiċi — u regolarment jirrieżaminaw u jaqsmu l-eżiti fil-livell ta’ prijorità. L-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti bħala kunċetti għal kollaborazzjoni reġjonali mal-industrija u r-riċerka għandu jkollhom profil għoli fil-Missjonijiet tal-UE;

Prospettiva u innovazzjonijiet soċjetali kruċjali għall-Missjonijiet tal-UE u maħluqin minnhom

30.

jafferma mill-ġdid li l-isfidi huma kumplessi, u teżisti biss parti mill-għarfien xjentifiku u teknoloġiku meħtieġ. L-ilħuq tal-miri huwa possibbli b’attivitajiet ta’ prospettiva estensivi, b’żieda fl-investimenti fir-R&Ż, bil-ħolqien ta’ prototipi tad-dinja reali, bl-esperimentazzjoni, u biż-żieda fir-riżultati;

31.

jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tar-riċerka għat-tipi kollha ta’ innovazzjonijiet u l-indirizzar tal-isfidi l-kbar tas-soċjetà. Għal dan il-għan jistenna li t-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi b’mod ġenerali, ikun aktar ibbażat fuq l-evidenza u ta’ appoġġ għar-riċerka u immirat fuq il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għall-innovazzjonijiet tas-soċjetà, u li jiġu implimentati malajr fil-prattika u l-proċessi tal-ħajja reali;

32.

ifakkar li l-miri ambizzjużi tal-Missjonijiet tal-UE jistgħu jintlaħqu biss billi jiġu appoġġjati proċessi ta’ tagħlim effettivi għall-mexxejja politiċi reġjonali u tal-organizzazzjonijiet, il-maniġers, l-esperti u ċ-ċittadini. Il-kunċetti mmexxija mill-bliet u r-reġjuni Ewropej iridu jitfasslu skont is-sitwazzjoni tar-reġjun permezz ta’ żvilupp professjonali sistemiku bbażat fuq il-proċess ta’ tagħlim fil-livell lokali għal kulħadd;

33.

jenfasizza li l-Missjonijiet tal-UE għandhom jiffukaw fuq l-użu tal-potenzjal tal-assi intanġibbli u l-kapital intellettwali. L-integrazzjoni ta’ dan l-għarfien fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi, speċjalment biex jinħolqu bliet intelliġenti u ċċentrati fuq il-bniedem, fejn l-enfasi li hija fuq is-sostenibbiltà, tista’ tkun strumentali biex jiġu katalizzati l-investimenti fil-kapital uman, il-kapital strutturali, il-kapital relazzjonali, u r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni b’mod ġenerali;

34.

jenfasizza l-importanza li wieħed jimxi lejn l-azzjoni, abbażi tad-dikjarazzjonijiet ewlenin fil-politika Ewropea dwar ir-riċerka u l-iżvilupp u t-teknoloġija kif definiti fir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-UE 2021 (6), speċjalment:

(a)

Id-deċennji li ġejjin se jkunu kkaratterizzati minn distribuzzjoni mill-ġdid dejjem akbar tal-potenza globali, u ċ-ċentru ġeoekonomiku tal-gravità tagħha se jimxi lejn il-Lvant.

(b)

L-UE tinsab f’kompetizzjoni globali għall-vantaġġ ta’ min jidħol l-ewwel fl-iffissar tal-istandards.

(c)

L-UE teħtieġ li tpoġġi lilha nnifisha b’mod aktar sod fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ teknoloġiji inklużivi tal-ġenerazzjoni li jmiss.

(d)

Lil hinn minn teknoloġiji speċifiċi, l-iperkonnettività qed tixpruna t-trasformazzjoni.

(e)

Il-materja prima kritika hija essenzjali għat-tranżizzjonijiet doppji tal-UE.

(f)

Is-sovranità diġitali tal-UE se tiddependi mill-kapaċità li taħżen, testratta u tipproċessa d-data, filwaqt li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ fiduċja, sigurtà u drittijiet fundamentali.

(g)

L-awtonomija strateġika Ewropea għandha tiġi promossa.

(h)

Taħlita intelliġenti ta’ politiki industrijali, tar-riċerka u tal-kummerċ ma’ sħubijiet internazzjonali tista’ tiżgura provvista sostenibbli u diversa;

35.

jirrimarka li fit-triq lejn l-azzjoni, l-iżvilupp tat-teknoloġija għandu, aktar milli kien s’issa, ikun allinjat mal-iżviluppi soċjoekonomiċi u jseħħ f’kuntest tad-dinja reali, biex b’hekk jiġu żgurati l-adozzjoni u l-espansjoni rapidi tar-riżultati;

36.

jipproponi li tiżdied il-kollaborazzjoni interistituzzjonali tal-UE dwar il-prospettiva bi rwoli speċjali għall-JRC, is-Servizzi ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew u l-KtR. Il-KtR jipproponi li, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u muniċipali, tiġi kkunsidrata l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet parteċipattivi tax-xjenza taċ-ċittadini b’mod ġenerali u fuq kollox għaż-żgħażagħ, speċjalment l-istudenti universitarji u tal-iskejjel sekondarji, għall-intraprendituri, u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi billi jiġu stabbiliti kumitati għall-futur li jiffokaw fuq il-prospettiva u l-valutazzjoni tat-teknoloġija;

Approċċ ġdid għat-teknoloġija u l-politika tar-riċerka u l-iżvilupp mill-Missjonijiet tal-UE

37.

jenfasizza li t-trasformazzjoni soċjetali u tal-imġiba li tappoġġja l-għanijiet tal-Missjoni tal-UE jeħtieġ li tkun inklużiva u pożittiva billi tapplika l-ħolqien ta’ prototipi b’mod wiesa’ u tesperimenta skont approċċ metodoloġiku;

38.

ifakkar li l-qalba tal-Missjonijiet tal-UE hija r-riċerka u l-innovazzjoni. L-isfidi kumplessi tas-soċjetà jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ żieda fl-investimenti tar-RŻI. Kemm iż-ŻER kif ukoll l-istudji industrijali jipprovdu evidenza ċara (7) li l-UE għadha lura meta mqabbla mal-kompetituri globali ewlenin tagħha fl-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp fin-negozju, b’mod partikolari fis-setturi tat-teknoloġija avvanzata, u fl-iskalar ta’ SMEs innovattivi, u dan iwassal għal effetti negattivi fuq il-produttività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività;

39.

jaqbel mal-miri taż-ŻER (8) li tingħata spinta lill-irkupru tal-Ewropa u li jiġu appoġġjati t-tranżizzjoni ekoloġika, diġitali u soċjali tagħha permezz ta’ appoġġ għall-kompetittività bbażata fuq l-innovazzjoni u permezz ta’ trawwim tas-sovranità teknoloġika f’oqsma strateġiċi ewlenin (eż. l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, iċ-ċibersigurtà, l-ekoloġiji tad-data, il-mikroelettronika, il-computing kwantistiku, il-5G, il-batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji tal-idroġenu, l-ambjenti mibnija b’emissjonijiet żero, il-mobbiltà intelliġenti, eċċ.) b’konformità mal-mudell ta’ awtonomija strateġika miftuħa;

40.

jappella sabiex politiki dwar in-newtralità karbonika bbażati fuq id-domanda li jkopru l-impronti u l-handprints tal-karbonju jservu bħala l-kriterji għal akkwist pubbliku sostenibbli. Minbarra l-impronta tal-karbonju, il-KtR jirrimarka l-importanza tal-handprint tal-karbonju, approċċ ġdid għall-ħolqien u l-kalkolu tal-impatt fuq il-klima billi jintwera l-impatt pożittiv li jagħmlu l-prodotti u s-servizzi li ma jagħmlux ħsara lill-klima (9);

41.

japprova l-miżuri adottati mill-industrija fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għall-handprint tal-karbonju, bil-għan li jinħolqu prodotti u sistemi estiżi ġodda, u soluzzjonijiet innovattivi oħra li għandhom parti essenzjali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi, u jirrimarka li mingħajr aċċellerazzjoni sinifikanti fl-innovazzjoni tal-enerġija nadifa, il-miri netti ta’ emissjonijiet żero mhux se jkunu jistgħu jintlaħqu;

42.

itenni l-ħtieġa għal teknoloġija ġdida. Ir-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) (10) juri evidenza analitika li 25 % tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju meħtieġ biex il-klima tad-dinja taqbad triq sostenibbli se jiġi minn teknoloġiji maturi. B’paragun, 41 % tat-teknoloġija meħtieġa se jiġu minn teknoloġiji ġodda fil-fażi bikrija tal-adozzjoni, u 34 % se jiġu mit-teknoloġija mill-istadju tad-dimostrazzjoni, l-istadju tal-prototip, jew teknoloġija li għadha lanqas biss ġiet ikkonċepita;

43.

jirrimarka l-importanza u l-kumplessità tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Il-kejl bażiku tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra juża l-kampijiet ta’ applikazzjoni 1 u 2. Permezz tal-użu wkoll tal-kamp ta’ applikazzjoni 3, jistgħu jintlaħqu l-miri ta’ emissjonijiet netti żero u negattivi. Il-kamp ta’ applikazzjoni 3 jinkludi l-emissjonijiet indiretti l-oħra kollha li jseħħu tul il-katina tal-valur kollha;

44.

jenfasizza r-rwol tal-Missjonijiet tal-UE fil-qalba tal-prijoritajiet tal-UE biex it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali ssir realtà. Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-fażi ta’ pilotaġġ tal-inizjattiva “Ċentri taż-ŻER” biex tiffaċilita l-kollaborazzjoni reġjonali tar-RŻI u l-iskambju tal-aħjar prattiki, bl-inċentiv li jiġi massimizzat il-valur tal-produzzjoni, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-għarfien. Il-KtR iħeġġeġ lill-Missjonijiet tal-UE biex jistħarrġu l-użu taċ-Ċentri taż-ŻER bħala għodda biex jikkollegaw l-ekosistemi lokali u reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni, u biex jissieħbu b’mod attiv ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali biex imexxu ċ-Ċentri taż-ŻER sabiex tiġi żviluppata kooperazzjoni konkreta;

45.

jenfasizza li s-sistema ta’ Ċentri taż-ŻER tipprova tipprovdi elementi nieqsa fix-xenarji taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jinħolqu soċjetajiet tal-għarfien Ewropej b’saħħithom fl-Ewropa kollha bil-għan li tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni tas-soċjetajiet lejn tkabbir ekoloġiku, sostenibbli u diġitali. In-network taċ-Ċentri taż-Żona Ewropea tar-Riċerka idealment jiżgura li l-ekosistemi lokali u reġjonali tar-RŻI jsiru parti integrali tal-ekosistema tar-RŻI madwar l-Ewropa kollha;

46.

jappoġġja l-possibbiltà ta’ kontribut lokali attiv għall-implimentazzjoni integrata taċ-Ċentri taż-ŻER, esperimentazzjoni oħra tal-ekosistemi reġjonali, u l-Missjonijiet tal-UE fl-esperimentazzjoni, il-ħolqien ta’ prototipi rapidi, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-espansjoni tal-effettività tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-bliet u r-reġjuni;

47.

jirrikonoxxi li l-orkestrazzjoni ta’ għarfien, ideat u tagħlim reġjonali u lokali differenti hija essenzjali għall-ħolqien ta’ approċċ pan-Ewropew għal azzjoni innovattiva. Il-kondiviżjoni tat-tagħlim fost il-bliet u r-reġjuni, kif ukoll bejn il-ħames Missjonijiet tal-UE, hija essenzjali. Il-KtR jirrakkomanda l-ħolqien bikri ta’ network ta’ tagħlim konġunt li permezz tiegħu l-għarfien essenzjali, kemm dwar il-proċess kif ukoll il-kontenut, jista’ jiġi kondiviż u mifrux fuq skala adattata għad-daqs tal-bliet u reġjuni oħra, u estiż għal Missjonijiet tal-UE oħra, u għall-Ewropa kollha;

48.

jappella sabiex il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjonijiet tal-UE jiġu ppubblikati matul il-Presidenza Franċiża biex jipprovdu wkoll opportunità biex jissaħħaħ il-kunċett taċ-Ċentri taż-ŻER, li l-Missjonijiet jeħtieġ li jkunu jiddependu minnhom sabiex ikunu ankrati b’suċċess fil-livell lokali u reġjonali. Dawn il-konklużjonijiet għandhom jissottolinjaw ukoll l-importanza tal-infrastruttura tar-riċerka, li hija appoġġjata bis-sħiħ mill-bliet u r-reġjuni, u hija kruċjali għat-twettiq tal-Missjonijiet tal-UE;

49.

jafferma li, filwaqt li hija prijorità li jiġu implimentati l-Missjonijiet li diġà ġew deċiżi, ir-riflessjoni għandha tkompli mingħajr waqfien fuq il-prospett li jinħolqu missjonijiet ġodda meta jinqalgħu sfidi kollettivi ġodda kbar. Il-kwistjoni kruċjali għat-tħejjija tas-soċjetajiet Ewropej biex jindirizzaw it-tħejjija u l-ġestjoni tat-theddid u l-kriżijiet tas-saħħa għandha, wara l-ħolqien tal-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA), tikkontribwixxi għal riflessjoni dwar missjoni ġdida li tiffoka fuq din l-isfida minħabba n-natura sistemika, trasversali u ta’ diversi partijiet ikkonċernati tagħha;

L-esperjenzi tal-KtR: Sinerġija bejn il-Missjonijiet tal-UE u strumenti ta’ politika ewlenin oħra

50.

iħeġġeġ li l-Missjonijiet tal-UE għandhom jibnu fuq l-esperjenza u l-għarfien tal-inizjattivi u l-programmi tal-UE eżistenti biex joperaw f’sinerġija. Il-bidla sistemika teħtieġ il-ħolqien konġunt ta’ ekosistemi trasformattivi bbażati fuq it-tagħlim u r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni b’sinerġija xjentifika u operazzjonali interdixxiplinari fl-Ewropa u li jkopru l-ħames Missjonijiet tal-UE;

51.

itenni l-ħtieġa li tinfirex il-mentalità li naħdmu flimkien b’mod miftuħ u li tiżdied il-kollaborazzjoni lokali u s-sħubijiet Ewropej fl-invenzjoni ta’ futur ġdid iċċentrat fuq il-bniedem u sostenibbli għall-Ewropa. Il-kapaċitajiet potenzjali jiddependu fil-biċċa l-kbira mil-livelli lokali u reġjonali fil-partijiet kollha tal-Ewropa. Il-ħeffa hija essenzjali. L-isfidi l-kbar tas-soċjetà jeħtieġ li jiġu indirizzati fis-snin li ġejjin. L-għarfien u t-tagħlim huma l-qofol;

52.

jipproponi li tingħata attenzjoni speċjali lill-istadji fl-implimentazzjoni tal-Missjonijiet tal-UE mill-bliet u mir-reġjuni bir-rwol ta’ appoġġ tal-KtR, inklużi l-governanza f’diversi livelli, il-finanzjament, u l-eżekuzzjoni b’suċċess dwar kif jistgħu jintlaħqu l-miri ambizzjużi billi jiġu integrati b’mod effettiv fil-politiki tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, speċjalment l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3/S4), iċ-Ċentri taż-ŻER, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, u inizjattivi, programmi u strumenti rilevanti oħra pprovduti mill-politiki tal-UE f’diversi livelli;

53.

huwa impenjat li jorganizza attivitajiet ta’ tagħlim f’kollaborazzjoni mal-JRC biex jappoġġja l-attivitajiet tal-Missjoni tal-UE taħt l-intestaturi “Ix-Xjenza tal-Belt” u “Ix-Xjenza tiltaqa’ mar-Reġjuni” billi jagħti spinta lill-attivitajiet ta’ impatt fuq skala wiesgħa u jaqsam ir-riżultati tal-Missjonijiet tal-UE. Miżuri fuq perjodu ta’ żmien qasir mhumiex rispons adegwat biex jiġi indirizzat dak li huwa verament meħtieġ. Attività utli hija li jiġi appoġġjat il-ħolqien tan-network ta’ Ċentri Futuri reġjonali biex jiġu stimolati l-kreattività u l-mentalità intraprenditorjali u dawn jintrabtu mal-Bauhaus il-Ġdida, mal-ħidma tal-SDG tan-NU u mal-Laboratorji tal-Litteriżmu tal-Futur tal-Unesco biex tiġi żgurata kemm is-sostenibbiltà fuq perjodu qasir kif ukoll dik fit-tul tal-inizjattivi meħuda;

54.

iħeġġeġ l-approfondiment tal-kollaborazzjoni man-networks Ewropej li huma attivi fit-tisħiħ tar-RŻI fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, bħall-EUA, l-EARTO u l-ERRIN. Barra minn hekk, kull Missjoni tal-UE għandha tikkollabora b’mod effettiv man-networks tagħha speċifiċi għat-temi, bħas-CEMR, il-Eurocities u s-CPMR. Il-KtR jikkollabora b’mod estensiv ma’ dawn in-networks kollha tal-partijiet ikkonċernati biex jiżgura li l-Missjonijiet tal-UE bħala strument ta’ politika ġdid minn isfel għal fuq joħolqu l-impatt mixtieq;

55.

iħeġġeġ l-importanza li jissaħħu l-kapaċitajiet tar-reġjuni u l-bliet biex japplikaw għall-finanzjament tal-Missjoni tal-UE u li jintużaw l-esperjenzi ta’ inizjattivi fuq skala kbira u ffinanzjati mill-UE bħan-Network Ewropew tal-Laboratorji Ħajjin, l-Inizjattiva Vanguard, Digitalising Cities (id-Diġitalizzazzjoni tal-Bliet), Open & Agile Smart Cities (Bliet Intelliġenti Miftuħa u Aġli), City Science Initiative (Inizjattiva Xjenza fil-Bliet), u Living-in.EU (il-mod Ewropew ta’ trasformazzjoni diġitali fil-bliet u fil-komunitajiet). Dan se jtejjeb ir-reżiljenza, ir-rispons u l-parteċipazzjoni attiva tal-bliet u r-reġjuni fir-riformi Ewropej, u se jsaħħaħ l-inklużjoni taċ-ċittadini madwar l-UE kollha. Min-naħa tiegħu dan ser jaġixxi bħala multiplikatur tal-impatt tal-inizjattivi tal-UE u jiżgura distribuzzjoni usa’ u aktar ġusta tar-riżorsi, sabiex il-kundizzjonijiet kullimkien ikunu aktar adatti biex jinġabru l-fondi minn sorsi tal-UE u mhux tal-UE u biex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ żvilupp;

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull Missjoni

56.

jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni bejn il-missjonijiet fil-livelli kollha ta’ governanza. Il-KtR jenfasizza li l-Missjonijiet tal-UE flimkien għandhom objettiv komuni ċar: l-invenzjoni ta’ futur intelliġenti sostenibbli. Dan jista’ jintwera billi jiġu indirizzati l-kokreazzjoni u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni:

L-adattament għat-tibdil fil-klima: il-ġestjoni ta’ għargħar, nirien fil-foresti u diżastri oħra, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, verifika tar-reżistenza klimatika ta’ infrastruttura kritika, sistemi ta’ sorveljanza u ta’ twissija dwar l-effetti fuq is-saħħa tan-nies;

Il-Kanċer: is-saħħa b’mod ġenerali, żieda fil-miżuri ta’ prevenzjoni, b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni ta’ stili ta’ għajxien tajbin għas-saħħa;

L-oċeani u l-ilma: il-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi akkwatiċi, it-tnaqqis tat-tniġġis, u li l-ekonomija blu ssir newtrali għall-klima;

Bliet Newtrali għall-Klima: progress f’soluzzjonijiet ambjentali, infrastrutturali, u industrijali li huma trażversali, u li jikkontribwixxu għan-newtralità klimatika tal-bliet;

Il-Ħamrija: il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-użu tal-art, u s-salvagwardja fiċ-ċirkostanzi kollha tal-ilma ta’ taħt l-art ħelu u b’saħħtu;

57.

jipproponi l-attivitajiet speċifiċi għal kull Missjoni li ġejjin biex jiżdied l-impatt tal-Missjonijiet tal-UE:

(a)   L-Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Il-KtR jenfasizza li l-Missjoni għall-Adattament għat-Tibdil fil-Klima għandu jkollha rwol ġenerali essenzjali, speċjalment dwar il-prospettiva u l-kapaċità li tħeġġeġ lill-atturi kollha tal-Ewropa biex jikkontribwixxu b’mod attiv għall-Missjonijiet tal-UE. Din il-Missjoni għandha tiffoka fuq l-għarfien soċjali u tas-soċjetà, u biex tikseb impenn ġenerali biex jinħolqu soluzzjonijiet sistematiċi fuq skala kbira. B’mod partikolari, għandha tindirizza l-isfidi tat-trasformazzjoni ekoloġika tal-industrija, tal-akkomodazzjoni u tal-mobbiltà. It-telf minħabba t-tibdil fil-klima diġà jammonta għal medja ta’ EUR 12-il biljun fis-sena, u l-UE għandha tagħmel analiżi makrofiskali dwar il-klima biex tkun konvinċenti ħalli naċċelleraw il-miżuri tal-adattament b’mod parallel mal-mitigazzjoni. L-approċċ għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet mit-tibdil fil-klima għandu jinkludi wkoll aspetti soċjali u kwistjonijiet ta’ koeżjoni.

(b)   Il-kanċer

Il-KtR jenfasizza l-importanza tar-riċerka tal-ogħla livell madwar id-dinja, u jħeġġeġ lir-riċerkaturi u lill-innovaturi biex iżidu l-kollaborazzjoni Ewropea u transsettorjali fost il-partijiet ikkonċernati biex din il-Missjoni tirnexxi. Il-KtR jenfasizza l-importanza tal-espansjoni tat-tilqim kontra l-HPV u l-biobanking, u l-aċċess għat-terapiji l-aktar innovattivi, kif ukoll l-importanza tat-tixrid tal-aħjar prattiki fost il-pajjiżi u r-reġjuni. Waħda mill-isfidi hija d-disparitajiet fl-aċċess għall-kura tal-kanċer bejn il-pajjiżi tal-UE u r-reġjuni u fi ħdanhom, kif ukoll il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti. Għalhekk, it-titjib tal-aċċess għal skrinjar bikri, għodod dijanjostiċi ġodda, u trattamenti tal-kanċer innovattivi fil-pajjiżi Ewropej u fir-reġjuni huwa vitali u jirrikjedi investiment fl-infrastruttura, fit-tagħmir, fit-trasformazzjoni diġitali tal-kura tas-saħħa, fil-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas-saħħa, u fil-mudelli ġodda ta’ kura. Sfida oħra hija l-aċċess għal trattament u prodotti mediċi affordabbli, l-istess bħalma hija l-kwalità tal-appoġġ individwalizzat lill-pazjenti u l-innovazzjoni soċjali favur il-persuni li jindukraw.

(c)   Restawr tal-Oċean u l-Ilmijiet tagħna sal-2030

Il-KtR jenfasizza li l-irkupru ta’ oċeani u ilmijiet b’saħħithom, u l-iżgurar tal-ilma ħelu huma l-kwistjonijiet globali marbuta mad-destin tagħna, fuq terminu qasir u twil. Il-problemi tat-tniġġis jistgħu jissolvew biss billi tiġi enfasizzata d-dimensjoni internazzjonali: id-dimensjoni tal-baċir tal-baħar bħall-Mediterran, l-Atlantiku, il-Baltiku, u l-Baħar l-Iswed, u l-baċir tax-Xmara Danubju, u ż-żieda fil-kollaborazzjoni bejn ir-reġjuni. Jeħtieġ ukoll li tingħata attenzjoni partikolari lill-Artiku. Il-KtR jappella sabiex il-baħar u l-ilmijiet isiru ambizzjoni komuni ġdida fil-qalba tat-tnedija mill-ġdid tal-proġett Ewropew; huwa jenfasizza li l-enfasi speċifika fuq ir-riċerka u t-teknoloġiji tal-ilma nadif u fuq forniment aktar effiċjenti hija essenzjali għall-Missjoni, kif ukoll għall-ekonomija blu tal-oċeani, b’enfasi fuq l-intraprenditorija, it-turiżmu sostenibbli, id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu u l-enerġija rinnovabbli tal-baħar. Dawn se joħolqu opportunitajiet estensivi ġodda għal kollaborazzjoni kummerċjali transfruntiera u innovattiva. Il-KtR jenfasizza l-ħtieġa li l-bliet u r-reġjuni jiġu mobilizzati biex jibnu networks Ewropej li jgħaqqdu l-ekosistemi tal-innovazzjoni marittima lokali madwar il-ktajjen tal-valur u joħolqu innovazzjonijiet fl-industriji marittimi.

(d)   Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti

Il-KtR jisħaq li l-Ewropa teħtieġ bliet attivi pijunieri biex joħolqu flimkien soluzzjonijiet urġenti ġodda u jikkondividu r-riżultati tal-esperimenti tagħhom mal-oħrajn — il-bliet u r-reġjuni kollha madwar l-Ewropa jeħtieġ li jiġu involuti u appoġġjati. Il-bliet pijunieri għandhom jintużaw bħala ċentri ta’ innovazzjoni li joħolqu flimkien soluzzjonijiet li jistgħu jiġu replikati u li jkunu direttament applikabbli, li għandhom jiġu estiżi għall-bliet Ewropej l-oħra kollha fit-tranżizzjoni tagħhom lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Il-bliet li applikaw iżda li ma ntgħażlux għandhom jinġabru flimkien fi grupp estiż mill-Kummissjoni tal-UE sabiex ikunu jistgħu jużaw b’ħafna modi l-progress u r-riżultati tal-bliet ewlenin, inkluża l-applikazzjoni diretta ta’ soluzzjonijiet riproduċibbli. Programmi u proġetti ta’ suċċess li diġà jeżistu jew “inizjattivi ekoloġiċi” relatati huma elenkati fl-Addendum għall-pjan ta’ implimentazzjoni ta’ din il-Missjoni. It-tagħlimiet meħuda għandhom jintużaw bħala bażi għall-ħolqien ta’ pjani direzzjonali f’diversi livelli lejn in-newtralità klimatika tal-bliet. Għandhom jinħolqu komunitajiet ta’ trasformazzjoni b’diversi atturi bi strumenti konġunti, li jipprevjenu lil kull komunità milli topera waħedha. Il-KtR jisħaq fuq it-tħejjija tal-Kuntratti tal-Bliet dwar il-Klima mill-bliet parteċipanti bħala proċess immexxi mid-domanda li għandu jippermetti li jinstabu soluzzjonijiet lokali, iżda li jirrikjedi appoġġ qawwi mil-livelli nazzjonali u reġjonali.

(e)   Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa

Il-KtR jenfasizza l-ħtieġa ta’ riflessjoni dwar is-sistema u l-ġestjoni tat-trasformazzjoni strumentali, inklużi r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u t-tagħlim, biex jintlaħqu l-miri tal-Missjoni dwar il-Ħamrija, li tkopri t-tipi kollha ta’ użi tal-art, u l-ħtieġa li jiġu mistħarrġa perkorsi ġodda għal trasformazzjoni aktar ambizzjuża tal-politika tal-PAK tal-UE. Sabiex jiżdied is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u fil-foresti, it-tfassil mill-ġdid tas-sistemi ta’ produzzjoni agrikola u l-ħolqien ta’ raggruppamenti transnazzjonali ta’ laboratorji ħajjin huma kruċjali biex il-Missjoni tirnexxi. L-appoġġ għall-bijodiversità u l-preferenza taċ-ċittadini għal bijoprodotti bbażati fuq il-foresti, u ikel sostenibbli u minn sorsi lokali huma azzjonijiet meħtieġa f’ambjenti rurali u urbani. Punt essenzjali ieħor huwa kif l-attivitajiet tal-foresti jistgħu jsiru attraenti u ekonomikament sostenibbli, mingħajr ma tintilef il-profitabbiltà, sabiex jappoġġjaw il-miri tal-Missjoni dwar il-Ħamrija;

Ir-rwol tal-KtR fl-appoġġ ta’ trasformazzjoni Ewropea u dinjija

58.

jenfasizza li n-nies jgħixu u jaħdmu fil-bliet u fir-reġjuni u l-attivitajiet kollha tal-Missjoni tal-UE għandhom jiffukaw fuq in-nies: minn partijiet ikkonċernati tan-negozju, akkademiċi u governattivi sa ċittadini individwali ta’ kull età u sfond. Il-KtR, il-JRC, u atturi rilevanti oħra jafu b’diversi teknoloġiji effettivi u li taw prova tagħhom għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, minn skoperta intraprenditorjali sal-kampijiet tal-innovazzjonijiet tas-soċjetà li għandhom jintużaw biex jiġi żgurat l-involviment taċ-ċittadini;

59.

jinsab lest li jilħaq lill-komunitajiet lokali biex jissensibilizza dwar il-Missjonijiet tal-UE u jgħinhom jinvolvu ruħhom maċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa;

60.

jissottolinja li l-Missjonijiet tal-UE se jirnexxu biss jekk jitnaqqas id-distakk fl-għarfien u fl-innovazzjoni fl-Ewropa u jiġi enfasizzat id-distakk fl-innovazzjoni bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti. L-enfasi jeħtieġ li tkun fuq miżuri ambizzjużi konkreti u inklużivi fil-ħajja reali li jużaw ir-riżultati tar-RŻI;

61.

jenfasizza li l-iżviluppi l-ġodda fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni huma rekwiżit għas-suċċess tal-Missjonijiet tal-UE. Dan ifisser soluzzjonijiet estensivi ġodda li jiżguraw il-komplementarjetà u t-trawwim ta’ sinerġiji mal-programmi qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, u programmi u fondi oħra tal-Unjoni u globali. Pass ġdid huwa t-tmexxija tas-sistema taċ-Ċentri taż-ŻER, li għandha tippromovi l-użu tal-inizjattivi rilevanti kollha tal-UE dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bħala parti essenzjali mit-tfassil tal-politika reġjonali;

62.

jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-Missjonijiet tal-UE se trawwem tmexxija lokali u reġjonali fl-UE, iżda wkoll madwar id-dinja. Il-KtR, fit-tisħiħ tar-rwol tal-bliet u tar-reġjuni fil-Patt tas-Sindki u f’networks globali oħra, għandu joħloq sinerġija bejn il-Missjonijiet tal-UE u l-attivitajiet u l-kampanji tal-SDG tan-NU Race to Żero (It-Tellieqa għal Żero) u Race to Resilience (It-Tellieqa għar-Reżiljenza). It-tisħiħ tat-tmexxija globali tal-bliet u r-reġjuni tal-UE jista’ jappoġġja wkoll l-isforz tal-KtR lejn ir-rikonoxximent formali tal-gvernijiet sottonazzjonali fil-qafas tal-UNFCCC u fit-tħejjija għall-COP27;

Sinteżi tal-fatturi kritiċi ta’ suċċess

63.

jiġbed l-attenzjoni li l-Ewropa jeħtieġ li ssaħħaħ il-kompetittività globali tagħha abbażi tal-għarfien, is-sħubijiet f-Ewropa kollha, il-kapaċitajiet u t-talenti biex taħdem favur il-futur — approċċ inklużiv li jinvolvi lil kulħadd. L-Ewropa għandha opportunità li tassumi r-rwol ta’ mexxejja globali li timplimenta politiki kollaborattivi biex jintlaħqu l-SDGs, u tindirizza t-tibdil fil-klima;

64.

jissottolinja li l-azzjoni fil-ħajja reali hija ċ-ċavetta għall-Missjonijiet tal-UE. Ir-riċerka hija essenzjali biex jinħolqu soluzzjonijiet ġodda u biex jiġu ddeterminati l-aħjar modi ’l quddiem — l-applikazzjonijiet adatti huma essenzjali biex jinkisbu r-riżultati. Il-Missjonijiet tal-UE ser ikunu ta’ suċċess jekk jiltaqgħu ma’ ekosistema lokali abilitanti. Dan ma jirrigwardax biss it-teknoloġija u r-riċerka; dan huwa, fuq kollox, approċċ iċċentrat fuq il-bniedem li jibni l-kompetenzi, jindirizza r-riskji lokali, u jaċċessa l-aħjar riżorsi madwar l-Ewropa kollha. L-aspetti umani fl-innovazzjoni huma essenzjali għall-ħolqien konġunt ta’ soluzzjonijiet sostenibbli;

65.

jiddikjara li l-Missjonijiet tal-UE huma essenzjali sabiex jappoġġjaw it-trasformazzjoni tal-Ewropa f’kontinent aktar ekoloġiku, aktar b’saħħtu, aktar inklużiv u reżiljenti. Biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi, kull Missjoni tal-UE jeħtieġ li topera bħala portafoll estensiv ta’ azzjonijiet. Dawn il-portafolli Ewropej jeħtieġ li jiġu ffurmati abbażi ta’ portafolli ta’ azzjonijiet komprensivi orkestrati fil-livell reġjonali u lokali, inklużi proġetti ta’ riċerka integrati, miżuri ta’ politika u leġiżlattivi, u attivitajiet ta’ implimentazzjoni lokali;

66.

jenfasizza l-ħtieġa li tiġi kofinanzjata u appoġġjata l-ħidma ta’ kuljum tal-bliet u tar-reġjuni fil-ħolqien tal-valur tagħhom u fit-tagħlim komparattiv biex jiżdiedu l-aħjar proċessi u azzjonijiet għall-benesseri ta’ kuljum taċ-ċittadini. Ir-rwol tal-komunitajiet dimostraturi huwa li jaġixxu bħala pijunieri, żviluppaturi, u dawk li jittestjaw l-ewwel il-bidla sistemika għall-oħrajn kollha;

67.

jinsab lest li jikkoopera mal-Missjonijiet tal-UE sabiex il-proċessi ta’ valutazzjoni komparattiva u ta’ tagħlim komparattiv jagħmilhom attraenti għall-bliet/ir-reġjuni ta’ dimostrazzjoni u oħrajn. L-istrumenti ta’ finanzjament jeħtieġ li jkunu innovattivi u flessibbli, u jħeġġu l-interessi reali tal-bliet/reġjuni;

68.

jenfasizza li l-mistoqsijiet ewlenin huma kif il-bliet u r-reġjuni jitgħallmu jorganizzaw l-attivitajiet meħtieġa u kif l-attivitajiet jattiraw investimenti industrijali privati u investimenti oħra. In-network taċ-Ċentri taż-ŻER idealment jiżgura li l-ekosistemi lokali u reġjonali tar-RŻI jsiru parti integrata mill-ekosistema tar-RŻI madwar l-Ewropa kollha;

69.

jitlob prevedibbiltà soċjetali u teknoloġika aħjar u kollaborazzjoni akbar bħala l-fatturi kritiċi ta’ suċċess biex jiġu aċċellerati l-investimenti industrijali u investimenti oħrajn biex jintlaħqu n-newtralità karbonika u miri oħra tal-Missjoni tal-UE. Il-politika orjentata lejn il-missjonijiet hija adatta tajjeb biex issaħħaħ id-dimensjoni minn isfel għal fuq fis-sistema unika tal-UE ta’ governanza f’diversi livelli: it-tagħlimiet meħuda jistgħu u se jiġu kondiviżi b’mod attiv madwar l-Istati Membri. Hija meħtieġa kunsiderazzjoni u integrazzjoni aktar sostanzjali tal-objettivi tal-Missjonijiet tal-UE fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni futura; l-ipprezzar tal-karbonju u l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” huma eżempji ta’ dan;

70.

jenfasizza li l-aħħar linji gwida tal-politika industrijali u tal-innovazzjoni fil-livell tal-UE, il-pjani relatati u l-għarfien u l-innovazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda meħtieġa jeħtieġ li jiġu integrati fil-Missjonijiet tal-UE u jiġu żviluppati u ttrasferiti lejn soluzzjonijiet u prattiki tal-ħajja reali permezz ta’ ġestjoni effettiva tal-għarfien minn isfel għal fuq; u azzjonijiet oħra;

71.

jirrikonoxxi l-ħtieġa għal pjattaformi diġitali tal-Missjoni tal-UE: sabiex jiġi aċċellerat it-trasferiment u l-ġestjoni tal-għarfien, jiġu appoġġjati l-kollaborazzjoni virtwali u t-tlaqqigħ ta’ sħubijiet, jiġu ssemplifikati l-proċessi ta’ finanzjament, eċċ. Dawn jeħtieġ li jinħolqu flimkien mar-rappreżentanti tal-bliet u tar-reġjuni;

72.

jindika li proċessi ta’ ħidma ġodda adatti u effettivi huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-Missjonijiet tal-UE jirnexxu. Dawn il-proċessi jridu jirriflettu t-tagħlimiet mill-Innovazzjoni Miftuħa 2.0, diversi inizjattivi tal-ispiral kwadruplu, u bosta oħrajn, sabiex joħolqu b’mod konġunt governanza parteċipattiva attraenti u tal-ġenerazzjoni li jmiss. Il-firxa sħiħa taċ-ċittadini jeħtiġilha tkun involuta, miż-żgħażagħ sal-anzjani. L-attivitajiet tal-Missjonijiet għandhom jikkunsidraw diversi aspetti ta’ ġenerazzjonijiet differenti u joħolqu metodi innovattivi u responsabbli biex jintlaħaq l-impenn meħtieġ għall-invenzjoni ta’ futur sostenibbli għall-Ewropa.

Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Plenarja tal-KtR tas-27 ta’ Jannar 2022, Riżoluzzjoni dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (ĠU C 270, 13.7.2022, p. 1).

(2)  Plenarja tal-KtR tal-1-2 ta’ Diċembru 2021, Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022 (ĠU C 97, 28.2.2022, p. 1).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Missjonijiet Ewropej — COM(2021) 609 final

(4)  Aġenda ta’ Politika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka — Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet għall-perjodu 2022-2024, Kummissjoni Ewropea 2021 (mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  Opinjoni tal-KtR dwar Orizzont Ewropa: id-disa’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COR-2018-03891) (ĠU C 461, 21.12.2018, p. 79).

(6)  Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021, (COM (2021) 750 final).

(7)  ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020) 628 final).

(8)  ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020) 628 final).

(9)  Plenarja tal-KtR 1 ta’ Lulju 2021, Opinjoni dwar Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima — L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (ĠU C 440, 29.10.2021, p. 42).

(10)  Perspettivi tat-Teknoloġija tal-Enerġija tal-AIE 2020.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/33


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa

(2022/C 301/06)

Relatur:

Christophe CLERGEAU (FR/PSE), Membru tal-Kunsill Reġjonali ta’ Pays de la Loire

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Kummenti ġenerali

1.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jfakkar li f’Marzu 2020, il-Presidenza tiegħu appellat lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu Mekkaniżmu tas-Saħħa Ewropew (1), u li żviluppa din l-idea fl-Opinjoni li huwa fassal sussegwentement fl-2020 dwar “Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa” (2), u jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2021) 576 ġiet ispirata minn din l-Opinjoni.

Id-dibattitu dwar il-ħolqien tal-HERA sar f’kuntest ikkaratterizzat mill-kontinwazzjoni tal-epidemija tal-COVID-19, li ħeġġiġna aktar minn qatt qabel biex is-saħħa nagħmluha prijorità għall-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-għan tal-ħolqien tal-HERA huwa usa’ u jikkonċerna kull tip ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem, fuq skala kbira u/jew transfruntier, kif ukoll il-fażijiet kemm tat-tħejjija kif ukoll tal-ġestjoni tal-kriżijiet, li magħhom għandhom jiżdiedu l-isfidi tal-prevenzjoni u r-reżiljenza tas-soċjetajiet u t-territorji, u dan kollu fil-kuntest usa’ tal-gwerra fl-Ukrajna, li qed ikollha impatt enormi fuq is-servizzi tas-saħħa, l-infrastruttura, u l-kooperazzjoni transfruntiera li diġà kienu taħt pressjoni u eżawriti ħafna fl-eqqel tal-pandemija tal-COVID-19.

2.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappoġġja l-ħolqien tal-HERA bħala l-awtorità responsabbli għat-tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, meta wieħed iqis, minn naħa, ir-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, is-saħħa pubblika u l-kura tas-saħħa, kif ukoll għat-tħejjija għall-kriżijiet u l-ġestjoni tal-kriżijiet, u min-naħa l-oħra, ir-rwol importanti tar-reġjuni għaliex fl-Ewropa, żewġ terzi tal-Istati Membri għandhom sistemi tas-saħħa deċentralizzati u jsegwu regoli differenti. Huwa enfasizza l-ħtieġa għal ħarsa ġenerali lejn il-protezzjoni tal-popolazzjoni, filwaqt li l-azzjoni tal-Kummissjoni għadha frammentata bejn diversi ċentri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll l-appoġġ li l-UE kellha tipprovdi lill-Istati u r-reġjuni.

3.

Il-kriżijiet tas-saħħa, tkun xi tkun l-oriġini tagħhom, huma ta’ periklu għall-popolazzjonijiet li jaffettwawhom b’mod inugwali ħafna, iżda wkoll theddida għall-integrazzjoni Ewropea nnifisha jekk ma tkunx tista’ tirreaġixxi għalihom b’mod rapidu, effiċjenti, koerenti u inklużiv. Il-kriżi tal-COVID-19 poġġiet taħt prova s-solidarjetà bejn l-Ewropej, l-integrità tas-suq intern u l-kooperazzjoni fiż-żona ta’ Schengen. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li l-kriżi wriet ukoll li l-objettivi tas-sigurtà tas-saħħa tal-UE u l-protezzjoni tal-popolazzjoni “ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali”, u li ż-żieda fl-intervent tal-UE f’dan il-qasam hija għalhekk konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà (3).

4.

Filwaqt li l-ġestjoni tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura hija kompetenza nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea għandha rwol importanti x’taqdi fil-protezzjoni tas-saħħa tan-nies u l-preżervazzjoni tas-suq uniku, jiġifieri f’konformità mat-Trattati li jinkludu l-protezzjoni tas-saħħa tan-nies bħala rekwiżit essenzjali, u billi tkun inkarigata bir-rwol li tħares l-acquis communautaire. Dan għandu jitwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, u hemm raġuni tajba biex jiġi involut il-Parlament Ewropew. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jixtieq isemma’ leħnu f’dan id-dibattitu, l-ewwel nett minħabba li fil-kuntest tal-kriżi, l-azzjoni lokali hija essenzjali biex il-komunitajiet jiġu protetti, it-tieni minħabba li ħafna reġjuni għandhom setgħat importanti fil-qasam tas-saħħa u, fl-aħħar nett, minħabba li l-appoġġ tar-reġjuni għall-innovazzjoni u l-industrija huwa element ewlieni biex il-kontromiżuri isiru disponibbli għall-indirizzar tal-kriżijiet.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-HERA fir-rigward tal-azzjoni, il-governanza u l-perkors inkrementali

5.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jirrakkomanda li l-HERA tingħata kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ħafna għal azzjoni, kif propost mill-Kummissjoni, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi ta’ korpi eżistenti oħrajn (4). L-għan huwa li jiġi indirizzat it-theddid għas-saħħa tal-bniedem li jista’ jkun naturali, inċidentali jew deliberat, inkluż bħala riżultat ta’ atti terroristiċi, kif ukoll ta’ oriġini pandemika, bijoloġika, ambjentali, nukleari, jew mhux magħrufa.

6.

Huwa jenfasizza li, minbarra l-ambitu tal-intervent, anke l-ambitu tal-attivitajiet tal-HERA huwa wiesa’ ħafna, peress li l-għan huwa li jiġu identifikati u analizzati r-riskji qabel il-kriżijiet, li jiġu promossi miżuri proattivi, li tissaħħaħ il-kapaċità tas-soċjetajiet u r-reġjuni biex jindirizzaw il-kriżijiet, li jiġu definiti xenarji ta’ ġestjoni li jinkludu reazzjonijiet adatti, li tissaħħaħ ekosistema industrijali u tar-riċerka u l-innovazzjoni li tippermetti l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ kontromiżuri mfassla apposta u fl-aħħar nett biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ dawn il-kontromiżuri fil-bliet u r-reġjuni kollha tal-UE u fost il-komunitajiet kollha.

7.

Fid-dawl ta’ dawn l-isfidi enormi, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jinsab imħasseb dwar il-kapaċità tal-HERA li twettaq il-kompiti tagħha b’suċċess.

8.

Filwaqt li l-ħolqien tal-HERA bħala servizz intern tal-Kummissjoni jrid jitqies bħala għażla prammatika li tippermetti progress rapidu u koordinazzjoni tal-attivitajiet differenti tal-Kummissjoni bl-aħjar mod possibbli, din l-għażla għandha tkun biss temporanja, u tiġi riveduta fi żmien dovut. L-istatus tas-servizz intern tal-Kummissjoni ma għandux iservi ta’ ostaklu għar-reklutaġġ ta’ persunal speċjalizzat u ta’ livell għoli meħtieġ għat-tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa. Huwa importanti li tiġi ggarantita l-awtonomija tad-deċiżjoni f’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, li hija essenzjali biex jiġu analizzati r-riskji b’indipendenza sħiħa u sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji ħalli ħajjet in-nies tiġi protetta mingħajr dewmien.

9.

Il-pjan ta’ Azzjoni għall-2022 ippubblikat fl-10 ta’ Frar jipprevedi baġit annwali ta’ EUR 1,3 biljun, li huwa pożittiv iżda mhux konsistenti mal-previżjoni tal-baġit ta’ EUR 6 biljun għal 6 snin. L-eżami ta’ dan il-baġit annwali juri l-importanza tax-xiri ta’ kontromiżuri u l-istabbiliment u l-ġestjoni tal-istokkijiet Ewropej (EUR 675,5 miljun), iżda ma jissemma l-impatt fuq il-finanzjament ta’ miżuri Ewropej oħra tal-protezzjoni ċivili, tal-appoġġ għal kapaċità ta’ produzzjoni ġdida (EUR 160 miljun) jew tal-programmi ta’ riċerka ta’ Orizzont Ewropa (EUR 350 miljun), li l-maġġoranza tagħhom mhumiex ġodda. Dan iħalli biss EUR 100 miljun għal azzjonijiet biex jiġu antiċipati r-riskji u jiġu adattati s-sistemi tas-saħħa;

10.

Il-governanza tal-HERA hija t-tielet punt ta’ dgħufija. Din hija strettament limitata għall-Kummissjoni u l-Istati Membri, u tillimita lill-Parlament Ewropew għal rwol ta’ osservatur u teskludi l-partijiet ikkonċernati, il-bliet u r-reġjuni kollha kif ukoll l-atturi tas-soċjetà ċivili mill-korpi permanenti tal-HERA. Din il-governanza la hija adegwata u lanqas effettiva, peress li t-tħejjija u l-ġestjoni għall-kriżijiet jinvolvu firxa wiesgħa ta’ atturi u għarfien espert. Il-bliet u r-reġjuni, il-professjonisti tas-saħħa ta’ kull tip, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, l-atturi ewlenin l-oħra fix-xjenza u r-riċerka, l-NGOs attivi fil-qasam tas-saħħa u s-solidarjetà, huma atturi essenzjali biex jiġu indirizzati b’suċċess il-kriżijiet, u għandhom jitqiesu bis-sħiħ. Bħala minimu, id-diversi partijiet ikkonċernati għandhom ikunu membri permanenti tal-Forum Konsultattiv, li għandu jkun jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korpi governattivi tal-HERA u jipparteċipa fl-aspetti varji tal-ħidma tagħha.

11.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jirrikonoxxi s-supremazija tal-kompetenzi nazzjonali u l-importanza kruċjali tal-ħidma konġunta tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, iżda jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jerġgħu lura għat-triq ta’ metodu miftuħ u inklużiv ta’ koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u jagħtu lir-rappreżentanti tal-gvernijiet lokali u reġjonali u lill-Parlament Ewropew ir-rwol sħiħ tagħhom indipendentement mill-kunsiderazzjonijiet legali.

12.

L-azzjoni operattiva tal-HERA tidher li tiffoka fuq il-forniment ta’ kontromiżuri mediċi. Madankollu, hemm ħafna aspetti oħra involuti fil-ġestjoni tal-kriżijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tal-prevenzjoni u l-protezzjoni ċivili. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li t-terminu “kontromiżuri” għandu jkopri l-mediċini u l-prodotti farmaċewtiċi kollha, inklużi l-ingredjenti attivi tagħhom, kif ukoll l-antibijotiċi, il-vaċċini, it-testijiet u d-dijanjostika kollha, l-apparat mediku u l-provvisti mediċi, it-tagħmir protettiv personali, it-tagħmir tal-isptarijiet u tal-faċilitajiet lokali, iżda wkoll is-sistemi ta’ informazzjoni u s-sistemi ta’ sorveljanza għall-mard infettiv u kontaminanti ġodda. Fil-fatt, dawn ir-riżorsi kollha huma meħtieġa għall-indirizzar tal-kriżijiet u l-protezzjoni tan-nies u ta’ saħħithom.

13.

Huwa jappella biex tingħata attenzjoni ugwali għall-iżvilupp ta’ soċjetajiet reżiljenti u għal kultura komuni fir-rigward tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tad-diżastri. F’dan il-qafas, għandu jingħata appoġġ imsaħħaħ lill-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili li l-baġit tiegħu m’għandux jiddgħajjef bil-ħolqien tal-HERA. L-inklużjoni tat-terminu “emerġenza” fit-titolu tal-HERA m’għandhiex toħloq konfużjoni jew twassal biex il-HERA tidduplika l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-kriżijiet diġà żviluppati taħt il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li l-pedament tiegħu huwa ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) tal-Kummissjoni. Hemm bżonn ta’ koordinazzjoni b’saħħitha ħafna u diviżjoni ċara tar-rwoli bejn dawn iż-żewġ għodod tal-Kummissjoni, li jistgħu jiġu assimilati fil-futur. Jeħtieġ ukoll li ssir delimitazzjoni tal-miżuri tal-att leġiżlattiv rivedut dwar it-theddid transkonfinali għas-saħħa li bħalissa qed jiġi nnegozjat bejn il-Kunsill u l-Parlament u l-kompiti tal-EMA u, b’mod partikolari, tal-ECDC;

14.

L-iżvilupp tal-pjan strateġiku pluriennali tal-HERA huwa prijorità assoluta u għandu jinvolvi wkoll lill-Parlament Ewropew, il-bliet u r-reġjuni, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati. Dan il-pjan għandu jistabbilixxi l-livell ta’ riżorsi meħtieġa biex l-HERA tkun tista’ twettaq il-ħafna kompiti tagħha, biex tiddeskrivi l-istadji tal-iżvilupp tagħha u biex tistabbilixxi indikaturi ta’ monitoraġġ. Il-pjan strateġiku jeħtieġ jispeċifika wkoll il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn il-HERA u l-istrumenti ta’ intervent l-oħrajn tal-UE, inklużi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, u jindika kif dawn l-istrumenti jistgħu jissaħħu wkoll sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom b’mod sħiħ f’koordinazzjoni mal-HERA.

Inħejju lill-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri, nipproteġu b’mod effettiv lin-nies kollha fil-bliet u r-reġjuni kollha tal-UE

15.

L-esperjenza tal-COVID-19 turi li ma hemm l-ebda azzjoni effettiva mingħajr rispons komuni u koerenti fil-livell Ewropew, li tkun adattata għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali differenti. Il-HERA jeħtiġilha tippromovi wkoll ambizzjoni Ewropea msaħħa u konverġenti f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tan-nies mill-kriżijiet. Għall-kuntrarju, attwalment il-COVID-19 toħroġ fid-dieher l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni u l-inugwaljanzi soċjali fl-aċċess għall-kura u t-tilqim, li jdgħajfu r-rispons għall-kriżijiet tas-saħħa u jipperikolaw l-Ewropa kollha kemm hi.

16.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jixtieq li l-HERA twettaq ħidma biex tanalizza l-vulnerabbiltajiet tat-territorji u l-popolazzjonijiet għall-kriżijiet tas-saħħa. Dan ix-xogħol ta’ analiżi tal-vulnerabbiltajiet irid iqis id-disponibbiltà tar-riżervi madwar l-Ewropa u l-kapaċità operazzjonali biex jintlaħqu l-gruppi kollha tal-popolazzjoni, u bi prijorità għal dawk b’kundizzjonijiet ta’ saħħa fraġli, u dawk li jgħixu f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni u instabbiltà. Dan irid ikopri wkoll l-abbiltà tas-sistemi tas-saħħa, l-isptarijiet u faċilitajiet oħrajn tas-saħħa biex iżidu l-kapaċità tagħhom f’każ ta’ kriżi, sabiex iżommu kemm jista’ jkun il-kura ppjanata filwaqt li jirċievu pazjenti addizzjonali minħabba l-kriżi.

17.

Għalhekk iqis li huwa essenzjali li l-HERA, fi sħubija mal-korpi komunitarji kompetenti l-oħra, tiżviluppa tabella għall-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tas-sigurtà tas-saħħa u tibni, flimkien mal-Istati Membri u r-reġjuni, programmi ta’ reazzjoni għal diversi tipi ta’ emerġenza u ta’ test tal-istress tas-sistemi tas-saħħa. Abbażi tar-riżultati ta’ dawn it-testijiet, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom ifasslu rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri u r-reġjuni, li għandhom ikunu segwiti, biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa tagħhom u jikkonsolidaw, fejn meħtieġ, il-kapaċitajiet ta’ rispons tas-saħħa tar-reġjuni u l-ugwaljanza fil-protezzjoni tal-komunitajiet varji.

18.

Bl-istess mod, il-HERA għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ riċerka fil-qafas tal-Orizzont Ewropa b’rabta mal-intervent fil-gruppi tal-popolazzjoni l-aktar fraġli (persuni f’qagħda ta’ faqar jew esklużjoni, minoranzi, refuġjati, nisa vittmi tal-vjolenza, anzjani u persuni b’diżabilità, persuni b’fatturi ta’ komorbożità, eċċ.), li ħafna drabi jisfaw l-ewwel vittmi, kif turi l-esperjenza tal-COVID-19. Dawn il-programmi ta’ riċerka għandhom jindirizzaw ukoll b’mod speċifiku l-inugwaljanzi fl-aċċess għas-saħħa għall-anzjani, is-saħħa mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-komplementarjetà bejn l-isptarijiet u l-mediċina bbażata fil-komunità, u l-innovazzjonijiet, inklużi dawk diġitali, fl-organizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa. Dawn iridu jinkorporaw approċċ li jqis kwistjonijiet ta’ ġeneru b’mod permanenti, li jiżgura rappreżentazzjoni adegwata tal-bżonnijiet tan-nisa.

19.

It-tħejjija tal-popolazzjonijiet għad-diżastri u l-epidemiji futuri hija sfida ewlenija, li l-HERA jeħtiġilha tikkontribwixxi għaliha. Fil-livell Ewropew neħtieġu wkoll tisħiħ u koordinazzjoni għal programmi ta’prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-promozzjoni dwar is-saħħa u l-ġlieda kontra l-inugwaljanza diġitali u kontra d-diżinformazzjoni. Dawn il-miżuri ta’ prevenzjoni tas-saħħa għandhom ikopru l-politiki pubbliċi kollha. L-attivitajiet tal-HERA għandhom ikunu parti minn politika Ewropea ta’ prevenzjoni aktar ambizzjuża stabbilita fil-qafas tal-programm l-UE għas-Saħħa, li għandu jissaħħaħ u jqis aħjar anke l-isfidi tas-saħħa mentali, id-diżabbiltà u l-ġlieda kontra l-mard kroniku.

20.

Jeħtieġ ukoll li jinsiltu tagħlimiet konkreti mill-kriżi tal-COVID-19 u mill-gwerra fl-Ukrajna permezz tar-riċerka. Ikun tajjeb ukoll li jiġu stabbiliti miżuri għal rispons rapidu tas-sistemi tas-saħħa u l-użu aċċellerat fuq il-post ta’ kontromiżuri (sptarijiet modulari, tagħmir mediku mobbli u semplifikat, unità medika mobbli, ċentri żgħar tat-tilqim, elenkar ta’ ammont suffiċjenti ta’ persunal mediku, eċċ.).

21.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-isfidi speċifiċi taż-żoni rurali remoti, iż-żoni muntanjużi u r-reġjuni ultraperiferiċi. Għandu jiġi nnutat li din il-ġabra ta’ azzjonijiet hija fil-biċċa l-kbira nieqsa mill-programm ta’ ħidma tal-HERA għall-2022, u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jiddispjaċih dwar dan, u jitlob li dan jiġi rivedut sa mill-2023;

22.

Fil-fehma tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, dan is-sett ta’ miżuri ma jheddidx il-kompetenzi tal-Istati Membri iżda, għall-kuntrarju, jirrappreżenta opportunità għal kull Stat, f’koordinazzjoni mar-reġjuni, biex ikun aktar effettiv fil-protezzjoni tal-popolazzjoni tiegħu.

23.

Analiżi dettaljata mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-infiq fuq is-saħħa implimentata bil-Fondi ta’ Koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fis-snin tal-pandemija tista’ tkun utli għall-ġestjoni ta’ kriżijiet futuri. Il-prattiki tajba nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jiġu enfasizzati wkoll fit-tfassil ta’ azzjonijiet futuri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa.

24.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappella biex in-nefqa għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u t-tħejjija għall-kriżijiet, li inevitabbilment se tiżdied, tiġi indirizzata b’mod speċifiku fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u tkun eliġibbli b’mod permanenti għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni wara l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus. Jinsab imħasseb li n-nefqa fuq is-saħħa sa issa rrappreżentat biss parti żgħira ħafna tal-pjan ta’ rkupru, u jappella għal appoġġ akbar għar-reżiljenza u t-tagħmir tal-bliet u r-reġjuni fil-qasam tas-saħħa u l-protezzjoni ċivili.

25.

Jirrimarka li l-bliet u r-reġjuni jridu jaqdu rwol attiv flimkien mal-UE u l-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ approċċi ġodda għall-protezzjoni tal-komunitajiet. Dan huwa aktar u aktar minnu meta dawn ikollhom ħiliet speċifiċi fil-qasam tas-saħħa u jkunu jimmaniġġjaw is-sistema tal-isptarijiet u tas-saħħa. Dan ir-rwol għandu jiġi rikonoxxut fil-livell nazzjonali u Ewropew skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà attiva.

Tagħlimiet li għandna nisiltu mill-gwerra fl-Ukrajna

26.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-HERA fil-kampanja ta’ tilqim għar-refuġjati Ukreni fl-UE u l-appoġġ tiegħu għall-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li jiggarantixxi vaċċini għat-tfal u provvisti mediċi essenzjali oħra permezz tal-appoġġ tal-industrija farmaċewtika u l-ministeri tas-saħħa;

27.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li l-gwerra fl-Ukrajna hija tfakkira qawwija li l-Ewropa għandha titħejja għal kull tip ta’ kriżi: hekk kif il-COVID-19 laqtet ir-reġjuni tagħna mingħajr twissija, bl-istess mod ma kienx mistenni kunflitt armat fil-viċinat dirett tal-Unjoni. L-impatt tagħha fuq is-sistemi tas-saħħa, speċjalment fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, qed jikber b’mod kostanti u jeħtieġ li jiġi mmonitorjat mill-qrib sabiex jiġi evitat li jintlaħaq punt problematiku. Il-kapaċitajiet analitiċi u ta’ tbassir tal-HERA jeħtieġ li jiġu żviluppati malajr biex jiġi żgurat li d-diżastru imminenti li jmiss ma jaħkimx lill-Unjoni Ewropea għal għarrieda;

28.

Huwa għalhekk jafferma mill-ġdid li għandha tingħata prijorità lill-kapaċità, fl-Istati Membri kollha u fir-reġjuni kollha tal-UE, li tissaħħaħ il-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa biex jadattaw malajr għal avvenimenti mhux previsti. Sabiex dan ikun jista’ jitwettaq, it-“tabella għall-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tas-sigurtà tas-saħħa” u l-programmi ta’ “test tal-istress” tas-sistemi tas-saħħa jidhru aktar minn qatt qabel bħala azzjoni prijoritarja;

29.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jiġbed l-attenzjoni għar-riskju ta’ espożizzjoni għar-radjazzjoni minħabba ħsara possibbli lill-infrastrutturi nukleari ċivili u l-interruzzjoni tat-trattament għal mard kroniku, inkluż il-kanċer u l-HIV (l-Ukrajna għandha waħda mill-ogħla rati ta’ prevalenza tal-HIV fl-Ewropa); dawn ir-riskji x’aktarx jaffettwaw ukoll is-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi ospitanti;

30.

Il-gwerra fl-Ukrajna, li kellha bħala konsegwenza l-wasla ta’ miljuni ta’ persuni mhux imlaqqmin fl-UE, hija inċentiv biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-aċċess għal kontromiżuri, u b’mod speċjali il-vaċċini, bħala prijorità għall-viċinat tagħna. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa għalhekk imħasseb dwar id-dgħufija ta’ dawn l-azzjonijiet taħt il-programm ta’ ħidma tal-HERA għall-2022;

Politika industrijali u tal-akkwist pubbliku għas-servizz tas-saħħa

31.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jilqa’ l-inizjattivi meħuda mill-bidu tal-kriżi biex titħaffef id-disponibbiltà tal-kontromiżuri u l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill dwar miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet. Madankollu, huwa jqis li l-proposti attwali għadhom mhumiex mezz suffiċjenti biex ikun hemm tħejjija effettiva għall-kriżijiet tas-saħħa.

32.

Huwa jenfasizza l-ħtieġa ta’ politika industrijali u ta’ innovazzjoni qabel il-kriżijiet u l-ħtieġa imperattiva li jinħoloq qafas regolatorju u ta’ appoġġ ġdid sabiex jagħti lill-UE s-sovranità fil-qasam tas-saħħa u l-kapaċità biex timmanifattura l-prodotti tar-riċerka u innovazzjoni b’mod industrijali.

33.

Huwa jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti lilha nnifisha l-mezzi biex tipproduċi l-kontromiżuri “essenzjali” li huma fil-biċċa l-kbira komuni għall-ġestjoni ta’ diversi tipi ta’ kriżijiet fit-territorju tagħha stess. Dawn il-mediċini (inklużi l-ingredjenti attivi tagħhom), l-apparat mediku, it-testijiet, id-dijanjostika u t-tagħmir bażiku ma jistgħux jiġu prodotti fl-Ewropa mingħajr politika proattiva ta’ xiri pubbliku li tassorbi spejjeż, potenzjalment ogħla, tal-provvista. Bħalissa ma hemm l-ebda indikazzjoni dwar kif ir-regoli u l-prinċipji Ewropej għall-azzjoni se jippermettu li jintlaħaq dan l-objettiv essenzjali.

34.

Jinsab mħasseb ħafna dwar id-diffikultajiet li qed jaffaċċjaw bosta kumpaniji li investew fuq talba tal-awtoritajiet pubbliċi fil-bidu tal-kriżi sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, u issa qed jiġu abbandunati permezz ta’ akkwisti li jsiru minn barra l-UE. Iħoss li il-lezzjonijiet li ġabet magħha l-kriżi ma tgħallimnihomx, u li din il-kwistjoni għandha tiġi ttrattata b’urġenza. B’mod partikolari, jitlob li l-istokkijiet strateġiċi nazzjonali u Ewropej jinbnew u jiġġeddu, kull fejn ikun possibbli, minn prodotti mmanifatturati fl-Ewropa.

35.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistudja u tipproponi qafas leġiżlattiv adatt li jippermetti derogi mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontromiżuri “essenzjali”. Dak li qed isir bħalissa fil-qasam tas-semikondutturi (Att Ewropew dwar iċ-Ċipep) irid ikun fattibbli fil-qasam tas-saħħa.

36.

Dan il-qafas legali ġdid irid jagħmel ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku aktar flessibbli, b’mod partikolari fil-qasam tal-innovazzjoni, isaħħaħ il-kontroll tal-investiment barrani u jippermetti li jingħata appoġġ dirett biżżejjed biex jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp u t-tqegħid fis-suq ta’ innovazzjonijiet mediċi bħat-tilqim. Attwalment, mil-lat legali l-Unjoni Ewropea ma tistax twettaq l-istess tip ta’ interventi bħar-Renju Unit jew l-Istati Uniti – fatt li jipperikola l-aċċess tagħha għall-vaċċini.

37.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jinsab imħasseb dwar il-ħin mitluf, jiddispjaċih li l-pubblikazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-HERA għall-2022 ma kinitx akkumpanjata mit-tnedija ta’ inizjattiva għal dan il-għan u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr proposta lill-Parlament u lill-Kunsill;

38.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jieħu nota tal-progress reċenti li sar fl-istrutturar tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tat-tħejjija għall-kriżijiet tas-saħħa. Tabilħaqq, il-Presidenza Franċiża tappoġġja bil-qawwa proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEI) sabiex tissaħħaħ il-politika industrijali u l-pożizzjonament strateġiku tal-Unjoni fis-settur tas-saħħa, billi titrawwem l-innovazzjoni fis-segmenti differenti tal-industriji tas-saħħa. Barra minn hekk, f’April 2021, il-Kummissjoni nediet konsultazzjonijiet bil-għan li tniedi sħubija pubblika-pubblika Ewropea dwar it-tħejjija għall-pandemiji fil-qafas tal-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa 2023-2024, sabiex tikkoordina r-riċerka mwettqa mill-Istati Membri. Madankollu, bħalissa ma hemm l-ebda qafas biex jiżgura l-koerenza bejn l-azzjonijiet kollha ta’ Orizzont Ewropa li jistgħu jappoġġjaw l-missjonijiet tal-HERA, u l-baġit ippjanat huwa ta’ EUR 1,7 biljun, meta mqabbel mal-EUR 4 biljun li ġew mobilizzati fiż-żewġ programmi qafas preċedenti għar-riċerka dwar il-pandemija u t-tilqim. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għalhekk jappella:

li jinħoloq kunsill xjentifiku tal-HERA, li jkun pluralistiku u jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati, biex jistabbilixxi l-prijoritajiet xjentifiċi u pjan direzzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni, li Orizzont Ewropa għandu jindirizza;

li jkun hemm sforz akbar ta’ mobilizzazzjoni baġitarja taħt Orizzont Ewropa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-HERA;

li titnieda riflessjoni dwar il-ħolqien ta’ “missjoni” futura ddedikata għat-tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa li tippermetti approċċ trasversali fi ħdan Orizzont Ewropa, koordinazzjoni xjentifika u operazzjonali, u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, b’attenzjoni speċjali għall-kollaborazzjoni pubblika-privata.

39.

Ir-riċerka dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi hija prijorità ewlenija għall-HERA. L-użu eċċessiv tal-antimikrobiċi, kemm fit-trobbija tal-annimali kif ukoll fis-saħħa tal-bniedem, qisu bħal bomba lesta biex tisplodi. Jekk ma jirnexxilniex insibu soluzzjoni malajr, huwa probabbli li dalwaqt niffaċċjaw xenarju fejn “la jkollna kura u lanqas trattament”. Kważi l-antibijotiċi ġodda kollha li tqiegħdu fis-suq f’dawn l-aħħar deċennji huma varjazzjonijiet fil-familji tal-antibijotiċi li ġew skoperti fis-snin tmenin. S’issa ma nkiseb l-ebda riżultat konklużiv mill-Kummissjoni f’dan il-qasam, kif muri fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-2019 (5). Għalhekk huwa meħtieġ kemm li jissaħħu s-servizzi tas-saħħa preventiva sabiex ikunu jistgħu jikkoordinaw l-atturi kollha involuti fil-kontroll tal-użu tal-antimikrobiċi fil-livell territorjali, fl-isptarijiet u fost il-popolazzjoni, kif ukoll li jsir investiment fir-riċerka f’antibijotiċi ġodda u metodi alternattivi ta’ profilassi;

40.

Qafas leġiżlattiv ġdid jippermetti li tiġi żviluppata sħubija strateġika bejn l-UE u l-industrija farmaċewtika, sabiex jitqiesu aħjar l-objettivi tas-saħħa pubblika ta’ interess ġenerali. L-appoġġ dirett tal-UE għandu jkun sostnut mill-industrijalizzazzjoni fl-Ewropa, l-aċċess privileġġat għall-prodotti, u d-dritt ta’ skrutinju fir-rigward tal-prezzijiet tal-kontromiżuri u tal-politiki ta’ liċenzjar.

41.

Jenħtieġ li l-azzjonijiet previsti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u r-rwol tal-HERA f’dan ir-rigward jiġu eżaminati wkoll. Jenħtieġ li tittejjeb malajr l-implimentazzjoni ta’ dan il-komponent fi ħdan Orizzont Ewropa sabiex il-HERA tingħata pjan direzzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni mingħajr dewmien, biex b’hekk jiġi ċċarat il-mod li bih se jintużaw EUR 1,8 biljun tal-baġit tagħha għal dan il-programm.

42.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ mingħajr dewmien in-network tal-SMEs innovattivi fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi, kif ukoll ta’ kull tip ta’ apparat u tagħmir għall-protezzjoni tan-nies u l-indirizzar tal-kriżijiet. L-ewwel nett, dan jirrigwarda li jiġi appoġġjat il-ħolqien tan-negozju u l-innovazzjoni, li huwa l-kompetenza tal-bliet u r-reġjuni, u mbagħad li jiġu megħjuna jespandu u jsiru kapaċi jwettqu provi kliniċi u jipproduċu l-prodotti fl-Ewropa.

43.

Dan jinvolvi investimenti konsiderevoli u t-tisħiħ tal-kapital tal-kumpaniji kkonċernati. Għalhekk jenħtieġ li l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) jiġi mmobilizzat sabiex l-ekosistema Ewropea tal-innovazzjoni tiġi strutturata aħjar madwar l-iżvilupp ta’ kontromiżuri u l-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, u biex jissaħħu l-għodod ta’ intervent tal-kapital tar-riskju u tal-iżvilupp biex b’hekk il-kumpaniji innovattivi jkunu jistgħu jespandu filwaqt li jżommu l-għeruq tagħhom fl-Ewropa. Dawn l-interventi għandhom jippermettu wkoll il-kondiviżjoni tar-riskju industrijali tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ kontromiżuri.

44.

L-effettività tal-kontromiżuri mediċi timxi id f’id ma’ ġestjoni aktar flessibbli tal-provi kliniċi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar l-etika u l-protezzjoni tad-data personali. Il-HERA jeħtiġilha tipproponi qafas aktar b’saħħtu għall-kooperazzjoni mal-EMA għall-koordinazzjoni ta’ provi kliniċi fuq skala medja u kbira, li kien nieqes ħafna fl-eqqel tal-kriżi tal-COVID-19. L-inizjattivi “Vaccelerate” u “Inkubatur Hera” huma bidu inkoraġġanti biex ikunu indirizzati dawn in-nuqqasijiet, iżda għandhom jiġu stabbiliti rabtiet operattivi aktar ċari mal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jitneħħa b’mod aktar rapidu kwalunkwe ostaklu regolatorju jew ta’ protokoll. Ir-reviżjoni tal-istrateġija farmaċewtika Ewropea l-ġdida għandha tippermetti żviluppi importanti, inkluża ċ-ċentralizzazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet għal provi kliniċi għall-prodotti mediċinali maħsuba għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq Ewropew.

45.

L-infrastruttura tar-riċerka hija wkoll kruċjali. Fir-rigward tal-indirizzar tal-flaġelli ewlenin tas-saħħa transfruntiera, faċilitajiet analitiċi adegwati, kompjuters ta’ prestazzjoni għolja, repożitorji tad-data ta’ studji epidemjoloġiċi u ta’ studji komprensivi ta’ koorti huma essenzjali sabiex jiġu analizzati t-theddidiet emerġenti u l-mudelli ta’ xenarju ta’ rispons.

Azzjoni internazzjonali bbażata fuq il-prevenzjoni u s-solidarjetà

46.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li t-teħid ta’ azzjoni fejn qed jitfaċċaw riskji ġodda għas-saħħa hija fl-interess tal-Ewropa, sabiex tkun inqas esposta għar-riskji. Għalhekk, il-HERA jrid ikollha l-mezzi biex taħdem f’network ma’ bosta msieħba (inklużi, fil-livell internazzjonali, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa) u biex tipparteċipa f’azzjonijiet barra mill-UE, f’kooperazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati, hekk kif jiġu identifikati r-riskji, filwaqt li timmobilizza riżorsi sinifikanti għal dan il-għan. Din il-kooperazzjoni trid tkopri wkoll il-fażi preparatorja u b’mod partikolari l-miżuri għall-prevenzjoni, għat-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet, u għat-tħejjija tas-soċjetajiet għall-kriżijiet. Għal dan il-għan, il-HERA ser ikollha tiżviluppa sħubijiet ma’ atturi tas-soċjetà ċivili, NGOs lokali u internazzjonali, u organizzazzjonijiet multilaterali involuti fi programmi ta’ prevenzjoni tar-riskju.

47.

Ir-rilaxx tal-proprjetà intellettwali għall-vaċċini u prodotti mediċi oħrajn mhux se jkun biżżejjed jekk il-pajjiżi l-anqas żviluppati ma jkollhomx il-kapaċità li jiżviluppaw il-produzzjoni huma stess. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappella sabiex il-prezz ta’ ċerti mediċini jiġi rregolat fejn ikun hemm bżonn u li l-industrija farmaċewtika tintalab tagħti liċenzji tal-manifattura kif issuġġerit mid-WTO. Huwa jappella biex il-politiki tal-UE jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ prodotti adattati għall-kuntest speċifiku tal-pajjiżi l-anqas żviluppati. Huwa jixtieq li l-Unjoni timpenja ruħha f’politika attiva ta’ trasferiment tat-teknoloġija u ta’ appoġġ għall-produzzjoni lokali, u tipprovdi għajnuna diretta adatta biex tikkontribwixxi biex tiżgura li l-popolazzjoni tiġi pprovduta b’kopertura tas-saħħa fejn meħtieġ.

48.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jinnota u jikkondividi l-aspettattivi għoljin ħafna taċ-ċittadini Ewropej biex l-Unjoni tingħata rwol akbar fil-qasam tas-saħħa. Huwa jinnota li l-formulazzjoni restrittiva ħafna tal-Artikolu 168 tat-Trattati bħalissa hija ostaklu għal dan, u jqis li l-kwistjoni tat-tisħiħ tal-kompetenzi Ewropej fil-qasam tal-protezzjoni tas-saħħa għandha tkun fuq l-aġenda wara l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tas-suq intern diġà għandhom jagħmluha possibbli li jsir aktar progress fl-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa; il-programm l-UE għas-Saħħa jeħtieġ li jissaħħaħ, u l-Ministri tas-saħħa tal-UE għandhom jiltaqgħu b’mod aktar regolari f’formazzjoni ad hoc tal-Kunsill, aktar milli darbtejn fis-sena biss bħala element sekondarju tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO).

Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  https://cor.europa.eu/mt/news/Pages/COVID-19-CoR-President-calls-for-a-EU-Health-Emergency-Mechanism-to-support-regions-and-cities.aspx

(2)  ĠU C 440, 18.12.2020, p. 15

(3)  https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:12008M005:MT:HTML

(4)  B’mod partikolari, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC – Protezzjoni Ċivili), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).

(5)  https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did={8892C8C4-6776-4B27-BE36-C181456EED71}.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/40


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika”

(2022/C 301/07)

Relatur:

Elio DI RUPO (BE/PSE), Ministru-President tal-Gvern ta’ Wallonia

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika

COM(2021) 662 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

1.

jilqa’ l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-Komunikazzjoni tagħha dwar “L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika”, u r-rieda tal-Kummissjoni li tidher fiha lejn riforma tar-regoli ekonomiċi u baġitarji, inkluża il-kunsiderazzjoni tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19; jilqa’ wkoll it-tħabbira li għandha tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva f’nofs l-2022;

2.

jemmen li r-riforma tal-governanza ekonomika Ewropea trid tqis ukoll il-proposti taċ-ċittadini diskussi fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;

3.

ifakkar fis-sejbiet, b’mod partikolari dawk tar-Rapporti tal-Barometru 2020 u 2021 (1), li l-impatt multidimensjonali tal-kriżi tal-COVID-19 huwa asimmetriku u għandu dimensjonijiet territorjali; dan l-impatt jaggrava xi diverġenzi li diġà kienu jeżistu bejn ir-reġjuni fost l-Istati Membri u fi ħdanhom, filwaqt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għadhom fl-ewwel linja fil-ġlieda kontra l-pandemija u l-effetti tagħha, iżda wkoll biex jimplimentaw l-miżuri li jappoġġjaw liċ-ċittadini u lin-negozji u jħejju għal irkupru gradwali u sostenibbli;

4.

jinnota li ċ-ċittadini madwar l-UE qed jitolbu lis-servizzi pubbliċi, lill-Istati Membri, lir-reġjuni, u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jgħinuhom jiffaċċjaw mhux biss il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 iżda wkoll it-tranżizzjoni ambjentali u diġitali li tixtieq l-UE u, attwalment, il-konsegwenzi tal-gwerra tal-Ukrajna;

5.

jenfasizza li diġà qabel il-kriżi tal-COVID-19 kien hemm investiment b’lura sinifikanti f’ċerti Stati Membri, bħat-tiġdid tal-infrastruttura u r-rinnovazzjoni tal-bini, u li l-investiment pubbliku ġie pospost sabiex jiġu ffinanzjati l-isforzi li jindirizzaw il-kriżi; aktar ma dawn l-investimenti jiġu posposti, aktar se jsiru għaljin;

6.

jinnota li l-UE tinsab f’mument kruċjali u li jeħtiġilha ssib perkorsi u mezzi biex tiżgura l-koeżjoni u l-prosperità taċ-ċittadini Ewropej;

Reazzjoni għall-kriżi

7.

jilqa’ s-suċċess tal-programm SURE, iffinanzjat minn bonds maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura s-segwitu adatt tiegħu billi tippreżenta White Paper li, abbażi ta’ valutazzjoni tal-programm SURE, tippreżenta għażliet ta’ politika għal skema Ewropea permanenti ta’ riassigurazzjoni tal-qgħad;

8.

jilqa’ wkoll is-suċċess tal-bonds ekoloġiċi maħruġa taħt NextGenerationEU – l-akbar ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi fid-dinja – li se jgħinu biex jiġu ffinanzjati l-investimenti klimatiċi permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

9.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-attivazzjoni – għall-ewwel darba fl-istorja taż-żona tal-euro – tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST); din l-attivazzjoni kellha rwol importanti fir-rispons tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-kriżi għax permezz tagħha seta’ jsir użu sħiħ tal-baġits pubbliċi biex jittaffew il-konsegwenzi, b’mod partikolari dawk soċjali, tal-pandemija tal-COVID-19;

10.

jenfasizza li l-gwerra fl-Ukrajna wriet l-importanza tal-indipendenza enerġetika għall-Unjoni Ewropea u jisħaq li t-tranżizzjoni tal-enerġija trid tiġi aċċellerata; jibża’, madankollu, li l-klassifikazzjoni tal-gass u l-enerġija nukleari bħala enerġija sostenibbli fir-Regolament dwar it-Tassonomija se tipprovdi inċentivi li jmorru kontra l-iżvilupp rapidu tal-enerġija rinnovabbli;

11.

jinnota b’dispjaċir li d-dejn pubbliku żdied minħabba dawn il-miżuri: il-livell tad-dejn pubbliku żdied bi 13-il punt perċentwali fl-2020, u laħaq 92 % tal-PDG għall-UE b’mod ġenerali, u 100 % għaż-żona tal-euro (2);

12.

iqis li, jekk il-klawżola liberatorja tal-PST tiġi diżattivata fl-istat attwali tal-qafas tal-governanza ekonomika u fl-isfond ta’ kriżi tal-enerġija, instabbiltà ġeopolitika u rkupru mill-pandemija tal-COVID-19, it-tnaqqis tad-dejn meħtieġ iwassal għal pass lura lejn politiki ta’ awsterità u għalhekk bi spiża ekonomika, soċjali u ambjentali enormi; jitlob, għalhekk, li l-klawżola liberatorja ġenerali tkompli tapplika sakemm jiġi stabbilit qafas rivedut ta’ governanza ekonomika kemm jista’ jkun malajr;

13.

jappoġġja l-analiżi tal-Bord Fiskali Ewropew dwar il-ħtieġa għal riforma tal-PST biex tinkiseb is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku, b’regola operazzjonali ewlenija – livell referenzjarju ta’ nfiq pubbliku – sabiex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis gradwali tal-proporzjon bejn id-dejn u s-sostenibbiltà, liema tnaqqis isegwi ritmu adattat għaċ-ċirkostanzi nazzjonali (3);

Qafas rivedut ta’ governanza

14.

jenfasizza li l-qafas Ewropew ta’ governanza ekonomika għandu effetti kbar fuq il-livelli kollha tal-gvern, u b’mod aktar speċifiku fuq il-gvernijiet lokali u reġjonali, li huma responsabbli għal kważi terz tal-infiq pubbliku u aktar minn nofs l-investiment pubbliku fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, b’varjazzjonijiet kbar bejn l-Istati Membri (4);

15.

itenni li l-PST u elementi oħra tal-qafas ta’ governanza ekonomika Ewropea attwali jbatu minn ħames nuqqasijiet kbar: effetti proċikliċi negattivi, kumplessità, nuqqas ta’ effiċjenza u effettività, nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-indikaturi relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-benesseri, u nuqqas ta’ trasparenza u leġittimità demokratika;

16.

jemmen li qafas rivedut ta’ governanza ekonomika Ewropea jrid jiżgura tfassil trasparentii ta’ politika li jinvolvi lill-parlamenti Ewropej u nazzjonali u, abbażi tal-kompetenzi interni tal-Istati Membri, l-assemblej parlamentari b’setgħat leġiżlattivi. Din l-involviment għandu jinkludi wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-imsieħba soċjali, lis-soċjetà ċivili u lill-komunità akkademika;

17.

jemmen li dan il-qafas rivedut hemm bżonn iqis ukoll il-livell għoli ħafna ta’ dejn pubbliku, li jeħtieġ jitnaqqas gradwalment peress li ma jistax jitnaqqas b’mod sostanzjali mil-lum għall-għada minħabba: il-kriżi tal-COVID-19, l-ispejjeż assoċjati mad-diżastri naturali u ċirkostanzi straordinarji oħra, id-diskrepanzi qawwijin bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom, is-sitwazzjoni makroekonomika l-ġdida (rati tal-bonds baxxi ħafna, politika monetarja b’diversi limitazzjonijiet, kif ukoll inċertezzi kbar dwar l-inflazzjoni, ir-rati tal-imgħax u s-suq tax-xogħol), il-ħtieġa li jiġu evitati l-politiki ta’ awsterità, u l-prijoritajiet ambjentali, tal-enerġija, teknoloġiċi u soċjali;

18.

itenni l-pożizzjoni tiegħu favur l-abbandun tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’unanimità dwar it-tassazzjoni, sabiex l-UE tkun tista’ tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa b’maġġoranza kwalifikata, bħal f’oqsma oħra ta’ azzjoni, peress li dan jippermetti li jsir progress fil-ġlieda kontra l-abbuż tat-taxxa u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni tibqa’ tirrispetta l-kompetenza fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali għall-ġbir tat-taxxi jew l-iffissar tar-rati tat-taxxa;

19.

jinsisti għal darb’oħra li l-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll iċ-ċittadini, ikunu jistgħu jifhmu b’mod ċar ir-regoli li għandhom jiġu applikati; jilqa’, għal dan il-għan, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni favur regoli fiskali semplifikati bl-użu ta’ indikaturi osservabbli; ifakkar fl-importanza kbira li tiġi integrata stabbilizzazzjoni kontroċiklika, li tkun aġġustata ċiklikament;

20.

jemmen li qafas ta’ governanza għal baġits sodi jrid ikun ibbażat mhux biss fuq infiq għaqli iżda wkoll fuq dħul sod u bbilanċjat; ifakkar li l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa fl-UE jċaħħdu lill-baġits pubbliċi minn diversi mijiet ta’ biljuni ta’ euro kull sena, u li l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa hija waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li b’rabta magħhom hemm l-akbar għadd ta’ Ewropej li jridu aktar intervent Ewropew;

21.

iqis li l-governanza ekonomika trid tikseb bilanċ bejn l-indikaturi relatati mad-dixxiplina baġitarja u dawk relatati mal-koeżjoni soċjali, u l-provvista ta’ infrastruttura u servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għaċ-ċittadini kollha, bħas-saħħa pubblika u l-benesseri; jemmen, għalhekk, li, b’konformità mal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku, li tinkludi indikaturi aktar varjati, inkluża r-rata tal-qgħad, governanza ekonomika riformata jenħtieġ li tqis ukoll objettivi ambjentali u soċjali oħra; dan it-tħassib ma jistax jingħata inqas widen meta mqabbel mal-indikaturi tad-dixxiplina fiskali;

22.

jissuġġerixxi għal darb’oħra li l-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku għandha tiġi estiża għall-indikaturi awżiljarji li jittrattaw id-disparitajiet reġjonali, u huwa tal-fehma li tista’ tqis ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), li jkopru mhux biss il-protezzjoni ambjentali iżda wkoll il-kriterji soċjali, ekonomiċi u ta’ governanza li għandhom l-appoġġ minn 193 pajjiż madwar id-dinja;

23.

jirrimarka li l-miżuri korrettivi meħuda bħala parti mill-proċeduri ta’ żbilanċ makroekonomiku tal-Istati Membri għandhom effetti differenti f’reġjuni differenti, u huma partikolarment ta’ detriment f’reġjuni b’ekonomiji inqas diversifikati, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, li għandhom restrizzjonijiet strutturali u ta’ eċċezzjoni kif identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE. Dawn ir-reġjuni huma sensittivi ħafna għax-xokkijiet eżoġeni, u l-politiki ekonomiċi restrittivi għandhom impatt akbar fuq it-tnaqqis tal-investiment u l-impjieg hemmhekk;

Il-promozzjoni razzjonali tal-investiment pubbliku

24.

iqis li l-qafas Ewropew ta’ governanza ekonomika għandu parti mir-responsabbiltà għat-tnaqqis qawwi fl-investiment pubbliku li seħħ wara l-kriżi taż-żona tal-euro, peress li ma qiesx biżżejjed id-distinzjoni bejn l-infiq attwali u l-infiq tal-investiment fit-tul; bejn l-2009 u l-2018, l-investiment pubbliku b’mod ġenerali naqas b’20 % (bħala perċentwal tal-PDG) fl-UE; l-investiment mwettaq mill-awtoritajiet lokali u reġjonali naqas bi kważi 25 %, u b’40 % jew aktar f’uħud mill-Istati Membri l-aktar milqutin mill-kriżi (5); iqis li jrid isir minn kollox biex tiġi evitata ripetizzjoni ta’ xenarju bħal dan wara l-kriżi tal-COVID-19; jinnota li l-investiment fil-livell lokali u reġjonali jista’ jaqdi rwol deċiżiv fl-irkupru ekonomiku;

25.

jenfasizza li l-Bord Fiskali Ewropew stabbilixxa li l-Istati b’livell għoli ta’ investiment pubbliku kellhom it-tendenza li jnaqqsuh b’mod sinifikanti fil-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv tagħhom (6), u li l-Kummissjoni stess osservat li l-qafas baġitarju ma waqqafx it-tnaqqis fl-investiment (7);

26.

jenfasizza li, fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-2015 dwar is-suġġett (8), il-KtR kien diġà kkunsidra li l-flessibbiltà eżistenti fi ħdan il-PST kienet restrittiva u limitata wisq. Barra minn hekk, din intalbet biss minn żewġ Stati Membri, u anke dak iż-żmien, irriżultat biss f’impatt minimu;

27.

jenfasizza li, fl-istess ħin, l-UE qed tiffaċċja ħtiġijiet ta’ finanzjament enormi biex tindirizza l-isfidi ewlenin attwali: EUR 650 biljun fis-sena skont il-Kummissjoni, għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali biss (9), u kważi EUR 200 biljun fis-sena għall-infrastruttura soċjali (10);

28.

iqis li, fil-kuntest attwali tal-ħtiġijiet straordinarji ta’ investiment, l-iskoraġġiment tal-finanzjament tal-investiment pubbliku li jagħmel tajjeb għat-telf (bħal fil-każ tal-qafas fiskali attwali), inkluż investiment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jista’ jħeġġeġ nuqqas ta’ investiment għad-detriment tal-ġenerazzjonijiet futuri u l-għanijiet futuri, bħall-miri klimatiċi tal-UE;

29.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni sa fl-aħħar tirrikonoxxi b’mod ċar il-ħtieġa li l-qafas ta’ governanza jinkoraġġixxi l-investiment u b’mod partikolari l-investimenti pubbliċi fl-oqsma ekoloġiċi, diġitali u tal-bini tar-reżiljenza;

30.

itenni t-talba li għamel kemm-il darba għal “regola tad-deheb ta’ kofinanzjament” li tgħid li n-nefqa pubblika tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala parti mill-kofinanzjament tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment, b’konformità mal-limiti ta’ kofinanzjament tal-UE rispettivi, ma għandhiex titqiesx parti mill-infiq strutturali, nazzjonali jew ekwivalenti, kif definit fil-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir; jenfasizza li l-investimenti pubbliċi mill-gvernijiet, bħat-tranżizzjoni ekoloġika, diġitali u soċjali sostenibbli u l-preservazzjoni tal-kompetittività Ewropea, huma importanti għall-ġenerazzjonijiet futuri, u għalhekk għandhom jiġu ttrattati b’mod adegwat;

31.

jenfasizza li, minħabba t-tip ta’ proġett appoġġjat mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment, tali regola tad-deheb għall-kofinanzjament tkun toffri appoġġ partikolari, b’mod awtomatiku, għall-isforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin attwali u biex jiġu implimentati l-prijoritajiet Ewropej. Dawn jinkludu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; it-tisħiħ tar-reżiljenza; l-implimentazzjoni ta’ politiki soċjali, ambjentali u diġitali, eċċ. Il-koerenza ġenerali tal-politiki Ewropej se tissaħħaħ meta jingħataw trattament favorevoli fi ħdan il-qafas finanzjarju;

32.

jistieden lill-Kummissjoni biex, wara li tifformula mill-ġdid il-proposti tagħha sabiex tqis il-ħsara ekonomika u baġitarja kkawżata mill-COVID-19, tippreżenta White Paper dwar riformulazzjoni tal-governanza ekonomika abbażi tal-istabbiliment potenzjali ta’ tali regola tad-deheb b’konformità mal-limiti rispettivi ta’ kofinanzjament mill-UE. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għadha tqis ukoll strumenti oħra bħar-regola tal-infiq, li abbażi tax-xejra tat-tkabbir ekonomiku u l-livell tad-dejn timponi limitu fuq it-tkabbir annwali tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika, u tista’ sservi biex tiġi ssalvagwardjata l-fiduċja pubblika billi żżid it-trasparenza, tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u tilħaq bilanċ bejn id-dixxiplina baġitarja u l-preservazzjoni ta’ kapaċità suffiċjenti għall-investiment pubbliku;

33.

ifakkar li tali nfiq huwa, min-natura tiegħu, investiment ta’ interess Ewropew ġenerali, li l-effett ta’ lieva tiegħu, mil-lat ta’ tkabbir sostenibbli u rinforz tal-koeżjoni territorjali, ġie aċċertat;

34.

jirrakkomanda, barra dan, li tiġi stabbilita “regola tad-deheb ekoloġika u ta’ koeżjoni soċjali” biex l-investiment pubbliku fil-proġetti li għandhom l-għan li jħeġġu t-tranżizzjoni lejn soċjetà sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, kif definita fl-SDGs u l-Patt Ekoloġiku, jiġi eskluż mill-kontabilità, peress li dan l-investiment huwa rikonoxxut bħala essenzjali mhux biss fil-kuntest tal-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19, iżda wkoll biex jiġu żgurati l-prosperità u l-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri;

35.

iqis li soluzzjoni oħra tista’ tkun li s-settur tal-gvern lokali u reġjonali jkun eżentat milli jkollu japplika r-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Fl-2019, l-investiment pubbliku f’dan is-settur fil-livell tal-Unjoni Ewropea kien jammonta għal 49,2 % tal-investiment pubbliku totali (11), u d-dejn gross tas-settur tal-gvern lokali tal-Unjoni Ewropea kien biss 6,0 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni Ewropea (12), u għalhekk mhuwiex il-kawża ta’ dejn pubbliku għoli. Barra minn hekk, is-settur tal-gvern lokali jiddejjen biss biex jinvesti u mhux għall-istabbilizzazzjoni makroekonomika bin-nefqa kurrenti. Il-gvernijiet lokali huma soġġetti għall-kontroll baġitarju intern mill-gvern reġjonali jew nazzjonali. Il-Kumitat iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li teżenta lill-awtoritajiet lokali milli jkollhom japplikaw ir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir;

36.

iqis li, b’mod ġenerali hemm bżonn li jitqies il-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”, li huwa inkluż fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni, sabiex jiġu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn il-politika ta’ koeżjoni u politiki oħra tal-UE, filwaqt li jiġi evitat li jiġi ostakolat il-proċess ta’ konverġenza jew li jiżdiedu d-disparitajiet reġjonali;

37.

jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa tmiem l-2022, proposta leġiżlattiva għal riformulazzjoni tal-qafas ta’ governanza ekonomika, ibbażata b’mod partikolari fuq l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli tad-deheb flimkien mar-regola tal-infiq, li tista’ tilħaq bilanċ bejn id-dixxiplina baġitarja u l-preservazzjoni ta’ kapaċità suffiċjenti għall-investiment pubbliku;

38.

jipproponi, madankollu, li sabiex jiġi żgurat li l-infiq identifikat mill-gvernijiet ikun konformi ma’ regola tad-deheb waħda jew l-oħra, l-applikazzjoni tagħhom tkun soġġetta għal superviżjoni stretta fuq żewġ livelli: minn kunsilli fiskali nazzjonali indipendenti, u mill-Bord Fiskali Ewropew li jippreżenta rapporti annwali pubbliċi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew;

Rieżami fil-fond tas-Semestru Ewropew

39.

ifakkar li l-governanza ekonomika, li tiġi implimentata fil-prattika permezz taċ-ċiklu ta’ koordinazzjoni tas-Semestru Ewropew, issofri minn nuqqas ta’ effiċjenza u effettività fl-implimentazzjoni tar-riformi;

40.

jenfasizza wkoll li l-ambitu tar-riformi kkunsidrati fil-qafas tas-Semestru Ewropew qatt ma ġie definit fit-testi legali Ewropej, b’mod partikolari fid-dawl tar-rilevanza tagħhom u l-valur miżjud tagħhom fil-livell Ewropew. Huwa tal-fehma li dan in-nuqqas ta’ definizzjoni jillimita l-interazzjoni possibbli bejn ir-riformi mwettqa fil-livell nazzjonali u l-politiki fil-livell tal-UE (leġiżlazzjoni u programmi finanzjarji), u huwa problematiku fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

41.

iqis li huwa neċessarju li s-Semestru Ewropew ikun, fuq bażi ugwali u f’sinerġija mal-objettivi ekonomiċi u baġitarji tiegħu, il-qafas għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali u ta’ koeżjoni soċjali stabbiliti fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, li l-UE u l-Istati Membri tagħha ħadu impenn li jiksbu sal-2030;

42.

huwa konvint li l-proposta tiegħu għal kodiċi ta’ kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew (13) x’aktarx tindirizza dan in-nuqqas ta’ effiċjenza u effettività tas-Semestru billi tqis aħjar ir-realtajiet lokali u reġjonali, u li l-implimentazzjoni tiegħu għadha meħtieġa aktar u aktar peress li l-pjani nazzjonali fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma parzjalment ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew;

43.

jemmen li tali orjentazzjoni doppja tas-Semestru, kemm f’termini tal-objettivi tiegħu kif ukoll tal-proċess ta’ funzjonament tiegħu, issaħħaħ il-leġittimità demokratika tiegħu u dik tas-sistema ta’ governanza ekonomika Ewropea kollha kemm hi, li attwalment hija dgħajfa wisq.

Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE fl-2020, 12 ta’ Ottubru 2020, u Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE fl-2021, 12 ta’ Ottubru 2021.

(2)  Kummissjoni Ewropea, European Economic Forecast Autumn 2021 (Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Ħarifa 2021), Dokument istituzzjonali 160 (mhux disponibbli bil-Malti), Novembru 2021.

(3)  Ara r-rapport annwali tal-Bord għall-2021: https://bit.ly/3HqqvIQ

(4)  Ċifri tal-2018. Sors: Eurostat, kodiċijiet tad-data: TEC00023 u TEC00022.

(5)  Eurostat, kodiċi tad-data TEC00022

(6)  Bord Fiskali Ewropew, Assessment of EU fiscal rules with a focus on the six and two-pack legislation, (mhux disponibbli bil-Malti), p. 76.

(7)  Kummissjoni Ewropea, Rieżami tal-governanza ekonomika (COM(2020) 55 final, 5 ta’ Frar 2020).

(8)  Opinjoni tal-KtR dwar Nagħmlu l-aħjar użu tal-flessibbiltà fl-ambitu tar-regoli eżistenti dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (COR-2015-01185) (ĠU C 313, 22.9.2015, p. 22), relatur: Olga Zrihen (BE/PSE), adottata fid-9 ta’ Lulju 2015.

(9)  Kummissjoni Ewropea, L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika (COM(2021) 662 final, 19 ta’ Ottubru 2020).

(10)  Kummissjoni Ewropea, Commission Staff Working Document: Identifying Europe’s recovery needs (mhux disponibbli bil-Malti) (SWD(2020) 98 final, 27 ta’ Mejju 2020).

(11)  Sors: Kontijiet Nazzjonali tal-Eurostat.

(12)  Sors: Kontijiet Nazzjonali tal-Eurostat.

(13)  Opinjoni tal-KtR dwar It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (COR-2016-05386) (ĠU C 306, 15.9.2017, p. 24), relatur: Rob Jonkman (NL/KRE), adottata fil-11 ta’ Mejju 2017.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/45


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni”

(2022/C 301/08)

Relatur ġenerali:

Federico BORGNA (IT/PSE)

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni

COM(2021) 823 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Filwaqt li huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-prattiki tal-evitar tat-taxxa jiġu skoraġġuti, jenħtieġ li jiġu evitati impatti negattivi fuq MNEs iżgħar fis-suq intern. Għal dan il-għan, jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika biss għal entitajiet li jinsabu fl-Unjoni li huma membri ta’ gruppi MNE jew ta’ gruppi domestiċi fuq skala kbira li jilħqu s-soll annwali ta’ mill-inqas EUR 750 000 000 ta’ dħul konsolidat. Dan is-soll ikun konsistenti mas-soll tar-regoli internazzjonali eżistenti dwar it-taxxa bħar-regoli ta’ rapport għal kull pajjiż. L-entitajiet fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jissejħu entitajiet kostitwenti. Jenħtieġ li ċerti entitajiet jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni fuq il-bażi tal-iskop u tal-istatus partikolari tagħhom. L-entitajiet esklużi jkunu dawk li ma jkunux xprunati mill-profitt u jwettqu attivitajiet fl-interess ġenerali u li, għal dawn ir-raġunijiet, x’aktarx ma jkunux soġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru li fih ikunu jinsabu. Sabiex jiġu protetti dawk l-interessi speċifiċi, huwa neċessarju li entitajiet governattivi, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u fondi ta’ pensjoni jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li anke l-fondi ta’ investiment u l-veikoli ta’ investiment immobiljari jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni meta jkunu fil-quċċata tal-katina tas-sjieda, peress li, għal dawk hekk imsejħin entitajiet passarella, l-introjtu miksub jiġi ntaxxat fil-livell tas-sidien.

Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-prattiki tal-evitar tat-taxxa jiġu skoraġġuti . Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġu evitati impatti negattivi fuq MNEs iżgħar fis-suq intern. Għal dan il-għan, jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika biss għal entitajiet li jinsabu fl-Unjoni li huma membri ta’ gruppi MNE jew ta’ gruppi domestiċi fuq skala kbira li jilħqu s-soll annwali ta’ mill-inqas EUR 750 000 000 ta’ dħul konsolidat. Dan is-soll ikun konsistenti mas-soll tar-regoli internazzjonali eżistenti dwar it-taxxa bħar-regoli ta’ rapport għal kull pajjiż. L-entitajiet fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jissejħu entitajiet kostitwenti. Jenħtieġ li ċerti entitajiet jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni fuq il-bażi tal-iskop u tal-istatus partikolari tagħhom. L-entitajiet esklużi jkunu dawk li ma jkunux xprunati mill-profitt u jwettqu attivitajiet fl-interess ġenerali u li, għal dawn ir-raġunijiet, x’aktarx ma jkunux soġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru li fih ikunu jinsabu. Sabiex jiġu protetti dawk l-interessi speċifiċi, huwa neċessarju li entitajiet governattivi (inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet), organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u fondi ta’ pensjoni jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

Artikolu 2(3)(a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(a)

entità governattiva, organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ , fond ta’ pensjoni, entità ta’ investiment li tkun entità omm apikali u veikolu ta’ investiment immobiljari li tkun entità omm apikali; jew

(a)

entità governattiva (inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet), organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ , fond ta’ pensjoni ;

Raġuni

Kjarifika. Evidenti.

Emenda 3

Artikolu 3(31)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(d)

lil entità governattiva, lil organizzazzjoni internazzjonali, lil organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, lil fond ta’ pensjoni, lil entità ta’ investiment li ma hijiex parti mill-grupp MNE jew lil kumpanija tal-assigurazzjoni tal-ħajja sal-punt li d-dividend jiġi riċevut b’rabta mal-attivitajiet tal-fond ta’ pensjoni li jkun soġġett għat-taxxa bl-istess mod bħal fond ta’ pensjoni ;

(d)

lil entità governattiva (inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet) , lil organizzazzjoni internazzjonali, lil organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ , lil fond ta’ pensjoni ;

Raġuni

Kjarifika. Evidenti.

Emenda 4

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Applikazzjoni ta’ UTPR għall-grupp MNE kollu

Applikazzjoni ta’ UTPR għall-grupp MNE kollu

Meta l-entità omm apikali ta’ grupp MNE tkun tinsab f’ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz li ma tapplikax regola kwalifikata dwar l-inklużjoni tal-introjtu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kostitwenti tagħha li jinsabu fl-Unjoni jkunu soġġetti, fl-Istat Membru li fih ikunu jinsabu, għal taxxa kumplimentari għas-sena fiskali (“taxxa kumplimentari tal-UTPR”) għall-ammont allokat lil dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 13.

L-entitajiet kostitwenti li huma entitajiet ta’ investiment u fondi ta’ pensjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa kumplimentari tal-UTPR.

Meta l-entità omm apikali ta’ grupp MNE tkun tinsab f’ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz li ma tapplikax regola kwalifikata dwar l-inklużjoni tal-introjtu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kostitwenti tagħha li jinsabu fl-Unjoni jkunu soġġetti, fl-Istat Membru li fih ikunu jinsabu, għal taxxa kumplimentari għas-sena fiskali (“taxxa kumplimentari tal-UTPR”) għall-ammont allokat lil dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 13. Il-fondi ta’ pensjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa kumplementari tal-UTPR.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Applikazzjoni ta’ UTPR fil-ġuriżdizzjoni tal-UPE

Applikazzjoni ta’ UTPR fil-ġuriżdizzjoni tal-UPE

Meta l-entità omm apikali ta’ grupp MNE tkun tinsab f’ġuriżdizzjoni b’taxxa baxxa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kostitwenti tagħhom li jinsabu fi Stat Membru jkunu soġġetti għal taxxa kumplimentari tal-UTPR għas-sena fiskali u għall-ammont allokat lil dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 13 fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b’taxxa baxxa li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tal-entità omm apikali, irrispettivament minn jekk dik il-ġuriżdizzjoni tapplikax regola kwalifikata dwar l-inklużjoni tal-introjtu.

L-entitajiet kostitwenti li huma entitajiet ta’ investiment u fondi ta’ pensjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa kumplimentari tal-UTPR.

Meta l-entità omm apikali ta’ grupp MNE tkun tinsab f’ġuriżdizzjoni b’taxxa baxxa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kostitwenti tagħhom li jinsabu fi Stat Membru jkunu soġġetti għal taxxa kumplimentari tal-UTPR għas-sena fiskali u għall-ammont allokat lil dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 13 fir-rigward tal-entitajiet kostitwenti b’taxxa baxxa li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tal-entità omm apikali, irrispettivament minn jekk dik il-ġuriżdizzjoni tapplikax regola kwalifikata dwar l-inklużjoni tal-introjtu. Il-fondi ta’ pensjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa kumplementari tal-UTPR.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 6

Artikolu 36(2)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

entità governattiva, organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ jew fond ta’ pensjoni minbarra entità tas-servizzi tal-pensjonijiet li hija resident tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità omm apikali u jkollha interessi proprjetarji li jirrappreżentaw dritt għal 5 % jew anqas tal-profitti u tal-assi tal-entità omm apikali .

(b)

entità governattiva (inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet) , organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ jew fond ta’ pensjoni .

Raġuni

Kjarifika. Evidenti.

Emenda 7

Artikolu 37(3)(c)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(c)

entità governattiva, organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ jew fond ta’ pensjoni minbarra entità tas-servizzi tal-pensjonijiet li hija resident tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab l-entità omm apikali u li jkollha interessi proprjetarji li jirrappreżentaw dritt għal 5 % jew anqas tal-profitti u tal-assi tal-entità omm apikali .

(c)

entità governattiva (inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet) , organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ jew fond ta’ pensjoni .

Raġuni

Kjarifika. Evidenti.

Emenda 8

Artikolu 53a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq rieżami tar-riżultati ta’ din id-Direttiva u tista’ tipproponi emenda għal din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-adattament tad-definizzjonijiet relatati mal-limitu tal-fatturat u r-rata minima tat-taxxa, b’konformità mal-iżviluppi fil-livell internazzjonali.

Raġuni

Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni Ewropea meta tkun qed tabbozza din id-Direttiva, huwa saħansitra aktar importanti li hija twettaq rieżami biex jiġu analizzati r-riżultati u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tagħha.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ livell minimu globali ta’ tassazzjoni għal gruppi multinazzjonali fl-Unjoni (1);

2.

itenni li l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jinkludi l-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ impjieg u progress soċjali, u li l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Kunsill, li jaġixxi unanimament, għandu jkollu l-għan li jiġu żgurati l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern u jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni;

3.

iqis li l-ħidma mwettqa s’issa mill-OECD fl-iżvilupp ta’ miżuri għall-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt barra mill-UE jista’ jkollha wkoll impatt ta’ benefiċċju sinifikanti anke għar-realtajiet lokali u reġjonali, mhux biss f’termini ta’ dħul ogħla mit-taxxa disponibbli għall-Istati Membri, iżda wkoll biex jiġu żgurati ġustizzja u kompetittività akbar għall-SMEs, li, fil-livell nazzjonali u lokali, bħalissa qed jiffaċċjaw inqas kundizzjonijiet tat-taxxa favorevoli u riperkussjonijiet ta’ benefiċċju għall-impjiegi u l-ħaddiema;

4.

huwa konvint li l-adozzjoni ta’ proposta għal livell minimu ta’ tassazzjoni tkun l-ewwel pass biex tinħoloq sistema ta’ tassazzjoni unika fi ħdan l-UE, li hija meħtieġa aktar minn qatt qabel fil-proċess lejn kompetizzjoni adatta fost il-kumpaniji fis-suq intern Ewropew, biex tiżdied il-kompetittività tal-Ewropa, u biex tiġi evitata r-rilokazzjoni jew għeluq arbitrarju ta’ ċentri ta’ produzzjoni, b’riperkussjonijiet serji għall-ħaddiema, imġiegħla jfittxu impjieg ġdid jew jevitaw vjaġġi kbar sabiex ma jitilfux l-impjieg tagħhom;

5.

iqis li huwa assolutament essenzjali li r-regoli ma jżidux il-burokrazija għan-negozji, u minħabba f’hekk iżommu lura l-iżvilupp tagħhom, b’mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni u n-newtralità klimatika, li huma aktar u aktar essenzjali biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika meħtieġa;

Armonizzazzjoni perfetta tal-istandards fl-UE

6.

jittama li l-applikazzjoni tad-Direttiva titwettaq b’mod komprensiv u konsistenti fost l-Istati Membri tal-UE, iżda wkoll b’konformità sħiħa mal-Ftehim tal-OECD: in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni bejn ir-regoli minimi tat-tassazzjoni fi ħdan l-UE jew bejn l-UE u l-pajjiżi terzi jista’ jwassal għal tilwim potenzjali dwar tassazzjoni doppja, b’effett negattiv dirett fuq għadd kbir ta’ intrapriżi ewlenin fuq livell dinji u riperkussjonijiet potenzjali fuq il-fornituri tagħhom (li spiss huma SMEs), f’termini ta’ dħul mit-taxxa mnaqqas, kummerċ u investimenti;

7.

iqis li huwa essenzjali li l-kummenti tal-OECD u d-dettalji tekniċi ulterjuri dwar l-istandards mudell jiġu inklużi fid-Direttiva tal-UE b’mod komprensiv u ma jkunux soġġetti għal traspożizzjoni mgħaġġla, mingħajr ma jiġu esklużi miżuri potenzjali skattati mir-regolamentazzjoni;

8.

jenfasizza l-importanza, fl-abbozzar finali tad-Direttiva u fl-applikazzjoni sussegwenti tagħha, ta’ terminoloġija kondiviża u mhux ambigwa: uħud mid-definizzjonijiet il-ġodda użati fid-Direttiva jistgħu ma jkunux kompletament allinjati mad-definizzjonijiet diġà stabbiliti fil-liġi internazzjonali dwar it-taxxa: sabiex tiġi żgurata ċertezza legali akbar, se jkun kruċjali li t-traduzzjonijiet tad-Direttiva tal-UE jiġu kontroverifikati sabiex jintlaħaq allinjament preċiż mal-kunċetti tal-liġi dwar it-taxxa tal-pajjiżi individwali;

9.

jitlob, fir-rigward tal-gruppi nazzjonali kbar, li jsir kull sforz biex jiġi żgurat li t-taxxa minima l-ġdida tikkonforma mal-liġi tal-UE, sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali, u jħeġġeġ bil-qawwa l-istabbiliment, fejn possibbli, ta’ miżuri ta’ semplifikazzjoni għal dawn il-gruppi purament nazzjonali. Bħalissa, mhuwiex ċar kemm jeżistu gruppi kbar purament nazzjonali fl-UE u xi tkun l-ispiża fiskali u amministrattiva ta’ miżura bħal din.

Interazzjoni u kundizzjonijiet ekwivalenti ma’ pajjiżi terzi

10.

jittama li, meta tittrasponi t-taxxa minima tal-OECD f’liġi, l-UE timpenja ruħha b’mod kostanti mal-imsieħba globali tagħha u tasserixxi l-linji gwida politiċi tagħha, sabiex jiġi evitat li l-kumpaniji Ewropej jiffaċċjaw standards aktar stretti mill-kompetituri diretti tagħhom, li jwassal biex l-UE tkun ambjent intraprenditorjali inqas miftuħ, bi tkabbir ekonomiku aktar baxx, inqas impjiegi, kapaċitajiet u riżorsi limitati biex jirrispondu għall-isfidi tal-innovazzjoni. B’mod partikolari, iqis li n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-Istati Uniti fl-ewwel pilastru jista’ jdgħajjef l-iskop u l-bilanċ tal-Ftehim tal-OECD b’mod ġenerali;

11.

jistieden lill-UE tissorvelja mill-qrib kif l-introduzzjoni tas-sistema tat-tieni pilastru taffettwa l-imġiba tal-investituri u l-kumpaniji, biex tifhem kif ir-regoli l-ġodda se jaffettwaw l-investiment, l-impjiegi, it-tkabbir, il-kummerċ jew l-impatt fiskali. Dan il-monitoraġġ huwa essenzjali biex jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi fuq il-ħaddiema (fil-forma ta’ pagi aktar baxxi), il-konsumaturi (permezz ta’ prezzijiet ogħla) jew l-azzjonisti (permezz ta’ dividendi aktar baxxi). Peress li huwa essenzjali li l-imsieħba kummerċjali ewlenin kollha tal-UE japplikaw it-taxxa minima, huwa essenzjali li l-pajjiżi terzi jikkonformaw mar-regoli internazzjonali, sabiex jiġi evitat li l-kumpaniji tal-UE jiġu soġġetti għal reġim aktar strett minn oħrajn u jitħallew esposti għal sistema globali mhux koordinata;

12.

jenfasizza li r-Regola dwar il-Pagamenti Sottointaxxati (UTPR) tista’ sa ċertu punt tillimita l-kundizzjonijiet mhux ekwivalenti bejn il-kumpaniji, iżda dan ma jsolvix kompletament is-sitwazzjoni, b’mod partikolari minħabba li r-regola hija kumplessa ħafna biex tiġi applikata fil-prattika u tista’ tagħmel lill-UE inqas attraenti, pereżempju għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp jew investimenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija u l-klima;

13.

iqis li huwa essenzjali li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja tal-kumpaniji tal-UE, pereżempju minħabba n-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-BEPS (Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti) jew l-IIR (Regola ta’ Inklużjoni tal-Introjtu) Ewropej u l-BEAT jew il-GILTI tal-Istati Uniti.

Armonizzazzjoni ma’ inċentivi u regoli oħra tal-UE dwar it-taxxa

14.

jissuġġerixxi li, bħala parti mit-tnaqqis sostanzjali fit-tassazzjoni tal-profitti korporattivi fil-livell Ewropew (li naqas bin-nofs matul l-aħħar 25 sena), għandha ssir evalwazzjoni dwar il-bosta miżuri li ttieħdu matul l-aħħar għaxar snin kontra l-evitar u dwar l-effiċjenza, l-effikaċja, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tagħhom f’termini ta’ dħul mit-taxxa (inkluż kif l-Istati Membri implimentaw din il-leġiżlazzjoni fil-ħidma ta’ awditjar tagħhom);

15.

jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-mekkaniżmu tal-UE tal-2017 għas-soluzzjoni tat-tilwim jistax jintuża għat-tieni pilastru jew jekk humiex meħtieġa bidliet;

16.

jemmen li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jfasslu mill-ġdid is-sistemi tat-taxxa tagħhom biex jiżguraw li xorta jkunu jistgħu jinkoraġġixxu l-innovazzjoni (ekoloġika), it-tkabbir u l-impjiegi. Il-pajjiżi fasslu u implimentaw għadd ta’ taxxi u inċentivi nazzjonali f’dawn l-aħħar deċennji biex jistimolaw l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-ekonomiji lokali. L-aktar fenomenu reċenti u importanti huwa ż-żieda fl-inċentivi tat-taxxa mfassla speċifikament biex jinkoraġġixxu l-protezzjoni tal-klima, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u r-riċerka u l-iżvilupp skont il-Patt Ekoloġiku tal-UE: uħud mill-inċentivi fiskali attwalment użati fl-Istati Membri mhux se jibqgħu possibbli jew se jkunu inqas attraenti mil-lat tal-investiment wara l-introduzzjoni tad-Direttiva. Għalhekk, ikun jaqbel li l-Kummissjoni tħejji gwida biex tiċċara kif għandhom jitfasslu inċentivi fiskali futuri b’konformità mar-rekwiżiti tat-tieni pilastru (eż. inċentivi li joffru ħelsien mit-taxxi fuq is-salarji jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tar-riċerkaturi, jew skemi ta’ deprezzament aċċellerat biex jinkoraġġixxu l-investiment);

17.

iqis li huwa essenzjali li l-pajjiżi tal-UE xorta waħda jipprovdu inċentivi fiskali biex jattiraw investiment barrani, dment li jistimolaw l-attività tal-ekonomija reali billi jimpjegaw aktar impjegati, iħallsu aktar ħaddiema jew jinvestu f’assi tanġibbli: l-intrapriżi multinazzjonali (MNE) jiddependu wkoll mill-SMEs lokali għall-inputs fil-ktajjen tal-valur tagħhom u l-preżenza tagħhom tista’ twassal għal aktar effetti sekondarji pożittivi għall-ambjent tan-negozju lokali;

18.

jappoġġja t-talba tal-komunità tan-negozju għall-introduzzjoni ta’ fażi ta’ ttestjar fl-applikazzjoni tal-penali previsti, pereżempju għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, sabiex il-kumpaniji kollha jingħataw żmien biex jitgħallmu r-regoli l-ġodda, u b’hekk il-penali applikati għal entitajiet mhux konformi jkunu proporzjonati u jeskludu lil dawk li n-nuqqas ta’ konformità tagħhom huwa dovut għal adattament tardiv tal-proċeduri u mhux għal intenzjoni speċifika ta’ kondotta ħażina volontarja;

19.

jissuġġerixxi, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ depożitu, li l-informazzjoni relatata man-negozju għandha tiġi żvelata biss permezz ta’ skambju uffiċjali ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b’kunfidenzjalità stretta u skont kundizzjonijiet ta’ użu adatti, sabiex tiġi evitata divulgazzjoni mhux ikkontrollata ta’ informazzjoni sensittiva, mingħajr, madankollu, ma jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ trasparenza, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-OECD dwar Approċċi Komuni għal Krediti ta’ Esportazzjoni Appoġġjati Uffiċjalment u d-Diliġenza Dovuta Ambjentali u Soċjali;

20.

jitlob li jiġu introdotti semplifikazzjonijiet amministrattivi biex jillimitaw l-ispejjeż tal-adattament għar-regoli l-ġodda, kemm għan-negozji kif ukoll għall-awtoritajiet tat-taxxa: għandu jsir kull sforz biex il-piż amministrattiv jinżamm baxx kemm jista’ jkun. Leġiżlazzjoni li ma tkunx kumplessa żżejjed tista’ tagħmilha aktar faċli għan-negozji biex jitgħallmu r-regoli l-ġodda, minbarra li tqassar il-perjodu ta’ tranżizzjoni meħtieġ, u tagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet tat-taxxa biex jivverifikaw l-applikazzjoni effettiva tar-regoli l-ġodda.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  COM(2021) 823 final.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/51


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għall-Universitajiet

(2022/C 301/09)

Relatur:

Emil BOC (RO/PPE), Sindku ta’ Cluj-Napoca

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet

COM(2022) 16

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jilqa’ l-impenn u l-appoġġ tal-Unjoni biex tiġi promossa l-eċċellenza fl-edukazzjoni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol importanti tal-Istrateġija Ewropea għall-Universitajiet fil-kuntest tal-“pakkett ta’ edukazzjoni għolja”, li se jippermetti li ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tinkiseb sal-2025;

2.

jenfasizza li ċivilizzazzjoni li ssaħħaħ il-valuri demokratiċi Ewropej tista’ tiġi sostnuta biss jekk tinvesti fil-kapital uman. Sistema edukattiva eċċellenti, b’universitajiet b’saħħithom fil-qalba tagħha, hija l-bażi għat-tagħlim tul il-ħajja;

3.

jenfasizza l-importanza li tittejjeb il-kwalità tat-tagħlim u r-riċerka fl-universitajiet Ewropej u li jiġi żgurat li jkun hemm l-appoġġ meħtieġ fil-livell lokali u reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi ta’ din l-ambizzjoni strateġika;

4.

jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-universitajiet fis-soċjetà u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli, reżiljenti, inklużiv u bbażat fuq valuri demokratiċi, kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-komunitajiet lokali u r-reġjuni. Ir-rwol tal-universitajiet huwa aktar u aktar importanti fis-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, fejn jistgħu jgħinu biex tingħeleb il-kriżi u jitrawwem l-irkupru wara l-kriżi (1);

5.

jissottolinja r-rwol kruċjali tal-universitajiet fl-indirizzar tal-isfidi globali. L-UE ilha tenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-rabta mill-qrib bejn ir-riċerka, it-tagħlim, l-apprendiment u l-innovazzjoni fl-universitajiet, filwaqt li jkun hemm finanzjament aħjar għall-universitajiet biex jiġi konsolidat il-livell ta’ kwalità meħtieġ. Ir-rwol tal-universitajiet biex jiġi ġenerat għarfien ġdid tar-riċerka u tiġi promossa innovazzjoni ġdida huwa vitali biex jiġu indirizzati l-isfidi urġenti tas-soċjetà identifikati fil-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

6.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-universitajiet għandhom jitqiesu bħala komponent essenzjali tal-kultura Ewropea u li d-diversità tas-settur akkademiku, li jinkludi b’mod partikolari istituzzjonijiet edukattivi, istituti ta’ riċerka u skejjel vokazzjonali, hija ass strateġiku;

7.

jinnota li l-preżenza ta’ universitajiet fil-livell lokali u reġjonali ta’ spiss hija vantaġġ kompetittiv konsiderevoli għall-komunitajiet fejn jinsabu (2). Pereżempju, l-investituri huma interessati u attirati mill-komunitajiet b’forza tax-xogħol b’ħiliet għolja u opportunitajiet għall-kooperazzjoni mad-dinja akkademika u t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien espert mill-universitajiet għas-settur tan-negozju. Il-preżenza ta’ università tiġġenera wkoll introjtu sinifikanti fil-komunitajiet ikkonċernati (3), peress li l-istudenti, l-għalliema u l-bqija tal-persunal jonfqu somom konsiderevoli (hemm effett multiplikatur sinifikanti f’termini ta’ konsum iġġenerat mill-universitajiet). Lil hinn minn dawn il-benefiċċji ekonomikament kwantifikabbli, il-preżenza tal-universitajiet toħloq klima kosmopolitana fil-livell lokali, ikkaratterizzata mill-preżenza ta’ studenti u għalliema internazzjonali, kif ukoll valuri ta’ tolleranza, u ta’ diversità kulturali, reliġjuża u etnika, fost oħrajn (4);

8.

jilqa’ l-approċċ f’diversi livelli propost fl-Istrateġija Ewropea għall-Universitajiet, li jipprevedi l-allinjament tal-objettivi tal-politika pubblika u l-investiment fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; madankollu jenfasizza li dimensjoni lokali u reġjonali aktar b’saħħitha tkun ta’ benefiċċju biex jitfassal u jiġi implimentat il-mudell akkademiku ideali fil-futur;

9.

jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti sħubijiet strateġiċi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-universitajiet, inkluż fit-tfassil ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali; L-universitajiet għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp ta’ ekosistemi bbażati fuq il-post, li għalihom l-istrateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti pprovdew bażi tajba;

10.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw lill-universitajiet billi joħolqu u jsaħħu l-kundizzjonijiet marbuta mal-kuntest lokali u reġjonali (aċċess għal firxa ta’ infrastrutturi u servizzi, kwalità tal-ħajja, ambjent inklużiv, eċċ.) li jistgħu jżidu l-kompetittività tal-universitajiet f’suq globali;

11.

jenfasizza li, fil-livell taż-żona Ewropea, diġà hemm tradizzjoni eċċellenti ta’ kooperazzjoni bejn l-universitajiet minn Stati Membri differenti fil-qafas tal-programm ERASMUS+, u li din għandha titkompla;

12.

jinnota li r-rwol tal-universitajiet fis-soċjetà qed jevolvi u li l-universitajiet jieħdu funzjonijiet ġodda apparti l-funzjonijiet tradizzjonali (prinċipalment fir-rigward tal-edukazzjoni u r-riċerka) (5). L-universitajiet issa qed jiddefinixxu lilhom infushom mill-ġdid bħala atturi ewlenin b’mod partikolari fil-qasam tal-innovazzjoni teknoloġika u soċjali, l-intraprenditorija u t-trasferiment tat-teknoloġija għall-ekonomija. Ma jitwarrbux mill-komunitajiet u s-soċjetà, iżda jsiru protagonisti li jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex jissolvew il-problemi tas-soċjetà (6);

13.

jenfasizza li l-universitajiet huma atturi ewlenin biex jippromovu objettivi importanti ħafna għall-UE, bħat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Għandhom għarfien espert qawwi f’dawn l-oqsma u fl-istess ħin jistgħu jimplimentaw u jxerrdu prattiki tajbin f’dan il-qasam fost il-komunitajiet lokali li fihom iwettqu l-attivitajiet tagħhom;

14.

jinnota li l-universitajiet jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet u għodod biex jindirizzaw għadd ta’ problemi kbar li qed tiffaċċja l-UE, bħall-eżodu ta’ mħuħ (7) u eżodu rurali. L-effetti negattivi ta’ dan il-fenomenu u l-importanza taċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ huma marbuta mill-qrib mal-kooperazzjoni u s-sħubijiet bejn l-universitajiet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, in-negozji u s-soċjetà ċivili; jenfasizza li l-isforzi għandhom jiżdiedu b’mod sinifikanti biex jitnaqqas id-distakk fl-għarfien u l-innovazzjoni fi ħdan l-Ewropa u jingħalaq id-distakk fl-innovazzjoni bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti;

15.

jenfasizza kemm huwa importanti li jiġu identifikati u jintużaw b’mod permanenti u fuq skala kbira l-prattiki t-tajba fil-livell lokali u reġjonali fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-universitajiet. F’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ networks transnazzjonali li għandhom l-għan li jxerrdu l-prattiki tajba u li jinvolvu b’mod vast il-partijiet interessati tal-edukazzjoni għolja jidher li huwa prijorità għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri. Network bħal dan jista’ jitqies fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropea għall-Universitajiet;

16.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-universitajiet jiffaċċjaw sfidi u ostakli sinifikanti f’dan il-proċess ta’ trasformazzjoni u responsabbiltajiet ġodda. Id-diffikultajiet finanzjarji huma l-aktar probabbli li jiġu ffaċċjati fl-Istati Membri kollha. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jipproponi li titfassal strateġija ta’ investiment li tqis il-finanzjament fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, u jitlob li titqies il-kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi, privati u dawk mingħajr skop ta’ qligħ sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-universitajiet Ewropej. Il-KtR jinnota wkoll li hemm sfidi relatati mal-livell ta’ awtonomija akkademika u/jew mal-interferenza politika fid-deċiżjonijiet importanti dwar il-finanzjament tal-universitajiet, ir-reklutaġġ u l-għażla tal-għalliema, il-libertà tal-espressjoni u l-għażla tas-suġġetti u tal-orjentazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka, l-opportunitajiet għal komunikazzjoni ħielsa, mingħajr ċensura tar-riżultati tar-riċerka, eċċ.;

17.

jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri jkunu involuti b’mod attiv sabiex tissaħħaħ id-diversità tal-ekosistemi lokali u reġjonali u jrawmu l-kooperazzjoni u l-fiduċja bejn is-setturi differenti tal-komunitajiet. Il-Kumitat jirrimarka li fil-livell lokali u reġjonali, l-universitajiet għandhom jitqiesu bħala parti minn ekosistemi usa’ li jinkludu varjetà wiesgħa ta’ partijiet interessati (8). Il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-atturi lokali kkonċernati hija essenzjali sabiex l-universitajiet ikunu jistgħu jipprovdu ħiliet ġodda li jippermettu li l-problemi jiġu solvuti b’mod kreattiv, li tintuża t-teknoloġija u li jkun hemm komunikazzjoni effettiva fil-komunità.

18.

jinnota li l-approfondiment tal-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-universitajiet u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni għolja huma prijoritajiet essenzjali tal-Istrateġija Ewropea għall-Universitajiet. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jieħdu miżuri biex jappoġġjaw, fejn xieraq, il-kooperazzjoni akkademika transnazzjonali (l-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej fil-kuntest tal-Erasmus+ hija għodda importanti f’dan il-qasam għal alleanzi akkademiċi mmirati lejn l-eċċellenza). L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu japprovaw il-prattiki ssuġġeriti mill-istrateġija, bħall-inizjattiva tal-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din il-Kard tista’ tiġi rikonoxxuta mhux biss fil-livell universitarju, iżda wkoll fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-istudenti, ir-riċerkaturi u l-għalliema transnazzjonali minn naħa, u l-amministrazzjonijiet lokali min-naħa l-oħra (fir-rigward, pereżempju, tal-permessi ta’ residenza, il-biljetti tat-trasport pubbliku u l-aċċess għall-mużewijiet);

19.

jenfasizza li, bħala parti mill-istrateġija Ewropea għall-universitajiet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri għandhom jaġixxu bħala faċilitaturi, li kapaċi jlaqqgħu flimkien partijiet interessati differenti mill-komunità madwar inizjattivi u proġetti ta’ interess għall-universitajiet. Il-KtR jinnota wkoll li f’ħafna Stati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali m’għandhomx responsabbiltà diretta għall-finanzjament tal-universitajiet. Madankollu, jistgħu jiffaċilitaw il-finanzjament minn fondi differenti għall-universitajiet u l-inizjattivi tagħhom, billi joħolqu sinerġiji fil-livell lokali u reġjonali;

20.

jirrikonoxxu l-ħtieġa li l-universitajiet ifasslu mill-ġdid il-kurrikuli biex jirrispondu bl-aktar mod effettiv possibbli għal avvanzi rapidi fit-teknoloġija, għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, u għal bidliet strutturali fis-swieq tax-xogħol Ewropej li jeħtieġu ħiliet ġodda (9). Il-Kumitat jenfasizza wkoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol importanti f’dan il-proċess ta’ tfassil mill-ġdid tal-kurrikuli u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda; Jenfasizza fl-istess ħin li, filwaqt li l-universitajiet jikkontribwixxu ħafna biex jissaħħu l-impjegabbiltà u l-kompetittività ekonomika fi ħdan ekonomija globalizzata, in-natura awtonoma tal-edukazzjoni terzjarja trid tiġi ppreservata;

21.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex joħolqu u jsaħħu ekosistemi lokali u reġjonali li jrawmu l-kooperazzjoni attiva u n-networking bejn il-gvernijiet sottonazzjonali, in-negozji u l-industrija u d-dinja akkademika. F’dawn l-ekosistemi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu r-rwol ta’ inizjaturi u faċilitaturi, billi jidentifikaw l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni, jallokaw diversi riżorsi, b’mod partikolari dawk finanzjarji, meħtieġa għall-attivitajiet ta’ networking u kooperazzjoni, u jappoġġjaw il-ħolqien ta’ strutturi bħaċ-ċentri edukattivi fil-livell lokali u/jew reġjonali. Dawn tal-aħħar huma għodod/vetturi eċċellenti mfassla biex jipprovdu spazju għal djalogu u kollaborazzjoni bejn l-atturi ewlenin fl-edukazzjoni formali biex jappoġġjaw liż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali tagħhom. Meta jistrieħu fuq dawn iċ-ċentri edukattivi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu, fi sħubija ma’ atturi oħra tal-ekosistema, jimplimentaw strumenti bħal fondi għall-innovazzjoni, għotjiet żgħar għan-negozji ġodda f’diversi oqsma ewlenin, eċċ.;

22.

jemmen li l-mod kif l-istudenti jeħtieġu jitgħallmu llum il-ġurnata f’xi każijiet huwa kompletament differenti minn dak tal-passat; jeħtieġ li jingħataw possibbiltajiet biex japplikaw il-kunċetti teoretiċi għal sitwazzjonijiet fil-ħajja reali u jsolvu problemi li jiltaqgħu magħhom fil-komunità tagħhom lokali u reġjonali. F’kollaborazzjoni mal-universitajiet u atturi oħra tal-ekosistema lokali u reġjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu tali esperjenzi edukattivi, pereżempju billi jappoġġjaw laboratorji ħajjin, iressqu kwistjonijiet ta’ politika pubblika lill-istudenti biex janalizzawhom, jiżviluppaw proġetti strateġiċi komuni għall-benefiċċju tal-komunità, jew jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ma’ partijiet interessati oħra tal-komunità lokali u reġjonali;

23.

huwa tal-fehma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fi sħubija mal-universitajiet u atturi oħra fl-ekosistema lokali jew reġjonali, jistgħu jappoġġjaw b’mod sinifikanti l-intraprendituri żgħażagħ, inklużi l-istudenti jew il-gradwati, billi jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għar-riżorsi ewlenin allokati għall-innovazzjoni. Ħafna żgħażagħ u studenti jeħtieġu riżorsi bħal laboratorji, teknoloġiji ġodda, konnessjonijiet ġodda biex jiżviluppaw proġetti ta’ negozju u/jew prodotti u servizzi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu, fi sħubija ma’ entitajiet oħra b’riżorsi bħal dawn, jiffaċilitaw l-aċċess tal-intraprendituri żgħażagħ għar-riżorsi tal-innovazzjoni (spazji, taħriġ, pariri, eċċ.);

24.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiżviluppaw relazzjonijiet intelliġenti mal-universitajiet fil-qasam tal-iżvilupp tal-komunità lokali u reġjonali. Huwa importanti li l-universitajiet jiġġeneraw għarfien u servizzi għall-benefiċċju tal-komunitajiet li jwettqu l-attivitajiet fihom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom l-opportunità li jiffaċilitaw dawn ir-relazzjonijiet billi joħolqu programmi li jinvolvu lill-universitajiet b’mod permanenti biex isolvu l-problemi li jiffaċċjaw il-komunitajiet lokali u reġjonali, billi jagħmlu użu mis-servizzi ta’ konsulenza u għarfien espert tal-universitajiet u billi jxerrdu l-aħjar prattiki emerġenti, sabiex aktar komunitajiet u awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jimplimentawhom. Ir-rikonoxximent pubbliku u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-universitajiet għandhom ukoll rwol partikolarment importanti biex jilleġittimizzaw it-trajettorji akkademiċi u/jew professjonali diversifikati, billi jħeġġu lill-universitajiet jivvalorizzaw il-parteċipazzjoni tal-għalliema, ir-riċerkaturi u l-istudenti fil-livell lokali;

25.

jenfasizza li komunitajiet lokali u reġjonali differenti ta’ kull daqs jistgħu jibbenefikaw bl-istess suċċess mill-preżenza tal-universitajiet. L-awtoritajiet lokali jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-iżvilupp u l-attraenza tal-universitajiet billi joħolqu l-kundizzjonijiet għal kwalità għolja tal-ħajja u jħeġġu attitudnijiet u mġiba li jippromovu t-tolleranza, l-inklużjoni, il-multikulturaliżmu u s-sigurtà fl-ispazju pubbliku. L-universitajiet jistgħu jistabbilixxu ċerti attivitajiet u ċerti entitajiet mhux biss fiċ-ċentri urbani kbar, iżda wkoll fi bliet żgħar u ta’ daqs medju. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu l-installazzjoni ta’ estensjonijiet universitarji u/jew istituti ta’ riċerka f’dawn il-komunitajiet iżgħar billi jappoġġjaw u jimplimentaw diversi miżuri bħal opportunitajiet ta’ akkomodazzjoni aċċessibbli għall-istudenti, il-possibbiltà li jintuża bini pubbliku għal attivitajiet ta’ tagħlim, riċerka u tixrid tal-għarfien, billi jiżviluppaw indikaturi ta’ kwalità tajba tal-ħajja u jieħdu vantaġġ minn ċerti benefiċċji li ċ-ċentri urbani l-kbar ma joffrux;

26.

jemmen li t-trasformazzjoni diġitali fil-livell lokali u reġjonali tista’ tiġi aċċellerata permezz ta’ kooperazzjoni mal-universitajiet u billi jintużaw b’mod sħiħ ir-riżorsi tagħhom f’dan il-qasam. Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, huma jistgħu jipprovdu pariri jew jimplimentaw strateġiji ta’ trasformazzjoni diġitali fil-livell lokali jew reġjonali. Fir-rigward tal-ħiliet diġitali, l-universitajiet, fi sħubija mal-gvernijiet lokali, jistgħu joffru korsijiet għal żmien qasir jew taħriġ inklużiv, b’enfasi fuq ċerti gruppi f’riskju ta’ esklużjoni (bħall-anzjani jew dawk b’livell baxx ta’ ħiliet);

27.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kampusijiet ibridi biex jistimulaw il-proċess ta’ trasformazzjoni diġitali fil-komunitajiet u l-universitajiet, filwaqt li jiżguraw opportunitajiet indaqs, jippromovu l-integrazzjoni soċjali, itejbu l-kompetittività taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, isaħħu l-ħidma fost iż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni u l-fehim interkulturali. Il-kampusijiet ibridi għandhom jagħtu attenzjoni lill-komunikazzjoni fl-iżgurar tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-penetrazzjoni tal-informazzjoni, biex jiġi żgurat li tkun ġenwinament aċċessibbli għaż-żgħażagħ eliġibbli kollha, b’mod partikolari dawk li jgħixu f’reġjuni periferiċi. Jistgħu wkoll jappoġġjaw finanzjarjament il-ftuħ ta’ dawn il-kampusijiet ibridi għal partijiet interessati differenti fil-komunità, inklużi l-gruppi f’riskju jew żvantaġġati, żgħażagħ vulnerabbli u f’riskju bħal dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, żgħażagħ qiegħda, nisa, refuġjati, persuni b’diżabilità u pensjonanti, eċċ.); Il-politiki tal-UE u tal-Istati Membri jeħtieġ li jagħtu prijorità lill-inklużjoni taż-żgħażagħ f’riskju;

28.

jenfasizza li l-universitajiet għandhom għarfien kif ukoll għarfien espert konsiderevoli fil-qasam tat-tranżizzjoni ekoloġika. Jistgħu jkunu wkoll mudell ta’ prattika tajba bi rwol edukattiv u informattiv f’din it-tranżizzjoni. L-universitajiet, fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jistgħu jiżviluppaw kampusijiet ekoloġiċi u jieħdu sehem attiv fil-proċessi ta’ riġenerazzjoni urbana, billi jipprovdu lill-komunità b’dan it-tip ta’ kampus jew bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jikkonforma mal-prinċipji tal-ekodisinn;

29.

jilqa’ l-inklużjoni ta’ pjan direzzjonali ċar, indikaturi annwali u punti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, kif diġà mitlub mill-KtR, sabiex jiġi vvalutat il-progress fil-ksib tal-objettivi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-ħolqien tal-Osservatorju Ewropew tal-Edukazzjoni Għolja jingħata dimensjoni lokali u reġjonali, li tagħmilha possibbli li tintuża t-tabella ta’ valutazzjoni Ewropea wkoll fil-livell lokali u reġjonali;

30.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw lill-universitajiet Ewropej fl-isforzi tagħhom biex jinternazzjonalizzaw u jippromovu r-rwol tal-Unjoni Ewropea fix-xena internazzjonali. Dan ser jinkludi b’mod partikolari li tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tal-universitajiet Ewropej f’alleanzi transnazzjonali ambizzjużi li għandhom l-għan li jiżviluppaw kooperazzjoni sistemika fit-tul fil-qasam tal-edukazzjoni, tar-riċerka u tal-innovazzjoni eċċellenti, u jagħtu opportunitajiet permanenti ta’ mobbiltà universitarja lill-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-impjegati.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Howard, G., Weinstein, R., Yang, Y. (2021), Do universities improve local economic resilience? (L-universitajiet itejbu r-reżiljenza ekonomika lokali?), IZA DP Nru 4422, disponibbli online (bl-Ingliż) f’:https://docs.iza.org/dp14422.pdf.

(2)  Fonseca, L., Nieth, L. (2021), The role of universities in regional development strategies: A comparison across actors and policy stages (Ir-rwol tal-universitajiet fl-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali: paragun fost l-atturi u l-istadji tal-politika), European Urban and Regional Studies, 22(3); Goddard, J, Puukka, J. (2008), The engagement of higher education institutions in regional development: an overview of the opportunities and challenges (Il-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-iżvilupp reġjonali: ħarsa ġenerali lejn l-opportunitajiet u l-isfidi), Higher Education Management and Policy, 20(2): 11-41.

(3)  Chirca, A., Lazar, D.T. (2021), Cluj-Napoca without students: an estimation of the gap in the city’s economy (Cluj-Napoca mingħajr studenti: stima tad-distakk fl-ekonomija tal-belt), Transylvanian Review of Administrative Sciences, 66E: 44-59.

(4)  Goddard, J., Vallance, P. (2014), The university and the city (L-università u l-belt) Higher Education, 68(2): 319-321.

(5)  Liddle J., Addidle G.D. (2022), The Changing Role of Universities in Society: Key Influences in The Role of Universities and HEIs in the Vulnerability Agenda. Rethinking University-Community Policy Connections (Ir-rwol li qiegħed jinbidel tal-universitajiet fis-soċjetà: l-influwenzi prinċipali fir-rwol tal-universitajiet u tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-istrateġija tal-ġlieda kontra l-vulnerabbiltà. Nirrevedu r-rabtiet strateġiċi bejn l-università u l-komunità). Palgrave Macmillan, Cham. https://doi.org/10.1007/978-3-030-89086-5_3.

(6)  Myklebust, J.P., Smidt, H. (2021), What is the role of universities in global upskilling? (X’inhu r-rwol tal-universitajiet fit-titjib globali tal-ħiliet?) University World News, disponibbli online f’https://www.universityworldnews.com/post.php?story=20210129110449887

(7)  Hammerbauer, M., Pavletić, P., Vespa, M. (2021) Brain drain in higher education in European context (L-eżodu ta’ mħuħ fl-edukazzjoni għolja f’kuntest Ewropew), Rapport finali – ESC41, disponibbli online f’https://www.esu-online.org/wp-content/uploads/2021/03/Brain-Drain-final-report-ESC41-Google-Docs.pdf.

(8)  Reichert, S. (2019), The Role of Universities in Regional Innovation Ecosystems (Ir-rwol tal-universitajiet fl-ekosistemi reġjonali tal-innovazzjoni), studju tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Universitajiet, disponibbli online f’https://www.eua.eu/downloads/publications/eua%20innovation%20ecosystem%20report_final_digital.pdf.

(9)  Jackson, N. J. (2011) Learning for a complex world: A lifewide concept of learning, education and personal development (Nitgħallmu għal dinja kumplessa: kunċett ta’ tagħlilm, edukazzjoni u żvilupp personali li jħaddan l-aspetti kollha tal-ħajja). Bloomington, IN: Author House; Williams, S., Dodd, L. J., Steele, C., u Randall, R. (2015), A systematic review of current understandings of employability (Analiżi sistematika tal-fehim attwali tal-impjegabbiltà), Journal of Education and Work, Vol. 29, nru 8, pp 877-901.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/56


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-għajnuna mill-Istat futura fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali

(2022/C 301/10)

Relatur:

Guido MILANA (IT/PSE), Kunsillier Komunali ta’ Olevano Romano

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-proposti ġodda mressqa reċentement mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-agrikoltura, li se jibdew japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2023;

2.

ifakkar li l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jipprevedi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-impriżi, f’każ li tali għajnuna twassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq intern, għalkemm l-artikolu jipprevedi wkoll ċerti derogi;

3.

ifakkar li, fir-rigward tas-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, il-Kummissjoni tivvaluta l-eżistenza ta’ tali distorsjoni billi tibbaża l-analiżi tagħha fuq il-linji gwida għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali, u li dawn il-linji gwida jkopru l-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2022;

4.

jenfasizza li l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jistipula li l-finanzjament għal miżuri mhux koperti mill-Anness I tat-TFUE jrid jiġi implimentat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

5.

jenfasizza li dan l-allinjament taż-żewġ testi jiżgura li t-tul ta’ żmien tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikun konformi mat-tul ta’ żmien tar-regoli dwar l-iżvilupp rurali;

6.

jinnota li, għal dan il-għan, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni fl-2019 u li r-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni jinsabu fid-dokument ta’ ħidma SWD (2021) 107 final (2);

7.

ifakkar li, sadanittant, il-Parlament u l-Kunsill tal-UE adottaw ir-Regolamenti dwar il-PAK il-ġdida, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi, wara li tqieset l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK) il-ġdida;

8.

jenfasizza li l-proposti l-ġodda għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għandhom iqisu l-PAK il-ġdida, u jkunu konformi magħha;

9.

jenfasizza li l-azjendi agrikoli se jkunu meħtieġa jimplimentaw l-istrateġiji tal-Patt Ekoloġiku, b’mod partikolari l-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt;

10.

jenfasizza li huwa essenzjali li l-azjendi agrikoli u tal-forestrija jiġu appoġġjati fit-tranżizzjoni ekoloġika, speċjalment l-azjendi agrikoli iżgħar li jinsabu f’żoni strateġiċi u li għandhom rwol ewlieni fil-protezzjoni u l-ħarsien tal-pajsaġġ;

11.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards vinkolanti Ewropej ta’ produzzjoni u reċiproċità jew klawżoli mera għall-prodotti importati, bħalma huma meħtieġa jagħmlu l-produtturi tal-UE;

12.

jistieden lill-Kummissjoni żżid ir-rata tal-kontrolli fil-fruntieri u tesiġi proċeduri bħat-trattament bil-kesħa tal-prodotti importati;

13.

ifakkar li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni diġà esprima l-fehmiet tiegħu dwar iż-żewġ strateġiji, fl-Opinjoni dwar Bliet u reġjuni bijodiversi lil hinn mill-2020 fil-COP 15 tal-KDB tan-NU u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (4), u fl-Opinjoni dwar Mill-Għalqa sal-Platt: id-dimensjoni lokali u reġjonali (5);

14.

jenfasizza r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali fit-tfassil u l-ġestjoni ta’ ċerti proċeduri marbuta mal-kumpens ta’ ċerti għajnuniet, b’mod partikolari l-għajnuna marbuta mal-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura;

15.

ifakkar li r-reġjuni, il-provinċji u l-muniċipalitajiet mhux biss jipparteċipaw fit-tfassil tal-pjani strateġiċi nazzjonali previsti fir-Regolament (UE) 2021/2115, iżda huma wkoll benefiċjarji ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali u jikkontribwixxu għat-tfassil tal-inizjattiva LEADER;

16.

jinnota li mill-2014 sal-2019, l-għajnuna mill-Istat li ngħatat lis-settur agrikolu fil-livell Ewropew naqqset minn EUR 7,6 biljun għal EUR 6 biljun, iżda żdiedet matul il-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19;

17.

jenfasizza li, matul dan il-perjodu, l-azjendi agrikoli u agroalimentari u s-settur tal-forestrija qatt ma waqfu jipproduċu, u b’hekk iggarantixxew is-sigurtà tal-provvista kif meħtieġ mill-Artikolu 39 tat-TFUE;

18.

jenfasizza li l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna ħolqot sitwazzjoni ta’ instabilità fis-swieq tal-prodotti bażiċi u tal-provvista tal-ikel;

19.

jenfasizza r-rwol li l-PAK għandu jkollha f’dan ir-rigward, f’dak li jikkonċerna l-awtoprovvista u l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel;

20.

ifakkar li tali provvisti kienu possibbli wkoll bis-saħħa tal-possibbiltà li l-azjendi setgħu jibbenefikaw minn għajnuna ad hoc mill-Kummissjoni fid-dawl tal-kriżi ekonomika kkawżata mill-COVID-19;

21.

jinnota, barra minn hekk, li l-biċċa l-kbira tal-għajnuna mill-Istat, bl-esklużjoni tal-għajnuna speċifika għall-kriżi tal-COVID-19, ingħatat prinċipalment fl-ambitu tal-pjani ta’ żvilupp rurali, u b’mod partikolari, għal miżuri lil hinn mill-objettivi tal-Anness I tat-Trattat (prodotti agrikoli);

22.

jieħu nota tal-fatt li l-proċedura għall-inklużjoni tal-għajnuna mill-Istat fil-programmi għall-iżvilupp rurali kienet kumplessa;

23.

jinnota li, għalkemm ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex jinkisbu l-objettivi tal-iżvilupp rurali, u l-linji gwida għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali 2014-2020 huma simili ħafna, il-miżuri ta’ żvilupp rurali mhux dejjem huma kompletament konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

24.

jieħu nota tal-fatt li l-konsultazzjoni li nediet il-Kummissjoni żvelat li xi aspetti tar-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat saru obsoleti;

25.

jenfasizza li l-objettiv li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-impriżi kollha fl-Unjoni Ewropea jibqa’ objettiv fundamentali;

26.

jinnota li xi miżuri għandhom jinżammu u jiġu adattati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju;

27.

jinnota li fir-rigward tas-settur tal-forestrija, l-għajnuna ġiet użata b’mod predominanti għal miżuri ta’ żvilupp rurali u li, minħabba r-rwol importanti tal-foresti, se jkun meħtieġ li l-għajnuna tkun aktar faċli biex tiġi implimentata;

28.

iqis li huwa neċessarju li l-azjendi agrikoli u tal-forestrija jiġu appoġġjati fit-tranżizzjoni ekoloġika, speċjalment il-mikrointrapriżi, il-bdiewa żgħar lokali u l-katini tal-provvista tal-ikel li, fid-dawl tal-prezzijiet tal-ikel għoljin kif ukoll l-ispejjeż ta’ produzzjoni, bħall-enerġija u l-fertilizzanti, li ġew affettwati wkoll mill-gwerra fl-Ukrajna, li waħedhom ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma’ dawn il-konsegwenzi; f’dan ir-rigward, jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel;

29.

l-armonizzazzjoni tal-kriterji relatati mal-obbligi ta’ informazzjoni u pubbliċità, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskadenzi għan-notifika tad-dettalji tal-iskemi ta’ għajnuna soġġetti għar-Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija;

30.

jenfasizza li r-riforma tal-PAK li għadha kif ġiet adottata hija bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u għalhekk, huwa importanti li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jirrispettaw ukoll dan il-prinċipju mingħajr ma fl-istess ħin idgħajfu l-kompetizzjoni bejn il-bdiewa fi Stati Membri differenti;

31.

iqis li huwa fundamentali li jiġi ppreservat dan il-prinċipju tas-sussidjarjetà, speċjalment fir-rigward tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma l-eqreb għat-territorji li jaqdu rwol essenzjali fil-ġestjoni tal-miżuri fil-livell lokali.

Għaldaqstant, jissuġġerixxi:

Semplifikazzjoni

32.

li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jibgħatu, kull sena, notifiki relatati mal-avvenimenti li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, mard tal-annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet, peress li jekk ikunu rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet nazzjonali, ma jkunux jeħtieġu li jiġu nnotifikati wkoll lill-Kummissjoni;

33.

li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jippubblikaw informazzjoni dwar benefiċjarji individwali ta’ għajnuna inqas minn EUR 75 000 għall-produzzjoni agrikola, u inqas minn EUR 500 000 għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli;

34.

li l-proċeduri relatati mal-parti tal-valutazzjoni komuni għall-għajnuna notifikata ma jsirux aktar onerużi;

35.

li jkun hemm il-possibbiltà li tingħata għajnuna għall-investiment permezz tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Agrikola (ABER) (6), anke għal prodotti minn settur wieħed, b’mod partikolari fejn tali għajnuna tkun maħsuba biex ittaffi l-konsegwenzi ta’ avvenimenti komparabbli ma’ diżastri naturali jew biex jingħata kumpens għall-ħsara kkawżata minn mard tal-annimali jew tal-pjanti jew minn pesti;

36.

li jiġi previst approċċ ta’ punt uniku ta’ kuntatt għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat fil-pjani strateġiċi nazzjonali msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115;

37.

li tiġi definita lex specialis għall-applikazzjoni tar-Regolament de minimis fl-agrikoltura minħabba d-differenzi bejn is-settur agrikolu u s-setturi l-oħra. B’mod partikolari, jappella sabiex il-limitu tal-għajnuna de minimis jiżdied għal EUR 50 000 fuq perjodu ta’ tliet snin, u li jiġi previst ammont (eż. EUR 1 000) li taħtu tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-Regolament de minimis (ammonti żgħar ħafna ta’ għajnuna);

38.

li jiġi emendat ir-Regolament de minimis għas-settur agrikolu b’tali mod li jkun aktar sempliċi, b’mod partikolari biex jitneħħa l-kontroll tar-rekwiżit ta’ impriża unika;

39.

li d-definizzjoni ta’ impriża f’diffikultà titħalla f’idejn l-Istati Membri;

40.

li jiġu ssemplifikati l-proċeduri amministrattivi għall-għajnuna lill-awtoritajiet lokali, speċjalment meta dawn ikunu benefiċjarji ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat. Jeħtieġ b’mod partikolari, li ma jiġux ikkwalifikati bħala impriżi kbar;

41.

li jiġu stabbiliti proċeduri aktar sempliċi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex primarjament jimmaniġġjaw il-ħtiġijiet u l-emerġenzi lokali u reġjonali;

42.

li jiġu ssemplifikati l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għall-azzjonijiet ta’ reklamar u promozzjoni, b’mod partikolari biex attivitajiet ta’ promozzjoni istituzzjonali ġenerali li ma jirreferux għal marki kummerċjali speċifiċi u li ma jħeġġux lill-konsumaturi jixtru prodott jitqiesu bħala MHUX għajnuna;

43.

fir-rigward tal-għażliet ta’ spejjeż issemplifikati, li sal-lum huma kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biss meta jkunu koperti minn miżuri ta’ għajnuna kkofinanzjati b’fondi tal-UE, jeħtieġ li dawn ikunu jistgħu jintużaw irrispettivament mill-fatt li jkun hemm kofinanzjament Ewropew. Jidher li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni valida biex ikomplu jiġu applikati metodi differenti għall-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli skont is-sors tal-finanzjament tal-iskema ta’ għajnuna;

Ekoloġizzazzjoni

44.

li l-azjendi agrikoli u tal-forestrija, speċjalment il-mikrointrapriżi, jiġu appoġġjati fit-tranżizzjoni ekoloġika;

45.

li tiġi żgurata flessibbiltà adegwata fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f’każ ta’ kriżi, bħal dik maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna, billi jiġu previsti limiti massimi adatti u konsistenti ta’ għajnuna biex jiġi żgurat li l-bdiewa jkunu jistgħu jkomplu jipproduċu l-ikel u l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn prezzijiet ġusti għall-konsumatur, billi jiġu ssemplifikati wkoll il-proċeduri għall-implimentazzjoni u l-għoti tal-għajnuna, filwaqt li titnaqqas il-burokrazija, b’mod partikolari fir-rigward tal-benefiċjarji finali;

46.

li jiġu ssemplifikati ċerti proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-investimenti fil-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari fir-rigward tad-daqs tal-inċentiv:

47.

li jiġu introdotti rati ogħla ta’ investiment għall-SMEs agrikoli li jinvestu fit-tranżizzjoni ekoloġika;

48.

li tinħoloq għajnuna ad hoc għas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola biex il-bdiewa jiġu mħallsa għal dan il-kompitu importanti;

49.

iqis li l-frammentazzjoni tal-azjendi agrikoli hija fattur negattiv kontra l-possibbiltà li wieħed jibqa’ fis-suq, u li tingħata bidu għat-tranżizzjoni ekoloġika fil-qasam tal-agrikoltura;

Il-koeżjoni territorjali

50.

iqis li huwa essenzjali li jiġi definit mill-ġdid il-kunċett ta’ SMEs fis-settur agrikolu, u li tiġi riveduta d-definizzjoni ta’ mikrointrapriża stabbilita fl-Anness I, Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 702/2014, biex tinħoloq definizzjoni ad hoc għas-settur agrikolu, minħabba n-natura speċifika tas-settur, u għalhekk jipproponi li jiġi definit tip ġdid ta’ mikrointrapriża fl-agrikoltura;

51.

li jiġu appoġġjati SMEs agrikoli u tal-forestrija f’żoni muntanjużi, f’żoni interni u fir-reġjuni ultraperiferiċi fir-rwol tagħhom ta’ protezzjoni u ħarsien tal-pajsaġġ;

52.

li jiġu inċentivati l-SMEs fis-settur agrikolu, li jikkonformaw mal-parametri stabbiliti fil-punt 50 u li jinsabu f’żoni muntanjużi, interni jew żvantaġġati kif definiti mill-Istati Membri fil-pjani strateġiċi nazzjonali tagħhom, għar-rwol tagħhom fil-konservazzjoni u l-ħarsien tal-ħabitats;

53.

jitlob ukoll li jkun possibbli li azjendi f’żoni muntanjużi għoljin ikunu jistgħu jakkwistaw art għal ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa eliġibbli totali għall-operazzjoni kkonċernata, kif stabbilit fl-Artikolu 73(3)(c) tar-Regolament (UE) 2021/2115, sabiex tkun possibbli l-konsolidazzjoni tal-art meħtieġa biex l-azjendi agrikoli jinżammu ekonomikament attivi u sabiex dawn iwettqu l-kompiti tagħhom għall-ħarsien u l-protezzjoni tal-pajsaġġ;

54.

li s-settur tal-forestrija jkun jista’ jibbenefika mill-proċedura ta’ eżenzjoni min-notifika lil hinn mill-appoġġ tal-pjani strateġiċi nazzjonali;

55.

fir-rigward tas-settur tal-forestrija wkoll, li l-appoġġ infrastrutturali jista’ jitqies bħala għajnuna MHUX prestabbilita fir-rigward ta’ investimenti mhux produttivi;

56.

li jiġu emendati r-regoli attwali dwar il-ġestjoni tar-riskju, b’mod partikolari billi jitbaxxa l-livell limitu ta’ ħsara għad-definizzjoni ta’ avvenimenti li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali għal 20 % kif previst fir-Regolament (UE) 2021/2115;

57.

li jiżdied il-limitu ta’ kumpens għal assigurazzjoni ssussidjata u għodod oħra għall-ġestjoni tar-riskju kif previst fl-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2021/2115. Dan il-limitu għandu jkun kompatibbli maż-żamma tal-ispiża attwali tal-assigurazzjoni għall-azjendi agrikoli;

58.

li l-għajnuna għall-kumpens għal ħsara kkawżata minn annimali protetti tkun eżentata min-notifika;

59.

li, għal ħsara bħal din, ikun possibbli li jingħata kumpens għal telf ta’ dħul, kif diġà previst fir-rigward ta’ ħsara li tirriżulta f’telf ta’ tagħmir tal-produzzjoni;

60.

li, minbarra l-ħsara kkawżata minn annimali protetti, jista’ jiġi previst ukoll kumpens għal annimali oħra, u li d-definizzjoni ta’ dawn l-annimali titħalla f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, peress li l-inċidenza tvarja minn pajjiż għal ieħor;

61.

li miżuri ta’ promozzjoni istituzzjonali li ma jirreferux għal marki kummerċjali speċifiċi jitqiesu bħala MHUX għajnuna.

62.

li jingħata biżżejjed appoġġ għal negozji ġodda mhux agrikoli f’żoni rurali, bil-limitu massimu għall-ammont limitat ta’ għajnuna allinjat mal-limitu massimu għal negozji ġodda agrikoli (EUR 100 000). M’hemm l-ebda raġuni għal divrenzjar li jippenalizza d-diversifikazzjoni f’azjendi mhux agrikoli, peress li dawn huma ammonti żgħar ħafna;

63.

bil-għan li jiġu megħjuna l-SMEs li jibbenefikaw minn proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) jew minn proġetti tal-Grupp Operazzjonali, jappella sabiex:

jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni għall-awtoritajiet lokali, gruppi ta’ azzjoni lokali, universitajiet, korpi oħra irrispettivament mid-daqs tagħhom, fid-dawl tad-diversità kbira ta’ dawn il-proġetti li fihom jipparteċipaw u jikkooperaw ħafna entitajiet differenti;

l-ammont limitat totali ta’ għajnuna li jingħata għal kull proġett jiżdied għal EUR 300 000 għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità u għal EUR 500 000 għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(2)  Ara Commission Staff Working Document: Evaluation of the instruments applicable to State aid in the agricultural and forestry sectors and in rural areas [mhux disponibbli bil-Malti].

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).

(4)  ĠU C 440, 18.12.2020, p. 20.

(5)  ĠU C 37, 2.2.2021, p. 22.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/61


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE għall-Foresti għall-2030

(2022/C 301/11)

Relatur:

Joan CALABUIG RULL (ES/PSE), Segretarju għall-Unjoni Ewropea u r-Relazzjonijiet Esterni tal-Generalitat Valenzjana

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

Kummenti ġenerali

1.

iqis b’mod pożittiv li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tistabbilixxi qafas ta’ politika għall-ġestjoni u l-protezzjoni tal-foresti Ewropej, bil-għan li jittejbu s-servizzi tal-ekosistema tagħhom, jiġi żgurat l-għajxien, speċjalment fiż-żoni rurali, u jkun hemm kontribut għal bijoekonomija tal-foresti appoġġjata minn ġestjoni sostenibbli tal-foresti bħala għodda multifunzjonali bbażata fuq in-natura. Dan kollu flimkien ma’ miżuri regolatorji u finanzjarji bħala parti minn pjan sal-2030;

2.

iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għall-2030, li tissostitwixxi l-Istrateġija għall-Foresti adottata fl-2013 (1) u evalwata fl-2018 (2), tistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni Ewropea dwar il-foresti, u tenfasizza r-rwol ewlieni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti sabiex jiġu żgurati l-benesseri u l-għajxien taċ-ċittadini, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi reżiljenti għat-tibdil tal-klima;

3.

jilqa’ l-valutazzjoni u l-korrezzjoni ta’ xi prattiki tal-foresti ta’ darba f’ċerti reġjuni sabiex tiġi protetta l-bijodiversità, iżda wkoll il-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma u r-reżiljenza għad-disturbi minħabba t-tibdil fil-klima (l-istress tal-ilma, l-uragani, il-borra, il-pesti u n-nirien fil-foresti);

4.

jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-ekosistema tal-foresti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew (3), il-Patt Klimatiku Ewropew (4), il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (5) u l-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 (6) u jenfasizza li d-diversi setturi bbażati fuq il-foresti – inklużi dawk li jużaw benefiċċji mhux estrattivi tal-foresti – jistgħu u għandhom jikkontribwixxu għal bijoekonomija ċirkolari sostenibbli, newtrali għall-klima u soċjoekonomikament kompetittiva;

5.

jinnota li s-settur tal-forestrija ġie eskluż mill-ewwel rapport tal-Pjattaforma ta’ Esperti dwar il-Kriterji Ambjentali tat-tassonomija Ewropea minħabba l-fatt li l-foresti huma settur sensittiv li fih huwa diffiċli li jinstab bilanċ bejn il-ħtiġijiet u l-interessi differenti tal-partijiet ikkonċernati. Jinnota wkoll li l-fehma tal-esperti mhijiex vinkolanti għall-Kummissjoni Ewropea;

6.

jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b’mod ambjentalment, soċjalment u ekonomikament ġust u bbilanċjat fir-rigward tal-objettivi klimatiċi u tal-bijodiversità u l-objettivi tal-bijoekonomija tal-foresti, bħala wieħed mill-pilastri bażiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

7.

jisħaq li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali b’kompetenzi fil-forestrija żviluppaw u implimentaw strateġiji, politiki, programmi u għodod nazzjonali u/jew reġjonali għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u għalhekk jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u d-djalogu kostruttiv bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili tal-forestrija;

8.

jenfasizza li l-foresti jagħtu benefiċċji multipli lis-soċjetà inġenerali permezz ta’ firxa sħiħa ta’ servizzi tal-ekosistema inklużi servizzi mhux estrattivi. Għalhekk, id-deċiżjonijiet relatati mal-foresti huma importanti għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini, u l-maniġers tal-foresti;

Il-ħtieġa li jissaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati forestali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni

9.

jemmen li l-istabbiliment ta’ qafas u ta’ objettivi komuni fil-livell Ewropew huwa idea tajba ħafna, iżda jappella li tiġi evitata kwalunkwe dgħufija tas-sussidjarjetà u tar-rwol tal-Istati Membri f’dan il-qasam fid-dawl tad-diversità tal-foresti fl-Ewropa; jitlob ukoll li jiġi adottat approċċ reġjonali aktar adatt. Il-KtR jaqbel ukoll mal-fehma li filwaqt li t-Trattati ma jelenkawx “politika tal-foresti” fost il-kompetenzi espliċiti tal-UE, l-UE għandha firxa wiesgħa ta’ kompetenzi dwar kwistjonijiet relatati, li ġew eżerċitati f’testi legali li jindirizzaw kwistjonijiet tal-forestrija;

10.

jirrimarka wkoll li l-ġestjoni tal-foresti għandha impatt sinifikanti speċjalment f’żoni skarsament popolati u żoni remoti fejn l-ekonomija bbażata fuq il-foresti hija sors essenzjali ta’ għajxien għan-nies;

11.

jirrakkomanda li jissaħħu l-komunikazzjoni, id-djalogu u l-involviment tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati tas-settur (sidien pubbliċi u privati, assoċjazzjonijiet kummerċjali, kumpaniji bbażati fil-foresti, esperti dwar il-konservazzjoni tan-natura, riċerkaturi inklużi xjenzjati tal-klima, eċċ.) fit-tħejjija tad-dokumenti, peress li huwa tal-fehma li d-diskussjoni preliminari hija limitata u tista’ tittejjeb fil-korpi ta’ parteċipazzjoni eżistenti, kif sar fi strateġiji preċedenti, sabiex jinkiseb kunsens massimu fost il-partijiet interessati kollha li għandhom l-interess jibbenefikaw mill-foresti tagħna. Għall-kuntrarju, ġie ppreżentat dokument finali li jafferma li ħafna mill-kontenut tiegħu kien diġà inkluż fl-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-UE 2020;

12.

jirrakkomanda li l-partijiet interessati affettwati speċifikament mill-miżuri li jinsabu fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti (l-awtoritajiet reġjonali u lokali, is-soċjetà ċivili u n-negozji) għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li jiġu minimizzati l-piżijiet amministrattivi, speċjalment għas-sidien tal-foresti u n-negozji, iżda wkoll għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Il-ħtieġa li jintlaħaq kunsens fil-livell Ewropew

13.

jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ kunsens politiku fl-UE, peress li f’dawn l-aħħar ġimgħat/xhur kien hemm żieda fil-kritika fir-rigward tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti kif imfassla bħalissa, kemm permezz ta’ stqarrijiet minn korpi tal-UE bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Opinjoni NAT/831 dwar Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 (7)), diversi gvernijiet nazzjonali u reġjonali kif ukoll mill-partiti politiċi li jappoġġjawhom, minn MEPs minn gruppi politiċi differenti u minn rappreżentanti tas-settur tal-forestrija (assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-foresti pubbliċi u privati, amministrazzjonijiet tal-foresti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, assoċjazzjonijiet tan-negozju, pjattaformi settorjali nazzjonali u reġjonali);

14.

jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill milħuqa taħt il-Presidenza Ġermaniża dwar kooperazzjoni eqreb futura fl-UE, li tipproponi approċċ “minn fuq għal isfel”, mingħajr ma jitqiesu biżżejjed l-istrutturi eżistenti (eż. inventarji tal-foresti reġjonali/nazzjonali), bi speċifikazzjonijiet u miżuri esklużivi mill-Kummissjoni li mhijiex responsabbli tal-politika tal-forestrija u mingħajr involviment biżżejjed mill-kumitat konsultattiv responsabbli;

15.

jirrikonoxxi l-objettivi ġenerali tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti biex jiġu żgurati prattiki tajba tal-ġestjoni tal-foresti fl-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn l-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-ġestjoni tal-foresti, inkluża l-protezzjoni bħala għażla ta’ ġestjoni, u jenfasizza l-importanza li tiġi rispettata u miżmuma d-diversità tal-foresti u l-prattiki ta’ pjanar u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-perjodi ta’ newba fl-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

16.

jinnota li għall-atturi ewlenin fis-settur tal-forestrija (sidien privati u pubbliċi, professjonisti, negozji u parti kbira tal-komunità xjentifika tal-forestrija) l-approċċ tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti ma jikkorrispondix bis-sħiħ mar-realtajiet fil-livell lokali, u jindika l-fatt li jidher li l-prattiki tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti mhumiex mexjin fid-direzzjoni t-tajba u għalhekk għandhom jinbidlu b’mod sinifikanti;

17.

jirrikonoxxi li d-data turi tnaqqis fil-bijodiversità f’xi territorji kif ukoll status inadegwat ta’ konservazzjoni tal-ħabitats ta’ Natura 2000, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ qafas adegwat ta’ inċentivi għall-maniġers tagħhom (prezzijiet, remunerazzjoni tal-esternalitajiet, qafas regolatorju adattat reġjonalment u sod); dawn huma aspetti ewlenin li għandhom jiġu indirizzati mill-Istrateġija tal-UE għall-Foresti bl-allokazzjoni ta’ riżorsi żejda mill-baġits tal-UE u tal-Istati Membri; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni eqreb biex jiġu promossi sforzi lejn ir-restawr tal-ekosistemi, inklużi miri għar-restawr tal-ekosistemi tal-foresti li saritilhom il-ħsara;

18.

iqis li l-forestrija multifunzjonali hija għodda tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti li għandha għeruq fondi fil-maġġoranza l-kbira tar-reġjuni, speċjalment f’dawk l-aktar milquta mill-impatt tat-tibdil fil-klima; josserva li, b’mod ġenerali, is-sidien u l-professjonisti li jiġġestixxu l-foresti jimpenjaw ruħhom li jipproteġu l-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi tal-foresti l-oħra, inaqqsu l-periklu u l-inċidenza tan-nirien fil-foresti, u fl-istess ħin jaħdmu biex jagħmluhom iktar reżiljenti, iżommuhom f’kundizzjoni tajba u jappoġġjaw it-tkabbir tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu b’mod attiv fl-ekonomiji lokali u għall-għajxien fiż-żoni rurali;

19.

jirrakkomanda approċċ ħafna aktar sistematiku, li jintegra d-diversità u l-kumplessità tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b’indikaturi lil hinn mill-proporzjon tal-ħsad u dak inkrementali, id-drittijiet tal-proprjetà u r-realtajiet li jiffaċċjaw is-sidien, il-professjonisti, in-negozji pubbliċi u privati u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-kisbiet tal-iżvilupp sostenibbli miksuba mis-settur tal-forestrija Ewropew; jirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-foresti f’ċerti żoni ma tistax tiġi separata mill-appoġġ, inkluż l-appoġġ ekonomiku, għal ġestjoni sostenibbli attiva mmirata biex timmassimizza l-esternalitajiet pożittivi tas-servizzi tal-ekosistema u tevita d-degradazzjoni, inkluża d-degradazzjoni ambjentali, bħala riżultat tal-abbandun tal-art tal-foresti;

20.

josserva li, fil-kuntest tal-bijodiversità, għandu jiġi enfasizzat li, bis-saħħa ta’ ċerti reġjuni ultraperiferiċi, l-UE għandha foresti primarji, Amażoniċi u subtropikali, li jikkostitwixxu laboratorju uniku għar-riċerka xjentifika, l-ispeċjalizzazzjoni u l-innovazzjoni (pereżempju, ir-riċerka farmaċewtika u l-iżvilupp tal-estratti tal-pjanti). Il-bijodiversità ta’ dawn ir-reġjuni tirrappreżenta kważi 80 % tal-bijodiversità Ewropea u hija essenzjali għall-bilanċ ekoloġiku tal-pjaneta. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-gwardjani ta’ dan it-teżor inestimabbli u għandhom jingħataw appoġġ adatt għall-ġestjoni u l-konservazzjoni tiegħu;

21.

iqis li, minkejja li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti hija marbuta mill-qrib mal-Istrateġija għall-Bijodiversità u, għalhekk, tista’ toħloq koerenza f’dan ir-rigward, hija għandha tadotta approċċ differenti, li jkun aktar inklużiv u sistematiku biex l-azzjonijiet tagħha jiġu allinjati b’mod effettiv u konsistenti mal-objettivi tal-politiki komuni dwar it-tranżizzjoni ekoloġika u t-tibdil fil-klima, bil-għan li jkunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi ambjentali, soċjali u ta’ tkabbir tal-UE, inklużi l-impjiegi ekoloġiċi. B’hekk, il-koerenza bejn il-politiki rilevanti tal-UE li jaffettwaw il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ssir kruċjali għall-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, u jiġi promoss il-potenzjal tas-settur li jikkontribwixxi kemm għat-tilħiq tal-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll il-potenzjal tiegħu li jilħaq tali objettivi;

Jinħtieġ approċċ aktar trasversali mis-servizzi tal-Kummissjoni

22.

jirrikonoxxi b’mod pożittiv l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti bħala r-riżultat tal-ħidma konġunta tad-DĠ AGRI, DĠ ENV u DĠ CLIMA, iżda jirrakkomanda li jiġu integrati l-unitajiet differenti tal-Kummissjoni li jaħdmu fis-settur tal-forestrija (DĠ GROW, DĠ ENER, DĠ REGIO) sabiex jiġu inklużi l-aspetti u l-implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali kollha minn approċċ sistemiku u inklużiv; inkella, jekk dan ma jsirx, l-approċċ tagħhom ikun inkomplet u parzjali;

23.

jirrakkomanda li jiġi definit b’mod ċar ir-rwol tal-Kumitat Forestrarju Permanenti bħala attur ewlieni fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, sabiex jiġu espressi l-fehmiet tas-settur u ta’ partijiet interessati ewlenin oħra, li jippermetti l-użu attiv tal-foresti fid-diversi reġjuni tal-UE;

24.

jirrakkomanda li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni morfoloġika tat-territorji, li tirrikjedi kemm l-innovazzjoni kif ukoll l-investiment fl-infrastuttura biex tiġi ffaċilitata l-loġistika, tkun possibbli d-diġitalizzazzjoni li timmodernizza l-ktajjen tal-valur ibbażati fuq il-foresti, li jintużaw bħala lievi fil-ġlieda kontra l-fenomeni ta’ abbandun tar-riżorsi u depopolazzjoni, u jkun hemm sistema adatta ta’ inċentivi;

Ir-rwol tal-livelli reġjonali u lokali

25.

jirrakkomanda li titqies id-dimensjoni territorjali tal-foresti bħala użu tal-art (attwalment ikopru 43 %, u r-rata qed tiżdied), li fil-biċċa l-kbira jinsabu f’reġjuni depopolati (żoni interni: muntanji, klimi kesħin, żoni li jistgħu jegħrqu, ħamrija fqira), billi jiġu integrati l-politiki tal-ġestjoni tal-art u ta’ depopolazzjoni tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

26.

iqis li huwa neċessarju li jiġi rikonoxxut il-prinċipju tas-sussidjarjetà, iżda wkoll il-kompetenza kondiviża fir-rigward tal-foresti minħabba d-diversi leġiżlazzjonijiet ambjentali u dawk relatati mal-konservazzjoni tal-pajsaġġ li jkollhom impatt fuq il-politika tal-forestrija, waqt li jitqiesu l-linji gwida differenti rilevanti għall-foresti, inklużi – iżda mhux biss – il-prattiki tal-forestrija u l-varjazzjonijiet bejn l-azjendi tal-foresti fl-Istati Membri, fil-kuntest tad-diversità bijoloġika, soċjali, ekonomika u kulturali tal-foresti fid-diversi reġjuni tal-UE;

27.

jenfasizza l-ħtieġa li l-aspetti ewlenin tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti jiddefinixxu l-prinċipji miftiehma fil-livell Ewropew. Madankollu, il-livell nazzjonali għandu jkun kapaċi jiddeċiedi dwar il-mezzi meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi, sabiex dawn jikkorrispondu mal-politiki u r-regolamenti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali b’kompetenzi fis-settur tal-forestrija; jenfasizza li hemm bżonn ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, settur kompetittiv u profitabbli b’mod ġenerali u konsistenza adatta ta’ politika biex jiġu protetti l-foresti;

Il-kompatibbiltà bejn il-funzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-foresti hija meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tal-UE

28.

iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti trid tikkunsidra biżżejjed l-importanza tal-firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi tal-foresti u, għaldaqstant, l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti għandhom jiżguraw il-bilanċ bejn il-funzjonijiet tal-foresti, inkluża l-provvista ta’ servizzi differenti tal-ekosistema. Jekk jiġi ppreferut aspett wieħed biss, il-bilanċ jinbidel;

29.

jenfasizza li s-settur tal-forestrija (il-ġestjoni u l-ħsad, l-ipproċessar industrijali tal-injam u l-karta) impjega direttament 2,1 miljun persuna fl-UE fl-2018, u ġġenera valur miżjud gross ta’ EUR 109 855 miljun. Barra minn hekk, 1,2 miljun persuna ħadmu fil-manifattura tal-għamara tal-injam u fl-istampar tal-karta, u ġġeneraw valur miżjud gross ta’ EUR 25 000 miljun u EUR 31 000 miljun rispettivament. Fl-2018, 397 000 kumpanija kienu joperaw f’industriji bbażati fuq il-foresti, li jirrappreżentaw 15 % tal-kumpaniji tal-manifattura. Fl-aħħar nett, il-bijoenerġija, il-kostruzzjoni tal-injam u l-prodotti tal-foresti mhux tal-injam ħolqu 4 miljun impjieg addizzjonali;

30.

jinnota li l-preservazzjoni tal-bijodiversità, ir-restawr tal-ekosistemi u ż-żieda tal-bjar tal-karbonju huma l-elementi fundamentali tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, iżda li n-nuqqas ta’ koerenza – li jirriżulta – mal-objettivi klimatiċi u tat-tkabbir soċjoekonomiku sostenibbli huwa wieħed mill-iżjed punti problematiċi;

31.

jenfasizza d-dimensjoni soċjali tal-foresti fl-UE, meta wieħed iqis li 60 % tal-erja koperta mill-foresti tappartjeni għal aktar minn 16-il miljun sid privat tal-foresti, li l-maġġoranza l-kbira tagħhom huma sidien żgħar mifruxa fir-reġjuni kollha, b’medja ta’ tlettax-il ettaru għal kull sid;

32.

jargumenta li l-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti jinkludu s-sostenibbiltà minn perspettiva globali, jiġifieri dik ekoloġika, ekonomika u soċjali, u li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti għandha għalhekk tinftiehem bħala l-aħjar mod ta’ ġestjoni permezz tal-konservazzjoni jew ta’ konservazzjoni permezz tal-ġestjoni, u għalhekk il-mod kif tiġi eliminata l-allegata dikotomija bejn il-ġestjoni u l-konservazzjoni, li hija ankrata aktar fid-diskors politiku milli fil-prattika reali tal-ġestjoni fil-post;

33.

jindika li l-foresti li huma proprjetà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jirrappreżentaw madwar 14 % (22 miljun ettaru) tal-erja totali tal-foresti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex biss sidien il-foresti, iżda wkoll jiġġestixxu u jamministraw l-implimentazzjoni tal-politika u l-baġits relatati mal-foresti, jinfurzaw il-liġijiet u jagħtu appoġġ fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti lis-sidien privati, li dejjem huma soġġetti għall-politiki tal-forestrija li huma fil-kompetenza tal-Istati Membri, kif ukoll għall-inizjattivi tal-UE li ġejjin minn diversi politiki settorjali, filwaqt li dejjem jippruvaw jirrikonċiljaw il-funzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-foresti;

34.

jinnota li d-diskussjonijiet li akkumpanjaw il-proċess qed jistabbilixxu dikotomija falza bejn il-funzjonijiet ambjentali u soċjoekonomiċi tal-foresti, li twassal għal diskussjonijiet preġudikati u tiddevja l-enfasi mill-objettiv fundamentali tal-iżvilupp sostenibbli: il-protezzjoni tas-saħħa tal-foresti tagħna fit-tul, il-kapaċità li tiġi indirizzata l-kriżi klimatika b’ekosistemi reżiljenti, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u t-trasformazzjoni responsabbli u effiċjenti tal-prodotti tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-benesseri u l-istil ta’ ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej;

35.

jirrakkomanda li jissaħħaħ il-kontenut tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti fir-rigward ta’ ċerti objettivi ambjentali (l-ilma, il-ħamrija, il-pajsaġġ) u jiġi enfasizzat aktar il-kontribut ewlieni li l-prodotti tal-foresti ġestiti u proċessati industrijalment b’mod sostenibbli jagħtu għall-bijoekonomija, bħala pilastru bażiku tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fir-rigward ta’ dawn il-prodotti tal-foresti, jeħtieġ li jiġu ffinanzjati proċessi teknoloġikament innovattivi sabiex jiġu żviluppati diversi negozji, b’mod partikolari negozji tal-ipproċessar tal-ewwel stadju li huma l-ħolqa dgħajfa fil-katina tal-industrija tal-forestrija u tal-injam u li għandhom l-akbar potenzjal biex jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi lokali;

36.

jirrakkomanda li ssir enfasi akbar fuq id-definizzjonijiet u l-miżuri tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti li għandhom l-għan li jtejbu ċ-ċikli tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ħamrija, speċjalment fl-ekosistemi tal-Mediterran u tal-muntanji; jirrimarka li hemm bżonn li jissaħħu l-indikaturi biex tittejjeb il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li hija prerekwiżit għall-forniment fit-tul tas-servizzi tal-ekosistema;

37.

jirrakkomanda li jiġu definiti mill-ġdid l-objettivi biex tingħata aktar viżibilità lill-iżgurar ta’ bilanċ sostenibbli u l-kompatibbiltà bejn il-funzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-foresti abbażi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-multifunzjonalità fid-diversi reġjuni tal-foresti (foresti boreali, kontinentali, Mediterranji, muntanjużi, urbani), mingħajr ma jiġu abbandunati l-protezzjoni tal-bijodiversità u servizzi ambjentali oħra;

38.

huwa tal-fehma li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għandha tagħmel aktar enfasi fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-ugwaljanza fis-settur tal-foresti. Huwa jqis ukoll li l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti, f’konformità mal-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri ta’ Marzu 2020, għandha tippromovi parteċipazzjoni aktar ugwali fis-suq tax-xogħol fost il-ġeneri sabiex is-settur tal-foresti jkun jista’ jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu;

39.

jirrakkomanda li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-foresti fl-aktar żoni remoti, fiż-żoni muntanjużi jew fl-aktar żoni żvantaġġati, fejn il-perċentwal ta’ erja koperta mill-foresti huwa ogħla, fejn hemm riskju akbar ta’ depopolazzjoni kif ukoll fejn il-ktajjen tal-valur ibbażati fuq il-foresti jirrappreżentaw is-sorsi ewlenin ta’ impjieg u ta’ attività ekonomika assoċjata mal-isfruttament u t-trasformazzjoni inizjali tar-riżorsi tal-foresti;

40.

jinnota li r-rwol tal-foresti biex tiġi żviluppata bijoekonomija ċirkolari jiġi ppreżentat aktar mill-perspettiva ta’ riskju milli bħala opportunità u jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu l-prodotti b’bażi bijoloġika fid-dekarbonizzazzjoni billi jnaqqsu l-konsum tal-fjuwils fossili u tal-materjali li ġejjin minn riżorsi fossili, wieħed mill-objettivi ewlenin stabbiliti mill-Kummissjoni; madankollu, id-dekarbonizzazzjoni trid tqis il-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti bbażati fuq il-foresti u tiffavorixxi l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ ħajja twila;

41.

jirrakkomanda l-promozzjoni tal-ipproċessar lokali ta’ prodotti tal-injam u prodotti forestali mhux tal-injam sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent.

42.

jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-panel taċ-ċittadini tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li titlob li ssir enfasi speċjali fuq ir-riforestazzjoni ta’ foresti sfruttati jew meqruda u t-tisġir taż-żoni b’ħamrija degradata kif ukoll soluzzjonijiet aktar responsabbli li għandhom jiġu promossi għal użu aħjar tal-injam (8);

43.

jirrakkomanda li jiġu definiti mill-ġdid l-objettivi u s-sinerġiji tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti mal-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija tal-2012, riveduta fl-2018 (9), u li jiġu integrati u promossi l-prodotti tal-foresti, kemm tal-injam (mhux biss l-injam għall-bini, iżda wkoll il-materjali bijokomposti, il-bijofjuwils, l-injam għall-bijoraffineriji u l-prodotti b’valur miżjud għoli għall-industrija kimika, tal-ikel, tal-kożmetiċi u tal-fwejjaħ) kif ukoll il-prodotti mill-foresti iżda mhux tal-injam (bħas-sufra, il-fungi, il-frott selvaġġ, il-pjanti aromatiċi u mediċinali, u r-reżina), billi jitqies il-kontribut tagħhom biex jittaffa t-tibdil fil-klima bħala bjar tal-karbonju fiċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom u l-effett li dawn il-materjali jiġu sostitwiti b’materjali oħra li huma emittenti netti tal-gassijiet serra;

44.

jirrakkomanda li jiġu definiti mill-ġdid l-objettivi u s-sinerġiji mal-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari tal-2020 (10), bħala l-pilastru bażiku tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u li jissaħħu l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-prodotti tal-foresti fil-ktajjen kollha tagħhom tal-ipproċessar u tal-irkupru tal-iskart;

45.

jirrakkomanda li tiġi stabbilita sistema għat-trasferiment tal-aħjar prattiki mill-biċċa l-kbira tal-kumpaniji (użu ottimizzat, razzjonali u responsabbli tar-riżorsi, iċ-ċertifikazzjoni tal-katina tal-kustodja, l-ekodisinn, l-effiċjenza enerġetika, l-irkupru tal-materjal jew tal-enerġija tal-iskart) għas-settur industrijali kollu bbażat fuq il-foresti;

46.

jenfasizza li l-objettiv tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għandu jirrikonoxxi l-importanza tal-foresti mhux biss bħala bir ta’ karbonju, iżda wkoll bħala ħażna ta’ karbonju li tista’ tiżdied bħala kontributur ewlieni għall-mira tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050; jenfasizza li l-impatt ta’ sostituzzjoni ta’ prodott ibbażat fuq il-foresti għandu jqis impatt sħiħ tul il-ħajja kollha biex jiġi apprezzat il-potenzjal kollu tas-settur tal-foresti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, iżjed ma jgħaddi ż-żmien minn fuq il-foresti, iżjed tonqos l-effettività tagħhom bħala bjar tal-karbonju;

47.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari għall-foresti, li jiddistingwu mill-inqas bejn il-foresti antiki li qatt ma ġew ġestiti (0,7 % tal-foresti kollha) u l-foresti ġestiti fil-passat iżda li l-ġestjoni tagħhom ġiet abbandunata matul dawn l-aħħar deċennji, bil-għan li l-foresti antiki jiġu protetti b’mod effettiv, speċjalment f’xi reġjuni tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u fl-istess ħin tingħata ħajja lill-foresti fejn il-ġestjoni ġiet abbandunata bir-riskju konsegwenti ta’ nirien fil-foresti u t-tixrid ta’ mard u pesti;

48.

iqis li l-bijoenerġija għandha tiġi kkunsidrata bħala opportunità biex jitwettqu miżuri ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u bħala sors rinnovabbli għal finijiet ta’ proċessi tat-trasformazzjoni industrijali tal-prodotti sekondarji u tar-riċiklaġġ, f’konformità mad-Direttiva tal-2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (11); iqis li l-bijoenerġija hija importanti għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa, u għall-indipendenza tagħha fir-rigward tal-fjuwils fossili;

49.

jirrakkomanda li jiġu riveduti l-emendi proposti għall-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijoenerġija jew tat-trattament tal-foresti, peress li xi wħud mill-miżuri proposti jistgħu jżidu l-piż fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali bħala sidien tal-foresti u bħala istituzzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti f’ħafna Stati Membri, peress li r-restrizzjonijiet relatati mal-protezzjoni legali stretta ta’ 10 % tal-foresti ser jiġġeneraw kumpens sostanzjali mingħajr impenn finanzjarju ċar mill-Kummissjoni; iqis li jeħtieġ li jiġu applikati l-kriterji tas-sostenibbiltà tal-bijoenerġija previsti fid-Direttiva tal-2018 dwar l-Enerġija Rinnovabbli;

50.

iqis li r-rwol soċjoekonomiku tas-settur tal-forestrija huwa importanti għall-iżvilupp taż-żoni rurali u tal-ekonomiji lokali f’ħafna reġjuni, u jiddispjaċih li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti ma tistabbilixxix bħala wieħed mill-objettivi primarji tagħha l-iżvilupp ċar u inekwivoku tal-użu tar-riżorsi mill-foresti li huma tal-injam u tal-prodotti mhux tal-injam, kif ukoll it-trasformazzjoni industrijali tagħhom min-negozji Ewropej (il-maġġoranza l-kbira tagħhom huma SMEs li jinsabu f’reġjuni rurali), abbażi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u fil-qafas tal-bijoekonomija ekoloġika;

51.

iqis li huwa neċessarju li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tippromovi u ssaħħaħ l-edukazzjoni dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fl-oqsma kollha, speċjalment fl-iskejjel u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżda wkoll fil-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni, bħala mod kif jiġi rimedjat in-nuqqas ta’ għarfien taċ-ċittadini Ewropej dwar il-prattika tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u d-dimensjoni ekoloġika, ekonomika u soċjali tripla tagħha;

52.

iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għandha tinkludi dimensjoni internazzjonali bil-għan li titwaqqaf id-deforestazzjoni u t-telfien tal-bijodiversità fil-livell globali, billi jintużaw l-esperjenza, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattiki tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fl-Istati Membri u fil-maġġoranza vasta tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; f’dan l-isfonda jilqa’ l-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (12), li għandu l-għan li jrażżan l-importazzjoni ta’ prodotti bażiċi marbuta mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti globalment; Jenfasizza wkoll li l-proposta kienet akkumpanjata minn Grilja tas-Sussidjarjetà (13), li tipprovdi analiżi sostanzjali li tindirizza t-tħassib dwar is-sussidjarjetà;

Il-ħtieġa li jintlaħaq kunsens fil-livell xjentifiku u tekniku

53.

jirrakkomanda li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tixħet dawl fuq il-prattiki tajba tal-foresti b’riżultati tajbin fil-foresti Ewropej matul l-aħħar deċennji (tkabbir kontinwu tal-erja tal-foresti, tkabbir tal-bjar tal-karbonju, żieda fl-għadd taż-żoni u l-ekosistemi protetti, żieda fil-ħsad, l-iżvilupp ta’ negozji u industriji responsabbli, titjib tat-taħriġ fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u titjib tat-taħriġ għall-operaturi tal-foresti); jirrakkomanda li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tirrikonoxxi din il-ħidma b’mod espliċitu u li tpoġġi lill-UE fuq quddiem nett tal-prattiki tajba tal-foresti fil-livell globali u sservi ta’ eżempju għal pajjiżi oħra;

54.

iħeġġeġ li jiġu segwiti d-definizzjonijiet tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, speċjalment il-proċess ta’ Forest Europe, li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali meħuda mill-UE u l-Istati Membri tagħha;

55.

jirrakkomanda li jitwettqu aktar studji dwar l-ippjanar ta’ implimentazzjoni possibbli sabiex tiġi evitata duplikazzjoni mas-sistemi eżistenti. Jirrakkomanda wkoll li jiġu ċċarati s-sinerġiji, il-valur miżjud u l-proporzjon kostijiet-benefiċċji li jistgħu joffru ċ-ċertifikazzjoni proposta tal-ġestjoni tal-foresti qrib in-natura, ċertifikazzjoni indipendenti tal-UE, kif ukoll “il-pjani strateġiċi tal-foresti” fil-kuntest tas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-foresti li diġà jeżistu (Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni tal-Foresti (Programme for the Endorsement of Forest Certification –PEFC) u l-Kunsill tal-Amministrazzjoni Forestali (Forest Stewardship Council – FSC)), rikonoxxuti u implimentati internazzjonalment, u tal-istrateġiji, il-pjani u l-programmi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti diġà disponibbli fl-Istati Membri u fl-awtoritajiet reġjonali u lokali; hemm ukoll nuqqas ta’ ċarezza dwar jekk l-iskema l-ġdida għandux ikollha status obbligatorju jew volontarju, kif ukoll il-bażi legali li fuqha jissejsu tali azzjonijiet;

56.

jitlob li ssir referenza ċara għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji mhux estrattivi tal-foresti;

57.

jitlob rieżami u analiżi tal-valutazzjonijiet li saru minn esperti xjentifiċi tal-foresti, inklużi l-ekoloġisti tal-foresti, fl-Ewropa kollha, li jwissu li l-politiki proposti jistgħu ma jqisux biżżejjed iż-żieda potenzjali fir-riskji relatati ma’ disturbi kbar (nirien, uragani, borra qawwija u pesti), b’attenzjoni partikolari għall-foresti li huma partikolarment vulnerabbli għall-emerġenza klimatika;

58.

jipproponi li jintlaħaq kunsens akbar dwar is-suppożizzjonijiet li fuqhom jissejsu kemm l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti kif ukoll l-Istrateġija għall-Bijodiversità, abbażi ta’ approċċ xjentifiku u tekniku rigoruż, bl-integrazzjoni ta’ bord rappreżentattiv ta’ esperti xjentifiċi li huma metikolużi u għandhom esperjenza ppruvata fl-aspetti kollha tal-katina tal-valur tal-foresti kollha u d-diversi tipi ta’ foresti fl-Ewropa;

59.

huwa tal-fehma li, taħt ċerti kundizzjonijiet appoġġjati minn analiżi xjentifika, ħabitats protetti f’xi siti ta’ Natura 2000, jekk ikunu mhedda jew kompromessi minn disturbi relatati mat-tibdil fil-klima, ikunu jistgħu jiġu appoġġjati biex isiru ekosistemi aktar reżiljenti;

60.

jirrikonoxxi u jilqa’ l-proposta għal ġbir affidabbli ta’ data, u jenfasizza l-importanza li tiġi ppubblikata proposta leġiżlattiva ġdida dwar l-osservazzjoni, ir-rappurtar u l-ġbir ta’ data dwar il-foresti fl-UE;

L-istrateġija teħtieġ kjarifiki importanti qabel ma tiġi implimentata

61.

iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti ma tiżvelax objettiv koerenti u komprensiv għas-settur Ewropew tal-foresti għall-2030, iżda pjuttost tkopri diversi azzjonijiet u inizjattivi, li ħafna minnhom għadhom vagi u xi wħud biss għandhom skeda indikattiva;

62.

iqis li, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, l-ewwel pass neċessarju huwa li jiġu ċċarati l-kunċetti u l-azzjonijiet u li jitfassal pjan ta’ azzjoni li jipprovdi ċarezza fir-rigward tal-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni, l-iskeda ta’ żmien u r-responsabbiltajiet. Dan il-pjan ta’ azzjoni għandu jirrikonoxxi l-pożizzjoni tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-atturi settorjali dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti u ħsibijiethom dwar it-triq ’il quddiem proposta. Għandu jinkludi wkoll il-fehmiet tal-KtR, tal-Parlament Ewropew u tal-partijiet interessati tas-settur kollu tal-foresti;

63.

jirrakkomanda kjarifika dwar kif l-indikaturi, il-limiti u l-firxiet il-ġodda tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ser ikunu marbuta mal-kriterji u l-indikaturi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ta’ Forest Europe, peress li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma firmatarji ta’ Forest Europe; fl-istess waqt iqis li hemm bżonn ukoll ta’ informazzjoni dwar il-bażi legali li tiġġustifika din il-miżura u dwar x’jinvolvi li “[n]ibdew fuq bażi volontarja” fir-rigward tal-passi futuri possibbli, kif ukoll kjarifika tar-rabta bejn il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-kunċett ta’ “qrib in-natura”;

64.

jirrakkomanda li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-fattibbiltà tal-iżvilupp tal-pagament għas-servizzi tal-ekosistema jiġu diskussi bir-reqqa mal-Istati Membri u l-atturi settorjali, b’kontrolli sussegwenti fil-prattika biex jiġi vvalutat jekk il-mekkaniżmi finanzjarji previsti fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti (PAK, is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u ċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju) jippermettux li jintlaħqu l-objettivi maħsuba;

65.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni ta’ monitoraġġ tal-foresti kkoordinat fil-livell tal-Unjoni, però jqis li hemm bżonn ta’ valutazzjoni tal-valur miżjud u tal-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-proposta l-ġdida dwar l-osservazzjoni, ir-rappurtar u l-ġbir tad-data tal-foresti tal-UE, kif ukoll tad-data u l-informazzjoni eżistenti u dawk nieqsa, kif ukoll ir-rikonoxximent ta’ data remota, inkluża informazzjoni mis-satellita u midja oħra, bħala mod kosteffettiv biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien f’kooperazzjoni mal-inventarji nazzjonali eżistenti u li għaddejjin bħalissa tal-foresti; f’dan ir-rigward, is-sussidjarjetà, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi huma aspetti ewlenin li għandhom jiġu indirizzati. Il-monitoraġġ tal-foresti madwar l-UE jista’ jiġġenera valur miżjud dment li jkun appoġġjat mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jkun ibbażat fuq data fuq il-post miġbura minn inventarji nazzjonali u reġjonali tal-foresti u fuq l-esperjenza ta’ Forest Focus. Barra minn hekk, in-natura (volontarja jew obbligatorja), il-format u l-iskop preċiż tal-pjani strateġiċi nazzjonali jeħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar u għanhom jinħolqu inċentivi kosteffettivi għas-sidien tal-foresti sabiex jikkontribwixxu għall-ġbir tad-data;

Il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti teħtieġ aktar fondi Ewropej

66.

jirrakkomanda li jiġu impenjati riżorsi finanzjarji ċari u realistiċi peress li, minkejja li żieda sinifikanti fil-finanzjament għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tista’ tiġi interpretata bħala li tagħmel parti mill-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, il-ħtieġa li wieħed jiddependi minn fondi li diġà għandhom objettivi u allokazzjonijiet oħra (pereżempju, il-PAK) u n-nuqqas ta’ kontribuzzjoni minn fondi oħra f’kuntest ġenerali kkaratterizzat mill-Brexit, mill-kriżi ekonomika ta’ wara l-COVID-19 u minn żieda fl-inflazzjoni, huwa kontestabbli li wieħed jaħseb li l-finanzjament insuffiċjenti attwali tal-UE għall-foresti u għall-bijodiversità ser jitreġġa’ lura fuq perjodu ta’ żmien qasir jew medju;

67.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tgħin lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jiżguraw li l-fondi Ewropej disponibbli (FAEŻR, FEŻR, NextGenerationEU) ikunu jistgħu jintużaw aktar għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, billi jiġu ssemplifikati l-proċessi amministrattivi;

68.

jirrakkomanda li jiġu impenjati aktar riżorsi finanzjarji għat-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp u t-trasferiment tal-għarfien fil-livell Ewropew u internazzjonali sabiex ikun hemm kooperazzjoni, trasferiment u implimentazzjoni tal-prattiki tajba tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-ktajjen tal-valur ibbażati fuq il-foresti fir-reġjuni kollha tal-Ewropa u tad-dinja;

69.

huwa tal-fehma li l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għandha tippromovi inizjattivi li joħolqu pjattaformi għal kooperazzjoni u finanzjament interreġjonali marbuta mal-foresti u l-ekonomija dekarbonizzata.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  COM(2013) 659 final.

(2)  COM(2018) 811 final.

(3)  Patt Ekoloġiku Ewropew: https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt

(4)  COM(2020) 788 final.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(6)  COM(2020) 380 final.

(7)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 169.

(8)  Rakkomandazzjoni tal-panel taċ-ċittadini tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa dwar it-tibdil fil-klima u l-ambjent.

(9)  COM(2018) 673 final u SWD(2018) 431 final.

(10)  COM(2020) 98 final.

(11)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(12)  COM(2021) 706 final.

(13)  SWD(2021) 325 final.


III Atti preparatorji

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-149 sessjoni plenarja tal-KtR, 27.4.2022–28.4.2022

5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/70


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn implimentazzjoni soċjalment ġusta tal-Patt Ekoloġiku

(2022/C 301/12)

Relatur:

Csaba BORBOLY (RO/PPE), President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Harghita, ir-Rumanija

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima

COM(2021) 568 final

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tirriforma l-istruttura tal-Unjoni dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (riformulazzjoni)

COM(2021) 563 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima

COM(2021) 568 final

Emenda 1

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġu implimentati l-impenji lejn in-newtralità klimatika, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija ġiet rieżaminata u emendata sabiex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Sabiex jiġu implimentati l-impenji lejn in-newtralità klimatika, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija ġiet rieżaminata u emendata sabiex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-emendi jenħtieġ li ikunu konformi mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jiżguraw li kulħadd ikun jista’ jibbenefika bis-sħiħ mit-tranżizzjoni ġusta u li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Fond Soċjali għall-Klima ġdid għandu jikkontribwixxi biex jipproteġi u jemanċipa l-aktar unitajiet domestiċi u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli bil-ħsieb li jinqered il-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà madwar l-Ewropa.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Dawk l-emendi għandhom impatti ekonomiċi u soċjali differenti fuq is-setturi differenti tal-ekonomija, fuq iċ-ċittadini , u fuq l-Istati Membri. B’mod partikolari, l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jenħtieġ li tipprovdi inċentiv ekonomiku addizzjonali biex isir investiment fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils fossili u, b’hekk, jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Flimkien ma’ miżuri oħrajn, jenħtieġ li dan inaqqas il-kostijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq fuq terminu medju sa twil, u jipprovdi opportunitajiet ġodda għall-ħolqien tal-impjiegi u l-investiment.

Dawk l-emendi għandhom impatti ekonomiċi u soċjali differenti fuq is-setturi differenti tal-ekonomija, fuq l-unitajiet domestiċi, l-intrapriżi mikro u żgħar, ir-reġjuni u l-bliet , u fuq l-Istati Membri. B’mod partikolari, l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jenħtieġ li tipprovdi inċentiv ekonomiku addizzjonali biex isir investiment fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils fossili u, b’hekk, jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Flimkien ma’ miżuri oħrajn, jenħtieġ li dan inaqqas il-kostijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq fuq terminu medju sa twil, u jipprovdi opportunitajiet ġodda għall-ħolqien tal-impjiegi u l-investiment.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Iż-żieda fil-prezz għall-fjuwils fossili tista’ taffettwa b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli li jonfqu parti akbar mill-introjtu tagħhom fuq l-enerġija u t-trasport, li, f’ċerti reġjuni, ma għandhomx aċċess għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport alternattivi u affordabbli u li jistgħu ma jkollhomx il-kapaċità finanzjarja li jinvestu fit-tnaqqis tal-konsum ta’ fjuwils fossili.

Iż-żieda fil-prezz għall-fjuwils fossili tista’ taffettwa b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill- intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, u lill-utenti tal-mobbiltà vulnerabbli li jonfqu parti akbar mill-introjtu tagħhom fuq l-enerġija u t-trasport, li, f’ċerti reġjuni, ma għandhomx aċċess għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport alternattivi u affordabbli u li jistgħu ma jkollhomx il-kapaċità finanzjarja li jinvestu fit-tnaqqis tal-konsum ta’ fjuwils fossili . L-impatt ta’ dawn il-miżuri x’aktarx ukoll li jkun differenti ħafna skont il-kundizzjonijiet speċifiċi u l-kuntest tad-diversi reġjuni tal-UE, u jenħtieġ li dawn id-differenzi jiġu esplorati b’mod espliċitu.

Raġuni

Huwa rilevanti li jiġi enfasizzat li d-differenzi reġjonali u lokali għandhom jiġu esplorati u analizzati. Il-Fond Soċjali għall-Klima għandu jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, minflok ma jimmira biss lejn il-mikrointrapriżi.

Emenda 4

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għalhekk, parti m id-dħul iġġenerat mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li jintuża biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali li jirriżultaw minn dik l-inklużjoni, sabiex it-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u b’hekk ħadd ma jibqa’ lura.

Għalhekk, id-dħul iġġenerat mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE jrid jintuża biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw minn dik l-inklużjoni, sabiex it-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u b’hekk ħadd ma jibqa’ lura.

Raġuni

Id-dħul kollu ġġenerat mill-ETS għall-bini u t-trasport bit-triq se jintefaq f’miżuri biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali kkawżati mill-iffissar ta’ prezz tal-karbonju.

Emenda 5

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Dan huwa saħansitra aktar rilevanti fid-dawl tal-livelli eżistenti ta’ faqar enerġetiku. Il-faqar enerġetiku huwa sitwazzjoni li fiha l-unitajiet domestiċi ma jkunux jistgħu jaċċessaw servizzi essenzjali tal-enerġija bħat-tkessiħ, hekk kif it-temperaturi jogħlew, u t-tisħin . Fl-2018, madwar 34 miljun ċittadin Ewropew irrapportaw nuqqas ta’ kapaċità li jżommu djarhom sħan b’mod adegwat, u 6,9  % tal-popolazzjoni tal-Unjoni qalu li ma jaffordjawx li jsaħħnu djarhom b’mod suffiċjenti fi stħarriġ li sar fl-2019 madwar l-UE kollha (3). B’mod ġenerali, l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku jistma li aktar minn 50 miljun unità domestika fl-Unjoni Ewropea jesperjenzaw il-faqar enerġetiku. Għalhekk, il-faqar enerġetiku huwa sfida ewlenija għall-Unjoni. Filwaqt li t-tariffi soċjali jew l-appoġġ dirett għall-introjtu jistgħu jipprovdu serħan immedjat lill-unitajiet domestiċi li qed jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku, huma biss il-miżuri strutturali mmirati, b’mod partikolari r-rinnovazzjonijiet tal-enerġija, li jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet fit-tul.

Dan huwa saħansitra aktar rilevanti fid-dawl tal-livelli eżistenti ta’ faqar enerġetiku. Il-faqar enerġetiku huwa sitwazzjoni li fiha l-unitajiet domestiċi ma jkollhomx aċċess għal servizzi essenzjali tal-enerġija li fuqhom jissejjes standard deċenti ta’ għajxien u saħħa, inklużi tisħin, tkessiħ, dawl, u enerġija – ilkoll adegwati – għall-apparati elettriċi, fil-kuntest rilevanti nazzjonali jew reġjonali, u fil-politika soċjali rilevanti eżistenti u politiki rilevanti oħra, ħafna drabi b’riżultat ta’ introjtu baxx, il-fatt li n-nefqa fuq l-enerġija tirrappreżenta sehem għoli u effiċjenza enerġetika baxxa bħala parti mill-introjtu disponibbli tagħhom . Fl-2018, madwar 34 miljun ċittadin Ewropew irrapportaw nuqqas ta’ kapaċità li jżommu djarhom sħan b’mod adegwat, u 6,9  % tal-popolazzjoni tal-Unjoni qalu li ma jaffordjawx li jsaħħnu djarhom b’mod suffiċjenti fi stħarriġ li sar fl-2019 madwar l-UE kollha (4). B’mod ġenerali, l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku jistma li aktar minn 50 miljun unità domestika fl-Unjoni Ewropea jesperjenzaw il-faqar enerġetiku. Għalhekk, il-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà huwa sfida ewlenija għall-Unjoni . Minkejja li l-importanza ta’ din l-isfida ġiet rikonoxxuta fil-livell tal-Unjoni għal iżjed minn għaxar snin permezz ta’ inizjattivi, leġiżlazzjoni u linji gwida differenti, ma hemm l-ebda definizzjoni standard fil-livell tal-Unjoni tal-faqar enerġetiku jew tal-mobbiltà; għalhekk, l-indikaturi meħtieġa biex dan jitkejjel jeħtieġ li jiġu żviluppati b’attenzjoni sħiħa għad-diversità reġjonali u lokali, peress li terz biss tal-Istati Membri stabbilixxew definizzjoni nazzjonali tal-faqar enerġetiku. B’riżultat ta’ dan, ma hija disponibbli l-ebda data trasparenti u komparabbli dwar il-faqar enerġetiku fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-faqar enerġetiku u jitkejjel il-progress fl-Istati Membri kollha . Filwaqt li t-tariffi soċjali jew l-appoġġ dirett għall-introjtu jistgħu jipprovdu serħan immedjat lill-unitajiet domestiċi li qed jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku, huma biss il-miżuri strutturali mmirati, l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, l-installazzjoni ta’ sorsi addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ proġetti mmexxija mill-komunità, b’mod partikolari r-ristawr tal-enerġija, li jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet fit-tul u jgħinu b’mod effettiv fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku .

Raġuni

Jenħtieġ li jiġu ddeterminati definizzjoni u kunċett ċari u standardizzati tal-faqar enerġetiku, b’approċċ konġunt, trasversali, flessibbli u kkoordinat għall-aspetti soċjali, tekniċi, ekonomiċi u baġitarji differenti.

Emenda 6

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għal dak l-għan, jenħtieġ li kull Stat Membru jissottometti Pjan Soċjali għall-Klima (“il-Pjan”) lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk il-Pjanijiet isegwu żewġ objettivi. L-ewwel nett, jenħtieġ li dawn jipprovdu lill- unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli, ir-riżorsi meħtieġa biex jiffinanzjaw u jwettqu investimenti fl-effiċjenza enerġetika, fid-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, f’vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi u fil- mobbiltà. It-tieni nett , jenħtieġ li huma jtaffu l-impatt taż-żieda fil-kost tal-fjuwils fossili fuq dawk l-aktar vulnerabbli u, b’hekk, jipprevjenu l-faqar enerġetiku u tat-trasport matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni sakemm ikunu ġew implimentati tali investimenti. Jenħtieġ li l-Pjanijiet ikollhom komponent ta’ investiment li jippromwovi s-soluzzjoni fit-tul għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u jistgħu jipprevedu miżuri oħrajn , inkluż l-appoġġ għall-introjtu dirett temporanju biex jittaffew l-effetti negattivi fuq l-introjtu fuq perjodu ta’ żmien iqsar.

Għal dak l-għan, jenħtieġ li kull Stat Membru jissottometti Pjan Soċjali għall-Klima (“il-Pjan”) lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk il-Pjanijiet isegwu żewġ objettivi. L-ewwel nett, jenħtieġ li jidentifikaw u jimmappjaw l-unitajiet domestiċi li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u ta’ mobbiltà, jew jinsabu f’riskju li jispiċċaw f’faqar enerġetiku, u l-intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, u jipprovdu analiżi dettaljata, imwettqa flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, dwar il-kawżi ewlenin tal-faqar enerġetiku u ta’ mobbiltà fit-territorji rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Pjanijiet jistabbilixxu wkoll miri għall-qerda progressiva u effettiva tal-faqar enerġetiku u ta’ mobbiltà. It-tieni, jenħtieġ li jipprovdu lill-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku u lill-persuni li jiffaċċjaw faqar ta’ mobbiltà, kif ukoll lill-intrapriżi mikro u żgħar, ir-riżorsi meħtieġa biex jiffinanzjaw u jwettqu investimenti fir-rinnovazzjoni profonda tal-bini, b’mod partikolari fil-bini bl-agħar prestazzjoni u fl-akkomodazzjoni soċjali, fit-tħaddim ta’ kwalunkwe domanda residwa għat-tisħin u t-tkessiħ b’enerġija rinnovabbli, u fil-mobbiltà b’emissjonijiet żero. Jenħtieġ , fuq kollox, li l-Pjanijiet ikollhom komponent ta’ investiment li jippromovi soluzzjonijiet għall-eliminazzjoni gradwali tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. Jistgħu jiġu previsti miżuri oħrajn bħall-appoġġ dirett iżda jenħtieġ li jkunu limitati fiż-żmien u kkundizzjonati għal investimenti fit-tul b’impatti fit-tul .

Raġuni

L-immappjar għandu jinkludi wkoll unitajiet domestiċi li għadhom mhux milquta mill-faqar enerġetiku, iżda li jistgħu faċilment jispiċċaw f’din is-sitwazzjoni fil-futur qrib, minħabba iżolazzjoni ħażina u prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew.

Emenda 7

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet fil-livell reġjonali, huma fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu u jimplimentaw Pjanijiet li huma adattati u mmirati għaċ-ċirkostanzi lokali, reġjonali u nazzjonali tagħhom bħall-politiki eżistenti tagħhom fl-oqsma rilevanti u l-użu ppjanat ta’ fondi rilevanti oħrajn tal-UE. B’dak il-mod, id-diversità wiesgħa tas-sitwazzjonijiet, l-għarfien speċifiku tal-gvernijiet lokali u reġjonali, ir-riċerka u l-innovazzjoni u r-relazzjonijiet industrijali u l-istrutturi ta’ djalogu soċjali, kif ukoll it-tradizzjonijiet nazzjonali, jistgħu jiġu rrispettati bl-aħjar mod u jikkontribwixxu għall-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ globali lil dawk li huma vulnerabbli.

L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet fil-livell reġjonali, lokali, urban u awtoritajiet pubbliċi oħra, is-soċjetà ċivili, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, huma fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu u jimplimentaw Pjanijiet li huma adattati u mmirati għaċ-ċirkostanzi lokali, reġjonali u nazzjonali tagħhom bħall-politiki eżistenti tagħhom fl-oqsma rilevanti u l-użu ppjanat ta’ fondi rilevanti oħrajn tal-UE. B’dak il-mod, id-diversità wiesgħa tas-sitwazzjonijiet, l-għarfien speċifiku tal-gvernijiet lokali u reġjonali, tal-imsieħba soċjali u ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, ir-riċerka u l-innovazzjoni u r-relazzjonijiet industrijali u l-istrutturi ta’ djalogu soċjali, kif ukoll it-tradizzjonijiet nazzjonali, jistgħu jiġu rrispettati bl-aħjar mod u jikkontribwixxu għall-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ globali lil dawk li huma vulnerabbli.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala atturi ewlenin fl-implimentazzjoni u l-abbozzar tal-pjanijiet.

Is-soċjetà ċivili u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali wkoll għandhom rwol x’jaqdu.

Emenda 8

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-iżgurar li l-miżuri u l-investimenti jkunu mmirati b’mod partikolari lejn unitajiet domestiċi foqra jew vulnerabbli fl-enerġija, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli huwa kruċjali għal tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Il-miżuri ta’ appoġġ maħsuba biex jippromwovu t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw l-impatti soċjali li jirriżultaw mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq.

L-iżgurar li l-miżuri u l-investimenti jkunu mmirati b’mod partikolari lejn unitajiet domestiċi foqra jew vulnerabbli fl-enerġija, intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli huwa kruċjali għal tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Il-miżuri ta’ appoġġ maħsuba biex jippromwovu t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li jgħinu lill-Istati Membri , lir-reġjuni u lill-bliet jindirizzaw l-impatti soċjali li jirriżultaw mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq.

Raġuni

Il-gvernijiet sottonazzjonali huma responsabbli wkoll għall-protezzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-intrapriżi mikro u żgħar, u l-utenti tal-mobbiltà fit-tranżizzjoni ġusta, iżda biex jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom b’mod effettiv jeħtieġu wkoll skemi ta’ appoġġ.

Emenda 9

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet tagħhom flimkien mal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li l-Pjanijiet jinkludu l- miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati, il-kostijiet stmati tagħhom u l-kontribuzzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li dawn jinkludu wkoll l-objettivi intermedji u l-miri ewlenin biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet tagħhom flimkien mal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , li jitfasslu b’kooperazzjoni mill-qrib u sinifikanti mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’konformità mal-prinċipji tal-kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar is-sħubijiet stabbilit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 . Jenħtieġ li l-Pjanijiet jinkludu stima tal-impatti mistennija u tal-finanzjament f’reġjuni differenti, mill-inqas fil-livell NUTS 3, il- miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati, il-kostijiet stmati tagħhom u l-kontribuzzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li dawn jinkludu wkoll l-objettivi intermedji u l-miri ewlenin biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri u sistema ta’ monitoraġġ . Jenħtieġ li r-reġjuni jkollhom il-possibbiltà li jfasslu l-pjanijiet tagħhom stess, speċjalment ir-reġjuni rurali, muntanjużi, periferiċi u insulari .

Raġuni

Il-pjanijiet għandhom jinkludu stima tal-impatti mistennija f’reġjuni differenti u jipprevedu sistema għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, peress li l-gvernijiet lokali u reġjonali għandhom għarfien aħjar tal-kuntest soċjoekonomiku taż-żoni lokali tagħhom. L-involviment sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjani Soċjali għall-Klima huwa kruċjali għas-suċċess tal-Fond, peress li parti sinifikanti tal-miżuri jeħtieġ li tiġi implimentata fil-livell lokali biex dawn ikunu ta’ suċċess, minħabba l-fatturi u d-differenzi territorjali.

Emenda 10

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Fond u l-Pjanijiet jenħtieġ li jkunu koerenti mar-riformi ppjanati u mal-impenji magħmula mill-Istati Membri skont il-pjanijiet nazzjonali integrati u aġġornati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, u jitfasslu minnhom, skont id-Direttiva [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika], il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali  (5) , il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) , il-Pjanijiet għal Tranżizzjoni Ġusta skont ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (7) u l-istrateġiji fit-tul dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza amministrattiva, fejn applikabbli, jenħtieġ li l-informazzjoni inkluża fil-Pjanijiet tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni u l-pjanijiet elenkati hawn fuq.

Il-Fond u l-Pjanijiet – minbarra li jkunu allinjati mal-fondi strutturali u ta’ tranżizzjoni l-oħra, jiġifieri l-FEŻR, l-FSE+, l-FK u l-JTF, jenħtieġ li jkunu koerenti mar-riformi ppjanati u mal-impenji magħmula mill-Istati Membri skont il-pjanijiet nazzjonali integrati u aġġornati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, u jitfasslu minnhom, skont id-Direttiva [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika], id-Direttiva [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli] u l-istrateġiji fit-tul dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza amministrattiva, fejn applikabbli, jenħtieġ li l-informazzjoni inkluża fil-Pjanijiet tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni u l-pjanijiet elenkati hawn fuq.

Emenda 11

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-Istati Membri b’mezzi finanzjarji biex jimplimentaw il-Pjanijiet tagħhom permezz tal-Fond Soċjali għall-Klima. Il- pagamenti mill-Fond Soċjali għall-Klima jenħtieġ li jsiru bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fil-Pjanijiet. Dan jippermetti li jitqiesu b’mod effiċjenti ċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet nazzjonali, filwaqt li jiġi ssimplifikat il-finanzjament u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tiegħu ma’ programmi ta’ nfiq nazzjonali oħrajn, kif ukoll jiġu ggarantiti l-impatt u l-integrità tan-nefqa tal-UE .

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-Istati Membri b’mezzi finanzjarji permezz ta’ ġestjoni kondiviża biex jimplimentaw il-Pjanijiet tagħhom permezz tal-Fond Soċjali għall-Klima. Sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, il- pagamenti mill-Fond Soċjali għall-Klima jenħtieġ li jsiru bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fil-Pjanijiet , kif ukoll kondizzjonali fuq l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ miri u miżuri legalment vinkolanti għall-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili kollha f’perjodu ta’ żmien konsistenti mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5  oC ’il fuq mil-livelli preindustrijali, inkluż l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili solidi sa mhux aktar tard mill-2030 u tal-gass fossili sal-2040.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 12

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-pakkett finanzjarju tal-Fond ikun proporzjonat għal ammonti li jikkorrispondu għal 25 % tad-dħul mistenni mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu 2026-2032. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dak id-dħul disponibbli għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsi proprji. L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw 50 % tal-kostijiet totali tal-Pjan tagħhom huma stess. Għal dan l-iskop, kif ukoll għall-investiment u l-miżuri biex titħaffef u tittaffa t-tranżizzjoni meħtieġa għaċ-ċittadini affettwati b’mod negattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri, inter alia , jużaw id-dħul mistenni tagħhom mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq skont id-Direttiva 2003/87/KE għal dak l-iskop.

Jenħtieġ li l-pakkett finanzjarju tal-Fond ikun proporzjonat għal ammonti li jikkorrispondu għal mill-inqas 25 % tad-dħul mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu 2026-2032. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dak id-dħul disponibbli għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsi proprji. L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw 35 % tal-kostijiet totali tal-Pjan tagħhom huma stess. Għal dan l-iskop, kif ukoll għall-investiment u l-miżuri biex titħaffef u tittaffa t-tranżizzjoni meħtieġa għaċ-ċittadini affettwati b’mod negattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw id-dħul mistenni tagħhom mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq skont id-Direttiva 2003/87/KE għal dak l-iskop.

 

L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu limitu minimu ta’ 35 % tad-dħul li għandu jiġi allokat lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u li għandu jintuża għall-implimentazzjoni ta’ miżuri li jindirizzaw l-impatti soċjali tal-inklużjoni tas-settur tal-bini u t-trasport bit-triq fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Jenħtieġ li tiġi ppjanata flessibbiltà li tippermetti li sehem akbar tal-Fond jiġi mmirat lejn ir-reġjuni l-aktar vulnerabbli .

Raġuni

Il-pakkett tal-Fond Soċjali għall-Klima jista’ jilħaq il-potenzjal tiegħu biss b’kofinanzjament ogħla, peress li dak propost jista’ jippenalizza lill-Istati Membri u lir-reġjuni b’kapaċità fiskali aktar limitata. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw ukoll aċċess dirett għall-finanzjament u r-riżorsi.

Emenda 13

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-Fond Soċjali għall-Klima se jkun mogħni b’allokazzjoni bażi fil-baġit tal-UE, li se jibbenefika wkoll minn rinforzi annwali f’allinjament ma’ prezz ogħla tal-karbonju, permezz ta’ aġġustament awtomatiku tal-limiti massimi rilevanti tal-QFP, sabiex l-unitajiet domestiċi u l-utenti tat-trasport jiġu appoġġjati aktar biex jagħmlu t-tranżizzjoni klimatika. Dan għandu jkun parti integrali mill-baġit tal-UE sabiex tiġi ppreservata l-unità u l-integrità tal-baġit, jiġi rispettat il-metodu Komunitarju u jiġi żgurat li jkun hemm kontroll effettiv mill-awtorità baġitarja, magħmula mill-Parlament u mill-Kunsill.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 14

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti tal-fondi u jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament ikunu konsistenti mal-programmi kontinwi tal-Unjoni, u jkunu komplementari għalihom, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju mill- Fond u  minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-istess nefqa. […]

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti tal-fondi u jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament ikunu konsistenti mal-programmi , l-istrumenti u l-fondi kontinwi tal-Unjoni, nazzjonali u fejn adatt, dawk reġjonali, u jkunu kemm addizzjonali kif ukoll komplementari għalihom, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju u li l- Fond jissostitwixxi programmi , strumenti u fondi għall-istess nefqa. […]

Raġuni

Evidenti.

Emenda 15

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Fond Soċjali għall-Klima (“il-Fond”) huwa stabbilit.

Il-Fond Soċjali għall-Klima (“il-Fond”) huwa stabbilit.

Huwa għandu jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għall-finanzjament tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom (“il-Pjanijiet”).

Huwa għandu jipprovdi appoġġ b’ġestjoni kondiviża lill-Istati Membri u lir-reġjuni għall-finanzjament tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Soċjali Nazzjonali jew Reġjonali għall-Klima tagħhom (“il-Pjanijiet”) bħala parti mill-fondi strutturali tagħhom .

Il-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-unitajiet domestiċi, għall- mikrointrapriżi u għall-utenti tat-trasport, li huma vulnerabbli u partikolarment affettwati mill-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, speċjalment l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku u ċ-ċittadini mingħajr trasport pubbliku alternattiv għal karozzi individwali (f’żoni remoti u rurali).

Il-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-unitajiet domestiċi, għall- intrapriżi mikro u żgħar, u għall-utenti tat-trasport, li huma vulnerabbli u partikolarment affettwati mill-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, speċjalment l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku u ċ-ċittadini li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar fit- trasport , inkluż l-appoġġ għal mobbiltà motorizzata individwali f’żoni remoti u rurali li jiffaċċjaw sfidi relatati mal-mobbiltà minħabba nuqqas ta’ trasport pubbliku .

L-objettiv ġenerali tal-Fond huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika billi jindirizza l-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. L-objettiv speċifiku tal-Fond huwa li jappoġġa lil unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli permezz ta’ appoġġ temporanju dirett għall-introjtu u permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

L-objettiv ġenerali tal-Fond huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika billi jindirizza l-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-objettiv speċifiku tal-Fond huwa li jappoġġa lil unitajiet domestiċi vulnerabbli, intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli permezz ta’ appoġġ temporanju dirett għall-introjtu u permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà sostenibbli b’emissjonijiet żero u baxxi u servizzi ta’ trasport integrati, inklużi trasport pubbliku sostenibbli, trasport kondiviż, disinn favorevoli għaċ-ċikliżmu u għal żoni pedonali.

Raġuni

Il-fokus tal-Fond huwa fuq individwi vulnerabbli. Kunsiderazzjonijiet ġeografiċi, klimatiċi, soċjali u ekonomiċi li jistgħu jiddeterminaw il-vulnerabbiltà ta’ individwu għandhom komponent territorjali. Il-fatturi reġjonali għandhom rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-vulnerabbiltà. It-tfassil ta’ Pjani Soċjali għall-Klima li jagħtu dettalji dwar il-miżuri konkreti biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi kkawżati mit-tranżizzjoni ekoloġika, għandhom jitwettqu wkoll mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan.

Ċittadini li għandhom trasport pubbliku alternattiv iżda li ma għandhomx mezzi ekonomiċi biżżejjed jew li qed jesperjenzaw diffikultajiet soċjali għandhom ikunu wkoll fil-mira.

Il-Fond għandu jikkostitwixxi parti mill-fondi strutturali.

Emenda 16

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(…)

(…)

(2)

“faqar enerġetiku” tfisser faqar enerġetiku kif iddefinit fil-punt [(49)] tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[50] ;

(2)

“faqar enerġetiku” tfisser faqar li jaffettwa lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli li għandhom sehem sinifikanti tan-nefqa enerġetika għall-introjtu disponibbli jew aċċess limitat għal servizzi tal-enerġija essenzjali u affordabbli li fuqhom jissejjes standard deċenti ta’ għajxien u saħħa, inklużi tisħin, tkessiħ, dawl, u enerġija – ilkoll adegwati – għall-apparati elettriċi, minħabba, fost l-oħrajn, akkomodazzjoni ta’ kwalità baxxa, kif ukoll introjtu ta’ livell baxx.

(…)

(…)

 

(9a)

“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 50 persuna u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;

(10)

“utenti tat-trasport ” tfisser unitajiet domestiċi jew mikrointrapriżi li jużaw diversi għażliet ta’ trasport u mobbiltà;

(10)

“utenti tal-mobbiltà ” tfisser unitajiet domestiċi , individwi jew intrapriżi mikro u żgħar li jużaw diversi għażliet ta’ trasport u mobbiltà;

(11)

“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inklużi dawk b’introjtu medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

(11)

“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi jew individwi fil-faqar enerġetiku , jew li jinsabu f’riskju ta’ faqar enerġetiku, jew fil-faqar fil-mobbiltà , jew unitajiet domestiċi, inklużi dawk b’introjtu medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE , jew li huma vulnerabbli li jispiċċaw fil-faqar enerġetiku, minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u rendiment ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi tagħhom u li ma għandhomx il-mezzi jew id-drittijiet biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw , u sikwit ikollhom jistrieħu fuq sid il-kera, li jikkostitwixxi wieħed mill-akbar ostakli li qed ixekkel l-iżvilupp ta’ rinnovazzjonijiet sostenibbli ta’ bini residenzjali fl-Ewropa ;

(12)

mikrointrapriżi vulnerabbli” tfisser mikrointrapriżi li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

(12)

intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli” tfisser intrapriżi mikro u żgħar li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw jew biex jaqilbu għal modi ta’ trasport sostenibbli ;

 

(13a)

“faqar fil-mobbiltà” tfisser unitajiet domestiċi jew individwi li ma jistgħux jaffordjaw it-trasport meħtieġ biex jissodisfaw is-servizzi essenzjali kif ukoll il-ħtiġijiet kulturali u soċjoekonomiċi essenzjali, b’mod partikolari l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità, f’kuntest partikolari u li jista’ jiġi kkawżat minn wieħed mill-fatturi li ġejjin jew minn uħud minnhom flimkien: dħul ta’ livell baxx, infiq għoli fuq il-fjuwil u/jew spejjeż għoljin tat-trasport pubbliku, id-disponibbiltà ta’ alternattivi ta’ mobbiltà u l-aċċessibbiltà u l-post tagħhom, id-distanzi tal-ivvjaġġar u l-prattiki tat-trasport, b’mod partikolari f’żoni rurali, insulari, muntanjużi u remoti, inklużi żoni periurbani.

Raġuni

L-inklużjoni ta’ definizzjonijiet sabiex jiġu ċċarati l-benefiċjarji.

Emenda 17

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni Pjan Soċjali għall-Klima (“il-Pjan”) flimkien mal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-proċedura u mal-iskeda ta’ żmien stabbiliti f’dak l-Artikolu. Il-Pjan għandu jinkludi sett koerenti ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex jindirizzaw l-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli sabiex jiġu żgurati tisħin, tkessiħ u mobbiltà affordabbli, filwaqt li jakkumpanjaw u jħaffu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni.

Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni, bħala parti mid-dokumenti ta’ programmazzjoni għall-Fondi Strutturali, u abbażi tal-prinċipji ta’ sħubija u ta’ governanza f’diversi livelli, Pjan Soċjali għall-Klima (“il-Pjan”) flimkien mal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-proċedura u mal-iskeda ta’ żmien stabbiliti f’dak l-Artikolu. Il-Pjan għandu jinkludi sett koerenti ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex jindirizzaw l-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli sabiex jiġu żgurati tisħin, tkessiħ u mobbiltà affordabbli, filwaqt li jakkumpanjaw u jħaffu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni. Fit-twaqqif tal-Pjani tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali li għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-abbozzar.

Raġuni

Pjan Soċjali għall-Klima għandu jkun parti mill-Fondi Strutturali, u għandu jitħejja minn kull Stat Membru, abbażi tal-prinċipji ta’ sħubija u ta’ governanza f’diversi livelli.

Emenda 18

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Pjan jista’ jinkludi miżuri nazzjonali li jipprovdu appoġġ għall-introjtu dirett temporanju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-unitajiet domestiċi li huma utenti tat-trasport vulnerabbli biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezz tal-fjuwils fossili li tirriżulta mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

Il-Pjan jista’ jinkludi miżuri nazzjonali u/jew sottonazzjonali li jipprovdu appoġġ dirett lill-unitajiet domestiċi u  lill-persuni, dment li juru li tali appoġġ huwa proporzjonali, u huwa parti minn strateġija olistika biex dawk l-unitajiet domestiċi u persuni jinħarġu mill-faqar enerġetiku u ta’ mobbiltà, b’attenzjoni speċjali għan-nisa u l-persuni li jgħixu f’żoni remoti u inqas aċċessibbli, inklużi żoni periurbani, biex jgħinu fit-tnaqqis tal-ispejjeż immedjati tal-enerġija u tal-mobbiltà, billi jipprovdu aċċess iffaċilitat għal soluzzjonijiet ekoloġiċi effiċjenti fl-enerġija u servizzi ta’ mobbiltà kondiviżi u integrati.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 19

Artikolu 3(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Pjan għandu jinkludi proġetti nazzjonali maħsuba biex:

Il-Pjan għandu jinkludi proġetti nazzjonali , reġjonali u lokali maħsuba biex:

(a)

jiffinanzjaw miżuri u investimenti biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-bini, biex jiġu implimentati miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, biex titwettaq rinnovazzjoni tal-bini, u biex jiġu dekarbonizzati t-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

(a)

jiffinanzjaw miżuri u investimenti biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-bini, biex jiġu implimentati miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, biex titwettaq rinnovazzjoni tal-bini, u biex jiġu dekarbonizzati t-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inklużi l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ;

(b)

jiffinanzjaw miżuri u investimenti biex jiżdied l-użu ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi .

(b)

jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku lill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità f’żoni urbani, periurbani u rurali, inklużi sistemi tal-enerġija bi sjieda lokali, kif ukoll l-arranġamenti għall-involviment u l-bini tal-kapaċità fil-livell lokali;

 

(c)

jiffinanzjaw miżuri u investimenti biex jiżguraw aċċess għal akkomodazzjoni deċenti, affordabbli u sostenibbli, inkluż permezz tar-riabilitazzjoni ta’ bini abbandunat;

 

(d)

jiffinanzjaw miżuri li jindirizzaw ostakli mhux monetarji għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini u l-użu ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll ostakli għall-aċċess għall-mobbiltà sostenibbli u s-servizzi tat-trasport pubbliku, sabiex jiġu miġġielda l-faqar enerġetiku u l-faqar fil-mobbiltà, dawn jistgħu jinkludu miżuri li jindirizzaw l-ostakli amministrattivi u n-nuqqas ta’ informazzjoni bħal konsultazzjonijiet dwar l-enerġija u servizzi ta’ konsulenza, inkluż fil-livell komunitarju;

 

(e)

jiffinanzjaw miżuri u investimenti b’impatt dejjiemi biex jaċċelleraw il-bidla lejn mobbiltà b’emissjonijiet żero , jipprijoritizzaw miżuri min-naħa tad-domanda u japplikaw il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, billi jibdew b’miżuri u investimenti li jwasslu għal bidla modali minn mobbiltà privata għal dik pubblika, kondiviża u attiva.

Raġuni

Ir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa jeħtieġ li jkollhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-proġetti individwali tal-Fond. Kunsiderazzjonijiet ġeografiċi, klimatiċi, soċjali u ekonomiċi li jistgħu jiddeterminaw il-vulnerabbiltà ta’ individwu għandhom komponent territorjali.

Emenda 20

Artikolu 4(1)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

miżuri ta’ akkumpanjament konkreti meħtieġa biex jitwettqu l-miżuri u l-investimenti tal-Pjan u jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (c) , kif ukoll informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi pubbliċi jew privati tal-Unjoni jew internazzjonali oħrajn;

(b)

miżuri u riformi ta’ akkumpanjament konkreti li huma meħtieġa biex jitwettqu l-miżuri u l-investimenti tal-Pjan kif ukoll informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi pubbliċi jew privati tal-Unjoni jew internazzjonali oħrajn ; l-inklużjoni ta’ miżuri mmirati biex jiżguraw li r-rinnovazzjonijiet tal-bini ma jirriżultawx fi żgumbramenti jew żgumbramenti indiretti permezz ta’ żidiet fil-kera ta’ persuni vulnerabbli, filwaqt li jissaħħu l-protezzjoni u s-salvagwardji tal-inkwilini u jiġi promoss id-dritt għal akkomodazzjoni deċenti, affordabbli u sostenibbli ;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 21

Artikolu 4(1)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(d)

valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneru u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti li jinsabu fil-Pjan iqisu l-objettivi li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd u l-integrazzjoni ta’ dawk l-objettivi, f’konformità mal-prinċipji 2 u 3 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, mal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 5 tan-NU u, fejn rilevanti, mal-istrateġija nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

Raġuni

Evidenti

Emenda 22

Artikolu 4(1)(e)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(e)

miżuri u investimenti biex jiġi żgurat l-introjtu tal-bdiewa Ewropej żgħar li huma obbligati jissodisfaw l-istandards esiġenti ta’ produzzjoni tal-UE. Ser ikunu meħtieġa reċiproċità jew klawżoli mera għall-prodotti importati;

Raġuni

Hemm bżonn li jiġu żgurati l-istandards għoljin ta’ kwalità u sikurezza tal-ikel, irrispettivament mill-oriġini tal-prodotti. Dan ser jinkoraġġixxi biex dawn l-istandards tas-saħħa, tax-xogħol jew soċjali jiġu implimentati f’pajjiżi terzi u b’hekk jiġu promossi l-benefiċċji globali.

Emenda 23

Artikolu 4(1)(i)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(i)

l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan mill-Istat Membru kkonċernat , b’mod partikolari tal-objettivi intermedji u l-miri proposti, inklużi indikaturi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti li, fejn rilevanti, għandhom ikunu dawk disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u għall-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku kif identifikati mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2020/1563 (10) dwar il-faqar enerġetiku;

(i)

l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan mill-Istat Membru u l-awtoritajiet reġjonali u lokali kkonċernati , inkluż l-involviment ta’ msieħba ekonomiċi u soċjali u tas-soċjetà ċivili fil-proċess, b’mod partikolari tal-objettivi intermedji u l-miri proposti, inklużi indikaturi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti li, fejn rilevanti, għandhom ikunu dawk disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u għall-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku kif identifikati mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2020/1563 (11) dwar il-faqar enerġetiku;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 24

Artikolu 4(1)(j)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(j)

għat-tħejjija u , fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u mal-qafas legali nazzjonali, ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, sħab soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, u kif il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati huwa rifless fil-Pjan;

(j)

għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-Pjan, opinjoni bil-miktub tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u mal-qafas legali nazzjonali, ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, sħab soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, li jiddeskrivi kif il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati huwa rifless fil-Pjan , u kif tqies il-livell differenti ta’ vulnerabbiltà tar-reġjuni, b’enfasi partikolari fuq is-sitwazzjoni tar-reġjuni bi żvantaġġi naturali li huma partikolarment vulnerabbli, bħar-reġjuni insulari u muntanjużi ;

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jafu x’inhu l-aħjar għar-reġjuni u l-bliet tagħhom stess għaliex huma konxji tal-problemi u ċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi taż-żoni lokali tagħhom. Konsultazzjoni mhijiex biżżejjed biex tinkludi l-fehma tagħhom fil-Pjanijiet Soċjali Nazzjonali għall-Klima. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtiġilhom ikunu jistgħu jikkomunikaw u jesprimu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħhom, u din il-komunikazzjoni trid titqies fil-livell nazzjonali, u jiġu enfasizzati d-differenzi u l-ispeċifiċitajiet bejn ir-reġjuni.

Emenda 25

Artikolu 4(1)(l)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

il-proporzjon tal-fond allokat għal strateġiji lokali ta’ tranżizzjoni klimatika mmexxija mill-komunità b’allokazzjoni ta’ minimu ta’ 5 % tal-pakkett totali.

Raġuni

L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità wera li huwa għodda mfassla apposta għall-ippjanar strateġiku lokali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u jista’ jikkontribwixxi wkoll għal koordinazzjoni u azzjoni aħjar kemm fiż-żoni rurali kif ukoll fil-viċinati urbani.

Emenda 26

Artikolu 4(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Meta jkunu qed iħejju l-Pjanijiet tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta’ prattiki tajbin. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll appoġġ tekniku taħt il-faċilità ELENA, stabbilita permezz ta’ Ftehim tal-Kummissjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-2009, jew taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Meta jkunu qed iħejju l-Pjanijiet tagħhom, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta’ prattiki tajbin. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll appoġġ tekniku taħt il-faċilità ELENA, stabbilita permezz ta’ Ftehim tal-Kummissjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-2009, jew taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 27

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet tagħhom.

Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri u r-reġjuni, b’ġestjoni kondiviża li tirrispetta l-prinċipji ta’ sħubija u ta’ governanza f’diversi livelli, biex jiffinanzjaw il-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet tagħhom.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi limitu minimu ta’ mill-inqas 35 % ta’ dawn il-fondi disponibbli biex jiġu ġestiti direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali .

Raġuni

Il-komponent reġjonali huwa kruċjali għall-implimentazzjoni u s-suċċess tal-Fond Soċjali għall-Klima. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jafu l-aħjar il-problemi u ċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi tat-territorju, billi jkunu jistgħu jidentifikaw aħjar l-individwi u s-setturi l-aktar vulnerabbli, għalhekk ir-riżorsi mill-fond għandhom ikunu disponibbli għalihom ukoll. Il-Fond għandu jiġi rregolat b’ġestjoni kondiviża, li tirrispetta l-prinċipji ta’ sħubija u ta’ governanza f’diversi livelli.

Emenda 28

Artikolu 5(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-ħlas tal-appoġġ għandu jkun kundizzjonali fuq il-kisba tal-objettivi intermedji u tal-miri għall-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet. Dawk l-objettivi intermedji u l-miri għandhom ikunu kompatibbli mal-miri klimatiċi tal-Unjoni u jkopru b’mod partikolari:

Il-ħlas tal-appoġġ għandu jkun kundizzjonali fuq il-kisba tal-objettivi intermedji u tal-miri għall-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet. Dawk l-objettivi intermedji u l-miri għandhom ikunu kompatibbli mal-miri klimatiċi tal-Unjoni u jkopru b’mod partikolari:

(a)

l-effiċjenza enerġetika;

(a)

l-effiċjenza enerġetika;

(b)

ir-rinnovazzjoni tal-bini ;

(b)

ir-ristawr tal-enerġija tal-bini ;

(c)

il-mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi;

(c)

l-iżvilupp u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli inkluż permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

(d)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(d)

il-mobbiltà b’emissjonijiet żero jew b’emissjonijiet baxxi (elettriċi, ibridi jew li jaħdmu bl-idroġenu) , servizzi ta’ mobbiltà integrati u trasport pubbliku ;

(e)

it-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli u ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli , inkluż f’żoni rurali u remoti.

(e)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

 

(f)

it-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, intrapriżi mikro u żgħar, utenti tal-mobbiltà , inkluż f’żoni rurali u remoti , diżaggregati skont il-ġeneru;

(g)

l-adattament għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

(h)

il-protezzjoni tan-natura, il-miri tal-bijodiversità u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 29

Artikolu 6(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-kostijiet tal-miżuri u tal-investimenti li ġejjin fil-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet, diment li dawn ikunu ta’ benefiċċju prinċipalment għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, għall-mikrointrapriżi vulnerabbli jew għall-utenti tat-trasport vulnerabbli u jkollhom l-għan li:

L-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jinkludu l-kostijiet tal-miżuri u tal-investimenti li ġejjin fil-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet, diment li dawn ikunu ta’ benefiċċju prinċipalment għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli , billi jiffokaw fuq ċittadini li ma għandhomx aċċess għas-servizzi bankarji u unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx, intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, jew għall-utenti tal-mobbiltà vulnerabbli u jkollhom l-għan li:

Raġuni

Il-komponent reġjonali huwa kruċjali għall-implimentazzjoni u s-suċċess tal-Fond Soċjali għall-Klima. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jafu l-aħjar il-problemi u ċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi taż-żoni lokali tagħhom, u jistgħu jidentifikaw aħjar l-individwi u s-setturi l-aktar vulnerabbli. Iċ-ċittadini b’ammont limitat ħafna ta’ riżorsi u li mhumiex kapaċi jew lesti li jiftħu kont bankarju għandhom ikunu fil-mira u appoġġati wkoll bil-miżuri tal-Fond.

Emenda 30

Artikolu 6(2)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(d)

jipprovdu aċċess għal vetturi u roti b’emissjonijiet żero u baxxi, inklużi appoġġ finanzjarju jew inċentivi fiskali għax-xiri tagħhom, kif ukoll għal infrastruttura pubblika u privata xierqa, inkluż għall-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil; għall-appoġġ li jikkonċerna vetturi b’emissjonijiet baxxi, għandha tiġi pprovduta skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali tal-appoġġ;

(d)

jipprovdu aċċess għal vetturi u roti b’emissjonijiet żero u baxxi, inklużi appoġġ finanzjarju jew inċentivi fiskali għax-xiri tagħhom, kif ukoll għal infrastruttura pubblika u privata xierqa, inkluż għall-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil; għall-appoġġ li jikkonċerna vetturi b’emissjonijiet baxxi, għandha tiġi pprovduta skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali tal-appoġġ , filwaqt li jitqies li s-soluzzjonijiet ipprovduti għandhom ikunu affordabbli għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli f’termini ta’ spejjeż, manutenzjoni u sostenibbiltà anke maż-żmien, biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri ;

Raġuni

L-appoġġ ekonomiku għall-akkwist ta’ vettura elettrika mhuwiex l-aktar soluzzjoni adatta għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, minħabba l-ispejjeż għoljin ta’ manutenzjoni. Għandu jiġi żgurat li l-miżuri jkunu raġonevoli u prammatiċi biex jiġu indirizzati l-problemi reali ta’ ċittadini vulnerabbli (l-ispiża tal-kontijiet tal-enerġija)

Emenda 31

Artikolu 6(2)(e)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(e)

jagħtu aċċess mingħajr ħlas għat-trasport pubbliku jew tariffi adattati għall-aċċess għat-trasport pubbliku, kif ukoll irawmu mobbiltà sostenibbli fuq talba u servizzi ta’ mobbiltà kondiviża ;

(e)

jagħtu aċċess mingħajr ħlas għat-trasport pubbliku jew tariffi adattati għall-aċċess għat-trasport pubbliku, kif ukoll irawmu mobbiltà b’emissjonijiet żero jew baxxi fuq talba u jikkondividu servizzi ta’ mobbiltà , speċjalment f’żoni rurali, insulari, muntanjużi, remoti u inqas aċċessibbli jew għal reġjuni jew territorji inqas żviluppati, inklużi żoni periurbani inqas żviluppati ;

Raġuni

Ir-regolamentazzjoni għandha tkun newtrali fir-rigward tat-teknoloġija mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja. Meta jitqiesu biss l-emissjonijiet diretti mit-tailpipe, hemm ir-riskju li jiżdiedu l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku u hemm ir-riskju li jiġu esklużi fjuwils rinnovabbli oħra.

Emenda 32

Artikolu 6(2)(g)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(g)

jappoġġaw l-inizjattivi tal-Komunità tal-Enerġija Rinnovabbli, inklużi l-ġenerazzjoni kollettiva u l-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli bħala mod kif jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 33

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-kostijiet totali stmati l-appoġġ finanzjarju pprovdut lil entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, jekk dawk l-entitajiet iwettqu miżuri u investimenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ta’ benefiċċju għal unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli.

L-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jinkludu fil-kostijiet totali stmati l-appoġġ finanzjarju pprovdut lil entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli, jekk dawk l-entitajiet iwettqu miżuri u investimenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ta’ benefiċċju għal unitajiet domestiċi vulnerabbli, intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu s-salvagwardji statutorji u kuntrattwali meħtieġa biex jiżguraw li l-benefiċċju kollu jiġi mgħoddi lill-unitajiet domestiċi, lill- mikrointrapriżi u lill-utenti tat-trasport .

L-Istati Membri għandhom jipprevedu s-salvagwardji statutorji u kuntrattwali meħtieġa biex jiżguraw li l-benefiċċju kollu jiġi mgħoddi lill-unitajiet domestiċi, lill-intrapriżi mikro u żgħar, u lill-utenti tal-mobbiltà u li jkun finanzjarjament sostenibbli għalihom fit-tul .

Raġuni

Il-komponent reġjonali huwa kruċjali għall-implimentazzjoni u s-suċċess tal-Fond Soċjali għall-Klima. L-appoġġ ekonomiku għall-akkwist ta’ vettura elettrika mhuwiex l-aktar soluzzjoni adatta għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, peress li l-problemi reali huma modi kif jiġu koperti l-ispejjeż tal-kontijiet tal-enerġija.

Emenda 34

Artikolu 10(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lill-awtoritajiet maniġerjali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 u tal-programmi operazzjonali tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1058 bl-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti […]

L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lill-awtoritajiet maniġerjali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 u tal-programmi operazzjonali tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1058 bl-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti […]

Raġuni

Din l-emenda ma tirrigwardax il-verżjoni Maltija.

Emenda 35

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Fond għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni f’ ġestjoni diretta f’konformità mar-regoli rilevanti adottati skont […]

Il-Fond għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni u l-Istati Membri permezz ta’ ġestjoni kondiviża f’konformità mal-prinċipji ta’ sħubija u ta’ governanza f’diversi livelli kif stabbilt fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni kif ukoll mar-regoli rilevanti adottati skont […]

Raġuni

Il-Fond għandu jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża, f’konformità mal-prinċipju ta’ sħubija u ta’ governanza f’diversi livelli.

Emenda 36

Artikolu 14(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għal mill-inqas 50 fil-mija tal-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għal mill-inqas 50 fil-mija tal-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom permezz ta’ ġestjoni kondiviża .

Raġuni

Evidenti.

Emenda 37

Artikolu 14(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom, inter alia, jużaw id-dħul mill-irkantar tal-kwoti tagħhom f’konformità mal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għall-kontribuzzjoni nazzjonali tagħhom għall-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom, inter alia, jużaw id-dħul mill-irkantar tal-kwoti tagħhom f’konformità mal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għall-kontribuzzjoni nazzjonali tagħhom għall-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom.

(a)

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi perċentwal minimu li ma jkunx inqas minn 20 % tad-dħul mill-irkant tal-ETS li jkun ġestit direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Id-dħul ġestit mill-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jintuża esklussivament għall-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, speċjalment dawk li jappoġġjaw it-tranżizzjoni tal-enerġija u jindirizzaw ir-riskji għat-territorji u l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli. F’każ li l-prezz tal-karbonju jwassal għal dħul ogħla milli mistenni, il-pakkett finanzjarju tal-Fond Soċjali għall-Klima se jiżdied skont dan.

Raġuni

Huwa essenzjali li l-Fond Soċjali għall-Klima l-ġdid ikun jista’ jappoġġa wkoll direttament l-investimenti tal-gvernijiet lokali u reġjonali fir-rinnovazzjoni u t-titjib tal-akkomodazzjoni soċjali lokali u l-affordabbiltà tat-trasport pubbliku lokali.

Emenda 38

Artikolu 15(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan u, fejn applikabbli, kwalunkwe emenda għal dak il-Pjan sottomessa minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 17, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista’ jirrevedi l-Pjan, jekk ikun meħtieġ, inkluż wara s-sottomissjoni tal-Pjan. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza għall-valutazzjoni b’perjodu raġonevoli, jekk ikun meħtieġ.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan u, fejn applikabbli, kwalunkwe emenda għal dak il-Pjan sottomessa minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 17, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista’ jirrevedi l-Pjan, jekk ikun meħtieġ, inkluż wara s-sottomissjoni tal-Pjan. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza għall-valutazzjoni b’perjodu raġonevoli, jekk ikun meħtieġ. Il-Pjanijiet Soċjali Reġjonali għall-Klima mfassla mir-reġjuni li lesti jitolbu l-pakkett addizzjonali se jiġu vvalutati mill-Istat Membru, biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Pjan Soċjali Nazzjonali għall-Klima u jiġu evitati miżuri li jikkoinċidu.

Raġuni

Il-komponent reġjonali huwa kruċjali għall-implimentazzjoni u s-suċċess tal-Fond Soċjali għall-Klima. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jafu l-aħjar il-problemi u ċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi tat-territorju, u jistgħu jidentifikaw aħjar l-individwi u s-setturi l-aktar vulnerabbli.

Emenda 39

Artikolu 15(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-Pjan kif ġej:

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-Pjan kif ġej:

(a)

Għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

Għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

 

(i)

jekk il-Pjan jirrappreżentax rispons għall-impatt soċjali fuq, u l-isfidi ffaċċjati minn, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli fl-Istat Membru kkonċernat mill-istabbiliment tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-isfidi identifikati fil-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-enerġija u l-klima u tal-progress tiegħu skont l-Artikolu 9(3), u l-Artikoli 13 u 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri maħruġa skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fid-dawl tal-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050. Dan għandu jqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat;

 

(i)

jekk il-Pjan jirrappreżentax rispons għall-impatt soċjali fuq, u l-isfidi ffaċċjati minn, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli fl-Istat Membru kkonċernat mill-istabbiliment tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-isfidi identifikati fil-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-enerġija u l-klima u tal-progress tiegħu skont l-Artikolu 9(3), u l-Artikoli 13 u 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri maħruġa skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fid-dawl tal-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050. Dan għandu jqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat;

 

(ii)

jekk il-Pjan huwiex mistenni jiżgura li l-ebda miżura jew investiment inklużi fil-Pjan ma jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;

 

(ii)

jekk il-Pjan huwiex mistenni jiżgura li l-ebda miżura jew investiment inklużi fil-Pjan ma jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;

 

(iii)

jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha u, b’mod partikolari, għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettivi intermedji għall-2030 tal-Istrateġija għall-Mobbiltà.

 

(iii)

jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha u, b’mod partikolari, għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettivi intermedji għall-2030 tal-Istrateġija għall-Mobbiltà.

 

 

(iv)

jekk il-Pjan tħejjiex u ġiex żviluppat permezz tal-parteċipazzjoni sinifikanti u inklużiva tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;

 

 

(v)

jekk il-Pjan fihx analiżi tal-impatt fuq il-ġeneru u spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti li jinsabu fil-Pjan huma mistennija jindirizzaw id-dimensjoni tal-ġeneru tal-faqar enerġetiku u l-faqar tal-mobbiltà u jiżguraw impatt ibbilanċjat bejn il-ġeneri, filwaqt li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, f’konformità mal-istrateġija nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU;

 

 

(vi)

jekk il-pjan itejjibx il-kundizzjonijiet tal-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima tal-unitajiet domestiċi u tal-intrapriżi mikro u żgħar f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u mobbiltà.

(b)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-effettività, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(b)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-effettività, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

 

(i)

jekk il-Pjan huwiex mistenni jkollu impatt fit-tul fuq l-isfidi indirizzati minn dak il-Pjan u, b’mod partikolari, fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, fl-Istat Membru kkonċernat;

 

(i)

jekk il-Pjan huwiex mistenni jkollu impatt fit-tul fuq l-isfidi indirizzati minn dak il-Pjan u, b’mod partikolari, fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, fl-Istat Membru kkonċernat;

 

(ii)

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan, inklużi l-iskeda ta’ żmien prevista, l-objettivi intermedji u l-miri, u l-indikaturi relatati;

 

(ii)

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan, inklużi l-iskeda ta’ żmien prevista, l-objettivi intermedji u l-miri, u l-indikaturi relatati;

 

(iii)

jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex konsistenti u konformi mar-rekwiżiti skont id-Direttiva [ssss/nnn] [Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE], id-Direttiva (UE) 2018/2001, id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2010/31/UE;

 

(iii)

jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex konsistenti u konformi mar-rekwiżiti skont id-Direttiva [ssss/nnn] [Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE], id-Direttiva (UE) 2018/2001, id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2010/31/UE;

(c)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(c)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

 

(i)

jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru għall-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan hijiex raġonevoli, plawżibbli, konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonata għall-impatt ambjentali u soċjali nazzjonali mistenni;

 

(i)

jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru għall-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan hijiex raġonevoli, plawżibbli, konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonata għall-impatt ambjentali u soċjali nazzjonali mistenni;

 

(ii)

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Fond, inklużi l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni;

 

(ii)

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Fond, inklużi l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni;

 

(iii)

jekk l-objettivi intermedji u l-miri proposti mill-Istat Membru humiex effiċjenti fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli tal-Fond;

 

(iii)

jekk l-objettivi intermedji u l-miri proposti mill-Istat Membru humiex effiċjenti fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli tal-Fond;

(d)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-koerenza, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

(d)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-koerenza, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

Raġuni

Il-valutazzjonijiet huma essenzjali għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni, l-effiċjenza u l-effetti tal-Fond. Kif iddikjarat, il-komponent reġjonali huwa kruċjali biex jitqiesu d-differenzi u l-ispeċifiċitajiet taċ-ċittadini vulnerabbli kollha u ta’ dawk l-aktar affettwati mill-modifika tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Emenda 40

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, b’mod proporzjonat mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Fond u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, inklużi l-Programm InvestEU, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-Fondi koperti mir-Regolament (UE) 2021/1060. Għal dak l-iskop, huma għandhom:

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati għandhom, b’mod proporzjonat mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Fond u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, inklużi l-Programm InvestEU, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-Fondi koperti mir-Regolament (UE) 2021/1060. Għal dak l-iskop, huma għandhom:

(a)

jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza fost strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(a)

jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza fost strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali u lokali , kemm fil-fażi ta l-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(b)

itejbu kemm jista’ jkun il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi; kif ukoll

(b)

itejbu kemm jista’ jkun il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi; kif ukoll

(c)

jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u l-kontroll fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond.

(c)

jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u l-kontroll fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali u lokali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond.

Raġuni

Il-valutazzjonijiet huma essenzjali għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni, l-effiċjenza u l-effetti tal-Fond. Kif iddikjarat, il-komponent reġjonali huwa kruċjali biex jitqiesu d-differenzi u l-ispeċifiċitajiet taċ-ċittadini vulnerabbli kollha u ta’ dawk l-aktar affettwati mill-modifika tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Emenda 41

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-data msemmija fil-punt (d), (i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament disponibbli għall-pubbliku u aġġornata f’sit web uniku f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandhom jippermettu li d-data tiġi magħżula, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. L-informazzjoni msemmija fil-punt (d), (i) u (ii) tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi ppubblikata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew jekk l-appoġġ dirett għall-introjtu mħallas ikun inqas minn EUR 15 000

L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jagħmlu d-data msemmija fil-punt (d), (i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament disponibbli għall-pubbliku u aġġornata f’sit web uniku f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandhom jippermettu li d-data tiġi magħżula, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. L-informazzjoni msemmija fil-punt (d), (i) u (ii) tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi ppubblikata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew jekk l-appoġġ dirett għall-introjtu mħallas ikun inqas minn EUR 15 000

Raġuni

Il-komponent reġjonali huwa kruċjali għall-implimentazzjoni u s-suċċess tal-Fond Soċjali għall-Klima. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jafu l-aħjar il-problemi u ċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi tat-territorju, u jistgħu jidentifikaw aħjar l-individwi u s-setturi l-aktar vulnerabbli.

Emenda 42

Artikolu 23(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi biennali, jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan tiegħu bħala parti mir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-Artikolu 28 tiegħu. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu fir-rapport ta’ progress tagħhom:

Kull Stat Membru u reġjun i kkonċernat għandu, fuq bażi biennali, jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan tiegħu bħala parti mir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-Artikolu 28 tiegħu. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu fir-rapport ta’ progress tagħhom:

(a)

informazzjoni kwantitattiva dettaljata dwar l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku;

(a)

informazzjoni kwantitattiva dettaljata dwar l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku;

(b)

meta applikabbli, informazzjoni dettaljata dwar il-progress lejn l-objettiv indikattiv nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku;

(b)

meta applikabbli, informazzjoni dettaljata dwar il-progress lejn l-objettiv indikattiv nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku;

(c)

informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-miżuri u l-investimenti, inklużi fil-Pjan tagħhom;

(c)

informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-miżuri u l-investimenti, inklużi fil-Pjan tagħhom;

(d)

informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri tal-gassijiet serra u dwar il-projezzjonijiet, kif ukoll dwar il-faqar enerġetiku, ipprovduta skont l-Artikolu 18 u l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(d)

informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri tal-gassijiet serra u dwar il-projezzjonijiet, kif ukoll dwar il-faqar enerġetiku, ipprovduta skont l-Artikolu 18 u l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(e)

informazzjoni rrapportata skont l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni tal-bini fit-tul skont id-Direttiva 2010/31/UE;

(e)

informazzjoni rrapportata skont l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni tal-bini fit-tul skont id-Direttiva 2010/31/UE;

(f)

fl-2027, valutazzjoni tal-Pjan imsemmi fl-Artikolu 17(5) fid-dawl tal-effetti diretti attwali tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/087/KE;

(f)

fl-2027, valutazzjoni tal-Pjan imsemmi fl-Artikolu 17(5) fid-dawl tal-effetti diretti attwali tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/087/KE;

(g)

informazzjoni dwar il-bidliet fil-Pjan tagħhom f’konformità mal-Artikolu 17.

(g)

informazzjoni dwar il-bidliet fil-Pjan tagħhom f’konformità mal-Artikolu 17.

 

(h)

reviżjoni perjodika tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà fit-territorji tar-reġjuni, b’mod partikolari ż-żoni bi żvantaġġi naturali permanenti li huma partikolarment vulnerabbli, bħar-reġjuni insulari u muntanjużi, u monitoraġġ tal-impatt reali ta’ miżuri addizzjonali tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fil-livell NUTS 2 jew NUTS 3;

Raġuni

Il-valutazzjonijiet huma essenzjali għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni, l-effiċjenza u l-effetti tal-Fond. Kif iddikjarat, il-komponent reġjonali huwa kruċjali biex jitqiesu d-differenzi u l-ispeċifiċitajiet taċ-ċittadini vulnerabbli kollha u ta’ dawk l-aktar affettwati mill-modifika tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tirriforma l-istruttura tal-Unjoni dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (riformulazzjoni)

COM (2021) 563 final

Emenda 43

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Tnaqqis immirat fil-livell tat-taxxa jista’ jkun meħtieġ biex jindirizza l-impatt soċjali tat-taxxi tal-enerġija. Eżenzjoni mit-tassazzjoni tista’ tkun temporanjament meħtieġa biex jiġu protetti l-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

Tnaqqis immirat fil-livell tat-taxxa jista’ jkun meħtieġ biex jindirizza l-impatt soċjali tat-taxxi tal-enerġija. Eżenzjoni mit-tassazzjoni tista’ tkun temporanjament meħtieġa biex jiġu protetti l-unitajiet domestiċi vulnerabbli , l-intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, u l-utenti tal-mobbiltà vulnerabbli, inkluż fir-reġjuni rurali, muntanjużi, periferiċi jew insulari .

Raġuni

Biex il-formulazzjoni tiġi adattata għall-proposta tal-Fond Soċjali għall-Klima, peress li t-tassazzjoni fuq l-enerġija tista’ tintuża biex tikkomplementa l-miżuri soċjali ppjanati.

Emenda 44

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet tal-punt (c), il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati minn unitajiet domestiċi rikonoxxuti bħala vulnerabbli jistgħu jiġu eżentati għal perjodu massimu ta’ għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva . Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “unitajiet domestiċi vulnerabbli” għandha tfisser unitajiet domestiċi affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti ta’ din id-Direttiva li, għall-fini ta’ din id-Direttiva, ifisser li huma taħt il-limitu ta’ “riskju ta’ faqar”, definit bħala 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali.

Għall-finijiet tal-punt (c), il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati minn unitajiet domestiċi rikonoxxuti bħala vulnerabbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali jistgħu jiġu eżentati. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “unitajiet domestiċi vulnerabbli” għandha tfisser unitajiet domestiċi affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti ta’ din id-Direttiva li, għall-fini ta’ din id-Direttiva, ifisser li huma taħt il-limitu ta’ “riskju ta’ faqar”, definit bħala 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali u l-konsum tagħhom ma jaqbiżx il-minimu meħtieġ għal kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti applikabbli għar-reġjun partikolari . “Unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inklużi dawk b’introjtu medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini u t-trasport fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

Raġuni

M’għandux ikun hemm perjodu massimu għall-eżenzjoni jekk l-unità domestika tkun għadha f’sitwazzjoni vulnerabbli. Id-definizzjoni ta’ “unità domestika vulnerabbli” hija adattata għal dik inkluża fil-Fond.

Emenda 45

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…]. Ir-rapport għandu jqis il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi rilevanti usa’ tat-Trattati.

[…]. Ir-rapport għandu jqis il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-kunsiderazzjonijiet ambjentali , reġjonali, lokali, u soċjali, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi rilevanti usa’ tat-Trattati.

Raġuni

Il-perspettiva reġjonali għandha tiġi evalwata.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jilqa’ t-tħabbira dwar il-Fond Soċjali għall-Klima bħala mod kif jiġu bbilanċjati l-effetti negattivi fuq il-gruppi u t-territorji l-aktar fil-periklu u tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment sostenibbli; jissottolinja li l-politiki dwar il-klima u l-enerġija, kif ukoll is-suq tal-karbonju, ma jridux jaffettwaw lill-unitajiet domestiċi, lill-intrapriżi mikro u żgħar, u lill-utenti tal-mobbiltà, inkluż fiż-żoni rurali u remoti, peress li rajna żieda kbira fis-sehem ta’ dawk li qed esperjenzaw faqar enerġetiku u ta’ mobbiltà mis-sajf tal-2021 minħabba żieda kontinwa u kbira fil-prezzijiet tal-enerġija;

2.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi rilevanti ħafna fil-qasam tal-enerġija u l-klima, għaliex huma jafu l-aħjar il-karatteristiċi tat-territorji u l-kuntest soċjali u ekonomiku li fih jiġu implimentati dawn il-politiki, għandhom kompetenzi dwar il-kwistjoni, u jistgħu jieħdu l-approċċ l-iktar adatt biex tissaħħaħ l-effikaċja tagħhom;

3.

jitlob li meta jiġu vvalutati u approvati l-pjani, l-enfasi ewlenija tkun fuq li jiġi żgurat li l-miżuri previsti jkunu mfasslin b’mod immirat u li l-gruppi definiti fil-proposta jiġu għalhekk appoġġjati b’mod effettiv. Ir-riżorsi allokati taħt il-Fond Soċjali għall-Klima huma limitati, u għalhekk għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li dan jappoġġja lill-unitajiet domestiċi, lill-intrapriżi mikro u żgħar, lill-utenti tal-mobbiltà l-aktar vulnerabbli, inkluż fiż-żoni rurali u remoti;

4.

huwa tal-fehma li l-politiki kollha li jaffettwaw in-negozji u l-unitajiet domestiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza, u f’dan ir-rigward il-Kummissjoni, l-Eurostat u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jikkooperaw fl-istabbiliment ta’ strutturi affidabbli għall-ġestjoni u l-ġbir tad-data, b’aċċess liberu għal dawk kollha li jfasslu l-politika u l-partijiet interessati kollha;

5.

jenfasizza li l-awtonomija strateġika hija kruċjali fir-rigward tal-provvista tal-enerġija tal-Ewropa; jenfasizza li mhuwiex biżżejjed li titneħħa gradwalment id-dipendenza tagħna mill-provvista tal-fjuwils fossili mill-Federazzjoni Russa biss, iżda jqis li l-pjan REPowerEU huwa mod kif titħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet tal-enerġija u tal-materja prima, u b’hekk jitnaqqsu r-riskji politiċi, ekonomiċi u ta’ sigurtà li jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet. Dan ifisser li jingħataw prijorità u jiġu akkopjati flimkien investimenti massivi u konkreti biex jiġi aċċellerat l-użu tal-enerġija rinnovabbli, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika, iċ-ċirkolarità, l-elettriku u l-idroġenu nadif, u r-riċerka fi fjuwils sostenibbli alternattivi;

6.

jemmen li huwa importanti li l-Istati Membri jkollhom l-opportunità li jnaqqsu l-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ għodod. Wieħed minn dawn l-għodod huwa s-sistema ta’ kera li tkopri kollox (“warm rent”), fejn is-sid tal-proprjetà jkun responsabbli għal temperatura aċċettabbli ġewwa d-dar u għalhekk ikollu inċentiv ċar favur it-titjib tal-effiċjenza enerġetika. Bħalissa, dan imur kontra l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kosteffettività fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, li minflok tiffoka fuq kejl u tariffi tal-konsum individwali tat-tisħin;

7.

jitlob lill-Kummissjoni tniedi riċerka u konsultazzjoni mal-atturi rilevanti sabiex tiddefinixxi b’mod ċar l-enerġija minima li unità domestika teħtieġ sabiex ikollha standard ta’ għajxien deċenti, abbażi ta’ data affidabbli u serje kronoloġika, billi jitqiesu d-differenzi reġjonali, u fl-istess ħin, abbażi tal-kunċett ġdid;

8.

jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “L-indirizzar tal-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew: sett ta’ għodod għal azzjoni u appoġġ”, li tħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-miżuri definiti fis-“sett ta’ għodod”; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jqisu dawn il-miżuri b’mod urġenti bil-għan li jiżguraw tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura, filwaqt li jagħmlu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali parteċipanti tal-implimentazzjoni tagħhom u josservaw id-differenzi territorjali;

9.

ifakkar li l-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija wera l-utilità tiegħu permezz tal-kontribut tiegħu għal kwistjonijiet dwar l-effiċjenza enerġetika u l-klima, għalhekk id-Direttiva riformulata dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija (ETD) u l-Fond Soċjali għall-Klima il-ġdid (minn hawn ’il quddiem “il-Fond il-ġdid”) għandhom jieħdu vantaġġ mill-għarfien u l-għarfien espert tal-membri tal-Patt tas-Sindki, u l-azzjonijiet rapidi inklużi fil-Pjani ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli fil-livell lokali jew reġjonali;

10.

jilqa’ l-fatt li l-KE takkumpanja l-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija bi grilja tas-sussidjarjetà, għalkemm jiddispjaċih li hija nieqsa mill-proposta tal-Fond Soċjali għall-Klima. Ir-raġunament mogħti fir-rigward tal-valur miżjud Ewropew tal-proposti u l-introduzzjoni ta’ miżuri li jirriżultaw mill-kompetenzi tal-UE fl-oqsma tat-trasport, it-tibdil fil-klima, l-ambjent u s-suq intern, huwa f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

11.

jenfasizza li hemm reġjuni madwar l-Ewropa fejn it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jistgħu jkunu soluzzjoni aktar affidabbli, aktar effiċjenti u affordabbli għaċ-ċittadini, għalhekk il-Fond il-ġdid għandu jiġi armonizzat ma’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej oħra, sabiex jingħata appoġġ suffiċjenti għall-ispejjeż tar-rinnovazzjoni ta’ appartamenti u abitazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jaqbdu mas-sistemi l-ġodda;

12.

jara li l-futur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija huwa aktar deċentralizzat minn qabel u, f’dan ir-rigward, l-unitajiet domestiċi u n-negozji li huma lesti li jinvolvu ruħhom fl-użu tal-enerġija fotovoltajka jew mir-riħ jeħtieġu aktar appoġġ imfassal apposta għal networks intelliġenti deċentralizzati, u li tiġi eliminata l-burokrazija żejda; dan jinkludi wkoll appoġġ iddedikat mill-Fond Soċjali għall-Klima għall-Komunitajiet tal-Enerġija Rinnovabbli;

13.

jinnota li hemm diversi skemi ta’ appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fl-Istati Membri li jiffavorixxu miżuri ta’ effiċjenza enerġetika mmirati lejn l-unitajiet domestiċi u n-negozji, u għalhekk jista’ jkun utli li jiġu żviluppati gwida ċara u appoġġ għad-disinn għall-iżjed unitajiet domestiċi u intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli li jesperjenzaw faqar enerġetiku u tal-mobbiltà, sabiex jiġi eliminat kwalunkwe riskju li dawk l-aktar fil-bżonn ta’ appoġġ jitħallew barra;

14.

jirrakkomanda li l-Istati Membri, r-reġjuni u l-muniċipalitajiet jaġġornaw il-pjani urbani u tal-użu tal-art, kif ukoll l-aċċess għall-prattiki relatati mal-permessi tal-kostruzzjoni, sabiex jitnaqqsu t-taxxi u l-ispejjeż u tiġi evitata l-burokrazija għall-investimenti fl-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji;

Dwar il-proposta tal-Fond Soċjali għall-Klima

15.

jilqa’ l-proposta għal Fond Soċjali għall-Klima bħala dikjarazzjoni ta’ solidarjetà u impenn biex tinkiseb tranżizzjoni ekwa u soċjalment ġusta, bħala għodda ewlenija għall-appoġġ taċ-ċittadini l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, u bħala tweġiba għas-sejħa tagħna għat-tisħiħ tal-integrità u l-operat tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) filwaqt li jingħata appoġġ lil reġjuni u gruppi vulnerabbli;

16.

jitlob li mill-anqas 35 % tal-pakkett finanzjarju tal-Fond Soċjali għall-Klima għandu jkun ġestit direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li dawn jistgħu jipprovdu mmappjar aktar preċiż tal-vulnerabbiltajiet, u huma responsabbli għall-implimentazzjoni b’suċċess, immirata u effiċjenti tal-miżuri definiti fil-pjani li jistgħu jimmiraw u jindirizzaw verament il-ħtiġijiet ta’ gruppi bi dħul aktar baxx, inklużi dawk f’riskju ta’ faqar;

17.

jiddispjaċih li ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt konkreta u speċifika qabel ma ġiet ippreżentata l-proposta għall-Fond Soċjali għall-Klima. Valutazzjoni bħal din kienet tippermetti evalwazzjoni preċiża tal-impatti distributtivi tal-mekkaniżmu, il-funzjonament, il-ġestjoni u l-miżuri tal-Fond, li tiffoka fuq il-konsegwenzi u l-benefiċċji għaċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli fil-livell lokali u reġjonali, u tippermetti identifikazzjoni tal-gruppi l-aktar dgħajfa mil-lat finanzjarju, sabiex l-appoġġ jiġi dirett b’mod xieraq lejn dawk li l-aktar għandhom bżonnu;

18.

jirrakkomanda li l-KtR, bħala l-korp li jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jaqdi rwol ta’ faċilitazzjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjani Soċjali għall-Klima, billi jipprovdi opportunità addizzjonali biex jintlaħaq il-livell lokali u reġjonali lil hinn mill-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri;

19.

jappella għal rikonoxximent tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala kontributuri ewlenin għall-Pjanijiet Soċjali għall-Klima nazzjonali, peress li huma l-livell ta’ gvern l-eqreb taċ-ċittadini u jistgħu jipprovdu għarfien u għarfien espert kbir żviluppat fil-prattika, filwaqt li jiżguraw li l-abbozzar tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima ma jżidx piż amministrattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jfasslu Pjanijiet Soċjali Reġjonali għall-Klima f’konformità ma’ dawk fil-livell nazzjonali skont il-prinċipji tas-sħubija, il-governanza f’diversi livelli, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

20.

josserva li wieħed mill-piżijiet għar-rinnovazzjoni effiċjenti fl-enerġija tal-istokk tad-djar huwa n-nuqqas ta’ aċċess għall-għarfien dwar l-effiċjenza enerġetika u għal soluzzjonijiet tal-ogħla livell li diġà huma aċċessibbli fis-suq; sabiex tissolva din il-kwistjoni, il-KtR jissuġġerixxi li dawn il-miżuri jkunu ffinanzjati mill-Fond il-ġdid ukoll;

21.

jissottolinja li l-prezzijiet tal-enerġija u l-kapaċità tal-akkwist ġenerali mhumiex konnessi tajjeb ħafna, u jqis li l-użu tal-PDG jew l-ING fl-istandard tal-kapaċità tal-akkwist bħala indikatur ġenerali huwa adatt għall-politika ta’ koeżjoni ġenerali; fir-rigward tal-konsum tal-enerġija, jitlob lill-Kummissjoni ssib indikatur li huwa affidabbli daqs il-PDG u l-ING, iżda li jirrifletti aħjar l-imġiba relatata mal-konsum tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji fl-Ewropa u dan jipprovdi lill-Istati Membri b’aktar flessibbiltà biex jeliminaw id-diskrepanzi kkawżati mill-istatistika fl-allokazzjoni tal-fondi tal-UE;

22.

jenfasizza li filwaqt li l-għan tal-Fond Soċjali għall-Klima huwa pass fid-direzzjoni t-tajba biex titwettaq tranżizzjoni ekoloġika ġusta, għandhom jiġu żviluppati aktar sforzi f’termini finanzjarji. Il-Fond Soċjali għall-Klima mhux se jkun biżżejjed biex jindirizza l-effetti soċjali mhux mixtieqa u n-nuqqasijiet ekonomiċi tal-miżuri biex tinkiseb in-newtralità klimatika. Jitlob li d-dħul derivat mill-ETS II għandu jiġi parzjalment allokat għall-Fond Soċjali għall-Klima u għal miżuri diretti biex jiġi żgurat li ħadd ma jbati żvantaġġi mill-kisba tan-newtralità klimatika; jissuġġerixxi li f’każ li l-prezz tal-karbonju jwassal għal dħul ogħla milli mistenni, il-pakkett finanzjarju tal-Fond Soċjali għall-Klima jiżdied b’mod simili. Il-KtR jirrakkomanda li għandhom jintużaw aktar forom ta’ appoġġ ekonomiku li jistgħu jqisu l-ispeċifiċitajiet tat-territorji, tal-popolazzjonijiet, tas-setturi, tal-bliet u r-reġjuni. Filwaqt li huma lesti li jappoġġjaw l-aktar individwi vulnerabbli, ser ikollha tingħata attenzjoni speċjali għall-adegwatezza tal-miżuri u l-appoġġ għall-persuni mingħajr dar, in-nisa, iċ-ċittadini mingħajr riżorsi, iż-żgħażagħ u entitajiet finanzjarjament aktar dgħajfa;

23.

jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ma jippromovu l-ebda tip ta’ mobbiltà motorizzata individwali mill-Fond il-ġdid, u minflok jappoġġjaw soluzzjonijiet ta’ mobbiltà sostenibbli b’emissjonijiet żero jew b’emissjonijiet baxxi (elettriċi, ibridi jew li jaħdmu bl-idroġenu) u servizzi ta’ mobbiltà integrati;

Dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija

24.

jilqa’ l-proposta għal Direttiva li għandha l-għan li tallinja t-taxxa fuq l-enerġija mal-kontenut reali tal-enerġija u l-prestazzjoni ambjentali, u b’hekk tipprovdi inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri l-ġodda tal-UE dwar il-klima. It-tfassil attwali tad-Direttiva ma jirriflettix dan, kif indikat ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (12);

25.

jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ grilja ta’ sussidjarjetà speċifika għall-proposta dwar il-Fond Soċjali għall-Klima, filwaqt li jilqa’ l-fatt li l-proposta leġiżlattiva hija bbażata fuq l-Artikoli 91(1)(d), 192(1) u 194(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), u għamlet referenza għat-trasport, it-tibdil fil-klima u hija ċċentrata fuq l-enerġija, u jqis li l-proposta tiddeskrivi b’mod ċar il-valur miżjud Ewropew tagħha u hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

26.

jilqa’ l-inklużjoni tal-possibbiltà li l-Istati Membri jassistu lill-gruppi vulnerabbli u jipproteġu lill-unitajiet domestiċi kontra l-faqar enerġetiku, u li jiġġieldu l-effetti negattivi possibbli tat-taxxa;

27.

jilqa’ r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija sabiex il-kontenut tagħha jiġi aġġustat u adattat għall-ħtieġa ta’ aktar azzjoni klimatika u protezzjoni ambjentali, li jkun jista’ jappoġġja l-iżvilupp u l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli, u jippreserva l-funzjonament korrett tas-suq intern, filwaqt li jallinja t-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku mal-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima;

28.

jissuġġerixxi li jiġu analizzati x-xejriet territorjali tal-Istati Membri fil-livell reġjonali sabiex jiġu permessi eżenzjonijiet reġjonali jew saħansitra lokali jew livelli mnaqqsa jew kumpens ieħor f’ċirkostanzi speċjali bħal pereżempju r-riskju tal-faqar għall-unitajiet domestiċi u n-negozji l-aktar milquta;

29.

jirrimarka li hemm reġjuni fl-Ewropa fejn il-ħatab jintuża għat-tisħin u t-tisjir bħala sinjal ċar ta’ faqar enerġetiku; f’ċirkostanzi bħal dawn, ir-riformulazzjoni tal-ETD u tal-ETS2 it-tnejn li huma se jolqtu lil dawn il-konsumaturi, u għalhekk, jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ programmi addizzjonali ta’ appoġġ għall-bidla fil-fjuwil minn ħatab għal sorsi ta’ enerġija nodfa, rinnovabbli u effiċjenti.

Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(2)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(3)  Data mill-2018. Eurostat, SILC [ilc_mdes01])

(4)  Data mill-2018. Eurostat, SILC [ilc_mdes01])

(5)   Approvat mill-Kunsill Ewropew fl-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021.

(6)   Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).

(7)   Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(9)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(10)  ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35.

(11)  ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35.

(12)  Rapport Analitiku tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 01/2022: It-tassazzjoni fuq l-enerġija, l-ipprezzar tal-karbonju u s-sussidji fuq l-enerġija.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/102


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tisħiħ tad-demokrazija u l-integrità tal-elezzjonijiet

(2022/C 301/13)

Relatur:

Vincenzo BIANCO (IT/PSE), Membru tal-Kunsill Komunali ta’ Catania

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-protezzjoni tal-integrità elettorali u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika

COM(2021) 730 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku

COM(2021) 731 final

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (riformulazzjoni)

COM(2021) 732 final

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (riformulazzjoni)

COM(2021) 733 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (riformulazzjoni)

COM(2021) 734 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2021) 731 final

Artikolu 7(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-avviż ta’ trasparenza għandu jiġi inkluż f’kull reklam politiku jew għandu jkun jista’ jiġi rkuprat faċilment minnu, u għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a) l-identità tal-isponsor u d-dettalji ta’ kuntatt; (b) il-perjodu li matulu r-reklam politiku jkun maħsub li jiġi ppubblikat u disseminat; (c) abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-Artikolu 6(3), l-informazzjoni dwar l-ammonti aggregati minfuqa jew ta’ benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għat-tħejjija, it-tqegħid, ilpromozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-reklamar rilevanti, u tal-kampanja tar-reklamar politiku fejn rilevanti, u s-sorsi tagħhom; (d) fejn applikabbli, indikazzjoni tal-elezzjonijiet jew tar-referenda li magħhom ikun relatat ir-reklam; (e) fejn applikabbli, links għar-repożitorji online tar-reklami; (f) informazzjoni dwar kif jintużaw il-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 9(1). (g) L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż ta’ trasparenza għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-entrati speċifiċi tad-data stabbiliti fl-Anness I.

L-avviż ta’ trasparenza għandu jiġi inkluż f’kull reklam politiku online u offline jew għandu jkun jista’ jiġi rkuprat faċilment minnu, u għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a) l-identità tal-isponsor u d-dettalji ta’ kuntatt; (b) il-perjodu li matulu r-reklam politiku jkun maħsub li jiġi ppubblikat u disseminat; (c) abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni riċevuta f’konformità mal-Artikolu 6(3), l-informazzjoni dwar l-ammonti aggregati minfuqa jew ta’ benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-reklamar rilevanti, u tal-kampanja tar-reklamar politiku fejn rilevanti, u s-sorsi tagħhom; (d) fejn applikabbli, indikazzjoni tal-elezzjonijiet jew tar-referenda li magħhom ikun relatat ir-reklam; (e) fejn applikabbli, links għar-repożitorji online tar-reklami; (f) informazzjoni dwar kif jintużaw il-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 9(1). (g) L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż ta’ trasparenza għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-entrati speċifiċi tad-data stabbiliti fl-Anness I.

Raġuni

L-Artikolu 7(2) tal-Proposta għal Regolament jiddeskrivi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż ta’ trasparenza għal kull reklam politiku, u jipprevedi li dan l-avviż ikun faċilment aċċessibbli mir-reklam. Minħabba l-kumplessità tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, l-obbligi għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-midja offline u online.

Emenda 2

COM(2021) 731 final

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Indikazzjoni ta’ reklami politiċi possibbilment illegali

Indikazzjoni ta’ reklami politiċi possibbilment illegali

1.   Meta jipprovdu servizzi ta’ reklamar politiku, il-pubblikaturi tar-reklamar għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu lill-individwi jinnotifikawhom, mingħajr ħlas, li reklam partikolari li jkunu ppubblikaw ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

1.   Meta jipprovdu servizzi ta’ reklamar politiku, il-pubblikaturi tar-reklamar għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu lill-individwi jinnotifikawhom, mingħajr ħlas, li reklam partikolari li jkunu ppubblikaw ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni dwar kif għandhom jiġu nnotifikati r-reklami politiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun faċli għall-utent u faċli biex tiġi aċċessata, inkluż mill-avviż ta’ trasparenza.

2.   L-informazzjoni dwar kif għandhom jiġu nnotifikati r-reklami politiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun faċli għall-utent u faċli biex tiġi aċċessata, inkluż mill-avviż ta’ trasparenza.

3.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jippermettu s-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi. Il-pubblikatur tar-reklamar politiku għandu jinforma lill-individwi dwar is-segwitu mogħti għan-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jippermettu s-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi. Il-pubblikatur tar-reklamar politiku għandu jinforma lill-individwi dwar is-segwitu mogħti għan-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Notifiki ripetittivi skont il-paragrafu 1 rigward l-istess reklam jew kampanja tar-reklamar jistgħu jitwieġbu b’mod kollettiv, inkluż b’referenza għal tħabbira fuq is-sit web tal-pubblikatur tar-reklamar politiku kkonċernat.

4.   Notifiki ripetittivi skont il-paragrafu 1 rigward l-istess reklam jew kampanja tar-reklamar jistgħu jitwieġbu b’mod kollettiv, inkluż b’referenza għal tħabbira fuq is-sit web tal-pubblikatur tar-reklamar politiku kkonċernat.

 

5.     Għandhom jiġu stabbiliti wkoll mezzi speċifiċi li jippermettu lill-individwi jressqu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti kif stabbilit fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

Raġuni

L-Artikolu 15 jirrikjedi li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità tal-fornituri ta’ servizzi intermedjarji skont it-tifsira tar-Regolament. Minħabba r-rwol tagħhom, dawn l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu fil-pożizzjoni li jimmonitorjaw in-notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament. Dan itaffi wkoll in-nuqqas possibbli ta’ kumpaniji privati milli jaġixxu fuq notifiki bħal dawn.

Emenda 3

COM(2021) 731 final

Artikolu 15(7)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti bħala punt ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti bħala punt ta’ kuntatt fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt fil-livell reġjonali u lokali.

Raġuni

Bil-għan li jiġi rakkomandat li l-awtorità nazzjonali jkollha wkoll fergħat reġjonali u lokali, li jistabbilixxu punti ta’ kuntatt fil-livell reġjonali u lokali.

Emenda 4

COM(2021) 731 final

Artikolu 15(9)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-punti ta’ kuntatt għandhom jiltaqgħu perjodikament fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tan-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet biex jiffaċilitaw l-iskambju rapidu u sigur ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u ta’ infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament.

Il-punti ta’ kuntatt għandhom jiltaqgħu perjodikament fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tan-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet biex jiffaċilitaw l-iskambju rapidu u sigur ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u ta’ infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament , u biex jesploraw l-approssimazzjoni tar-regoli dwar is-sanzjonijiet, inklużi l-multi amministrattivi u l-penali finanzjarji applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ reklamar politiku, kif stabbilit fl-Artikolu 16 .

Raġuni

Fid-dawl tal-għan ta’ dan ir-Regolament li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tas-suq intern għall-forniment ta’ servizzi fir-reklamar politiku, u li jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, tista’ tkun mixtieqa l-approssimazzjoni tas-sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Approċċ bħal dan jipprevjeni wkoll li, f’xi Stati Membri, is-sanzjonijiet ikunu potenzjalment dissważivi wisq, tant li jipprevjenu lill-atturi milli jinvolvu ruħhom b’mod politiku.

Emenda 5

COM(2021) 732 final

Artikolu 12(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali bir-responsabbiltà li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jiġu infurmati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonal i, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u, fejn applikabbli, mal-awtoritajiet lokali, bir-responsabbiltà li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jiġu infurmati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri addizzjonali kollha meħtieġa biex irawmu sensibilizzazzjoni dwar l-eżerċitar tad-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni, u jippromovu u jiffaċilitaw dan l-eżerċitar, inkluż permezz tal-awtoritajiet reġjonali u fejn applikabbli, mal-awtoritajiet lokali.

Raġuni

Għandhom jitqiesu l-istrutturi differenti tal-amministrazzjoni elettorali tal-Istati Membri. L-emenda tirrakkomanda wkoll li l-awtorità nazzjonali għandha tikkoopera mal-fergħat reġjonali u, fejn applikabbli, ma’ dawk lokali sabiex jiġi żgurat li l-kampanji ta’ informazzjoni pubblika jkunu komprensivi u estensivi, f’konformità mal-prinċipju tal-prossimità, fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Emenda 6

COM(2021) 732 final

Artikolu 12(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta b’lingwa ċara u sempliċi.

L -informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, apparti li tiġi kkomunikata f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Istat Membru ospitanti, tiġi akkumpanjata wkoll minn traduzzjoni f’mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni li tinftiehem tajjeb mill-akbar għadd possibbli ta’ ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fit-territorju tiegħu, f’konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta b’lingwa ċara u sempliċi.

Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-kapaċitajiet amministrattivi meħtieġa , l -informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha, apparti li tiġi kkomunikata f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Istat Membru ospitanti, tiġi akkumpanjata wkoll minn traduzzjoni f’mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni li tinftiehem b’mod mifrux mill-akbar għadd possibbli ta’ ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fit-territorju tiegħu, f’konformità mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Raġuni

Dan l-Artikolu jintroduċi obbligu għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkomunikaw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni liċ-ċittadini mobbli tal-UE, anke b’diversi lingwi dwar, fost l-oħrajn, l-istatus tar-reġistrazzjoni tagħhom; ir-regoli rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-votanti u tal-kandidati; u l-mezzi biex tinkiseb aktar informazzjoni relatata mal-organizzazzjoni tal-elezzjoni. Kif ġie nnutat fl-emenda għall-Artikolu 12(1), dawn l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jinħatru esklużivament fil-livell nazzjonali. Minħabba l-informazzjoni estensiva pprovduta, tali obbligu jista’ jirrappreżenta piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’xi Stati Membri.

Emenda 7

COM(2021) 732 final

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltajiet ta’ votazzjoni minn qabel, il-votazzjoni bil-posta, u votazzjoni elettronika u fuq l-Internet, fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw li dawn il-metodi ta’ votazzjoni jkunu disponibbli għall-votanti tal-Unjoni taħt kundizzjonijiet simili għal dawk applikabbli għaċ-ċittadini proprji.

L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jipprevedu l-possibbiltajiet ta’ votazzjoni minn qabel, il-votazzjoni bil-posta, u votazzjoni elettronika u fuq l-Internet, fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess għaċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra li jirrisjedu f’pajjiżhom għal votazzjoni minn qabel, votazzjoni bil-posta, u votazzjoni elettronika u fuq l-Internet b’kundizzjonijiet simili għal dawk applikabbli għaċ-ċittadini tagħhom, inkluż permezz ta’ miżuri meħuda mill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li tenfasizza l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħmlu fl-iżgurar tad-disponibbiltà tal-metodi kollha ta’ votazzjoni għall-votanti tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-Istati Membri kollha għandhom jorganizzaw l-elezzjonijiet b’modi ekoloġiċi u sostenibbli.

Emenda 8

COM(2021) 732 final

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità responsabbli għall-ġbir u l-għoti ta’ data statistika rilevanti lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità responsabbli għall-ġbir u l-għoti ta’ data statistika rilevanti lill-pubbliku, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni , dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Raġuni

Bil-għan li jiġi żgurat l-involviment tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-monitoraġġ tal-istatistika dwar il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Emenda 9

COM(2021) 732 final

Artikolu 17(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fi żmien sitt xhur wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fit-territorju tagħhom. Minbarra l-osservazzjonijiet ġenerali, ir-rapport għandu jkun fih data statistika dwar il-parteċipazzjoni ta’ votanti tal-Unjoni u ċittadini tal-Unjoni intitolati li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u sommarju tal-miżuri meħuda insostenn tagħha.

Fi żmien sitt xhur wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni u  lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fit-territorju tagħhom. Minbarra l-osservazzjonijiet ġenerali, ir-rapport għandu jkun fih data statistika dwar il-parteċipazzjoni ta’ votanti tal-Unjoni u ċittadini tal-Unjoni intitolati li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u sommarju tal-miżuri meħuda insostenn tagħha.

Raġuni

Bil-għan li jiġi żgurat l-involviment tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-monitoraġġ tal-istatistika dwar il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Emenda 10

COM(2021) 733 final

Artikolu 2(1)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“elezzjonijiet muniċipali” tfisser elezzjonijiet b’suffraġju dirett universali sabiex jinħatru membri tal-kunsill rappreżentattiv u , fejn xieraq, skont il-liġijiet ta’ kull Stat Membru, i l-kap u l-membri tal-eżekuttiv ta’unità bażika tal-gvern lokali;

“elezzjonijiet muniċipali” tfisser elezzjonijiet b’suffraġju dirett universali sabiex jinħatru membri tal-kunsill rappreżentattiv u l-kap u l-membri tal-eżekuttiv ta’unità bażika tal-gvern lokali;

Raġuni

Bil-għan li tiġi estiża l-eliġibbiltà taċ-ċittadini tal-Istati Membri li joħorġu bħala kandidati għall-karigi eletti kollha, inklużi pożizzjonijiet ta’ natura eżekuttiva f’unitajiet bażiċi tal-gvern lokali.

Emenda 11

COM(2021) 733 final

Artikolu 5(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li ċ-ċittadini tagħhom biss jistgħu jżommu l-uffiċċju ta’ kap elett, deputat jew membru tal-kulleġġ li jiggverna tal-eżekuttiv ta’ unità bażika tal-gvern lokali jekk jiġu eletti biex jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet matul id-durata tal-mandat tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu, f’każijiet limitati, eċċezzjonali u debitament motivati, li ċ-ċittadini tagħhom biss jistgħu jżommu l-uffiċċju ta’ kap elett, deputat jew membru tal-kulleġġ li jiggverna tal-eżekuttiv ta’ unità bażika tal-gvern lokali jekk jiġu eletti biex jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet matul id-durata tal-mandat tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu illi t-twettiq temporanju jew interim tal-funzjonijiet ta’ kap, deputat jew membru tal-kulleġġ li jiggverna tal-eżekuttiv ta’ unità bażika tal-gvern lokali jkun ristrett għaċ-ċittadini tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu , f’każijiet limitati, eċċezzjonali u debitament motivati, illi t-twettiq temporanju jew interim tal-funzjonijiet ta’ kap, deputat jew membru tal-kulleġġ li jiggverna tal-eżekuttiv ta’ unità bażika tal-gvern lokali jkun ristrett għaċ-ċittadini tagħhom.

Wara li jikkunsidraw it-Trattat u l-prinċipji legali ġenerali, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa, neċessarji u proporzjonati sabiex jassiguraw illi l-karigi msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-funzjonijiet interim kif imsemmija fit-tieni subparagrafu jkunu jistgħu jitwettqu biss minn ċittadini tagħhom.

Wara li jikkunsidraw it-Trattat u l-prinċipji legali ġenerali, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa, neċessarji u proporzjonati sabiex jassiguraw illi l-karigi msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-funzjonijiet interim kif imsemmija fit-tieni subparagrafu jkunu jistgħu jitwettqu biss minn ċittadini tagħhom.

Raġuni

Ir-restrizzjoni tal-eliġibbiltà taċ-ċittadini tal-Istati Membri li joħorġu bħala kandidati għall-karigi eletti kollha, inklużi pożizzjonijiet ta’ natura eżekuttiva, għandha tkun limitata, eċċezzjonali u debitament ġustifikata mill-Istati Membri sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fl-aċċess għal pożizzjonijiet eletti f’unitajiet bażiċi tal-gvern lokali.

Emenda 12

COM(2021) 733 final

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà għaċ-ċittadini biex jivvutaw permezz ta’ votazzjoni minn qabel, votazzjoni bil-posta, u votazzjoni elettronika u bl-Internet fl-elezzjonijiet muniċipali għandhom jiżguraw li tali mezzi ta’ votazzjoni jkunu disponibbli wkoll bl-istess kundizzjonijiet għall-votanti skont l-Artikolu 3 .

L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jipprevedu l-possibbiltà għaċ-ċittadini biex jivvutaw permezz ta’ votazzjoni minn qabel, votazzjoni bil-posta, u votazzjoni elettronika u bl-Internet fl-elezzjonijiet muniċipali.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess għaċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra li jirrisjedu f’pajjiżhom għal votazzjoni minn qabel, votazzjoni bil-posta, u votazzjoni elettronika u fuq l-Internet taħt l-istess kundizzjonijiet għal dawk applikabbli għaċ-ċittadini tagħhom, inkluż permezz ta’ miżuri meħuda mill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li tenfasizza l-kontribut li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu fl-iżgurar tad-disponibbiltà tal-metodi kollha ta’ votazzjoni għall-votanti elettorali muniċipali li huma ċittadini jew mhux ċittadini ta’ dak l-Istat. Fl-istess ħin, l-Istati Membri kollha għandhom jorganizzaw l-elezzjonijiet b’modi ekoloġiċi u sostenibbli.

Emenda 13

COM(2021) 733 final

Artikolu 12(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali bir-responsabbiltà li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jiġu infurmati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali , b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u fejn applikabbli, l-awtoritajiet lokali, bir-responsabbiltà li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-Unjoni mhux ċittadini tal-Istat Membru jiġu infurmati fil-ħin dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni bħala votant jew kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali.

L-Istati Membri u l-livelli rilevanti ta’ governanza tagħhom għandhom għandhom jieħdu l-miżuri addizzjonali kollha meħtieġa biex irawmu sensibilizzazzjoni dwar l-eżerċitar tad-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra li jirrisjedu f’pajjiżhom, u jippromovu u jiffaċilitaw dan l-eżerċitar, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet lokali.

Raġuni

Għandhom jitqiesu l-istrutturi differenti tal-amministrazzjoni elettorali tal-Istati Membri. Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali, u fejn applikabbli, dawk lokali, fis-sensibilizzazzjoni dwar l-eżerċitar tad-drittijiet elettorali – u l-promozzjoni u l-iffaċilitar tiegħu – taċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ nazzjonalità oħra li jirrisjedu f’pajjiżhom fl-elezzjonijiet muniċipali.

Emenda 14

COM(2021) 733 final

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fit-territorju tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) u (4). Ir-rapport għandu jkun fih data statistika dwar il-parteċipazzjoni tal-votanti u tal-kandidati skont l-Artikolu 3 fl-elezzjonijiet muniċipali, kif ukoll sommarju tal-miżuri meħuda f’dan ir-rigward.

1.   Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fit-territorju tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) u (4). Ir-rapport għandu jkun fih data statistika dwar il-parteċipazzjoni tal-votanti u tal-kandidati skont l-Artikolu 3 fl-elezzjonijiet muniċipali, kif ukoll sommarju tal-miżuri meħuda f’dan ir-rigward, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn l-isfidi amministrattivi ffaċċjati fil-livelli rilevanti tal-gvern .

2.   Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Bil-għan li jitħeġġeġ l-involviment tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-proċess ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri.

Il-kwistjonijiet organizzattivi relatati mal-elezzjonijiet huma f’idejn l-Istati Membri, u l-arranġamenti speċifiċi dwar it-twettiq tal-elezzjonijiet jistgħu jvarjaw bejniethom. F’dan ir-rigward, xi wħud mill-obbligi introdotti mir-riformulazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE (1) jistgħu potenzjalment joħolqu piżijiet amministrattivi sinifikanti fuq l-awtoritajiet lokali. Għalhekk, huwa importanti li jiġu ssorveljati l-isfidi osservati li jista’ jkollhom impatt fuq ir-rimedji adatti fil-livell Ewropew, nazzjonali jew lokal.

Emenda 15

COM(2021) 733 final

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fi żmien sentejn wara l-elezzjonijiet tal-2029 għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tad-Direttiva u tipproduċi rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi li jinsabu fiha.

Fi żmien sentejn wara l-elezzjonijiet tal-2029 għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni , wara li tikkonsulta lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, għandha tivvaluta l-applikazzjoni tad-Direttiva u tipproduċi rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi li jinsabu fiha.

Raġuni

Bil-għan li jiġi żgurat l-involviment tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-Kummissjoni.

Emenda 16

COM(2021) 733 final

Artikolu 17(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8(2), (3) u (5), mal-Artikolu 9(1) u (2), mal-Artikolu 10, mal-Artikolu 11(1) u (3), mal-Artikolu 12, mal-Artikolu 14 u mal-Annessi I, II u III sal-31 ta’ Diċembru 2023. Huma għandhom immedjatament jikkomunikaw it-test ta’ dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8(2), (3) u (5), mal-Artikolu 9(1) u (2), mal-Artikolu 10, mal-Artikolu 11(1) u (3), mal-Artikolu 12, mal-Artikolu 14 u mal-Annessi I, II u III sal-31 ta’ Diċembru 2023. Huma għandhom immedjatament jikkomunikaw it-test ta’ dawn il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttiva/i mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttiva/i mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

Raġuni

Bil-għan li jitħeġġeġ l-involviment tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-proċess ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri.

Emenda 17

COM(2021) 733 final

Artikolu 17(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni l-informazzjoni u d-dokumenti li tirċievi mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu.

Raġuni

Bil-għan li jiġi żgurat l-involviment tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-Kummissjoni.

Emenda 18

COM(2021) 734 final

Artikolu 4(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-istatuti ta’ partit politiku Ewropew għandhom josservaw il-liġi applikabbli tal-Istat Membru li fih ikollu s-sede tiegħu u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jkopru mill-inqas dan li ġej:

1.   L-istatuti ta’ partit politiku Ewropew għandhom josservaw il-liġi applikabbli tal-Istat Membru li fih ikollu s-sede tiegħu u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jkopru mill-inqas dan li ġej:

[…]

[…]

(j)

in- normi interni dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri.

(j)

normi interni espliċiti u preċiżi dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri , li jispeċifikaw il-miżuri konkreti applikati bil-ħsieb li tintlaħaq il-parità bejn il-ġeneri f’termini ta’ sħubija, rappreżentanza politika u l-eżerċizzju ta’mandati demokratiċi .

Raġuni

Il-partiti politiċi Ewropej għandhom imexxu bl-eżempju f’dak li għandu x’jaqsam mal-bilanċ bejn il-ġeneri. Għalhekk, ir-regoli interni tagħhom għandhom jinkludu miżuri speċifiċi mmirati biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri anke f’termini ta’ sħubija fil-partiti, rappreżentanza politika u l-eżerċitar ġenerali tal-mandati.

Emenda 19

COM(2021) 734 final

Artikolu 4(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   L-istatuti ta’ partit politku Ewropew għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni interna tal-partit u jkunu jkopru mill-inqas dan li ġej:

2.   L-istatuti ta’ partit politku Ewropew għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni interna tal-partit u jkunu jkopru mill-inqas dan li ġej:

[…]

[…]

(e)

il-mod kif iħares lejn it-trasparenza, b’mod partikolari fejn jidħlu kotba, żamma tal-kontijiet u donazzjonijiet, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali;

(e)

il-mod kif iħares lejn it-trasparenza, b’mod partikolari fejn jidħlu kotba, żamma tal-kontijiet u donazzjonijiet, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali;

(f)

il-proċedura interna għall-emendar tal-istatuti tiegħu.

(f)

stqarrija ta’ impenn li jiġu segwiti l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, kif espressi fl-Artikolu 2 tat-TUE, sabiex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u li ma jkunx hemm tixrid ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa, diskors ta’ mibegħda u messaġġi li jinċitaw il-vjolenza;

 

(g)

il-proċedura interna għall-emendar tal-istatuti tiegħu.

Raġuni

Il-partiti politiċi Ewropej għandhom rwol importanti fit-tisħiħ tal-identità Ewropea u fis-sens ta’ appartenenza għal spazju politiku Ewropew komuni. F’dan il-kuntest, huma wkoll strumentali għall-promozzjoni tad-drittijiet u l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u ż-żamma lura minn kwalunkwe azzjoni li tinċita l-mibegħda u l-vjolenza. Dan l-impenn għandu jiġi rifless fl-istatuti tagħhom.

Emenda 20

COM(2021) 734 final

Artikolu 23(9) u (10)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet u riżorsi proprji

Donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet u riżorsi proprji

9.   Għandhom ikunu permessi kontribuzzjonijiet minn membri ta’ partit politiku Ewropew li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru jew li huma ċittadini tiegħu , jew minn partiti membri li għandhom is-sede tagħhom f’pajjiż li jappartjeni għall-Kunsill tal-Ewropa . Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-membri ma għandhomx jeċċedu 40 % tal-baġit annwali ta’ partit politiku Ewropew. Il-valur tal-kontribuzzjonijiet mill-partit membri li għandhom is-sede f’pajjiż barra mill-Unjoni ma għandhomx jeċċedu l-10 % tal-kontribuzzjonijiet totali minn dawn il-membri.

9.   Għandhom ikunu permessi biss kontribuzzjonijiet minn membri ta’ partit politiku Ewropew li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru, jew li jkunu ċittadini tiegħu. Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-membri ma għandhomx jeċċedu 40 % tal-baġit annwali ta’ partit politiku Ewropew. Il-valur tal-kontribuzzjonijiet mill-partit membri li għandhom is-sede f’pajjiż barra mill-Unjoni ma għandhomx jeċċedu l-10 % tal-kontribuzzjonijiet totali minn dawn il-membri.

10.   Għandhom ikunu permessi kontribuzzjonijiet mill-membri ta’ fondazzjoni politika Ewropea li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru jew li huma ċittadini tiegħu , jew minn organizzazzjonijiet membri li għandhom is-sede tagħhom f’pajjiż li jappartjeni għall-Kunsill tal-Ewropa , u mill-partit politiku Ewropew li miegħu hi affiljata. Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-membri ma għandhomx jeċċedu l-40 % tal-baġit annwali ta’ fondazzjoni politika Ewropea u ma għandhomx jiġu minn fondi rċevuti minn partit politiku Ewropew mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-valur tal-kontribuzzjonijiet mill-partit membri li għandhom is-sede f’pajjiż barra mill-Unjoni ma għandhomx jeċċedu l-10 % tal-kontribuzzjonijiet totali minn dawk il-membri.

10.   Għandhom ikunu permessi biss kontribuzzjonijiet minn membri ta’ fondazzjoni politika Ewropea li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru, jew li huma ċittadini tiegħu, u mill-partit politiku Ewropew li miegħu huwa affiljat. Il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-membri ma għandhomx jeċċedu l-40 % tal-baġit annwali ta’ fondazzjoni politika Ewropea u ma għandhomx jiġu minn fondi rċevuti minn partit politiku Ewropew mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-valur tal-kontribuzzjonijiet mill-partit membri li għandhom is-sede f’pajjiż barra mill-Unjoni ma għandhomx jeċċedu l-10 % tal-kontribuzzjonijiet totali minn dawk il-membri.

Raġuni

Id-dispożizzjoni li għadha kif ġiet introdotta biex il-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet Ewropej ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati mhux biss mill-Unjoni Ewropea, iżda wkoll minn pajjiżi li jappartjenu għall-Kunsill tal-Ewropa, tqajjem tħassib dwar it-trasparenza ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet.

Emenda 21

COM(2021) 734 final

Artikolu 24(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn xi sors ieħor jista’ jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji meta dawn il-kampanji jkunu jikkonċernaw l-implimentazzjoni tat-Trattati tal-Unjoni.

Il-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor jista’ jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji meta dawn il-kampanji jkunu jikkonċernaw l-implimentazzjoni tat-Trattati tal-Unjoni , u jeħtieġ li jiġi kkunsidrat kif imiss il-prinċipju tas-sussidjarjetà .

Raġuni

F’xi Stati Membri, ir-referenda jsiru fil-livell lokali u reġjonali (jew tal-Istat). Dan jimplika li r-referenda f’dawn il-livelli amministrattivi jikkonċernaw kwistjonijiet legalment rilevanti fil-qasam speċifiku ta’ kompetenza tagħhom. Jeħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji addizzjonali biex jiġi żgurat li l-kampanji referendarji jiġu ffinanzjati mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biss f’referenda b’dimensjoni tal-UE ċara.

Emenda 22

COM(2021) 734 final

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini

Għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini

Suġġett għall-Artikoli 24 u 25 u għall-istatuti u l-proċessi interni tagħhom stess, il-partiti politiċi Ewropej jistgħu fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni bl-affiljazzjonijiet ta’ bejn il-partiti politiċi nazzjonali u l-kandidati u l-partiti politiċi Ewropej kkonċernati.

Suġġett għall-Artikoli 24 u 25 u għall-istatuti u l-proċessi interni tagħhom stess, il-partiti politiċi Ewropej għandhom fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni bl-affiljazzjonijiet ta’ bejn il-partiti politiċi nazzjonali u l-kandidati u l-partiti politiċi Ewropej kkonċernati.

Raġuni

L-obbligu li jiġu promossi affiljazzjonijiet bejn il-partiti politiċi nazzjonali u l-kandidati u l-partiti politiċi Ewropej ikkonċernati jidher li huwa aktar adatt u allinjat mal-għan ġenerali ta’ dan ir-Regolament, inkluż f’termini ta’ viżibbiltà akbar tal-partiti politiċi Ewropej fil-livell nazzjonali. Pereżempju, id-dispożizzjoni l-ġdida li tinsab fl-Artikolu 4(1) tistabbilixxi rekwiżit li l-partiti membri juru l-logo tal-partit politiku Ewropew b’mod viżibbli u li jkun faċli għall-utent, b’tali mod li jkun viżibbli daqs il-logo tal-partit membru stess.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Introduzzjoni

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-pakkett ta’ miżuri tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u tal-integrità tal-elezzjonijiet; jikkondividi l-għanijiet segwiti minn dawn il-miżuri, u jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi kollha biex jiġi żgurat dibattitu politiku miftuħ, ġust u pluralistiku, u parteċipazzjoni u impenn demokratiċi ugwali;

2.

jesprimi dispjaċir li l-miżuri proposti fil-pakkett dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u tal-integrità tal-elezzjonijiet ma jirriflettux b’mod adegwat l-implikazzjonijiet tagħhom fil-livell lokali u reġjonali; jenfasizza l-għarfien speċifiku fil-livell lokali u reġjonali fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ theddid potenzjali għall-integrità tal-proċessi demokratiċi;

Ir-reżiljenza demokratika

3.

jappoġġja l-approċċ għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika fil-qasam tar-reżiljenza demokratika u elettorali, u f’dan il-kuntest jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliment tal-“mekkaniżmu konġunt għar-reżiljenza elettorali”; barra minn hekk, jemmen li d-dimensjoni lokali u reġjonali għandha tiġi inkorporata f’tali kooperazzjoni minħabba l-għan tagħha li tipproteġi l-elezzjonijiet fil-livelli kollha;

Il-parteċipazzjoni demokratika

4.

jiddefendi bl-akbar qawwa l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni elettorali u l-involviment demokratiku b’mod ġenerali; iqis dan il-prinċipju kif muri wkoll fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jitlob għall-kontinwazzjoni ta’ prattiki bħal dawn fil-livelli kollha;

5.

jenfasizza l-ħtieġa li tingħeleb “l-għeja mid-demokrazija” u li jiġġedded l-interess taċ-ċittadini li jipparteċipaw fi proċessi demokratiċi u li jinvolvu ruħhom fl-isferi politiċi lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza li jiġu ssemplifikati l-proċeduri amministrattivi għall-parteċipazzjoni elettorali;

Id-drittijiet elettorali taċ-ċittadini mobbli tal-UE

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-passi meħuda mill-Kummissjoni biex iżżid iċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini mobbli tal-UE fl-eżerċitar tad-drittijiet elettorali tagħhom; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-eżerċitar tad-drittijiet tal-moviment liberu ma għandux isir għad-detriment tal-eżerċitar ta’ drittijiet assoċjati oħra;

7.

jappoġġja l-inklużjoni taċ-ċittadini mobbli tal-UE fil-ħajja lokali u jqis l-involviment tagħhom bħala kontribut siewi għall-ħolqien ta’ soċjetajiet diversi fl-Istati Membri;

8.

jixtieq jara li l-proposti leġiżlattivi jirrikonoxxu l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea billi jippromovu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali, kompitu li ma jistax ikun biss fil-kompetenza tal-awtoritajiet statali fl-Istati Membri individwali;

9.

jistenna li l-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jirrisjedu fi Stati Membri oħra (ċittadini mobbli) li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali għall-pożizzjonijiet kollha;

10.

bħala parti mill-isforzi biex jiġi miġġieled it-tnaqqis fl-għadd tal-votanti u biex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jivvutaw, huwa favur li għandu jiġi promoss id-dritt taċ-ċittadini li jipparteċipaw permezz ta’ votazzjoni minn qabel, votazzjoni bil-posta, votazzjoni elettronika u votazzjoni fuq l-Internet;

11.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni adatta, komprensiva u mmirata liċ-ċittadini mobbli tal-UE dwar il-parteċipazzjoni elettorali u f’dan ir-rigward jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliment ta’ punt ta’ kuntatt dwar id-drittijiet elettorali fil-livell tal-Kummissjoni; jenfasizza l-ħtieġa assoċjata li jiġu żgurati t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u finanzjament adegwat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

It-trasparenza u d-diżinformazzjoni

12.

filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-atturi kollha involuti, il-KtR jitlob li tingħata attenzjoni adatta lill-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, speċjalment meta jitqiesu l-effetti tar-Regolament propost fuq it-tiswir tar-rieda politika anke fil-livelli purament nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri;

13.

jenfasizza li jinħtieġu sforzi determinati biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni li tista’ tnaqqar il-pedamenti tas-soċjetajiet demokratiċi tagħna, u ddgħajjef l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, il-fiduċja fl-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha u ċ-ċittadinanza infurmata u impenjata; jerġa’ jsostni l-pożizzjonijiet espressi fl-Opinjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea (2);

14.

jitlob li l-inizjattivi relatati jkunu akkumpanjati minn tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi biex jindirizzaw id-diżinformazzjoni fil-livelli kollha b’mod immirat; jinnota li hemm nuqqas ta’ rikonoxximent li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma l-eqreb taċ-ċittadini, jistgħu jkunu assi ta’ valur fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni;

Konklużjoni

15.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel aktar sforzi b’rabta mas-salvagwardja tad-drittijiet u l-valuri Ewropej, inkluż billi ssegwi l-bqija tal-impenji deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea; jenfasizza b’mod qawwi l-ħtieġa li tiġi żgurata l-akbar koerenza fost id-diversi strumenti proposti; u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma element indispensabbli tal-istruttura demokratika Ewropea.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE tad-19 ta’ Diċembru 1994 li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f’elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini (ĠU L 368, 31.12.1994, p. 38).

(2)  ĠU C 440, 29.10,2021, p. 31; https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-1278-2021.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/116


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Nagħmlu l-ETS u s-CBAM jaħdmu għall-bliet u r-reġjuni tal-UE

(2022/C 301/14)

Relatur:

Peter KURZ (DE/PSE), Sindku tal-Belt ta’ Mannheim

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni

COM(2021) 551 final

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b’mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq

COM(2021) 552 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera

COM(2021) 564 final

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta’ kumpens fir-rigward ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni

COM(2021) 567 final

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-ammont ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030

COM(2021) 571 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757

COM(2021) 551 final

Emenda 1

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Is-setturi kollha tal-ekonomija jeħtieġ li jikkontribwixxu biex jinkiseb dak it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Għalhekk, l-ambizzjoni tal-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) biex tippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti, jenħtieġ li tiżdied b’mod proporzjonat ma’ din il-mira ta’ tnaqqis nett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra madwar l-ekonomija għall-2030.

Is-setturi kollha tal-ekonomija jeħtieġ li jikkontribwixxu biex jinkiseb dak it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Għalhekk, l-ambizzjoni tal-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti, soċjalment responsabbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent , jenħtieġ li tiżdied b’mod proporzjonat ma’ din il-mira ta’ tnaqqis nett tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra madwar l-ekonomija għall-2030 u l-għan globali tan-newtralità klimatika, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 .

Emenda 2

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (3) tħassret bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Jenħtieġ li r-referenzi għad-Direttiva 96/61/KE fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-Anness IV tagħha jiġu aġġornati kif xieraq. Minħabba l-ħtieġa għal tnaqqis urġenti tal-emissjonijiet madwar l-ekonomija kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġixxu biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS permezz ta’ politiki oħrajn minbarra l-limiti tal-emissjonijiet adottati skont id-Direttiva 2010/75/UE.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (5) tħassret bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Jenħtieġ li r-referenzi għad-Direttiva 96/61/KE fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-Anness IV tagħha jiġu aġġornati kif xieraq. Minħabba l-ħtieġa għal tnaqqis urġenti tal-emissjonijiet madwar l-ekonomija kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri , billi jqisu l-fehmiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta’ sistemi ta’ parteċipazzjoni attiva, kif ukoll il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u tal-ġustizzja soċjali, ikunu jistgħu jaġixxu biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS permezz ta’ politiki oħrajn minbarra l-limiti tal-emissjonijiet adottati skont id-Direttiva 2010/75/UE.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-gassijiet serra li ma jiġux rilaxxati direttament fl-atmosfera jenħtieġ li jitqiesu bħala emissjonijiet taħt l-EU ETS u jenħtieġ li l-kwoti jiġu ċeduti għal dawk l-emissjonijiet, sakemm ma jkunux maħżuna f’sit tal-ħżin f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jew sakemm ma jkunux kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott hekk li f’kundizzjonijiet ta’ użu normali ma jidħlux fl-atmosfera. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet fejn il-gassijiet serra għandhom jitqiesu bħala kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott hekk li f’kundizzjonijiet ta’ użu normali ma jidħlux fl-atmosfera, inkluża l-kisba ta’ ċertifikat għat-tneħħija tal-karbonju, fejn xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ tneħħija tal-karbonju.

Il-gassijiet serra li ma jiġux rilaxxati direttament fl-atmosfera jenħtieġ li jitqiesu bħala emissjonijiet taħt l-EU ETS u jenħtieġ li l-kwoti jiġu ċeduti għal dawk l-emissjonijiet, sakemm ma jkunux maħżuna f’sit tal-ħżin sigur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jew sakemm ma jkunux kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott hekk li f’kundizzjonijiet ta’ użu normali ma jidħlux fl-atmosfera. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet fejn il-gassijiet serra għandhom jitqiesu bħala kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott hekk li f’kundizzjonijiet ta’ użu normali ma jidħlux fl-atmosfera, inkluża l-kisba ta’ ċertifikat għat-tneħħija tal-karbonju, fejn xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ tneħħija tal-karbonju.

Raġuni

L-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-fjuwils fossili jiġġeneraw perċentwal aktar sinifikanti tal-emissjonijiet tas-CO2 minn kwalunkwe industrija oħra. L-applikazzjoni tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju għal dak is-settur għandha l-potenzjal li l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

Emenda 4

Punt ġdid – Premessa 14.1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-inklużjoni tat-trasport marittimu fis-sistema tal-EU ETS ma twassalx għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju billi t-traffiku tal-bastimenti jiġi ddevjat lejn portijiet fi stati terzi ġirien li mhumiex inklużi fis-sistema.

Raġuni

Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju lejn portijiet fi stati terzi ġirien barra mill-EU ETS hija riskju reali li jista’ joħloq effett ta’ sostituzzjoni lejn portijiet barra mill-UE, joħloq rifuġji fiskali tas-CO2 qrib l-UE u jhedded il-kompetittività tas-sistema tal-portijiet Ewropej.

Emenda 5

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kisba tal-ambizzjoni klimatika miżjuda se tirrikjedi riżorsi pubbliċi sostanzjali fl-UE, kif ukoll baġits nazzjonali li għandhom jiġu ddedikati għat-tranżizzjoni klimatika. Sabiex jikkomplementa u jsaħħaħ l-infiq sostanzjali relatat mal-klima fil-baġit tal-UE, jenħtieġ li d-dħul kollu mill-irkant mhux attribwit għall-baġit tal-Unjoni jintuża għal finijiet relatati mal-klima. Dan jinkludi l-użu għal appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali f’unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju billi jitnaqqsu t-taxxi distortivi. Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati l-effetti distributtivi u soċjali tat-tranżizzjoni fl-Istati Membri bi dħul baxx, jenħtieġ li jintuża ammont addizzjonali ta’ 2,5  % tal-kwantità ta’ kwoti madwar l-Unjoni kollha minn [sena tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] sal-2030 biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni enerġetika tal-Istati Membri bi prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt il-65 % tal-medja tal-Unjoni fis-snin 2016-2018, permezz tal-Fond għall-Modernizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE.

Il-kisba tal-ambizzjoni klimatika miżjuda se tirrikjedi riżorsi pubbliċi sostanzjali fl-UE, kif ukoll baġits nazzjonali , reġjonali u lokali li għandhom jiġu ddedikati għat-tranżizzjoni klimatika. Sabiex jikkomplementa u jsaħħaħ l-infiq sostanzjali relatat mal-klima fil-baġit tal-UE, jenħtieġ li d-dħul kollu mill-irkant mhux attribwit għall-baġit tal-Unjoni jintuża għal finijiet relatati mal-klima , inklużi l-pjanijiet nazzjonali, reġjonali u/jew lokali eżistenti f’dan il-qasam. Dan jinkludi l-użu għal appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali f’unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju billi jitnaqqsu t-taxxi distortivi. Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati l-effetti distributtivi u soċjali tat-tranżizzjoni fl-Istati Membri bi dħul baxx, jenħtieġ li jintuża ammont addizzjonali ta’ mill-inqas 2,5  % tal-kwantità ta’ kwoti madwar l-Unjoni kollha minn [sena tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] sal-2030 biex tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni enerġetika tal-Istati Membri bi prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt il-65 % tal-medja tal-Unjoni fis-snin 2016-2018 u ta’ reġjuni ta’ livell NUTS 3 fi Stati Membri bi żbilanċi interni evidenti , permezz tal-Fond għall-Modernizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE.

Raġuni

Il-valur tal-PDG per capita tar-reġjuni ta’ livell NUTS 2 għandu jitqies ukoll għall-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti, peress li fl-Istati Membri fejn hemm żbilanċi sinifikanti bejn ir-reġjuni, ikun simplistiku li jiġi kkunsidrat biss il-PDG per capita nazzjonali.

Emenda 6

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…] L-allokazzjoni bla ħlas li ma għadhiex tiġi pprovduta lis-setturi tas-CBAM abbażi ta’ dan il-kalkolu (id-domanda tas-CBAM) trid tiġi rkantata u d-dħul jakkumula għall-Fond għall-Innovazzjoni, sabiex tiġi appoġġata l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fil-qbid u l-użu tal-karbonju (“CCU”), fil-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (“CCS”), fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija, b’mod li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti fis-setturi tas-CBAM. Sabiex jiġi rrispettat il-proporzjon tal-allokazzjoni bla ħlas disponibbli għas-setturi mhux tas-CBAM, l-ammont finali li għandu jitnaqqas mill-allokazzjoni bla ħlas u li għandu jiġi rkantat jenħtieġ li jiġi kkalkolat abbażi tal-proporzjon li d-domanda tas-CBAM tirrappreżenta fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni bla ħlas tas-setturi kollha li jirċievu allokazzjoni bla ħlas.

[…] L-allokazzjoni bla ħlas li ma għadhiex tiġi pprovduta lis-setturi tas-CBAM abbażi ta’ dan il-kalkolu (id-domanda tas-CBAM) trid tiġi rkantata u d-dħul jakkumula għall-Fond għall-Innovazzjoni u l-Fond Soċjali għall-Klima , sabiex tiġi appoġġata l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fil-qbid u l-użu tal-karbonju (“CCU”), fil-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju (“CCS”) ta’ emissjonijiet inevitabbli mill-proċessi tal-produzzjoni industrijali li ma jirriżultawx mill-kombustjoni tal-fjuwils fossili biex tiġi ġġenerata l-enerġija bħala l-għan ewlieni, fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija, b’mod li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima , filwaqt li jiġi llimitat ukoll kwalunkwe effett negattiv fuq it-territorji u l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli . Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti fis-setturi tas-CBAM. Sabiex jiġi rrispettat il-proporzjon tal-allokazzjoni bla ħlas disponibbli għas-setturi mhux tas-CBAM, l-ammont finali li għandu jitnaqqas mill-allokazzjoni bla ħlas u li għandu jiġi rkantat jenħtieġ li jiġi kkalkolat abbażi tal-proporzjon li d-domanda tas-CBAM tirrappreżenta fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni bla ħlas tas-setturi kollha li jirċievu allokazzjoni bla ħlas.

Raġuni

It-tneħħija gradwali ta’allokazzjonijiet bla ħlas għas-setturi koperti mis-CBAM għandha titwettaq kemm jista’ jkun malajr, peress li l-għażla ta’ allokazzjoni ta’ kwoti bla ħlas tnaqqas l-effett tas-sinjalar tal-prezz tal-karbonju.

Emenda 7

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni msemmi fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE jiġi estiż biex jappoġġa l-innovazzjoni f’teknoloġiji u proċessi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jikkonċernaw il-konsum tal-fjuwils fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Fond għall-Innovazzjoni jservi biex jappoġġa l-investimenti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport marittimu, inklużi l-investimenti fi fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka li jiġu prodotti minn sorsi rinnovabbli, kif ukoll teknoloġiji ta’ propulsjoni b’emissjonijiet żero bħat-teknoloġiji tar-riħ. Meta jitqies li d-dħul iġġenerat mill-penali mqajma fir-Regolament xxxx/xxxx [FuelEU Maritime] (9) jiġi allokat lill-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-appoġġ għal proġetti innovattivi mmirati biex jaċċelleraw l-iżvilupp u l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu, kif speċifikat fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament xxxx/xxxx [FuelEU Maritime]. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm finanzjament suffiċjenti disponibbli għall-innovazzjoni fi ħdan dan il-kamp ta’ applikazzjoni estiż, jenħtieġ li l-Fond għall-Innovazzjoni jiġi ssupplimentat b’50 miljun kwota, li jirriżultaw parzjalment mill-kwoti li altrimenti jistgħu jiġu rkantati, u parzjalment mill-kwoti li altrimenti jistgħu jiġu allokati bla ħlas, f’konformità mal-proporzjon attwali ta’ finanzjament ipprovdut minn kull sors għall-Fond għall-Innovazzjoni.

Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni msemmi fl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE jiġi estiż biex jappoġġa l-innovazzjoni f’teknoloġiji u proċessi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jikkonċernaw il-konsum tal-fjuwils fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq kif ukoll miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu ammonti kbar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li mhumiex ibbażati fuq proġetti jew innovattivi . Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Fond għall-Innovazzjoni jservi biex jappoġġa l-investimenti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport marittimu, inklużi l-investimenti fi fjuwils alternattivi sostenibbli, bħall-idroġenu u l-ammonijaka li jiġu prodotti minn sorsi rinnovabbli, kif ukoll teknoloġiji ta’ propulsjoni b’emissjonijiet żero bħat-teknoloġiji tar-riħ. Meta jitqies li d-dħul iġġenerat mill-penali mqajma fir-Regolament xxxx/xxxx [FuelEU Maritime] (10) jiġi allokat lill-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-appoġġ għal proġetti innovattivi mmirati biex jaċċelleraw l-iżvilupp u l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu, kif speċifikat fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament xxxx/xxxx [FuelEU Maritime]. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm finanzjament suffiċjenti disponibbli għall-innovazzjoni u għal miżuri fi ħdan dan il-kamp ta’ applikazzjoni estiż, jenħtieġ li l-Fond għall-Innovazzjoni jiġi ssupplimentat b’50 miljun kwota, li jirriżultaw parzjalment mill-kwoti li altrimenti jistgħu jiġu rkantati, u parzjalment mill-kwoti li altrimenti jistgħu jiġu allokati bla ħlas, f’konformità mal-proporzjon attwali ta’ finanzjament ipprovdut minn kull sors għall-Fond għall-Innovazzjoni.

Raġuni

Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ finanzjament għall-klima u madankollu huwa ristrett għal teknoloġiji innovattivi, filwaqt li l-ostakli ewlenin għad-dekarbonizzazzjoni mhumiex biss nuqqas ta’ innovazzjoni. L-emenda għandha l-għan li tissuġġerixxi l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għal miżuri ta’ dekarbonizzazzjoni li diġà jeżistu.

Emenda 8

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni jenħtieġ li jiġi allinjat mal-aktar objettivi klimatiċi reċenti tal-Unjoni billi jirrikjedi li l-investimenti jkunu konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-Regolament (UE) 2021/1119, u li jiġi eliminat l-appoġġ għal kwalunkwe investiment relatat mal-fjuwils fossili. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-persentaġġ ta l-Fond għall-Modernizzazzjoni li jeħtieġ li jiġi ddedikat għall-investimenti ta’ prijorità jiżdied għal 80 % ; jenħtieġ li l-effiċjenza enerġetika tkun immirata bħala qasam ta’ prijorità fuq in-naħa tad-domanda; u l-appoġġ tal-unitajiet domestiċi biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku, inkluż f’żoni rurali u remoti, jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investimenti ta’ prijorità.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni jenħtieġ li jiġi allinjat mal-aktar objettivi klimatiċi reċenti tal-Unjoni billi jirrikjedi li l-investimenti jkunu konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-Regolament (UE) 2021/1119, u li jiġi eliminat l-appoġġ għal kwalunkwe investiment relatat mal-fjuwils fossili. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Fond għall-Modernizzazzjoni jintuża biss għall-investimenti ta’ prijorità; jenħtieġ li l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli jkunu mmirati bħala qasam ta’ prijorità fuq in-naħa tad-domanda; u l-appoġġ għat-territorji u l- unitajiet domestiċi vulnerabbli biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u ta’ mobbiltà, speċjalment dawk li jinsabu f’reġjuni ultraperiferiċi, f’żoni rurali u remoti, jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investimenti ta’ prijorità. Bl-istess mod, il-Fond għall-Modernizzazzjoni jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għal reġjuni ta’ livell NUTS 3 fl-Istati Membri bi żbilanċi interni evidenti, sabiex jappoġġa r-rivitalizzazzjoni u l-immodernizzar tas-settur tal-enerġija.

Emenda 9

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (11) issottolinjat l-isfida partikolari biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini. Għalhekk, il-Kummissjoni ħabbret li espansjoni ulterjuri tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tista’ tinkludi l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq u mill-bini. L-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal dawn iż-żewġ setturi ġodda jiġi stabbilit permezz ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet separat iżda kontigwu. Dan jevita kwalunkwe disturb fl-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiffunzjona tajjeb fis-setturi tal-installazzjonijiet stazzjonarji u tal-avjazzjoni. Is-sistema l-ġdida hija akkumpanjata minn politiki u miżuri komplementari li jissalvagwardjaw kontra impatti bla bżonn fuq il-prezzijiet, li jsawru l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq u li jimmiraw għal sinjal tal-prezz tal-karbonju għall-ekonomija kollha. L-esperjenza preċedenti wriet li l-iżvilupp tas-suq il-ġdid jeħtieġ l-istabbiliment ta’ sistema effiċjenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. Bil-ħsieb li jiġu żgurati sinerġiji u koerenza mal-infrastruttura eżistenti tal-Unjoni għall-EU ETS li tkopri l-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji u mill-avjazzjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini permezz ta’ emenda għad-Direttiva 2003/87/KE.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (12) issottolinjat l-isfida partikolari biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini. Għalhekk, il-Kummissjoni ħabbret li espansjoni ulterjuri tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tista’ tinkludi l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq u mill-bini. L-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal dawn iż-żewġ setturi ġodda jiġi stabbilit permezz ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet separat iżda kontigwu. Dan jevita kwalunkwe disturb fl-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiffunzjona tajjeb fis-setturi tal-installazzjonijiet stazzjonarji u tal-avjazzjoni. Peress li huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom l-akbar responsabbiltà fir-rigward ta’ dawn is-setturi, jenħtieġ li huma jipparteċipaw fit-tfassil tas-sistema l-ġdida tal-ETS. Parti mid-dħul tas-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet se tiġi allokata lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-livelli ta’ gvern l-aktar milquta. Is-sistema l-ġdida hija akkumpanjata minn politiki u miżuri komplementari li jissalvagwardjaw kontra impatti bla bżonn fuq il-prezzijiet , speċjalment fuq unitajiet domestiċi, intrapriżi mikro u żgħar u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli, inklużi dawk f’żoni rurali u remoti , li jsawru l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq u li jimmiraw għal sinjal tal-prezz tal-karbonju għall-ekonomija kollha. L-esperjenza preċedenti wriet li l-iżvilupp tas-suq il-ġdid jeħtieġ l-istabbiliment ta’ sistema effiċjenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika. Bil-ħsieb li jiġu żgurati sinerġiji u koerenza mal-infrastruttura eżistenti tal-Unjoni għall-EU ETS li tkopri l-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji u mill-avjazzjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini permezz ta’ emenda għad-Direttiva 2003/87/KE, kif stabbilit fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” u, fejn meħtieġ, ir-regolamentazzjoni li taffettwa lil dawn is-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS .

Raġuni

L-espansjoni tal-ETS għas-settur tat-trasport bit-triq u tal-bini għandha implikazzjonijiet kbar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi kbar fir-rigward ta’ dawn is-setturi u għandhom jitqiesu meta tiġi mfassla s-sistema kummerċjali l-ġdida.

Emenda 10

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ir-regoli ta’ distribuzzjoni dwar l-ishma tal-irkant huma rilevanti ħafna għal kwalunkwe dħul mill-irkant li jakkumula għall-Istati Membri, speċjalment fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw l-impatti soċjali ta’ sinjal tal-prezz tal-karbonju fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq. Minkejja l-fatt li ż-żewġ setturi għandhom karatteristiċi differenti ħafna, huwa xieraq li tiġi stabbilita regola ta’ distribuzzjoni komuni simili għal dik applikabbli għall-installazzjonijiet stazzjonarji. Il-parti ewlenija tal-kwoti jenħtieġ li titqassam fost l-Istati Membri kollha abbażi tad-distribuzzjoni medja tal-emissjonijiet fis-setturi koperti matul il-perjodu mill-2016 sal-2018.

Ir-regoli ta’ distribuzzjoni dwar l-ishma tal-irkant huma rilevanti ħafna għal kwalunkwe dħul mill-irkant li jakkumula għall-Istati Membri, speċjalment fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw l-impatti soċjali ta’ sinjal tal-prezz tal-karbonju fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq. Minkejja l-fatt li ż-żewġ setturi għandhom karatteristiċi differenti ħafna, huwa xieraq li tiġi stabbilita regola ta’ distribuzzjoni komuni simili għal dik applikabbli għall-installazzjonijiet stazzjonarji. Il-parti ewlenija tal-kwoti jenħtieġ li titqassam fost l-Istati Membri kollha abbażi tad-distribuzzjoni medja tal-emissjonijiet fis-setturi koperti matul il-perjodu mill-2016 sal-2018. Jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi perċentwal minimu li ma jkunx inqas minn 20 % tad-dħul mill-irkant li jkun ġestit direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Id-dħul ġestit mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jenħtieġ li jintuża esklussivament għall-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, speċjalment dawk li jappoġġaw it-tranżizzjoni tal-enerġija u jindirizzaw ir-riskji għat-territorji u l-unitajiet domestiċi, l-intrapriżi mikro u żgħar u l-utenti tal-mobbiltà l-aktar vulnerabbli.

Raġuni

Minħabba l-varjetà tat-territorji Ewropej minn perspettiva ġeografika, soċjali u ekonomika, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-aħjar livell ta’ gvern biex jiżguraw li t-tranżizzjoni ma tfixkilx il-koeżjoni territorjali tal-Ewropa, u lanqas ma tipperikola l-familji l-aktar vulnerabbli.

Emenda 11

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-introduzzjoni tal-prezz tal-karbonju fit-trasport bit-triq u fil-bini jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn kumpens soċjali effettiv, speċjalment fid-dawl tal-livelli diġà eżistenti ta’ faqar enerġetiku. Fl-2018, madwar 34 miljun ċittadin Ewropew irrapportaw nuqqas ta’ kapaċità li jżommu djarhom sħan b’mod adegwat, u 6,9  % tal-popolazzjoni tal-Unjoni qalu li ma jistgħux jaffordjaw li jsaħħnu djarhom b’mod suffiċjenti fi stħarriġ li sar fl-2019 madwar l-UE kollha (13). Sabiex jinkiseb kumpens soċjali u distributtiv effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jonfqu d-dħul mill-irkant fuq l-iskopijiet relatati mal-klima u l-enerġija diġà speċifikati għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet eżistenti, iżda wkoll għal miżuri miżjuda speċifikament biex jindirizzaw it-tħassib relatat għas-setturi l-ġodda tat-trasport bit-triq u tal-bini, inklużi miżuri ta’ politika relatati skont id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Id-dħul mill-irkant jenħtieġ li jintuża biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi l-ġodda b’enfasi speċifika fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi u l-utenti tat-trasport . F’dan l-ispirtu, Fond Soċjali għall-Klima ġdid se jipprovdi finanzjament iddedikat lill-Istati Membri biex jappoġġaw liċ-ċittadini Ewropej l-aktar affettwati jew f’riskju ta’ faqar enerġetiku jew ta’ mobbiltà. Dan il-Fond se jippromwovi l-ġustizzja u s-solidarjetà bejn u fi ħdan l-Istati Membri, filwaqt li jtaffi r-riskju tal-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà matul it-tranżizzjoni. Huwa se jibni fuq il-mekkaniżmi ta’ solidarjetà eżistenti u jikkomplementahom. Fil-prinċipju, ir- riżorsi tal-Fond il-ġdid se jikkorrispondu għal 25 % tad-dħul mistenni mill-iskambju l-ġdid ta’ kwoti tal-emissjonijiet fil-perjodu 2026-2032, u se jiġu implimentati abbażi tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima li l-Istati Membri jenħtieġ li jressqu skont ir-Regolament (UE) 20…/nn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Barra minn hekk, jenħtieġ li kull Stat Membru juża d- dħul mill-irkant tiegħu , inter alia, biex jiffinanzja parti mill-kostijiet tal-Pjanijiet Soċjali tiegħu għall-Klima.

L-introduzzjoni tal-prezz tal-karbonju fit-trasport bit-triq u fil-bini jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn kumpens soċjali effettiv, speċjalment fid-dawl tal-livelli diġà eżistenti ta’ faqar enerġetiku. Fl-2018, madwar 34 miljun ċittadin Ewropew irrapportaw nuqqas ta’ kapaċità li jżommu djarhom sħan b’mod adegwat, u 6,9  % tal-popolazzjoni tal-Unjoni qalu li ma jistgħux jaffordjaw li jsaħħnu djarhom b’mod suffiċjenti fi stħarriġ li sar fl-2019 madwar l-UE kollha (16) , filwaqt li ċerti reġjuni huma mġiegħla jużaw sorsi ta’ enerġija ineffiċjenti għat-tisħin minħabba l-faqar . Sabiex jinkiseb kumpens soċjali u distributtiv effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu meħtieġa jonfqu d-dħul mill-irkant fuq l-iskopijiet relatati mal-klima u l-enerġija diġà speċifikati għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet eżistenti, iżda wkoll għal miżuri miżjuda speċifikament biex jindirizzaw it-tħassib relatat għas-setturi l-ġodda tat-trasport bit-triq u tal-bini, inklużi miżuri ta’ politika relatati skont id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Id-dħul mill-irkant jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi l-ġodda b’enfasi speċifika fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-intrapriżi mikro u żgħar u l-utenti tal-mobbiltà . F’dan l-ispirtu, Fond Soċjali għall-Klima ġdid se jipprovdi finanzjament iddedikat lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jappoġġaw liċ-ċittadini Ewropej l-aktar affettwati jew f’riskju ta’ faqar enerġetiku jew ta’ mobbiltà. Dan il-Fond se jippromwovi l-ġustizzja u s-solidarjetà bejn u fi ħdan l-Istati Membri, filwaqt li jtaffi r-riskju tal-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà matul it-tranżizzjoni. Huwa se jibni fuq il-mekkaniżmi ta’ solidarjetà eżistenti u jikkomplementahom. Ir- riżorsi tal-Fond il-ġdid se jikkorrispondu għal mill-inqas 25 % tad-dħul mistenni mill-iskambju l-ġdid ta’ kwoti tal-emissjonijiet fil-perjodu 2026-2032, u se jiġu implimentati abbażi tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima li l-Istati Membri jenħtieġ li jressqu skont ir-Regolament (UE) 20…/nn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). F’każ li l-prezz tal-karbonju jwassal għal dħul ogħla milli mistenni, il-pakkett finanzjarju tal-Fond Soċjali għall-Klima se jiżdied skont dan. Jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi limitu minimu ta’ mill-inqas 35 % tal-pakkett finanzjarju tal-Fond Soċjali għall-Klima disponibbli għalihom biex jiġu ġestiti direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali . Barra minn hekk, jenħtieġ li kull Stat Membru u awtorità reġjonali u lokali jużaw id -dħul mill-irkant tagħhom , inter alia, biex jiffinanzjaw parti mill-kostijiet tal-Pjanijiet Soċjali tiegħu għall-Klima.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, u għalhekk riżorsi mill-fond għandhom ikunu disponibbli għalihom ukoll.

Emenda 12

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq huma kruċjali biex jiġi żgurat il-kontribut kosteffiċjenti ta’ dawn is-setturi għat-tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li 150 miljun kwota mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq ikunu disponibbli wkoll għall-Fond għall-Innovazzjoni biex jistimolaw it-tnaqqis kosteffiċjenti tal-emissjonijiet.

L-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ta’ miżuri fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq huma kruċjali biex jiġi żgurat il-kontribut kosteffiċjenti ta’ dawn is-setturi għat-tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li 150 miljun kwota mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq ikunu disponibbli wkoll għall-Fond għall-Innovazzjoni biex jistimolaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet b’mod kosteffiċjenti, soċjalment responsabbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent .

Raġuni

Evidenti.

Emenda 13

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-applikazzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq jenħtieġ li tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni, inkluż il-grad ta’ konverġenza fil-prezzijiet mal-ETS eżistenti u, jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li jiġi propost rieżami lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jittejbu l-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal dawk is-setturi abbażi tal-għarfien miksub, kif ukoll konverġenza miżjuda fil-prezzijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tintalab tippreżenta l-ewwel rapport dwar dawk il-kwistjonijiet sal-1 ta’ Jannar 2028.

L-applikazzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq jenħtieġ li tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni, inkluż il-grad ta’ konverġenza fil-prezzijiet mal-ETS eżistenti u, jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li jiġi propost rieżami lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jittejbu l-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal dawk is-setturi abbażi tal-għarfien miksub, kif ukoll konverġenza miżjuda fil-prezzijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tintalab tippreżenta l-ewwel rapport dwar dawk il-kwistjonijiet sal-1 ta’ Jannar 2028. Jenħtieġ li qabel ir-rapport, ikun hemm perjodu ta’ konsultazzjoni mill-1 ta’ Settembru 2027 sal-31 ta’ Ottubru 2027. Matul dan il-perjodu għandha ssir konsultazzjoni mmirata mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi sinifikanti fir-rigward tat-trasport bit-triq u s-settur tal-bini u għandhom jiġu kkonsultati meta tiġi vvalutata u rrapportata l-effiċjenza tal-ETS il-ġdida.

Emenda 14

Artikolu 1(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) ‘emissjonijiet’ tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra minn sorsi f’installazzjoni jew ir-rilaxx minn inġenju tal-ajru li jwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew minn bastimenti li jwettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività, jew ir-rilaxx ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-attività msemmija fl-Anness III;”;

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) ‘emissjonijiet’ tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra minn sorsi f’installazzjoni jew ir-rilaxx minn inġenju tal-ajru li jwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew minn bastimenti li jwettqu attività ta’ trasport marittimu elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività, jew ir-rilaxx ta’ gassijiet serra li jikkorrispondu għall-attività msemmija fl-Anness III;”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

‘permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra’ tfisser il-permess maħruġ f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 30b;”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

‘permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra’ tfisser il-permess maħruġ f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 30b;”;

(c)

jitħassar il-punt (u);

(c)

jitħassar il-punt (u);

(d)

jiżdiedu l-punti (v) sa (z) li ġejjin:

“(v)

‘kumpanija tat-tbaħħir’ tfisser is-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur tal-bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mingħand is-sid tal-bastiment u li, meta jassumu tali responsabbiltà, ikunu qablu li jieħdu f’idejhom id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*);”;

(d)

jiżdiedu l-punti (v) sa (z) li ġejjin:

“(v)

‘kumpanija tat-tbaħħir’ tfisser is-sid tal-bastiment jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew in-noleġġatur tal-bastimenti mingħajr ekwipaġġ, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mingħand is-sid tal-bastiment u li, meta jassumu tali responsabbiltà, ikunu qablu li jieħdu f’idejhom id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta’ Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*);”;

“(aa)

‘port tal-waqfa’ tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri. Konsegwentement, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-każijiet li ġejjin huma esklużi: il-waqfiet għall-finijiet uniċi ta’ riforniment ta’ fjuwil, akkwist ta’ provvisti, bdil ta’ ekwipaġġ, dħul f’baċiri jew tiswijiet lill-bastiment jew lit-tagħmir tiegħu, u waqfiet f’port għaliex il-bastiment ikun jeħtieġ assistenza jew jinsab fil-periklu. Huma esklużi wkoll il-każijiet li ġejjin: trasferimenti minn bastiment għal bastiment barra mill-portijiet, waqfiet f’port ta’ trażbord ta’ pajjiż terz ġar, u waqfiet għall-iskop uniku ta’ rifuġju minn temp ħażin jew li jsiru meħtieġa minħabba attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ;”;

Raġuni

Il-bidla fid-definizzjoni ta’ “port ta’ waqfa” tfisser li r-rotot li jgħaqqdu l-portijiet Ewropej mal-Asja jew l-Amerka, li jagħmlu waqfiet intermedji fil-portijiet Ewropej, ma għandhom l-ebda vantaġġ fir-rilokazzjoni ta’ tali operazzjonijiet lejn portijiet ġirien barra mill-UE.

Emenda 15

Artikolu 1(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kamp ta’ applikazzjoni għall-attivitajiet tat-trasport marittimu

Il-kamp ta’ applikazzjoni għall-attivitajiet tat-trasport marittimu

1.   L-allokazzjoni tal-kwoti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ċediment fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu għandhom japplikaw fir-rigward ta’ ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġ li jitlaq minn port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn vapuri rmiġġati f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

1.   L-allokazzjoni tal-kwoti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ċediment fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu għandhom japplikaw fir-rigward ta’ ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, ħamsin fil-mija (50 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġ li jitlaq minn port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn bastimenti li jwettqu vjaġġi li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet minn vapuri rmiġġati f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

 

L-allokazzjoni tal-kwoti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ċediment fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu għandhom isegwu l-mudell li ġej fil-każijiet li ġejjin:

 

(a)

għal bastimenti li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port barra l-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru jew bastimenti li li jitilqu minn port barra l-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, li jidħlu f’port tat-trażbord ġar barra l-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru:

 

 

(i)

għandhom japplikaw mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet għas-segment tal-vjaġġ bejn il-port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u l-port tat-trażbord ġar barra mill-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru u;

(ii)

għandhon japplikaw ħamsin fil-mija (50 %) għall-bqija tal-vjaġġ;

 

(b)

għal bastimenti li jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jaslu f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru li jidħlu f’port tat-trażbord ġar barra l-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru: għandhom japplikaw mija fil-mija (100 %) tal-emissjonijiet tal-vjaġġ kollu;

2.   L-Artikoli 9, 9a u 10 għandhom japplikaw għall-attivitajiet tat-trasport marittimu bl-istess mod kif japplikaw għal attivitajiet oħrajn koperti mill-EU ETS.”

2.   L-Artikoli 9, 9a u 10 għandhom japplikaw għall-attivitajiet tat-trasport marittimu bl-istess mod kif japplikaw għal attivitajiet oħrajn koperti mill-EU ETS.”.

Raġuni

B’din il-proposta, il-bastimenti tal-kontejners li joperaw rotot kbar ma jistgħux jissettjaw għal żero l-miters tas-CO2 tagħhom meta jidħlu f’portijiet mhux tal-UE minflok f’portijiet tal-UE.

Emenda 16

Artikolu 1(11)(a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(a)

fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2 % tal-kwantità totali ta’ kwoti bejn l-2021 u l-2030 għandhom jiġu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta’ ċerti Stati Membri (‘l-Istati Membri benefiċjarji’) kif stabbilit fl-Artikolu 10d (‘il-Fond għall-Modernizzazzjoni’). L-Istati Membri benefiċjarji għal dan l-ammont ta’ kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b’PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013. Il-fondi li jikkorrispondu għal din il-kwantità ta’ kwoti għandhom jitqassmu f’konformità mal-Parti A tal-Anness IIb.

Barra minn hekk, 2,5  % tal-kwantità totali ta’ kwoti bejn [is-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] u l-2030 għandhom jiġu rkantati għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-Istati Membri benefiċjarji għal dan l-ammont ta’ kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b’PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt il-65 % tal-medja tal-Unjoni matul il-perjodu mill-2016 sal-2018. Il-fondi li jikkorrispondu għal din il-kwantità ta’ kwoti għandhom jitqassmu f’konformità mal-Parti B tal-Anness IIb.”

(a)

fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2 % tal-kwantità totali ta’ kwoti bejn l-2021 u l-2030 għandhom jiġu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta’ ċerti Stati Membri (‘l-Istati Membri benefiċjarji’) kif stabbilit fl-Artikolu 10d (‘il-Fond għall-Modernizzazzjoni’). L-Istati Membri benefiċjarji għal dan l-ammont ta’ kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b’PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013 u r-reġjuni ta’ livell NUTS 3 fi Stati Membri bi żbilanċi interni evidenti . Il-fondi li jikkorrispondu għal din il-kwantità ta’ kwoti għandhom jitqassmu f’konformità mal-Parti A tal-Anness IIb.

Barra minn hekk, minn tal-inqas 2,5  % tal-kwantità totali ta’ kwoti bejn [is-sena ta’ wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] u l-2030 għandhom jiġu rkantati għall-Fond għall-Modernizzazzjoni. L-Istati Membri benefiċjarji għal dan l-ammont ta’ kwoti għandhom ikunu l-Istati Membri b’PDG per capita bi prezzijiet tas-suq taħt il-65 % tal-medja tal-Unjoni matul il-perjodu mill-2016 sal-2018 u r-reġjuni ta’ livell NUTS 3 fi Stati Membri bi żbilanċi interni evidenti . Il-fondi li jikkorrispondu għal din il-kwantità ta’ kwoti għandhom jitqassmu f’konformità mal-Parti B tal-Anness IIb.”

Emenda 17

Artikolu 1(11)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tieni sentenzi jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311(3) tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tad-dħul użat għall-kumpens tal-kostijiet indiretti tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 10a(6), għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:”;

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tieni sentenzi jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311(3) tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni , b’limitu minimu ta’ 20 % tad-dħul allokat lill-awtoritajiet lokali u reġjonali . L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tad-dħul użat għall-kumpens tal-kostijiet indiretti tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 10a(6), għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:”;

Emenda 18

Artikolu 1(12)(g), it-tielet paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:

(g)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(g)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“8.   365 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista’ tiġi allokata bla ħlas skont dan l-Artikolu, u 85 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista’ tiġi rkantata skont l-Artikolu 10, kif ukoll il-kwoti li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas imsemmija fl-Artikolu 10a(1a), għandhom jiġu magħmula disponibbli għal Fond bl-għan li jappoġġaw l-innovazzjoni f’teknoloġiji u proċessi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ tniġġis żero (il-‘Fond għall-Innovazzjoni’). […]”

 

“8.   365 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista’ tiġi allokata bla ħlas skont dan l-Artikolu, u 85 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista’ tiġi rkantata skont l-Artikolu 10, kif ukoll il-kwoti li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas imsemmija fl-Artikolu 10a(1a), għandhom jiġu magħmula disponibbli għal Fond bl-għan li jappoġġaw l-evitar tal-emissjonijiet u l-innovazzjoni f’teknoloġiji u proċessi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ tniġġis żero (il-‘Fond għall-Innovazzjoni’). […]”

 

Il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkopri s-setturi elenkati fl-Anness I u fl-Anness III, inkluż il-qbid u l-użu tal-karbonju (“CCU”) mingħajr ħsara għall-ambjent, li jikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll prodotti li jissostitwixxu lil dawk intensivi fil-karbonju prodotti fis-setturi elenkati fl-Anness I, u li jgħin biex jistimula l-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ proġetti mmirati lejn il-qbid u l-ħżin ġeoloġiku (“CCS”) tas-CO2 mingħajr ħsara għall-ambjent, kif ukoll ta’ enerġija rinnovabbli innovattiva u teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija. Il-Fond għall-Innovazzjoni jista’ jappoġġa wkoll teknoloġiji u infrastruttura innovattivi rivoluzzjonarji għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu u għall-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx u b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-avjazzjoni, fit-trasport ferrovjarju u fit-trasport bit-triq. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f’setturi koperti mir-[Regolament CBAM] biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fis-CCU, fis-CCS, fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija, b’mod li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

 

Il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jkopri s-setturi elenkati fl-Anness I u fl-Anness III, inkluż proġetti fuq skala kbira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet permezz ta’ teknoloġiji maturi, inizjattivi pubbliċi u privati li jappoġġaw iċ-ċirkolarità, programmi madwar l-UE kollha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-qbid u l-użu tal-karbonju (“CCU”) mingħajr ħsara għall-ambjent, li jikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll prodotti li jissostitwixxu lil dawk intensivi fil-karbonju prodotti fis-setturi elenkati fl-Anness I, u li jgħin biex jistimula l-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ proġetti mmirati lejn il-qbid u l-ħżin ġeoloġiku (“CCS”) tas-CO2 sigur u mingħajr ħsara għall-ambjent, kif ukoll ta’ enerġija rinnovabbli innovattiva u teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija; Il-Fond għall-Innovazzjoni jista’ jappoġġa wkoll teknoloġiji u infrastruttura innovattivi rivoluzzjonarji għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu u għall-produzzjoni ta’ fjuwils b’livell baxx u b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-avjazzjoni, fit-trasport ferrovjarju u fit-trasport bit-triq. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f’setturi koperti mir-[Regolament CBAM] biex jiġu appoġġati miżuri taċ-ċirkolarità, taħriġ professjonali għall-użu ta’ prodotti b’livell baxx tal-karbonju, l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fis-CCU, fis-CCS li huma siguri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent , fl-enerġija rinnovabbli u fil-ħżin tal-enerġija, b’mod li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew l-adattament għalih, b’mod soċjalment responsabbli .

 

Il-proġetti fit-territorju tal-Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira, għandhom ikunu eliġibbli. It-teknoloġiji li jirċievu appoġġ għandhom ikunu innovattivi u  jkunu għadhom mhux kummerċjalment vijabbli fuq skala simili mingħajr appoġġ, iżda għandhom jirrappreżentaw soluzzjonijiet rivoluzzjonarji jew ikunu maturi biżżejjed għall-applikazzjoni fuq skala prekummerċjali. […]

 

Il-proġetti u l-miżuri fit-territorju tal-Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira, għandhom ikunu eliġibbli. It-teknoloġiji li jirċievu appoġġ għandhom ikunu dekarbonizzanti, innovattivi u mhux kummerċjalment vijabbli fuq skala simili mingħajr appoġġ, iżda għandhom jirrappreżentaw soluzzjonijiet jew ikunu maturi biżżejjed għall-applikazzjoni fuq skala prekummerċjali. […]

 

Il-proġetti għandhom jintgħażlu abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti, filwaqt li jitqies, fejn ikun rilevanti, il-punt sa fejn il-proġetti jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet ferm taħt il-parametri referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2.

 

Il-proġetti u l-miżuri għandhom jintgħażlu abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti, filwaqt li jitqies, fejn ikun rilevanti, il-punt sa fejn il-proġetti jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet ferm taħt il-parametri referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2.

 

Fil-paragrafu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

 

(l)

li jiġi promoss it-taħriġ tal-ħiliet f’konformità mal-ħtieġa li l-prattiki professjonali jiġu aġġustati għaċ-ċirkolarità u l-użu ta’ materjali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

 

(m)

li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 19

Artikolu 1(14)(a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 10d huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 10d huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

 

“1.   Għandu jiġi stabbilit fond biex jappoġġa l-investimenti proposti mill-Istati Membri benefiċjarji, inkluż il-finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment fuq skala żgħira, għall-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika għall-perjodu mill-2021 sal-2030 (il-‘Fond għall-Modernizzazzjoni’). Il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jiġi ffinanzjat permezz tal-irkant tal-kwoti kif stabbilit fl-Artikolu 10, għall-Istati Membri benefiċjarji stabbiliti fih.

L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva, kif ukoll mal-objettivi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (*) u tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) u mal-objettivi fit-tul kif espressi fil-Ftehim ta’ Pariġi. Ma għandu jiġi pprovdut l-ebda appoġġ mill-Fond għall-Modernizzazzjoni lill-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw fjuwils fossili.”;

 

“1.   Għandu jiġi stabbilit fond biex jappoġġa l-investimenti proposti mill-Istati Membri u r-reġjuni ta’ livell NUTS 3 benefiċjarji, inkluż il-finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment fuq skala żgħira, għall-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika għall-perjodu mill-2021 sal-2030 (il-‘Fond għall-Modernizzazzjoni’). Il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jiġi ffinanzjat permezz tal-irkant tal-kwoti kif stabbilit fl-Artikolu 10, għall-Istati Membri benefiċjarji stabbiliti fih.

L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva, kif ukoll mal-objettivi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (*) u tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) u mal-objettivi fit-tul kif espressi fil-Ftehim ta’ Pariġi. Ma għandu jiġi pprovdut l-ebda appoġġ mill-Fond għall-Modernizzazzjoni lill-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw fjuwils fossili.”;

Emenda 20

Artikolu 1(14)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Mill-inqas 80 % tar-riżorsi finanzjarji mill-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-investimenti f’dawn li ġejjin:

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Ir- riżorsi finanzjarji kollha mill-Fond għall-Modernizzazzjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-investimenti f’dawn li ġejjin:

(a)

il-ġenerazzjoni u l-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli;

(a)

il-ġenerazzjoni u l-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli;

(b)

it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;

(b)

(b) it-tisħin u t-tkessiħ , inklużi t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, minn sorsi rinnovabbli;

(c)

it-titjib tal-effiċjenza enerġetika min-naħa tad-domanda, inkluż fit-trasport, fil-bini, fl-agrikoltura u fl-iskart;

(c)

it-titjib tal-effiċjenza enerġetika min-naħa tad-domanda, inkluż fit-trasport, fil-bini, fl-agrikoltura u fl-iskart;

(d)

il-ħżin tal-enerġija u l-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija, inklużi pipelines tat-tisħin distrettwali, grilji għat-trażmissjoni tal-elettriku u ż-żieda fl-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri;

(d)

il-ħżin tal-enerġija u l-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija, inklużi pipelines tat-tisħin distrettwali, grilji għat-trażmissjoni tal-elettriku u ż-żieda fl-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri;

(e)

l-appoġġ ta’ unitajiet domestiċi bi dħul baxx, inkluż f’żoni rurali u remoti, biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u biex jimmodernizzaw is-sistemi tat-tisħin tagħhom; u

(e)

(e) l-appoġġ ta’ unitajiet domestiċi bi dħul baxx , intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli u utenti tal-mobbiltà , inkluż f’żoni rurali u remoti, biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà u biex jimmodernizzaw is-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ tagħhom; u

(f)

tranżizzjoni ġusta f’reġjuni dipendenti fuq il-karbonju fl-Istati Membri benefiċjarji, sabiex jiġu appoġġati r-riallokazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta’ tfittxija tal-impjiegi u n-negozji ġodda, fi djalogu mas-sħab soċjali.”;

(f)

tranżizzjoni ġusta f’reġjuni dipendenti fuq il-karbonju fl-Istati Membri u reġjuni ta’ livell NUTS 3 benefiċjarji, sabiex jiġu appoġġati r-riallokazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi ta’ tfittxija tal-impjiegi u n-negozji ġodda, fi djalogu mas-sħab soċjali;

 

(g)

l-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari.”;

Emenda 21

Artikolu 1(21)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 4, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311(3) tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom għal waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) jew għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 4, ħlief għad-dħul stabbilit bħala riżorsi proprji f’konformità mal-Artikolu 311(3) tat-TFUE u mdaħħal fil-baġit tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul tagħhom għal waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) jew għal waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

(a) miżuri maħsuba biex jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini jew għat-tnaqqis tal-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, inkluża l-integrazzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli u miżuri relatati skont l-Artikoli 7(11), 12 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE [ir-referenzi għandhom jiġu aġġornati bid-Direttiva riveduta], kif ukoll miżuri li jipprovdu appoġġ finanzjarju għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx f’bini bl-agħar rendiment;

(a)

(a) miżuri maħsuba biex jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini jew għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini, inkluża l-integrazzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli u miżuri relatati skont l-Artikoli 7(11), 12 u 20 tad-Direttiva 2012/27/UE [ir-referenzi għandhom jiġu aġġornati bid-Direttiva riveduta], kif ukoll miżuri li jipprovdu appoġġ finanzjarju għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx f’bini bl-agħar rendiment enerġetiku ;

(b)

(b) miżuri maħsuba biex jaċċelleraw l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-introduzzjoni ta’ infrastruttura kompletament interoperabbli tar-riforniment tal-fjuwil u tal-irriċarġjar għal vetturi b’emissjonijiet żero jew miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu tranżizzjoni lejn forom pubbliċi tat-trasport u jtejbu l-multimodalità , jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali li jikkonċernaw l-utenti tat-trasport bi dħul baxx u medju.

(b)

miżuri maħsuba biex jaċċelleraw l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-introduzzjoni ta’ infrastruttura kompletament interoperabbli tar-riforniment tal-fjuwil u tal-irriċarġjar għal vetturi b’emissjonijiet żero jew miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu tranżizzjoni modali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri lejn modi iżjed effiċjenti ta’ trasport jew mingħajr konsum nett ta’ enerġija, jew miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-infrastrutturi u fis-servizzi tat-trasport , jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali li jikkonċernaw l-utenti tal-mobbiltà bi dħul baxx u medju.

L-Istati Membri għandhom jużaw parti mid-dħul mill-irkant tagħhom iġġenerat f’konformità ma’ dan l-Artikolu biex jindirizzaw l-aspetti soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont dan il-Kapitolu b’enfasi speċifika fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli kif definiti skont ir-Regolament (UE) 20…/nn [ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima](*). Fejn Stat Membru jissottometti lill-Kummissjoni [Pjan Soċjali għall-Klima] skont dak ir-Regolament, l-Istat Membru għandu juża dak id-dħul, inter alia, biex jiffinanzja dak il-pjan.

L-Istati Membri għandhom jużaw parti mid-dħul mill-irkant tagħhom iġġenerat f’konformità ma’ dan l-Artikolu biex jindirizzaw l-aspetti soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont dan il-Kapitolu b’enfasi speċifika fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli kif definiti skont ir-Regolament (UE) 20…/nn [ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima](*). Fejn Stat Membru jissottometti lill-Kummissjoni [Pjan Soċjali għall-Klima] skont dak ir-Regolament, l-Istat Membru għandu juża dak id-dħul, inter alia, biex jiffinanzja dak il-pjan.

L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju jew politiki regolatorji, li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, kif stabbiliti għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti kif imsemmi f’dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu minimu ta’ 20 % tad-dħul li għandu jiġi allokat lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandu jintuża għal waħda jew aktar mill-miżuri deskritti f’dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu billi jinkludu din l-informazzjoni fir-rapporti tagħhom sottomessi skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

L-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitqiesu li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politiki ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju jew politiki regolatorji, li jimmassimizzaw l-appoġġ finanzjarju, kif stabbiliti għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti kif imsemmi f’dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu billi jinkludu din l-informazzjoni fir-rapporti tagħhom sottomessi skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

Emenda 22

Artikolu 1(21) – Artikolu 30i

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sal-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu fir-rigward tal-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tar-regoli skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 u l-użu ta’ kwoti ta’ dan il-Kapitolu biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità tal-entitajiet ta’ konformità koperti mill-Kapitoli II, IIa u III. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja dan ir-rapport bi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi emendat dan il-Kapitolu. Sal-31 ta’ Ottubru 2031, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-fattibbiltà tal-integrazzjoni tas-setturi koperti mill-Anness III fis-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li tkopri s-setturi elenkati fl-anness 1 tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

Sal-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu fir-rigward tal-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika tagħhom, inkluż dwar l-applikazzjoni tar-regoli skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 u l-użu ta’ kwoti ta’ dan il-Kapitolu biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ konformità tal-entitajiet ta’ konformità koperti mill-Kapitoli II, IIa u III. Ir-rapport se jkun preċedut minn perjodu ta’ konsultazzjoni mill-1 ta’ Settembru 2027 sal-31 ta’ Ottubru 2027. Matul dan il-perjodu se ssir konsultazzjoni mmirata mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja dan ir-rapport bi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi emendat dan il-Kapitolu. Sal-31 ta’ Ottubru 2031, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-fattibbiltà tal-integrazzjoni tas-setturi koperti mill-Anness III fis-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li tkopri s-setturi elenkati fl-anness 1 tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera

COM(2021) 564 final

Emenda 23

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’setturi jew sottosetturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma l-allokazzjoni tranżitorja mingħajr ħlas tal-kwoti tal-EU ETS u miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku rispettivament stabbiliti fl-Artikoli 10a(6) u 10b tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, l-allokazzjoni bla ħlas taħt l-EU ETS iddgħajjef is-sinjal tal-prezz li s-sistema tipprovdi għall-installazzjonijiet li jirċevuha meta mqabbla mal-irkant sħiħ u b’hekk taffettwa l-inċentivi għall-investiment f’aktar tnaqqis tal-emissjonijiet.

Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’setturi jew sottosetturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma l-allokazzjoni tranżitorja mingħajr ħlas tal-kwoti tal-EU ETS u miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku rispettivament stabbiliti fl-Artikoli 10a(6) u 10b tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, l-allokazzjoni bla ħlas taħt l-EU ETS iddgħajjef is-sinjal tal-prezz li s-sistema tipprovdi għall-installazzjonijiet li jirċevuha meta mqabbla mal-irkant sħiħ u b’hekk taffettwa l-inċentivi għall-investiment f’aktar tnaqqis tal-emissjonijiet. Eliminazzjoni gradwali mill-allokazzjonijiet bla ħlas trid, għalhekk, tinkiseb b’mod effiċjenti u fil-ħin, kif stabbilit fl-objettivi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, jiġifieri l-pakkett ta’ miżuri “lesti għall-mira ta’ 55 %”.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

ifakkar li bl-iffirmar tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-UE impenjat ruħha li tilħaq l-għan tan-newtralità klimatika netta globali sal-2050, li issa huwa minqux fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima; jilqa’ l-ambizzjonijiet ambjentali bla preċedent u l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea għat-tranżizzjoni lejn soċjetà u ekonomija aktar sostenibbli, u jqis il-pakkett “Lesti għall-mira tal-55 %” bħala xhieda tas-saħħa ta’ dan l-impenn; jenfasizza li l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet iridu jkunu akkumpanjati minn miri dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-użu tal-art (biex jiżdied b’mod inekwivoku l-ħżin tal-karbonju naturali), kif ukoll objettivi oħra tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u permanenti;

2.

jenfasizza li prezz tal-karbonju robust iżda introdott gradwalment għandu jagħti s-sinjal meħtieġ lin-negozji u jixpruna t-tranżizzjoni bl-aktar mod kosteffettiv, u jenfasizza l-ħtieġa għal interazzjoni effettiva bejn l-ETS riveduta u l-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM), potenzjalment flimkien ma’ miżuri oħra ta’ appoġġ tal-UE biex tiġi żgurata ekonomija newtrali għall-klima u kompetittiva fir-reġjuni tal-UE, speċjalment f’reġjuni li għaddejjin minn tranżizzjoni sostenibbli tal-industriji tagħhom li jużaw ħafna enerġija;

3.

jirrikonoxxi li dawn l-inugwaljanzi jistgħu jsiru saħansitra aktar evidenti fid-dawl taż-żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-enerġija u l-instabbiltà ġeopolitika li marret għall-agħar minħabba l-gwerra fl-Ukrajna; jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni biex tindirizza dawn ir-riskji, kif deskritt fil-Komunikazzjoni REPowerEU, iżda jenfasizza li xi strumenti, bħal żieda fit-tassazzjoni ta’ profitti mhux mistennija, jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jipprovdu appoġġ affidabbli u għalhekk jitlob soluzzjonijiet aktar fit-tul;

4.

jirrikonoxxi li l-kriżijiet ekoloġiċi jsaħħu l-inugwaljanzi, bl-istess mod li l-inugwaljanzi jżidu l-ħsara ambjentali. Għalhekk, il-politiki biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jridu jerġgħu jistabbilixxu l-ġustizzja fis-soċjetajiet u t-territorji tagħna;

5.

jappoġġja l-prinċipju li s-setturi kollha tal-ekonomija jridu jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet, u l-EU ETS tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti jekk il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas jiġi estiż għas-setturi kollha kkonċernati; jirrimarka li l-mobbiltà hija responsabbli għal kwart tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE, filwaqt li s-settur tal-bini huwa responsabbli għal 40 % tal-konsum tal-enerġija fl-Ewropa; jirrimarka, madankollu, li l-introduzzjoni ta’ pprezzar tal-karbonju f’dawn is-setturi hija kwistjoni delikata u ma għandhiex tirriżulta f’piżijiet għall-aktar unitajiet domestiċi, intrapriżi mikro u żgħar u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli, inkluż f’żoni rurali u remoti;

6.

jinsisti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-livelli ta’ gvern b’kompetenzi b’saħħithom fiż-żewġ setturi koperti, jitqiesu fl-introduzzjoni, il-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-ETS il-ġdida dwar it-trasport bit-triq u l-bini (ETS II); jenfasizza li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-settur tat-trasport tal-UE żdiedu b’mod kostanti mill-2013, filwaqt li d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini tibqa’ perkors ewlieni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; jenfasizza li, f’każ li l-koleġiżlaturi jiddeċiedu li ma jkomplux jipproċedu fir-rigward tal-ETS II kif previst fil-proposta tal-Kummissjoni, l-ETS attwali għandha tissaħħaħ aktar biex tindirizza t-trasport bit-triq u l-bini;

7.

jirrikonoxxi bis-sħiħ il-ħtieġa għal għodod tal-ipprezzar tal-karbonju biex jiġu appoġġjati l-ambizzjonijiet klimatiċi akbar tal-UE, iżda huwa mħasseb ħafna dwar l-effetti distribuzzjonali potenzjali tagħhom, u jenfasizza li għandhom jitqiesu d-dimensjonijiet kollha tal-iżvilupp sostenibbli: sostenibbiltà ekonomika, ambjentali, soċjali u kulturali. F’dan ir-rigward jappella li jiġu rispettati minn tal-inqas tliet prinċipji:

solidarjetà u ġustizzja bejn l-Istati Membri tal-UE fl-implimentazzjoni. L-ipprezzar tal-karbonju għandu jindirizza d-differenzi bejniethom fir-rigward tal-kobor tal-isfida għall-ekonomiji lokali u reġjonali;

solidarjetà u ġustizzja fi ħdan l-Istati Membri. L-impatt tal-għodod tal-ipprezzar tal-karbonju fuq gruppi vulnerabbli fis-soċjetà u familji bi dħul baxx għandu jiġi indirizzat, mhux biss f’termini ta’ affordabbiltà iżda wkoll f’termini ta’ aċċess għal ċerti oġġetti/servizzi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tagħhom (l-enerġija, it-tkessiħ u t-tisħin, it-trasport u l-mobbiltà, eċċ.);

l-indirizzar tal-impatt territorjali ta’ tali politiki, mhux biss għal żoni remoti jew periferali, iżda b’mod aktar ġenerali għal dawk iż-żoni fl-UE li diġà għaddejjin minn trasformazzjoni profonda fir-rigward tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom (“żoni li tħallew jibqgħu lura”, żoni industrijali li għaddejjin minn proċessi ta’ tranżizzjoni meħtieġa), għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll għaż-żoni rurali;

8.

jilqa’ t-tħabbira tal-Fond Soċjali għall-Klima bħala mod kif jiġu bbilanċjati l-effetti negattivi fuq l-aktar unitajiet domestiċi, intrapriżi mikro u żgħar u utenti tal-mobbiltà vulnerabbli u biex jiġi żgurat żvilupp soċjalment sostenibbli; jissottolinja li l-finanzjament li bħalissa huwa previst fir-reviżjoni tal-ETS attwali mhuwiex biżżejjed biex jiżgura tranżizzjoni verament ġusta, u jenfasizza li għandha tiġi kkunsidrata l-allokazzjoni tad-dħul ETS lil hinn mill-ETS II għall-Fond Soċjali għall-Klima; jipproponi li l-ippuljar tad-dħul għall-Fond Soċjali għall-Klima għandu jibda qabel l-implimentazzjoni tal-ETS II;

9.

jenfasizza l-importanza ta’ evalwazzjoni preċiża tal-impatti distributtivi tal-mekkaniżmu, il-funzjonament, il-ġestjoni u l-miżuri tal-Fond Soċjali għall-Klima, li tiffoka fuq il-konsegwenzi u l-benefiċċji għaċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli fil-livell lokali u reġjonali, u tippermetti li jiġu identifikati aħjar l-aktar unitajiet domestiċi ekonomikament dgħajfa, sabiex l-appoġġ għall-introjtu dirett immirat b’mod temporanju jiġi indirizzat b’mod preċiż lejn dawk li l-aktar għandhom bżonnu. F’dan ir-rigward, il-miżuri fi ħdan il-pjani soċjali għall-klima individwali u l-allokazzjoni tal-Fond innifsu għandu jkollhom l-għan li jaċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika, iżda mhux għad-detriment tal-koeżjoni soċjali u territorjali, u lanqas m’għandhom inaqqsu mill-protezzjoni tal-aktar ċittadini vulnerabbli;

10.

jissottolinja l-fatt li l-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu jintuża biex jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jagħmel sforz biex itejjeb il-vitalità tal-gruppi u t-territorji vulnerabbli; itenni li l-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu, sabiex jirrispetta d-diversità ekonomika, soċjali u ġeografika vasta tal-UE, jippermetti li r-reġjuni ta’ livell NUTS 3 bi żbilanċi sinifikanti fi ħdan Stat Membru jkollhom aċċess għalih;

11.

jappella sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu inklużi fid-distribuzzjoni tad-dħul tal-ETS. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politiki ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih huwa sinifikanti ħafna. Ir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa huma innovaturi u xpruni kbar tat-tibdil soċjetali, u għaldaqstant, huma għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika b’mod aktar sinifikanti; jissottolinja dan speċjalment fir-rigward tal-ETS II il-ġdida;

12.

jilqa’ l-implimentazzjoni tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq bħala mod kif jiġu ġestiti l-eċċess u n-nuqqas ta’ kwoti, kif ukoll l-iskema ta’ frontloading biex jittaffew l-impatti tal-introduzzjoni tal-ETS II l-ġdida fuq il-prezzijiet u l-likwidità; itenni, madankollu, li r-riżerva għandha tkun akkumpanjata minn mekkaniżmu addizzjonali biex jitneħħew b’mod permanenti l-kwoti sabiex jinħoloq prezz minimu li jkun konsistenti mal-miri tal-klima tal-UE għall-2030 u l-2050;

13.

jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma tqisx ir-riskju reali ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fit-traffiku marittimu internazzjonali lejn portijiet ta’ pajjiżi terzi ġirien li huma qrib portijiet Ewropej. Tali rilokazzjoni se jkollha konsegwenzi dannużi għall-attività portwarja u konsegwentement għall-ktajjen loġistiċi assoċjati tal-istess Istati Membri, inklużi t-telf tal-impjiegi, id-distorsjoni tas-suq u l-kompetizzjoni ħielsa, it-telf tal-konnettività tal-portijiet Ewropej u l-kompetittività tal-industrija tagħna b’mod ġenerali. Din is-sitwazzjoni taffettwa wkoll il-prinċipju tal-awtonomija strateġika Ewropea u s-sigurtà u l-kontroll tal-loġistika u tal-katina tal-provvista tal-merkanzija minn/lejn l-UE, peress li tiffavorixxi t-trażbord ta’ merkanzija f’portijiet ta’ pajjiżi terzi bi prijoritajiet u interessi loġistiċi u ekonomiċi mhux neċessarjament allinjati ma’ dawk tal-UE;

14.

jilqa’ l-proposta għall-istabbiliment tas-CBAM biex jistimula l-azzjoni klimatika globali; iħeġġeġ sabiex jiġi żgurat li dan se jkun parti minn strateġija industrijali usa’ tal-UE li tippromovi investiment newtrali għall-klima, toħloq qafas regolatorju abilitanti tal-UE u tmexxi lis-swieq lejn prodotti newtrali għall-klima, inklużi l-possibbiltà ta’ kuntratti tal-karbonju abilitanti għal differenzi għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi kkonċernati, u li jiġu stabbiliti prattiki ġodda mill-aktar fis possibbli. Għalhekk, l-allokazzjonijiet bla ħlas tal-ETS (19) għandhom jitneħħew b’mod gradwali għas-setturi koperti mis-CBAM, u jiġu sostitwiti bl-irkant tal-kwoti tal-emissjonijiet kollha, peress li dan jiżgura l-kompatibbiltà mad-WTO;

15.

jenfasizza l-importanza partikolari ta’ Fond għall-Innovazzjoni msaħħaħ li jappoġġja t-tranżizzjoni meħtieġa għan-newtralità klimatika tal-industriji li jużaw ħafna enerġija koperti mill-EU ETS u mis-CBAM fir-reġjuni tal-UE, billi jappoġġja l-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi u newtrali għall-klima bħall-azzar ekoloġiku; jenfasizza li l-ostakli ewlenin għad-dekarbonizzazzjoni mhumiex biss nuqqas ta’ innovazzjoni teknoloġika u għalhekk jissuġġerixxi l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għal miżuri b’potenzjal għoli ta’ tnaqqis f’oqsma mhux teknoloġiċi bħal metodi ta’ kollaborazzjoni kreattivi u innovattivi, taħriġ professjonali u ċirkolarità, li huma żvantaġġati minn inċentivi tal-ETS iffukati fuq il-produzzjoni industrijali;

16.

jinnota li huwa essenzjali wkoll li jittejbu l-mekkaniżmi regolatorji u ta’ monitoraġġ sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni tal-prezzijiet tas-CO2, li jista’ jkollha impatt sinifikanti kemm fuq il-prezzijiet tal-enerġija kif ukoll fuq is-setturi affettwati;

17.

jilqa’ l-fatt li d-dħul iġġenerat mill-ETS riformata se jiġi dirett lejn il-finanzjament tal-azzjoni favur in-newtralità klimatika (eż. biex jiżdied il-finanzjament tal-Fond għall-Innovazzjoni, tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, tal-Fond Soċjali għall-Klima u biex jiġi aċċellerat l-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u ċ-ċirkolarità), u mhux biex jintuża għall-baġit ġenerali kumplessiv tal-UE; jinsisti li l-istess approċċ jiġi adottat għad-dħul iġġenerat mis-CBAM;

18.

jemmen li sabiex inżommu l-pass mat-tibdil teknoloġiku, regolatorju u tas-suq, is-CBAM għandu jkun dinamiku u l-iskop settorjali u l-kopertura tal-emissjonijiet tiegħu għandhom jiġu rieżaminati regolarment, sabiex jitqies l-impatt lokali u reġjonali tal-mekkaniżmu; jinsab lest li jappoġġja l-valutazzjoni tal-impatti territorjali tas-CBAM;

19.

jinnota li huwa essenzjali wkoll li jittejbu l-mekkaniżmi regolatorji u ta’ monitoraġġ sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni tal-prezzijiet tas-CO2, li jista’ jkollha impatt sinifikanti kemm fuq il-prezzijiet tal-enerġija kif ukoll fuq is-setturi affettwati;

20.

jilqa’ bil-qawwa li l-Kummissjoni akkumpanjat il-proposta għal skema ġdida tal-ETS u l-abbozz ta’ Regolament li jistabbilixxi CBAM bi grilji tas-sussidjarjetà (20). Ir-raġunament mogħti fir-rigward tal-valur miżjud Ewropew tal-proposti u l-introduzzjoni ta’ miżuri li jirriżultaw mill-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima kif definiti fl-Artikoli 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jissodisfa l-valutazzjoni proprja tal-KtR tal-kompatibbiltà sħiħa tal-proposti mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(2)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26).

(4)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26).

(6)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(7)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(8)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(9)  [żid referenza għar-Regolament dwar FuelEU Maritime].

(10)  [żid referenza għar-Regolament dwar FuelEU Maritime].

(11)  COM(2020)562 final.

(12)  COM(2020)562 final.

(13)  Data mill-2018. Eurostat, SILC [ilc_mdes01].

(14)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1–56).

(15)  [Żid ir-referenza għar-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima].

(16)  Data mill-2018. Eurostat, SILC [ilc_mdes01].

(17)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1–56).

(18)  [Żid ir-referenza għar-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima].

(19)  Skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, il-kumpaniji jridu jiksbu kwoti tal-emissjonijiet li jkopru l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom. L-allokazzjoni bla ħlas hija stabbilita bħala metodu tranżitorju għall-allokazzjoni ta’ kwoti b’kuntrast mal-metodu prestabbilit (irkant). Madankollu, il-kwoti allokati bla ħlas ikomplu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli.

(20)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/docs_autres_institutions/commission_europeenne/swd/2021/0552/COM_SWD(2021)0552_EN.pdf


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/139


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-emendar tad-Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-miri l-ġodda tal-klima għall-2030”

(2022/C 301/15)

Relatur:

Rafał Kazimierz TRZASKOWSKI (PL/PPE), President tal-Belt Kapitali ta’ Varsavja

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni)

COM(2021) 558 final — 2021/0203 (COD)

SEC(2021) 558 final — 2021/0203 (COD)

SWD(2021) 623 final — 2021/0203 (COD)

SWD(2021) 624 final — 2021/0203 (COD)

SWD(2021) 625 final — 2021/0203 (COD)

SWD(2021) 626 final — 2021/0203 (COD)

SWD(2021) 627 final — 2021/0203 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 hija ċentrali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-faqar enerġetiku hu kunċett ewlieni konsolidat fil-pakkett leġiżlattiv intitolat “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”, li tfassal biex jiffaċilita tranżizzjoni enerġetika ġusta. F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-Kummissjoni pprovdiet gwida indikattiva dwar indikaturi xierqa għall-kejl tal-faqar enerġetiku u li jiddefinixxu x’inhu “għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku” (2). Id-Direttiva (UE) 2019/944 u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jeżiġu li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku kull meta dan jiġi identifikat, inkluż miżuri li jindirizzaw il-kuntest usa’ tal-faqar.

Tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 hija ċentrali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-faqar enerġetiku hu kunċett importanti konsolidat fil-pakkett leġiżlattiv intitolat “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”, li tfassal biex jiffaċilita tranżizzjoni enerġetika ġusta. F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni pprovdiet gwida indikattiva dwar indikaturi xierqa għall-kejl tal-faqar enerġetiku u li jiddefinixxu x’inhu “għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku” (5). Id-Direttiva (UE) 2019/944 u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jeżiġu li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku kull meta dan jiġi identifikat, kemm jekk jaffettwa lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lin-negozji vulnerabbli, b’mod speċjali l-intrapriżi mikro u żgħar, jew l-utenti tal-mobilità vulnerabbli; jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll miżuri li jindirizzaw il-kuntest usa’ tal-faqar.

Emenda 2

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju, il-klijenti vulnerabbli, inkluż l-utenti finali, il-persuni fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew fil-faqar enerġetiku, u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali jenħtieġ li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jiġu implimentati bħala prijorità biex itejbu s-sitwazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-unitajiet domestiċi, jew biex jittaffa l-faqar enerġetiku. Għal approċċ ħolistiku fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-politiki u l-miżuri l-oħra ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq dawn l-individwi u l-unitajiet domestiċi.

L-unitajiet domestiċi bi dħul baxx u medju, l-intrapriżi mikro u żgħar, il-klijenti vulnerabbli, inkluż l-utenti finali, il-persuni fir-riskju tal-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà jew fil-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà , u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali jenħtieġ li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jiġu implimentati bħala prijorità biex itejbu s-sitwazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-unitajiet domestiċi, jew biex jittaffa l-faqar enerġetiku. Għal approċċ ħolistiku fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-politiki u l-miżuri l-oħra ma jkollhom l-ebda effett negattiv dirett jew indirett fuq dawn l-individwi u l-unitajiet domestiċi.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ikun aħjar jekk il-mira tal-effiċjenza enerġetika tintlaħaq bħala riżultat ta’ implimentazzjoni kumulattiva ta’ miżuri nazzjonali u Ewropej speċifiċi li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika f’oqsma differenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jistabbilixxu politiki u miżuri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika. Dawn il-politiki u l-miżuri u l-isforzi individwali ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma’ data dwar il-progress li jkun sar, biex tkun ivvalutata l-probabbiltà li tintlaħaq il-mira kumplessiva tal-Unjoni u sa fejn l-isforzi individwali huma biżżejjed biex tintlaħaq il-mira komuni.

Ikun aħjar jekk il-mira tal-effiċjenza enerġetika tintlaħaq bħala riżultat ta’ implimentazzjoni kumulattiva ta’ miżuri lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej speċifiċi li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika f’oqsma differenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jistabbilixxu politiki u miżuri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika. Dawn il-politiki u l-miżuri u l-isforzi individwali ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma’ data dwar il-progress li jkun sar, biex tkun ivvalutata l-probabbiltà li tintlaħaq il-mira kumplessiva tal-Unjoni u sa fejn l-isforzi individwali huma biżżejjed biex tintlaħaq il-mira komuni.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 4

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miri għall-konsum tal-enerġija finali tas-servizzi pubbliċi u l-installazzjonijiet kollha tal-korpi pubbliċi. Biex jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-destinatarji, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw id-definizzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti prevista fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-obbligu jista’ jiġi ssodisfat bi tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali fi kwalunkwe qasam tas-settur pubbliku, inkluż it-trasport, il-bini pubbliku, il-kura tas-saħħa, l-ippjanar spazjali, l-immaniġġjar tal-ilma u t-trattament tal-ilma mormi, id-drenaġġ u l-purifikazzjoni tal-ilma, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, id-distribuzzjoni tal-enerġija, il-provvista u l-ħżin, it-tidwil pubbliku, l-ippjanar tal-infrastruttura. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-korpi pubbliċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pjattaformi diġitali jew għodod biex jiġbru d-data tal-konsum aggregat mingħand il-korpi pubbliċi, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, u jirrappurtaw id-data lill-Kummissjoni.

Biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miri għall-konsum tal-enerġija finali tas-servizzi pubbliċi u l-installazzjonijiet kollha tal-korpi pubbliċi. Biex jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-destinatarji, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw id-definizzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti prevista fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). L-obbligu jista’ jiġi ssodisfat bi tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali fi kwalunkwe qasam tas-settur pubbliku, inkluż it-trasport, il-bini pubbliku, il-kura tas-saħħa, l-ippjanar spazjali, l-immaniġġjar tal-ilma u t-trattament tal-ilma mormi, id-drenaġġ u l-purifikazzjoni tal-ilma, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, id-distribuzzjoni tal-enerġija, il-provvista u l-ħżin, it-tidwil pubbliku, l-ippjanar tal-infrastruttura. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall- awtoritajiet lokali u reġjonali u għal korpi pubbliċi oħrajn , l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pjattaformi diġitali jew għodod biex jiġbru d-data tal-konsum aggregat mingħand il-korpi pubbliċi kollha , jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, u jirrappurtaw id-data lill-Kummissjoni. L-Istati Membri ser ikollhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u korpi pubbliċi oħrajn ikunu mgħammra biżżejjed għal tali ġbir ta’ data.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jenħtieġ li jaqdu rwol eżemplari billi jiżguraw li l-kuntratti kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u s-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija jitwettqu fis-settur pubbliku f’konformità mal-istandards Ewropej jew internazzjonali, jew li l-awditjar tal-enerġija jintuża fil-biċċa l-kbira fil-partijiet intensivi fl-enerġija tas-settur pubbliku.

L-Istati Membri , ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jenħtieġ li jaqdu rwol eżemplari billi jiżguraw li l-kuntratti kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u s-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija jitwettqu fis-settur pubbliku f’konformità mal-istandards Ewropej jew internazzjonali, jew li l-awditjar tal-enerġija jintuża fil-biċċa l-kbira fil-partijiet intensivi fl-enerġija tas-settur pubbliku. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Istati Membri se jkollhom jipprovdu gwida u proċeduri ċari għall-użu ta’ dawn l-istrumenti.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 6

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jiksbu l-appoġġ ta’ entitajiet bħal aġenziji tal-enerġija sostenibbli, meta applikabbli stabbiliti fil-livell reġjonali jew lokali. L-organizzazzjoni ta’ dawk l-aġenziji normalment tkun tirrifletti l-ħtiġijiet individwali tal-awtoritajiet pubbliċi f’ċertu reġjun jew li joperaw f’ċertu qasam tas-settur pubbliku. L-aġenziji ċentralizzati jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet aħjar u jaħdmu b’mod aktar effettiv f’aspetti oħra, bħal pereżempju, fi Stati Membri iżgħar jew ċentralizzati jew fir-rigward ta’ aspetti kumplessi jew transreġjonali bħat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jistgħu jservu bħala punti uniċi ta’ servizz skont l-Artikolu 21. Dawk l-aġenziji spiss ikunu responsabbli għall-iżvilupp ta’ pjanijiet lokali jew reġjonali tad-dekarbonizzazzjoni, li jistgħu jinkludu wkoll miżuri oħra tad-dekarbonizzazzjoni, bħall-iskambju ta’ bojlers tal-fjuwils fossili, u biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi fl-implimentazzjoni ta’ politiki relatati mal-enerġija. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jew entitajiet oħra li jassistu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jaf ikollhom kompetenzi, objettivi u riżorsi ċari fil-qasam tal-enerġija sostenibbli. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jistgħu jitħeġġu jikkunsidraw inizjattivi meħuda fil-qafas tal-Patt tas-Sindki, li jiġbor flimkien il-gvernijiet lokali impenjati b’mod volontarju fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, u inizjattivi eżistenti oħra għal dan il-għan. Il-pjanijiet tad-dekarbonizzazzjoni jenħtieġ li jkunu marbuta ma’ pjanijiet tal-iżvilupp territorjali u jqisu l-valutazzjoni komprensiva li l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu.

L-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa jiksbu l-appoġġ ta’ entitajiet bħal aġenziji tal-enerġija sostenibbli, meta applikabbli stabbiliti fil-livell reġjonali jew lokali. L-organizzazzjoni ta’ dawk l-aġenziji normalment tkun tirrifletti l-ħtiġijiet individwali tal-awtoritajiet pubbliċi f’ċertu reġjun jew li joperaw f’ċertu qasam tas-settur pubbliku. L-aġenziji ċentralizzati jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet aħjar u jaħdmu b’mod aktar effettiv f’aspetti oħra, bħal pereżempju, fi Stati Membri iżgħar jew ċentralizzati jew fir-rigward ta’ aspetti kumplessi jew transreġjonali bħat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jistgħu jservu bħala punti uniċi ta’ servizz skont l-Artikolu 21. Dawk l-aġenziji spiss ikunu responsabbli għall-iżvilupp ta’ pjanijiet lokali jew reġjonali tad-dekarbonizzazzjoni, li jistgħu jinkludu wkoll miżuri oħra tad-dekarbonizzazzjoni, bħall-iskambju ta’ bojlers tal-fjuwils fossili, u biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi fl-implimentazzjoni ta’ politiki relatati mal-enerġija. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jew entitajiet oħra li jassistu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jaf ikollhom kompetenzi, objettivi u riżorsi ċari fil-qasam tal-enerġija sostenibbli. L-aġenziji tal-enerġija sostenibbli jistgħu jitħeġġu jikkunsidraw inizjattivi meħuda mill-gvernijiet lokali u reġjonali, fil-ġlieda tagħhom kontra t-tibdil fil-klima, bħala parti mill-pjanijiet li fasslu f’dan il-qasam jew fuq il-bażi ta’ mandat legali jew fuq bażi volontarja inkluż fil-qafas tal-Patt tas-Sindki, li jiġbor flimkien il-gvernijiet lokali impenjati b’mod volontarju fl-implimentazzjoni talobjettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, u inizjattivi eżistenti oħra għal dan il-għan. Il-pjanijiet għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jenħtieġ li jkunu marbuta ma’ pjanijiet tal-iżvilupp territorjali u jqisu l-valutazzjoni komprensiva li l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu. Dawn il-pjanijiet jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-ippjanar tal-enerġija u l-klima fil-livell nazzjonali, billi jibdew mir-reviżjoni perjodika tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima: ir-Regolament 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika għandu jkun rivedut skont dan .

Raġuni

Evidenti.

Emenda 7

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill- korpi pubbliċi fl-ippjanar u fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, billi jipprovdu linji gwida li jippromwovu l-bini tal-kompetenzi u l-opportunitajiet tat-taħriġ u jħeġġu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi, inkluż fost l-aġenziji. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ċentri ta’ kompetenza nazzjonali dwar kwistjonijiet kumplessi, bħall-konsulenza lill-aġenziji lokali jew reġjonali tal-enerġija dwar it-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali.

L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll lil korpi pubbliċi oħrajn fl-ippjanar u fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, billi jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku u jippreżentaw pjanijiet li jindirizzaw in-nuqqas tal-forza tax-xogħol u professjonisti kwalifikati meħtieġa għall-istadji kollha tat-tranżizzjoni ekoloġika, inklużi persuni tas-sengħa kif ukoll esperti tat-teknoloġija ekoloġika b’livell għoli ta’ ħiliet, xjenzati applikati u innovaturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-korpi pubbliċi biex iqisu l-benefiċċji usa’ lil hinn mill-iffrankar tal-enerġija, bħall-klima ta’ ġewwa tajba għas-saħħa b’arja ta’ ġewwa u kwalità ambjentali mtejba, kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, speċjalment għall-iskejjel, id-djar ta’ kura ta’ matul il-jum, l-akkomodazzjoni protetta, id-djar tal-kura u l-isptarijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu linji gwida li jippromwovu l-bini tal-kompetenzi u l-opportunitajiet tat-taħriġ u jħeġġu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi, inkluż fost l-aġenziji. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ċentri ta’ kompetenza nazzjonali u reġjonali dwar kwistjonijiet kumplessi, bħall-konsulenza lill-aġenziji lokali jew reġjonali tal-enerġija dwar it-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 8

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-bini u t-trasport huma, flimkien mal-industrija, l-utenti ewlenin tal-enerġija u s-sors ewlieni tal-emissjonijiet (9). Il-bini huwa responsabbli għal madwar 40 % tal-konsum tal-enerġija totali tal-Unjoni u għal 36 % tal-GHG tagħha mill-enerġija (10). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni” (11) tindirizza l-isfida doppja tal-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi u l-affordabbiltà fis-settur tal-bini u għandha l-għan li tirdoppja r-rata tar-rinnovazzjoni. Din tiffoka fuq il-bini bl-agħar rendiment fl-użu tal-enerġija, fuq il-faqar enerġetiku u fuq il-bini pubbliku. Barra minn hekk, il-bini huwa kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Il-bini li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jammonta għal sehem konsiderevoli mill-istokk tal-bini u għandu viżibbiltà kbira fil-ħajja pubblika. Għalhekk jixraq tiġi ffissata rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-bini li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi fit-territorju ta’ Stat Membru biex jiġi aġġornat il-prestazzjoni enerġetika tiegħu. L-Istati Membri huma mistiedna jistabbilixxu rata ogħla ta’ rinnovazzjoni, meta dik tkun kosteffettiva skont il-qafas tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tagħhom f’konformità mal-Istrateġiji tar-Rinnovazzjoni fit-tul tagħhom jew mal-programmi nazzjonali tar-rinnovazzjoni. Din ir-rata ta’ rinnovazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi fir-rigward tal-Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEBs) stabbiliti fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Waqt ir-rieżami li jmiss tad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-progress li kisbu l-Istati Membri b’rabta mar-rinnovazzjoni tal-bini tal-korpi pubbliċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tippreżenta proposta leġiżlattiva għal reviżjoni tar-rata ta’ rinnovazzjoni, filwaqt li tqis il-progress miksub mill-Istati Membri, żviluppi ekonomiċi jew tekniċi sostanzjali, jew meta meħtieġ, l-impenji tal-Unjoni b’rabta mad-dekarbonizzazzjoni u t-tniġġis żero. L-obbligu f’din id-Direttiva li l-bini tal-korpi pubbliċi jiġi rinnovat jikkumplimenta dik id-Direttiva, li teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li meta l-bini eżistenti jiġi rinnovat drastikament, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tiegħu jiġi aġġornat biex dan ikun jissodisfa r-rekwiżiti tal-NZEBs.

Il-bini u t-trasport huma, flimkien mal-industrija, l-utenti ewlenin tal-enerġija u s-sors ewlieni tal-emissjonijiet (13). Il-bini huwa responsabbli għal madwar 40 % tal-konsum tal-enerġija totali tal-Unjoni u għal 36 % tal-GHG tagħha mill-enerġija (14). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni” (15) tindirizza l-isfida doppja tal-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi u l-affordabbiltà fis-settur tal-bini u għandha l-għan li tirdoppja r-rata tar-rinnovazzjoni. Din tiffoka fuq il-bini bl-agħar rendiment fl-użu tal-enerġija, fuq il-faqar enerġetiku u fuq il-bini pubbliku. Barra minn hekk, il-bini huwa kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Il-bini li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jammonta għal sehem konsiderevoli mill-istokk tal-bini u għandu viżibbiltà kbira fil-ħajja pubblika. Għalhekk jixraq tiġi ffissata rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-bini li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi fit-territorju ta’ Stat Membru biex jiġi aġġornat il-prestazzjoni enerġetika tiegħu. L-Istati Membri huma mistiedna jistabbilixxu rata ogħla ta’ rinnovazzjoni, meta dik tkun kosteffettiva skont il-qafas tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tagħhom f’konformità mal-Istrateġiji tar-Rinnovazzjoni fit-tul tagħhom jew mal-programmi nazzjonali tar-rinnovazzjoni. Din ir-rata ta’ rinnovazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi fir-rigward tal-Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEBs) stabbiliti fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Waqt ir-rieżami li jmiss tad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-progress li kisbu l-Istati Membri b’rabta mar-rinnovazzjoni tal-bini tal-korpi pubbliċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tippreżenta proposta leġiżlattiva għal reviżjoni tar-rata ta’ rinnovazzjoni, filwaqt li tqis il-progress miksub mill-Istati Membri, żviluppi ekonomiċi jew tekniċi sostanzjali, jew meta meħtieġ, l-impenji tal-Unjoni b’rabta mad-dekarbonizzazzjoni u t-tniġġis żero. L-obbligu f’din id-Direttiva li l-bini tal-korpi pubbliċi jiġi rinnovat jikkumplimenta dik id-Direttiva, li teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li meta l-bini eżistenti jiġi rinnovat drastikament, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tiegħu jiġi aġġornat biex dan ikun jissodisfa r-rekwiżiti tal-NZEBs fejn applikabbli . Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri se jipprovdu gwida addizzjonali dwar ir-rinnovazzjoni profonda tal-bini b’valur storiku: se jiġu stabbiliti inizjattivi speċifiċi mmirati biex jappoġġjaw ir-rinnovazzjoni ta’ bini bħal dan, inklużi tipi differenti ta’ interventi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 9

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fl-2020, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja kienet tgħix f’żoni urbani. Dik iċ-ċifra mistennija tilħaq it-68 % sal-2050 (17). Barra minn hekk, nofs l-infrastrutturi urbani sal-2050 għad iridu jinbnew (18). Il-bliet u ż-żoni metropolitani huma ċentri ta’ attività ekonomika, ta’ ġenerazzjoni tal-għarfien, ta’ innovazzjoni u ta’ teknoloġiji ġodda. Il-bliet jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jgħixu jew jaħdmu fihom. L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-muniċipalitajiet b’mod tekniku u finanzjarju. Għadd ta’ muniċipalitajiet u korpi pubbliċi oħra fl-Istati Membri diġà stabbilew approċċi integrati għall-iffrankar tal-enerġija u għall-provvista tal-enerġija, pereżempju bi pjanijiet ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli, bħal dawk li tfasslu bl-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, u approċċi urbani integrati li jmorru lil hinn minn interventi individwali fil-bini jew fil-mezzi tat-trasport.

Fl-2020, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja kienet tgħix f’żoni urbani. Dik iċ-ċifra mistennija tilħaq it-68 % sal-2050 (19). Barra minn hekk, nofs l-infrastrutturi urbani sal-2050 għad iridu jinbnew (20). Il-bliet u ż-żoni metropolitani huma ċentri ta’ attività ekonomika, ta’ ġenerazzjoni tal-għarfien, ta’ innovazzjoni u ta’ teknoloġiji ġodda. Il-bliet jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jgħixu jew jaħdmu fihom. L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali b’mod tekniku u finanzjarju. Għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali u korpi pubbliċi oħra fl-Istati Membri diġà stabbilew approċċi integrati għall-iffrankar tal-enerġija, għall-provvista tal-enerġija u mobbiltà sostenibbli abbażi ta’ mandat legali jew fuq bażi volontarja , pereżempju bi pjanijiet ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli, bħal dawk li tfasslu fl-ambitu tal-Patt tas-Sindki, u approċċi urbani integrati , bħal dawk żviluppati taħt u skont il-Pjanijiet ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli, li jmorru lil hinn minn interventi individwali fil-bini jew fil-mezzi tat-trasport. Huma meħtieġa aktar sforzi fil-qasam tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-mobilità urbana, kemm tat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija. Meta jitqiesu l-isforzi addizzjonali sinifikanti li jintalbu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jinsabu fuq quddiem nett tat-tranżizzjoni tal-enerġija, jeħtieġ li jiġi żgurat li dawn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom aċċess faċli biex jirċievu l-appoġġ finanzjarju neċessarju għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom għall-enerġija sostenibbli u l-klima, u l-pjanijiet tagħhom għall-mobilità urbana sostenibbli fi ħdan it-tranżizzjoni ekoloġika mill-istrumenti Ewropej. Għal dan il-għan, ser tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta’ miżuri li diġà jeżistu fil-qafas legali attwali. Dan huwa rilevanti, pereżempju, matul l-implimentazzjoni tal-fondi Ewropej bħall-QFP u n-NextGenerationEU inklużi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fondi Strutturali u l-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-Fond għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji u l-assistenza teknika disponibbli taħt InvestEU. L-involviment attiv tar-reġjuni, u fejn applikabbli, tal-awtoritajiet lokali, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi Operazzjonali huwa kruċjali, flimkien mal-għoti ta’ appoġġ dirett għall-iżvilupp urban sostenibbli kif ukoll riżorsi suffiċjenti taħt l-Objettiv ta’ Politika għal Ewropa aktar ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fi tranżizzjoni għal ekonomija mingħajr emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll reżiljenti.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 10

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-entitajiet pubbliċi kollha li jinvestu riżorsi pubbliċi permezz tal-akkwist jenħtieġ li jmexxu bl-eżempju meta jagħtu kuntratti u konċessjonijiet billi jagħżlu prodotti, servizzi, xogħlijiet u bini bl-aqwa rendiment fl-effiċjenza enerġetika, anke fir-rigward ta’ dawk l-akkwisti li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi skont id-Direttiva 2009/30/KE. F’dak il-kuntest, il-proċeduri kollha tal-għoti għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet b’valur li jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), u fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jeħtieġ iqisu r-rendiment fl-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, tal-bini u tas-servizzi stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, billi bħala prijorità jqisu l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom.

L-entitajiet pubbliċi kollha li jinvestu riżorsi pubbliċi permezz tal-akkwist jenħtieġ li jmexxu bl-eżempju meta jagħtu kuntratti u konċessjonijiet billi jagħżlu prodotti, servizzi, xogħlijiet u bini bl-aqwa rendiment fl-effiċjenza enerġetika, anke fir-rigward ta’ dawk l-akkwisti li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi skont id-Direttiva 2009/30/KE ; il-kriterji ekoloġiċi u ċirkolari tal-akkwist pubbliku jenħtieġ li jintużaw bħala gwida f’dan ir-rigward . F’dak il-kuntest, il-proċeduri kollha tal-għoti għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet b’valur li jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), u fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jeħtieġ iqisu r-rendiment fl-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, tal-bini u tas-servizzi stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, billi bħala prijorità jqisu l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 11

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Hu importanti li l-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ meħtieġ lill- korpi pubbliċi fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fl-akkwist pubbliku u, meta xieraq, fl-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, billi jipprovdu linji gwida u metodoloġiji meħtieġa dwar it-twettiq tal-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, u l-impatti u l-kostijiet ambjentali. Għodod imfassla tajjeb, b’mod partikolari l-għodod diġitali, mistennija jiffaċilitaw il-proċeduri tal-akkwist u jnaqqsu l-kostijiet amministrattivi speċjalment fi Stati Membri iżgħar li jaf ma jkollhomx kapaċità biżżejjed biex iħejju l-offerti. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu b’mod attiv l-użu tal-għodod diġitali u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri għall-fini tal-iskambju tal-aqwa prattiki.

Hu importanti li l-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet lokali, lill-awtoritajiet reġjonali u lil korpi pubbliċi oħrajn fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fl-akkwist pubbliku u, meta xieraq, fl-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, billi jipprovdu linji gwida u metodoloġiji meħtieġa dwar it-twettiq tal-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, u l-impatti u l-kostijiet ambjentali. Għodod imfassla tajjeb, b’mod partikolari l-għodod diġitali, mistennija jiffaċilitaw il-proċeduri tal-akkwist u jnaqqsu l-kostijiet amministrattivi speċjalment fi Stati Membri iżgħar li jaf ma jkollhomx kapaċità biżżejjed biex iħejju l-offerti. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu b’mod attiv l-użu tal-għodod diġitali u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri għall-fini tal-iskambju tal-aqwa prattiki. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitwettqu attivitajiet speċifiċi ta’ bini tal-kapaċità sabiex jiġi żgurat li l-amministrazzjonijiet ta’ kull daqs ikollhom aċċess għall-istess għodod u opportunitajiet, anke fil-qafas tal-Pjan RePowerEU .

L-Istati Membri jenħtieġ li jippromovu l-produzzjoni tal-bijogass mill-iskart urban organiku fil-muniċipalitajiet u l-gruppi ta’ muniċipalitajiet, kif ukoll l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi fuq bini pubbliku.

Ir-raggruppamenti ta’ komunitajiet ta’ irrigazzjoni jenħtieġ li jiġu promossi wkoll bħala produtturi u injettaturi tal-enerġija fotovoltajka fil-grilja ġenerali tal-elettriku.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 12

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Din id-Direttiva tirreferi għall-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli, li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/944. Barra minn hekk, f’konformità mad-Direttiva 2012/27/UE, il-kunċett ta’ “utenti finali” flimkien mal-kunċett ta’ “klijent finali” jiċċaraw li d-drittijiet għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum japplikaw ukoll għall-konsumaturi mingħajr kuntratti individwali jew diretti mal-fornitur tal-enerġija użata għas-sistemi tal-produzzjoni kollettivi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun domestiku f’binjiet b’ħafna okkupanti. Il-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli mhux bilfors jiżgura li jimmira wkoll għall-utenti finali. Għaldaqstant, biex ikun żgurat li l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva jilħqu lill-individwi u lill-unitajiet domestiċi kollha f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu mhux biss lill-klijenti, fis-sens strett tagħha, iżda anki lill-utenti finali, meta jiġu biex jistabbilixxu d-definizzjoni tagħhom ta’ klijenti vulnerabbli.

Din id-Direttiva tirreferi għall-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli, li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/944. Barra minn hekk, f’konformità mad-Direttiva 2012/27/UE, il-kunċett ta’ “utenti finali” flimkien mal-kunċett ta’ “klijent finali” jiċċaraw li d-drittijiet għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum japplikaw ukoll għall-konsumaturi mingħajr kuntratti individwali jew diretti mal-fornitur tal-enerġija użata għas-sistemi tal-produzzjoni kollettivi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun domestiku f’binjiet b’ħafna okkupanti. Il-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli mhux bilfors jiżgura li jimmira wkoll għall-utenti finali. Għaldaqstant, biex ikun żgurat li l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva jilħqu lill-individwi u lill-unitajiet domestiċi kollha f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu mhux biss lill-klijenti, fis-sens strett tagħha, iżda anki lill-utenti finali, meta jiġu biex jistabbilixxu d-definizzjoni tagħhom ta’ klijenti vulnerabbli. Il-kunċett ta’ intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, kif definit fil-Fond Soċjali għall-Klima, jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 13

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni dwar il-benefiċċji ta’ żieda tal-effiċjenza enerġetika hija kruċjali, u li dawn jingħataw informazzjoni preċiża dwar modi kif din tista’ tinkiseb. Iċ-ċittadini ta’ kull età jenħtieġ li jkunu involuti wkoll fit-tranżizzjoni tal-enerġija permezz tal-Patt Klimatiku Ewropew u l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika hija importanti ferm ukoll għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni bi tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni tal-fjuwils mill-pajjiżi terzi.

Is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni dwar il-benefiċċji ta’ żieda tal-effiċjenza enerġetika hija kruċjali, u li dawn jingħataw informazzjoni preċiża dwar modi kif din tista’ tinkiseb. Iċ-ċittadini ta’ kull età jenħtieġ li jkunu involuti wkoll fit-tranżizzjoni tal-enerġija permezz tal-Patt Klimatiku Ewropew , il-programm Erasmus+ u l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika hija importanti ferm ukoll għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni bi tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni tal-fjuwils mill-pajjiżi terzi.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 14

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Meta jimplimentaw din id-Direttiva u jieħdu miżuri oħra fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lis-sinerġiji bejn il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-użu effiċjenti tar-riżorsi naturali skont il- prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

Meta jimplimentaw id-Direttiva 2012/27/UE u jieħdu miżuri oħra fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lis-sinerġiji bejn il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u l-użu effiċjenti tar-riżorsi naturali skont l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero u l- prinċipji tal-ekonomija ċirkolari , kif ukoll il-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità .

Raġuni

Evidenti.

Emenda 15

Premessa 80 (punt ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(80a)

Meta jivvalutaw il-potenzjal għal tisħin u tkessiħ effiċjenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu aspetti usa’ fir-rigward tal-ambjent, tas-saħħa u tas-sikurezza. Minħabba r-rwol tal-pompi tas-sħana biex jintlaħqu l-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u t-tkessiħ, ir-riskji ta’ impatti ambjentali negattivi mir-refriġeranti li huma persistenti, bijoakkumulattivi jew tossiċi jenħtieġ li jiġu minimizzati.

Emenda 16

Premessa 92

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut il-kontribut tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, skont id-Direttiva (UE) 2019/944 favur l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw u jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini. Dawk il-komunitajiet jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva billi javvanzaw l-effiċjenza enerġetika fil-livell lokali jew tal-unitajiet domestiċi. Dawn jistgħu jagħtu s-setgħa u jinvolvu lill-konsumaturi u jippermettu li ċerti gruppi ta’ klijenti domestiċi, inkluż fiż-żoni rurali u mbiegħda jipparteċipaw fi proġetti u interventi tal-effiċjenza enerġetika. Il-komunitajiet tal-enerġija jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku billi jiffaċilitaw proġetti tal-effiċjenza enerġetika, b’inqas konsum tal-enerġija u b’tariffi aktar baxxi tal-provvista.

Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut il-kontribut tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, skont id-Direttiva (UE) 2019/944 favur l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw u jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini. Dawk il-komunitajiet jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva u jimplimentaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” billi javvanzaw l-effiċjenza enerġetika fil-livell lokali jew tal-unitajiet domestiċi kif ukoll fil-bini pubbliku f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali . Dawn jistgħu jagħtu s-setgħa u jinvolvu lill-konsumaturi u jippermettu li ċerti gruppi ta’ klijenti domestiċi, inkluż fiż-żoni rurali u mbiegħda jipparteċipaw fi proġetti u interventi tal-effiċjenza enerġetika. Il-komunitajiet tal-enerġija jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku billi jiffaċilitaw proġetti tal-effiċjenza enerġetika, b’inqas konsum tal-enerġija u b’tariffi aktar baxxi tal-provvista. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrevedu l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni bil-għan li jitneħħew l-ostakli u r-restrizzjonijiet bla bżonn. Jenħtieġ li l-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha jkunu mħarrġa kif xieraq dwar is-suġġett. Dawn l-isforzi se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 17

Premessa 97

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-finanzjament pubbliku disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi investit b’mod strateġiku f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-klijenti vulnerabbli, tal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u tal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu vantaġġ minn kull kontribuzzjoni finanzjarja li jirċievu mill-Fond Soċjali għall-Klima [ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima], u mid-dħul mill-kwoti mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. Dan id-dħul se jappoġġa lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jimplimentaw miżuri tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta’ politika skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli u l-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, li jistgħu jinkludu lill-persuni li jgħixu f’reġjuni rurali u mbiegħda.

Il-finanzjament pubbliku disponibbli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi investit b’mod strateġiku f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-klijenti vulnerabbli, tal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u tal-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri , f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jenħtieġ li jieħdu vantaġġ minn kull kontribuzzjoni finanzjarja li jirċievu mill-Fond Soċjali għall-Klima [ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima], u mid-dħul mill-kwoti mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. Dan id-dħul se jappoġġa lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jimplimentaw miżuri tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta’ politika skont l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli u l-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, li jistgħu jinkludu lill-persuni li jgħixu f’reġjuni rurali u mbiegħda.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 18

Premessa 98 (punt ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-bidliet fl-imġiba fil-konsum tal-enerġija fuq perjodu twil jistgħu jinkisbu permezz tal-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini. Il-komunitajiet tal-enerġija jistgħu jgħinu biex ikun hemm iffrankar tal-enerġija fuq perjodu twil, b’mod partikolari fost l-unitajiet domestiċi, u żieda fl-investimenti sostenibbli miċ-ċittadini u n-negozji ż-żgħar. L-Istati Membri jenħtieġ li jawtonomizzaw dawn l-azzjonijiet miċ-ċittadini permezz ta’ appoġġ għal proġetti u organizzazzjonijiet tal-enerġija tal-komunità.

Emenda 19

Premessa 108

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri u r- reġjuni jenħtieġ li jitħeġġu jużaw bis-sħiħ il-fondi Ewropej disponibbli fil-QFP u f’NextGenerationEU, inkluż il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fondi ta’ Politika ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji u l-assistenza teknika disponibbli permezz ta’ InvestEU, biex jixprunaw investimenti privati u pubbliċi f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika. L-investiment fl-effiċjenza enerġetika għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi, għall-innovazzjoni u biex jonqos il-faqar enerġetiku tal-unitajiet domestiċi u b’hekk jikkontribwixxi b’mod pożittiv għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għal irkupru ekoloġiku. L-oqsma potenzjali għal finanzjament jinkludu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fil-bini u fl-akkomodazzjoni pubbliċi, u  li jingħataw il-ħiliet ġodda biex ikunu promossi l-impjiegi fis-settur tal-effiċjenza enerġetika. Il-Kummissjoni se tiżgura sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-fondi b’ġestjoni konġunta u b’ġestjoni diretta (bħall-programmi b’ġestjoni ċentrali: Orizzont Ewropa jew LIFE), kif ukoll bejn għotjiet, self u assistenza teknika biex jiġi massimizzat l-effett ta’ ingranaġġ tagħhom fuq il-finanzjament privat u l-impatt tagħhom fuq il-kisba tal-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza enerġetika.

L-Istati Membri , ir- reġjuni , il-bliet u l-muniċipalitajiet jenħtieġ li jitħeġġu jużaw bis-sħiħ il-fondi Ewropej disponibbli fil-QFP u f’NextGenerationEU, inkluż il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fondi ta’ Politika ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji u l-assistenza teknika disponibbli permezz ta’ InvestEU, biex jixprunaw investimenti privati u pubbliċi f’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika , b’mod partikolari fil-livell lokali . Jenħtieġ li huma jiżguraw l-involviment attiv tal-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi Operazzjonali u jipprovdulhom appoġġ dirett għall-iżvilupp urban sostenibbli kif ukoll riżorsi suffiċjenti taħt l-objettiv ta’ politika għal ekonomija aktar ekoloġika u b’livell baxx ta’ karbonju fi tranżizzjoni għal ekonomija mingħajr emissjonijiet tal-karbonju. L-investiment fl-effiċjenza enerġetika għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi, għall-innovazzjoni u biex jonqos il-faqar enerġetiku tal-unitajiet domestiċi u b’hekk jikkontribwixxi b’mod pożittiv għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għal irkupru ekoloġiku. L-oqsma potenzjali għal finanzjament jinkludu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fil-bini u fl-akkomodazzjoni pubbliċi, u  t-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-professjonisti, b’mod partikolari f’impjiegi relatati mar-rinnovazzjoni tal-bini biex ikunu promossi l-impjiegi fis-settur tal-effiċjenza enerġetika. Għal dan il-għan, ser ikollhom jiżdiedu l-isforzi fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiġġestixxu l-Fondi Ewropej u b’hekk tissaħħaħ il-kapaċità ta’ assorbiment ġenerali tar-reġjuni u l-bliet tal-UE. Il-Kummissjoni se timmira biex il-bliet u r-reġjuni jkollhom aċċess faċli għall-programmi ġestiti ċentralment kif ukoll għal aktar fondi li jistgħu jirċievu direttament. Hija se tiżgura sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-fondi b’ġestjoni konġunta u b’ġestjoni diretta (bħall-programmi b’ġestjoni ċentrali: Orizzont Ewropa jew LIFE), kif ukoll bejn għotjiet, self u assistenza teknika biex jiġi massimizzat l-effett ta’ ingranaġġ tagħhom fuq il-finanzjament privat u l-impatt tagħhom fuq il-kisba tal-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza enerġetika.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 20

Premessa 109

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-użu ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament biex jilħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. Dawn il-faċilitajiet ta’ finanzjament jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji u multi meta ma jitwettqux ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27); ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika fil-fondi u l-programmi Ewropej u strumenti finanzjarji Ewropej iddedikati, bħall-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika.

L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-użu ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament biex jilħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. Dawn il-faċilitajiet ta’ finanzjament jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji u multi meta ma jitwettqux ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28); ir-riżorsi allokati għall-effiċjenza enerġetika fil-fondi u l-programmi Ewropej u strumenti finanzjarji Ewropej iddedikati, bħall-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri ser ikollhom jaħdmu fuq il-bini ta’ pjattaformi mmirati lejn l-aggregazzjoni ta’ proġetti żgħar u ta’ daqs medju bil-ħsieb li jinħolqu ġabriet ta’ proġetti adatti għal finijiet ta’ finanzjament.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 21

Premessa 113

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-programmi ta’ finanzjament, l-istrumenti finanzjarji u l-mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament disponibbli fl-Unjoni jenħtieġ li jintużaw għal twettiq fil-prattika tal-objettiv li jitjieb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-bini tal-korpi pubbliċi. F’dak ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi bħal dawn b’mod volontarju u filwaqt li jqisu r-regoli baġitarji nazzjonali.

Il-programmi ta’ finanzjament, l-istrumenti finanzjarji u l-mekkaniżmi innovattivi ta’ finanzjament disponibbli fl-Unjoni jenħtieġ li jintużaw għal twettiq fil-prattika tal-objettiv li jitjieb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-bini tal-korpi pubbliċi. F’dak ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi bħal dawn b’mod volontarju u filwaqt li jqisu r-regoli baġitarji nazzjonali.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri ser ikollhom jipprovdu informazzjoni u taħriġ adegwat lill-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali dwar tali programmi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jattiraw riżorsi finanzjarji. Il-pjattaforma tal-Patt tas-Sindki tista’ tkun waħda mill-għodod għal tali azzjoni, anke fil-qafas tal-pjan RePowerEU, flimkien ma’ għodod oħrajn stabbiliti skont ir-regolamenti eżistenti dwar it-tibdil fil-klima fil-livell reġjonali u lokali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 22

Premessa 119

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jenħtieġ li jingħataw rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tfassil, fl-eżekuzzjoni u fil-valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva, biex ikunu jistgħu jindirizzaw sew il-karatteristiċi speċifiċi tal-klima, tal-kultura u tas-soċjetà tagħhom.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jenħtieġ li jingħataw rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tfassil, fl-eżekuzzjoni u fil-valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva, biex ikunu jistgħu jindirizzaw sew il-karatteristiċi speċifiċi tal-klima, tal-kultura u tas-soċjetà tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex tappoġġa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan l-isforz.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 23

Artikolu 2 — paragrafu 49

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(49)

“faqar enerġetiku” tfisser in-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija li jirfdu standard tal-għajxien u tas-saħħa diċenti, inkluż tisħin, tkessiħ, tidwil adegwati u enerġija għall-apparati domestiċi, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, tal-politika soċjali eżistenti u ta’ politiki rilevanti oħra.

(49)

“faqar enerġetiku” tfisser in-nuqqas ta’ aċċess għal servizzi essenzjali tal-enerġija li jirfdu standard tal-għajxien , tax-xogħol u tas-saħħa diċenti, inkluż tisħin, tkessiħ, ilma sħun domestiku, tidwil , mobilità adegwati u enerġija għall-apparati domestiċi, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, tal-politika soċjali eżistenti u ta’ politiki rilevanti oħra.

 

(49a)

“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inklużi dawk b’introjtu medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, dawk li huma vulnerabbli li jispiċċaw fil-faqar enerġetiku, minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u rendiment ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi tagħhom u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

 

(49b)

“utenti tal-mobilità” tfisser unitajiet domestiċi jew negozji, inklużi l-mikrointrapriżi li jużaw diversi possibilitajiet ta’ trasport u ta’ mobilità;

 

(49c)

“utenti vulnerabbli tal-mobilità” tfisser utenti tat-trasport, inkluż dawk l-unitajiet domestiċi b’introjtu medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jixtru vetturi b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero jew biex jeqilbu għal modi ta’ trasport sostenibbli alternattivi, inkluż it-trasport pubbliku, b’mod partikolari f’żoni rurali u remoti;

 

(49d)

“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali tagħha jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbżux EUR 2 miljun, ikkalkulat skont l-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014;

 

(49d)(a)

“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 50 persuna u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx EUR 10 miljun;

 

(49e)

“intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli” tfisser intrapriżi mikro u żgħar li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 24

Artikolu 4.1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw tnaqqis fil-konsum tal-enerġija ta’ mill-inqas 9 % fl-2030 meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 biex il-konsum tal-enerġija finali tal-Unjoni jammonta għal mhux aktar minn 787 Mtoe u l-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni għall-2030 jammonta għal mhux aktar minn 1023 Mtoe fl-2030.

L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw tnaqqis fil-konsum tal-enerġija ta’ mill-inqas 9 % fl-2030 meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-2020 biex il-konsum tal-enerġija finali tal-Unjoni jammonta għal mhux aktar minn 787 Mtoe u l-konsum tal-enerġija primarja jew il - konsum kumulattiv tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 jammonta għal mhux aktar minn 1023 Mtoe fl-2030.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 25

Artikolu 4.2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kontributi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika għall-konsum tal-enerġija finali u primarja biex kollettivament l-Istati Membri jissodisfaw il-mira vinkolanti tal-Unjoni stabbilita fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-kontributi flimkien ma’ trajettorja indikattiva għal dawk il-kontributi lill-Kummissjoni bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fil-proċedura, u skontha, stabbilita fl-Artikolu 3 u fl-Artikoli 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola definita fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u jispjegaw kif, u abbażi ta’ liema data, ġew ikkalkulati l-kontributi.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kontributi indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika għall-konsum tal-enerġija finali u primarja biex kollettivament l-Istati Membri jissodisfaw il-mira vinkolanti tal-Unjoni stabbilita fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-kontributi flimkien ma’ trajettorja indikattiva b’objettivi intermedji għal dawk il-kontributi lill-Kummissjoni bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fil-proċedura, u skontha, stabbilita fl-Artikolu 3 u fl-Artikoli 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola definita fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u jispjegaw kif, u abbażi ta’ liema data, ġew ikkalkulati l-kontributi.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 26

Artikolu 4.2(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(…)

(…)

(iva)

is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 27

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Is-settur pubbliku fuq quddiem nett fl-effiċjenza enerġetika

Is-settur pubbliku fuq quddiem nett fl-effiċjenza enerġetika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsum totali finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha flimkien jitnaqqas b’ mill-inqas 1,7  % kull sena, meta mqabbel mas-sena X-2 (X hija is-sena meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ).

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsum totali finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha flimkien jitnaqqas b’mill-inqas 1,7  % kull sena, meta mqabbel mas-sena X-2 (X hija is-sena meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ).

Meta jikkalkulaw il-konsum finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru.

Meta jikkalkulaw il-konsum finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru.

2.   Fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jinkludu lista ta’ korpi pubbliċi li għandhom jikkontribwixxu biex jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ammont ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li jrid jinkiseb minn kull wieħed minnhom, u l-miżuri ppjanati biex jinkiseb dan. Bħala parti mir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni t-tnaqqis fil-konsum finali tal-enerġija miksub kull sena.

2.   Fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jinkludu lista ta’ korpi pubbliċi li għandhom jikkontribwixxu biex jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ammont ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li jrid jinkiseb minn kull wieħed minnhom, u l-miżuri ppjanati biex jinkiseb dan. Bħala parti mir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni t-tnaqqis fil-konsum finali tal-enerġija miksub kull sena.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistabbilixxu miżuri speċifiċi tal-effiċjenza enerġetika fil-pjanijiet tad-dekarbonizzazzjoni tagħhom wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku, inkluż il-gruppi partikolari li jinsabu fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew aktar suxxettibbli għall-effetti tiegħu, bħan-nisa, il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani, it-tfal, u l-persuni ta’ sfond razzjali jew etniku minoritarju.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistabbilixxu miżuri speċifiċi tal-effiċjenza enerġetika fil-pjanijiet tad-dekarbonizzazzjoni tagħhom wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku, inkluż il-gruppi partikolari li jinsabu fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew aktar suxxettibbli għall-effetti tiegħu, bħan-nisa, il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani, it-tfal, u l-persuni ta’ sfond razzjali jew etniku minoritarju.

4.   L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill- korpi pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, billi jipprovdu linji gwida, jippromwovu l-bini ta’ kompetenzi u opportunitajiet tat-taħriġ, u jħeġġu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi, inkluż fost l-aġenziji.

4.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali, lill-awtoritajiet reġjonali u lil korpi pubbliċi oħrajn fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, billi jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku u jippreżentaw pjanijiet li jindirizzaw in-nuqqas tal-forza tax-xogħol meħtieġa għall-istadji kollha tat-tranżizzjoni ekoloġika, inklużi persuni tas-sengħa kif ukoll esperti tat-teknoloġija ekoloġika b’livell għoli ta’ ħiliet, xjenzati applikati u innovaturi. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi biex iqisu l-benefiċċji usa’ lil hinn mill-iffrankar tal-enerġija, bħall-kwalità tal-arja u l-ambjent ta’ ġewwa u l-kwalità ambjentali kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, speċjalment għall-iskejjel, id-djar ta’ kura ta’ matul il-jum, l-akkomodazzjoni protetta, id-djar tal-kura u l-isptarijiet. L-Istati Membri għandhom jipprovdu linji gwida, jippromovu l-bini tal-kompetenzi u l-opportunitajiet ta’ taħriġ inkluż dwar ir-rinnovazzjoni tal-enerġija bl-użu ta’ Kuntratti għall-Prestazzjoni tal-Enerġija u sħubijiet pubbliċi-privati u jħeġġu l-kooperazzjoni fost il-korpi pubbliċi, inkluż fost l-aġenziji.

5.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-korpi pubbliċi biex jikkunsidraw l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-attivitajiet ta’ investiment u ta’ politika tal-korpi pubbliċi tagħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-korpi pubbliċi biex jikkunsidraw l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-attivitajiet ta’ investiment u ta’ politika tal-korpi pubbliċi tagħhom u għandhom jipprovdu gwida speċifika f’dan ir-rigward .

 

6.     L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lil korpi pubbliċi oħrajn biex jiksbu riżorsi finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva permezz ta’ linji ta’ finanzjament dedikati u permezz ta’ attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità fil-qasam tal-ġbir ta’ fondi.

Raġuni

Hemm nuqqas ta’ valutazzjonijiet tal-potenzjal u l-impatt tal-livell ta’ 1,7 %. Il-livell ta’ 1,7 % jista’ jkun aċċettabbli bħala punt tat-tluq, iżda jeħtieġ li jqis il-kuntest tal-Istati Membri u l-valutazzjoni tal-impatt.

Emenda 28

Artikolu 5 ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Sħubijiet għat-tranżizzjoni tal-enerġija

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sħubijiet Ewropej ta’ tranżizzjoni tal-enerġija speċifiċi għas-settur billi tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin f’setturi bħall-ICT, it-trasport, is-setturi finanzjarji u tal-bini b’mod inklużiv u rappreżentattiv. Il-Kummissjoni għandha taħtar president għal kull sħubija Ewropea ta’ tranżizzjoni tal-enerġija speċifika għas-settur, li għandha tiġi stabbilita fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

2.     Is-sħubijiet għandhom jiffaċilitaw id-djalogi dwar il-klima u jħeġġu lis-setturi jfasslu “pjanijiet direzzjonali għat-tranżizzjoni tal-enerġija” sabiex jiġu mmappjati l-miżuri disponibbli u l-għażliet teknoloġiċi biex jinkiseb iffrankar fl-effiċjenza enerġetika, issir tħejjija għall-enerġija rinnovabbli u jiġu dekarbonizzati s-setturi. Pjanijiet direzzjonali bħal dawn jistgħu jagħtu kontribut siewi biex jgħinu lis-setturi fl-ippjanar tal-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva u l-Pjan dwar il-Mira Klimatika tal-UE, kif ukoll jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-atturi biex jissaħħaħ is-suq intern tal-Unjoni Ewropea.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 29

Artikolu 5 ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Punti uniċi ta’ servizz għall-effiċjenza enerġetika

1.     L-Istati Membri għandhom jinvolvu ruħhom mal-awtoritajiet rilevanti u mal-partijiet ikkonċernati privati fl-iżvilupp ta’ punti uniċi ta’ servizz ddedikati fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali. Dawn il-punti uniċi ta’ servizz għandhom ikunu transsettorjali u interdixxiplinari u jwasslu għal proġetti żviluppati lokalment billi:

i.

jagħtu pariri u informazzjoni semplifikata dwar possibbiltajiet u soluzzjonijiet tekniċi u finanzjarji għall-intrapriżi mikro u żgħar, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi pubbliċi u unitajiet domestiċi oħrajn;

ii.

joħolqu konnessjoni bejn proġetti potenzjali mal-atturi tas-suq, b’mod partikolari proġetti fuq skala iżgħar;

iii.

jagħtu spinta lill-konsumaturi attivi billi jagħtu pariri dwar l-imġiba tal-konsum tal-enerġija;

iv.

jipprovdu informazzjoni dwar programmi ta’ taħriġ u edukazzjoni biex jiġu żgurati aktar professjonisti tal-effiċjenza enerġetika, kif ukoll taħriġ mill-ġdid jew titjib tal-ħiliet tal-professjonisti sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq;

v.

jippromovu eżempji tal-aħjar prattika minn tipoloġiji differenti ta’ bini, akkomodazzjoni u intrapriżi;

vi.

jiġbru u jissottomettu data aggregata dwar it-tipoloġija mill-proġetti tal-effiċjenza enerġetika lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi kondiviża mill-Kummissjoni f’rapport kull sentejn sabiex l-esperjenzi jiġu kondiviżi u tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri;

 

2.     Dawn il-punti uniċi ta’ servizz għandhom joħolqu sħubijiet b’saħħithom u affidabbli ma’ atturi privati lokali u reġjonali bħall-SMEs, il-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija, l-installaturi, id-ditti ta’ konsulenza, l-iżviluppaturi tal-proġetti, l-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jipprovdu servizzi bħal awditi tal-enerġija, soluzzjonijiet finanzjarji u l-eżekuzzjoni ta’ rinnovazzjonijiet tal-enerġija;

 

3.     L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippromovu dawn il-punti uniċi ta’ servizz;

 

4.     Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida għall-iżvilupp ta’ dawn il-punti uniċi ta’ servizz bil-għan li jinħoloq approċċ armonizzat fl-Ewropa kollha.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 30

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kull Stat Membru għandu jiżgura li kull sena tiġi rinnovata mill-anqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi biex din mill-anqas tiġi ttrasformata f’bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEBs) f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE.

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kull Stat Membru għandu jiżgura li kull sena tiġi rinnovata mill-anqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi biex din mill-anqas tiġi ttrasformata f’bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEBs) f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE bil-għan li jintlaħaq il-potenzjal totali tal-iffrankar tal-enerġija sal-punt li jkun kosteffiċjenti, u fattibbli mil-lat teknoloġiku u ekonomiku. L-Istati Membri għandhom jeżentaw l-akkomodazzjoni soċjali mill-obbligu li jirrinnovaw 3 % tal-erja totali tal-art jekk ir-rinnovazzjonijiet ma jkunux newtrali fir-rigward tal-ispejjeż u jwasslu għal żidiet sinifikanti fil-kera għall-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, li jkunu ogħla mill-iffrankar ekonomiku fuq il-kont tal-enerġija.

Meta l-korpi pubbliċi jokkupaw binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, dawn għandhom jeżerċitaw id-drittijiet kuntrattwali tagħhom sa fejn ikun possibbli u jħeġġu lil sid il-binja biex jirrinovaha f’Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEB) f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE. Meta l-korpi pubbliċi jikkonkludu kuntratt ġdid għall-okkupanza ta’ binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, dawn għandhom jimmiraw li dik il-binja tikseb fl-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika fuq iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Meta l-korpi pubbliċi jokkupaw binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, dawn għandhom iħeġġu lil sid il-binja biex jagħmel rinnovazzjoni estensiva jew estensiva u fi stadji tal-bini f’Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEB) f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE bil-għan li jiġi ssodisfat il-potenzjal totali tal-iffrankar tal-enerġija sal-punt li jkun kosteffiċjenti u fattibbli mil-lat tekniku . Meta l-korpi pubbliċi jikkonkludu kuntratt ġdid għall-okkupanza ta’ binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, dawn għandhom jimmiraw li dik il-binja tikseb fl-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika fuq iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija , jew livelli oħra ta’ rendiment rilevanti għall-Istat Membru .

Ir-rata ta’ mill-anqas 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat u li, fl-1 ta’ Jannar 2024, ma tkunx Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEB).

Ir-rata medja ta’ mill-anqas 3 % kkalkulata fuq perjodu ta’ kull ħames snin għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat u li, fl-1 ta’ Jannar 2024, ma tkunx Bini b’Użu ta’ Enerġija Qrib Żero (NZEB).

2.   F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali tal-bini il-binjiet ġodda li jkunu l-proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku ta’ korpi pubbliċi li jkun twaqqa’ f’waħda mis-sentejn preċedenti. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss meta jkunu aktar kosteffettivi u sostenibbli f’termini ta’ enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja miksubin meta mqabbla mar-rinnovazzjonijiet ta’ dan il-bini. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri biex jiġu identifikati dawn il-każijiet eċċezzjonali għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

2.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw rekwiżiti inqas stretti għall-kategoriji ta’ bini li ġejjin:

 

(a)

bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija tibdel b’mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b)

bini użat bħala post ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi.

Fiż-żewġ każijiet, l-awtoritajiet responsabbli għandhom juru l-inkompatibilità tar-rekwiżiti NZEB mal-bini indikat għall-eżenzjoni.

3 .   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju ta’ bini tal-korpi pubbliċi msaħħan u mkessaħ b’erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 250 m2. Dan l-inventarju għandu jiġi aġġornat mill-anqas darba fis-sena. L-inventarju għandu jkun fih mill-anqas id-data li ġejja:

(a)

l-erja tal-art f’m2;

(b)

iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ kull binja maħruġin skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/31/UE.

3.    F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali tal-bini il-binjiet ġodda li jkunu l-proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku ta’ korpi pubbliċi li jkun twaqqa’ f’waħda mis-sentejn preċedenti. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss meta jkunu aktar kosteffettivi u sostenibbli f’termini ta’ enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja miksubin meta mqabbla mar-rinnovazzjonijiet ta’ dan il-bini. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri biex jiġu identifikati dawn il-każijiet eċċezzjonali għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

4 .   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju ta’ bini tal-korpi pubbliċi msaħħan u mkessaħ b’erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 250 m2 , mhux aktar tard minn XX/XX/XXXX . Dan l-inventarju għandu jiġi aġġornat mill-anqas darba fis-sena. L-inventarju għandu jkun fih mill-anqas id-data li ġejja:

(a)

l-erja tal-art f’m2;

(b)

iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ kull binja maħruġin skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 31

Artikolu 6 ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

1a.     Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini proprjetà ta’ korpi pubbliċi f’sena partikolari, dan ikun jista’ jwettaq inqas fis-snin ta’ wara biex jilħaq il-medja annwali kkalkulata fuq perjodu ta’ kull ħames snin. Jekk Stat Membru jirrinova inqas minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini proprjetà ta’ korpi pubbliċi f’sena partikolari, dan għandu jwettaq aktar biex jilħaq il-medja annwali kkalkulata fuq perjodu ta’ kull ħames snin.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 32

Artikolu 6 ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

3a.     Meta jippjanaw miżuri ta’ implimentazzjoni skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku u jippreżentaw pjanijiet li jindirizzaw in-nuqqas ta’ forza tax-xogħol u professjonisti kwalifikati meħtieġa għall-istadji kollha tat-tranżizzjoni ekoloġika, inklużi persuni tas-sengħa kif ukoll esperti tat-teknoloġija ekoloġika b’livell għoli ta’ ħiliet, xjenzati applikati u innovaturi. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi pubbliċi oħrajn biex iqisu l-benefiċċji usa’ lil hinn mill-iffrankar tal-enerġija, bħall-klima ta’ ġewwa tajba għas-saħħa b’arja ta’ ġewwa u kwalità ambjentali mtejba, kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, speċjalment għall-iskejjel, id-djar ta’ kura ta’ matul il-jum, l-akkomodazzjoni protetta, id-djar tal-kura u l-isptarijiet.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 33

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, meta jikkonkludu kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23/UE, fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE, jixtru biss prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet b’rendiment għoli tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti , b’rispett għall-prinċipju tal-awtonomija lokali minqux fl-Artikolu 4 tat-TUE , meta jikkonkludu kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23/UE, fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE, jixtru prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet b’rendiment għoli tal-effiċjenza enerġetika, dment li dak ikun konsistenti mal-kosteffettività, il-fattibilità ekonomika, is-sostenibilità aktar wiesgħa, l-adattabbiltà teknika kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, kif imsemmi fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu, meta xieraq, aspetti usa’ ta’ sostenibbiltà, soċjali, ambjentali u tal-ekonomija ċirkolari fil-prattiki tal-akkwist biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tad-dekarbonizzazzjoni u ta’ tniġġis żero. Meta xieraq u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu, meta xieraq, aspetti usa’ ta’ sostenibbiltà, soċjali, ambjentali u tal-ekonomija ċirkolari fil-prattiki tal-akkwist biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tad-dekarbonizzazzjoni u ta’ tniġġis żero. Meta xieraq u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku u ċirkolari tal-Unjoni.

Biex tkun żgurata t-trasparenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċess tal-akkwist, l-Istati Membri għandhom jagħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika ta’ kuntratti b’valur daqs jew aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeħtieġu li l-offerenti jiżvelaw informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin dinji tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid u jistgħu jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għall-kuntratti, b’mod partikolari għal bini ġdid b’erja tal-art akbar minn 2 000  metru kwadru.

Biex tkun żgurata t-trasparenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċess tal-akkwist, l-Istati Membri għandhom jagħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika ta’ kuntratti b’valur daqs jew aktar mil-limiti msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeħtieġu li l-offerenti jiżvelaw informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin dinji tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid u jistgħu jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għall-kuntratti, b’mod partikolari għal bini ġdid b’erja tal-art akbar minn 2 000  metru kwadru.

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, billi jipprovdu regoli u linji gwida ċari, inkluż metodoloġiji, dwar il-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-impatti u l-kostijiet ambjentali, jistabbilixxu ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi, iħeġġu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri, u jużaw l-akkwist aggregat u l-akkwist diġitali meta possibbli.

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, billi jipprovdu regoli u linji gwida ċari, inkluż metodoloġiji, dwar il-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u l-impatti u l-kostijiet ambjentali, jistabbilixxu ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi, iħeġġu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kontraenti, inkluż bejn il-fruntieri, u jużaw l-akkwist aggregat u l-akkwist diġitali meta possibbli.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 34

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(3)   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, miżuri ta’ politika alternattivi, jew kombinament tat-tnejn, jew programmi jew miżuri ffinanzjati minn Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika, bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ politika implimentati skont dan l-Artikolu ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq dawk il-persuni. Meta applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-finanzjament, inkluż il-finanzjament pubbliku, il-faċilitajiet ta’ finanzjament stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u d-dħul mill-kwoti skont l-Artikolu 22(3)(b) biex jitneħħew l-effetti negattivi u tkun żgurata tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva.

(3)   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw skemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika, miżuri ta’ politika alternattivi, jew kombinament tat-tnejn, jew programmi jew miżuri ffinanzjati minn Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika, bħala prijorità fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, kif ukoll l-intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli u l-utenti tal-mobilità vulnerabbli . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ politika implimentati skont dan l-Artikolu ma jkollhom l-ebda effett negattiv fuq dawk il-persuni. Meta applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-finanzjament, inkluż il-finanzjament pubbliku, il-faċilitajiet ta’ finanzjament stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u d-dħul mill-kwoti skont l-Artikolu 22(3)(b) biex jitneħħew l-effetti negattivi u tkun żgurata tranżizzjoni tal-enerġija ġusta u inklużiva.

Fit-tfassil ta’ dawn il-miżuri ta’ politika, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw u jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini fil-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ politika.

Fit-tfassil ta’ dawn il-miżuri ta’ politika, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw u jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini fil-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ politika.

L-Istati Membri għandhom jiksbu sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dan is-sehem għandu tal-anqas ikun daqs il-proporzjon tal-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom stabbilit skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament 2018/1999 dwar il-Governanza. Jekk Stat Membru ma jkunx innotifika s-sehem ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tiegħu, is-sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, għandu tal-anqas ikun daqs is-sehem medju aritmetiku tal-indikaturi li ġejjin għas-sena 2019 jew, jekk mhux disponibbli għall-2019, għall-estrapolazzjoni lineari tal-valuri tagħhom għall-aħħar tliet snin disponibbli:

L-Istati Membri għandhom jiksbu sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali , kif ukoll l-intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli u l-utenti tal-mobilità vulnerabbli . Dan is-sehem għandu tal-anqas ikun daqs il-proporzjon tal-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom stabbilit skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament 2018/1999 dwar il-Governanza. Jekk Stat Membru ma jkunx innotifika s-sehem ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku kif ivvalutat fil-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tiegħu, is-sehem tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, għandu tal-anqas ikun daqs is-sehem medju aritmetiku tal-indikaturi li ġejjin għas-sena 2019 jew, jekk mhux disponibbli għall-2019, għall-estrapolazzjoni lineari tal-valuri tagħhom għall-aħħar tliet snin disponibbli:

(a)

Inabbiltà li d-dar tinżamm sħuna kif xieraq (Eurostat, SILC [ilc_mdes01]);

(b)

Arretrati fuq il-kontijiet tal-utilità (Eurostat, SILC, [ilc_mdes07]); kif ukoll

(c)

Struttura tan-nefqa tal-konsum skont il-kwintili tal-introjtu u l-iskop tal-konsum COICOP (Eurostat, HBS, [hbs_str_t223], data dwar [CP045] Elettriku, gass u fjuwils oħra).

(a)

Inabbiltà li d-dar tinżamm sħuna kif xieraq (Eurostat, SILC [ilc_mdes01]);

(b)

Arretrati fuq il-kontijiet tal-utilità (Eurostat, SILC, [ilc_mdes07]); kif ukoll

(c)

Struttura tan-nefqa tal-konsum skont il-kwintili tal-introjtu u l-iskop tal-konsum COICOP (Eurostat, HBS, [hbs_str_t223], data dwar [CP045] Elettriku, gass u fjuwils oħra).

 

Il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ gwida għall-identifikazzjoni ta’ negozji vulnerabbli, speċjalment l-intrapriżi mikro u żgħar, u utenti vulnerabbli tal-mobilità billi tipproponi kriterji ċari. L-Istati Membri se jinkludu analiżi tal-faqar enerġetiku fost in-negozji, speċjalment l-intrapriżi mikro u żgħar, u l-utenti tal-mobilità vulnerabbli fir-reviżjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom.

Raġuni

Konsistenza mal-proposta dwar il-Fond Soċjali għall-Klima.

Emenda 35

Artikolu 8.14

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom u tar-rapporti ta’ progress rispettivi tagħhom, u tal-pjanijiet nazzjonali integrati sussegwenti għall-enerġija u l-klima tagħhom, innotifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 l-Istati Membri, inkluż meta xieraq b’evidenza u b’kalkoli, għandhom juru:

Bħala parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima tagħhom u tar-rapporti ta’ progress rispettivi tagħhom, u tal-pjanijiet nazzjonali integrati sussegwenti għall-enerġija u l-klima tagħhom, innotifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 l-Istati Membri, inkluż meta xieraq b’evidenza u b’kalkoli, għandhom juru:

(a)

li meta kien hemm duplikazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta’ politika jew ta’ azzjonijiet individwali, dan l-iffrankar tal-enerġija ma ngħaddx darbtejn;

(a)

li meta kien hemm duplikazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta’ politika jew ta’ azzjonijiet individwali, dan l-iffrankar tal-enerġija ma ngħaddx darbtejn;

(b)

kif l-iffrankar tal-enerġija miksub skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jikkontribwixxi għall-kisba tal-kontribut nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 4;

(b)

kif l-iffrankar tal-enerġija miksub skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jikkontribwixxi għall-kisba tal-kontribut nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 4;

(c)

li l-miżuri ta’ politika huma stabbiliti biex jissodisfaw l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom, imfassla skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, u li dawk il-miżuri ta’ politika huma eliġibbli u xierqa biex jiżguraw il-kisba tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali sa tmien kull perjodu ta’ obbligu.

(c)

li l-miżuri ta’ politika huma stabbiliti biex jissodisfaw l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija tagħhom, imfassla skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, u li dawk il-miżuri ta’ politika huma eliġibbli u xierqa biex jiżguraw il-kisba tal-ammont meħtieġ ta’ ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali sa tmien kull perjodu ta’ obbligu.

 

F’dawn il-kalkoli l-Istati Membri għandhom jinkludu l-iffrankar miksub fil-livell reġjonali u lokali li ma jikkoinċidix mal-miżuri nazzjonali, bħala kontributi stabbiliti fil-livell lokali għall-mira nazzjonali.

Raġuni

Peress li d-Direttiva tinkludi miri u obbligi għal azzjonijiet li neċessarjament jittieħdu fil-livell sottonazzjonali, dawn l-azzjonijiet għandhom jitqiesu kif xieraq u għandu jiġi rifless il-livell li fih jittieħdu, bil-għan li jiġu rfinati l-politiki wara ċiklu ta’ reviżjoni inizjali.

Emenda 36

Artikolu 9.5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(5)   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jaħdmu mal-awtoritajiet lokali jew mal-muniċipalitajiet biex jippromwovu miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi partikolari fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew suxxettibbli aktar għall-effetti tiegħu. Biex jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet obbligati jwettqu azzjonijiet bħal rinnovazzjoni tal-bini, inkluż l-akkomodazzjoni soċjali, sostituzzjoni tal-apparat domestiku, appoġġ finanzjarju u inċentivi għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika f’konformità mal-iskemi nazzjonali ta’ finanzjament u appoġġ, jew awditjar tal-enerġija.

(5)   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jaħdmu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jippromwovu miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika fost il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi partikolari fir-riskju tal-faqar enerġetiku jew suxxettibbli aktar għall-effetti tiegħu. Biex jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet obbligati jwettqu azzjonijiet bħal rinnovazzjoni tal-bini, inkluż l-akkomodazzjoni soċjali, sostituzzjoni tal-apparat domestiku, appoġġ finanzjarju u inċentivi għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika f’konformità mal-iskemi nazzjonali ta’ finanzjament u appoġġ, jew awditjar tal-enerġija.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 37

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

11.     L-Istati Membri għandhom jippromwovu b’mod attiv l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Għal dan il-għan, huma għandhom jippromwovu azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċità u inċentivi għal awtoritajiet iżgħar.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 38

Artikolu 21.1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali u l-oqfsa finanzjarji u legali tkun trasparenti u disseminata b’mod wiesa’ fost l-atturi rilevanti kollha tas-suq, bħall-klijenti finali, l-utenti finali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aġenziji tal-enerġija, il-fornituri tas-servizzi soċjali, il-bennejja, il-periti, l-inġiniera, l-awdituri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE.

1.   L-Istati Membri , f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali fejn possibbli, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, l-azzjonijiet individwali u l-oqfsa finanzjarji u legali tkun trasparenti u disseminata b’mod wiesa’ fost l-atturi rilevanti kollha tas-suq, bħall-klijenti finali, l-utenti finali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aġenziji tal-enerġija, il-fornituri tas-servizzi soċjali, il-bennejja, il-periti, l-inġiniera, l-awdituri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 39

Artikolu 21.5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

5.   Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-liġijiet tagħhom dwar il-proprjetà u dwar il-kiri, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika, rigward il-qsim tal-inċentivi bejn is-sidien u l-inkwilini jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, biex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza minħabba l-fatt li individwalment ma jiksbux benefiċċji sħaħ jew minħabba nuqqas ta’ regoli għall-qsim tal-kostijiet u l-benefiċċji bejniethom. Miżuri li jneħħu dawn l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta’ inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta’ dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, jew l-adozzjoni ta’ linji gwida u ta’ komunikazzjonijiet interpretattivi, jew is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi, inkluż regoli u miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi proprjetajiet b’diversi sidien. Il- miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta’ edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza enerġetika lill-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-liġijiet tagħhom dwar il-proprjetà u dwar il-kiri, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika, rigward il-qsim tal-inċentivi bejn is-sidien u l-inkwilini jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, biex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu investimenti li jtejbu l-effiċjenza minħabba l-fatt li individwalment ma jiksbux benefiċċji sħaħ jew minħabba nuqqas ta’ regoli għall-qsim tal-kostijiet u l-benefiċċji bejniethom. Miżuri li jneħħu dawn l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta’ inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta’ dispożizzjonijiet legali jew regolatorji , pereżempju l-introduzzjoni ta’ permessi rapidi, jew l-adozzjoni ta’ linji gwida u ta’ komunikazzjonijiet interpretattivi, jew is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi, inkluż regoli u miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi proprjetajiet b’diversi sidien. Dawn il -miżuri għandhom jitfasslu f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta’ edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza enerġetika lill-atturi tas-suq bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jappoġġaw djalogu multilaterali bil-parteċipazzjoni tas-sħab pubbliċi u soċjali rilevanti bħall-organizzazzjonijiet tas-sidien u l-inkwilini, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-aġenziji, bil-għan li jiġu stabbiliti proposti dwar miżuri, inċentivi u linji gwida aċċettati b’mod konġunt li huma rilevanti għall-qsim tal-inċentivi bejn is-sidien u l-inkwilini, jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jappoġġaw djalogu multilaterali bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti, tas-sħab pubbliċi u soċjali rilevanti bħall-organizzazzjonijiet tas-sidien u l-inkwilini, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-aġenziji, bil-għan li jiġu stabbiliti proposti dwar miżuri, inċentivi u linji gwida aċċettati b’mod konġunt li huma rilevanti għall-qsim tal-inċentivi bejn is-sidien u l-inkwilini, jew fost is-sidien ta’ binja jew ta’ unità tal-bini.

Kull Stat Membru għandu jirrapporta dawn l-ostakli u l-miżuri meħuda fl-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999.

Kull Stat Membru għandu jirrapporta dawn l-ostakli u l-miżuri meħuda fl-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 40

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

Fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli skont l-Artikoli 28(1) u 29 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom iqisu lill-utenti finali.

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, lill-utenti tal-mobilità vulnerabbli, l-intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, lill-klijenti vulnerabbli u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali , filwaqt li jittieħed kont speċifiku tar-reġjuni li huma iżolati mil-lat tal-enerġija u li ma għandhom l-ebda possibbiltà li jaqbdu man-network Ewropew .

Fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ klijenti vulnerabbli skont l-Artikoli 28(1) u 29 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom iqisu lill-utenti finali.

Il-Kummissjoni Ewropea ser toħroġ gwida għad-definizzjoni ta’ utenti tal-mobilità vulnerabbli u intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli, f’konformità mad-definizzjonijiet inklużi fir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 41

Artikolu 23.2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata l-opportunità jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva, u fil-politiki u l-miżuri.

2.   L-Istati Membri għandhom ifasslu pjani għat-tisħin u t-tkessiħ f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti; flimkien, huma għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata l-opportunità jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva, u fil-politiki u l-miżuri.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 42

Artikolu 23.3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-kostbenefiċċji li tkopri t-territorju tagħhom u abbażi tal-kundizzjonijiet klimatiċi, il-fattibbiltà ekonomika jew l-adegwatezza teknika skont il-Parti 1 tal-Anness IX. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji għandha tkun kapaċi tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-aktar soluzzjonijiet effiċjenti fir-riżorsi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji tista’ tkun parti minn valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri , meta applikabbli f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità lokali u reġjonali rilevanti, għandhom iwettqu analiżi tal-kostbenefiċċji li tkopri t-territorju tagħhom u abbażi tal-kundizzjonijiet klimatiċi, il-fattibbiltà ekonomika jew l-adegwatezza teknika skont il-Parti 1 tal-Anness IX. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji għandha tkun kapaċi tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-aktar soluzzjonijiet effiċjenti fir-riżorsi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ. Dik l-analiżi tal-kostbenefiċċji tista’ tkun parti minn valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Raġuni

Xi sistemi ta’ tisħin u tkessiħ, bħan-networks tat-tisħin distrettwali huma konnessi b’mod profond mat-territorju li qed ifornu. Kwalunkwe analiżi ta’ dawn in-networks għandha ssir f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 43

Artikolu 23(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.   Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 jidentifikaw potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u/jew għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti li l-benefiċċji tagħhom jisbqu l-kostijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex tiġi żviluppata infrastruttura għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u/jew biex jiġu akkomodati l-iżvilupp ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u l-użu tat-tisħin u tat-tkessiħ mis-sħana mormija u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija f’konformità mal-paragrafu 1 u l-Artikolu 24(4) u (6).

4.   Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 jidentifikaw potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u/jew għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti li l-benefiċċji tagħhom jisbqu l-kostijiet, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom kompetenzi fil-qasam inkwistjoni, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex tiġi żviluppata infrastruttura għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u/jew biex jiġu akkomodati l-iżvilupp ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u l-użu tat-tisħin u tat-tkessiħ mis-sħana mormija (inkluż mill-iskart muniċipali) u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija f’konformità mal-paragrafu 1 u l-Artikolu 24(4) u (6).

Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ma jidentifikawx potenzjal li l-benefiċċji tiegħu jisbqu l-kostijiet, inkluż il-kostijiet amministrattivi għat-twettiq tal-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fl-Artikolu 24(4), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jeżenta installazzjonijiet mir-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu.

Meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 ma jidentifikawx potenzjal li l-benefiċċji tiegħu jisbqu l-kostijiet, inkluż il-kostijiet amministrattivi għat-twettiq tal-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fl-Artikolu 24(4), l-Istat Membru flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati, jista’ jeżenta installazzjonijiet mir-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu.

5.   L-Istati Membri għandhom jadottaw politiki u miżuri, li jiżguraw li jinħataf il-potenzjal identifikat fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1. Dawn il-politiki u l-miżuri għandhom jinkludu mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness IX. Kull Stat Membru għandu jinnotifika dawn il-politiki u l-miżuri bħala parti mill-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima, tal-pjan nazzjonali integrat sussegwenti tiegħu għall-enerġija u l-klima, u tar-rapporti ta’ progress rispettivi notifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.

5.   L-Istati Membri għandhom jadottaw politiki u miżuri, li jiżguraw li jinħataf il-potenzjal identifikat fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1. Dawn il-politiki u l-miżuri għandhom jinkludu mill-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness IX. Kull Stat Membru għandu jinnotifika dawn il-politiki u l-miżuri bħala parti mill-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima, tal-pjan nazzjonali integrat sussegwenti tiegħu għall-enerġija u l-klima, u tar-rapporti ta’ progress rispettivi notifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.

6.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iħejju pjanijiet lokali tat-tisħin u t-tkessiħ tal-anqas fil-muniċipalitajiet li għandhom popolazzjoni totali ta’ aktar minn 50 000 . Dawk il-pjanijiet jenħtieġ mill-inqas:

6.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iħejju pjanijiet lokali tat-tisħin u t-tkessiħ tal-anqas fil-muniċipalitajiet li għandhom popolazzjoni totali ta’ aktar minn 50 000 . Dawk il-pjanijiet jenħtieġ mill-inqas:

(a)

ikunu bbażati fuq l-informazzjoni u d-data pprovduti fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1, jipprovdu stima u mmappjar tal-potenzjal għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, inkluż bl-irkupru tas-sħana mormija, u l-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ f’dik iż-żona partikolari;

(a)

ikunu bbażati fuq l-informazzjoni u d-data pprovduti fil-valutazzjonijiet komprensivi mwettqa skont il-paragrafu 1, jipprovdu stima u mmappjar tal-potenzjal għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, inkluż bl-irkupru tas-sħana mormija, u l-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ f’dik iż-żona partikolari;

(b)

jinkludu strateġija għall-użu tal-potenzjal identifikat skont il-paragrafu 6(a);

(b)

jinkludu strateġija għall-użu tal-potenzjal identifikat skont il-paragrafu 6(a);

(c)

jitħejjew bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati reġjonali jew lokali rilevanti kollha u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali;

(c)

jitħejjew bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati reġjonali jew lokali rilevanti kollha u jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali;

(d)

jikkunsidraw il-ħtiġijiet komuni tal-komunitajiet lokali u ta’ diversi unitajiet amministrattivi lokali jew reġjonali, jew ta’ diversi reġjuni;

(d)

jikkunsidraw il-ħtiġijiet komuni tal-komunitajiet lokali u ta’ diversi unitajiet amministrattivi lokali jew reġjonali, jew ta’ diversi reġjuni;

(e)

jinkludu l-monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri identifikati.

(e)

jinkludu l-monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri identifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata l-opportunità jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva, u fil-politiki u l-miżuri.

L-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata l-opportunità jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet tat-tisħin u t-tkessiħ, fil-valutazzjoni komprensiva, u fil-politiki u l-miżuri.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw politiki u miżuri ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli fil-livell reġjonali u lokali bl-użu tal-potenzjal identifikat. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bl-aktar mod possibbli u b’kull mezz lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż b’appoġġ finanzjarju u bi skemi ta’ appoġġ tekniku.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw politiki u miżuri ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli fil-livell reġjonali u lokali bl-użu tal-potenzjal identifikat. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bl-aktar mod possibbli u b’kull mezz lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż b’appoġġ finanzjarju u bi skemi ta’ appoġġ tekniku.

Emenda 44

Artikolu 23.6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw politiki u miżuri ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli fil-livell reġjonali u lokali bl-użu tal-potenzjal identifikat. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bl-aktar mod possibbli u b’kull mezz lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż b’appoġġ finanzjarju u bi skemi ta’ appoġġ tekniku.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw politiki u miżuri ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija u bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli fil-livell reġjonali u lokali bl-użu tal-potenzjal identifikat. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bl-aktar mod possibbli u b’kull mezz lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, inkluż b’appoġġ finanzjarju u bi skemi ta’ appoġġ tekniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjani għat-tisħin u t-tkessiħ ikunu allinjati ma’ rekwiżiti lokali oħrajn tal-ippjanar klimatiku, enerġetiku u ambjentali, f’termini ta’ kontenut u dati, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u tiġi mħeġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 45

Artikolu 23.6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

6a.     Il-pjani lokali għat-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jitwettqu b’mod konġunt minn grupp ta’ diversi awtoritajiet lokali ġirien jekk il-kuntest ġeografiku u amministrattiv, kif ukoll l-infrastruttura tat-tisħin u t-tkessiħ ikunu adegwati.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 46

Artikolu 23.6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(d)(i)

jivvalutaw ir-rwol importanti tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u inizjattivi oħrajn immexxijin mill-konsumatur li jistgħu jikkontribwixxu b’mod attiv għall-implimentazzjoni ta’ proġetti lokali ta’ tisħin u tkessiħ;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 47

Artikolu 23.6

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(d)(ii)

jivvalutaw kif għandha tiġi ffinanzjata l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri identifikati u jipprevedu mekkaniżmi finanzjarji, inkluż finanzjament dirett mill-UE, biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-konsumaturi individwali jkunu jistgħu jaqilbu għal tisħin u tkessiħ rinnovabbli;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 48

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Biex jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika primarja u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ, sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti hija sistema li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

1.   Biex jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika primarja u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ, sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti hija sistema li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

a.

sal-31 ta’ Diċembru  2025 , sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 75 % ta’ sħana koġenerata jew 50 % ta’ kombinament ta’ dawn it-tipi ta’ enerġija u sħana;

a.

sal-31 ta’ Diċembru  2029 , sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 75 % ta’ sħana koġenerata jew 50 % ta’ kombinament ta’ dawn it-tipi ta’ enerġija u sħana;

b.

mill-1 ta’ Jannar  2026 , sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 80 % ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jew mill-anqas kombinament ta’ din l-enerġija termali li tidħol fin-network fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 5 % u s-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija jew ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jkun mill-inqas 50 %;

b.

mill-1 ta’ Jannar  2030 , sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli, 50 % ta’ sħana mormija, 80 % ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jew mill-anqas kombinament ta’ din l-enerġija termali li tidħol fin-network fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 5 % u s-sehem totali ta’ enerġija rinnovabbli, ta’ sħana mormija jew ta’ sħana koġenerata ta’ effiċjenza għolja jkun mill-inqas 50 %;

c.

mill-1 ta’ Jannar 2035, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, meta s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 20 %;

c.

mill-1 ta’ Jannar 2035, sistema li tuża mill-inqas 50 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sħana mormija, meta s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 20 %;

d.

mill-1 ta’ Jannar 2045, sistema li tuża mill-inqas 75 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ -sħana mormija, fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 40 %;

d.

mill-1 ta’ Jannar 2045, sistema li tuża mill-inqas 75 % ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ -sħana mormija, fejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 40 %;

e.

mill-1 ta’ Jannar 2050, sistema li tuża enerġija rinnovabbli u sħana mormija biss, meta s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 60 %.

e.

mill-1 ta’ Jannar 2050, sistema li tuża enerġija rinnovabbli u sħana mormija biss, meta s-sehem tal-enerġija rinnovabbli jkun mill-inqas 60 %.

Raġuni

Il-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ koġenerazzjoni bħala aktar effiċjenti fl-enerġija għandha tingħata prijorità fil-miżuri ta’ titjib għat-tisħin distrettwali. Bidla rapida bħal din fid-definizzjoni ta’ sistema effiċjenti ta’ tisħin distrettwali tkun tfisser li proporzjon kbir tal-unitajiet u n-networks li bħalissa qed jiġu mmodernizzati ma jissodisfawx il-kriterji fiż-żmien li jippermetti d-deprezzament tas-soluzzjonijiet u ma jkunx possibbli li jinkiseb finanzjament għal aktar modernizzazzjoni u investiment f’sorsi ġodda tal-enerġija. Bidla dinamika f’dan il-qasam tista’ tirriżulta wkoll f’żieda mhux ikkontrollata fl-ispiża tal-provvista tal-enerġija min-networks tat-tisħin distrettwali, li tista’ tirriżulta f’inqas interess tal-konsumatur fl-użu ta’ dawn is-sistemi u ritorn għal sorsi ta’ sħana lokali inqas effiċjenti li ma jistgħux jiġu kkontrollati f’termini ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u trab.

B’mod ġenerali, it-teknoloġiji u l-fjuwils użati fis-sistemi tat-tisħin distrettwali fil-prinċipju ma għandhomx jeliminaw il-possibbiltà ta’ rappurtar u finanzjament tal-iffrankar li ġej minn miżuri tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Emenda 49

Artikolu 26.1.1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromovu l-parteċipazzjoni f’dawn il-programmi ta’ taħriġ, b’mod partikolari mill-SMEs, il-mikrointrapriżi u dawk li jaħdmu għal rashom.

Emenda 50

Artikolu 26.1b

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

1b.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għal punt ta’ aċċess uniku għall-appoġġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien relatat biex jiġi żgurat il-livell adegwat ta’ professjonisti kwalifikati biex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-pjattaforma għandha tiġbor flimkien l-Istati Membri, is-sħab soċjali, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-akkademja u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn biex trawwem u tippromovi l-aħjar prattiki biex jiġu żgurati aktar professjonisti tal-effiċjenza enerġetika, kif ukoll biex il-professjonisti jitħarrġu mill-ġdid u jiksbu ħiliet ġodda sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq, u ssir konnessjoni bejn l-isfida u l-inizjattivi tal-UE li għaddejjin bħalissa bħall-Fond Soċjali għall-Klima, l-Erasmus+ u l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 51

Artikolu 27 paragrafi 4 u 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill- korpi pubbliċi biex jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal rinnovazzjonijiet ta’ binjiet kbar. Għar-rinnovazzjonijiet tal-binjiet kbar mhux residenzjali b’erja tal-art utli ta’ aktar minn 1 000  m2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi jivvalutaw il-fattibbiltà tal-użu tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

4.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lil korpi pubbliċi oħrajn biex jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal rinnovazzjonijiet ta’ binjiet kbar. Għar-rinnovazzjonijiet tal-binjiet kbar mhux residenzjali b’erja tal-art utli ta’ aktar minn 1 000  m2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi kollha jivvalutaw il-fattibbiltà tal-użu tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill- korpi pubbliċi biex jikkombinaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma’ servizzi tal-enerġija estiżi, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin.

L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lil korpi pubbliċi oħrajn biex jikkombinaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma’ servizzi tal-enerġija estiżi, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin.

5.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lis-settur pubbliku biex jieħu offerti ta’ servizz tal-enerġija, b’mod partikolari għar-rinnovazzjoni tal-bini, billi:

5.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lis-settur pubbliku , u b’mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jieħdu offerti ta’ servizz tal-enerġija, b’mod partikolari għar-rinnovazzjoni tal-bini, billi:

(a)

jipprovdu mudell ta’ kuntratti għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness XIII u jqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali eżistenti, il-linji gwida disponibbli għas-sejħiet għall-offerti u l-gwida tal-Eurostat għat-trattament statistiku tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-kontijiet tal-gvern;

(a)

jipprovdu mudell ta’ kuntratti għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness XIII u jqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali eżistenti, il-linji gwida disponibbli għas-sejħiet għall-offerti u l-gwida tal-Eurostat għat-trattament statistiku tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-kontijiet tal-gvern;

(b)

jipprovdu informazzjoni dwar l-aqwa prattiki għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż jekk ikunu disponibbli, analiżi tal-kostbenefiċċji permezz ta’ approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja;

(b)

jipprovdu informazzjoni dwar l-aqwa prattiki għall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż jekk ikunu disponibbli, analiżi tal-kostbenefiċċji permezz ta’ approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja;

(c)

id-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ bażi tad-data ta’ proġetti tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija implimentati u li qed jiġu implimentati, inkluż l-iffrankar tal-enerġija previst u miksub.

(c)

id-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ bażi tad-data ta’ proġetti tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija implimentati u li qed jiġu implimentati, inkluż l-iffrankar tal-enerġija previst u miksub.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 52

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament, jew l-użu ta’ dawk eżistenti, għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji ta’ diversi sorsi ta’ finanzjament u l-kombinament ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza teknika.

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament, jew l-użu ta’ dawk eżistenti, għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika biex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji ta’ diversi sorsi ta’ finanzjament u l-kombinament ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza teknika.

2.   Il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, direttament jew permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament u faċilitajiet ta’ assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali bil-għan li jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika f’setturi differenti, filwaqt li jipproteġu u jagħtu setgħa lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, inkluż b’integrazzjoni ta’ perspettiva tal-ugwaljanza biex ħadd ma jinqata’ lura.

2.   Il-Kummissjoni għandha, meta xieraq, direttament jew permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ finanzjament u faċilitajiet ta’ assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali bil-għan li jiżdiedu l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika f’setturi differenti, filwaqt li jipproteġu u jagħtu setgħa lill-klijenti vulnerabbli, lill-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, lill-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, inkluż b’integrazzjoni ta’ perspettiva tal-ugwaljanza biex ħadd ma jinqata’ lura.

3.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jiżguraw li l-prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika, bħal ipoteki ekoloġiċi u self ekoloġiku, garantiti u mhux garantiti, jiġu offruti b’mod wiesa’ u nondiskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u, ikunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri l jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ finanzjament fuq il-kont u fuq it-taxxa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jieħdu sehem fil-finanzjament ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż il-ħolqien ta’ sħubijiet pubbliċi/privati.

3.   L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jiżguraw li l-prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika, bħal ipoteki ekoloġiċi u self ekoloġiku, garantiti u mhux garantiti, u appoġġ finanzjarju għall-akkwist jew l-għoti ta’ aċċess għat-trasport pubbliku u modi ta’ trasport b’emissjonijiet żero, jiġu offruti b’mod wiesa’ u nondiskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u, ikunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri l jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ finanzjament fuq il-kont u fuq it-taxxa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jieħdu sehem fil-finanzjament ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, inkluż il-ħolqien ta’ sħubijiet pubbliċi/privati.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali kompetenti, pereżempju permezz ta’ laqgħat annwali tal-korpi regolatorji, bażijiet tad-data pubbliċi bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri mill-Istati Membri, u paragun bejn il-pajjiżi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali, reġjonali jew lokali kompetenti, pereżempju permezz ta’ laqgħat annwali tal-korpi regolatorji, bażijiet tad-data pubbliċi bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri mill-Istati Membri, u paragun bejn il-pajjiżi.

5.   Biex jiġi mobilizzat finanzjament privat għal miżuri tal-effiċjenza enerġetika u rinnovazzjoni tal-enerġija, f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni għandha twettaq djalogu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati biex tesplora azzjonijiet possibbli li tista’ tieħu.

5.   Biex jiġi mobilizzat finanzjament privat għal miżuri tal-effiċjenza enerġetika u rinnovazzjoni tal-enerġija, f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni għandha twettaq djalogu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati biex tesplora azzjonijiet possibbli li tista’ tieħu.

6.   L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jinkludu dawn l-elementi li ġejjin:

6.   L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jinkludu dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

jiġi mobilizzat investiment tal-kapital fl-effiċjenza enerġetika billi jitqiesu l-impatti aktar mifruxa tal-iffrankar tal-enerġija;

(a)

jiġi mobilizzat investiment tal-kapital fl-effiċjenza enerġetika billi jitqiesu l-impatti aktar mifruxa tal-iffrankar tal-enerġija;

(b)

tiġi żgurata data dwar rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija u tal-finanzi billi:

(b)

tiġi żgurata data dwar rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija u tal-finanzi billi:

 

(i)

jiġi eżaminat aktar kif investimenti fl-effiċjenza enerġetika jtejbu l-valuri tal-assi sottostanti;

 

(i)

jiġi eżaminat aktar kif investimenti fl-effiċjenza enerġetika jtejbu l-valuri tal-assi sottostanti;

 

(ii)

jiġu appoġġati studji li jivvalutaw il-monetizzazzjoni tal-benefiċċji mhux tal-enerġija ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika.

 

(ii)

jiġu appoġġati studji li jivvalutaw il-monetizzazzjoni tal-benefiċċji mhux tal-enerġija ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika.

7.   Għall-fini tal-mobilizzazzjoni tal-finanzjament privat ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika u tar-rinnovazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva:

7.   Għall-fini tal-mobilizzazzjoni tal-finanzjament privat ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika u tar-rinnovazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva:

(a)

jikkunsidraw modi kif jużaw aħjar l-awditjar tal-enerġija skont l-Artikolu 11 biex jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet;

(a)

jikkunsidraw modi kif jużaw aħjar l-awditjar tal-enerġija skont l-Artikolu 11 biex jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet;

(b)

jagħmlu l-aqwa użu tal-possibbiltajiet u tal-għodod disponibbli mill-baġit tal-Unjoni u proposti fl-inizjattiva ta’ finanzi intelliġenti għal bini intelliġenti u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni”.

(b)

jagħmlu l-aqwa użu tal-possibbiltajiet u tal-għodod disponibbli mill-baġit tal-Unjoni u proposti fl-inizjattiva ta’ finanzi intelliġenti għal bini intelliġenti u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni”.

8.   Sal-31 ta’ Diċembru 2024 il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq dwar kif jinkiseb l-investiment privat.

8.   Sal-31 ta’ Diċembru 2024 il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq dwar kif jinkiseb l-investiment privat.

Il-gwida għandu jkollha l-għan li tgħin lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza enerġetika fid-diversi programmi tal-Unjoni, u se tipproponi mekkaniżmi u soluzzjonijiet finanzjarji adegwati, b’taħlita ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti, biex iżżid l-inizjattivi eżistenti u tuża l-finanzjament tal-Unjoni bħala katalista biex tingrana u tistimola l-finanzjament privat.

Il-gwida għandu jkollha l-għan li tgħin lill-Istati Membri , lir-reġjuni, lill-awtoritajiet lokali u lill-atturi tas-suq biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza enerġetika fid-diversi programmi tal-Unjoni, u se tipproponi mekkaniżmi u soluzzjonijiet finanzjarji adegwati, b’taħlita ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u assistenza għall-iżvilupp tal-proġetti, biex iżżid l-inizjattivi eżistenti u tuża l-finanzjament tal-Unjoni bħala katalista biex tingrana u tistimola l-finanzjament privat.

9.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika. Dan il-fond għandu l-għan li jimplimenta miżuri tal-effiċjenza enerġetika, inkluż miżuri skont l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 22 bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u li jimplimenta miżuri nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika li jappoġġaw lill-Istati Membri biex jissodisfaw il-kontributi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza enerġetika u t-trajettorji indikattivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(2). Il-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika jista’ jiġi ffinanzjat bi dħul mill-irkanti tal-kwoti skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet fis-settur tal-bini u tat-trasport.

9.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika. Dan il-fond għandu l-għan li jimplimenta miżuri tal-effiċjenza enerġetika, inkluż miżuri skont l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 22 bħala prijorità fost il-klijenti vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u li jimplimenta miżuri nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika li jappoġġaw lill-Istati Membri biex jissodisfaw il-kontributi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza enerġetika u t-trajettorji indikattivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(2). Il-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika jista’ jiġi ffinanzjat bi dħul mill-irkanti tal-kwoti skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet fis-settur tal-bini u tat-trasport.

10.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi pubbliċi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) permezz ta’ kontribuzzjonijiet annwali lill-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika ekwivalenti għall-ammont ta’ investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.

10.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi pubbliċi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) permezz ta’ kontribuzzjonijiet annwali lill-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika ekwivalenti għall-ammont ta’ investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.

11.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-partijiet obbligati jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fl-Artikolu 9(1) u 4 billi kull sena jikkontribwixxu għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika ammont ekwivalenti għall-investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.

11.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-partijiet obbligati jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fl-Artikolu 9(1) u 4 billi kull sena jikkontribwixxu għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika ammont ekwivalenti għall-investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawk l-obbligi.

12.   L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għall-iżvilupp ta’ finanzjament innovattiv biex titjieb l-effiċjenza enerġetika.

12.   L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għall-iżvilupp ta’ finanzjament innovattiv biex titjieb l-effiċjenza enerġetika.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 53

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fil-proċeduri tal-għoti għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li l-jixtru prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet, għandhom:

Fil-proċeduri tal-għoti għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li l-jixtru prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet, diment li dak ikun konsistenti mal-kosteffettività, il-fattibilità ekonomika, sostenibilità aktar wiesgħa, l-adattabbiltà teknika kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, għandhom:

(…)

(…)

(d)

għandhom jixtru biss tajers li jikkonformaw mal-kriterju li jkollhom l-aqwa klassi ta’ effiċjenza enerġetika tal-fjuwil, kif definit mir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers tal-aqwa klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tat-tidwir, meta dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ saħħa pubblika;

(d)

għandhom jixtru biss tajers li jikkonformaw mal-kriterju li jkollhom l-aqwa klassi ta’ effiċjenza enerġetika tal-fjuwil, kif definit mir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Madankollu, dan ir-rekwiżit għandu jkun bilanċjat fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xitwa bl-ogħla klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u tal-istorbju estern tat-tidwir, meta dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ saħħa pubblika;

(…)

(…)

(f)

għandhom jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ġodda għall-kiri ta’, bini biss li jikkonforma mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/31/UE diment li l-finijiet tax-xiri jkun:

(f)

għandhom jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ġodda għall-kiri ta’, bini biss li jikkonforma mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/31/UE , jew rekwiżiti oħrajn għall-bini eżistenti jew rinnovazzjoni aktar profonda meqjusa adegwata mill-Istati Membri, diment li l-finijiet tax-xiri jkun:

(…)

(…)

Raġuni

Għandhom jitqiesu d-dimensjonijiet kollha tas-sostenibbiltà, inkluż fl-EED. Il-kundizzjonijiet tax-xitwa għandhom jitqiesu wkoll għat-tajers. Ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-EPBD mhumiex livell xieraq ta’ rekwiżiti għar-rinnovazzjonijiet, peress li huma definiti b’mod differenti bejn Stat Membru u ieħor.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

1.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-effiċjenza enerġetika għandha rwol ewlieni fil-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050, fit-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwil, speċjalment issa fid-dawl tal-kriżi attwali tal-prezzijiet tal-enerġija li ġew affettwati b’mod sostanzjali mill-gwerra fl-Ukrajna;

2.

jilqa’ l-emendi proposti għad-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva dwar l-effiċjenza enerġitika, u jenfasizza li dawn il-bidliet għandhom isaħħu l-qafas legali, filwaqt li joffru aktar opportunitajiet biex jiġi sfruttat il-potenzjal għal titjib fl-effiċjenza enerġetika f’konformità mal-Liġi dwar il-Klima implimentata fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

3.

itenni r-rwol kruċjali tal-azzjoni fil-livell tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika, li hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; jenfasizza li din l-azzjoni għandha, naturalment, tiġi implimentata fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, u għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda fir-rikonoxximent tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proposta;

4.

jenfasizza li t-tranżizzjoni tal-enerġija li għaddejja bħalissa qed twassal għal bidla minn ġenerazzjoni ċentralizzata konvenzjonali għal sistema aktar deċentralizzata, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, flessibbli u fil-parti l-kbira bbażata fuq sorsi rinnovabbli; għalhekk jilqa’ r-rikonoxximent tar-rwol taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija u l-ħtieġa għal sensibilizzazzjoni kostanti, inkluż permezz ta’ strumenti bħall-Patt Klimatiku; f’dan ir-rigward, itenni r-rwol kruċjali li l-azzjoni lokali u reġjonali taqdi fl-involviment maċ-ċittadini u fil-promozzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika permezz tal-aħjar prattiki mmexxija mill-komunità b’suċċess;

5.

jemmen li l-Unjoni tal-Enerġija għandha tippermetti liċ-ċittadini jipproduċu, jikkunsmaw, jaħżnu jew jinnegozjaw l-enerġija rinnovabbli tagħhom, individwalment jew kollettivament, biex jieħdu miżuri għall-iffrankar tal-enerġija, biex isiru parteċipanti attivi fis-suq tal-enerġija permezz tal-għażla tal-konsumatur, u biex jitħallew jipparteċipaw b’mod sikur u kunfidenti fir-rispons tad-domanda; f’dan il-kuntest, itenni l-appell tiegħu (29), u dak tal-Parlament Ewropew, għal fehim prattiku komuni tad-definizzjoni ta’ “prosumaturi” (30) li għandha tiġi miftiehma fil-livell tal-UE, permezz ta’ proċess parteċipattiv immexxi mill-Kummissjoni;

6.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali primarjament jippossjedu u jimmaniġġjaw l-bini biex jappoġġjaw l-attivitajiet statutorji tal-gvern u tal-assistenza soċjali. Il-bini huwa ferm aktar minn sempliċiment strumenti biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija. Għalhekk, rekwiżiti riġidi għar-rinnovazzjoni tal-enerġija jirrikjedu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jwettqu proġetti ta’ kostruzzjoni li jiswew ħafna flus li mhux neċessarjament ikollhom perspettiva olistika tal-bini u li jistgħu ma jkunux sostenibbli fuq perjodu ta’ żmien medju u twil. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jixtieq li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tagħti aktar rikonoxximent u attenzjoni biex isir użu aktar intelliġenti u effiċjenti tal-bini pubbliku eżistenti bħala mod kif tiżdied l-effiċjenza enerġetika.

7.

jilqa’ r-referenza espliċita għall-ħtieġa li jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u ta’ mobbiltà permezz ta’ miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u l-ħtieġa sussegwenti li l-Istati Membri jappoġġjaw il-livell lokali u reġjonali f’dan is-sens; iqis li huwa essenzjali, f’dan ir-rigward, li jittaffa l-piż inizjali tal-ispejjeż tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, speċjalment għal unitajiet domestiċi u gruppi ta’ konsumaturi vulnerabbli;

8.

jilqa’ r-referenza għall-konnettività taż-żoni rurali u remoti, fejn il-biċċa l-kbira tal-abitanti jistgħu jsiru utenti tat-trasport vulnerabbli fit-tranżizzjoni lejn mobilità sostenibbli;

9.

jenfasizza li t-tnaqqis assolut propost fl-użu tal-enerġija u fil-konsum finali tal-enerġija tal-korpi pubbliċi kollha b’1,7 % kull sena se jkun sfida kbira għall-parti l-kbira tal-Istati Membri. Dan se jirrikjedi bini estensiv ta’ kapaċità f’termini ta’ finanzi, kompetenza, gwida, data, rappurtar, eċċ. Hemm il-ħtieġa ta’ applikazzjoni wiesgħa ta’ tekniki u prattiki trasformattivi, kemm eżistenti kif ukoll ġodda. Għalhekk jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti bis-sħiħ fil-proċess, flimkien ma’ partijiet interessati rilevanti oħrajn;

10.

jipproponi li l-miri tal-konsum tal-enerġija jiġu riveduti biex jinkludu l-għażla li jiġu stabbiliti miri kumulattivi għall-iffrankar u l-konsum tal-enerġija minflok rekwiżiti separati għall-enerġija finali u primarja. Dan se jtejjeb l-effiċjenza enerġetika tul il-katina kollha — mill-produzzjoni sat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari;

11.

jilqa’ l-proposta ta’ rekwiżiti leġiżlattivi għar-rinnovazzjoni ta’ 3 % tal-istokk tal-bini pubbliku fuq bażi annwali, iqis li huwa meħtieġ bini tal-kapaċitajiet b’mod estensiv permezz ta’ appoġġ tekniku, finanzjarju u ta’ politika, u skambju ta’ prattika tajba u jitlob kjarifika ulterjuri u definizzjoni ta’ miżuri u metodi rigward ir-rinnovazzjoni tal-bini, fatturi ta’ korrezzjoni applikabbli għal tipi u karatteristiċi differenti ta’ bini (31), kif ukoll arranġamenti finanzjarji fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

12.

jilqa’ t-tħabbira tal-Fond Soċjali għall-Klima bħala mod kif jiġu bbilanċjati l-effetti negattivi fuq l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli, il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż0żgħar u l-utenti tal-mobilità u biex jiġi żgurat żvilupp soċjalment sostenibbli; jenfasizza l-fatt li l-finanzjament attwalment previst fi ħdan ir-reviżjoni tal-ETS eżistenti mhuwiex adegwat biex jiżgura tranżizzjoni verament ġusta u jenfasizza li għandha tiġi kkunsidrata l-allokazzjoni tad-dħul barra mill-ETS għat-trasport bit-triq u l-bini (ETS II) għall-Fond Soċjali għall-Klima; jipproponi li l-ippuljar tad-dħul għall-Fond Soċjali għall-Klima għandu jibda qabel l-implimentazzjoni tal-ETS II; jenfasizza li, f’każ li l-koleġiżlaturi jiddeċiedu li ma jkomplux bl-ETS II kif previst fil-proposta tal-Kummissjoni, l-ETS attwali għandha tissaħħaħ aktar biex tindirizza t-trasport bit-triq u l-bini;

13.

jappoġġja l-prinċipju minqux fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima li s-setturi kollha tal-ekonomija jridu jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, u li l-EU ETS tista’ tagħti kontribut sinifikanti jekk il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas jiġi estiż għas-setturi kollha li tkopri; ifakkar li s-settur tal-bini huwa responsabbli għal 40 % tal-konsum tal-enerġija fl-Ewropa; jemmen, madanakollu, li l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ pprezzar tal-karbonju f’dan is-settur hija miżura delikata, li m’għandhiex tirriżulta f’piż fuq it-territorji u l-gruppi ta’ ċittadini l-aktar vulnerabbli fl-UE;

14.

jenfasizza li prezz tal-karbonju robust iżda introdott gradwalment għandu jagħti s-sinjal meħtieġ lin-negozji u jixpruna t-tranżizzjoni bl-aktar mod kosteffettiv, u jenfasizza l-ħtieġa għal interazzjoni effettiva bejn l-ETS riveduta u l-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM), potenzjalment flimkien ma’ miżuri oħrajn ta’ appoġġ tal-UE biex tiġi żgurata ekonomija newtrali għall-klima u kompetittiva fir-reġjuni tal-UE, speċjalment f’reġjuni li għaddejjin minn tranżizzjoni sostenibbli tal-industriji tagħhom li jużaw ħafna enerġija; jirrakkomanda bil-qawwa l-użu, sa fejn ikun possibbli, ta’ strumenti kompatibbli mas-suq, inklużi strumenti finanzjarji bl-appoġġ tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tan-NextGenerationEU;

15.

jappoġġja lill-Kummissjoni fl-għan tagħha li “tiżgura sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ finanzjament, b’mod partikolari l-fondi b’ġestjoni konġunta u b’ġestjoni diretta (bħall-programmi b’ġestjoni ċentrali: Orizzont Ewropa jew LIFE), kif ukoll bejn għotjiet, self u assistenza teknika biex jiġi massimizzat l-effett ta’ ingranaġġ tagħhom fuq il-finanzjament privat u l-impatt tagħhom fuq il-kisba tal-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza enerġetika”. F’dan ir-rigward, jappella biex jittieħdu passi konkreti li jmiss kemm jista’ jkun malajr, billi dawn huma prekundizzjoni għar-rinnovazzjoni kompleta tal-istokk tal-bini;

16.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew jistabbilixxu Proġett Pilota li jittratta b’mod speċifiku r-rinnovazzjoni diffiċli u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika ta’ bini storiku u/jew prominenti partikolari. Ir-reġjuni jew il-bliet li jipparteċipaw f’dan il-Proġett Pilota jipprovdu kunċett dettaljat għar-rinnovazzjoni tal-bini storiku jew bini storiku ieħor tal-għażla tagħhom. Meta jintgħażlu biex jirċievu l-finanzjament u wara li jitlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni, ir-riżultati ta’ dan il-Proġett Pilota jkomplu jenfasizzaw l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimxu lejn futur effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jistgħu jservu ta’ eżempji ċari għal awtoritajiet lokali u reġjonali oħrajn dwar kif jiġi rinnovat bini kumpless storiku u/jew prominenti fir-reġjuni u l-bliet;

17.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri li diġà jeżistu fl-oqfsa legali għall-programmi u l-istrumenti ta’ finanzjament differenti disponibbli għall-bliet u r-reġjuni jiġu applikati bis-sħiħ. Fid-dawl tal-isforzi addizzjonali fl-effiċjenza enerġetika li qed jintalbu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa kruċjali li jkun hemm aċċess faċli għall-bliet u r-reġjuni għall-programmi u l-istrumenti ta’ finanzjament differenti. Din iż-żieda fil-pressjoni fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali tista’ titqies, pereżempju, meta wieħed iħares lejn il-punteġġ tal-eliġibbiltà fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament;

18.

jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ ambizzjoni tar-reviżjoni għall-istabbiliment ta’ miri ċari għall-akkwist pubbliku ekoloġiku u ċirkolari; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, proċeduri ċari, applikabbli b’mod komuni u dettaljati dwar l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà tal-enerġija fl-akkwist pubbliku biex tiġi evitata r-regola fejn l-aktar prezz baxx jieħu prijorità;

19.

jenfasizza li l-effiċjenza enerġetika, speċjalment fir-rigward tan-negozju u b’mod partikolari s-settur tal-manifattura, għandha titqies flimkien mal-limitu massimu tal-konsum, li aktar japplika għall-unitajiet domestiċi;

20.

jenfasizza li l-użu ta’ sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali bbażati fuq unitajiet ta’ koġenerazzjoni huwa l-aktar mod effettiv biex tittejjeb il-kwalità tal-arja u tiżdied l-effiċjenza enerġetika fl-użu tal-fjuwil; jappoġġja għalhekk il-promozzjoni tal-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u l-enerġija u l-użu effiċjenti tas-sħana mormija (inkluż l-iskart muniċipali), fejn din ma tistax tiġi evitata, f’konformità mal-prinċipju taċ-ċirkolarità; jirrikonoxxi l-potenzjal tas-sħana mormija biex tikkomplementa s-soluzzjonijiet tal-gass/rinnovabbli filwaqt li jinnota l-importanza li tiġi limitata l-emissjoni tagħha fid-dawl tal-kontribut tagħha għat-tisħin globali; barra minn hekk, l-isfruttar tas-sħana mormija mill-industrija, miċ-ċentri tad-data u minn attivitajiet oħrajn tas-soċjetà għandu jkun miżura komplementari, peress li din mhijiex mingħajr impatti ambjentali u l-enerġija rinnovabbli għadha fi provvista limitata;

21.

jilqa’ l-iskeda ta’ żmien ċara għall-introduzzjoni ta’ sistemi effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali. Madankollu, jeħtieġ li tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà, li tippermetti l-adattament tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ għall-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet reġjonali u lokali tat-territorju;

22.

jirrikonoxxi r-rwol tal-aġenziji tal-enerġija lokali u reġjonali bħala għodda b’saħħitha għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika madwar l-UE kollha u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-attivitajiet tagħhom permezz ta’ network u fondi ddedikati;

23.

jaqbel mal-bażi legali li fuqha l-Kummissjoni Ewropea tibbaża l-kompetenza tal-UE. Skont l-Artikolu 194 tat-TFUE, l-UE għandu jkollha l-kompetenza li tadotta miżuri sabiex jinkoraġġixxu, fost affarijiet oħra, l-effiċjenza enerġetika. Għalhekk, huwa jqis li l-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ladarba tirrispetta kif xieraq il-prinċipju tal-awtonomija lokali minqux fl-Artikolu 4 tat-TUE u soġġett għall-emendi msemmijin hawn fuq. Il-miżuri biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku għandhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu 151 tat-TFUE. Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li huwa leġittimu li jiġi stabbilit objettiv tal-effiċjenza enerġetika u li jiġi infurzat fil-livell Ewropew. Il-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità hija pożittiva.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku, C(2020) 9600 final.

(3)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku, C(2020) 9600 final.

(6)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(7)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE ĠU L 94 28.3.2014, p. 65.

(8)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE ĠU L 94 28.3.2014, p. 65.

(9)  COM/2020/562 final.

(10)  Ara r-Resource Efficiency and Climate Change tal-IRP, 2020, u l-Environment Emissions Gap Report tan-Nazzjonijiet Uniti, 2019. Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-użu u l-operazzjoni tal-bini, inkluż l-emissjonijiet indiretti fis-settur tal-enerġija u tas-sħana, u mhux għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu. Il-karbonju inkorporat fil-kostruzzjoni hu stmat li jammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra annwali globali totali, ara r-Resource Efficiency and Climate Change tal-IRP, 2020, u l-Environment Emissions Gap Report tan-Nazzjonijiet Uniti, 2019.

(11)  COM/2020/662 final.

(12)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(13)  COM/2020/562 final.

(14)  Ara r-Resource Efficiency and Climate Change tal-IRP, 2020, u l-Environment Emissions Gap Report tan-Nazzjonijiet Uniti, 2019. Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-użu u l-operazzjoni tal-bini, inkluż l-emissjonijiet indiretti fis-settur tal-enerġija u tas-sħana, u mhux għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu. Il-karbonju inkorporat fil-kostruzzjoni hu stmat li jammonta għal madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra annwali globali totali, ara r-Resource Efficiency and Climate Change tal-IRP, 2020, u l-Environment Emissions Gap Report tan-Nazzjonijiet Uniti, 2019.

(15)  COM/2020/662 final.

(16)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(17)  https://www.unfpa.org/world-population-trends

(18)  https://www.un.org/en/ecosoc/integration/pdf/fact_sheet.pdf

(19)  https://www.unfpa.org/world-population-trends

(20)  https://www.un.org/en/ecosoc/integration/pdf/fact_sheet.pdf

(21)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(22)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(23)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(24)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(27)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(28)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(1)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(1)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(29)  Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa — l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja (CDR-2786-2020) (ĠU C 175, 7.5.2021, p. 23).

(30)  Jeżistu diversi tipi ta’ prosumaturi: prosumaturi residenzjali li jipproduċu l-elettriku fid-dar — prinċipalment permezz ta’ pannelli fotovoltajċi solari fuq il-bjut tagħhom, kooperattivi tal-enerġija mmexxija miċ-ċittadini jew assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni, prosumaturi kummerċjali li l-attività kummerċjali ewlenija tagħhom mhijiex il-produzzjoni tal-elettriku, u l-istituzzjonijiet pubbliċi bħall-iskejjel jew l-isptarijiet.

(31)  Karatteristiċi tal-bini bħall-età, il-forma, l-użu, id-disinn storiku/arkitettoniku, is-sjieda, l-għan, is-suq immobiljari lokali, valur alternattiv, spejjeż tas-sottokuntrattar u kwalunkwe xogħol ta’ rinnovazzjoni preċedenti.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/184


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-emendar tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri klimatiċi l-ġodda għall-2030

(2022/C 301/16)

Relatur:

Andries GRYFFROY (BE/AE), Membru ta’ Assemblea Reġjonali: Parlament Fjamming

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

COM(2021) 557

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Direttiva

Premessa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-Kummissjoni Ewropea, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, se toħroġ gwida lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali dwar proċeduri tajba għall-għoti ta’ permessi u dwar mekkaniżmi li jħaffu dawk diġà eżistenti, biex tiffaċilita l-issodisfar tal-iskadenzi għall-ħruġ ta’ permessi għall-bini, l-enerġija mill-ġdid u t-tħaddim ta’ impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u assi meħtieġa għall-konnessjoni tagħhom mal-grilja. Din il-gwida se tinħareġ fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni tad-Direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 (2021/0218 (COD)).

Raġuni

Id-dewmien fil-proċeduri għall-għoti ta’ permessi jxekkel it-tnedija effettiva ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli u joħloq diffikultajiet biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli għall-2030.

Emenda 2

Proposta għal Direttiva

Premessa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għandha dimensjoni lokali b’saħħitha.

Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jinvolvu bis-sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-miżuri klimatiċi nazzjonali, filwaqt li jiżguraw aċċess dirett għall-finanzjament u l-monitoraġġ tal-progress tal-miżuri adottati. Fejn applikabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jintegraw il-kontribuzzjonijiet lokali u reġjonali fil-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima. Ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika għandu jiġi rivedut kif xieraq.

Raġuni

Evidenti

Emenda 3

Proposta għal Direttiva

Premessa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġjaw impenji reġjonali u lokali u approċċ minn isfel għal fuq biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari biex jiġi żgurat użu akbar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli: dan se jikkontribwixxi mhux biss għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-UE, iżda se jappoġġja wkoll l-isforzi tal-UE fil-kisba ta’ aktar sigurtà tal-provvista fis-sistema tal-enerġija.

Kemm l-ippjanar reġjonali u lokali eżistenti, jew li qed jiġi żviluppat kif stabbilit bil-liġi, dwar it-tibdil fil-klima, pereżempju networks bħall-Patt tas-Sindki tal-UE, kif ukoll inizjattivi rilevanti tal-UE bħall-Patt Klimatiku, il-missjoni tal-Bliet tal-UE dwar Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti, in-network C40 u oħrajn, li jiffaċilitaw l-arranġamenti ta’ governanza f’diversi livelli, għandhom rwol essenzjali fiż-żieda tal-ambizzjoni u l-azzjoni fil-livell lokali, bl-involviment taċ-ċittadini, tal-atturi lokali u tas-setturi involuti jew affettwati mill-politiki tat-tibdil fil-klima.

Emenda 4

Proposta għal Direttiva

Premessa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-Komunitajiet tal-Enerġija Rinnovabbli huma għodda ewlenija għall-promozzjoni tal-użu mifrux tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-kisba ta’ sistema tal-enerġija deċentralizzata u sigura filwaqt li jiġu żgurati benefiċċji ekonomiċi u soċjali lokali.

L-inizjattivi għall-awtoġenerazzjoni (kollettiva) u l-awtokonsum (kollettiv) fil-bini u fil-livell distrettwali jenħtieġ li jiġu ffaċilitati billi jitnaqqsu d-diffikultajiet fil-kisba ta’ permessi u l-fatturi li jxekklu l-aċċess għall-grilja u t-tariffi tal-grilja, u billi jissaħħaħ l-użu ta’ teknoloġiji bħat-teknoloġiji solari, termali u fotovoltajċi, eoliċi, u ġeotermali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Proposta għal Direttiva

Premessa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-ostakli għall-iżvilupp ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli kif meħtieġ mill-Artikolu 22 tad-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (UE) 2018/2001 (RED II).

Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi assistenza lill-Istati Membri sabiex tiżgura t-traspożizzjoni f’waqtha tad-Direttiva, il-koerenza mal-oqfsa legali nazzjonali u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali.

Raġuni

Evidenti

Emenda 6

Proposta għal Direttiva

Premessa (3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistabbilixxi mira vinkolanti tal-Unjoni biex sal-2030 jintlaħaq sehem ta’ mill-anqas 32 % tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni. Skont il-Pjan dwar il-Mira Klimatika, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija jkun jeħtieġ li jiżdied għal 40 % sal-2030 sabiex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, il-mira stabbilita fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva trid tiżdied.

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi mira vinkolanti tal-Unjoni biex sal-2030 jintlaħaq sehem ta’ mill-anqas 32 % tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni. Skont il-Pjan dwar il-Mira Klimatika, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija jkun jeħtieġ li jiżdied għal tal-anqas 40 % sal-2030 sabiex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, il-mira stabbilita fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva trid tiżdied.

Sabiex tikkontribwixxi għal livell ogħla ta’ sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tiżgura tranżizzjoni aktar rapida u kosteffettiva lejn emissjonijiet żero netti, il-Kummissjoni se tipproponi li tkompli żżid il-miri tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva, soġġett għal valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa li tinkludi d-dimensjoni territorjali, f’kooperazzjoni mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Emenda 7

Proposta għal Direttiva

Premessa (4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi u tal-gżejjer, rikonoxxuta rispettivament fl-Artikoli 349 u 174 tat-TFUE, tirrikjedi approċċ immirat. Dawn it-territorji, sikwit ikkaratterizzati minn sistemi iżolati u dipendenza mill-fjuwils fossili, iġarrbu spejjeż ogħla għall-produzzjoni tal-enerġija u għall-kapaċità tal-ħżin u jeħtieġu appoġġ biex jisfruttaw il-potenzjal tal-produzzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli.

Raġuni

Emenda 8

Proposta għal Direttiva

Premessa (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-Kummissjoni Ewropea, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, se toħroġ gwida lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali dwar proċeduri tajba għall-għoti ta’ permessi u dwar mekkaniżmi li jħaffu dawk diġà eżistenti, biex tiffaċilita l-issodisfar tal-iskadenzi għall-ħruġ ta’ permessi għall-bini, l-enerġija mill-ġdid u t-tħaddim ta’ impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u assi meħtieġa għall-konnessjoni tagħhom mal-grilja. Din il-gwida se tinħareġ fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni tad-Direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 (2021/0218 (COD)).

Raġuni

Evidenti

Emenda 9

Proposta għal Direttiva

Premessa (5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(5)

It-tkabbir rapidu u ż-żieda fil-kompetittività tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jistgħu jissodisfaw sehem dejjem akbar tad-domanda għall-enerġija, pereżempju bl-użu ta’ pompi tas-sħana għal tisħin tal-post jew ta’ proċessi industrijali ta’ temperatura baxxa, ta’ vetturi elettriċi għat-trasport, jew ta’ fran elettriċi f’ċerti industriji. L-elettriku rinnovabbli jista’ jintuża wkoll biex jiġu prodotti karburanti sintetiċi għall-konsum f’setturi tat-trasport li diffiċli jiġu dekarbonizzati bħall-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Qafas għall-elettrifikazzjoni jrid jippermetti koordinazzjoni robusta u effiċjenti u  li jespandi l-mekkaniżmi tas-suq biex jilħaq kemm il-provvista kif ukoll id-domanda fl-ispazju u fiż-żmien, jistimula l-investimenti fil-flessibbiltà, u jgħin fl-integrazzjoni ta’ ishma kbar ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli varjabbli. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-użu tal-elettriku rinnovabbli jkompli jiżdied b’pass adegwat biex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber. Għal dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu qafas li jinkludi mekkaniżmi kompatibbli mas-suq biex jindirizzaw l-ostakli li jifdal biex ikun hemm sistemi tal-elettriku sikuri u adegwati adatti għal livell għoli ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll faċilitajiet ta’ ħżin, integrati bis-sħiħ fis-sistema tal-elettriku. B’mod partikolari, dan il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal, inklużi dawk mhux finanzjarji bħal riżorsi diġitali u umani insuffiċjenti tal-awtoritajiet għall-ipproċessar ta’ għadd dejjem akbar ta’ applikazzjonijiet għall-permessi.

(5)

It-tkabbir rapidu u ż-żieda fil-kompetittività tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jistgħu jissodisfaw sehem dejjem akbar tad-domanda għall-enerġija, pereżempju bl-użu ta’ pompi tas-sħana għal tisħin tal-post jew ta’ proċessi industrijali ta’ temperatura baxxa, ta’ vetturi elettriċi għat-trasport, jew ta’ fran elettriċi f’ċerti industriji. L-elettriku rinnovabbli jista’ jintuża wkoll biex jiġu prodotti karburanti sintetiċi għall-konsum f’setturi tat-trasport li diffiċli jiġu dekarbonizzati bħall-avjazzjoni u t-trasport marittimu , anke b’rabta mal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs) u l-bijokarburanti . Qafas għall-elettrifikazzjoni jeħtieġ li, minbarra li jipprovdi infrastrutturi għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs) u l-bijokarburanti, jippermetti koordinazzjoni robusta u effiċjenti u jespandi l-mekkaniżmi tas-suq biex jilħaq kemm il-provvista kif ukoll id-domanda fl-ispazju u fiż-żmien, jistimula l-investimenti fil-flessibbiltà, u jgħin fl-integrazzjoni ta’ ishma kbar ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli varjabbli. Għalhekk, minbarra l-istrateġiji ta’ importazzjoni koordinati fil-livell Ewropew, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-użu tal-elettriku rinnovabbli jkompli jiżdied b’pass adegwat biex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber. Għal dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu qafas li jinkludi mekkaniżmi kompatibbli mas-suq biex jindirizzaw l-ostakli li jifdal biex ikun hemm sistemi tal-elettriku u infrastrutturi għall-RFNBOs u l-bijokarburanti li jkunu sikuri u adegwati, adatti għal livell għoli ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll faċilitajiet ta’ ħżin, integrati bis-sħiħ fis-sistema tal-elettriku. B’mod partikolari, dan il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal, inklużi dawk mhux finanzjarji bħal riżorsi diġitali u umani insuffiċjenti tal-awtoritajiet għall-ipproċessar ta’ għadd dejjem akbar ta’ applikazzjonijiet għall-permessi.

Raġuni

Jinżied ir-rwol tal-bijokarburanti u l-istrateġiji tal-importazzjoni għall-ħtiġijiet tad-dekarbonizzazzjoni.

Emenda 10

Proposta għal Direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli tista’ tieħu l-forma ta’ trasferimenti statistiċi, skemi ta’ appoġġ jew proġetti konġunti. Dan jippermetti użu kosteffiċjenti tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa u jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq. Minkejja l-potenzjal tagħha, il-kooperazzjoni kienet limitata ħafna, u b’hekk wasslet għal riżultati subottimali f’termini ta’ effiċjenza fiż-żieda tal-enerġija rinnovabbli.

Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri, għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli , li tista’ tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali , tista’ tieħu l-forma ta’ trasferimenti statistiċi, skemi ta’ appoġġ jew proġetti konġunti. Dan jippermetti użu kosteffiċjenti tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa u jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq. Minkejja l-potenzjal tagħha, il-kooperazzjoni kienet limitata ħafna, speċjalment fir-reġjuni transfruntiera , u b’hekk wasslet għal riżultati subottimali f’termini ta’ kosteffettività u effiċjenza fiż-żieda tal-enerġija rinnovabbli.

Il-proġetti tal-grilja intelliġenti fir-reġjuni tal-fruntiera, inklużi skambji transfruntiera tal-elettriku f’livell ta’ voltaġġ medju, jistgħu jipprovdu valur miżjud għoli għall-approċċ transfruntier peress li jippermettu ottimizzazzjoni tar-riżorsi, konnettività, flessibbiltà u reżiljenza akbar tas-sistemi tal-enerġija tal-elettriku, u b’hekk jiżguraw benefiċċji soċjetali usa’ għall-komunitajiet lokali involuti, kif ukoll jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-enerġija tal-provvista tal-UE.

Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jittestjaw il-kooperazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġett pilota. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 jissodisfaw dan l-obbligu għall-Istati Membri involuti.

Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jittestjaw il-kooperazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota , minbarra dawk li jkunu ppjanati fi ħdan il-qafas tat-TEN-T. Wieħed minnhom għandu jkun f’reġjun transfruntier . Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 jissodisfaw dan l-obbligu għall-Istati Membri involuti.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 11

Proposta għal Direttiva

Premessa 7a ġdida

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti ħafna f’sistema tal-enerġija integrata u deċentralizzata. Il-Kummissjoni ser tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, inklużi t-territorji insulari, fir-rigward tal-ħidma transfruntiera billi tgħinhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, inklużi r-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT). Kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Membri u aktar investiment fir-riċerka, l-iżvilupp, u l-innovazzjoni, pereżempju għall-promozzjoni tal-missjonijiet tal-UE, se jipprovdu l-valur miżjud sinifikanti meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva madwar l-UE.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 12

Proposta għal Direttiva

Premessa 7b ġdida

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-mekkaniżmi ta’ finanzjament Ewropej bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Fond għall-Innovazzjoni għandhom jiffinanzjaw ukoll proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera fuq skala iżgħar u interkonnessjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u r-reġjuni.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 13

Proposta għal Direttiva

Premessa 7c ġdida

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Hija meħtieġa data u informazzjoni preċiża biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija bbażata fuq teknoloġiji rinnovabbli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Din id-data tista’ tinkiseb permezz ta’ sorsi differenti li jvarjaw minn apparati intelliġenti sa sistemi ta’ osservazzjoni tad-dinja bħal Copernicus.

Raġuni

Evidenti

Emenda 14

Proposta għal Direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istrateġija dwar l-Enerġija Rinnovabbli Offshore tintroduċi objettiv ambizzjuż ta’ 300 GW ta’ enerġija offshore u ta’ 40 GW ta’ enerġija mill-oċeani fil-baċiri tal-baħar kollha tal-Unjoni sal-2050. Sabiex tiġi żgurata din il-bidla gradwali, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jaħdmu flimkien bejn il-fruntieri fil-livell tal-baċir tal-baħar. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu b’mod konġunt l-ammont ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli offshore li għandu jintuża f’kull baċir tal-baħar sal-2050, b’passi intermedji fl-2030 u fl-2040. Dawn l-objettivi jenħtieġ li jiġu riflessi fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima li se jiġu ppreżentati fl-2023 u fl-2024 skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Fid-definizzjoni tal-ammont, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli offshore ta’ kull baċir tal-baħar, il-ħarsien tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima u użi oħrajn tal-baħar, kif ukoll il-miri tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw dejjem aktar il-possibbiltà li jikkombinaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli offshore ma’ linji ta’ trażmissjoni li jgħaqqdu lil diversi Stati Membri, fil-forma ta’ proġetti ibridi jew, fi stadju aktar tard, grilja aktar densa. Dan jippermetti lill-elettriku jimxi f’direzzjonijiet differenti, u b’hekk jimmassimizza l-benesseri soċjoekonomiku, jottimizza n-nefqa infrastrutturali u jippermetti użu aktar sostenibbli tal-baħar.

L-Istrateġija dwar l-Enerġija Rinnovabbli Offshore tintroduċi objettiv ambizzjuż ta’ 300 GW ta’ enerġija offshore u ta’ 40 GW ta’ enerġija mill-oċeani fil-baċiri tal-baħar kollha tal-Unjoni sal-2050. Sabiex tiġi żgurata din il-bidla gradwali, l-Istati Membri, jew l-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti tagħhom, se jkollhom bżonn jaħdmu flimkien bejn il-fruntieri fil-livell tal-baċir tal-baħar. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu u jallokaw b’mod konġunt spazju adegwat fil-pjan spazjali marittimu tagħhom għall- ammont ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli offshore u  l-infrastruttura relatata li għandu jintuża f’kull baċir tal-baħar sal-2050, b’passi intermedji fl-2030 u fl-2040. Dawn l-objettivi jenħtieġ li jiġu riflessi fil-pjanijiet nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima li se jiġu ppreżentati fl-2023 u fl-2024 skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Fid-definizzjoni tal-ammont, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli offshore ta’ kull baċir tal-baħar, il-ħarsien tal-ambjent u l-bijodiversità , l-adattament għat-tibdil fil-klima u użi oħrajn tal-baħar, kif ukoll il-miri tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw dejjem aktar il-possibbiltà li jikkombinaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli ma’ sistemi tal-ħżin u ma’ linji ta’ trażmissjoni li jgħaqqdu lil diversi Stati Membri, fil-forma ta’ proġetti ibridi jew, fi stadju aktar tard, grilja aktar densa. Dan jippermetti lill-elettriku jimxi f’direzzjonijiet differenti, u b’hekk jimmassimizza l-benesseri soċjoekonomiku, jottimizza n-nefqa infrastrutturali u jippermetti użu aktar sostenibbli tal-baħar.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 15

Proposta għal Direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-assi tal-ħżin distribwiti, bħall-batteriji domestiċi u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom il-potenzjal li joffru flessibbiltà konsiderevoli u servizzi ta’ bbilanċjar lill-grilja permezz ta’ aggregazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ tali servizzi, id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar il-konnessjoni u t-tħaddim tal-assi tal-ħżin, bħat-tariffi, il-ħinijiet ta’ impenn u l-ispeċifikazzjonijiet tal-konnessjoni, jenħtieġ li jitfasslu b’mod li ma jfixkilx il-potenzjal tal-assi kollha tal-ħżin, inkluż dawk żgħar u mobbli, biex jiġu offruti servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar lis-sistema u biex jikkontribwixxu għall-penetrazzjoni ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli, meta mqabbla ma’ assi ta’ ħżin stazzjonarji akbar.

L-assi tal-ħżin distribwiti, bħall-batteriji tal-komunità u dawk domestiċi u l-batteriji tal-vetturi elettriċi għandhom il-potenzjal li joffru flessibbiltà konsiderevoli u servizzi ta’ bbilanċjar lill-grilja permezz ta’ aggregazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ tali servizzi, id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar il-konnessjoni u t-tħaddim tal-assi tal-ħżin, bħat-tariffi, il-ħinijiet ta’ impenn u l-ispeċifikazzjonijiet tal-konnessjoni, jenħtieġ li jitfasslu b’mod li ma jfixkilx il-potenzjal tal-assi kollha tal-ħżin, inkluż dawk żgħar u mobbli, biex jiġu offruti servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar lis-sistema u biex jikkontribwixxu għall-penetrazzjoni ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli, meta mqabbla ma’ assi ta’ ħżin stazzjonarji akbar.

Raġuni

Il-batteriji fuq livell ta’ sistema komunitarja huma aktar sikuri fit-tħaddim u jirrikjedu inqas investiment meta mqabbla ma’ batteriji domestiċi.

Emenda 16

Proposta għal Direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ enerġija, iżda wkoll għal finijiet mhux ta’ enerġija bħala feedstock jew materja prima f’industriji bħall-azzar jew is-sustanzi kimiċi. L-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għaż-żewġ skopijiet jisfrutta l-potenzjal sħiħ tagħhomli jissostitwixxu l-karburanti fossili użati bħala materja prima u li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-industrija u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi f’mira għall-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Il-miżuri nazzjonali biex jappoġġaw l-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-industrija jenħtieġ li ma jirriżultawx f’żidiet netti fit-tniġġis minħabba domanda akbar għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li hija ssodisfata mill-aktar karburanti fossili li jniġġsu, bħall-faħam, id-diżil, il-linjite, iż-żejt, il-pit u x-shale taż-żejt.

Il-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ enerġija, iżda wkoll għal finijiet mhux ta’ enerġija bħala feedstock jew materja prima f’industriji bħall-azzar jew is-sustanzi kimiċi , li għalihom huma fil-biċċa l-kbira l-unika għażla ta’ dekarbonizzazzjoni u fejn l-użu tagħhom juri li huma effettivi ħafna fl-evitar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra . L-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għaż-żewġ skopijiet jisfrutta l-potenzjal sħiħ tagħhomli jissostitwixxu l-karburanti fossili użati bħala materja prima u li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-industrija u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi f’mira għall-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Il-miżuri nazzjonali biex jappoġġaw l-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-industrija jenħtieġ li ma jirriżultawx f’żidiet netti fit-tniġġis minħabba domanda akbar għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li hija ssodisfata mill-aktar karburanti fossili li jniġġsu, bħall-faħam, id-diżil, il-linjite, iż-żejt, il-pit u x-shale taż-żejt.

Raġuni

Minn perspettiva transsettorjali, l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, bħall-idroġenu rinnovabbli bħala materja prima fl-industrija tal-azzar jew tal-kimika, huwa ta’ importanza partikolari għad-dekarbonizzazzjoni.

Emenda 17

Proposta għal Direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-użu tal-karburanti rinnovabbli u tal-elettriku rinnovabbli fit-trasport jista’ jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-Unjoni b’mod kosteffettiv, u jtejjeb, fost l-oħrajn, id-diversifikazzjoni tal-enerġija f’dak is-settur filwaqt li jippromwovi l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija tal-Unjoni u jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. Bil-għan li tintlaħaq il-mira miżjuda għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra definita mill-Unjoni, jenħtieġ li jiżdied il-livell ta’ enerġija rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport fl-Unjoni. L-espressjoni tal-mira tat-trasport bħala objettiv ta’ tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet tistimula użu dejjem akbar tal-karburanti l-aktar kosteffettivi u produttivi, f’termini ta’ ffrankar ta’ gassijiet serra, fit-trasport. Barra minn hekk, objettiv ta’ tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet jistimula l-innovazzjoni u jistabbilixxi parametru referenzjarju ċar biex jitqabblu t-tipi ta’ karburant u l-elettriku rinnovabbli skont l-intensità tal-gassijiet serra tagħhom. Minbarra dan, iż-żieda fil-livell tal-mira bbażata fuq l-enerġija fuq il-bijokarburanti avvanzati u l-bijogass u l-introduzzjoni ta’ mira għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jiżguraw użu akbar tal-karburanti rinnovabbli bl-iżgħar impatt ambjentali fil-modi tat-trasport li huma diffiċli biex jiġu elettrifikati. L-ilħuq ta’ dawk il-miri jenħtieġ li jiġi żgurat permezz ta’ obbligi fuq il-fornituri tal-karburanti kif ukoll permezz ta’ miżuri oħrajn inklużi fir-[Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu – FuelEU Maritime u r-Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru]. L-obbligi ddedikati fuq il-fornituri tal-karburanti tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti biss skont [ir-Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru].

L-użu tal-karburanti rinnovabbli u tal-elettriku rinnovabbli fit-trasport jista’ jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-Unjoni b’mod kosteffettiv, u jtejjeb, fost l-oħrajn, id-diversifikazzjoni tal-enerġija f’dak is-settur filwaqt li jippromwovi l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija tal-Unjoni u jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. Bil-għan li tintlaħaq il-mira miżjuda għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra definita mill-Unjoni, jenħtieġ li jiżdied il-livell ta’ enerġija rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport fl-Unjoni. L-espressjoni tal-mira tat-trasport bħala objettiv ta’ tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet tistimula użu dejjem akbar tal-karburanti l-aktar kosteffettivi u produttivi, f’termini ta’ ffrankar ta’ gassijiet serra, fit-trasport. Barra minn hekk, objettiv ta’ tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet jistimula l-innovazzjoni u jistabbilixxi parametru referenzjarju ċar biex jitqabblu t-tipi ta’ karburant u l-elettriku rinnovabbli skont l-intensità tal-gassijiet serra tagħhom. Minbarra dan, iż-żieda fil-livell tal-mira bbażata fuq l-enerġija fuq il-bijokarburanti avvanzati u l-bijogass u l-introduzzjoni ta’ mira għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika jiżguraw użu akbar tal-karburanti rinnovabbli bl-iżgħar impatt ambjentali fil-modi tat-trasport u r-reġjuni li huma diffiċli biex jiġu elettrifikati. L-ilħuq ta’ dawk il-miri jenħtieġ li jiġi żgurat permezz ta’ obbligi fuq il-fornituri tal-karburanti kif ukoll permezz ta’ miżuri oħrajn inklużi fir-[Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu – FuelEU Maritime u r-Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru]. L-obbligi ddedikati fuq il-fornituri tal-karburanti tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti biss skont [ir-Regolament (UE) 2021/XXX dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru].

Raġuni

Evidenti

Emenda 18

Proposta għal Direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-elettrifikazzjoni diretta tas-setturi tal-użu finali, inkluż is-settur tat-trasport, tikkontribwixxi għall-effiċjenza u tiffaċilita t-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli. Għalhekk hija minnha nnifisha mezz effettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, il-ħolqien ta’ qafas dwar l-addizzjonalità li japplika speċifikament għall-elettriku rinnovabbli fornut lil vetturi elettriċi fit-trasport mhuwiex meħtieġ.

L-elettrifikazzjoni diretta tas-setturi tal-użu finali, inkluż is-settur tat-trasport, tikkontribwixxi għall-effiċjenza u tiffaċilita t-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli. Għalhekk hija minnha nnifisha mezz effettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, il-ħolqien ta’ qafas dwar l-addizzjonalità li japplika għall-elettriku rinnovabbli li jintuża għall-produzzjoni tal-RNFBOs mhuwiex meħtieġ.

Raġuni

Il-prinċipju tal-addizzjonalità jaffettwa b’mod sproporzjonat lill-pajjiżi li diġà għandhom sehem għoli ta’ elettriku rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija tagħhom. Barra minn hekk, il-prinċipji tal-addizzjonalità u tal-korrelazzjoni jikkumplikaw kemm l-argument għall-vijabbiltà, li diġà hu diffiċli fil-każ tal-elettroliżi, kif ukoll l-applikazzjoni fuq skala akbar tal-idroġenu ekoloġiku.

Emenda 19

Proposta għal Direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Peress li l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandhom jingħaddu bħala enerġija rinnovabbli irrispettivament mis-settur li fih jiġu kkunsmati, ir-regoli biex tiġi ddeterminata n-natura rinnovabbli tagħhom meta jiġu prodotti mill-elettriku , li kienu applikabbli biss għal dawk il-karburanti meta jiġu kkunsmati fis-settur tat-trasport, jenħtieġ li jiġu estiżi għall-karburanti rinnovabbli kollha ta’ oriġini mhux bijoloġika, irrispettivament mis-settur fejn jiġu kkunsmati.

Peress li l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandhom jingħaddu bħala enerġija rinnovabbli irrispettivament mis-settur li fih jiġu kkunsmati, ir-regoli biex tiġi ddeterminata n-natura rinnovabbli tagħhom meta jiġu prodotti mill-elettriku jenħtieġ li japplikaw għall-karburanti rinnovabbli kollha ta’ oriġini mhux bijoloġika, irrispettivament mis-settur fejn jiġu kkunsmati.

Raġuni

L-użu tal-RFNBOs għandu jkun irrispettivament mill-użu aħħari tal-enerġija u għandu japplika għas-setturi kollha.

Emenda 20

Proposta għal Direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 saħħet il-qafas dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija u l-iffrankar tal-gassijiet serra billi stabbiliet kriterji għas-setturi kollha tal-użu finali. Hija stabbiliet regoli speċifiċi għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti, li jirrikjedu s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħsad u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet mit-tibdil fl-użu tal-art. Sabiex tinkiseb protezzjoni akbar tal-ħabitats b’bijodiversità u b’livell għoli ta’ karbonju, bħall-foresti primarji, foresti b’bijodiversità għolja, mergħat u torbieri, jenħtieġ li jiġu introdotti esklużjonijiet u limitazzjonijiet għall-bijomassa tal-foresti minn dawk iż-żoni, f’konformità mal-approċċ għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola. Barra minn hekk, il-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jenħtieġ li japplikaw ukoll għal installazzjonijiet eżistenti bbażati fuq il-bijomassa biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-bijoenerġija f’dawn l-installazzjonijiet kollha twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-enerġija prodotta mill-karburanti fossili.

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 saħħet il-qafas dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija u l-iffrankar tal-gassijiet serra billi stabbiliet kriterji għas-setturi kollha tal-użu finali. Hija stabbiliet regoli speċifiċi għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti, li jirrikjedu s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħsad u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet mit-tibdil fl-użu tal-art.

Tali kriterji ta’ sostenibbiltà għandhom jinżammu, flimkien mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, biex jitqiesu l-kundizzjonijiet nazzjonali u reġjonali differenti.

Sabiex tinkiseb protezzjoni akbar tal-ħabitats b’bijodiversità u b’livell għoli ta’ karbonju, bħall-foresti primarji, foresti b’bijodiversità għolja, mergħat u torbieri, jenħtieġ li jiġu introdotti esklużjonijiet u limitazzjonijiet għall-bijomassa tal-foresti minn dawk iż-żoni, f’konformità mal-approċċ għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa agrikola.

Emenda 21

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(1)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 2(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 hija emendata kif ġej:

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:

 

 

(a)

il-punt (16) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(16)

‘komunità tal-enerġija rinnovabbli’ tfisser entità ġuridika:

(a)

li, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, hija bbażata fuq parteċipazzjoni miftuħa u volontarja, hija awtonoma, u hija fil-fatt ikkontrollata minn azzjonisti jew membri li jinsabu fl-inħawi tal-proġetti ta’ enerġija rinnovabbli li huma proprjetà ta’ dik l-entità ġuridika u żviluppati minnha;

(b)

li l-azzjonisti jew il-membri tagħha jkunu persuni fiżiċi, SMEs jew awtoritajiet lokali, inklużi muniċipalitajiet;

(c)

li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipprovdi benefiċċji komunitarji ambjentali, ekonomiċi jew soċjali għall-azzjonisti jew il-membri tagħha jew għaż-żoni lokali fejn topera u mhux għall-profitti finanzjarji;”

 

(a)

il-punt (36) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(36)

‘karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika’ tfisser karburanti likwidi u gassużi li l-kontenut ta’ enerġija tagħhom huwa derivat minn sorsi rinnovabbli minbarra l-bijomassa;”;

 

(b)

il-punt (36) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(36)

‘karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika’ tfisser karburanti likwidi u gassużi li l-kontenut ta’ enerġija u l-materja prima mhux ipproċessata tagħhom huma derivati minn sorsi rinnovabbli minbarra l-bijomassa;”;

 

(b)

il-punt (47) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(47)

‘valur awtomatiku’ tfisser valur idderivat minn valur tipiku permezz tal-applikazzjoni ta’ fatturi determinati minn qabel u li jista’, f’ċirkostanzi speċifikati f’din id-Direttiva, jintuża minflok valur reali;”;

 

(c)

il-punt (47) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(47)

‘valur awtomatiku’ tfisser valur idderivat minn valur tipiku permezz tal-applikazzjoni ta’ fatturi determinati minn qabel u li jista’, f’ċirkostanzi speċifikati f’din id-Direttiva, jintuża minflok valur reali”;

Raġuni

L-awtoritajiet reġjonali jistgħu wkoll jagħtu kontribut kbir għall-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli.

Il-formulazzjoni attwali tad-definizzjoni (36) tista’ tinkludi, f’din il-klassifikazzjoni, karburanti prodotti minn materja prima mhux rinnovabbli (żejt, gass naturali, eċċ.) prodotti minn provvista ta’ enerġija rinnovabbli (elettriku termali jew rinnovabbli). Qed jiġi propost li tiġi emendata l-formulazzjoni sabiex jiġi evitat li l-karburanti prodotti miż-żejt, mill-gass naturali u minn karburanti oħra ta’ oriġini fossili jiġu inklużi f’din il-klassifikazzjoni. Nifhmu li mhuwiex l-ispirtu tal-artikoli li jirreferu għal din id-definizzjoni li jinkludu karburanti rinnovabbli li jiġu minn materja prima mhux rinnovabbli.

Emenda 22

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(1)(c)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 2(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(14p)“

batterija tal-komunità” tfisser batterija rikarikabbli awtonoma b’kapaċità nominali ta’ aktar minn 50 kWh, li hija adatta għall-installazzjoni u għall-użu f’ambjent residenzjali jew industrijali u li hija proprjetà konġunta ta’ awtokonsumaturi rinnovabbli jew komunità tal-enerġija rinnovabbli;

(14q)

“proġett konġunt” tfisser kwalunkwe impriża konġunta trażnazzjonali bejn ir-reġjuni, il-bliet jew l-Istati Membri, legalment, teknikament jew finanzjarjament, għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, li ma tkunx possibbli mingħajr dik il-kooperazzjoni;

Raġuni

Il-batteriji fuq livell ta’ sistema komunitarja huma aktar sikuri fit-tħaddim u jirrikjedu inqas investiment meta mqabbla ma’ batteriji domestiċi.

Emenda 23

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(2)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-enerġija mill-bijomassa tiġi prodotta b’mod li jimminimizza effetti distortivi bla bżonn fuq is-suq tal-materja prima tal-bijomassa u impatti dannużi fuq il-bijodiversità. Għal dak il-għan, huma għandhom iqisu l-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-prinċipju kaskata msemmi fit-tielet subparagrafu.

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-enerġija mill-bijomassa tiġi prodotta b’mod li jimminimizza effetti distortivi bla bżonn fuq is-suq tal-materja prima tal-bijomassa u impatti dannużi fuq il-bijodiversità. Għal dak il-għan, huma għandhom iqisu l-ġerarkija tal-iskart kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-prinċipju kaskata msemmi fit-tielet subparagrafu.

 

Bħala parti mill-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu:

 

Bħala parti mill-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu:

 

(a)

L-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda appoġġ għal:

 

(a)

L-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda appoġġ għal:

 

 

(i)

l-użu ta’ zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, ġdur u għeruq għall-produzzjoni tal-enerġija.

(ii)

il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli prodotta mill-inċinerazzjoni tal-iskart jekk ma jkunux ġew irrispettati l-obbligi ta’ ġbir separat stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

 

 

(i)

l-użu ta’ zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, ġdur u għeruq għall-produzzjoni tal-enerġija.

(ii)

il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli prodotta mill-inċinerazzjoni tal-iskart jekk ma jkunux ġew irrispettati l-obbligi ta’ ġbir separat stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

 

[…]

 

[…]

 

Mhux aktar tard minn sena wara [id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 35 dwar kif għandu jiġi applikat il-prinċipju kaskata għall-bijomassa, b’mod partikolari dwar kif għandu jiġi mminimizzat l-użu ta’ injam tond ta’ kwalità għall-produzzjoni tal-enerġija, b’enfasi fuq skemi ta’ appoġġ u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

 

L-enerġija ġġenerata mill-iskart domestiku u mill-industrija fl-impjanti tal-irkupru enerġetiku (waste-to-energy) għandha titqies bħala enerġija tal-iskart, dment li l-iskart ikun għadda mill-ġbir, is-separazzjoni u l-irkupru tal-materjal skont il-ġerarkija tal-iskart.

Raġuni

Paragrafu ġdid dwar l-enerġija ġġenerata mill-iskart mid-unitajiet domestiċi u mill-industrija.

Emenda 24

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(2)(c)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 3(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“4a.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas, li jista’ jinkludi skemi ta’ appoġġ u l-iffaċilitar tal-adozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, li jippermettu l-użu tal-elettriku rinnovabbli għal livell li jkun konsistenti mal-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 2 u b’pass li jkun konsistenti mat-trajettorji indikattivi msemmija fl-Artikolu 4(a)(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999. B’mod partikolari, dak il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, għal livell għoli ta’ provvista tal-elettriku rinnovabbli. Meta jfasslu dak il-qafas, l-Istati Membri għandhom iqisu l-elettriku rinnovabbli addizzjonali meħtieġ biex tiġi ssodisfata d-domanda fis-setturi tat-trasport, tal-industrija, tal-binjiet u tat-tisħin u t-tkessiħ u għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika.”

“4a.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas, li jista’ jinkludi skemi ta’ appoġġ u l-iffaċilitar tal-adozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, li jippermettu l-użu tal-elettriku rinnovabbli għal livell li jkun konsistenti mal-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 2 u b’pass li jkun konsistenti mat-trajettorji indikattivi msemmija fl-Artikolu 4(a)(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999. B’mod partikolari, dak il-qafas għandu jindirizza l-ostakli li jifdal, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, għal livell għoli ta’ provvista tal-elettriku rinnovabbli. Meta jfasslu dak il-qafas, l-Istati Membri għandhom iqisu l-elettriku rinnovabbli addizzjonali meħtieġ biex tiġi ssodisfata d-domanda fis-setturi tat-trasport, tal-industrija, tal-binjiet u tat-tisħin u t-tkessiħ u għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat . Dan il-qafas għandu jiġi stabbilit mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tad-Direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 (2021/0218 (COD));”

Raġuni

B’mod simili għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, il-karburanti tal-karbonju riċiklat se jirrikjedu li s-sehem tagħhom tal-enerġija rinnovabbli jiġi prodott b’mod dejjiemi. It-tisħiħ tal-mudelli tal-ekonomija ċirkolari li jippermettu t-tnaqqis u r-riċiklaġġ tal-iskart filwaqt li jiġi żgurat iffrankar għoli ta’ gassijiet serra għandu rwol importanti fil-kisba tal-objettivi klimatiċi.

Emenda 25

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(4)(a)(b)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 9(1)(a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull Stat Membru għandu jaqbel li jistabbilixxi mill-anqas proġett konġunt wieħed ma’ Stat Membru wieħed jew aktar għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata b’tali ftehim, inkluż id-data li fiha l-proġett ikun mistenni li jsir operazzjonali. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 25 għandhom jitqiesu li jissodisfaw dan l-obbligu għall-Istati Membri involuti.”;

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull Stat Membru jew reġjun għandu jaqbel li jistabbilixxi aktar minn proġett konġunt wieħed ma’ Stat Membru jew reġjun wieħed jew aktar għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Il-proġetti konġunti ma għandhomx jikkorrispondu mal-proġetti ta’ interess komuni li diġà ġew adottati taħt il-qafas trans-Ewropew. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-operaturi privati. Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata b’tali ftehim, inkluż id-data li fiha l-proġett ikun mistenni li jsir operazzjonali. Il-proġetti ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1294 25 għandhom jitqiesu li jissodisfaw dan l-obbligu għall-Istati Membri involuti.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej :

“7a .   L-Istati Membri li jmissu ma’ baċir tal-baħar għandhom jikkooperaw biex jiddefinixxu b’mod konġunt l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli offshore li jippjanaw li jipproduċu f’dak il-baċir tal-baħar sal-2050, b’passi intermedji fl-2030 u fl-2040. Huma għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet u l-iżvilupp f’kull reġjun, il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli offshore tal-baċir tal-baħar u l-importanza li jiġi żgurat l-ippjanar integrat tal-grilja assoċjat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dak l-ammont fil-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin :

“7.     L-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti fi proġetti transfruntiera, inklużi strutturi konġunti bħall-Ewroreġjuni u r-REKT, għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal appoġġ finanzjarju u assistenza teknika”;

“8.    L-Istati Membri li jmissu ma’ baċir tal-baħar , wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet interessati oħra, għandhom jikkooperaw biex jiddefinixxu b’mod konġunt l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli offshore li jippjanaw li jipproduċu f’dak il-baċir tal-baħar sal-2050, b’passi intermedji fl-2030 u fl-2040. Huma għandhom iqisu l-kompetenzi, l-ispeċifiċitajiet u l-iżvilupp f’kull reġjun, il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli offshore tal-baċir tal-baħar u l-importanza li jiġi żgurat l-ippjanar integrat tal-grilja assoċjat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dak l-ammont fil-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.”;

“9.     L-Istati Membri u r-reġjuni tal-fruntiera jistgħu jikkooperaw ukoll fuq proġetti konġunti għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet ta’ ħżin”;

Raġuni

Il-livelli lokali u reġjonali għandhom rwol importanti ħafna f’sistema tal-enerġija integrata u deċentralizzata. Għalhekk, il-kooperazzjoni mal-livelli lokali u reġjonali hija kruċjali għas-suċċess ta’ tali proġetti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jaħdmu bejn il-fruntieri.

Emenda 26

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(6)(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, fir-regolamenti u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, fejn applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom jew b’mezzi oħra b’effett ekwivalenti, għandhom jirrikjedu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-binjiet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/31/UE. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfati, fost l-oħrajn, permezz ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti.

Sabiex jinkiseb is-sehem indikattiv ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, fir-regolamenti u fil-kodiċijiet tagħhom dwar il-bini u, fejn applikabbli, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom jew b’mezzi oħra b’effett ekwivalenti, għandhom jirrikjedu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-binjiet ġodda u dawk li se jiġu rinnovati , f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/31/UE. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfati, fost l-oħrajn, permezz ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti.

Raġuni

Evidenti

Emenda 27

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(7)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 18(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“[…] Sabiex jinkisbu tali numri suffiċjenti ta’ installaturi u disinjaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta’ taħriġ suffiċjenti li jwasslu għal kwalifika jew għal ċertifikazzjoni u li jkopru t-teknoloġiji tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, u l-aktar soluzzjonijiet innovattivi riċenti tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni f’tali programmi, b’mod partikolari minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ftehimiet volontarji mal-fornituri u mal-bejjiegħa tat-teknoloġija rilevanti biex iħarrġu għadd suffiċjenti ta’ installaturi, li jistgħu jkunu bbażati fuq stimi tal-bejgħ, fl-aktar soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi riċenti disponibbli fis-suq. […]”

“[…] Sabiex jinkisbu tali numri suffiċjenti ta’ installaturi u disinjaturi, l-Istati Membri, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-livell reġjonali u lokali, għandhom jippromwovu programmi ta’ taħriġ li jwasslu għal kwalifika jew għal ċertifikazzjoni u li jkopru t-teknoloġiji tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, it-teknoloġiji ta’ ħżin, u l-aktar soluzzjonijiet innovattivi riċenti tagħhom, ibbażati fuq infrastruttura tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku . L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni f’tali programmi, b’mod partikolari minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ftehimiet volontarji mal-fornituri u mal-bejjiegħa tat-teknoloġija rilevanti biex iħarrġu għadd suffiċjenti ta’ installaturi, li jistgħu jkunu bbażati fuq stimi tal-bejgħ, fl-aktar soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi riċenti disponibbli fis-suq. […]”

Raġuni

Għandu jkun hemm taħriġ dwar it-teknoloġija l-aktar avvanzata sabiex jiġi evitat li t-taħriġ ikun iffukat fuq sistemi inqas effiċjenti fl-enerġija. L-UE għandha kompetenza limitata fil-politika tal-edukazzjoni, u l-programmi ta’ taħriġ huma ġestiti wkoll fil-livell reġjonali u lokali.

Emenda 28

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(9)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 20(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Skont l-evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn sorsi rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li tiġi żviluppata infrastruttura distrettwali għall-promozzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli inkluż l-enerġija solari, l-enerġija ġeotermali, il-bijomassa, il-bijogass, il-bijolokwidi u s-sħana u l-kesħa mormija, f’kombinazzjoni mal-ħżin tal-enerġija termali.

Skont l-evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn sorsi rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li tiġi żviluppata infrastruttura distrettwali għall-promozzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli inkluż l-enerġija solari, l-enerġija ambjentali, l-enerġija ġeotermali, il-bijomassa, il-bijogass, il-bijolikwidi , il-karburanti tal-karbonju riċiklat, u s-sħana u l-kesħa mormija, f’kombinazzjoni ma’ pompi tas-sħana u mal-ħżin tal-enerġija termali.

Raġuni

Evidenti

Emenda 29

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(10)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 20a

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar is-sehem tal-elettriku rinnovabbli u l-kontenut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-elettriku fornut f’kull żona tal-offerti, bl-aktar mod preċiż possibbli u qrib il- ħin reali kemm jista’ jkun iżda f’intervalli ta’ ħin ta’ mhux aktar minn siegħa, bit-tbassir fejn disponibbli . Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b’mod diġitali b’mod li jiżgura li tkun tista’ tintuża mill-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, mill-aggregaturi, mill-konsumaturi u mill-utenti finali, u li tista’ tinqara b’apparati ta’ komunikazzjoni elettronika bħas-sistemi ta’ kejl intelliġenti, il-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi, is-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet.

“1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar is-sehem tal-elettriku rinnovabbli u l-kontenut tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-elettriku fornut f’kull żona tal-offerti, bl-aktar mod preċiż possibbli u  b’riżoluzzjoni f’termini ta’ ħin li l-Istati Membri jqisuha rilevanti biex tinkoraġġixxi l-użu tal-enerġija rinnovabbli . Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b’mod diġitali b’mod li jiżgura li tkun tista’ tintuża mill-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, mill-aggregaturi, mill-konsumaturi u mill-utenti finali, u li tista’ tinqara b’apparati ta’ komunikazzjoni elettronika bħas-sistemi ta’ kejl intelliġenti, il-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi, is-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet.

2.   Minbarra r-rekwiżiti fi [il-proposta għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi ta’ batteriji domestiċi u industrijali jippermettu aċċess f’ħin reali għal informazzjoni bażika dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-batteriji, inkluż il-kapaċità tal-batteriji, l-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ u s-set point tal-potenza, lis-sidien u lill-utenti tal-batteriji kif ukoll lil partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom, bħall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, skont termini mhux diskriminatorji u bla ħlas.

2.   Minbarra r-rekwiżiti fi [il-proposta għal Regolament dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi ta’ batteriji domestiċi , tal-komunità u industrijali jippermettu aċċess f’ħin reali għal informazzjoni bażika dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-batteriji, inkluż il-kapaċità tal-batteriji, l-istat tas-saħħa, l-istat taċ-ċarġ u s-set point tal-potenza, lis-sidien u lill-utenti tal-batteriji kif ukoll lil partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom, bħall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-enerġija tal-binjiet u l-parteċipanti fis-suq tal-elettriku, skont termini mhux diskriminatorji u bla ħlas.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-vetturi jagħmlu disponibbli, f’ħin reali, data fil-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, mal-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-enerġija tal-batterija, mal-kapaċità tal-batterija, kif ukoll mal-post tal-vetturi elettriċi għas-sidien u għall-utenti tal-vetturi elettriċi, kif ukoll għall-partijiet terzi li jaġixxu f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-parteċipanti fis-suq tal-elettriku u l-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà, skont termini mhux diskriminatorji u bla ebda ħlas, minbarra rekwiżiti ulterjuri fir-regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-vetturi u tal-bastimenti jagħmlu disponibbli, f’ħin reali, data fil-vettura relatata mal-istat tas-saħħa tal-batterija, mal-istat taċ-ċarġ tal-batterija, mal-valur programmat tal-enerġija tal-batterija, mal-kapaċità tal-batterija, kif ukoll mal-post tal-vetturi u tal-bastimenti elettriċi għas-sidien u għall-utenti tal-vetturi u tal-bastimenti elettriċi, kif ukoll għall-partijiet terzi li jaġixxu f’isem is-sidien u l-utenti, bħall-parteċipanti fis-suq tal-elettriku u l-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà, skont termini mhux diskriminatorji u bla ebda ħlas, minbarra rekwiżiti ulterjuri fir-regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq.

3.   Minbarra r-rekwiżiti fi [il-proposta għal Regolament dwar l-użu ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi, li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti normali tal-irriċarġjar tal-enerġija mhux aċċessibbli għall-pubbliku installati fit-territorju tagħhom minn [l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] ikunu jistgħu jappoġġaw funzjonalitajiet intelliġenti tal-iċċarġjar u, fejn xieraq abbażi ta’ valutazzjoni mill-awtorità regolatorja, funzjonalitajiet tal-iċċarġjar bidirezzjonali.

3.   Minbarra r-rekwiżiti fi [il-proposta għal Regolament dwar l-użu ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi, li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti normali tal-irriċarġjar tal-enerġija mhux aċċessibbli għall-pubbliku installati fit-territorju tagħhom minn [l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva emendatorja] ikunu jistgħu jappoġġaw funzjonalitajiet intelliġenti tal-iċċarġjar u, fejn xieraq abbażi ta’ valutazzjoni mill-awtorità regolatorja, funzjonalitajiet tal-iċċarġjar bidirezzjonali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali ma jiddiskriminax kontra l-parteċipazzjoni fis-swieq tal-elettriku, inkluż il-ġestjoni tal-konġestjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar, ta’ sistemi żgħar jew mobbli bħall-batteriji domestiċi u l-vetturi elettriċi, kemm direttament kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni.”;

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali ma jiddiskriminax kontra l-parteċipazzjoni fis-swieq tal-elettriku, inkluż il-ġestjoni tal-konġestjoni u l-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u ta’ bbilanċjar, ta’ sistemi żgħar jew mobbli bħall-batteriji domestiċi, il-batteriji tal-komunità , il-vetturi elettriċi inklużi t-trakkijiet u l-bastimenti , kemm direttament kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni”;

Raġuni

Il-batteriji fuq livell ta’ sistema komunitarja huma aktar sikuri fit-tħaddim u jirrikjedu inqas investiment meta mqabbla mal-batteriji domestiċi; il-vapuri jipprovdu flessibbiltà akbar u ma għandhomx jitħallew barra minn dan is-suq.

Emenda 30

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(10)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 20a

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu miftuħa għal parteċipazzjoni transfruntiera. Din tista’ tinkludi konnessjoni transfruntiera fiżika diretta għall-fini ta’ skambji intra-Komunitarji tal-elettriku.

Emenda 31

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(11)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 22a

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tas-sorsi rinnovabbli fl-ammont ta’ sorsi ta’ enerġija użati għall-finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali fis-settur tal-industrija b’żieda annwali medja indikattiva ta’ 1,1 punt perċentwali sal-2030.

“1.   L-Istati Membri, b’koordinazzjoni mar-reġjuni u l-bliet , għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu s-sehem tas-sorsi rinnovabbli fl-ammont ta’ sorsi ta’ enerġija użati għall-finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali fis-settur tal-industrija b’żieda annwali medja indikattiva ta’ 1,1 punt perċentwali sal-2030.

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-miżuri ppjanati u meħuda biex tinkiseb tali żieda indikattiva fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta’ progress ippreżentati skont l-Artikoli 3, 14 u 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

L-Istati Membri , b’koordinazzjoni mar-reġjuni u l-bliet, għandhom jinkludu l-miżuri ppjanati u meħuda biex tinkiseb tali żieda indikattiva fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta’ progress ippreżentati skont l-Artikoli 3, 14 u 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribut ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati għal finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali għandu jkun ta’ 50 % tal-idroġenu użat għal finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali fl-industrija sal-2030. Ir-regoli li ġejjin għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat dak il-perċentwal:

L-Istati Membri , b’koordinazzjoni mar-reġjuni u l-bliet, għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-kontribut ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati għal finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali għandu jkun ta’ 50 % tal-idroġenu użat għal finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali fl-industrija sal-2030. Ir-regoli li ġejjin għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat dak il-perċentwal:

(a)

Għall-kalkolu tad-denominatur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-idroġenu għal skopijiet ta’ enerġija u mhux enerġija finali, minbarra l-idroġenu użat bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali.

(a)

Għall-kalkolu tad-denominatur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-idroġenu għal skopijiet ta’ enerġija u mhux enerġija finali, minbarra l-idroġenu użat bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali.

(b)

Għall-kalkolu tan-numeratur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kkunsmati fis-settur tal-industrija għal finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali, minbarra l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali.

(b)

Għall-kalkolu tan-numeratur, għandu jitqies il-kontenut enerġetiku tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju kkunsmati fis-settur tal-industrija għal finijiet ta’ enerġija u mhux ta’ enerġija finali, minbarra l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’ karburanti tat-trasport konvenzjonali.

(c)

Għall-kalkolu kemm tan-numeratur kif ukoll tad-denominatur, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw il-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit fl-Anness III.

(c)

Għall-kalkolu kemm tan-numeratur kif ukoll tad-denominatur, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw il-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti industrijali li jkunu ttikkettati jew iddikjarati li huma prodotti b’enerġija rinnovabbli u b’karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandhom jindikaw il-perċentwal ta’ enerġija rinnovabbli użata jew ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati fl-istadju tal-akkwist u tal-ipproċessar minn qabel, tal-manifattura u tad-distribuzzjoni tal-materja prima, ikkalkulat abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE (3) jew, inkella, fl-ISO 14067:2018.”;

2.   L-Istati Membri, b’koordinazzjoni mar-reġjuni u l-bliet, għandhom jiżguraw li l-prodotti industrijali li jkunu ttikkettati jew iddikjarati li huma prodotti benerġija rinnovabbli u b’karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għandhom jindikaw il-perċentwal ta’ enerġija rinnovabbli użata jew ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika użati fl-istadju tal-akkwist u tal-ipproċessar minn qabel, tal-manifattura u tad-distribuzzjoni tal-materja prima, ikkalkulat abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE (4) jew, inkella, fl-ISO 14067:2018.”;

Raġuni

Jenħtieġ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu parti mill-isforzi biex id-direttiva riveduta tiġi applikata b’mod effettiv. Jenħtieġ li huma jkunu involuti fid-definizzjoni ta’ pjani u miri nazzjonali, u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda 32

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(12)(d)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 23(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“4.   Sabiex tinkiseb iż-żieda annwali medja msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

“4.   Sabiex tinkiseb iż-żieda annwali medja msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli jew tas-sħana u l-kesħa mormija fis-sorsi u fil-karburanti tal-enerġija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;

(a)

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli jew tas-sħana u l-kesħa mormija fis-sorsi u fil-karburanti tal-enerġija fornuti għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b)

l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna fil-binjiet, jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana u kesħa mormija fi proċessi ta’ tisħin u tkessiħ industrijali;

(b)

l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna fil-binjiet, jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana u kesħa mormija fi proċessi ta’ tisħin u tkessiħ industrijali;

(c)

miżuri koperti minn ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ installazjoni skont il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija li tipprovdi servizzi ta’ installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

(c)

miżuri koperti minn ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ installazjoni skont il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija li tipprovdi servizzi ta’ installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

(d)

il-bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex jippjanaw u jimplimentaw proġetti u infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli;

(d)

il-bini tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jippjanaw u jimplimentaw proġetti u infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli;

(e)

il-ħolqien ta’ oqfsa tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas il-kost tal-kapital għal proġetti ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli;

(e)

il-ħolqien ta’ oqfsa tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas il-kost tal-kapital għal proġetti ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli;

(f)

il-promozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tas-sħana għal konsumaturi żgħar korporattivi u kollettivi;

(f)

il-promozzjoni ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tas-sħana u tal-kesħa għal konsumaturi żgħar korporattivi u kollettivi , iukluż l-SMEs ;

(g)

skemi ta’ sostituzzjoni ppjanati tas-sistemi tat-tisħin bil-karburanti fossili jew skemi ta’ eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili bi stadji importanti;

(g)

skemi ta’ sostituzzjoni ppjanati tas-sistemi tat-tisħin bil-karburanti fossili jew skemi ta’ eliminazzjoni gradwali tal-karburanti fossili bi stadji importanti;

(h)

l-ippjanar tas-sħana rinnovabbli, li jinkludi t-tkessiħ, ir-rekwiżiti fil-livell lokali u reġjonali;

(h)

l-ippjanar tas-sħana rinnovabbli, li jinkludi t-tkessiħ, ir-rekwiżiti fil-livell lokali u reġjonali;

(i)

miżuri ta’ politika oħrajn, b’effett ekwivalenti, inklużi miżuri fiskali, skemi ta’ appoġġ jew inċentivi finanzjarji oħrajn.

(i)

il-promozzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli bħala parti mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

 

(j)

miżuri ta’ politika oħrajn, b’effett ekwivalenti, inklużi miżuri fiskali, skemi ta’ appoġġ jew inċentivi finanzjarji oħrajn.

Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tagħhom għall-konsumaturi kollha, b’mod partikolari dawk f’unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli, li kieku ma jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.”;

Meta jadottaw u jimplimentaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tagħhom għall-konsumaturi kollha, b’mod partikolari dawk f’unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli, u intrapriżi mikro u żgħar vulnerabbli li kieku ma jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.”;

Raġuni

Iż-żieda tal-livell reġjonali u l-adattament tal-kriterji tal-faqar enerġetiku kif definiti mill-Fond Soċjali għall-Klima. Il-Komunitajiet tal-Enerġija Rinnovabbli jistgħu jagħmlu gwadanji ambjentali importanti billi jgħaqqdu s-sħana/il-kesħa mas-sistemi tal-elettriku.

Emenda 33

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(13)(e)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 24(8)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li skontu l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-elettriku jivvalutaw mill-anqas kull erba’ snin, f’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali fl-oqsma rispettivi tagħhom, il-potenzjal għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jipprovdu servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi ta’ sistemi oħra, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin termali ta’ elettriku żejjed minn sorsi rinnovabbli, u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikunx aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti mis-soluzzjonijiet alternattivi.

L-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti tagħhom għandhom jistabbilixxu qafas li skontu l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-elettriku jivvalutaw mill-anqas kull erba’ snin, f’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali fl-oqsma rispettivi tagħhom, il-potenzjal għas-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali li jipprovdu servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi ta’ sistemi oħra, inkluż ir-rispons għad-domanda u l-ħżin termali ta’ elettriku żejjed minn sorsi rinnovabbli, u jekk l-użu tal-potenzjal identifikat ikunx aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar kosteffiċjenti mis-soluzzjonijiet alternattivi. Il-valutazzjoni għandha tikkunsidra bħala prijorità alternattivi għall-iżvilupp tan-network f’konformità mal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku jqisu kif xieraq ir-riżultati tal-valutazzjoni meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu fl-ippjanar tal-grilja, fl-investiment fil-grilja u fl-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku jqisu kif xieraq ir-riżultati tal-valutazzjoni meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu fl-ippjanar tal-grilja, fl-investiment fil-grilja u fl-iżvilupp tal-infrastruttura fit-territorji rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jiżguraw li s-servizzi ta’ bbilanċjar, ħżin u flessibbiltà oħra, bħar-rispons għad-domanda, ipprovduti mill-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali, ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jiżguraw li s-servizzi ta’ bbilanċjar, ħżin u flessibbiltà oħra, bħar-rispons għad-domanda, ipprovduti mill-operaturi tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali, ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-swieq tal-elettriku tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ koordinazzjoni skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks tal-enerġija oħrajn.

L-Istati Membri jistgħu jestendu r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ koordinazzjoni skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, inkluż in-networks tal-idroġenu u networks tal-enerġija oħrajn.

L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mar-reġjuni u mal-bliet biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-qafas u, wara, l-operazzjoni tiegħu.

Raġuni

Il-livelli lokali u reġjonali għandhom jipparteċipaw matul il-proċess kollu għal implimentazzjoni bla xkiel tad-direttiva.

Emenda 34

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(14)(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu li jippermetti lill-fornituri tal-karburanti fit-territorju tagħhom jiskambjaw krediti għall-provvista ta’ enerġija rinnovabbli lis-settur tat-trasport. L-operaturi ekonomiċi li jfornu elettriku rinnovabbli lil vetturi elettriċi permezz ta’ stazzjonijiet pubbliċi tal-irriċarġjar għandhom jirċievu krediti, irrispettivament minn jekk l-operaturi ekonomiċi jkunux soġġetti għall-obbligu stabbilit mill-Istat Membru dwar il-fornituri tal-karburanti, u jistgħu jbigħu dawk il-krediti lill-fornituri tal-karburanti, li għandhom jitħallew jużaw il-krediti biex jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu;

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu li jippermetti lill-fornituri tal-karburanti fit-territorju tagħhom jiskambjaw krediti għall-provvista ta’ enerġija rinnovabbli u tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju permezz ta’ mekkaniżmu differenti lis-settur tat-trasport. L-operaturi ekonomiċi li jfornu elettriku rinnovabbli lil vetturi elettriċi permezz ta’ stazzjonijiet pubbliċi tal-irriċarġjar , l-enerġija rinnovabbli, l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew Fjuwils Rinnovabbli minn Oriġini Mhux Bijoloġika derivati mill-idroġenu għandhom jirċievu krediti, irrispettivament minn jekk l-operaturi ekonomiċi jkunux soġġetti għall-obbligu stabbilit mill-Istat Membru dwar il-fornituri tal-karburanti, u jistgħu jbigħu dawk il-krediti lill-fornituri tal-karburanti, li għandhom jitħallew jużaw il-krediti biex jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.

Raġuni

Għandu jitqies l-iżvilupp aċċellerat ta’ sorsi ġodda ta’ enerġija rinnovabbli.

Emenda 35

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(16)(b)(a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(ii)

għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawn il-karburanti li jiġu fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet tagħhom iddeterminati f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 29(a)(3);

(ii)

għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika , l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, Fjuwils Rinnovabbli minn Oriġini Mhux Bijoloġika derivati mill-idroġenu u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat, billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ dawn il-karburanti li jiġu fornuti lill-modi kollha tat-trasport bl-iffrankar tal-emissjonijiet tagħhom iddeterminati f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 29a(3);

Raġuni

Allinjament maż-żieda tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju..

Emenda 36

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(16)(b)(d)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 27(1)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(d)

it-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra mill-użu tal-enerġija rinnovabbli jiġi ddeterminat billi l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijokarburanti, tal-bijogass u tal-elettriku rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport jiġi diviż bil-linja bażi.

(d)

it-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra mill-użu tal-enerġija rinnovabbli jiġi ddeterminat billi l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijokarburanti, tal-bijogass, tal-Fjuwils Rinnovabbli minn Oriġini Mhux Bijoloġika, tal-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, tal-karburanti tal-karbonju riċiklat u tal-elettriku rinnovabbli pprovdut lill-modi kollha tat-trasport jiġi diviż bil-linja bażi.

Raġuni

Evidenti

Emenda 37

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(16)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(d)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(d)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

 

(i)

jitħassru l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu;

 

(i)

jitħassru l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu;

 

(ii)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, direttament jew għall-produzzjoni ta’ prodotti intermedji, is-sehem medju ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli.”;

 

(ii)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, direttament jew għall-produzzjoni ta’ prodotti intermedji, is-sehem medju ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli.”;

 

(iii)

fil- ħames subparagrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Madankollu, l-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala elettriku rinnovabbli fejn jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika dment li l-installazzjoni:”;

 

(iii)

il- ħames subparagrafu, inklużi l-punti (a) u (b), huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, l-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala elettriku rinnovabbli fejn jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika dment li l-installazzjoni mhijiex konnessa mal-grilja jew hija konnessa mal-grilja iżda tista’ tintwera evidenza li l-elettriku kkonċernat ġie pprovdut mingħajr ma ttieħed l-elettriku mill-grilja. ”;

(iv)

is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-elettriku li ttieħed mill-grilja jista’ jitqies bħala kompletament rinnovabbli, sakemm huwa prodott esklużivament minn sorsi rinnovabbli, kkonfermati permezz tal-garanziji tal-oriġini.”

(v)

is-seba’ paragrafu huwa mħassar.

Raġuni

Il-prinċipji tal-addizzjonalità u tal-korrelazzjoni jikkumplikaw il-każ kummerċjali diġà diffiċli tal-elettroliżi u tal-espansjoni tal-H2 ekoloġiku. L-appoġġ pubbliku għall-produzzjoni ta’ H2 ekoloġiku għandu jkun possibbli wkoll b’kuntratt ma’ park solari jew eoliku eżistenti, pereżempju permezz ta’ garanziji tal-oriġini.

Emenda 38

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(18)(a)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 29(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

 

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-kontribut lejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri u il-miri msemmija fl-Artikoli 3(1), 15a(1), 22a(1), 23(1), 24(4), u 25(1) ta’ din id-Direttiva;”;

 

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-kontribut lejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri u il-miri msemmija fl-Artikoli 3(1), 15a(1), 22a(1), 23(1), 24(4), u 25(1) ta’ din id-Direttiva;”;

 

(ii)

ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-karburanti tal-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 jekk jintużaw,

 

 

 

(a) fil-każ ta’ karburanti tal-bijomassa solida, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termali kklassifikata totali ta’ 5 MW jew aktar,

(b) fil-każ ta’ karburanti ta’ bijomassa gassuża, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termali kklassifikata totali ta’ 2 MW jew aktar,

(c) fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproduċu karburanti ta’ bijomassa gassuża bir-rata medja tal-fluss tal-bijometan li ġejja:

 

 

 

(i)

aktar minn 200 m3 ta’ ekwivalenti ta’ metan/siegħa mkejjel f’kundizzjonijiet standard ta’ temperatura u pressjoni (jiġifieri 0 oC u pressjoni atmosferika ta’ 1 bar);

(ii)

jekk il-bijogass ikun magħmul minn taħlita ta’ metan u gassijiet oħra mhux kombustibbli, għar-rata tal-fluss tal-metan, il-limitu stabbilit fil-punt (i) ikkalkulat mill-ġdid b’mod proporzjonali għas-sehem volumetriku tal-metan fit-taħlita;

(iii)

is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara r-raba’ subparagrafu:

 

 

“L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal installazzjonijiet b’kapaċità termali kklassifikata totali jew rata ta’ fluss tal-bijometan aktar baxxa.”;

 

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li ddaħħal mill-ġdid parti mit-test tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li bħalissa tinsab fis-seħħ u li ġiet adottata biss tliet snin ilu (għadha ma ġietx trasposta mill-Istati Membri kollha).

Leġiżlazzjoni instabbli tipproduċi l-effett li tillimita l-investiment u tfixkel l-iżvilupp tas-suq.

Emenda 39

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(18)(e) u (f)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(e)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv)

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità bil-għan li jiġu minimizzati l-impatti negattivi, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli; li jimminimizza tqaċċit totali tas-siġar u jiżgura limiti xierqa lokalment għall-estrazzjoni tal-injam niexef u rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità:”;

(e)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv)

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità bil-għan li jiġu minimizzati l-impatti negattivi, b’mod li tiġi evitata d-degradazzjoni tal-foresti primarji jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli; li jimminimizza tqaċċit totali tas-siġar u jiżgura limiti xierqa lokalment għall-estrazzjoni tal-injam niexef u rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità:”;

(f)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv)

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità bil-għan li jiġu minimizzati l-impatti negattivi, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, i d-degradazzjoni tal-foresti primarji jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli; li jimminimizza tqaċċit totali tas-siġar u jiżgura limiti xierqa lokalment għall-estrazzjoni tal-injam niexef u rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità:”;

(f)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv)

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità bil-għan li jiġu minimizzati l-impatti negattivi, b’mod li tiġi evitata d-degradazzjoni tal-foresti primarji jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli; li jimminimizza tqaċċit totali tas-siġar u jiżgura limiti xierqa lokalment għall-estrazzjoni tal-injam niexef u rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità:”;

Raġuni

Il-provi fit-tul fuq il-post fis-silvikultura Nordika juru li l-ħsad parzjali tal-ġdur u l-għeruq huwa possibbli mingħajr ma ssir ħsara lill-bijodiversità. Jeħtieġ li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali u reġjonali rigward il-konsegwenzi ekoloġiċi fl-istrateġiji ta’ ġestjoni diversi tal-foresti.

Emenda 40

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(18)(g)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 29(10)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(g)

fil-paragrafu 10, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

mill-anqas 70 % għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati fl-installazzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2025, u mill-anqas 80 % mill-1 ta’ Jannar 2026.”;

 

Raġuni

Ir-regoli tar-RED II huma applikabbli għall-installazzjonijiet li jibdew l-operazzjonijiet tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2025.

L-introduzzjoni ta’ kriterji ġodda u aktar stretti għall-installazzjonijiet eżistenti (b’mod retroattiv) tikkomprometti l-istabbiltà tal-qafas legali u tal-investimenti. Dan ikollu impatt partikolarment negattiv fuq iż-żoni rurali.

Emenda 41

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(19)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 29(a)(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-enerġija mill-karburanti tal-karbonju riċiklat tista’ tingħadd għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 5(1) , l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), biss jekk l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ dawk il-karburanti jkun ta’ mill-anqas 70 %.

L-enerġija mill-karburanti tal-karbonju riċiklat u mill-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tista’ tingħadd għall-miri msemmija fl-Artikoli 15a(1), 22a(1), 23(1), 24(4) u 25(1) biss jekk l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ dawk il-karburanti jkun ta’ mill-anqas 70 %.

Raġuni

Il-Kummissjoni Ewropea qed tpoġġi enfasi qawwija fuq is-CCU biex ikollu rwol importanti fl-industrija tad-dekarbonizzazzjoni u għalhekk jenħtieġ li joħloq ukoll suq għall-karburant li jirriżulta.

Emenda 42

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(22)

Direttiva (UE) 2018/2001

Artikolu 31(2), (3) u (4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi stabbilita bażi tad-data tal-Unjoni li tippermetti t-traċċar ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi stabbilita bażi tad-data tal-Unjoni li tippermetti t-traċċar ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi rilevanti jdaħħlu fil-ħin f’dik il-bażi tad-data informazzjoni preċiża dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-karburanti soġġetti għal dawk it-tranżazzjonijiet, inklużi l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja, mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-mument li jiġu kkunsmati fl-Unjoni. L-informazzjoni dwar jekk ġiex ipprovdut appoġġ għall-produzzjoni ta’ kunsinna speċifika ta’ karburant u jekk iva, dwar it-tip ta’ skema ta’ appoġġ, għandha tiġi inkluża wkoll fil-bażi tad-data.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi rilevanti jdaħħlu fil-ħin f’dik il-bażi tad-data informazzjoni preċiża dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-karburanti soġġetti għal dawk it-tranżazzjonijiet, inklużi l-materja prima tagħhom u l-oriġini tagħha, l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja, mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-mument li jiġu kkunsmati fl-Unjoni. L-informazzjoni dwar jekk ġiex ipprovdut appoġġ għall-produzzjoni ta’ kunsinna speċifika ta’ karburant, u jekk iva, dwar it-tip ta’ skema ta’ appoġġ, għandha tiġi inkluża wkoll fil-bażi tad-data.

Fejn xieraq biex tittejjeb it-traċċabbiltà tad-data tul il-katina tal-provvista kollha, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex testendi ulterjorment il-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-bażi tad-data tal-Unjoni biex tkopri data rilevanti mill-punt tal-produzzjoni jew tal-ġbir tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-karburant.

Fejn xieraq biex tittejjeb it-traċċabbiltà tad-data tul il-katina tal-provvista kollha, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 , f’każijiet strettament eċċezzjonali biss, biex testendi ulterjorment il-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-bażi tad-data tal-Unjoni biex tkopri data rilevanti mill-punt tal-produzzjoni jew tal-ġbir tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-karburant.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri tal-karburanti jdaħħlu l-informazzjoni meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, fil-bażi tad-data tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri tal-karburanti jdaħħlu l-informazzjoni meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, fil-bażi tad-data tal-Unjoni.

3.   L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Unjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ u verifika tad-data.

3.   L-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Unjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ u verifika tad-data.

4.   Jekk ikunu nħarġu garanziji tal-oriġini għall-produzzjoni ta’ kunsinna ta’ gassijiet rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-garanziji tal-oriġini jiġu kkanċellati qabel ma l-kunsinna ta’ gassijiet rinnovabbli tkun tista’ tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data.

4.   Jekk ikunu nħarġu garanziji tal-oriġini għall-produzzjoni ta’ kunsinna ta’ gassijiet rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-garanziji tal-oriġini jiġu kkanċellati qabel ma l-kunsinna ta’ gassijiet rinnovabbli tkun tista’ tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni inkluża mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tiġi vverifikata, pereżempju billi jintużaw skemi volontarji jew nazzjonali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni inkluża mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tiġi vverifikata, pereżempju billi jintużaw skemi volontarji jew nazzjonali.

Għall-verifika tad-data, l-iskemi volontarji jew nazzjonali rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(4), (5) u (6) jistgħu jużaw sistemi ta’ informazzjoni ta’ partijiet terzi bħala intermedjarji biex jiġbru d-data, dment li tali użu jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni.

Għall-verifika tad-data, l-iskemi volontarji jew nazzjonali rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(4), (5) u (6) jistgħu jużaw sistemi ta’ informazzjoni ta’ partijiet terzi bħala intermedjarji biex jiġbru d-data, dment li tali użu jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni.

 

6.     Il-bażi ta’ data tal-Unjoni se tiġbor u tkun tista’ turi d-data fil-livell reġjonali.

Raġuni

Il-granularità tad-data tista’ ttejjeb it-traċċabbiltà u l-fehim tal-fluss ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u karburanti tal-karbonju riċiklat. L-atti delegati jistgħu jintużaw biss f’każijiet ta’ eċċezzjoni u bir-rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda 43

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3(2)(b)

Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

il-punti 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8.

‘fornitur’ tfisser ‘fornitur tal-karburant’ kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (38) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

“9.

‘bijokarburanti’ tfisser ‘bijokarburanti’ kif definiti fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (33) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;”;

(b)

il-punti 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8.

‘fornitur’ tfisser ‘fornitur tal-karburant’ kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (38) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

‘9.

“bijokarburanti” tfisser “bijokarburanti” kif definiti fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (33) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;’;

“10.

‘L-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jfisser idroġenu mill-fjuwils fossili bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju jew idroġenu bbażat fuq l-elettriku, fejn dak l-idroġenu jikseb iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ mill-inqas 73,4  % li jirriżulta f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ inqas minn 3 tCO2eq/tH2 meta mqabbla ma’ komparatur tal-fjuwils fossili ta’ 94 g CO2e/MJ (2,256 tCO2eq/tH2). Il-kontenut tal-karbonju tal-idroġenu bbażat fuq l-elettriku għandu jiġi ddeterminat mill-unità ta’ ġenerazzjoni marġinali fiż-żona tal-offerti fejn l-elettrolizzatur ikun jinsab fil-perjodi tal-issetiljar tal-iżbilanċ meta l-elettrolizzatur jikkonsma l-elettriku mill-grilja;”

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

1.

jenfasizza li, wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russa, qatt ma kien daqstant qawwi u ċar il-bżonn għal tranżizzjoni rapida tal-enerġija u sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

2.

jilqa’ r-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli li tirriżulta mill-ambizzjoni ġenerali tal-UE li ssir kontinent newtrali għall-klima sal-2050;

3.

jappoġġja ż-żieda fil-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2030 u l-fatt li s-setturi kollha huma mistennija jikkontribwixxu, u jenfasizza li l-espansjoni massiva u rapida tal-enerġija rinnovabbli, flimkien ma’ żieda fis-sovranità u l-effiċjenza enerġetika hija strumentali biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE, kif ukoll biex jissaħħu l-affordabbiltà u s-sigurtà tal-provvista tas-sistema tal-enerġija tal-UE;

4.

japprova, madankollu, approċċ flessibbli u bbilanċjat għall-objettivi tal-enerġija rinnovabbli li jħeġġeġ l-iżvilupp kontinwu tat-teknoloġiji u jipprovdi ċertezza lill-investituri, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-UE u tiġi ggarantita tranżizzjoni sostenibbli u ġusta;

5.

jisħaq li huwa ta’ importanza fundamentali li tiġi żgurata l-koerenza fit-testi leġiżlattivi fl-ambitu tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, u li l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” u approċċ teknoloġikament newtrali jiġu rispettati sabiex jinkisbu emissjonijiet netti żero sal-2050 bl-aktar mod sostenibbli u kosteffettiv;

6.

jinsisti li l-Istati Membri jeħtiġilhom jittrasponu RED II fl-ispirtu maħsub fid-dokument;

Valutazzjoni tas-Sussidjarjetà u tal-Impatt

7.

jilqa’ l-inklużjoni ta’ grilja tas-sussidjarjetà li takkumpanja l-proposti leġiżlattivi kif propost mill-KtR; fl-istess ħin jikkondividi l-kummenti ta’ tħassib tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju li nħarġu qabel il-pubblikazzjoni tal-proposta, b’mod partikolari dwar il-ħtieġa li jiġi indirizzat b’mod sitematiku t-tħassib rigward is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u l-ħtieġa li jiġi ppreżentat aħjar l-impatt tal-miżuri proposti fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha, inklużi l-kriterji tas-sostenibbililtà tal-bijoenerġija;

8.

jirrimarka li l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex omoġenji madwar l-Unjoni Ewropea u d-deċiżjonijiet jenħtieġ li jittieħdu fil-livell ta’ governanza li jipprovdi l-aktar soluzzjoni effettiva; il-KtR jimpenja ruħu li jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif ukoll l-impatt territorjali tal-leġiżlazzjoni proposta sabiex jiżgura l-implimentazzjoni b’suċċess tal-miri klimatiċi bl-aktar mod sostenibbli u kosteffiċjenti;

9.

itenni l-importanza għall-Unjoni li jitqiesu d-differenzi reġjonali eżistenti u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull reġjun, u li jiġu appoġġjati soluzzjonijiet kosteffettivi u effiċjenti fir-riżorsi, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispejjeż tal-enerġija jibqgħu affordabbli għaċ-ċittadini u għan-negozji;

10.

jissottolinja li l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli spiss isseħħ fil-livell lokali u tiddependi mill-SMEs reġjonali; jitlob li l-Istati Membri jinvolvu bis-sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jiddefinixxu u jimplimentaw miżuri nazzjonali dwar il-klima, pereżempju permezz tal-Kontributi Determinati fil-livell Reġjonali u Lokali (LRDCs) bħala komplement għall-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi;

Komunitajiet tal-Enerġija Rinnovabbli

11.

jesprimi dispjaċir għad-deċiżjoni li l-Artikolu dwar il-Komunitajiet tal-Enerġija Rinnovabbli ma jiġix emendat fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda mit-traspożizzjoni attwali u n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet ġodda għall-iffaċilitar ta’ permessi, għat-tnaqqis ta’ diffikultajiet amministrattivi, u fatturi oħra li jinibixxu l-aċċess għall-grilja, u biex jissaħħaħ l-użu ta’ teknoloġiji bħat-teknoloġiji solari termali u fotovoltajċi, idroelettriċi, eoliċi u ġeotermali;

12.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu koperti u sfruttati bis-sħiħ il-kontributi tal-“prosumaturi”, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u t-teknoloġiji ġodda, bħall-ħżin tal-enerġija, ir-rispons fin-naħa tad-domanda, il-mikrogrilji (possibbilment transfruntiera) u l-mobilità elettrika;

13.

jenfasizza l-importanza ta’ grilja tal-elettriku b’voltaġġ baxx jew medju, fejn trid tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa għal għadd kbir ta’ produtturi ġodda, deċentralizzati li jalimentaw l-elettriku fis-sistema; jissottolinja li hemm ukoll il-ħtieġa li produtturi ġodda fuq skala żgħira jiġu konnessi ma’ networks b’voltaġġ baxx jew medju; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi qafas għall-aggregazzjoni ta’ diversi proġetti żgħar, sabiex tippermettilhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni attwali. Il-flessibbiltà f’dan ir-rigward hija ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ikunu jistgħu jistabbilixxu ċerti proġetti aggregati u potenzjalment jiksbu finanzjament għal dawn l-isforzi;

14.

jirrimarka li s-sistemi tal-ħżin fuq livell ta’ sistema komunitarja huma aktar sikuri fit-tħaddim u jirrikjedu anqas investiment meta mqabbla mas-sistemi ta’ ħżin domestiku;

Il-kooperazzjoni transfruntiera

15.

jilqa’ l-proposta biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali u lokali dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli biex jittejbu s-sinerġiji fis-suq tal-enerġija; jenfasizza r-rwol ewlieni tar-reġjuni fiż-żieda tal-produzzjoni tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta u mill-oċeani;

16.

jafferma mill-ġdid l-importanza tal-promozzjoni u l-appoġġ ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera (jiġifieri Proġetti ta’ Interess Komuni) fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex tiġi żgurata sistema tal-enerġija kosteffettiva, integrata, dekarbonizzata u deċentralizzata; f’dan ir-rigward, jenfasizza wkoll l-importanza tal-interkonnettività għall-istabbilizzazzjoni tal-grilja fid-dawl tal-varjabbiltà tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-pressjonijiet ambjentali tat-tibdil fil-klima li għandhom impatt fuq il-funzjonalità tal-infrastruttura tal-elettriku;

17.

jissottolinja l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw assistenza finanzjarja u teknika biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jattiraw u jimmobilizzaw l-investimenti;

Il-bijoenerġija

18.

jemmen li l-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa hija meħtieġa biex tiżgura l-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità; jisħaq madankollu li l-introduzzjoni ta’ kriterji ġodda u aktar stretti li japplikaw għall-installazzjonijiet kollha eżistenti fuq skala żgħira tal-bijomassa, tat-tisħin u tal-enerġija jikkompromettu l-istabbiltà tal-qafas legali u għandhom impatt soċjali kbir fuq il-konsumaturi vulnerabbli, speċjalment fiż-żoni rurali, kif ukoll fuq in-negozji, li l-installazzjonijiet eżistenti u l-investimenti ppjanati tagħhom ma jistgħux jiġu injorati;

19.

jindika li t-tnaqqis tar-rekwiżiti ta’ rappurtar minn 20 MW għal 5 MW iżid piż amministrattiv sostanzjali fuq ħafna impjanti tal-enerġija ta’ daqs medju u jitlob li l-kriterji ta’ sostenibbiltà attwali tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli jinżammu, flimkien mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet nazzjonali u reġjonali differenti; għandhom jiġu introdotti rekwiżiti ġodda biss jekk il-valutazzjonijiet juru li dawk preżenti jwasslu għal riskji ambjentali li jimmotivaw approċċ aktar strett;

20.

jitlob li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-produzzjoni tal-bijometan fl-Ewropa bħala mod kif tiġi diversifikata u mnaqqsa b’mod urġenti d-dipendenza tal-UE fuq il-gass Russu filwaqt li tiżdied l-ambizzjoni għall-miri klimatiċi; jappoġġja l-mira li titwettaq il-produzzjoni ta’ 35 biljun metru kubu (bcm) ta’ bijometan fl-UE sal-2030 kif propost mill-pjan REPowerEU;

Ekonomija ċirkolari u effiċjenza fir-riżorsi

21.

jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma hemm l-ebda referenza għall-akkwist pubbliku ekoloġiku u ċirkolari bħala għodda għall-amministrazzjonijiet pubbliċi biex jippromovu l-enerġiji rinnovabbli fil-prodotti u s-servizzi relatati mal-enerġija;

22.

jisħaq li, biex tinkiseb effiċjenza akbar fir-riżorsi b’mod sostenibbli u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat jistgħu jkunu karburant ta’ tranżizzjoni fuq medda qasira ta’ żmien jekk jiġu applikati l-kriterji ta’ sostenibbiltà u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, inkluż is-settur tat-trasport;

23.

huwa favur azzjoni koordinata bejn il-manifatturi tal-vetturi bi fjuwils alternattivi, il-produtturi tal-fjuwils alternattivi u l-fornituri tal-infrastruttura tar-riforniment, bil-għan li tiġi żgurata d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport;

Tisħin u tkessiħ

24.

jitlob li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà relatat mat-tisħin u mat-tkessiħ;

25.

jappoġġja l-għan li jiżdiedu l-ishma tas-sorsi rinnovabbli u tas-sħana mormija fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ kif ukoll fit-tisħin distrettwali u t-tkessiħ distrettwali. Madankollu, jara l-ħtieġa li l-miri jiġu riformulati biex jikkombinaw is-sħana mormija u l-enerġija rinnovabbli fuq bażi ugwali, minflok ma jiġu fformulati miri separati. L-irkupru tas-sħana mormija mill-industrija, miċ-ċentri tad-data eċċ. għandu jkun attività ppreferuta meta tkun disponibbli, u ma ssirx diskriminazzjoni kontriha biex jinkiseb sehem stipulat ta’ sorsi rinnovabbli;

26.

jirrimarka li t-titjib tal-ħiliet permezz ta’ programmi ta’ taħriġ għall-installaturi u għad-disinjaturi dwar it-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli u t-teknoloġiji tal-ħżin jenħtieġ li jiġi żgurat mill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri; l-azzjonijiet immirati għandhom jittieħdu fil-qafas tal-pjan RePowerEU f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

Faqar enerġetiku

27.

jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ promozzjoni tal-użu tal-enerġiji rinnovabbli bħala għodda għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, l-intrapriżi mikro u żgħar u l-utenti tal-mobbiltà;

28.

jinnota li l-istrateġija tal-UE biex tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija fossili tagħha tidher li mhijiex biżżejjed; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-investimenti fis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u jisħaq fuq l-importanza tal-produzzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli bħala mod kif titnaqqas id-dipendenza minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ karburanti fossili u l-prezzijiet għoljin u volatili assoċjati magħhom f’konformità mal-filosofija ta’ REPowerEU;

29.

jappella għal sensiela koerenti ta’ miżuri u investimenti appoġġjati minn sforz konġunt u b’saħħtu fil-livelli kollha sabiex jinqered il-faqar enerġetiku fil-perkors lejn kontinent ġust newtrali għall-klima sal-2050, abbażi tal-inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki u ċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku;

Idroġenu u molekuli ekoloġiċi

30.

jenfasizza r-rwol ewlieni u jilqa’ l-ġbir ulterjuri ta’ evidenza xjentifika dwar ir-rwol tal-“molekuli ekoloġiċi” u trasportaturi sostenibbli ġodda oħra fit-tranżizzjoni tal-enerġija;

31.

jissottolinja l-importanza tal-idroġenu rinnovabbli f’setturi fejn l-idroġenu jintuża bħala materja prima jew fejn il-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u l-elettrifikazzjoni diretta mhumiex soluzzjonijiet vijabbli, filwaqt li joħolqu opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni, il-ħolqien tal-valur u l-impjieg f’ħafna reġjuni Ewropej;

32.

jinnota li l-importazzjoni ta’ sehem sinifikanti ta’ idroġenu rinnovabbli se tibqa’ meħtieġa fuq perjodu qasir ta’ żmien sabiex tikkumpensa għal produzzjoni limitata fl-UE;

33.

jenfasizza li r-rekwiżiti proposti fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-idroġenu rinnovabbli u d-derivattivi tiegħu (RFNBOs), kif intalab fl-Opinjoni tal-KtR dwar Pjan Direzzjonali għal Idroġenu Nadif (CoR 549/2020) (5), huma importanti għall-adozzjoni mis-suq tal-idroġenu rinnovabbli bħala parti mill-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu; għalhekk jappoġġja ċ-ċertifikazzjoni prevista tal-idroġenu rinnovabbli, is-sottomiri l-ġodda għall-RFNBOs fis-settur tat-trasport u l-industrija, u t-tikkettar propost ta’ prodotti industrijali manifatturati bl-użu ta’ enerġija rinnovabbli u RFNBOs, bħall-azzar ekoloġiku;

34.

ifakkar li l-idroġenu rinnovabbli għandu jkun il-prijorità u l-idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jista’ jintuża għal skopijiet ta’ dekarbonizzazzjoni bħala soluzzjoni tranżitorja fuq perjodu qasir sakemm l-idroġenu rinnovabbli jkun jista’ jaqdi dan ir-rwol waħdu; jistieden għalhekk lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-industrija jżidu l-kapaċità tal-elettriku rinnovabbli u tal-idroġenu;

35.

jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid l-Att Delegat li jmiss dwar il-Fjuwils Rinnovabbli minn Oriġini Mhux Bijoloġika prodott abbażi tad-Direttiva (UE) 2018/2001 biex tiżgura l-allinjament tiegħu ma’ din ir-reviżjoni;

L-enerġija solari

36.

jilqa’ t-tħabbira tat-tnedija li jmiss tal-istrateġija tal-UE dwar l-enerġija solari. Din għandha tinkludi miri u miżuri konkreti biex jiġi aċċellerat l-użu tal-enerġija solari, kif ukoll biex jiġu appoġġjati r-rekwiżiti l-ġodda tal-Artikolu 15a tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli rigward l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini u l-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, u għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ sistema tal-enerġija solari kompetittiva;

L-enerġija offshore

37.

jappoġġja b’mod espliċitu r-rekwiżit ġdid propost fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli dwar l-ippjanar tal-enerġija lil hinn mill-kosta, miri u miżuri għall-ippjanar integrat ta’ networks interkonnessi ta’ Stati Membri li jmissu mal-baċiri tal-baħar; jenfasizza li l-iżvilupp ulterjuri tal-enerġija offshore jeħtieġ armonizzazzjoni ulterjuri tal-oqfsa regolatorji fil-livell tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-offerti, ir-regoli tas-suq, l-aspetti tekniċi u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, sabiex tinkiseb il-kooperazzjoni mixtieqa fost l-Istati Membri u r-reġjuni;

38.

jilqa’ l-Pakkett reċenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Idroġenu u l-Gass Dekarbonizzat u r-regoli li jippromovu l-użu tal-infrastruttura tal-gass eżistenti għall-aċċettazzjoni ta’ molekuli ekoloġiċi oħra bħala taħlitiet u r-rinvovazzjoni ta’ infrastruttura tal-gass eżistenti u ġdida għat-trasport tal-idroġenu; jappoġġja qafas ta’ investiment għall-iżvilupp ta’ suq tal-idroġenu rinnovabbli, proġetti ambjentalment sikuri u ekonomikament vijabbli fil-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju (CCUS);

39.

Minħabba l-impatt potenzjali ta’ dan ir-Regolament fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-KtR jissottolinja l-importanza li jiġi infurmat mill-koleġiżlaturi dwar il-bidliet kollha għall-proposta inizjali f’kull stadju tal-proċedura leġiżlattiva, inklużi n-negozjati tat-trilogu, fkonformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, b’hekk il-KtR ikun jista’ jwettaq kif imiss il-prerogattivi tiegħu tat-Trattat (Artikolu 91 tat-TFUE).

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82–209.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82–209.

(3)  2013/179/UE: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet, ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1.

(4)  2013/179/UE: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet, ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1.

(5)  ĠU C 324, 1.10.2020, p. 41.


5.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/221


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tar-Regolament LULUCF u r-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi

(2022/C 301/17)

Relatur:

Åsa ÅGREN WIKSTRÖM (SE/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Västerbotten

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

COM(2021) 554

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

COM (2021) 555

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami

COM(2021) 554

Emenda 1

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(7)

Il-Komunikazzjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 iddeskriviet għażla li l-emissjonijiet agrikoli ta’ gassijiet serra mhux tas-CO2 jingħaqdu flimkien mal-assorbimenti netti tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija, u b’hekk jinħoloq settur tal-art regolat ġdid. Din il-kombinazzjoni tista’ tippromwovi sinerġiji bejn l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni bbażata fuq l-art u tippermetti tfassil ta’ politika u implimentazzjoni ta’ politika aktar integrati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jissaħħaħ l-obbligu għall-Istati Membri li jressqu pjanijiet ta’ mitigazzjoni integrati għas-settur tal-art.

Jitħassar

Raġuni

L-amalgamazzjoni taż-żewġ setturi tirriskja li tkun kontroproduttiva, ineffiċjenti u inġusta. L-enfasi primarja tal-UE jenħtieġ li tkun li jitnaqqsu l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi ottimizzat ukoll il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tas-settur tal-LULUCF.

Emenda 2

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(8a)

Ir-raba’, il-bwar u l-artijiet mistagħdra bħalissa huma emittenti netti ta’ gassijiet serra fl-Unjoni, iżda għandhom il-potenzjal li jsiru sors ta’ assorbimenti netti ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari permezz tar-restawr tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri.

Emenda 3

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex itejbu l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, il-bdiewa individwali jew dawk li jiġġestixxu l-foresti jeħtieġu inċentiv dirett biex jaħżnu aktar karbonju fuq l-art tagħhom u fil-foresti tagħhom. […] […] Dawn l-inċentivi u l-mudelli kummerċjali se jtejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-bijoekonomija, inkluż permezz tal-użu ta’ prodotti durabbli tal-injam maħsud, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti kategoriji ġodda ta’ prodotti għall-ħżin tal-karbonju minbarra l-prodotti tal-injam maħsud. Il-mudelli kummerċjali emerġenti, il-biedja u l-prattiki tal-ġestjoni tal-art għat-titjib tal-assorbimenti jikkontribwixxu għal żvilupp territorjali bbilanċjat u tkabbir ekonomiku fiż-żoni rurali. […]

Sabiex itejbu l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, il-bdiewa individwali jew dawk li jiġġestixxu l-foresti jeħtieġu inċentiv dirett biex jaħżnu aktar karbonju fuq l-art tagħhom, fil-foresti tagħhom u fi prodotti għall-ħżin tal-karbonju . […] […]Dawn l-inċentivi u l-mudelli kummerċjali se jtejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-bijoekonomija, inkluż permezz tal-użu ta’ prodotti durabbli tal-injam maħsud u s-sostituzzjoni ta’ materjali b’intensità ta’ fossili jew karbonju , b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi li jrawmu l-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu introdotti kategoriji ġodda ta’ prodotti kollha għall-ħżin tal-karbonju , inkluż soluzzjonijiet innovattivi ġodda , u bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju, minbarra l-prodotti tal-injam maħsud. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu wkoll stimi dwar il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tas-sostituzzjoni ta’ materjali b’intensità ta’ fossili jew karbonju mal-injam. Il-mudelli kummerċjali emerġenti, l-iżvilupp ulterjuri tal-bijoenerġija bit-teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju, il-biedja u l-prattiki tal-ġestjoni tal-art għat-titjib tal-assorbimenti u l-investimenti fit-tul fil-bijoekonomija jikkontribwixxu għal żvilupp territorjali bbilanċjat u tkabbir ekonomiku fiż-żoni rurali. […]

Raġuni

L-impatt fuq il-klima ta’ prodotti innovattivi b’bażi bijoloġika jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bis-sħiħ. Jenħtieġ li jiġu inklużi l-kategoriji rilevanti kollha bħall-polpa, il-karta, il-kartun, il-fuljetta, il-fajberbord, il-bord tal-partikoli, il-pjanċi, l-injam maħdum, it-tessuti, il-komposti, il-linjina, is-sustanzi kimiċi, il-faħam bijoloġiku u prodotti oħra tal-karbonju bijoġeniku.

Il-mira klimatika tal-UE hija li tkun newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, bl-emissjonijiet tal-fjuwils fossili li essenzjalment jiġu eliminati sal-2050. L-akkademiċi u dawk li jfasslu l-mudelli (eż. in-NU u l-IPPC) jaqblu li, mingħajr l-użu ta’ assorbimenti tal-karbonju bbażati fuq it-teknoloġija, ma huwiex probabbli li se nkunu nistgħu nilħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju (BECCS) hija l-proċess tal-estrazzjoni tal-bijoenerġija mill-bijomassa u l-qbid u l-ħżin tal-karbonju, u b’hekk titneħħa mill-atmosfera.

L-inklużjoni tal-BECCS fir-Regolament hija loġika peress li l-emissjonijiet bijoġeniċi jiġu minn sorsi rinnovabbli li jiġu mkabbra fuq l-art. L-użu tal-istess qafas kontabilistiku għall-prodotti kollha għall-ħżin tal-karbonju, l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-karbonju minn dan is-settur se jgħin biex jiġi evitat l-għadd doppju.

Emenda 4

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(11a)

Billi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ttejjeb is-sekwestru tal-karbonju u tiġġieled it-tixjiħ tal-foresti u d-diżastri naturali, li huma fost il-fatturi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-assorbimenti tal-karbonju fis-settur tal-art f’dawn l-aħħar snin, jenħtieġ li dan ir-Regolament iħeġġeġ prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-foresti, għat-tipi kollha ta’ foresti fl-UE, li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni u għall-adattament għat-tibdil fil-klima, kif deskritt fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għall-2030.

Raġuni

Ir-restrizzjoni żejda tal-possibbiltajiet ta’ ġestjoni attiva tal-foresti tħalli lill-foresti aktar vulnerabbli għal ħsarat bħal nirien u tifqigħat ta’ pesti kif ukoll tnaqqas il-potenzjal tal-foresti għas-sekwestru tal-karbonju fit-tul.

Emenda 5

Artikolu 1(1)(1)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 1(e)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(e)

l-impenji tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa lejn il-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija inkluż l-emissjonijiet mill-agrikoltura mhux tas-CO2 ;

(e)

l-impenji tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa lejn il-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija;

Raġuni

Il-KtR huwa mħasseb li użu tal-art kombinat u settur agrikolu mhux tas-CO2 jista’ jdgħajjef il-progress meħtieġ fis-settur agrikolu peress li d-diffikultajiet li għandu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jistgħu jiġu kkumpensati minn setturi oħra bħall-foresti. L-assorbimenti tal-karbonju mis-settur tal-LULUCF għandhom rwol ewlieni fil-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-UE. L-amalgamazzjoni taż-żewġ setturi tirriskja li tkun kontroproduttiva, ineffiċjenti u inġusta. L-enfasi primarja tal-UE jenħtieġ li tkun li jitnaqqsu l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi ottimizzat ukoll il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tas-settur tal-LULUCF.

Emenda 6

Artikolu 1(1)(2)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 2(2) parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2026 sal-2030 , fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ rapportar tal-art u/jew kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2026 ’il quddiem , fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ rapportar tal-art u/jew kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

Raġuni

Il-KtR huwa mħasseb li użu tal-art kombinat u settur agrikolu mhux tas-CO2 jista’ jdgħajjef il-progress meħtieġ fis-settur agrikolu peress li d-diffikultajiet li għandu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jistgħu jiġu kkumpensati minn setturi oħra bħall-foresti. L-assorbimenti tal-karbonju mis-settur tal-LULUCF għandhom rwol ewlieni fil-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-UE. L-amalgamazzjoni taż-żewġ setturi tirriskja li tkun kontroproduttiva, ineffiċjenti u inġusta. L-enfasi primarja tal-UE jenħtieġ li tkun li jitnaqqsu l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi ottimizzat ukoll il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tas-settur tal-LULUCF.

Emenda 7

Artikolu 1(1)(2)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 2(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.     Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri mill-2031 ’il quddiem, fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-art elenkati fil-punti (a) sa (j) tal-paragrafu 2 u fi kwalunkwe wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a)

fermentazzjoni enterika;

(b)

ġestjoni tad-demel;

(c)

kultivazzjoni tar-ross;

(d)

ħamrija agrikola;

(e)

ħruq awtorizzat ta’ meddiet kbar ta’ savana;

(f)

ħruq fl-għelieqi ta’ fdalijiet agrikoli;

(g)

trattament bil-ġir;

(h)

applikazzjoni tal-urea;

(i)

“fertilizzanti oħrajn li fihom il-karbonju”;

(j)

“oħrajn”;”;”.

Jitħassar

Raġuni

Il-KtR huwa mħasseb li użu tal-art kombinat u settur agrikolu mhux tas-CO2 jista’ jdgħajjef il-progress meħtieġ fis-settur agrikolu peress li d-diffikultajiet li għandu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jistgħu jiġu kkumpensati minn setturi oħra bħall-foresti. L-assorbimenti tal-karbonju mis-settur tal-LULUCF għandhom rwol ewlieni fil-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-UE. L-amalgamazzjoni taż-żewġ setturi tirriskja li tkun kontroproduttiva, ineffiċjenti u inġusta. L-enfasi primarja tal-UE jenħtieġ li tkun li jitnaqqsu l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi ottimizzat ukoll il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tas-settur tal-LULUCF.

Emenda 8

Artikolu 1(1)(3)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra hija ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri tal-Istati Membri stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u għandha tkun ibbażata fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018.

2.   Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra hija ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri tal-Istati Membri stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u għandha tkun ibbażata fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018.

(…)

(…)

 

Sat-30 ta’ Ġunju 2024 kull Stat Membru jistabbilixxi kontribuzzjoni nazzjonali għall-mira netta tal-2030 għall-assorbimenti ta’ gassijiet serra msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li tkun ogħla mill-mira nazzjonali stabbilita fl-Anness IIa. Dan il-kontribut jista’ jiġi inkluż fil-pjani nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Il-kontribut nazzjonali għandu jinkludi informazzjoni u għanijiet fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew iż-żieda fl-assorbimenti ta’ gassijiet serra mir-raba’, mill-bwar u mill-artijiet mistagħdra fir-rigward tad-data rrapportata għall-2016, l-2017 u l-2018.

Raġuni

Il-KtR jappoġġja mira ambizzjuża, ġusta u inklużiva tal-LULUCF biex tgħin biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma konxji mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima fil-prattika u jappoġġjaw azzjonijiet klimatiċi ambizzjużi u ġusti.

Emenda 9

Artikolu 1(1)(3)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

CoR amendment

3.   […] Dawn it-trajettorji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, irrapportata minn kull Stat Membru. Il-valur tal-assorbimenti netti ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri għall-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIa jista’ jkun soġġett għal korrezzjoni teknika minħabba bidla fil-metodoloġija mill-Istati Membri. Il- metodu għad-determinazzjoni tal- korrezzjoni teknika li għandha tiżdied mal-miri tal-Istati Membri, għandu jiġi stabbilit f’dawn l-atti ta’ implimentazzjoni. […]

3.   […] Dawn it-trajettorji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, irrapportata minn kull Stat Membru. Il-valur tal- mira tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness IIa u t- 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 bħala somma tal-miri għall-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIa jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni teknika minħabba bidla fil-metodoloġija mill-Istati Membri. Il-korrezzjoni teknika li għandha tiżdied mal-mira ta’ Stat Membru għandha tikkorrispondi mal-effett tal-bidla fil-metodoloġija u s-sorsi tad-data dwar il-miri u tiġi stabbilita f’dawn l-atti ta’ implimentazzjoni. […]

Raġuni

Huwa importanti li l-Istati Membri jaħdmu kontinwament biex itejbu l-metodoloġija tagħhom u li dan it-titjib ikun rifless ukoll fil-valutazzjoni fil-mira biex jiġu evitati miri mhux proporzjonalment baxxi jew għoljin. L-iżvilupp kontinwu ta’ metodi biex tiġi pprovduta data dwar l-attività u fatturi ta’ emissjoni raffinati huwa konformi mal-prattika attwali ta’ rappurtar. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw riżultati ġodda mir-riċerka domestika kif ukoll linji gwida aġġornati mill-IPCC u minn riċerka internazzjonali oħra ppubblikata.

Emenda 10

Artikolu 1(1)(3)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 4(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.     L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni kollha fis-setturi stabbiliti fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 2(3) għandhom jimmiraw li jkunu żero netti sal-2035 u l-Unjoni għandha tikseb emissjonijiet negattivi minn dakinhar ’il quddiem. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-ilħuq kollettiv tal-mira għall-2035.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u abbażi ta’ pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima mressqa minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 sat-30 ta’ Ġunju 2024, tagħmel proposti għall-kontribut ta’ kull Stat Membru għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti.”;

Jitħassar

Raġuni

Il-KtR huwa mħasseb li użu tal-art kombinat u settur agrikolu mhux tas-CO2 jista’ jdgħajjef il-progress meħtieġ fis-settur agrikolu peress li d-diffikultajiet li għandu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jistgħu jiġu kkumpensati minn setturi oħra bħall-foresti. L-assorbimenti tal-karbonju mis-settur tal-LULUCF għandhom rwol ewlieni fil-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-UE. L-amalgamazzjoni taż-żewġ setturi tirriskja li tkun kontroproduttiva, ineffiċjenti u inġusta. L-enfasi primarja tal-UE jenħtieġ li tkun li jitnaqqsu l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi ottimizzat ukoll il-potenzjal ta’ mitigazzjoni tas-settur tal-LULUCF.

Emenda 11

Artikolu 1(1)(7)(b)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 9(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex jiġi emendat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness V billi jiżdiedu kategoriji ġodda ta’ prodotti għall-ħżin tal-karbonju, inkluż prodotti tal-injam maħsud, li jkollhom effett ta’ sekwestru tal-karbonju, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, u li tiżgura l-integrità ambjentali.”;

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni , fil-futur qrib, għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex jiġi emendat il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness V billi jiżdiedu kategoriji ġodda ta’ prodotti għall-ħżin tal-karbonju, inkluż prodotti tal-injam maħsud, il-bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-kategoriji kollha l-oħra rilevanti ta’ prodotti b’bażi bijoloġika , li jkollhom effett ta’ sekwestru tal-karbonju, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, u li tiżgura l-integrità ambjentali.”;

Raġuni

L-impatt fuq il-klima ta’ prodotti innovattivi b’bażi bijoloġika jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bis-sħiħ. Jenħtieġ li jiġu inklużi l-kategoriji rilevanti kollha bħall-polpa, il-karta, il-kartun, il-fuljetta, il-fajberbord, il-bord tal-partikoli, il-pjanċi, l-injam maħdum, it-tessuti, il-komposti, il-linjina, is-sustanzi kimiċi, il-faħam bijoloġiku u prodotti oħra tal-karbonju bijoġeniku.

Emenda 12

Artikolu 1(1)(14)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 13c(1)(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ammont ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet netti żejda ta’ gassijiet serra, immultiplikat b’fattur ta’ 1,08 , għandu jiżdied maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportata minn dak l-Istat Membru fis-sena ta’ wara, f’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15.”;

Jitħassar

Raġuni

Il-KtR jinsab imħasseb li r-rekwiżiti ta’ rapportar annwali jistgħu jaffettwaw il-livell lokali u reġjonali billi jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu varjazzjonijiet annwali mhux previsti, permezz ta’ deċiżjonijiet dwar it-tibdil rapidu tal-attivitajiet ta’ ġestjoni u l-użu tal-art. Dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità tal-livell lokali u reġjonali li jiżviluppaw il-bijoekonomija tagħhom stess.

Is-settur tal-LULUCF huwa kkaratterizzat minn varjazzjonijiet u inċertezzi naturali fil-kejl tal-flussi tal-karbonju. Ma huwiex possibbli għal Stat Membru li jikkontrolla l-flussi tal-karbonju tar-raggruppamenti tas-settur tal-art għal kull sena. Għalhekk, ma huwiex possibbli li jiġu stabbiliti miri annwali u li jiġi impost ksur fuq in-nuqqas ta’ konformità fuq bażi annwali.

Emenda 13

Artikolu 1(1)(15)

Regolament (UE) 2018/841

Artikolu 14(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(…)

(…)

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta’:

Ir-rapport tal-konformità għandu jinkludi valutazzjoni ta’:

(a)

il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi;

(a)

il-politiki u l-miżuri fir-rigward tal-kompromessi;

(b)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni ta’ u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

b)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni ta’ u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(c)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.

(c)

is-sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità.

 

(d)

sinerġiji bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament u l-iżvilupp tal-bijoekonomija, inklużi stimi dwar it-tnaqqis tal-gassijiet serra assoċjat mas-sostituzzjoni ta’ materjali b’intensità ta’ karbonju u fossili b’materjali bbażati fuq l-injam .

(…)

(…)

Raġuni

L-appoġġ għall-użu tal-prodotti kollha bbażati fuq il-foresti jħaffef it-tranżizzjoni lejn bijoekonomija ċirkolari li tissostitwixxi materjali u emissjonijiet ibbażati fuq il-fossili. Ta’ min jinnota li l-benefiċċju ta’ sostituzzjoni (jiġifieri, it-tnaqqis tal-emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ prodotti bbażati fuq l-injam meta mqabbla ma’ materjali u prodotti oħra li huma funzjonalment ekwivalenti) huwa assoċjat kemm ma’ prodotti tal-injam b’ħajja twila kif ukoll ma’ prodotti bbażati fuq il-fibra.

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

COM(2021) 555

Emenda 14

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 jista’ jiġi mxekkel minn diverġenza eċċessiva fil-Miri tal-Istati Membri għall-Kondiviżjoni tal-Isforzi; fil-kuntest tal-perjodu 2021-2027, il-programmazzjoni tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, u b’mod partikolari tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Fond ta’ Koeżjoni, u tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jenħtieġ li tipprevedi programmi mfassla apposta, assi prijoritarju, strateġiji u pjani territorjali li għandhom ukoll l-għan li jagħtu spinta lill-kapaċitajiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-setturi koperti mir-Regolament 2018/842 u b’hekk jikkontribwixxu għal konverġenza aħjar fil-miri tagħhom diġà f’dan il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Emenda 15

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(18a)

Biex l-objettiv ta’ 1,5  oC jinżamm fil-limitu u tiġi żgurata l-ġustizzja klimatika jeħtieġ li jkun hemm sforz kollettiv tas-setturi kollha tal-ekonomija, inkluż mill-agrikoltura. Fil-viżjoni strateġika tagħha fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima  (1) , il-Kummissjoni kkonfermat li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux tas-CO2 mill-agrikoltura jistgħu jitnaqqsu għal 211 MtCO2e fl-2050, u b’hekk titnaqqas il-ħtieġa ta’ teknoloġiji ta’ emissjonijiet negattivi mhux sostenibbli biex jintlaħqu emissjonijiet tal-gassijiet serra żero netti. Madankollu, xi setturi skont dan ir-Regolament ftit li xejn għamlu progress f’dawn l-aħħar snin. Il-kontributi minimi tas-settur għall-kisba tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-livell tal-UE stabbilita minn dan ir-Regolament għall-2030 u lil hinn, akkumpanjati minn monitoraġġ, rapportar u miżuri xierqa mill-Kummissjoni, jaħdmu biex jiżguraw li s-setturi kollha tar-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi jikkontribwixxu għall-ilħuq f’waqtu tal-objettivi klimatiċi. Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji fit-tul li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji tal-Istati Membri għall-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-kisba ta’ tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u titjib fl-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha f’konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni. Dawn l-istrateġiji, kif ukoll pjani u rapporti oħra tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, se jintużaw mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi u timmonitorja l-kisba kollettiva tal-miri tas-settur tar-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi fil-livell tal-UE.

Emenda 16

Artikolu 1(1)(3)(a) (ġdid)

Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 4(3)(a) ġdid

Test attwali

Emenda tal-KtR

 

(3a)

fl-Artikolu 4 jiżdied il-paragrafu 3a li ġej:

Il-miri tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-sena 2030 u lil hinn

Biex jinkisbu l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”), u l-mira klimatika għall-Unjoni kollha għall-2040 skont ir-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta leġiżlattiva sa tmiem l-2025, kif xieraq, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt dettaljata, biex temenda dan ir-Regolament biex tintroduċi kontributi minimi tas-settur għall-kisba tal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-livell tal-UE stabbilita b’dan ir-Regolament għas-sena 2030 u lil hinn minnha, akkumpanjata minn monitoraġġ, rapportar u miżuri xierqa biex jiġi żgurat li s-setturi kollha skont dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-kisba f’waqtha tal-objettivi klimatiċi.

Raġuni

L-iżgurar li s-setturi kollha jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Emenda 17

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5(1) u (2)

Test attwali

Emenda tal-KtR

 

(3b)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

1.     Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista’ jissellef kwantità li ma taqbiżx l-10 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.

 

“1.     Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2029, Stat Membru jista’ jissellef kwantità li ma taqbiżx 5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.”

2.     Fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2029, Stat Membru jista’ jissellef kwantità li ma taqbiżx 5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.

 

Raġuni

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-regolament, huwa rakkomandabbli li titnaqqas il-flessibbiltà biex b’hekk jiġi evitat li restrizzjonijiet fuq żmien qasir li jingħataw mis-self jagħtu lok għal problemi ta’ implimentazzjoni fuq perjodu medju ta’ żmien, anke għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li ħafna drabi ma jkunux involuti direttament fid-deċiżjonijiet nazzjonali dwar il-flessibbiltà.

Emenda 18

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 5(4)

Test attwali

Emenda tal-KtR

 

(3c)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

4.   Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta’ sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 10 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.

 

4.   Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta’ sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.

Raġuni

It-trasferimenti jenħtieġ li jkunu limitati biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva fl-Istati Membri kollha. Għandu jiġi enfasizzat li Stat Membru wieħed b’potenzjal ta’ trasferiment jista’ jkollu disparitajiet reġjonali. Qabel ma jitqiesu t-trasferimenti lejn pajjiżi oħra jenħtieġ li jitqiesu l-isfidi reġjonali.

Emenda 19

Artikolu 1(1)(5a) (ġdid)

Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 8

Test attwali

Emenda tal-KtR

 

(5a)

Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

1.   Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi:

1.   Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi:

(…)

(…)

 

(c)

fil-każ ta’ disparitajiet reġjonali sinifikanti fil-prestazzjoni jew sfidi strutturali serji fil-livell reġjonali, bħal fil-każ ta’ ċerti żoni insulari, il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn il-problemi.

(…)

2.   Skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta’ azzjoni korrettiva.

2.   Skont il-programm ta’ ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta’ azzjoni korrettiva.

3.   Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar kemm huma b’saħħithom il-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva ppreżentati f’konformità mal-paragrafu 1 u f’dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba’ xhur mill-wasla ta’ dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista’ jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan.

3.   Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni dwar kemm huma b’saħħithom il-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva ppreżentati f’konformità mal-paragrafu 1 u f’dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba’ xhur mill-wasla ta’ dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista’ jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan. L-Istat Membru għandu jippubblika l-opinjoni tal-Kummissjoni u jiżgura li din tinxtered fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

4.     L-Istat Membru għandu jiżgura l-pubblikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u r-rieżamijiet potenzjali u t-tixrid fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Raġuni

Il-pjani ta’ azzjoni biex jiġu solvuti sitwazzjonijiet problematiċi jeħtieġ li jinkludu miżuri għal-livell reġjonali jekk il-problemi reġjonali jkunu kawża sinifikanti tas-sitwazzjoni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġ li jiġu infurmati dwar il-pjani ta’ azzjoni biex jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-politika dwar il-klima.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

1.

huwa konxju mill-effetti devastanti tat-tibdil fil-klima fuq il-komunitajiet lokali u jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ azzjonijiet b’saħħithom biex jintlaħqu l-miri klimatiċi meħtieġa tal-UE. Il-KtR jappoġġja impenn ta’ livell għoli dwar il-LULUCF iżda jtenni wkoll il-ħtieġa għal flessibbiltà biex jintlaħqu l-miri;

2.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali bla dubju għandhom rwol deċiżiv fis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (2) u tar-Regolament dwar il-LULUCF (3), peress li dawn ir-regolamenti jirrikjedu l-inklużjoni tad-dimensjoni territorjali. Dawn huma oqsma li fihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu attivi, fuq il-bażi tar-responsabbiltajiet u s-setgħat legali tagħhom;

3.

jappella sabiex il-miżuri tar-Regolament LULUCF jinżammu f’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi, huwa essenzjali li kull Stat Membru, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jimplimenta qafas legali fir-rigward tal-foresti li jiżgura bilanċ bejn il-produzzjoni, il-bijodiversità u l-protezzjoni;

4.

jenfasizza li t-tranżizzjoni ma tridx isseħħ għad-detriment tal-koeżjoni territorjali u ma tridx tpoġġi f’riskju l-aktar gruppi u territorji vulnerabbli. L-Istati Membri u s-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex ikun hemm tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 abbażi ta’ bilanċ bejn kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u ta’ solidarjetà. F’dan ir-rigward, iqis li l-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali fir-rigward tal-bdiewa u l-forestiera individwali jistgħu jipprovdu ħarsa ġenerali aktar ċara tal-ispejjeż u l-benefiċċji reali;

5.

jopponi bil-qawwa li l-proposta tiffoka l-aktar fuq il-foresti bħala bjar tal-karbonju, mingħajr ma tikkunsidra r-rwol tagħhom li jipprovdu materja prima sostenibbli għas-sostituzzjoni ta’ alternattivi fossili, u b’hekk tonqos milli tapprezza l-potenzjal sħiħ tas-settur tal-forestrija fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-iżvilupp tal-bijoekonomija lokali u reġjonali;

6.

jirrimarka li l-irkupru tal-enerġija mill-bijomassa tal-injam jeħtieġ li jitnaqqas sabiex jintlaħqu l-miri fis-settur tal-LULUCF. L-użu ta’ kaskati għandu jkun prijoritizzat, bil-bijomassa tintuża aktar minn darba bħala materjal tal-ogħla kwalità possibbli qabel ma tintuża għall-enerġija;

7.

jenfasizza li ż-żieda fl-ambizzjonijiet fis-settur tal-LULUCF ma tridx twassal għal importazzjonijiet ta’ materja prima ta’ oriġini inċerta minn barra l-UE. Dan jista’ jfisser li l-miżuri meħuda biex jittejjeb il-bir nett fis-settur tal-LULUCF jistgħu ma jwasslu għall-ebda titjib reali għall-klima fuq livell globali. Hija meħtieġa perspettiva usa’ tas-sistema biex jittieħed approċċ olistiku dwar kif is-sekwestru tal-karbonju fil-foresti, l-użu tal-prodotti u l-bijoenerġija mill-foresti jistgħu jgħinu biex jitnaqqas l-impatt fuq il-klima;

8.

jikkondividi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li x-xejra negattiva ta’ tnaqqis fil-bir tal-karbonju fl-UE jeħtieġ li tiġi kkontrobilanċjata bħala parti mill-kisba tal-għan fit-tul tan-newtralità klimatika; jaqbel mal-mira proposta tal-UE ta’ assorbiment nett ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 sal-2030 u jipproponi kontribut nazzjonali addizzjonali għall-mira netta tal-2030 ogħla mill-miri nazzjonali stabbiliti fl-Anness IIa, li għandu jiġi stabbilit b’mod individwali mill-Istati Membri. Il-potenzjal li jiżdied l-assorbiment nett tal-karbonju u li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF ivarja ħafna bejn l-Istati Membri. Dan jiddependi mill-kapaċità naturali tal-produzzjoni tal-art u d-distribuzzjoni taż-żona totali tal-art fuq kategoriji differenti ta’ użu tal-art. Il-KtR jemmen li ż-żieda fl-ambizzjonijiet sal-2030 jenħtieġ li tkun f’livell li jkun kompatibbli mal-qafas tal-politika domestika dwar il-klima tal-Istati Membri u li jippermetti l-iżvilupp tal-bijoekonomija f’kull Stat Membru;

9.

jemmen li settur komuni għall-agrikoltura u l-forestrija jirriskja li jnaqqas il-pressjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur agrikolu u li l-pajjiżi għonja fil-foresti b’assorbiment nett kbir fil-foresti “jikkumpensaw” għall-emissjonijiet f’pajjiżi b’settur agrikolu kbir jew b’emissjonijiet fossili b’mod ġenerali. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jittaffa t-tibdil fil-klima f’kull settur u pajjiż abbażi tal-kundizzjonijiet speċifiċi tiegħu;

10.

jisħaq li r-Regolament dwar il-LULUCF jenħtieġ li ma jiġix estiż għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ oqsma ta’ politika oħrajn, li huma rregolati minn leġiżlazzjoni oħra. Il-proposta tal-Kummissjoni li r-rapportar tal-LULUCF jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-karbonju f’ħamriji b’intensità ta’ karbonju, żoni b’bijodiversità għolja, ħamrija rrestawrata u ħamrija f’riskju ta’ disturb naturali ma ttejjibx il-kwalità tar-rapportar tal-gassijiet serra tas-settur tal-LULUCF;

11.

jenfasizza li l-finanzjament li ġej mill-Istati Membri ma jiġix għad-detriment tar-reġjuni. Il-KtR jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu infurmati dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament biex jappoġġjaw l-azzjoni klimatika;

12.

iwissi dwar ir-riskju ta’ implimentazzjoni mhux effettiva. Il-KtR jappoġġja r-rieżami ppjanat u l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 iżda jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li t-trajettorji proposti mir-Regolament dwar l-ESR jiġu segwiti;

13.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefinixxi metodoloġija biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jikkalkulaw l-isforzi tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b’mod konsistenti mal-miri nazzjonali u li jevitaw distorsjonijiet sproporzjonati;

14.

jenfasizza r-riskji ta’ flessibbiltà eċċessiva fir-rigward tas-self minn allokazzjonijiet annwali u trasferimenti bejn l-Istati Membri. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu ċertezza biex jippjanaw il-politiki tagħhom dwar il-klima u l-ekonomija. Is-sitwazzjonijiet nazzjonali li jippermettu flessibbiltà fl-ambitu tar-regolament jistgħu jinkludu disparitajiet reġjonali sinifikanti;

15.

jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet, b’mod partikolari inċentivi li jiġġeneraw dħul, għall-problema ta’ dawk ir-reġjuni li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet jew tnaqqis fit-tranżizzjoni meħtieġa għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fl-iżvilupp ta’ trajettorji ta’ żvilupp sostenibbli li jistgħu jistimulaw l-ekonomija ta’ dawn ir-reġjuni;

16.

jappoġġja dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom dwar pjani ta’ azzjoni korrettiva u trasparenza li jenfasizzaw id-dimensjoni reġjonali, li jirrikjedu speċifikazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu ttrattati d-disparitajiet reġjonali li jippromovu soluzzjonijiet prattiċi għall-isfidi reġjonali;

17.

jisħaq fuq l-importanza tal-kontrolli tal-konformità u jissuġġerixxi li tiġi vvalutata l-possibbiltà ta’ penali finanzjarji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Id-dħul mill-penali jenħtieġ li jiġi investit mill-ġdid fl-azzjoni klimatika u fi tranżizzjoni ġusta b’enfasi speċifika fuq l-isfidi reġjonali;

18.

jissuġġerixxi riflessjoni dwar ir-Riżerva ta’ Sikurezza għall-Istati Membri b’PDG per capita baxx. Il-PDG diġà jitqies meta jiġu stabbiliti l-miri nazzjonali u huwa kontestabbli bħala valur uniku peress li ma jqisx l-istampa kollha tas-sitwazzjoni tar-reġjuni u mhux neċessarjament jimxi id f’id mal-ħtiġijiet kumplessi ta’ żvilupp ta’ territorju.

Brussell, it-28 ta’ April 2022.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Apostolos TZITZIKOSTAS


(1)   Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Pjaneta Nadifa għall-kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).