ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 286

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
27 ta' Lulju 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

2022/C 286/01

Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-2 ta' Ġunju 2022 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2022/4)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 286/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10809 — CD&R / TPG / COVETRUS) ( 1 )

16


 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2022/C 286/03

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2022 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data tas-suq, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tape konsolidat, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għat-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti (CON/2022/19)

17


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 286/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1315, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1308, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

22

2022/C 286/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

24

2022/C 286/06

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

25

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 286/07

Rata tal-kambju tal-euro — Is-26 ta' Lulju 2022

26

2022/C 286/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.39839 – Telefónica u Portugal Telecom — Relatur: Il-Belġju

27

2022/C 286/09

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Każ AT.39839 — Telefónica u Portugal Telecom (emenda)

28

2022/C 286/10

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2022 li temenda d-Deċiżjoni C (2013) 306 final dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat) (IL-KAŻ AT.39839 - TELEFÓNICA U PORTUGAL TELECOM) (notifikata bid-dokument C(2022) 324)

30

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 286/11

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

33


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 286/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

41

2022/C 286/13

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

54

2022/C 286/14

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

57


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tat-2 ta' Ġunju 2022

li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom

(BERS/2022/4)

(2022/C 286/01)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (3), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li jiġi kkumplimentat l-għarfien meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni b’reċiproċità volontarja.

(2)

Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandu l-għan jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu reċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (6) tirrakkomanda lill-awtorità attivanti rilevanti biex tipproponi limitu massimu ta’ materjalità meta tissottometti talba għal reċiproċità lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li taħtu l-iskopritura tal-fornitur tas-servizz finanzjarju individwali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġuriżdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali hija applikata mill-awtorità attivanti tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju.

(4)

Fl-10 ta’ Marzu 2022 (7), il-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (BaFin), li taġixxi bħala l-awtorità nnominata Ġermaniża għall-finijiet tal-Artikolu 133(10) tad-Direttiva 2013/36/UE, innotifikat lill-BERS bl-intenzjoni tagħha li tiffissa rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku (SyRB) taħt l-Artikolu 133(9) ta’ dik id-Direttiva għall-iskoperturi kollha (jiġifieri skoperturi fil-livell tal-konsumatur u dawk mhux fil-livell tal-konsumatur) għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi li huma ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Ġermanja. L-SyRB se tapplika għal (i) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni (IRB) għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju, u (ii) istituzzjonijiet ta’ kreditu; awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw l-approċċ standardizzat (SA) għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skopertura pponderati skont ir-riskju għal skoperturi li huma ggarantiti bis-sħiħ u kompletament minn proprjetà residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (8).

(5)

Il-miżura daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 2022 u għandhom jikkonformaw magħha l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja mill-1 ta’ Frar 2023. Il-miżura se tiġi rreveduta tal-anqas kull tieni sena, skont id-dispożizzjonijiet legali tad-Direttiva 2013/36/UE. Barra minn hekk, BaFin se timmonitorja l-iżvilupp tar-riskju sottostanti indirizzat mis-SyRB u, jekk jitqies xieraq, taġġusta r-rata ta’ riżerva.

(6)

Fl-10 ta’ Marzu 2022 (9), BaFin issottomettit talba lill-BERS għar-reċiprokazzjoni tas-SyRB taħt l-Artikolu 134(5) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(7)

Wara t-talba mressqa minn BaFin li titlob ir-reċiprokazzjoni tal-miżura minn Stati Membri oħra, u sabiex tiġi evitata l-materjalizzazzjoni ta’ effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali li se ssir applikabbli fil-Ġermanja, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi wkoll din il-miżura fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rakkomandati li jiġu rreċiprokati skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.

(8)

Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Emendi

Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:

1.

fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.

L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżuri tal-politika makroprudenzjali adottati minn awtoritajiet rilevanti oħrajn u rrakkomandati għal reċiprokazzjoni mill-BERS. Huwa rakkomandat li l-miżuri li ġejjin, kif deskritt aktar fl-Anness, jiġu rreċiprokati:

 

Il-Belġju:

rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 9 % fuq l-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur kollha għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral jinsab fil-Belġju;

 

Ġermanja:

rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % fuq (i) l-iskoperturi kollha IRB ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Ġermanja, u (ii) l-iskoperuri kollha bbażati fuq SA li huma totalment u kompletament iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), li tinsab fil-Ġermanja;

 

Franza:

tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira previst fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital ta’ Grad 1, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom;

 

Il-Litwanja

rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % fuq l-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi residenti fir-Repubblika tal-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali.

 

Il-Lussemburgu:

limiti legalment vinkolanti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu, b’limiti LTV differenti applikabbli għal kategoriji differenti ta’ mutwatarji:

(a)

limitu LTV ta’ 100 % għal dawk li jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom;

(b)

limitu LTV ta’ 90 % għal xerrejja oħra, jiġifieri dawk li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15 % tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90 % iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100 %;

(c)

limitu LTV ta’ 80 % għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri).

 

In-Netherlands:

piż tar-riskju medju minimu applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Netherlands, li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji fir-rigward tal-portafolli ta’ skoperturi tagħhom għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Għal kull element ta’ skopertura individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 12 % għall-porzjon tas-self li ma jaqbiżx il-55 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà li sservi biex tiggarantixxi s-self, u jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 45 % lill-porzjon li jifdal tas-self. Il-piż tar-riskju medju minimu tal-portafoll huwa l-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju tas-self individwali.

 

In-Norveġja:

rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 4.5 % għal skoperturi fin-Norveġja applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif applikata għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 skont it-termini tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (*2) (il-Ftehim ŻEE) (minn hawn ’il quddiem is-“CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020”), għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20 % għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikat għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 skont it-termini tal-Ftehim ŻEE (minn hawn ’il quddiem is-“CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020”), għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja, li jużaw l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 35 % għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Norveġja, li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji.

 

L-Iżvezja:

limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għad-debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju.

(*1)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)."

(*2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.”."

2.

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Ġunju 2022.

Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,

F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS

Francesco MAZZAFERRO


(1)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(4)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(5)  Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).

(6)  Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).

(7)  L-ewwel notifika ġiet sottomessa lill-BERS fl-24 ta’ Frar 2022. Verżjoni aġġornata tan-notifika ġiet sottomessa lill-BERS fl-10 ta’ Marzu 2022.

(8)  Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(9)  L-ewwel notifika ġiet sottomessa lill-BERS fl-24 ta’ Frar 2022. Verżjoni aġġornata tan-notifika ġiet sottomessa lill-BERS fl-10 ta’ Marzu 2022.


ANNESS

L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Il-Belġju

Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 9 % fuq l-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur kollha ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral jinsab fil-Belġju.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Belġjana, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 9 % fuq skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Belġju (kemm skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll dawk inadempjenti).

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għall-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Belġju (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti). Alternattivament, il-miżura tista’ tiġi rreċiprokata bl-użu tal-kamp ta’ applikazzjoni li ġej fir-rapportar tal-COREP: Skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-konfront ta’ individwi li jinsabu fil-Belġju (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti).

3.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

4.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku sakemm l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux EUR 2 biljun. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

5.

F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 2 biljun huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġuriżdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Il-Ġermanja

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Ġermaniża, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha (jiġifieri dawk fil-livell tal-konsumatur u dawk mhux fil-livell tal-konsumatur) għal persuni fiżiċi u legali li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fil-Ġermanja. Il-miżura għandha tapplika għal (i) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tagħhom ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju li huma ggarantiti bi proprjetà immobbli li tinsab fil-Ġermanja, u (ii) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw l-SA għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi tagħhom ponderati skont ir-riskju għal skoperturi li huma ggarantiti bis-sħiħ u kompletament minn proprjetà immobbli residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tinsab fil-Ġermanja.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti jirreċiprokaw il-miżura Ġermaniża billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament.

3.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li l-miżura ta’ reċiprokazzjoni tapplika u jkun hemm konformità magħha mill-1 ta’ Frar 2023.

III.   Livell limitu ta' materjalità

5.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku jekk l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux EUR 10 biljun. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

6.

L-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi. F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 10 biljun huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok li japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Franza

Tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira previst fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital ta’ Grad 1, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Franċiża, applikata f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq il-G-SIIs u l-O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom (mhux f’livell subkonsolidat), tikkonsisti fi tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira għal 5 fil-mija tal-kapital ta’ Grad 1 tagħhom, applikabbli għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza.

2.

Korporazzjoni mhux finanzjarja hija definita bħala persuna fiżika jew ġuridika taħt id-dritt privat li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, u li, fil-livell tagħha u fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, tappartjeni għas-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif definit fil-punt 2.45 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

3.

Il-miżura tapplika għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u għal skoperturi għal gruppi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi kif ġej:

(a)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi Franza, il-miżura tapplika għat-total tal-iskoperturi netti lejn il-grupp u l-entitajiet konnessi kollha tiegħu fit-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

Għall-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni barra Franza, il-miżura tapplika għat-total ta’:

(i)

l-iskoperturi għal dawk il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza;

(ii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li fuqhom il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f’(i) ikollhom kontroll dirett jew indirett skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(iii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li jkunu ekonomikament dipendenti fuq il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f’(i) skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għaldaqstant, korporazzjonijiet mhux finanzjarji li ma jkollhomx l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u li ma jkunux sussidjarji jew entitajiet ekonomikament dipendenti fuq, u li ma jkunux ikkontrollati direttament jew indirettament minn, korporazzjoni mhux finanzjarja li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura.

F’konformità mal-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-miżura hija applikabbli wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.

G-SII jew O-SII għandha tikkunsidra korporazzjoni mhux finanzjarja li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza bħala kbira jekk l-iskopertura oriġinali tagħha għall-korporazzjoni mhux finanzjarja, jew għall-grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi fit-tifsira tal-paragrafu 3, tkun ta’ EUR 300 miljun jew aktar. Il-valur tal-iskopertura oriġinali huwa kkalkulat f’konformità mal-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (*2).

5.

Korporazzjoni mhux finanzjarja titqies li jkollha dejn kbir jekk ikollha proporzjon ta’ ingranaġġ li jkun akbar minn 100 fil-mija u proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji taħt tlieta, ikkalkulati fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-grupp kif ġej:

(a)

Il-proporzjon ta’ ingranaġġ huwa l-proporzjon bejn id-dejn totali nett mill-kontanti u l-ekwità; u

(b)

Il-proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji huwa l-proporzjon bejn, minn naħa, il-valur miżjud flimkien mas-sussidji operattivi wara li jitnaqqsu: (i) is-salarji; (ii) it-taxxi u d-dazji operattivi; (iii) l-ispejjeż operattivi ordinarji netti oħrajn eskluż l-imgħax nett u imposti simili; u (iv) id-deprezzament u l-amortizzament, u, min-naħa l-oħra, l-imgħax u imposti simili.

Il-proporzjonijiet huma kkalkulati abbażi ta’ aggregati tal-kontabilità ddefiniti f’konformità mal-istandards applikabbli, kif ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, iċċertifikati fejn xieraq minn accountant bil-liċenzja.

II.   Reċiprokazzjoni

6.

Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Franċiża billi japplikawha għall-G-SIIs u l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fil-ġuriżdizzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

7.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

8.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità kombinat sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, li hija komposta minn:

(a)

Livell limitu ta’ EUR 2 biljun għall-iskoperturi oriġinali totali ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(b)

Livell limitu ta’ EUR 300 miljun applikabbli għal G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament li huwa ugwali għal jew jaqbeż il-livell limitu msemmi f’(a) għal:

(i)

skopertura oriġinali waħda għal korporazzjoni mhux finanzjarja li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza;

(ii)

it-total ta’ skoperturi oriġinali għal grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi Franza, ikkalkulat skont il-paragrafu 3(a);

(iii)

it-total tal-iskoperturi oriġinali għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu barra minn Franza kif irrappurtat fil-mudelli C 28.00 u C 29.00 tal-Anness VIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014;

(c)

Livell limitu ta’ 5 fil-mija tal-kapital ta’ Grad 1 tal-G-SII jew tal-O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, għal skoperturi identifikati f’(b) wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-livelli limiti msemmija fil-paragrafi (b) u (c) għandhom jiġu applikati irrispettivament minn jekk l-entità rilevanti jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja jkollhiex dejn kbir jew le.

Il-valur tal-iskopertura oriġinali msemmi fil-paragrafi (a) u (b) għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jitqies l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

9.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lill-G-SIIs jew l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju li ma jiksrux il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. Meta japplikaw il-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni ta’ skopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rakkomandat li japplikaw il-miżura Franċiża għal G-SIIs jew O-SIIs awtorizzati domestikament, li qabel kienu eżentati, fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom meta jinqabeż il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

10.

Fejn ma jkunx hemm G-SIIs jew O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati u li jkollhom skoperturi għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità msemmi fil-paragrafu 8, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Franċiża. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rakkomandat li jirreċiprokaw il-miżura Franċiża meta G-SII jew O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħha teċċedi l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

11.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8 huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Litwanja:

Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi residenti fir-Repubblika tal-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Litwana, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi fil-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Litwana billi japplikawha għal friegħi li jinsabu fil-Litwanja ta’ banek awtorizzati domestikament u skoperturi transoknfinali diretti għal persuni fiżiċi fil-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali. Sehem sinifikanti tal-pożizzjonijiet ipotekarji totali huwa miżmum minn friegħi ta’ banek barranin li joperaw fil-Litwanja, għalhekk, ir-reċiproċità tal-miżura minn Stati Membri oħra tgħin biex jitrawmu kundizzjonijiet ugwali u tiżgura li l-parteċipanti sinifikanti kollha fis-suq iqisu ż-żieda fir-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali fil-Litwanja u jżidu r-reżiljenza tagħhom.

3.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

4.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku jekk l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux EUR 50 miljun, li huwa madwar 0.5 % tal-iskoperturi rilevanti tas-settur totali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Litwanja. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

5.

Ġustifikazzjoni għal livell limitu bħal dan:

a.

Il-minimizzazzjoni tal-potenzjal għal frammentazzjoni regolatorja hija meħtieġa, peress li l-istess livell limitu ta’ materjalità se japplika wkoll għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Litwanja;

b.

L-applikazzjoni ta’ tali livell limitu ta’ materjalità għandha tgħin biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali fis-sens li l-istituzzjonijiet bi skoperturi ta’ daqs simili jkunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku;

c.

Il-livell limitu huwa rilevanti għall-istabbiltà finanzjarja, peress li l-iżvilupp ulterjuri tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali se jiddependi prinċipalment fuq l-attività tas-suq tad-djar, li parzjalment tiddependi fuq l-ammont ta’ self ġdid maħruġ għax-xiri ta’ djar. Għalhekk, il-miżura għandha tapplika għall-parteċipanti fis-suq li huma attivi f’dan is-suq minkejja li l-portafolli tas-self ipotekarju tagħhom mhumiex kbar daqs dawk tal-akbar fornituri tas-self.

6.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 50 miljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok li japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Il-Lussemburgu:

Limiti legalment vinkolanti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu, b’limiti LTV differenti applikabbli għal kategoriji differenti ta’ mutwatarji:

(a)

limitu LTV ta’ 100 % għal dawk li jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom;

(b)

limitu LTV ta’ 90 % għal xerrejja oħra, jiġifieri dawk li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15 % tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90 % iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100 %;

(c)

limitu LTV ta’ 80 % għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri).

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

L-awtoritajiet tal-Lussemburgu attivaw limiti LTV legalment vinkolanti għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu. Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Comité du Risque Systémique (Kumitat dwar ir-Riskju Sistemiku) (*3), il-Commission de Surveillance du Secteur Financier (Kummissjoni Superviżorja tas-Settur Finanzjarju) (*4) li taġixxi flimkien mal-Banque centrale du Luxembourg attivat limiti LTV li jvarjaw bejn tliet kategoriji ta’ mutwatarji. Il-limiti LTV għal kull waħda mit-tliet kategoriji huma kif ġej:

(a)

Limitu LTV ta’ 100 % għal dawk li jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom;

(b)

Limitu LTV ta’ 90 % għal xerrejja oħra, jiġifieri xerrejja li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15 % tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90 % iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100 %;

(c)

Limitu LTV ta’ 80 % għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri).

2.

LTV huwa l-proporzjon bejn it-total tas-selfiet kollha jew il-partijiet ta’ self sostnuti mill-mutwatarju bi proprjetà residenzjali fiż-żmien meta jingħata s-self u l-valur tal-proprjetà fl-istess ħin.

3.

Il-limiti LTV japplikaw indipendentement mit-tip ta’ sjieda (eż. sjieda sħiħa, użufrutt, nuda proprjetà).

4.

Il-miżura tapplika għal kwalunkwe mutwatarju privat li jieħu self ipotekarju biex jixtri proprjetà immobbli residenzjali fil-Lussemburgu għal skopijiet mhux kummerċjali. Il-miżura tapplika wkoll jekk il-mutwatarju juża struttura legali bħal kumpanija tal-investiment fil-proprjetà immobbli biex iwettaq din it-tranżazzjoni, u fil-każ ta’ applikazzjonijiet konġunti. ‘Proprjetà immobbli residenzjali’ tinkludi art għall-bini, kemm jekk ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jsir immedjatament wara x-xiri kif ukoll jekk snin wara. Il-miżura tapplika wkoll jekk self jingħata lil mutwatarju għax-xiri ta’ proprjetà bi ftehim ta’ kiri fit-tul. Il-proprjetà immobbli tista’ tkun għall-okkupazzjoni mis-sid jew għax-xiri għall-kiri.

II.   Reċiprokazzjoni

5.

L-Istati Membri li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom, il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-professjonisti li jwettqu attivitajiet ta’ self (selliefa ipotekarji) ikollhom skoperturi ta’ kreditu materjali rilevanti għal-Lussemburgu permezz ta’ kreditu transkonfinali dirett huma rakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Jekk l-istess miżura ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom għall-iskoperturi transkonfinali rilevanti kollha, l-awtoritajiet rilevanti għandhom japplikaw il-miżuri disponibbli li jkollhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata.

6.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-BERS li huma rreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu jew użaw eżenzjonijiet de minimis f’konformità mar-Rakkomandazzjoni D tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. In-notifika għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet adottata l-miżura reċiproka, bl-użu tal-mudell rispettiv ippubblikat fuq is-sit web tal-BERS. Il-BERS se jippubblika n-notifiki fuq is-sit web tal-BERS, u b’hekk jikkomunika d-deċiżjonijiet nazzjonali ta’ reċiprokazzjoni lill-pubbliku. Din il-pubblikazzjoni se tinkludi kwalunkwe eżenzjoni magħmula minn Stati Membri reċiprokanti u l-impenn tagħhom li jimmonitorjaw it-tixrid u jaġixxu jekk ikun meħtieġ.

7.

Huwa rakkomandat li l-Istati Membri jirreċiprokaw miżura fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

8.

Il-miżura hija kkumplimentata b’żewġ livelli limiti ta’ materjalità biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti: livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż u livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż għas-self ipotekarju transkonfinali totali lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 350 miljun li jikkorrispondi għal madwar 1 % tas-suq domestiku totali tal-ipoteki fuq proprjetà immobbli residenzjali f’Diċembru 2020. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni għat-total tas-self ipotekarju transkonfinali lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 35 miljun li jikkorrispondi għal madwar 0.1 % tas-suq ipotekarju residenzjali domestiku totali fil-Lussemburgu f’Diċembru 2020. Ir-reċiprokazzjoni tintalab biss meta jinqabżu kemm il-livell limitu speċifiku għall-pajjiż kif ukoll il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

Netherlands

Piż tar-riskju medju minimu applikat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB fir-rigward tal-portafolli tagħhom ta’ skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Għal kull element ta’ skopertura individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 12 % għal porzjon tas-self li ma jaqbiżx il-55 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà li sservi biex tiggarantixxi s-self, u jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 45 % lill-porzjon li jifdal tas-self. Il-piż tar-riskju medju minimu tal-portafoll huwa l-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju tas-self individwali.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Netherlandiża applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 timponi piż tar-riskju medju minimu għall-portafoll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB ta’ skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Is-self kopert mill-iskema Nazzjonali ta’ Garanzija Ipotekarja huwa eżentat mill-miżura.

2.

Il-piż tar-riskju medju minimu għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

Għal kull element ta’ skopertura individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 12 % għall-porzjon tas-self li ma jaqbiżx il-55 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà li sservi biex tiggarantixxi s-self, u jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 45 % lill-porzjon li jifdal tas-self. Il-proporzjon LTV li għandu jintuża f’dan il-kalkolu għandu jiġi ddeterminat skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)

Il-piż tar-riskju medju minimu tal-portafoll huwa l-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju tas-self individwali, ikkalkulata kif spjegat iktar ’il fuq. Self individwali li huwa eżentat mill-miżura ma jitqiesx meta jiġi kkalkulat il-piż tar-riskju medju minimu.

3.

Din il-miżura ma tiħux post ir-rekwiżiti kapitali eżistenti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jirriżultaw minnu. Il-banek li għalihom tapplika l-miżura jridu jikkalkulaw il-piż medju tar-riskju tal-parti tal-portafoll ipotekarju li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura fuq il-bażi kemm tad-dispożizzjonijiet applikabbli regolari li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll tal-metodu kif stabbilit fil-miżura. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħhom, huma għandhom sussegwentement japplikaw l-ogħla miż-żewġ piżijiet medji tar-riskju.

II.   Reċiprokazzjoni

4.

L-awtoritajiet rilevanti huma rakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Netherlandiża billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-approċċ IRB li għandhom skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands, peress li s-settur bankarju tagħhom jista’, permezz tal-fergħat tagħhom, ikun jew jiġi espost għar-riskju sistemiku fis-suq tad-djar Netherlandiż direttament jew indirettament.

5.

Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fin-Netherlands mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

6.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

7.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mill-piż tar-riskju medju minimu għall-portafoll ta’ skoperturi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB għal persuni fiżiċi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands jekk dan il-valur ma jaqbiżx EUR 5 biljun. Is-self kopert mill-iskema Nazzjonali ta’ Garanzija Ipotekarja mhux se jiġi kkalkulat lejn il-livell limitu ta’ materjalità.

8.

F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 5 biljun huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

In-Norveġja

rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 4.5 % għal skoperturi fin-Norveġja applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif applikata għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 skont it-termini tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) (minn hawn ’il quddiem is-‘CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020’), għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20 % għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikat għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 skont it-termini tal-Ftehim ŻEE (minn hawn ’il quddiem is-‘CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020’), għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja, li jużaw l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 35 % għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja, li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji.

I.   Deskrizzjoni tal-miżuri

1.

Mill-31 ta’ Diċembru 2020, il-Finansdepartementet (il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż) introduċa tliet miżuri, jiġifieri (i) rekwiżit ta’ riżerva tar-riskju sistemiku għal skoperturi fin-Norveġja, skont l-Artikolu 133 tas-CRD, kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020; (ii) limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20 % għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020; u (iii) limitu minimu tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-1 ta’ Jannar 2020.

2.

Ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku hija stabbilita għal 4.5 % u tapplika għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja. Madankollu, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jużawx l-approċċ IRB avvanzat, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi kollha hija stabbilita għal 3 % sal-31 ta’ Diċembru 2022; minn hemm ’il quddiem, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi domestiċi hija stabbilita għal 4.5 %.

3.

Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali hija limitu minimu għall-piżijiet tar-riskju medji speċifiku għall-istituzzjonijiet għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli residenzjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli residenzjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja.

4.

Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli kummerċjali hija limitu minimu għall-piż tar-riskju medju speċifiku għall-istituzzjonijiet għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli kummerċjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi korporattivi kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja.

II.   Reċiprokazzjoni

5.

Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi għal skoperturi li jinsabu fin-Norveġja f’konformità mal-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, rispettivament. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, kif emendata mir-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*5) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief kif previst mod ieħor fil-paragrafu 7 hawn taħt. Il-livelli minimi tal-piżijiet tar-riskju medji għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fin-Norveġja għandhom jiġu reċiprokati fil-perjodu ta’ tranżizzjoni standard ta’ tliet xhur previst mir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.

6.

Jekk l-istess miżuri ta’ politika makroprudenzjali ma jkunux disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżuri ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżuri msemmija hawn fuq rakkomandati għar-reċiprokazzjoni. L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jadottaw il-miżuri ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni tal-limiti minimi tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fi żmien 12-il xahar u għar-reċiprokazzjoni tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar, rispettivament, wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief kif previst mod ieħor fil-paragrafu 7 hawn taħt għar-riżerva għal riskju sistemiku.

7.

Sakemm id-Direttiva (UE) 2019/878 issir applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja f’konformità mat-termini tal-Ftehim ŻEE, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jirreċiprokaw il-miżura Norveġiża tar-riżerva għal riskju sistemiku b’mod u f’livell li jqis kwalunkwe duplikazzjoni jew differenza fir-rekwiżiti ta’ kapital applikabbli fl-Istat Membru tagħhom u fin-Norveġja, dment li jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)

kopertura tar-riskju: l-awtoritajiet rilevanti għandhom jiżguraw li r-riskju sistemiku li l-miżura Norveġiża tfittex li timmitiga jiġi indirizzat b’mod adegwat;

(b)

l-evitar tal-arbitraġġ regolatorju u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ugwali: l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimminimizzaw il-possibbiltà ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju u jagħlqu minnufih kwalunkwe lakuna regolatorja jekk ikun meħtieġ; l-awtoritajiet rilevanti għandhom jiżguraw kundizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Dan il-paragrafu ma japplikax għall-miżuri tal-livell minimu tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali.

III.   Livell limitu ta' materjalità

8.

Il-miżuri huma kkumplementati minn livelli limiti ta' materjalità speċifiċi għall-istituzzjoni ibbażati fuq skoperturi li jinsabu fin-Norveġja biex jiggwidaw l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, kif ġej:

(a)

għar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku, il-livell limitu ta’ materjalità huwa stabbilit għal ammont ta’ skopertura ponderat għar-riskju ta’ NOK 32 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1 % tal-ammont totali tal-iskoperturi ponderati għar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fin-Norveġja;

(b)

għal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali, il-livell limitu ta’ materjalità huwa stabbilit għal self gross ta’ NOK 32.3 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1 % tas-self gross kollateralizzat ta’ proprjetà immobbli residenzjali lil klijenti Norveġiżi;

(c)

għal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli kummerċjali, il-livell limitu ta’ materjalità huwa stabbilit għal self gross ta’ NOK 7.6 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1 % tas-self gross kollateralizzat ta’ proprjetà immobbli kummerċjali lil klijenti Norveġiżi.

9.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jkollhom skoperturi mhux materjali fin-Norveġja. L-iskoperturi jitqiesu mhux materjali jekk ikunu taħt il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq. Meta japplikaw il-livelli limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkomandat li jiġu applikati l-miżuri Norveġiżi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livelli limitu ta’ materjalità stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq.

10.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livelli limitu ta’ materjalità msemmija fil-paragrafu 8 hawn fuq huma livelli limitu massimi rakkomandati. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi minflok japplikaw il-livelli limitu rakkomandati għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżuri mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

11.

Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri li jkollhom skoperturi materjali fin-Norveġja, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżuri Norveġiżi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi meta istituzzjoni ta’ kreditu teċċedi l-livelli limitu ta’ materjalità rispettivi.

L-Iżvezja

Limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għall-obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Żvediża, applikata f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f’limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għall-obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli.

2.

Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ponderati mill-valur tal-iskopertura rilevanti.

II.   Reċiprokazzjoni

3.

F’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

4.

Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li jkollhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur diretti għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli. F’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fl-Iżvezja mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

5.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

6.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta' SEK 5 biljun biex tiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura.

7.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li jkollhom skoperturi mhux materjali fil-livell tal-konsumatur għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkomandat li japplikaw il-miżura Żvediża għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun.

8.

Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati b’fergħat li jinsabu fl-Iżvezja jew li jkollhom skoperturi diretti fil-livell tal-konsumatur għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja, garantiti bi proprjetà immobbli, li jużaw l-Approċċ IRB u li jkollhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur ta’ SEK 5 biljun jew aktar għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja, garantiti bi proprjetà immobbli, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Żvediża. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Żvediża meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun.

9.

F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' SEK 5 biljun huwa l-livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok li japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

.

(*1)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(*2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).

(*3)  Recommandation du comité du risque systémique du 9 novembre 2020 relative aux crédits portant sur des biens immobiliers à usage résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg (CRS/2020/005).

(*4)  CSSF Regulation N.20–08 du 3 décembre 2020 fixant des conditions pour l’octroi de crédits relatifs à des biens immobiliers à usage Résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg.

(*5)  Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku tat-30 ta’ April 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 222, 11.6.2021, p. 1).’


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/16


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10809 — CD&R / TPG / COVETRUS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 286/02)

Fit 20 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10809. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/17


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta' Ġunju 2022

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data tas-suq, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tape konsolidat, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għat-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti

(CON/2022/19)

(2022/C 286/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta’ Frar u l-4 ta’ Frar 2022, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) n° 600/2014 fir-rigward tat-tisħiħ tat-trasparenza tad-data tas-suq, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-emerġenza ta’ tape konsolidat, l-ottimizzazzjoni tal-obbligi ta’ negozjar u l-projbizzjoni li jiġi riċevut pagament għat-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”) u dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (2) (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi r-regolament propost u d-direttiva proposta fihom dispożizzjonijiet li jaffettwaw (a) il-kompitu bażiku tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li tiddefinixxi u timplimenta l-politika monetarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat, u (b) il-kompitu tas-SEBĊ li tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet Ġenerali

1.   Għanijiet tar-regolament propost

1.1

Il-BĊE jilqa’ l-għan ewlieni tar-regolament propost li jemenda r-Regolament (UE) n° 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (minn hawn ’il quddiem “MiFIR”) sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tad-data tas-suq madwar iċ-ċentri tan-negozjar tal-Unjoni Ewropea (UE) billi jinħoloq qafas regolatorju ġdid għall-produzzjoni ta’ “tape konsolidat” għad-data ta’ negozjar, inkluż proċess ġdid għall-għażla ta’ fornitur uniku ta’ tape konsolidat għal kull klassi ta’ assi.

1.2

Ir-regolament propost jinkludi wkoll bidliet sinifikanti fir-regoli ta’ trasparenza tal-UE ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar għall-istrumenti finanzjarji ta’ ekwità u mingħajr ekwità, bħal armonizzazzjoni akbar tar-regoli għad-differiment tal-pubblikazzjoni tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet, aġġornamenti għall-obbligi rigward in-negozjar tal-ishma u tad-derivattivi tal-UE, projbizzjoni fuq il-pagamenti għall-fluss tal-ordnijiet u bidliet oħra fir-reġim tal-UE għan-negozjar tat-titoli u tad-derivattivi. L-emendi proposti għandhom l-għan li jappoġġaw aktar l-integrazzjoni tas-swieq kapitali Ewropej u li jkomplu jarmonizzaw ir-regoli rilevanti dwar is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-għan ġenerali li tkompli tiġi appoġġata l-integrazzjoni tas-swieq kapitali, b’mod partikolari permezz tat-titjib propost għat-trasparenza tad-data tas-suq. Swieq kapitali aktar profondi u integrati huma meħtieġa minn diversi perspettivi. Mhux biss jistgħu jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jappoġġaw l-ekonomija taż-żona tal-euro, iżda se jagħmlu wkoll is-sistema finanzjarja ġeneralment aktar reżiljenti. Barra minn hekk, l-integrazzjoni tas-swieq kapitali Ewropej tista’ tkun mistennija li ttejjeb it-trażmissjoni tal-politika monetarja unika għall-partijiet kollha taż-żona tal-euro, u li tiffaċilita l-aċċess tal-parteċipanti fis-suq għall-finanzjament ekoloġiku u għall-finanzjament għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali. Għal dak il-għan, il-BĊE jtenni l-importanza li jiġu adottati minnufih l-inizjattivi ulterjuri skont il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-2020 dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) kif ukoll li jiġu implimentati bis-sħiħ, fejn dan ikun legalment meħtieġ, fil-livell nazzjonali.

1.3

It-tisħiħ tat-trasparenza tad-data tas-suq se jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-UE, bid-disponibbiltà usa’ ta’ informazzjoni dwar il-prezz u l-likwidità għall-investituri u l-emittenti li toħloq aktar investiment u opportunitajiet ta’ finanzjament u tnaqqas l-ispiża tal-ġbir tal-kapital għall-emittenti. Fl-istess ħin huwa mfakkar li livelli ogħla ta’ trasparenza jistgħu jippermettu li ċerti kummerċjanti f’ċerti ċirkostanzi jieħdu vantaġġ akbar mill-informazzjoni dwar ordnijiet eżistenti fis-suq permezz tal-kapaċità tagħhom li jinnegozjaw aktar malajr fuq dik l-informazzjoni bl-użu tal-aħħar teknoloġija.

1.4

Il-BĊE huwa speċifikament interessat f’dawn il-proposti leġiżlattivi fid-dawl tal-parteċipazzjoni tas-SEBĊ fis-swieq mingħajr ekwità (bond, inkluż bonds sovrani) fit-twettiq tal-politika monetarja tas-SEBĊ u kompiti oħra b’mandat mit-Trattat, u fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità ta’ tali tranżazzjonijiet sensittivi. Għalhekk, il-BĊE jixtieq jikkummenta wkoll dwar dispożizzjonijiet oħra tal-MiFIR (4) li, għalkemm mhumiex is-suġġett tar-regolament propost, jaffettwaw il-banek ċentrali tas-SEBĊ u t-tranżazzjonijiet tas-suq tagħhom fi strumenti finanzjarji (ara l-paragrafu 7).

2.   Għanijiet tad-direttiva proposta

Peress li d-direttiva proposta tistabbilixxi biss emendi limitati għad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (minn hawn ’il quddiem “MiFID II”) li fil-biċċa l-kbira jirriżultaw mill-bidliet proposti għall-MiFIR, il-BĊE ma jarax il-ħtieġa li jagħti opinjoni dwar dik il-proposta.

Osservazzjonijiet speċifiċi

3.   Tape Konsolidat

3.1

Il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni tar-reġim imsaħħaħ propost għat-“tape konsolidat” (CT) u l-proċess kompetittiv tal-offerti għall-għażla ta’ fornitur ta’ tape konsolidat (CTP) għal kull klassi ta’ assi. Kif innutat qabel mill-BĊE, it-trasparenza xierqa tista’ tiġi żgurata b’mod xieraq biss bl-istabbiliment ta’ CTP wieħed (6) għal kull klassi ta’ assi rilevanti. CT għandu diversi benefiċċji għall-investituri, u dawn jappoġġaw l-għanijiet tas-CMU li tagħmel il-finanzjament tas-suq kapitali aktar aċċessibbli għall-investituri u tnaqqas il-frammentazzjoni tas-swieq kapitali tal-UE. Dan għandu jgħin biex jiżdiedu t-trasparenza u l-aċċess tal-investituri għad-data tas-suq, u b’hekk jitnaqqsu r-riskji tal-likwidità u tal-eżekuzzjoni tan-negozju, u l-frammentazzjoni tas-suq. Jista’ wkoll inaqqas b’mod sostanzjali l-ispejjeż tat-tranżazzjoni għall-investituri. Il-fatt li l-investituri jkunu jistgħu jkollhom ħarsa ġenerali f’ħin reali tal-attività ta’ negozjar bi spiża raġonevoli għandu jżid l-użu tas-swieq kapitali tal-UE minn investituri korporattivi u fil-livell tal-konsumatur għall-finanzjament u l-investiment.

3.2

Ir-reġim imsaħħaħ propost huwa teknikament u operazzjonalment kumpless u jinkludi skema ta’ remunerazzjoni tad-dħul. Sabiex jiġi ggwidat il-bilanċ bejn il-kwalità u l-livell tal-investiment tiegħu fil-produzzjoni tas-sett tad-data kkonsolidat għall-klassi ta’ assi partikolari, huwa għalhekk kruċjali li s-CTP tkun tista’ tiddependi fuq il-kwalità, il-kompletezza u t-twassil fil-pront tad-data pprovduta lilha mill-kontributuri tad-data tas-suq (ditti tal-investiment, ċentri tan-negozjar, arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati u internalizzaturi sistematiċi). F’dan ir-rigward il-BĊE jifhem li skont il-proposta s-CTP se jkun responsabbli biss għall-konsolidazzjoni tad-data ewlenija tas-suq u għat-tixrid kummerċjali tagħha lis-suq u li l-kwalità tad-data kkontribwita, li tibqa’ kompletament ir-responsabbiltà tal-kontributuri tad-data tas-suq, se tiġi rregolata mill-Kummissjoni abbażi ta’ att delegat, ibbażat fuq il-parir ta’ grupp espert tal-partijiet ikkonċernati u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

3.3

Jekk il-konċessjoni tas-CTP tkun teħtieġ li tiġi tterminata mill-ESMA għal kwalunkwe raġuni, biex tagħmel l-offerti mill-ġdid tal-kuntratt kredibbli, l-istandards tekniċi li għandhom jiġu żviluppati mill-ESMA jistgħu jirrikjedu li s-CTP jagħmel il-parametri tal-konnessjoni teknika tiegħu għall-kontributuri tad-data tas-suq u d-dizzjunarji tad-data tiegħu pubbliċi sabiex ikunu disponibbli għal entitajiet oħra li jixtiequ jikkompetu għall-kuntratt.

3.4

Il-BĊE jifhem li l-proposti dwar CT ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità tat-tranżazzjonijiet tas-SEBĊ “politika monetarja, tal-kambju jew tal-istabbiltà finanzjarja”, li jkomplu jkunu eżentati mill-iżvelar skont l-Artikolu 1(6) tal-MiFIR. Għaldaqstant, id-“data tas-suq” li għandha tiġi speċifikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22b(2) propost u d-“data ewlenija tas-suq” li s-CTPs ibigħu lill-utenti ma tinkludix data minn tranżazzjonijiet ta’ politika tas-SEBĊ (bħal dwar il-prezz, il-volum u l-ħin tal-konklużjoni).

4.   Reġim ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għall-ekwitajiet: “dark trading”

Il-BĊE jilqa’ s-simplifikazzjoni tar-regolament propost tar-reġim ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għall-ekwitajiet, billi jissostitwixxi l-limitazzjoni doppja tal-volum b’limitazzjoni unika tal-volum uniku stabbilit għal 7 % tal-volum totali tan-negozji li jiġu eżegwiti fl-istrument finanzjarju rilevanti fl-Unjoni skont l-eżenzjoni tal-prezz ta’ referenza jew l-eżenzjoni tan-negozju nnegozjat (7). Dan jissimplifika r-reġim ta’ trasparenza u jagħmel il-monitoraġġ tal-livelli ta’ dark trading inqas kumpless. Il-limitazzjoni tal-volum aktar baxx propost għall-UE kollha għandu l-għan li jikkumpensa għall-abolizzjoni tal-limitu speċifiku għaċ-ċentru, għalhekk il-proposta ġenerali għandha l-għan li żżid il-livell ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar fl-ekwitajiet. Fl-istess ħin, ta’ min jinnota li l-interazzjoni bejn l-abolizzjoni tal-limitu tal-volum speċifiku għaċ-ċentru u t-tnaqqis tal-limitu għall-UE kollha hija kumplessa, peress li dawn il-bidliet proposti huma mistennija li jkollhom effetti diverġenti fuq it-trasparenza. Il-BĊE jissuġġerixxi għalhekk li r-reġim ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għall-ekwitajiet, b’mod partikolari l-kalibrazzjoni tal-limitu tal-volum, għandu jinżamm taħt rieżami.

5.   Projbizzjoni ta’ ħlas għall-fluss tal-ordnijiet

Il-proposta tal-Kummissjoni (8) tinkludi restrizzjoni ulterjuri ta’ ħlas għall-fluss tal-ordnijiet (PFOF). Il-BĊE jqis li l-PFOF jista’ jimpedixxi l-effiċjenza tas-suq u t-trasparenza tas-swieq kapitali Ewropej.

6.   It-tmiem tal-aċċess miftuħ għal derivattivi nnegozjati fil-borża

Filwaqt li fil-prinċipju hemm appoġġ għal miżuri li jsaħħu s-swieq tal-ikklerjar tal-UE, huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet possibbli li t-tneħħija tad-dispożizzjoni ta’ aċċess miftuħ jista’ jkollha għall-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u l-integrazzjoni tas-suq, u li jiġu bbilanċjati bir-reqqa l-għanijiet potenzjalment kompetittivi.

7.   Dispożizzjonijiet oħra tal-MiFIR u l-impatt tagħhom fuq it-tranżazzjonijiet tas-suq tal-BĊE/SEBĊ

Id-dispożizzjonijiet tal-MiFIR li jaffettwaw prinċipalment it-tranżazzjonijiet tas-suq tal-BĊE/SEBĊ mhumiex is-suġġett tar-regolament propost. Il-BĊE jieħu din l-opportunità, madankollu, biex jipproponi li l-formulazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-MiFIR tista’ tittejjeb aktar fid-dawl tal-esperjenza tal-BĊE/SEBĊ fit-twettiq ta’ operazzjonijiet tas-suq f’ċentri tan-negozjar tal-UE.

7.1   Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-MiFIR għal tranżazzjonijiet tas-SEBĊ imwettqa skont l-Istatut tas-SEBĊ

Il-BĊE jqis li l-formulazzjoni attwali tal-eżenzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-politika tas-SEBĊ mir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar (9) skont l-Artikolu 1(6) tal-MiFIR għandha tiġi emendata, sabiex minflok l-eżenzjoni tiġi ddikjarata li tapplika għat-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali tas-SEBĊ “fit-twettiq tal-politika monetarja, tal-kambju u tal-istabbiltà finanzjarja”, li mbagħad ikun jeħtieġ li jiġu definiti aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 (10), l-eżenzjoni titwessa’ sabiex tkun tapplika espressament għall-attivitajiet kollha mwettqa mill-banek ċentrali tal-Eurosistema skont il-Kapitolu IV tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”). Il-BĊE jqis li huma biss it-tipi ta’ tranżazzjonijiet ta’ investiment konklużi mill-banek ċentrali tas-SEBĊ li huma stabbiliti fl-Artikolu 15, il-punti (a) u (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2017/583 li jridu jiġu żvelati mill-kontroparti tal-bank ċentrali tas-SEBĊ. Dawk it-tipi ta’ tranżazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti b’mod espliċitu fl-Artikolu 1(7) rivedut tal-MiFIR, minflok, kif inhu bħalissa, fir-Regolament Delegat (UE) 2017/583.

7.2   Is-setgħa tal-Kummissjoni li testendi l-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-MiFIR għal banek ċentrali oħra

Jekk it-tranżazzjonijiet kollha tal-Eurosistema skont il-Kapitolu IV tal-Istatut tas-SEBĊ jibbenefikaw mill-eżenzjoni mwessa’ ta’ hawn fuq skont l-Artikolu 1(6) tal-MiFIR, irrispettivament minn liema banek ċentrali jew istituzzjonijiet oħra jużaw dawn is-servizzi, is-setgħa tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 1(9) tal-MiFIR li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni “għal banek ċentrali oħrajn” issir superfluwa. Barra minn hekk, ma jkunx għad hemm bżonn li l-ESMA tingħata mandat biex tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l- “operazzjonijiet tal-politika monetarja, tal-kambju u tal-istabbiltà finanzjarja”. Għaldaqstant, l-Artikolu 1(8) u (9) tal-MiFIR jista’ jitħassar.

7.3   Eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet minn banek ċentrali tas-SEBĊ mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar skont l-Artikolu 26(5) tal-MiFIR

L-Artikolu 26(5) tal-MiFIR jirrikjedi li l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom kwalunkwe tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji nnegozjati fuq il-pjattaformi tagħhom u eżegwiti permezz tas-sistemi tagħhom minn ċerti ditti. Il-mekkaniżmu ta’ rapportar attwali għaċ-ċentri tan-negozjar skont din id-dispożizzjoni huwa stabbilit sew, b’arranġamenti operazzjonali fis-seħħ għar-rappurtar bla xkiel tad-data minn tali tranżazzjonijiet. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom rekords għall-finijiet ta’ rapportar tad-data dettaljata tat-tranżazzjonijiet tas-SEBĊ eżegwiti permezz tas-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar. F’dan ir-rigward il-BĊE jifhem li l-leġiżlaturi tal-Unjoni ma kellhomx l-intenzjoni li r-rekwiżit ta’ rapportar skont l-Artikolu 26(5) tal-MiFIR għandu jkopri t-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali tas-SEBĊ. Dan il-fehim huwa bbażat fuq il-fatt li l-banek ċentrali jibbenefikaw minn eżenzjonijiet espliċiti mill-obbligi ta’ rapportar tal-MiFIR u, barra minn hekk, mhumiex “ditti”, iżda pjuttost entitajiet li jwettqu operazzjonijiet tas-suq abbażi tal-mandati pubbliċi tagħhom, inkluż skont it-Trattat. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-Artikolu 26(5) għandu jiġi ċċarat aktar f’dan ir-rigward.

7.4   Iż-żamma ta’ eżenzjoni sħiħa tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli tas-SEBĊ mill-obbligu ta’ rapportar superviżorju

Il-BĊE jinnota li filwaqt li t-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFTs) tas-SEBĊ huma eżentati għal kollox mir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u mill-obbligi ta’ divulgazzjoni u rapportar tiegħu (12), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (13) jipprevedi li l-SFTs (14) li għalihom bank ċentrali tas-SEBĊ huwa kontroparti għandhom jitqiesu bħala tranżazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 26 tal-MiFIR (15). Bħala konsegwenza, dawk it-tranżazzjonijiet huma soġġetti għall-obbligi ta’ rapportar tal-Artikolu 26 tal-MiFIR. Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/590 b’hekk jaffettwa l-obbligi ta’ rapportar fir-rigward ta’ tali tranżazzjonijiet mill-banek ċentrali tas-SEBĊ skont il-MiFIR. Din is-subordinazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tal-Livell 1 għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tal-Livell 2 tikkontradixxi l-prinċipju legali stabbilit sew ta’ lex superior derogat legi inferiori (16), fejn l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati tal-Unjoni ma jistgħux imorru kontra l-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni. Il-BĊE jieħu l-opportunità ta’ din l-opinjoni biex jenfasizza li din il-kontradizzjoni għandha tiġi kkoreġuta fir-Regolament Delegat (UE) 2017/590, għalkemm fiha nnifisha mhijiex suġġett tal-proposti li dwarhom il-BĊE ġie kkonsultat.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, il-proposti ta’ abbozzar speċifiċi huma stabbiliti f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test ta’ spjegazzjoni f’dan is-sens. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Ġunju 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2021) 727 final.

(2)  COM(2021) 726 final.

(3)  Regolament (UE) n° 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Ara l-Artikolu 1(6), (7) u (9) u l-Artikolu 26(5) tal-MiFIR.

(5)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(6)  Ara l-paragrafu 5.2 tal-Opinjoni CON/2012/21 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2012 dwar: (i) proposta għal direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (ii) proposta għal regolament dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (EMIR) dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju; (iii) proposta għal direttiva dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq; u (iv) proposta għal regolament dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) (ĠU C 161, 7.6.2012, p.3). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq EUR-Lex.

(7)  Artikolu 1(4) tar-regolament propost li jemenda l-Artikolu 5 tal-MiFIR.

(8)  Artikolu 1(26) tar-regolament propost, li żżid l-Artikolu 39a ġdid.

(9)  Artikoli 8, 10, 18 u 21 tal-MiFIR.

(10)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta’ trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta’ investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta’ emissjonijiet u d-derivattivi (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 229).

(11)  Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(12)  L-Artikolu 2(2), il-punt (a), u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/2365.

(13)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta' tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449.).

(14)  Kif iddefinit fil-punt 3(11) tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365.

(15)  Ara l-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni n° 2017/590.

(16)  Il-prinċipju legali li att legali li huwa ogħla fil-ġerarkija ta’ normi legali jieħu preċedenza fuq att legali li huwa aktar baxx f’dik il-ġerarkija.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/22


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1315, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1308, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2022/C 286/04)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1315 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1308 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-15 ta' Mejju 2023, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tiġi rċevuta ser titqies għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u l-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 198, 27.7.2022, p. 19.

(3)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 198, 27.7.2022, p. 1.


27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/24


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2022/C 286/05)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1315 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1308 (5).

Il-kontrollur tal-ipproċessar tad-data huwa s-servizz RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2022/1315, u r-Regolament (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1308

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament (UE) 2016/44.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(3)  ĠU L 198, 27.7.2022, p. 19.

(4)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 198, 27.7.2022, p. 1.


27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/25


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

(2022/C 286/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Sergei Ivanovich MENYAILO (Nru 12), persuna li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (2) li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendati. Il-persuna hija b’dan infurmata li tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħha, sat-3 ta' Awwissu 2022, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuna kkonċernata tista’ f’kull mument tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, sabiex id-deċiżjoni li tkunu inkluża u miżmuma fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Talbiet bħal dawn jiġu kkunsidrati meta jkunu ġew riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għar-rieżami regolari mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544.


(1)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.

(2)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.


Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/26


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta' Lulju 2022

(2022/C 286/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0124

JPY

Yen Ġappuniż

138,35

DKK

Krona Daniża

7,4449

GBP

Lira Sterlina

0,84558

SEK

Krona Żvediża

10,4445

CHF

Frank Żvizzeru

0,9765

ISK

Krona Iżlandiża

139,10

NOK

Krona Norveġiża

10,0105

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,607

HUF

Forint Ungeriż

400,99

PLN

Zloty Pollakk

4,7420

RON

Leu Rumen

4,9324

TRY

Lira Turka

18,0705

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4605

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3035

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

7,9466

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6235

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4066

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 326,65

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,0870

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8451

HRK

Kuna Kroata

7,5145

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 185,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,5113

PHP

Peso Filippin

56,160

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,180

BRL

Real Brażiljan

5,4437

MXN

Peso Messikan

20,7845

INR

Rupi Indjan

80,8050


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/27


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2022 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.39839 – Telefónica u Portugal Telecom

Relatur: Il-Belġju

(2022/C 286/08)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li terġa’ jimponi multi fuq Telefónica, S.A. u Pharol, SGPS, S.A. permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-identità tas-servizzi esklużi mill-valur tal-bejgħ fuq il-bażi li kienu jeżistu ostakli insormontabbli għad-dħul u għalhekk il-partijiet ma kinux f’kompetizzjoni potenzjali ma’ xulxin matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ nonkompetizzjoni.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-użu mill-Kummissjoni taċ-ċifri kkoreġuti riveduti għal Telefonica għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-valur tal-bejgħ.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi imposti fuq Telefónica, S.A. u Pharol, SGPS, S.A., inkluż it-tnaqqis ibbażat fuq il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/28


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Każ AT.39839 — Telefónica u Portugal Telecom (emenda)

(2022/C 286/09)

L-abbozz ta’ deċiżjoni, indirizzat lil (a) Telefónica, S.A (“Telefónica”) u (b) Pharol SGPS SA (“Pharol”) (2), huwa t-tieni deċiżjoni f’dawn il-proċedimenti. L-ewwel deċiżjoni ġiet adottata f’dan il-każ fl-2013 (id-“Deċiżjoni tal-2013”) u ġiet parzjalment annullata mill-Qorti Ġenerali fl-2016 (3). Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fl-2017 (4).

Filwaqt li l-Qorti Ġenerali kkonfermat is-sejba tal-Kummissjoni ta’ każ ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE fid-Deċiżjoni tal-2013, hija annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2013. Skont il-Qorti Ġenerali, fid-Deċiżjoni tal-2013, il-Kummissjoni kellha tiddetermina l-valur tal-bejgħ relatat direttament jew indirettament mal-ksur, fuq il-bażi tal-elementi ppreżentati minn Telefónica u Pharol dwar l-assenza ta’ kompetizzjoni potenzjali bejniethom fir-rigward ta’ ċerti servizzi.

PROĊEDURA

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni bagħtet numru ta’ talbiet għal informazzjoni lil Telefónica u Pharol bil-għan li tkompli tistabbilixxi l-valur tal-bejgħ relatat direttament jew indirettament mal-ksur fid-dawl tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali.

Fit-23 ta’ Lulju 2019 u fil-5 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ fatti lil Telefónica u Pharol (l-“Ittra tal-Fatti”), fejn infurmathom li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni ġdida skont l-Artikolu 23 tar-Regolament 1/2003 (5), li timponi multi fuq kull waħda minnhom għall-ksur tagħhom tal-Artikolu 101 TFUE, kif speċifikat fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-2013. Id-Deċiżjoni l-ġdida temenda d-Deċiżjoni tal-2013, filwaqt li tqis is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Telefónica u Pharol ippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-Ittra tal-Fatti fit-18 ta’ Ottubru 2019 u fl-10 ta’ Jannar 2020 rispettivament. Fit-22 ta’ Ġunju u fl-4 ta’ Awwissu 2020, Telefónica ppreżentat kummenti addizzjonali.

PUNTI PROĊEDURALI MSEMMIJA MINN TELEFÓNICA

a)   Allegata neċessità ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida u seduta ta’ smigħ orali

Fit-tweġiba tagħha għall-Ittra tal-Fatti, Telefónica talbet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u seduta orali ġdida (6) billi argumentat li minħabba l-kontenut tal-Ittra tal-Fatti u l-proposti magħmula fiha, l-azzjoni xierqa tkun li l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u li tagħti lil Telefónica seduta orali fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, f’konformità mal-proċedura u soġġett għall-garanziji proċedurali stabbiliti fir-Regolament 1/2003 (7). Telefónica ma telaborax dwar din it-talba iżda tislet analoġiji mas-sentenza Toshiba, billi targumenta li l-analiżi tal-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali bejn PT u Telefónica f’kull wieħed mis-swieq u servizzi li għalihom tirreferi l-Ittra tal-Fatti taffettwa aspetti essenzjali tal-evalwazzjoni tal-parametri għall-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq Telefónica (8).

L-argument ta’ Telefónica jidher li huwa li minħabba li l-Ittra tal-Fatti kien fiha aspetti essenzjali tal-evalwazzjoni tal-parametri għall-kalkolu tal-ammont tal-multa Telefónica b’xi mod jistħoqqilha dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u seduta orali. Madankollu, l-approċċ ta’ Telefónica ma għandu l-ebda bażi fil-ġurisprudenza.

Bħala l-ewwel punt f’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-annullament ta’ att tal-Unjoni ma jaffettwax neċessarjament l-atti preparatorji, billi l-proċedura għas-sostituzzjoni tal-miżura annullata tista’, fil-prinċipju, tissokta fil-punt stess li fih seħħet l-illegalità. Jekk jiġi kkonstatat li l-annullament ma jaffettwax il-validità tal-atti tal-proċedura preċedenti, il-Kummissjoni ma hijiex, minħabba dan l-annullament, marbuta tindirizza dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida lill-impriżi inkwistjoni (9). F’dan il-każ, Telefónica ma tidhirx li tallega li d-difett identifikat mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali kien jikkonċerna l-oġġezzjonijiet imqajma kontra Telefónica fl-2011 qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2013 (10).

It-tieni nett, l-abbozz il-ġdid ta’ deċiżjoni jikkonċerna biss il-kalkolu dettaljat tal-ammont tal-multi, b’mod partikolari tal-valur tal-bejgħ. Kif ġustament jindika l-abbozz ta’ deċiżjoni fil-paragrafi 23-26 tagħha, il-Kummissjoni mhijiex qed issemmi oġġezzjonijiet ġodda u Telefónica mhijiex qed targumenta li l-Ittra tal-Fatti kien fiha oġġezzjonijiet bħal dawn.

It-tielet nett, sa fejn Telefónica qed tikkontesta l-assenza ta’ seduta orali ġdida, huwa osservat li d-dritt għal smigħ ma jfissirx li l-persuna kkonċernata għandha tingħata l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha oralment, peress li l-possibbiltà li tipprovdi kummenti bil-miktub tippermetti wkoll li jiġi rrispettat dan id-dritt (11). Telefónica kellha l-possibbiltà li tirreaġixxi bil-miktub għall-Ittra tal-Fatti u għamlet diversi sottomissjonijiet oħra lill-Kummissjoni.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ma narax li l-fehma ta’ Telefónica li l-Kummissjoni kellha toħroġ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u tagħti seduta orali ġdida hija ġġustifikata.

b)   L-argument ta’ Telefónica li ż-żieda fil-valur tal-bejgħ tmur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (il-“Karta”)

Sa fejn l-abbozz ta’ deċiżjoni juża data ta’ referenza kkoreġuta għad-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ tagħha, Telefónica ssostni li ż-żieda fil-valur tal-bejgħ f’deċiżjoni ġdida tmur kontra l-Artikolu 47 tal-Karta (12). Dan għaliex skont dan l-Artikolu, is-sentenzi tal-qorti ma jistgħux isiru ineffettivi bħala riżultat tal-atti tal-korpi amministrattivi li jridu jinfurzawhom. Fl-opinjoni ta’ Telefónica, skont l-approċċ tal-Kummissjoni, l-effettività ta’ sentenza tinqered kompletament, (13) u b’hekk tagħti lok għal sitwazzjoni ta’ riskju għal kull appellant futur li jkollu l-intenzjoni li jippreżenta rikors għal annullament.

Billi l-ammont tal-multa stabbilit mill-abbozz ta’ deċiżjoni ma żdiedx meta mqabbel mad-Deċiżjoni tal-2013, ma hemm l-ebda kwistjoni ta’ ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta li jirriżulta mill-appell ta’ Telefónica tad-Deċiżjoni tal-2013.

KONKLUŻJONI

Inqis li f’dan il-każ ġie rrispettat id-dritt li jinstemgħu tal-parteċipanti kollha fil-proċedimenti.

Brussell, l-24 ta' Jannar 2022.

Dorothe DALHEIMER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Portugal Telecom SGPS, S.A. (“PT”) id-destinatarju oriġinali tad-Deċiżjoni tal-2013 ingħata l-isem il-ġdid, Pharol fl-2015.

(3)  Il-Kawża T-216/13 Telefónica SA vs il-Kummissjoni Ewropea u l-Kawża T-208/13 Portugal Telecom SGPS SA vs il-Kummissjoni Ewropea (“sentenzi tal-Qorti Ġenerali”).

(4)  Il-Kawża C-487/16 P Telefónica SA vs il-Kummissjoni Ewropea. Pharol ma appellax mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-208/13. (“Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja”).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(6)  Pharol ma għamlitx talba simili.

(7)  It-tweġiba ta’ Telefónica għall-Ittra tal-Fatti, il-paragrafu 9.

(8)  It-tweġiba ta’ Telefónica għall-Ittra tal-Fatti, in-nota 8 f’qiegħ il-paġna.

(9)  Limburgse Vinyl Maatschappij u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P to C-252/99 P u C-254/99 P, ECLI:EU:C:2002:582, il-paragrafi minn 73 sa 75 u 80 u 81

(10)  Ara s-sentenza Toshiba vs Il-Kummissjoni, C-180/16 P, ECLI:EU:C:2017:520, il-paragrafu 28.

(11)  HeidelbergCement AG u Schwenk Zement KG vs Il-Kummissjoni, T-380/17, ECLI:EU:T:2020:471, il-paragrafu 634.

(12)  It-tweġiba ta’ Telefónica għall-Ittra tal-Fatti, il-paragrafi minn 37 sa 42.

(13)  It-tweġiba ta’ Telefónica għall-Ittra tal-Fatti, il-paragrafu 38.


27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/30


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Jannar 2022

li temenda d-Deċiżjoni C (2013) 306 final dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat)

(IL-KAŻ AT.39839 - TELEFÓNICA U PORTUGAL TELECOM)

(notifikata bid-dokument C(2022) 324)

(L-Ingliż u l-Portugiż biss huma l-lingwi awtentiċi tal-każ)

(2022/C 286/10)

Fil-25 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fit-23 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li timmulta lil Telefónica u lil Portugal Telecom talli daħlu fi ftehim ta’ nonkompetizzjoni bil-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fis-suq intern u b’hekk jiksru l-Artikolu 101 TFUE (id-“Deċiżjoni tal-2013”). Il-Qorti Ġenerali, fis-sentenzi tagħha tat-28 ta’ Ġunju 2016 (2) (aktar tard ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Diċembru 2017), ikkonfermat ir-raġunament tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ksur fid-Deċiżjoni tagħha, iżda annullat il-multi imposti mill-Kummissjoni. F’konformità mas-sentenzi tal-Qorti, id-Deċiżjoni tiddetermina s-servizzi li għalihom Telefónica u Portugal Telecom ma kinux f’kompetizzjoni potenzjali fiż-żmien tal-każ ta’ ksur u teskludihom għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

2.   PROĊEDURA

(2)

Fid-Deċiżjoni tagħha tat-23 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni kkonstatat li Telefónica u Portugal Telecom kisru l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipaw fi ftehim ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni inkluż bħala l-klawżola disgħa tal-Ftehim ta’ Xiri ta’ Stock li għamlu fit-28 ta’ Lulju 2010 fil-kuntest tal-akkwist minn Telefónica tal-kontroll esklużiv tal-operatur Brażiljan tas-servizzi bil-mobile, Vivo.

(3)

Għal dan il-każ ta’ ksur, il-Kummissjoni imponiet multi ta’ EUR 66 894 000 fuq Telefónica u ta’ EUR 12 290 000 fuq Portugal Telecom skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(4)

Kemm Telefónica kif ukoll Portugal Telecom appellaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali. Fis-sentenzi tagħha tat-28 ta’ Ġunju 2016, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li Telefónica u Portugal Telecom kisru l-Artikolu 101 TFUE mis-27 ta’ Settembru 2010 sal-4 ta’ Frar 2011 billi pparteċipaw fi ftehim ta’ nonkompetizzjoni.

(5)

Fir-rigward tal-impożizzjoni tal-multi, il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn l-ammont tal-multi ġie stabbilit fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni.

(6)

Telefónica appellat mis-sentenza Telefónica. Fit-13 ta’ Diċembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha fil-Kawża C-487/16 P Telefónica SA vs il-Kummissjoni Ewropea, li fiha ċaħdet l-appell ta’ Telefónica. Pharol ma appellatx mis-sentenza PT.

3.   FATTI

(7)

Is-sitwazzjoni fejn is-sejba tal-Kummissjoni ta’ każ ta’ ksur tibqa’ fis-seħħ u jkollha valur res judicata, filwaqt li l-multi għal dak il-każ ta’ ksur ġew annullati, jenħtieġ li tiġi rrimedjata b’Deċiżjoni ġdida skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għall-każ ta’ ksur ta’ Telefónica u Portugal Telecom tal-Artikolu 101 TFUE stabbilit fid-Deċiżjoni tal-2013.

(8)

Għall-kalkolu tal-multa, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-evalwazzjoni tal-fatti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-2013. Fl-istess ħin, hija tapplika l-prinċipji stabbiliti fis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali rigward l-obbligu tal-Kummissjoni li tiddetermina, fuq il-bażi tal-materjal ippreżentat mill-Partijiet, is-servizzi li għalihom il-Partijiet ma kinux f’kompetizzjoni potenzjali ma’ xulxin fil-Peniżola Iberika matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ nonkompetizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni teskludi dawn is-servizzi mill-valur tal-bejgħ għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

(9)

Barra minn hekk, fil-proċess attwali tal-kalkolu mill-ġdid tal-multi, il-Kummissjoni skopriet diversi kalkoli żbaljati magħmula minn Telefónica meta pprovdiet il-valur tagħhom taċ-ċifri tal-bejgħ, li fl-aħħar mill-aħħar affettwaw il-kalkolu tal-multi fid-Deċiżjoni tal-2013.

(10)

Żbalji ta’ kalkolu bħal dawn ma jistgħux jitħallew mhux indirizzati. Jekk ma jiġix ikkoreġut, il-valur tal-bejgħ jibqa’ żbaljat u baxx wisq u jirriżulta f’multa kkalkulata fuq il-bażi ta’ informazzjoni żbaljata. Għalhekk, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq iċ-ċifri riveduti l-ġodda pprovduti minn Telefónica matul l-investigazzjoni attwali biex tistabbilixxi l-valur korrett tal-bejgħ fid-Deċiżjoni tagħha.

(11)

Fid-deċiżjoni l-ġdida, il-Kummissjoni tnaqqas il-valur tal-bejgħ tas-servizzi li għalihom il-Kummissjoni tqis li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni potenzjali bejn il-Partijiet matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ nonkompetizzjoni.

(12)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-21 ta’ Jannar 2022. Id-Deċiżjoni ġiet adottata fil-25 ta’ Jannar 2022.

4.   VALUTAZZJONI LEGALI

4.1.   Kompetizzjoni potenzjali

(13)

Il-Kummissjoni tqis, skont ġurisprudenza konsistenti (3), li fi ftehimiet ta’ qsim tas-suq, bħal dak ikkonċernat f’din id-Deċiżjoni, l-istandard ta’ prova biex tiġi vvalutata l-kompetizzjoni potenzjali huwa “ostakli insormontabbli għad-dħul”. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tapplika f’dan il-każ approċċ aktar strett minn dak meħtieġ u tivverifika li l-possibbiltà ta’ dħul fis-suq ma kinitx purament ipotetika, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-swieq jew tas-servizzi differenti.

(14)

Għalhekk, is-servizzi li għalihom il-Kummissjoni tqis li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni potenzjali bejn il-Partijiet matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ nonkompetizzjoni huma dawn li ġejjin:

A)

Telefónica:

(i)

aċċess għall-infrastruttura tan-network bl-ingrossa (fiżika) (LLU);

(ii)

servizzi universali

(iii)

servizzi SIRDEE (Sistema tar-Radju Diġitali ta’ Emerġenza); kif ukoll

(iv)

ċerti servizzi, parti mis-servizzi ta’ komunikazzjoni fissa f’żoni pubbliċi pprovduti minn Telefónica (servizzi ta’ ħlas, bejgħ ta’ defibrillaturi u kiri ta’ soluzzjonijiet ta’ reklamar fuq barra).

B)

Pharol:

(i)

aċċess għall-infrastruttura tan-netwerk bl-ingrossa (fiżika) (LLU);

(ii)

servizzi bl-ingrossa għax-xandir tat-televiżjoni diġitali; kif ukoll

(iii)

servizzi ta’ xandir televiżiv analogu terrestri bl-ingrossa.

5.   MULTI

(15)

Il-Kummissjoni tapplika l-istess kunsiderazzjonijiet bħal fl-2013 fir-rigward tal-fattur ta’ gravità tal-multa, it-tul tal-każ ta’ ksur, il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni u l-eżistenza ta’ ċirkustanzi aggravanti u attenwanti.

(16)

L-ammont bażiku aġġustat ma jaqbiżx l-10 % tal-fatturat totali ta’ Telefónica fl-2020. Wara serje ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi u riorganizzazzjoni fil-kumpanija, Pharol ma kisbet l-ebda fatturat fl-2020, li ma jirriflettix b’mod xieraq il-piż ekonomiku tagħha. Il-Kummissjoni ssib li, kif meħtieġ mill-ġurisprudenza, il-fatturat ta’ Pharol fis-sena 2013, li jirrappreżenta l-aħħar sena sħiħa tal-attività ekonomika normali ta’ Pharol fuq perjodu ta’ 12-il xahar (4), jirrifletti bl-aħjar mod is-sitwazzjoni ekonomika reali ta’ Pharol u jiggarantixxi effett dissważiv suffiċjenti. L-ammont bażiku aġġustat ta’ Pharol ma jaqbiżx l-10 % tal-fatturat totali tagħha għas-sena kummerċjali 2013.

(17)

Fl-aħħar nett, għalkemm l-iżbalji relatati mal-valur tal-bejgħ ta’ Telefónica rriżultaw mill-kalkoli żbaljati ta’ Telefónica stess, il-Kummissjoni ma kinitx tiskopri dawn l-iżbalji fir-rigward tal-valur tal-bejgħ u għalhekk ma kinitx tkun tista’ żżid il-multa, li kieku l-multi tad-Deċiżjoni tal-2013 ma kinux ġew annullati mill-Qorti Ġenerali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-effett relattivament modest ta’ dawn l-iżbalji fuq id-daqs tal-multa, u tal-fatt li terminu sinifikattiv diġà skada minn meta seħħew dawn l-iżbalji (12 ta’ Settembru 2012), il-Kummissjoni tqis li huwa raġonevoli f’dan il-każ partikolari li tuża l-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi (5), biex tnaqqas il-multa għal Telefónica għal-livell stabbilit fid-Deċiżjoni tal-2013.

(18)

L-ammont finali tal-multi individwali imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 huwa għalhekk dan li ġej:

Parti

Multa totali (EUR)

Telefónica

66 894 000

Pharol

12 146 000


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1)

(2)  Il-Kawża T-216/13 Telefónica SA vs il-Kummissjoni Ewropea (is-“sentenza Telefónica”) u l-Kawża T-208/13 Portugal Telecom SGPS SA vs il-Kummissjoni Ewropea (is-“sentenza PT”).

(3)  Is-sentenza Telefónica, il-paragrafu 221 u s-sentenza PT, il-paragrafu 181; Il-Kawża T-691/14, Servier SAS u Oħrajn vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2018:922, il-paragrafi 319, 327 u 328, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014, T-519/09, Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:T:2014:263, il-paragrafu 231.

(4)  Kif imsemmi pereżempju fis-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2010, T-456/05 u T-457/05, Gütermann et Zwicky, EU:T:2010:168, il-paragrafi 94-103 u referenzi oħra tagħhom.

(5)  “Għalkemm dawn il-linji gwida jippreżentaw il-metodoloġija ġenerali għall-iffissar ta’ multi, il-karatteristiċi partikolari ta’ każ partikolari jew il-ħtieġa li jintlaħaq livell dissważiv f’każ partikolari jistgħu jiġġustifikaw tbegħid minn din il-metodoloġija jew mil-limiti stabbiliti fil-punt 21”.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/33


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2022/C 286/11)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

IL-ĠERMANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 18.5.2022, p. 82.

Portijiet TAL-BAĦAR TAT-TRAMUNTANA

(1)

Borkum

(2)

Brake

(3)

Brunsbüttel

(4)

Büsum

(5)

Bützflether Sand

(6)

Bremen

(7)

Bremerhaven

(8)

Cuxhaven

(9)

Eckwarderhörne

(10)

Elsfleth

(11)

Emden

(12)

Fedderwardersiel

(13)

Glückstadt

(14)

Hamburg

(15)

Hamburg-Neuenfelde

(16)

Herbrum

(17)

Helgoland

(18)

Horumersiel

(19)

Husum

(20)

Juist

(21)

Leer

(22)

Lemwerder

(23)

List/Sylt

(24)

Neuharlingersiel

(25)

Norddeich

(26)

Nordenham

(27)

Otterndorf

(28)

Papenburg

(29)

Spiekeroog

(30)

Stade

(31)

Stadersand

(32)

Varel

(33)

Wangerooge

(34)

Wedel

(35)

Weener

(36)

Westeraccumersiel

(37)

Wewelsfleth

(38)

Wilhelmshaven

Portijiet baltiċi

(1)

Eckernförde (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(2)

Flensburg-port

(3)

Greifswald-Ladebow port

(4)

Jägersberg (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(5)

Kiel

(6)

Kiel (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(7)

Kiel-Holtenau

(8)

Lubmin

(9)

Lübeck

(10)

Lübeck-Travemünde

(11)

Mukran

(12)

Neustadt

(13)

Puttgarden

(14)

Rendsburg

(15)

Rostock-port (fużjoni tal-portijiet ta’ Warnemünde u Rostock)

(16)

Sassnitz

(17)

Stralsund

(18)

Surendorf (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(19)

Vierow

(20)

Wismar

(21)

Wolgast

ODERHAFF

(1)

Ueckermünde

Ajruporti, ajrudromi, mtajar

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN-WÜRTTEMBERG

(1)

Aalen-Heidenheim-Elchingen

(2)

Baden Airport Karlsruhe Baden-Baden

(3)

Donaueschingen-Villingen

(4)

Freiburg/Brg.

(5)

Friedrichshafen-Löwental

(6)

Heubach (Krs. Schwäb. Gmünd)

(7)

Lahr

(8)

Laupheim

(9)

Leutkirch-Unterzeil

(10)

Mannheim-City

(11)

Mengen

(12)

Niederstetten

(13)

Schwäbisch Hall

(14)

Stuttgart

FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA

(1)

Aschaffenburg

(2)

Augsburg-Mühlhausen

(3)

Bayreuth – Bindlacher Berg

(4)

Coburg-Brandebsteinsebene

(5)

Giebelstadt

(6)

Hassfurth-Mainwiesen

(7)

Hof-Plauen

(8)

Ingolstadt

(9)

Landshut-Ellermühle

(10)

Lechfeld

(11)

Memmingerberg

(12)

München “Franz Joseph Strauß”

(13)

Neuburg

(14)

Nürnberg

(15)

Oberpfaffenhofen

(16)

Roth

(17)

Straubing-Wallmühle

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN

(1)

Berlin-Tegel

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG

(1)

Berlin Brandenburg “Willy Brandt”

(2)

Schönhagen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN

(1)

Bremen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG

(1)

Hamburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSEN

(1)

Allendorf/Eder

(2)

Egelsbach

(3)

Frankfurt/Main

(4)

Fritzlar

(5)

Kassel-Calden

(6)

Reichelsheim

FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG-VORPOMMERN

(1)

Neubrandenburg-Trollenhagen

(2)

Rostock-Laage

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL

(1)

Borkum

(2)

Braunschweig-Waggum

(3)

Bückeburg-Achum

(4)

Celle

(5)

Damme/Dümmer-See

(6)

Diepholz

(7)

Emden

(8)

Fassberg

(9)

Ganderkesee

(10)

Hannover

(11)

Leer-Nüttermoor

(12)

Norderney

(13)

Nordholz

(14)

Osnabrück-Atterheide

(15)

Wangerooge

(16)

Wilhelmshaven-Mariensiel

(17)

Wittmundhafen

(18)

Wunstorf

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ NORDRHEIN-WESTFALEN

(1)

Aachen-Merzbrück

(2)

Arnsberg

(3)

Bielefeld-Windelsbleiche

(4)

Bonn-Hardthöhe

(5)

Dortmund-Wickede

(6)

Düsseldorf

(7)

Essen-Mülheim

(8)

Bonn Hangelar

(9)

Köln/Bonn

(10)

Marl/Loemühle

(11)

Mönchengladbach

(12)

Münster-Osnabrück

(13)

Nörvenich

(14)

Paderborn-Lippstadt

(15)

Porta Westfalica

(16)

Rheine-Bentlage

(17)

Siegerland

(18)

Stadtlohn-Wenningfeld

(19)

Weeze-Lahrbruch

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ RHEINLAND-PFALZ

(1)

Büchel

(2)

Föhren

(3)

Hahn

(4)

Koblenz-Winningen

(5)

Mainz-Finthen

(6)

Pirmasens-Pottschütthöhe

(7)

Ramstein (US-Air Base)

(8)

Speyer

(9)

Spangdahlem (US-Air Base)

(10)

Zweibrücken

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND

(1)

Saarbrücken-Ensheim

(2)

Saarlouis/Düren

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA

(1)

Dresden

(2)

Leipzig-Halle

(3)

Rothenburg/Oberlausitz

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT

(1)

Cochstedt

(2)

Magdeburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG-HOLSTEIN

(1)

Helgoland-Düne

(2)

Hohn

(3)

Kiel-Holtenau

(4)

Lübeck-Blankensee

(5)

Schleswig/Jagel

(6)

Westerland/Sylt

FL-ISTAT FEDERALI TA’ THÜRINGEN

(1)

Altenburg-Nobitz

(2)

Erfurt-Weimar

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 25.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p.22.

ĠU C 164, 18.7.2008, p. 45.

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

ĠU C 484, 24.12.2016, p. 30.

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17.

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5.

ĠU C 411, 2.12.2017, p. 10.

ĠU C 31, 27.1.2018, p. 12.

ĠU C 261, 25.7.2018, p. 6.

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 8.

ĠU C 368, 11.10.2018, p. 4.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 40.

ĠU C 43, 4.2.2019, p. 2.

ĠU C 64, 27.2.2020, p. 17.

ĠU C 231, 14.7.2020, p. 2.

ĠU C 58, 18.2.2021, p. 35.

ĠU C 81, 10.3.2021, p. 27.

ĠU C 184, 12.5.2021, p. 8.

ĠU C 219, 9.6.2021, p. 9.

ĠU C 279, 13.7.2021, p. 4.

ĠU C 290, 20.7.2021, p. 10.

ĠU C 380, 20.9.2021, p. 3.

ĠU C 483, 1.12.2021, p. 19.

ĠU C 201, 18.5.2022, p. 82.

ĠU C 229, 14.6.2022, p. 8.

ĠU C 241, 24.6.2022, p. 6.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/41


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2022/C 286/12)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

Comtés Rhodaniens

PGI-FR-A1230-AM02

Data tal-applikazzjoni: 23 ta’ Settembru 2016

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Żona ġeografika

Il-Kapitolu 1, it-taqsima 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet estiża biex tipprovdi deskrizzjoni aktar dettaljata taż-żona ġeografika u biex jiġu kkoreġuti xi żbalji klerikali.

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, iż-żona ġeografika tal-produzzjoni kienet ippreżentata bħala lista ta’ cantons. Il-cantons huma ragruppamenti ta’ muniċipalitajiet għal skopijiet elettorali u jistgħu jinbidlu maż-żmien. Għal din ir-raġuni, ġie deċiż li jiġu pprovduti dettalji tal-muniċipalitajiet koperti mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, din l-inklużjoni wasslet għal numru ta’ żbalji klerikali li għandhom jiġu kkoreġuti.

Id-deskrizzjoni taż-żona ġeografika issa hija lista ta’ muniċipalitajiet, b’referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, riżors ta’ referenza nazzjonali li fuqu ġew ikkumpilati dawn il-listi. Dan ifisser li kwalunkwe bidla li tirriżulta tista’ tiġi segwita b’mod aktar effettiv.

Id-deskrizzjoni taż-żona ġeografika fil-forma ta’ lista ta’ muniċipalitajiet tmexxiet għat-taqsima “Deskrizzjoni taż-Żona Demarkata” tad-Dokument Uniku.

2.2.   Rekwiżiti Nazzjonali u tal-UE — Punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati

Fil-Kapitolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-lista tal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati ġiet ikkoreġuta. Issa ġie ċċarat li l-kontroll organolettiku tal-prodotti jitwettaq jekk tiġi skoperta anomalija waqt kontroll intern, jiġifieri eżami organolettiku ta’ nbejjed bl-ingrossa u nbejjed ippakkjati.

Din l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.3.   Rabta maż-żona ġeografika

Fil-Kapitolu 1, it-taqsima 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, “Rabta maż-żona ġeografika”, ġiet emendata sabiex jiġu enfasizzati b’mod aktar ċar il-karatteristiċi komuni għas-subżoni kollha fiż-żona tal-produzzjoni, jiġifieri t-tip ta’ klima u l-kategoriji wesgħin tal-ħamrija. L-emenda tinkludi wkoll spjegazzjoni tar-rabta kawżali inerenti fl-impatt tal-klima reġjonali u tat-tipi ta’ ħamrija fuq il-produzzjoni ta’ nbejjed pjuttost friski, mhux daqstant tanniċi u tal-frott.

Dawn l-emendi tmexxew għat-taqsima dwar ir-“Rabta maż-żona ġeografika” fid-Dokument Uniku.

2.4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Fil-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-taqsima 3.3 dwar id-deskrizzjoni tal-inbejjed ġiet estiża.

Dawn l-emendi saru wkoll fid-Dokument Uniku taħt “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”.

2.5.   Tikkettar

Fil-Kapitolu 1, it-taqsima 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata biex titneħħa l-lista stabbilita tal-ismijiet tal-varjetajiet tal-għeneb li jista’ jkollhom id-denominazzjoni Comtés Rhodaniens fuq it-tikketta tal-prodott. Il-grupp applikant jixtieq li jkun jista’ jieħu vantaġġ sħiħ mill-varjetajiet kollha tad-dwieli fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

Tħassret is-sentenza li ġejja: “Inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta Comtés Rhodaniens segwita bl-isem ta’ varjetà waħda jew aktar ta’ għeneb huma magħmula minn dawn il-varjetajiet: Chardonnay B, Gamaret N, Gamay N, Marsanne B, Pinot Noir N, Roussanne B, Syrah N, Viognier B.”

It-taqsima tad-Dokument Uniku dwar dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar għalhekk ġiet emendata.

2.6.   Tħassir ta’ kategorija ta’ prodott tad-dwieli

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata sabiex jiġu rtirati minnha d-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità. Dan isegwi d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tat-2 ta’ Marzu 2015, li annullat id-digriet tat-28 ta’ Ottubru 2011 dwar l-IĠP Comtés Rhodaniens li approva d-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott relatati mal-“inbejjed spumanti ta’ kwalità rożè u bojod”.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Comtés Rhodaniens

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed ħomor, rożè u bojod tal-IĠP Comtés Rhodaniens

L-indikazzjoni ġeografika protetta Comtés Rhodaniens tkopri biss inbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass.

Bl-eċċezzjoni tal-qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum, il-kriterji analitiċi jsegwu r-regoli tal-UE.

L-inbejjed kollha għandhom aromi karatteristikament ta’ frott li dejjem ikunu preżenti. L-intensità u n-natura tagħhom jistgħu jvarjaw, madankollu, skont il-varjetajiet tal-għeneb, kemm jekk imħallta kif ukoll jekk le, u t-teknoloġiji użati. Għall-inbejjed ħomor, il-metodi tal-estrazzjoni jipproduċu strutturi sottili b’tannini misjura u rotob. L-inbejjed ħomor ivarjaw minn lewn il-lampun għal lewn ir-rubin. Bħala riħa u togħma, jippreżentaw aromi ta’ frott aħmar jew iswed ikkumplimentati minn noti minerali mmarkati, xi drabi bi ħjiel ta’ fjuri skont il-varjetà tal-għeneb. Bħala togħma, l-inbejjed huma bbilanċjati tajjeb bejn iz-zokkor u l-aċidi. Għall-inbejjed bojod u rożè, il-metodi ta’ vinifikazzjoni użati jagħmluha possibbli li jinżamm bilanċ eċċellenti bejn iz-zokkor u l-aċidi, u li jiġu ppreservati l-freskezza u l-frott tal-inbejjed. L-inbejjed bojod ivarjaw fil-kulur minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar dehbi. Bħala riħa u togħma, jippreżentaw aromi ta’ frott frisk u taċ-ċitru, b’noti ta’ fjuri jew minerali skont il-varjetà tal-għeneb. L-inbejjed rożè huma ta’ kulur qroll qawwi ta’ intensità li tvarja. Bħala riħa u togħma, jippreżentaw aromi ta’ frott frisk. Bħala togħma, huma partikolarment vivaċi.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

98 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb u l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid għall-indikazzjoni ġeografika Comtés Rhodaniens isiru fid-départements ta’ Ain, Ardèche, Drôme, Isère, Loire, Rhône, Savoie, Haute-Savoie u Saône-et-Loire, fit-territorju ta’ muniċipalitajiet speċifiċi elenkati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-département ta’ Ain: 5 muniċipalitajiet

Anglefort, Chanay, Corbonod, Culoz u Seyssel.

Id-département ta’ Ardèche: 245 muniċipalità

Ailhon, Aizac, Alba-la-Romaine, Alboussière, Andance, Annonay, Ardoix, Arlebosc, Arras-sur-Rhône, Les Assions, Astet, Aubenas, Aubignas, Baix, Balazuc, Banne, Barnas, Beauchastel, Beaulieu, Beaumont, Berrias-et-Casteljau, Berzème, Bessas, Bidon, Bogy, Boucieu-le-Roi, Boulieu-lès-Annonay, Bourg-Saint-Andéol, Bozas, Brossainc, Chambonas, Champagne, Champis, Chandolas, Charmes-sur-Rhône, Charnas, Chassiers, Châteaubourg, Chauzon, Chazeaux, Cheminas, Chirols, Chomérac, Colombier-le-Cardinal, Colombier-le-Jeune, Colombier-le-Vieux, Cornas, Coux, Le Crestet, Cruas, Darbres, Davézieux, Désaignes, Dompnac, Dunière-sur-Eyrieux, Eclassan, Empurany, Étables, Fabras, Faugères, Félines, Flaviac, Fons, Genestelle, Gilhac-et-Bruzac, Gilhoc-sur-Ormèze, Glun, Gras, Gravières, Grospierres, Guilherand-Granges, Jaujac, Joannas, Joyeuse, Juvinas, Labastide-de-Virac, Labastide-sur-Bésorgues, Labeaume, Labégude, Lablachère, Laboule, Lachamp-Raphaël, Lachapelle-sous-Aubenas, Lafarre, Lagorce, Lalevade-d’Ardèche, Lalouvesc, Lamastre, Lanas, Largentière, Larnas, Laurac-en-Vivarais, Lavilledieu, Laviolle, Lemps, Lentillères, Limony, Loubaresse, Lussas, Malarce-sur-la-Thines, Malbosc, Mauves, Mayres, Mercuer, Meyras, Meysse, Mézilhac, Mirabel, Monestier, Montréal, Montselgues, Les Ollières-sur-Eyrieux, Orgnac-l’Aven, Ozon, Pailharès, Payzac, Peaugres, Peyraud, Planzolles, Plats, Pont-de-Labeaume, Pourchères, Le Pouzin, Prades, Pradons, Préaux, Prunet, Quintenas, Ribes, Rochecolombe, Rochemaure, Rocher, Rochessauve, Rocles, Roiffieux, Rompon, Rosières, Ruoms, Sablières, Saint-Alban-Auriolles, Saint-Alban-d’Ay, Saint-Andéol-de-Berg, Saint-Andéol-de-Vals, Saint-André-de-Cruzières, Saint-André-Lachamp, Saint-Barthélemy-le-Plain, Saint-Bauzile, Saint-Cierge-la-Serre, Saint-Cirgues-de-Prades, Saint-Clair, Saint-Cyr, Saint-Désirat, Saint-Didier-sous-Aubenas, Saint-Étienne-de-Boulogne, Saint-Étienne-de-Fontbellon, Saint-Étienne-de-Valoux, Saint-Félicien, Saint-Fortunat-sur-Eyrieux, Saint-Genest-de-Beauzon, Saint-Georges-les-Bains, Saint-Germain, Saint-Gineis-en-Coiron, Saint-Jacques-d’Atticieux, Saint-Jean-de-Muzols, Saint-Jean-le-Centenier, Saint-Jeure-d’Ay, Saint-Joseph-des-Bancs, Saint-Julien-du-Serre, Saint-Julien-en-Saint-Alban, Saint-Julien-Vocance, Saint-Just-d’Ardèche, Saint-Lager-Bressac, Saint-Laurent-du-Pape, Saint-Laurent-sous-Coiron, Saint-Marcel-d’Ardèche, Saint-Marcel-lès-Annonay, Saint-Martin-d’Ardèche, Saint-Martin-sur-Lavezon, Saint-Maurice-d’Ardèche, Saint-Maurice-d’Ibie, Saint-Mélany, Saint-Michel-de-Boulogne, Saint-Michel-de-Chabrillanoux, Saint-Montan, Saint-Paul-le-Jeune, Saint-Péray, Saint-Pierre-la-Roche, Saint-Pierre-Saint-Jean, Saint-Pierre-sur-Doux, Saint-Pons, Saint-Privat, Saint-Remèze, Saint-Romain-d’Ay, Saint-Romain-de-Lerps, Saint-Sauveur-de-Cruzières, Saint-Sernin, Saint-Symphorien-de-Mahun, Saint-Symphorien-sous-Chomérac, Saint-Thomé, Saint-Victor, Saint-Vincent-de-Barrès, Saint-Vincent-de-Durfort, Sainte-Marguerite-Lafigère, Salavas, Les Salelles, Sampzon, Sanilhac, Sarras, Satillieu, Savas, Sceautres, Sécheras, Serrières, La Souche, Soyons, Talencieux, Tauriers, Le Teil, Thorrenc, Thueyts, Toulaud, Tournon-sur-Rhône, Ucel, Uzer, Vagnas, Valgorge, Vallées-d’Antraigues-Asperjoc, Vallon-Pont-d’Arc, Vals-les-Bains, Valvignères, Vanosc, Les Vans, Vaudevant, Vernon, Vernosc-lès-Annonay, Vesseaux, Villeneuve-de-Berg, Villevocance, Vinezac, Vinzieux, Vion, Viviers, Vocance, Vogüé u La Voulte-sur-Rhône.

Id-département ta’ Drôme: 275 muniċipalità

Muniċipalitajiet inklużi b’mod sħiħ:

Albon, Aleyrac, Alixan, Allan, Allex, Ambonil, Ancône, Andancette, Anneyron, Aouste-sur-Sye, Arpavon, Arthémonay, Aubenasson, Aubres, Aulan, Aurel, Autichamp, Ballons, Barcelonne, Barnave, Barret-de-Lioure, Barsac, Bathernay, La Bâtie-Rolland, La Baume-de-Transit, Beaufort-sur-Gervanne, Beaumont-lès-Valence, Beaumont-Monteux, Beausemblant, Beauvallon, Beauvoisin, La Bégude-de-Mazenc, Bellecombe-Tarendol, Bénivay-Ollon, Bésayes, Bésignan, Bonlieu-sur-Roubion, Bouchet, Bourg-lès-Valence, Bren, Buis-les-Baronnies, Chabeuil, Chabrillan, Le Chalon, Chamaloc, Chamaret, Chanos-Curson, Chantemerle-les-Blés, Chantemerle-lès-Grignan, La Charce, Charmes-sur-l’Herbasse, Charols, Chastel-Arnaud, Châteaudouble, Châteauneuf-de-Bordette, Châteauneuf-de-Galaure, Châteauneuf-du-Rhône, Châteauneuf-sur-Isère, Châtillon-en-Diois, Châtillon-Saint-Jean, Chatuzange-le-Goubet, Chaudebonne, Chauvac-Laux-Montaux, Chavannes, Clansayes, Claveyson, Cléon-d’Andran, Clérieux, Cliousclat, Colonzelle, Comps, Condillac, Condorcet, Cornillac, Cornillon-sur-l’Oule, La Coucourde, Crépol, Crest, Crozes-Hermitage, Curnier, Die, Dieulefit, Divajeu, Donzère, Érôme, Espeluche, Espenel, Étoile-sur-Rhône, Eurre, Eygalayes, Eygaliers, Eyroles, Eyzahut, Fay-le-Clos, Ferrassières, Francillon-sur-Roubion, La Garde-Adhémar, Génissieux, Gervans, Geyssans, Grane, Les Granges-Gontardes, Granges-les-Beaumont, Grignan, Izon-la-Bruisse, Laborel, Lachau, Larnage, La Laupie, Laval-d’Aix, Laveyron, Lemps, Livron-sur-Drôme, Loriol-sur-Drôme, Luc-en-Diois, Malataverne, Malissard, Manas, Margès, Marignac-en-Diois, Marsanne, Marsaz, Menglon Mercurol-Veaunes, Mérindol-les-Oliviers, Mévouillon, Mirabel-aux-Baronnies, Mirabel-et-Blacons, Mirmande, Mollans-sur-Ouvèze, Montauban-sur-l’Ouvèze, Montaulieu, Montboucher-sur-Jabron, Montbrison-sur-Lez, Montbrun-les-Bains, Montchenu, Montclar-sur-Gervanne, Montéléger, Montélier, Montélimar, Montferrand-la-Fare, Montfroc, Montguers, Montjoux, Montjoyer, Montlaur-en-Diois, Montmaur-en-Diois, Montmeyran, Montmiral, Montoison, Montréal-les-Sources, Montségur-sur-Lauzon, Montvendre, La Motte-de-Galaure, Mours-Saint-Eusèbe, Mureils, Nyons, Orcinas, Parnans, Le Pègue, Pelonne, La Penne-sur-l’Ouvèze, Peyrins, Piégon, Piégros-la-Clastre, Pierrelatte, Pierrelongue, Les Pilles, Plaisians, Le Poët-en-Percip, Le Poët-Laval, Le Poët-Sigillat, Pommerol, Ponet-et-Saint-Auban, Ponsas, Pont-de-Barret, Pont-de-l’Isère, Pontaix, Portes-en-Valdaine, Portes-lès-Valence, Poyols, Propiac, Puy-Saint-Martin, Puygiron, Ratières, Réauville, Recoubeau-Jansac, Reilhanette, Rémuzat, La Répara-Auriples, Rioms, La Roche-de-Glun, Roche-Saint-Secret-Béconne, La Roche-sur-Grane, La Roche-sur-le-Buis, Rochebaudin, Rochebrune, Rochefort-en-Valdaine, Rochegude, La Rochette-du-Buis, Romans-sur-Isère, Romeyer, Roussas, Rousset-les-Vignes, Roussieux, Roynac, Sahune, Saillans, Saint-Andéol, Saint-Auban-sur-l’Ouvèze, Saint-Avit, Saint-Bardoux, Saint-Barthélemy-de-Vals, Saint-Benoit-en-Diois, Saint-Donat-sur-l’Herbasse, Saint-Ferréol-Trente-Pas, Saint-Gervais-sur-Roubion, Saint-Julien-en-Quint, Saint-Laurent-d’Onay, Saint-Marcel-lès-Sauzet, Saint-Marcel-lès-Valence, Saint-Martin-d’Août, Saint-Maurice-sur-Eygues, Saint-May, Saint-Michel-sur-Savasse, Saint-Pantaléon-les-Vignes, Saint-Paul-lès-Romans, Saint-Paul-Trois-Châteaux, Saint-Rambert-d’Albon, Saint-Restitut, Saint-Roman, Saint-Sauveur-en-Diois, Saint-Sauveur-Gouvernet, Saint-Uze, Saint-Vallier, Sainte-Croix, Sainte-Euphémie-sur-Ouvèze, Sainte-Jalle, Salettes, Salles-sous-Bois, Saou, Saulce-sur-Rhône, Sauzet, Savasse, Séderon, Serves-sur-Rhône, Solaure en Diois, Solérieux, Souspierre, Soyans, Suze, Suze-la-Rousse, Tain-l’Hermitage, Taulignan, Teyssières, La Touche, Les Tourrettes, Triors, Tulette, Upie, Vachères-en-Quint, Valaurie, Valence, Valouse, Venterol, Vercheny, Verclause, Vercoiran, Vers-sur-Méouge, Vesc, Villebois-les-Pins, Villefranche-le-Château, Villeperdrix u Vinsobres.

Muniċipalitajiet inklużi biss parzjalment:

Valherbasse: il-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalitajiet ta’ Miribel u Saint-Bonnet-de-Valclérieux.

Id-département ta’ Isère: 181 muniċipalità

Les Adrets, Agnin, Allevard, Anjou, Annoisin-Chatelans, Aoste, Arandon-Passins, Assieu, Auberives-sur-Varèze, Les Avenières Veyrins-Thuellin, La Balme-les-Grottes, Barraux, Beaucroissant, Bernin, Biviers, Le Bouchage, Bougé-Chambalud, Bourgoin-Jallieu, Bouvesse-Quirieu, Brangues, La Buisse, La Buissière, Cessieu, Le Champ-près-Froges, Chamrousse, Chanas, Chapareillan, La Chapelle-de-la-Tour, La Chapelle-de-Surieu, La Chapelle-du-Bard, Charette, Charnècles, Chasse-sur-Rhône, Le Cheylas, Cheyssieu, Chimilin, Chonas-l’Amballan, Chozeau, Chuzelles, Claix, Clonas-sur-Varèze, La Combe-de-Lancey, Corbelin, Corenc, Les Côtes-d’Arey, Coublevie, Courtenay, Cras, Crémieu, Crêts en Belledonne, Creys-Mépieu, Crolles, Dizimieu, Dolomieu, Domène, Estrablin, Eyzin-Pinet, Faverges-de-la-Tour, La Flachère, Fontaine, Fontanil-Cornillon, Froges, Gières, Goncelin, Granieu, Le Gua, Hières-sur-Amby, Hurtières, Izeaux, Jardin, Laval, Leyrieu, Lumbin, Luzinay, Meylan, Moidieu-Détourbe, Moirans, Montalieu-Vercieu, Montbonnot-Saint-Martin, Montcarra, Moras, Morestel, Morette, Le Moutaret, La Murette, Murianette, Noyarey, Optevoz, Parmilieu, Le Péage-du-Roussillon, La Pierre, Poliénas, Le Pont-de-Claix, Pont-Évêque, Pontcharra, Porcieu-Amblagnieu, Quincieu, Réaumont, Renage, Revel, Reventin-Vaugris, Rives, La Rivière, Les Roches-de-Condrieu, Rochetoirin, Romagnieu, Roussillon, Ruy-Montceau, Sablons, Saint-Alban-de-Roche, Saint-Alban-du-Rhône, Saint-Baudille-de-la-Tour, Saint-Blaise-du-Buis, Saint-Cassien, Saint-Chef, Saint-Clair-du-Rhône, Saint-Egrève, Saint-Etienne-de-Crossey, Saint-Hilaire-de-Brens, Saint-Ismier, Saint-Jean-de-Moirans, Saint-Jean-le-Vieux, Saint-Lattier, Saint-Marcel-Bel-Accueil, Saint-Martin-d’Uriage, Saint-Martin-le-Vinoux, Saint-Maurice-l’Exil, Saint-Maximin, Saint-Mury-Monteymond, Saint-Nazaire-les-Eymes, Saint-Paul-d’Izeaux, Saint-Paul-de-Varces, Saint-Prim, Saint-Quentin-sur-Isère, Saint-Romain-de-Jalionas, Saint-Romain-de-Surieu, Saint-Savin, Saint-Sorlin-de-Morestel, Saint-Sorlin-de-Vienne, Saint-Victor-de-Morestel, Saint-Vincent-de-Mercuze, Sainte-Agnès, Sainte-Marie-d’Alloix, Salagnon, Salaise-sur-Sanne, Sassenage, Septème, Sermérieu, Seyssuel, Siccieu-Saint-Julien-et-Carisieu, Soleymieu, Sonnay, Tencin, La Terrasse, Theys, Le Touvet, Trept, La Tronche, Tullins, Varces-Allières-et-Risset, Vasselin, Vatilieu, Vénérieu, Venon, Vernas, Vernioz, Le Versoud, Vertrieu, Veurey-Voroize, Veyssilieu, Vézeronce-Curtin, Vienne, Vif, Vignieu, Villard-Bonnot, Ville-sous-Anjou, Villemoirieu, Villette-de-Vienne, Voiron, Voreppe u Vourey.

Id-département tal-Loire: 179 muniċipalità

Ailleux, Ambierle, Andrézieux-Bouthéon, Arthun, Aveizieux, Balbigny, Bard, Bellegarde-en-Forez, La Bénisson-Dieu, Bessey, Boën-sur-Lignon, Boisset-lès-Montrond, Boisset-Saint-Priest, Bonson, Boyer, Briennon, Bully, Bussières, Bussy-Albieux, Cellieu, Cezay, Chagnon, Chalain-d’Uzore, Chalain-le-Comtal, Chalmazel-Jeansagnière, Chambles, Chamboeuf, Champdieu, Chandon, Changy, La Chapelle-en-Lafaye, La Chapelle-Villars, Charlieu, Châteauneuf, Châtelneuf, Chavanay, Chazelles-sur-Lavieu, Chenereilles, Chuyer, Combre, Commelle-Vernay, Cordelle, Le Coteau, Coutouvre, Craintilleux, Le Crozet, Cuzieu, Dargoire, Débats-Rivière-d’Orpra, Écotay-l’Olme, Essertines-en-Châtelneuf, Genilac, Grézieux-le-Fromental, Grézolles, Gumières, L’Hôpital-le-Grand, L’Hôpital-sous-Rochefort, Jarnosse, Lavieu, Leigneux, Lentigny, Lérigneux, Lézigneux, Lupé, Luré, Luriecq, Mably, Maclas, Magneux-Haute-Rive, Maizilly, Malleval, Marcilly-le-Châtel, Marcoux, Margerie-Chantagret, Marols, Mars, Montagny, Montarcher, Montbrison, Montrond-les-Bains, Montverdun, Mornand-en-Forez, Nandax, Néronde, Neulise, Noailly, Nollieux, Notre-Dame-de-Boisset, Ouches, La Pacaudière, Palogneux, Parigny, Pélussin, Périgneux, Pinay, Pommiers, Pouilly-les-Nonains, Pouilly-sous-Charlieu, Pradines, Pralong, Précieux, Renaison, Riorges, Rivas, Roanne, Roche, Roisey, Sail-sous-Couzan, Saint-Alban-les-Eaux, Saint-André-d’Apchon, Saint-André-le-Puy, Saint-Appolinard, Saint-Bonnet-des-Quarts, Saint-Bonnet-le-Courreau, Saint-Bonnet-les-Oules, Saint-Cyprien, Saint-Cyr-de-Favières, Saint-Cyr-de-Valorges, Saint-Denis-de-Cabanne, Saint-Étienne-le-Molard, Saint-Forgeux-Lespinasse, Saint-Galmier, Saint-Georges-de-Baroille, Saint-Georges-en-Couzan, Saint-Georges-Haute-Ville, Saint-Germain-Laval, Saint-Germain-Lespinasse, Saint-Haon-le-Châtel, Saint-Haon-le-Vieux, Saint-Hilaire-sous-Charlieu, Saint-Jean-Saint-Maurice-sur-Loire, Saint-Jean-Soleymieux, Saint-Jodard, Saint-Joseph, Saint-Julien-d’Oddes, Saint-Just-en-Bas, Saint-Just-Saint-Rambert, Saint-Laurent-Rochefort, Saint-Léger-sur-Roanne, Saint-Marcel-de-Félines, Saint-Marcellin-en-Forez, Saint-Martin-la-Plaine, Saint-Martin-la-Sauveté, Saint-Michel-sur-Rhône, Saint-Nizier-sous-Charlieu, Saint-Paul-d’Uzore, Saint-Pierre-de-Boeuf, Saint-Pierre-la-Noaille, Saint-Polgues, Saint-Priest-la-Roche, Saint-Romain-la-Motte, Saint-Romain-le-Puy, Saint-Sixte, Saint-Thomas-la-Garde, Saint-Vincent-de-Boisset, Sainte-Agathe-en-Donzy, Sainte-Agathe-la-Bouteresse, Sainte-Colombe-sur-Gand, Sainte-Foy-Saint-Sulpice, Sauvain, Savigneux, Soleymieux, Souternon, Sury-le-Comtal, Tartaras, Trelins, Unias, Veauche, Veauchette, Vendranges, Véranne, Vérin, Verrières-en-Forez, Vézelin-sur-Loire, Villemontais, Villerest, Villers, Violay u Vougy.

Id-département tar-Rhône: 92 muniċipalità

Muniċipalitajiet inklużi b’mod sħiħ:

Alix, Ampuis, Anse, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Cercié, Chabanière, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Condrieu, Corcelles-en-Beaujolais, Denicé, Échalas, Émeringes, Fleurie, Frontenas, Gleizé, Les Haies, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Lantignié, Légny, Létra, Limas, Loire-sur-Rhône, Longes, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Odenas, Le Perréon, Pommiers, Porte des Pierres Dorées, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Rivolet, Rontalon, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Cyr-sur-le-Rhône, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Romain-en-Gal, Saint-Vérand, Sainte-Colombe, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Soucieu-en-Jarrest, Ternand, Theizé, Trèves, Tupin-et-Semons, Val d’Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Ville-sur-Jarnioux u Villié-Morgon.

Muniċipalitajiet inklużi biss parzjalment:

Vindry-sur-Turdine: il-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalitajiet ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup.

Beauvallon: il-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-eks muniċipalità ta’ Saint-Jean-de-Touslas.

Id-département ta’ Saône-et-Loire: 11-il muniċipalità

Chaintré, Chânes, La Chapelle-de-Guinchay, Chasselas, Crêches-sur-Saône, Leynes, Pruzilly, Romanèche-Thorins, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Symphorien-d’Ancelles u Saint-Vérand.

Id-département ta’ Savoie: 165 muniċipalità

Aiguebelette-le-Lac, Aiton, Aix-les-Bains, Albertville, Allondaz, Apremont, Arbin, Argentine, Arvillard, Avressieux, Ayn, La Balme, Barberaz, Barby, Bassens, La Bâthie, Belmont-Tramonet, Betton-Bettonet, Billième, La Biolle, Bonvillard, Bonvillaret, Bourdeau, Le Bourget-du-Lac, Bourget-en-Huile, Bourgneuf, La Bridoire, Brison-Saint-Innocent, Césarches, Cevins, Challes-les-Eaux, Chambéry, Chamousset, Chamoux-sur-Gelon, Champ-Laurent, Champagneux, Chanaz, La Chapelle-Blanche, La Chapelle-du-Mont-du-Chat, La Chapelle-Saint-Martin, Châteauneuf, La Chavanne, Chignin, Chindrieux, Cléry, Cognin, Coise-Saint-Jean-Pied-Gauthier, Conjux, La Croix-de-la-Rochette, Cruet, Curienne, Les Déserts, Détrier, Domessin, Drumettaz-Clarafond, Dullin, Entrelacs, Épierre, Esserts-Blay, Fréterive, Frontenex, Gerbaix, Gilly-sur-Isère, Grésy-sur-Aix, Grésy-sur-Isère, Grignon, Hauteville, Jacob-Bellecombette, Jongieux, Laissaud, Lépin-le-Lac, Loisieux, Lucey, Marcieux, Mercury, Méry, Meyrieux-Trouet, Les Mollettes, Montagnole, Montailleur, Montcel, Montendry, Montgilbert, Monthion, Montmélian, Montsapey, La Motte-Servolex, Motz, Mouxy, Myans, Nances, Notre-Dame-des-Millières, Novalaise, Ontex, Pallud, Planaise, Plancherine, Le Pont-de-Beauvoisin, Le Pontet, Porte-de-Savoie, Presle, Pugny-Chatenod, Puygros, La Ravoire, Rochefort, Rognaix, Rotherens, Ruffieux, Saint-Alban-d’Hurtières, Saint-Alban-de-Montbel, Saint-Alban-Leysse, Saint-Baldoph, Saint-Béron, Saint-Cassin, Saint-Genix-les-Villages, Saint-Georges-d’Hurtières, Saint-Jean-d’Arvey, Saint-Jean-de-Chevelu, Saint-Jean-de-la-Porte, Saint-Jeoire-Prieuré, Saint-Léger, Saint-Offenge, Saint-Ours, Saint-Paul, Saint-Paul-sur-Isère, Saint-Pierre-d’Albigny, Saint-Pierre-d’Alvey, Saint-Pierre-de-Belleville, Saint-Pierre-de-Curtille, Saint-Pierre-de-Soucy, Saint-Sulpice, Saint-Vital, Sainte-Hélène-du-Lac, Sainte-Hélène-sur-Isère, Sainte-Marie-d’Alvey, Serrières-en-Chautagne, Sonnaz, La Table, Thénésol, Thoiry, La Thuile, Tournon, Tours-en-Savoie, Traize, Tresserve, Trévignin, La Trinité, Val-d’Arc, Valgelon-La Rochette, Venthon, Verel-de-Montbel, Verel-Pragondran, Le Verneil, Verrens-Arvey, Verthemex, Villard-d’Héry, Villard-Léger, Villard-Sallet, Villaroux, Vimines, Vions, Viviers-du-Lac, Voglans u Yenne.

Id-département ta’ Haute-Savoie: 121 muniċipalità

Allinges, Allonzier-la-Caille, Ambilly, Andilly, Annemasse, Anthy-sur-Léman, Archamps, Armoy, Arthaz-Pont-Notre-Dame, Ayse, Ballaison, Bassy, Beaumont, Bellevaux, Bernex, Bonne, Bonneville, Bons-en-Chablais, Bossey, Brenthonne, Brizon, Cercier, Cernex, Cervens, Challonges, Champanges, Chaumont, Chavannaz, Chêne-en-Semine, Chênex, Chens-sur-Léman, Chessenaz, Chevrier, Chilly, Clarafond-Arcine, Clermont, Collonges-sous-Salève, Contamine-Sarzin, Contamine-sur-Arve, Copponex, Cranves-Sales, Cruseilles, Desingy, Dingy-en-Vuache, Douvaine, Draillant, Droisy, Éloise, Étrembières, Évian-les-Bains, Excenevex, Faucigny, Feigères, Fessy, Féternes, Franclens, Frangy, Gaillard, Glières-Val-de-Borne, Jonzier-Épagny, Juvigny, Larringes, Loisin, Lucinges, Lugrin, Lullin, Lully, Lyaud, Machilly, Marcellaz, Margencel, Marignier, Marin, Marlioz, Massongy, Maxilly-sur-Léman, Meillerie, Menthonnex-en-Bornes, Menthonnex-sous-Clermont, Messery, Minzier, Mont-Saxonnex, Musièges, Nernier, Neuvecelle, Neydens, Novel, Orcier, Peillonnex, Perrignier, Présilly, Publier, Reyvroz, Saint-Blaise, Saint-Cergues, Saint-Germain-sur-Rhône, Saint-Gingolph, Saint-Julien-en-Genevois, Saint-Paul-en-Chablais, Le Sappey, Savigny, Sciez, Seyssel, Thollon-les-Mémises, Thonon-les-Bains, Thyez, Usinens, Vailly, Valleiry, Vanzy, Veigy-Foncenex, Vers, Vétraz-Monthoux, Ville-la-Grand, Villy-le-Bouveret, Vinzier, Viry, Vougy, Vovray-en-Bornes, Vulbens u Yvoire.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Alicante Henri Bouschet N

Aligoté B

Alphonse Lavallée N

Aléatico N

Aramon N

Aramon Blanc B

Aramon Gris G

Aranel B

Arinarnoa N

Aubun N - Murescola

Barbaroux Rs

Biancu Gentile B

Bourboulenc B - Doucillon Blanc

Brun Argenté N - Vaccarèse

Cabernet Franc N

Cabernet Sauvignon N

Caladoc N

Calitor N

Carignan N

Carignan Blanc B

Chambourcin N

Chardonnay B

Chasan B

Chasselas B

Clairette Rose Rs

Chatus N

Chenanson N

Chenin B

Cinsaut N - Cinsault

Clairette B

Clairette Rose Rs

Clarin B

Colombard B

Côt N – Malbec

Couderc Noir N

Counoise N

Egiodola N

Gamaret

Gamay Fréaux N

Gamay N

Gamay de Bouze N

Gamay de Chaudenay N

Ganson N

Gewurztraminer Rs

Gramon N

Grenache N

Grenache Blanc B

Grenache Gris G

Gros Manseng B

Jurançon Noir N - Dame Noire

Listan B - Palomino

Lledoner Pelut N

Macabeu B - Macabeo

Marsanne B

Marselan N

Mauzac Rose Rs

Melon B

Merlot N

Merlot Blanc B

Meunier N

Mollard N

Mondeuse N

Mondeuse Blanche B

Monerac N

Montils B

Morrastel N - Minustellu, Graciano

Mourvaison N

Mourvèdre N - Monastrell

Mouyssaguès

Muresconu N - Morescono

Muscadelle B

Muscardin N

Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato

Muscat Cendré B - Muscat, Moscato

Muscat d’Alexandrie B - Muscat, Moscato

Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato

Muscat à Petits Grains Blancs B - Muscat, Moscato

Muscat à Petits Grains Roses Rs - Muscat, Moscato

Muscat à Petits Grains Rouges Rg - Muscat, Moscato

Müller-Thurgau B

Nielluccio N - Nielluciu

Noir Fleurien N

Négret de Banhars N

Négrette N

Oberlin Noir N

Ondenc B

Orbois B

Pagadebiti B

Pascal B

Perdea B

Persan N

Petit Courbu B

Petit Manseng B

Petit Meslier B

Petit Verdot N

Picardan B - Araignan

Pineau d’Aunis N

Pinot Blanc B

Pinot Gris G

Pinot Noir N

Piquepoul Blanc B

Piquepoul Gris G

Piquepoul Noir N

Plant de Brunel N

Plant Droit N - Espanenc

Plantet N

Portan N

Portugais Bleu N

Poulsard N - Ploussard

Prunelard N

Précoce Bousquet B

Précoce de Malingre B

Raffiat de Moncade B

Ravat Blanc B

Rayon d’Or B

Riesling B

Riminèse B

Rivairenc N - Aspiran Noir

Rivairenc Blanc B - Aspiran Blanc

Rivairenc Gris G - Aspiran gris

Romorantin B - Danery

Rosé du Var Rs

Roublot B

Roussanne B

Roussette d’Ayze B

Rubilande Rs

Sacy B

Saint Côme B

Saint-Macaire N

Saint-Pierre Doré B

Sauvignon B - Sauvignon Blanc

Sauvignon Gris G - Fié Gris

Savagnin Blanc B

Savagnin Rose Rs

Sciaccarello N

Segalin N

Seinoir N

Select B

Semebat N

Sémillon B

Servanin N

Seyval B

Sylvaner B

Syrah N - Shiraz

Tannat N

Tempranillo N

Terret Blanc B

Terret Gris G

Terret Noir N

Tibouren N

Tourbat B

Tressot N

Trousseau N

Téoulier N

Ugni Blanc B

Valdiguié N

Valérien B

Varousset N

Velteliner Rouge Précoce Rs

Verdesse B

Vermentino B - Rolle

Villard Blanc B

Villard Noir N

Viognier B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-IĠP Comtés Rhodaniens tkopri disa’ départements fit-territorju ta’ dak li qabel kien ir-reġjun tar-Rhône-Alpes, reġjun tal-vitikultura magħruf sew. Id-départements huma: Ain, Ardèche, Drôme, Isère, Loire, Rhône, Savoie, Haute-Savoie u Saône-et-Loire. F’Ardèche, il-vinji tal-IĠP Comtés Rhodaniens jinsabu l-aktar fin-nofs tan-Nofsinhar tad-département u fil-Kuritur tar-Rhône. Il-klima hawnhekk hija kważi Mediterranja, b’temperaturi moderati fix-xitwa. Iż-żona tesperjenza ammont kbir ta’ riħ. Il-Majjistral jonfoħ mill-Grigal, u l-Vent du Midi min-Nofsinhar, flimkien mal-irjieħ mill-Punent li jġorru l-umdità. Il-ħamrija hija għanja fin-nutrijenti u fertili. Hija ġeblija, magħmula minn ġebel tal-ġir miksi bil-lom, b’sodod tat-tafal, ħaġa li tippreserva n-network idrografiku. Id-département ta’ Drôme, li wkoll jinsab fil-wied tar-Rhône, jista’ jinqasam f’żewġ partijiet: il-massivi pre-Alpini, u d-depressjoni tar-Rhône. Id-dwieli jikbru prattikament kullimkien fit-territorju, iżda speċjalment fuq l-għoljiet baxxi u l-inklinazzjonijiet. Il-ħamrija prinċipalment toriġina mit-tafal u l-ġebel tal-ġir. Il-klima fi Drôme hija kontinentali lejn it-Tramuntana, b’influwenzi Mediterranji li jiżdiedu aktar ma wieħed joqrob lejn in-Nofsinhar, u effetti notevoli mill-muntanji.

Aktar lejn it-Tramuntana, id-département tar-Rhône jmiss mad-départements ta’ Ain, Isère, Loire u Saône-et-Loire. Il-pajsaġġ huwa ffurmat mill-muntanji ta’ daqs medju tal-Monts du Beaujolais fit-Tramuntana, u l-Monts du Lyonnais fin-Nofsinhar, u fil-Lvant imiss mal-pjanura ta’ Saône u l-wied tar-Rhône, qrib Lyon. Fit-Tramuntana tar-Rhône, il-blat huwa tal-granit, magħmul minn tafal u ħamrija ramlija ta’ aċidità differenti. Il-varjetà Gamay N hija mħawla prinċipalment fuq din il-ħamrija, li hija kapaċi tikkontrolla s-saħħa tagħha. Fin-Nofsinhar tax-xmara Nizerand, hemm inklinazzjonijiet tal-ġebel tal-ġir b’xi skist. L-inbejjed hawnhekk huma aktar eleganti. Il-klima tad-département tar-Rhône, bħall-bqija tar-reġjun, hija semikontinentali b’influwenzi varji ta’ klimi Mediterranji, kontinentali u marittimi. Ix-xtiewi huma pjuttost ħorox bi ġlata li kultant tkun qawwija, u kultant bil-borra. Is-sjuf huma sħan u xemxin. Spiss ikun hemm ir-riħ. Ġeneralment jinħass il-Majjistral, li jonfoħ mit-Tramuntana tal-wied tar-Rhône. Ir-riħ min-Nofsinhar spiss jonfoħ, xi kultant bil-qawwa, u jġib miegħu maltempati mil-Lbiċ.

Madwar din iż-żona ffurmata mid-départements ta’ Ardèche, Drôme u Rhône, il-fortizza tal-Comtés Rhodaniens toffri individwalità akbar fil-qalba tad-département ta’ Isère. Iż-żona tista’ tinqasam f’ċerti subżoni:

il-Wied Grésivaudan, parti mill-wied Sillon Alpin fil-Grigal ta’ Grenoble fid-direzzjoni ta’ Chambéry, minn Meylan sal-muniċipalità ta’ Chapareillan fit-tarf tad-département ta’ Savoie. Id-dwieli huma mħawla fuq għoljiet b’aspett iħares lejn ix-Xlokk, fuq frak tal-ġebel tal-ġir, fl-għoljiet baxxi tal-massif ta’ Chartreuse.

Trièves, fin-Nofsinhar ta’ Grenoble, bejn il-massifs ta’ Vercors fil-Punent, u Dévoluy u Ecrins fil-Lvant, li jimmarka t-tarf tas-Sillon Alpin fin-Nofsinhar. Dan huwa territorju b’muntanji ta’ daqs medju, b’altitudni ta’ bejn 500 u 1 200 metru, iffurmati minn għoljiet wieqfa ffurmati f’terrazzi. Dawn jinsabu fl-anfiteatri naturali li jħarsu fuq ix-xmara mserrpa Drac u fil-ġnub tal-wied Ébron, fuq għoljiet weqfin u b’aspett li jħares lejn il-Lbiċ.

iż-żona fil-Grigal ta’ Bourgoin-Jallieu, bejn il-muniċipalitajiet ta’ Crémieu u La Tour-du-Pin, sensiela ta’ depressjonijiet paralleli mil-Lvant għall-Punent, toffri għoljiet meraviljużi, li jħarsu lejn in-Nofsinhar, b’mikroklima favorevoli. Dawn huma l-għoljiet tal-molasse ta’ Bas-Dauphiné, żona ta’ qraten Ġurassiċi tal-ġebel tal-ġir (il-qortin Isle de Crémieu).

Isère hija relattivament protetta mill-irjieħ kesħin tal-Lvant mill-massif Alpin, u mill-influwenzi tal-Atlantiku mill-Massif Ċentrali. Iż-żona tgawdi klima li hija kemm moderata kif ukoll varjabbli, iżda mingħajr estremi. Wara xitwa kiesħa biċ-ċpar, is-sajf sħun u xott jippermetti lid-dwieli jikkumpensaw għat-tkabbir bil-mod li spiss jiġi osservat fil-bidu tar-rebbiegħa. L-IĠP Comtés Rhodaniens tinkludi wkoll id-départements ta’ Savoie u Haute-Savoie, u l-canton ta’ Seyssel in Ain. Il-klima hija suġġetta kemm għal influwenzi marittimi kif ukoll għal influwenzi kontinentali u tan-Nofsinhar.

Dan għaliex iż-żona ġeografika tibqa’ sejra mill-wied tax-xmara Rhône sal-Alpi. Iż-żona hija kkaratterizzata minn klima ta’ kontinentalità mnaqqsa, filwaqt li fl-istess ħin tgawdi influwenzi marittimi, bl-irjieħ mill-Punent iġibu magħhom umdità u firxiet ta’ temperatura aktar moderati u, lejn in-Nofsinhar, influwenzi tan-Nofsinhar ta’ moderazzjoni u xemx. Id-dwieli mħawla fuq l-għoljiet baxxi u l-inklinazzjonijiet jibbenefikaw b’mod partikolari minn dawn il-varjazzjonijiet fil-klima. Il-ħamrija prinċipalment toriġina mit-tafal u minn sediment ta’ ġebel tal-ġir, b’xi rqajja’ ta’ tafal u żrar, li jagħmluha possibbli li jitħawlu varjetajiet ta’ għeneb differenti.

8.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ewwel rekord bil-miktub tal-eżistenza tad-dwieli fiż-żona jmur lura 2 000 sena, għall-Istorja Naturali ta’ Plinju x-Xiħ. L-istoriċisti wrew li, bejn it-tieni u l-ħames seklu, kien hemm kummerċ sinifikanti fl-inbid, ittrasportat mir-Rhône permezz ta’ Vjenna (Vienne) u Lugdunum (Lyon) lejn is-swieq tat-Tramuntana. Fil-Medju Evu, il-kontroll tal-kummerċ għadda mingħand ir-Rumani għall-Knisja Kattolika. F’dak iż-żmien, id-dwieli kienu jitkabbru f’territorji tad-djoċesijiet, xi drabi ġewwa bliet b’katidral bħal Vienne, Lyon, Valence u Grenoble. Bl-istess mod, l-abbaziji wkoll kienu artijiet vitikulturali.

Sal-aħħar tas-seklu 19, it-tkabbir tal-vinji kien jirrifletti dak tal-popolazzjoni, tal-kummerċ u tal-bliet, u laħaq il-quċċata ta’ 200 000 ettaru ta’ dwieli fl-1870. L-ekonomija tal-vitikultura kienet tvarja skont iż-żona, u b’hekk ipprevediet is-sitwazzjoni tal-lum. Hemm artijiet aristokratiċi kbar li jeżistu flimkien mal-assi tal-borġeżija ta’ Lyon f’Beaujolais; vitikultura rurali ta’ sidien ta’ daqs żgħir u medju prevalenti f’Bugey u Savoie, sa Drôme u n-Nofsinhar ta’ Ardèche; u intraprendituri li joħolqu gżejjer ta’ eċċellenza fil-wied tar-Rhône.

Hekk kif żviluppa l-għarfien espert, żviluppat ukoll il-kwalità. Ix-xogħol tal-vitikulturi gradwalment ifforma dawn il-pajsaġġi li nafu llum.

L-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta Comtés Rhodaniens jistgħu jsiru minn taħlitiet ta’ varjetajiet li għandhom għeruq fondi fl-istorja tar-reġjun. Dawn jinkludu Viognier B, Marsanne B, Roussanne B, Syrah N, Gamay N, Pinot N kif ukoll varjetajiet oħra minn barra r-reġjun bħal Chardonnay B u Merlot N.

Il-karattru speċjali tal-prodott għalhekk huwa r-riżultat ta’ rekwiżit partikolari li jkunu jistgħu jiġu prodotti u pprovduti nbejjed li prinċipalment huma magħmula minn varjetà waħda, iżda wkoll inbejjed magħmulin minn taħlitiet ta’ varjetajiet li jistgħu jissodisfaw lill-konsumaturi:

l-inbejjed bojod huma kkaratterizzati mit-taħlita armonjuża ta’ freskezza, noti ta’ frott jew fjuri u anke mineralità skont il-varjetà;

it-togħma tal-għeneb, ta’ frott aħmar frisk, tiġi ppreservata sabiex l-inbejjed ħomor jesprimu l-karattru mhux imqaddem tagħhom;

l-inbejjed rożè ħfief u vivaċi huma magħmula bl-għajnuna tat-teknoloġija biex jiġu rregolati t-temperaturi, li jagħmluha possibbli li jiġu ppreservati l-aromi primarji tal-frott.

8.3.   Rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tal-prodott

Ir-rabta kawżali hija bbażata fuq l-impatt tal-klima reġjonali u tat-tipi ta’ ħamrija fuq il-produzzjoni ta’ nbejjed pjuttost friski, mhux daqstant tanniċi u tal-frott.

Il-bażi tal-“vin de pays des Comtés Rhodaniens” hija, fuq kollox, l-istorja. Din ilha tlaqqa’ n-nies u l-għarfien espert tagħhom minn żminijiet imgħoddija. Għandha importanza speċjali l-istorja tar-relazzjonijiet bejn it-tkabbir tal-inbid u l-agrikoltura, oriġinarjament iffurmati bejn Drôme u Ardèche u, aktar reċentement, mar-Rhône u départements oħra fiż-żona.

F’din iż-żona tal-wied tar-Rhône, it-tradizzjonijiet tal-vitikultura u tal-arborikultura ħolqu ekonomija li tassew tinkludi r-reġjun kollu. Din il-kultura tal-“pajjiż f’nofs ir-Rhône” tesprimi ruħha b’mod perfett fl-IĠP Comtés Rhodaniens. Barra minn hekk, ma hijiex għalkollox kumbinazzjoni li l-ewwel swieq ta’ esportazzjoni nħolqu lejn l-Iżvizzera, li wkoll tinsab qrib il-wied tar-Rhône.

Ir-reġjun tar-Rhône-Alpes huwa famuż għall-vitikultura, ir-reputazzjoni tiegħu kondiviża mill-inbejjed tad-DOP tiegħu, u l-prodotti tiegħu mmarkati bl-indikazzjoni ġeografika protetta, tradizzjonalment magħrufa bħala “vins de pays” (inbejjed tal-pajjiż).

Fil-qalba ta’ dan ir-reġjun, il-produzzjoni ta’ nbejjed imsejħa “vin de pays” oriġinarjament kienet ibbażata fuq prodotti lokali: l-IĠP Drôme, l-IĠP Collines Rhodaniennes, l-IĠP Coteaux du Grésivaudan, l-IĠP Isère, l-IĠP Vins des Allobroges u l-IĠP Ardèche. Dawn il-prodotti żiedu r-reputazzjoni tal-“vin de pays” reġjonali, Comtés Rhodaniens, li ġie rikonoxxut fl-1989, u wassal għall-IĠP Comtés Rhodaniens.

L-IĠP Comtés Rhodaniens għalhekk hija entità ġeografika wiesgħa, li tkopri disa’ départements. Madankollu, il-qalba taż-żona tal-produzzjoni hija kkonċentrata fid-départements ta’ Ardèche, Drôme u Rhône.

Il-fehim tal-ambjent naturali ilu għal ħafna żmien jippermetti lill-produtturi jamministraw id-dwieli u l-produzzjoni tagħhom sabiex jilħqu l-aqwa potenzjal.

Fiż-żona ġeografika tal-IĠP Comtés Rhodaniens, il-ħamrija nħolqot minn avvenimenti ġeoloġiċi li seħħew matul iż-żmien. Huma fil-biċċa l-kbira tafal u ġebel tal-ġir, bi skular tajjeb u li jippromwovu t-tkabbir tad-dwieli fuq l-għoljiet baxxi u l-inklinazzjonijiet u l-produzzjoni ta’ nbejjed b’aromi primarji tad-diversi varjetajiet ta’ għeneb imħawla.

Din iż-żona hija kkaratterizzata wkoll mill-klima tagħha ta’ kontinentalità mnaqqsa b’influwenzi Mediterranji fin-Nofsinhar. Matul is-sajf, il-ġranet sħan jalternaw ma’ ljieli aktar friski, li jippermettu lill-varjetajiet reġjonali u mhux reġjonali jsiru bis-sħiħ filwaqt li jippreservaw is-sottillezza, il-freskezza u t-togħma tal-frott tagħhom.

Dawn l-inbejjed għandhom karattru tar-reġjun nofsani tar-Rhône. Regolarment jiddaħħlu f’kompetizzjonijiet, bħall-Concours Général Agricole, fejn jiksbu distinzjonijiet. Jissemmew fil-Guide Hachette des Vins u huma preżenti fil-fieri u s-siti turistiċi: fl-irħula vitikulturali; fil-bliet tar-reġjun, Lyon u Valence; u b’mod aktar wiesa’ fix-Xlokk ta’ Franza fil-fiera tal-inbid “Festival Hors les Vignes” f’Marsilja, fejn jinġabru flimkien l-inbejjed, il-koki u l-artisti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas ġuridiku

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

L-IĠP Comtés Rhodaniens tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem ta’ varjetà ta’ għeneb waħda jew aktar.

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “Indication géographique protégée” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) jiġi sostitwit bit-terminu tradizzjonali “Vin de pays”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-8b3ff145-7894-405a-a562-1b4863a7bf16


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/54


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2022/C 286/13)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“IDIAZABAL”

Nru tal-UE: PDO-ES-0082-AM02-16.2.2021

DOP (X) IĠP

1.   Isem

“Idiazabal”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-ġobon “Idiazabal” huwa ġobon ippressat, mhux imsajjar magħmul esklussivament mill-ħalib tan-nagħaġ mhux ipproċessat tar-razez Latxa u Carranzana, u mmaturat għal mill-inqas 60 jum. Il-ġobon għandu l-karatteristiċi li ġejjin: piż bejn minimu ta’ 1 kg u massimu ta’ 3,5 kg, għoli bejn minimu ta’ 8 cm u massimu ta’ 12-il cm u dijametru bejn minimu ta’ 10 cm u massimu ta’ 30 cm. Għandha tkun permessa tolleranza ta’ ±10 % għal kull waħda minn dawn il-karatteristiċi. Il-ġobon jista’ jkun affumikat ukoll.

Mhux permess li tiżdied xi sustanza mal-ħalib, bl-eċċezzjoni ta’ fermenti lattiċi, liżożima, tames u melħ.

Il-ġobon għandu forma ċilindrika, qoxra lixxa u iebsa ta’ kulur isfar ċar jew inkella kannella skura jekk ikun ġobon affumikat. Il-wiċċ (il-kulur u t-toqob fil-ġewwieni) huwa omoġenju, ivarja bejn kulur lewn l-avorju u qamħet il-lewn, bi ftit toqob żgħar b’forma irregolari. Il-konsistenza tal-ġobon hija pjuttost elastika u soda, u xi ftit imrammla. Fejn jidħlu r-riħa u t-togħma, il-ġobon għandu riħa tipikament qawwija ta’ ħalib tan-nagħaġ u ta’ tames, u togħma bbilanċjata u intensa fil-palat, b’noti delikati pikkanti, aċidużi u, meta jkun il-każ, affumikati. Iħalli riħa qawwija li ddum ħafna fil-ħalq wara li jittiekel.

Il-kontenut ta’ xaħam tiegħu ma għandux ikun inqas minn 45 % fil-materja niexfa; it-total ta’ proteina jrid ikun mill-inqas 25 % fil-materja niexfa u l-materja niexfa innifisha trid tkun mill-anqas 55 %. Il-pH tal-prodott irid ikun bejn 4,9 u 5,5.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għalf: in-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana normalment jitħallew jirgħu kważi matul is-sena kollha. Il-merħliet jitmexxew perjodikament bejn il-qigħan tal-widien u x-xaqlibiet ta’ fuq tal-muntanji, skont l-istaġun. Billi dawn jgħixu prattikament is-sena kollha f’ambjent naturali, in-nagħaġ bażikament jieklu l-veġetazzjoni spontanja tal-boskijiet tal-postijiet baxxi matul ix-xitwa jew inkella tal-mergħat għoljin matul is-sajf. Meta l-kundizzjonijiet fil-mergħat ikunu ħżiena u meta dan ikun rakkomandat minħabba numru ta’ raġunijiet fiżjoloġiċi (it-treddigħ), in-nagħaġ jieklu fil-maqjel.

Materja prima: il-ħalib mhux ipproċessat tan-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana prodott fiż-żona ġeografika identifikata.

Mhux permess li tiżdied xi sustanza mal-ħalib, bl-eċċezzjoni ta’ fermenti lattiċi, liżożima, tames u melħ.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita, jiġifieri il-passi kollha fil-produzzjoni jridu jitwettqu fil-fruntieri tagħha.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar eċċ, tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

Il-ġobon “Idiazabal” jista’ jiġi ppreżentat għall-bejgħ sħiħ jew fi flieli (porzjonijiet).

Il-ġobon “Idiazabal” jew il-porzjonijiet tiegħu, kif applikabbli, irid dejjem jiġi ppakkjat wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tal-ġobon ta’ 60 jum.

Il-ġobon jista’ jinqasam f’porzjonijiet biss u, meta applikabbli, ippakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita. Hemm żewġ raġunijiet għal dan.

L-ewwel, meta l-ġobon jinqasam, mill-inqas żewġt uċuħ tal-flieli jitilfu l-qoxra protettiva tiegħu. Għalhekk, sabiex jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi, meta l-ġobon “Idiazabal” isir disponibbli f’porzjonijiet, il-flieli jridu jiġu ppakkjati ftit wara li jinqasmu.

It-tieni, waħda mill-konsegwenzi tal-qsim f’porzjonijiet tista’ tkun li l-identifikaturi tal-awtentiċità u tal-oriġini tal-prodott jisparixxu jew ma jibqgħux jidhru. Għalhekk, irid jinqasam f’porzjonijiet u jiġi ppakkjat fil-post fejn jiġi prodott biex jiġi żgurat li l-awtentiċità tal-prodott ma tkunx kompromessa.

B’deroga minn dan ta’ hawn fuq, il-ġobon “Idiazabal” jista’ jinqasam f’porzjonijiet fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut dment li dan isir quddiem il-konsumatur fil-ħin tal-bejgħ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

Il-ġobon “Idiazabal” irid ikollu dawn l-identifikaturi:

Fuq kull ġobna trid titwaħħal tikketta, b’numru tas-serje uniku, fil-fażi tal-iffurmar jew tal-ippressar. It-tikketta għandha tkun fornuta mill-entità tal-ġestjoni.

It-tikketti użati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon fis-suq iridu jinkludu l-isem u l-logo tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta.

Għall-ġobon magħmul esklussivament minn ħalib mill-istess azjenda, tista’ tiżdied il-formulazzjoni “baserrikoa — de caserío” [mir-razzett] mal-logo tad-DOP “Idiazabal”.

It-tikketti li jintużaw għall-ġobon, kemm jekk jitħalla sħiħ jew jekk jinqasam fi flieli, iridu jitwaħħlu fl-azjendi tal-ħalib imniżżla fir-Reġistri tad-DOP, f’konformità mal-liġi Spanjola.

Il-ġobon irid ikollu tikketta sekondarja, b’numru tas-serje uniku, u kkodifikata skont id-daqs u l-format tal-ġobon li jkun qed jiġi ċċertifikat. It-tikketta sekondarja jrid ikollha l-isem “Idiazabal” u l-logo tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. It-tikketti sekondarji għandhom jiġu fornuti u kkontrollati mill-entità tal-ġestjoni u għandhom ikunu disponibbli, fuq bażi mhux diskriminatorja, għall-operaturi kollha li jitolbuhom u li jissodisfaw it-termini tal-ispeċifikazzjoni.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinkludi l-ambjenti naturali tan-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana f’Álava, Vizcaya, Guipúzcoa u Navarra, minbarra l-muniċipalitajiet tal-wied ta’ Roncal. Din iż-żona tinsab fit-Tramuntana tal-Peniżola Iberika, bejn il-koordinati 43° 27′ u 41° 54′ fit-Tramuntana, u 1° 05′ u 3° 37′ fil-Punent, skont il-Meridjan ta’ Greenwich.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika:

Hemm evidenza ta’ trobbija tan-nagħaġ tar-razez Latxa u Carranzana f’din iż-żona li bejn wieħed u ieħor tmur lura għall-2200 QK. L-adattament ta’ dawn ir-razez għal din iż-żona matul tant snin, jagħmel il-karatteristiċi speċifiċi ta’ din iż-żona ġeografika essenzjali għall-iżvilupp u l-ġestjoni korretti tagħhom. Iż-żona ta’ produzzjoni hija reġjun muntanjuż kumpless ta’ art imħarbta u mhux lixxa, li jagħmel il-komunikazzjoni diffiċli. Dan ikkontribwixxa għall-eżistenza kontinwa tat-trobbija tan-nagħaġ f’ħafna mill-widien u l-muntanji. Il-ħamrija għammiela b’nutrijenti bażiċi u nutrittivi oħra, bl-effetti tal-erożjoni imminimizzati mill-karatteristiċi naturali tal-blat u kultant mill-preżenza ta’ blat karbonat fil-profil tal-ħamrija jagħmlu mergħat eċċellenti. Il-karatteristiċi topografiċi taż-żona jwasslu għal klima li tvarja minn klima tal-Atlantiku għal dik Mediterranja, b’żoni tranżizzjonali kkawżati minħabba l-effett ta’ ostaklu tal-meded ta’ muntanji. Is-sistema tal-mogħdijiet tal-ilma hija estensiva u rikka, bis-saħħa tal-ħafna għoljiet u muntanji u ħafna xita. Hemm żewġ baċiri: dak tal-Kantabrija, li jiġbor l-ilma ta’ Vizcaya, Guipúzcoa u l-widien tat-Tramuntana ta’ Álava u Navarra; u l-Mediterran, li jiġbor l-ilma ta’ Álava, Navarra Media u La Ribera. Fir-rigward tal-flora, hemm ħafna mergħat naturali u bil-ħaxix. Il-kundizzjonijiet favorevoli tal-klima u tal-ħamrija ippermettew li jikbru pjanti igrofili u subigrofili li huma pjanti tipiċi tal-klima oċeanika fil-Pajjiż Bask u fit-Tramuntana ta’ Navarra.

Speċifiċità tal-prodott:

Il-ġobon “Idiazabal” għandu karatteristiċi sensorji distintivi li jiddistingwuh minn ġobon ieħor. Dawn jistgħu jiġu esperjenzati fl-għadd kbir ta’ sfumaturi fir-riħa u fit-togħma tal-prodott; barra minn hekk, għandu konsistenza elastika u mrammla baxxa ħafna sa medja u sodezza medja sa għolja. Il-ġobon iħalli togħma qawwija li ddum ħafna fil-ħalq, b’bilanċ perfett bejn l-aromi tal-ħalib, it-tames u l-laqta tal-inkaljar, li huma l-karatteristiċi sensorjali fundamentali tiegħu, u li huma kkumplimentati minn għadd kbir ta’ sfumaturi fit-togħma u fir-riħa li jagħtuh personalità ġenwina.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott:

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ħalib użat fil-produzzjoni tal-ġobon “Idiazabal” essenzjalment ġejjin mir-razez awtorizzati li minnhom jiġi akkwistat il-ħalib (Latxa u Carranzana). L-adattament ta’ dawn in-nagħaġ għaż-żona ġeografika ddefinita u r-rabta storika bejn l-ambjent, in-nagħaġ u r-rgħajja, joħloq rabtiet permanenti li fil-parti l-kbira jispjegaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon “Idiazabal”. Il-“Latxa” u l-“Carranzana” huma razez ta’ nagħaġ adatti ħafna biex jipprovdu l-ħalib, b’saħħithom u adattati għall-ambjent muntanjuż, għall-kultura Baska tat-trobbija tan-nagħaġ, għat-topografija u għan-natura ekoloġika tal-ħabitat tagħhom.

Barra minn hekk, ir-raġuni għaliex dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin mill-ambjent naturali, li jinbidlu skont l-istaġun, it-tipi ta’ mergħa, il-klima, eċċ., jiġu espressi fil-ġobon “Idiazabal” hija għaliex huwa magħmul b’ħalib mhux ipproċessat li mhux ittrattat bis-sħana. It-tisħin tal-ħalib jikkanċella jew inaqqas l-isfumaturi sensorji li jagħmlu l-prodott tant distintiv u jorbtuh mat-tradizzjonijiet storiċi fiż-żona.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/dop-igp/htm/DOP-Idiazabal-modificacion-menor.aspx


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/57


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 286/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Lumblija”

Nru tal-UE: PGI-HR-02809 – 28.10.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Lumblija”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Kroazja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Lumblija” hija ħobża ħelwa b’forma tonda li ssir billi tinħema l-għaġina bil-ħmira. Fuq barra, għandha lewn kannella skur, miksija bil-varenik [ġulepp magħmul mill-most tal-għeneb] jew bil-brandi u biz-zokkor imferrex fuq il-wiċċ. Għandha riħa aromatika tal-ħwawar li jiżdiedu magħha – il-kannella, l-imsiemer tal-qronfol, in-noċemuskata, il-kosbor u l-ħlewwa. Għandha togħma karatteristika u sħiħa ta’ ġewż u frott li ġejja mill-materja prima li tintuża biex tiġi ppreparata – lewż, ġewż, żbib, varenik u frott taċ-ċitru – u aroma tal-ħwawar miżjudin, u hija armonjuża.

Il-konsistenza fuq ġewwa hija kompatta iżda ratba, b’biċċiet żgħar ta’ żbib, lewż u ġewż li jidhru fin-nofs tagħha, filwaqt li l-konsistenza fuq barra hija aktar iebsa.

“Lumblija” waħda tiżen 350–600 g.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Biex issir il-“Lumblija”, tintuża l-materja prima li ġejja: dqiq tal-qamħ mitħun fin, zokkor, żejt taż-żebbuġa, xaħam jew butir, varenik, lewż, ġewż, żbib, imsiemer tal-qronfol mitħunin, kannella, noċemuskata, kosbor, ħlewwa, qoxra tal-lumija u l-larinġa, zokkor tal-vanilla, brandi (b’togħma ta’ weraq tal-ward jew ta' ħwawar (travarica)), ħmira tal-furnar (friska jew niexfa), ħalib, ilma u melħ biex issir l-għaġina. Jista’ jiżdied il-ħarrub mitħun meta ssir l-għaġina.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-preparazzjoni tal-għaġina u l-ħami tal-“Lumblija” huma stadji tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Lumblija” tinbiegħ sħiħa, mhux imqattgħa.

L-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi u l-kwalità tal-prodott, li tista’ ssirlu l-ħsara waqt it-trasport. Sabiex tiġi ppreservata l-freskezza tagħha u tiġi ppreparata għat-trasport ulterjuri, il-“Lumblija” titqiegħed f’imballaġġ tal-karti jew tal-plastik (cellophane). Sabiex tiġi protetta minn ħsara mekkanika, tista’ titqiegħed f’kaxxi adattati.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, l-isem tal-prodott “Lumblija” jrid jispikka b’mod aktar ċar minn kwalunkwe skrizzjoni oħra f’termini tad-daqs tat-tipa u t-tip tagħha.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Lumblija”, mill-preparazzjoni tal-għaġina sal-ħami, tkopri l-gżira kollha ta’ Korčula, li tinkludi l-muniċipalitajiet kadastrali ta’ Vela Luka, Blato, Smokvica, Čara, Račišće, Pupnat, Žrnovo, Korčula u Lumbarda.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali bejn il-“Lumblija” u ż-żona ġeografika ddefinita hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tal-prodott u l-metodu ta’ preparazzjoni, li juża riċetta tradizzjonali li nżammet sal-lum il-ġurnata.

Bis-saħħa taż-żona ta’ art kbira u fertili mhux tas-soltu skont l-istandards tad-Dalmazja, l-agrikoltura saret il-pedament tal-ekonomija u s-sors ewlieni ta’ ġid fil-komun ta’ Korčula fil-Medjuevu. Minbarra t-tkabbir tad-dwieli u taż-żebbuġ biex jiġi prodott l-għeneb, il-varenik u ż-żejt taż-żebbuġa, l-abitanti lokali kienu involuti wkoll fit-tkabbir tal-frott (tin, lewż, ġewż u frott taċ-ċitru) u l-produzzjoni tal-ħabba biex isir id-dqiq, li kollha kienu ingredjenti oriġinali tal-“Lumblija”, il-ħobża ħelwa li tiġi ppreparata fuq il-gżira ta’ Korčula. Ingredjent importanti fil-produzzjoni tal-“Lumblija” li huwa bbażat fuq tradizzjoni antika tat-tkabbir tad-dwieli huwa l-varenik – meraq tal-għeneb imnaqqas li, qabel beda jsir iz-zokkor abjad industrijali, kien dolċifikant importanti u kien jintuża fil-produzzjoni tal-“Lumblija”. Sakemm bdiet il-produzzjoni taż-żbib industrijali (magni tat-tnixxif), iż-żbib prodott fl-unitajiet domestiċi li kellhom diversi dwieli ta’ varjetajiet ta’ għeneb mingħajr żerriegħa fil-vinji tagħhom, kien jintuża wkoll biex issir il-“Lumblija”.

Il-ħobża ħelwa tradizzjonali “Lumblija” tiġi ppreparata lejliet Jum il-Qaddisin Kollha, esklużivament fuq il-gżira ta’ Korčula, speċjalment madwar l-irħula ta’ Vela Luka, Blato u Smokvica, iżda dan l-aħħar bdiet issir ukoll f’partijiet oħrajn tal-gżira. Din il-festa ġiet iċċelebrata għall-ewwel darba fir-raba’ seklu, fi żmien l-Imperu Ruman. Wieħed mill-modi ta’ kif jiġi ċċelebrat Jum il-Qaddisin Kollha għadu jsir fil-gżira ta’ Korčula: id-drawwa li jitpartu rigali magħrufin bħala kol(e)inde. Fl-antik, in-nisa tad-dar kienu jippreparaw rigal speċjali li kien jikkonsisti mill-ħobża ħelwa “Lumblija” u frott tal-ħarifa u lewż bħal tin imnixxef, lewż, frott taċ-ċitru u għeneb, li t-tfal kienu joffruh lill-parrini u l-membri tal-familja estiża tagħhom. Fi Blato, raħal fuq il-gżira ta’ Korčula, hemm knisja parrokkjali ddedikata għall-Qaddisin Kollha li ilha mis-seklu 14, għalhekk it-tradizzjoni ta’ sekli sħaħ u d-drawwa li l-“Lumblija” tiġi ppreparata għal Jum il-Qaddisin Kollha nżammu sal-lum il-ġurnata. Il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali u r-riċetta għal-“Lumblija” wkoll għadhom jeżistu sal-lum.

Sa minn żminijiet antiki, il-“Lumblija” kienet tinħema skont riċetta tradizzjonali min-nisa tad-dar mill-gżira ta’ Korčula. Madankollu, ir-riċetta biss ma kinitx biżżejjed; kienu importanti wkoll il-ħiliet u l-esperjenza fil-preparazzjoni tal-ħobża ħelwa u l-fatt li wieħed ikun jaf kif jiddetermina u jikseb il-proporzjon ideali tal-ingredjenti meħtieġa. B’mod simili, fi żmien meta kien jiżdied il-faħam jew l-injam biex jibqa’ jagħti n-nar fil-fran, kien essenzjali li wieħed ikun jaf kif jikseb it-temperatura t-tajba għall-ħami. Il-ħiliet u l-esperjenza kienu meħtieġa biex wieħed iħallat l-għaġina b’idejh u jieħu stima tal-ħin meħtieġ biex togħla l-għaġina u għall-ħami. L-arti biex issir il-“Lumblija” hija li tinħema sakemm issir sew, iżda li tibqa’ ratba mhux niexfa. Ir-riċetta tradizzjonali li kienu jużaw in-nisa tal-gżira ta’ Korčula biex jippreparaw il-“Lumblija” għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra u nżammet sal-lum il-ġurnata, biż-żewġ metodi stabbiliti sew għall-preparazzjoni tal-“Lumblija”, skont il-parti tal-gżira.

Il-“Lumblija” tiġi prodotta bil-mod tradizzjonali, skont riċetta tradizzjonali li għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra bil-fomm fuq il-gżira ta’ Korčula.

Hemm żewġ modi tradizzjonali stabbiliti ta’ kif tiġi ppreparata u tinħema l-“Lumblija”. L-ewwel wieħed huwa li l-għaġina tiġi ppreparata bl-ingredjenti permezz ta’ kilo dqiq, u t-tieni huwa li l-għaġina tiġi ppreparata billi jintużaw 3 kilogrammi dqiq. B’mod simili, meta d-dqiq jitħallat u jingħata forma skont il-metodu tradizzjonali 1 (billi jintuża kilo dqiq), l-ammont kollu tal-ħmira jiżdied mal-għaġina immedjatament bħala ingredjent, u l-għaġina titħalla tirdoppja fid-daqs tagħha, filwaqt li skont il-metodu tradizzjonali 2 (billi jintużaw 3 kilogrammi dqiq), parti waħda tal-ħmira tiżdied fi stadju aktar tard, wara li l-għaġina tkun irduppjat fid-daqs tagħha għall-ewwel darba bil-parti l-oħra tal-ħmira. Barra minn hekk, il-metodu tradizzjonali 1 ma jużax ħarrub mitħun bħala ingredjent, filwaqt li l-ħarrub jiżdied bħala wieħed mill-ingredjenti skont il-metodu tradizzjonali 2. Fl-aħħar jiżdied iż-żbib ħelu direttament mal-għaġina bħala ingredjent skont il-metodu tradizzjonali 1, filwaqt li skont il-metodu tradizzjonali 2, iż-żbib ħelu jinħall fl-ilma fietel.

Il-“Lumblija” hija prodott uniku mhux biss f’termini tal-għadd kbir ta’ ingredjenti meħtieġa biex issir, iżda wkoll minħabba l-metodu estensiv ta’ preparazzjoni minn qabel tal-bosta ingredjenti li jiżdiedu mal-għaġina, u l-preparazzjoni tal-għaġina nnifisha. Għal din ir-raġuni, il-preparazzjoni tal-“Lumblija” hi differenti mill-istadji ta’ preparazzjoni tas-soltu ta’ prodotti simili. Il-varjetà u r-rikkezza tal-ingredjenti u l-piż ta’ dawn l-ingredjenti kollha matul il-proċess tal-preparazzjoni (eż. iż-żbib mgħaddas fil-varenik, l-ammont definit ta’ xaħam, speċjalment iż-żejt taż-żebbuġa, il-kwantità definita ta’ lewż, l-ammont definit ta’ zokkor, u l-varenik innifsu, li għandu struttura u densità distinti) jagħmluha diffiċli biex l-għaġina togħla malajr u faċilment. Minħabba l-piż tal-ingredjenti miżjudin, l-għaġina togħla diversi drabi u ddum ħafna aktar minn prodotti simili (huwa rakkomandat li l-għaġina titħalla togħla minn filgħaxija sa filgħodu). Bħala riżultat, il-“Lumblija” tieħu żmien partikolarment twil biex issir, iżda dan huwa dak li jagħti l-karatteristiċi distintivi lill-prodott finali: il-konsistenza kompatta iżda ratba tagħha arrikkita sew fil-parti tan-nofs bil-lewż u ż-żbib, togħma karatteristika ta’ lewż u frott, u aroma rikka u mimlija miksuba permezz tal-kombinazzjoni bir-reqqa tal-ħwawar miżjudin fil-proporzjonijiet korretti. Il-“Lumblija” hija prodott tar-rikkezza ekonomika u l-varjetà ta’ materja prima ta’ kwalità tal-gżira ta’ Korčula, u hija distinta f’termini tar-riċetta u l-bosta ingredjenti li jintużaw għall-preparazzjoni tagħha. Huma dawk l-istess ingredjenti li jagħtu lil-“Lumblija” t-togħma u r-riħa aromatika, ta’ ġewż u frott distintivi tagħha, u l-ħila involuta fil-preparazzjoni tal-prodott li tagħti l-konsistenza kompatta speċifika tagħha fuq ġewwa.

Bosta abitanti tal-gżira ppubblikaw varjazzjonijiet differenti tar-riċetta tradizzjonali u l-metodu ta’ produzzjoni għal-“Lumblija” f’kotba tar-riċetti (F. Mandić, Luškajića i pića, 2009, pp. 244-245; Kaštropil-Culić, 1995, Blatska trpeza, p. 134). Ir-rabta inseparabbli bejn il-preparazzjoni tal-“Lumblija” u t-tradizzjonijiet tal-gżira ta’ Korčula tintwera wkoll mill-pubblikazzjoni Zapisi Danijela Kneževića tal-2012 u ktieb tal-2016 ta’ Frank Mirošević bl-isem Povjerenje ili zaborav, li fih l-awtur jiddeskrivi kemm huwa diffiċli biex wieħed jipprepara l-“Lumblija” (F. Mirošević Dubaj, 2016, Povjerenje ili zaborav, p. 11).

L-ewwel evidenza miktuba tal-isem “Lumblija” dehret fil-pubblikazzjoni Slovinac fl-1881, fejn f’artiklu bit-titolu Nekoliko riječi u čakavštini, l-awtur S. Castrapelli jiddeskrivi l-“Lumblija” bħala “ħobża ħelwa magħmula minn dqiq, varenik, żagħfran u kannella, li tinħema fi żmien Jum il-Qaddisin Kollha” (S. Castrapelli, 9 Slovinac No 20, 1881, Nekoliko riječi u čakavštini, pp. 418–419).

L-istorja pprovdiet raġuni oħra biex it-tradizzjoni tal-preparazzjoni tal-“Lumblija” tinżamm. L-għadd kbir ta’ emigranti li ġew imġiegħla jitilqu mill-gżira setgħu jużawha bħala ikel matul il-vjaġġi twal tagħhom fuq il-bastimenti, u hekk il-“Lumblija” saret mhux biss xi ħaġa li setgħu jnaqqru kuljum, iżda wkoll rabta ma’ pajjiżhom u din żammet it-togħma u r-riħa friski tagħha għal żmien twil wara li tkun tneħħiet mill-fran tan-nisa tad-dar tal-gżejjer. Il-proġett “Erba’ gżejjer/Erba’ postijiet/Erba’ riċetti” tfassal b’rabta mal-mewġa ta’ emigrazzjoni fil-bidu tas-seklu 20. Dan jgħaqqad u jippreżenta erba’ platti tradizzjonali minn erba’ postijiet li esperjenzaw emigrazzjoni fuq skala kbira matul dak il-perjodu. Korčula pparteċipat fil-proġett bil-“Lumblija”, kif irrapportat minn HRT (Stazzjon Kroat tar-Radju u tat-Televixin), fil-programm b’forma ta’ rivista Priče iz Hrvatske f’Ottubru 2018.

Fil-gżira ta’ Korčula jsiru diversi avvenimenti li jindikaw b’mod ċar ir-reputazzjoni li għandha l-“Lumblija”, kif ukoll li jippreservaw it-tradizzjoni u d-drawwa tal-preparazzjoni tal-ħobża ħelwa tradizzjonali, bil-bidu tal-ewwel Kućna zabava [festin fid-dar] li qatt sar mis-Soċjetà tal-Kavallieri Kumpanija fi Blato. L-istatuti tas-Soċjetà tal-Kavallieri Kumpanija, li ġiet stabbilita fl-1927, jirreferu għall-“missjoni tagħha li tippreserva u tipproduċi l-Lumblija”. Is-Soċjetà regolarment torganizza “festini fid-dar”, li huma serati li juru l-ikel (li lokalment huwa magħruf bħala spiza) u d-deżerti ta’ Blato u l-mistednin jgħinu fl-organizzazzjoni tagħhom billi jġibu magħhom platti tipiċi minn Blato. Dawn l-avvenimenti tradizzjonalment isiru fl-ewwel Ġimgħa ta' Frar, u r-rekords ta’ dawn l-avvenimenti regolarment isemmu l-“Lumblija” bħala platt li kien jinġieb għal dawn is-serati (l-Arkivju tas-Soċjetà tal-Kavallieri Kumpanija, 1956, 1972, 1974, 1985). It-tradizzjoni ta’ kif issir il-“Lumblija” mhux biss baqgħet teżisti sal-lum il-ġurnata fost l-unitajiet domestiċi tal-gżira, iżda saħansitra jsiru kompetizzjonijiet tal-ħami tal-“Lumblija” f’Korčula, speċjalment fil-Punent tal-gżira, bħalma jsiru wkoll avvenimenti ta’ dewqan u introduzzjonijiet għall-gastronomija lokali taż-żona, filwaqt li fl-iskejjel tal-kindergarten, primarji u sekondarji u fid-djar għall-pensjonanti u l-adulti jsiru workshops dwar kif issir il-“Lumblija”, u jsiru wkoll workshops għall-membri tal-assoċjazzjonijiet varji tal-gżira. Avveniment għat-tberik u għad-dewqan tal-“Lumblija” jmur lura 25 sena u jsir fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, meta l-“Lumblija” tiġi ppreparata mill-istudenti tal-iskola sekondarja ta’ Blato taħt il-gwida tal-għalliema u l-ġenituri tagħhom u tiġi mbierka u tiddewwaq fil-pjazza ta’ Plokata fi Blato.

Barra mill-gżira ta’ Korčula saru avvenimenti varji li juru r-reputazzjoni tal-“Lumblija”. Pereżempju, il-“Lumblija” ġiet ippreżentata lil bosta viżitaturi Kroati u oħrajn barranin fil-Festival Ikel Bnin organizzat mill-Bord Turistiku għall-Belt ta’ Dubrovnik fl-2016.

Barra minn hekk, fl-2016, f’Noćnjak, f’avveniment internazzjonali li sar f’Bol fil-gżira ta’ Brač li jlaqqa’ l-produtturi taż-żebbuġ u taż-żejt, il-“Lumblija” rebħet il-premju għall-aħjar prodott tal-ikel.

Il-“Lumblija” spiss tiġi ppreżentata wkoll lir-rappreżentanti tal-media Kroata u barranija f’avvenimenti varji u preżentazzjonijiet speċjali, fieri gastronomiċi u konferenzi tal-media.

Il-“Lumblija” u l-metodu ta’ produzzjoni speċifiku tagħha spiss ikunu s-suġġett ta’ siti web varji ddedikati għall-gastronomija, li jenfasizzaw ir-rabta inseparabbli mal-gżira ta’ Korčula (Vilicom kroz Hrvatsku, “Lumblija: Imamo recept za mirisan kolač s otoka Korčule koji se sprema za blagdan Svih Svetih”, 29.10.2021; Dobra hrana, “Korčulanska lumblija recept star 200 godina: Kolač vezan uz ljubavnu priču Korčulanke i francuskog vojnika!”, 20.10.2018).

Din l-ispeċjalità tal-gżira tiġi offruta lill-mistednin f’avvenimenti pubbliċi varji matul is-sena jew tingħata bħala rigal bħala ħelwa tipika mill-gżira ta’ Korčula.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://poljoprivreda.gov.hr/UserDocsImages/dokumenti/hrana/proizvodi_u_postupku_zastite-zoi-zozp-zts/Lumblija_specifikacija_proizvoda10032022.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.